web viewmin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax...

19
L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN L-isem u l-kunjom: ________________________________________ Il- klassi: __________________ GĦALL-ISTUDENTI: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. GĦALL-GĦALLIEMA: L-Iskema tal-Marki Il-Marki Miġjuba: It-Taħdit 10 Is-Smigħ 10 Il-Qari u l- Kitba 80 IT-TOTAL 100 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 1 minn 12 Rotta 3

Upload: buitruc

Post on 17-Mar-2018

238 views

Category:

Documents

6 download

TRANSCRIPT

Page 1: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN

L-isem u l-kunjom: ________________________________________ Il-klassi: __________________

GĦALL-ISTUDENTI:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.

GĦALL-GĦALLIEMA:

L-Iskema tal-Marki

Il-M

arki

Miġ

juba

: It-Taħdit 10

Is-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 1 minn 12

Rotta 3

It-Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B IT-TOTAL

Il-Marka 10 4 8 8 20 15 15 80

Il-Marka tal-Istudent/a

Owner, 12/05/15,
FIL-KAŻ TAL-KARTA GĦALL-ISTUDENTI CCP, IT-TABELLA HI DIN:Il-MARKIIt-Taħdit u s-Smigħ10Il-Qari10Il-Kitba10Il-Letteratura10Il-Proġett10Il-Fehim mis-Smigħ10Il-Qari u l-Kitba40IT-TOTAL100
Owner, 12/05/15,
IBDEL SKONT IL-BŻONN.
Owner, 12/05/15,
IBDEL SKONT IL-BŻONN.
Page 2: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (50 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Paċi mal-imgħoddiĠieli tiltaqa’ ma’ xi ħadd li fl-imgħoddi tkun ġratlu xi ħaġa kbira, ħabib tal-qalb daħaq bih, jew għadda tfulitu mċekken. U did-diżgrazzja jkun baqa’ taħtha għax għalkemm ikun għadda ż-żmien, jibqa’ jibża’ jagħmel pass. U jiġrilu li qatt ma jgħaddi ’l quddiem, għax id-dgħajsa ma tistax issalpa u toħroġ mill-port qabel ma jaqtgħulha l-ankri li jxekkluha. (para. 1)

L-ilsien Malti wkoll għadda tfulitu mwarrab u ttraskurat. Il-ħakkiema tagħna kienu jġibu l-lingwa tagħhom. Ilsienna, dam ħafna lsien mitkellem biss u mhux ikkultivat, anzi ġieli mistkerrah għall-faqar u “n-nisel baxx” tiegħu. (para. 2)

Illum li għadda ż-żmien u l-Malti avvanza u sar mhux biss ilsien nazzjonali f’pajjiżu imma wkoll lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huwa importanti li ma jiġrilniex bħalma ġralu l-ħabib tagħna li baqa’ kkundizzjonat mill-passat. Kien x’kien is-saram li l-Malti ra ma’ wiċċu fl-imgħoddi, kienu liema kienu l-lingwi li darba jassruh, illum irid jifraħ li ġie spalla ma’ spalla magħhom u jrid jitgħallem jgħix fosthom b’rasu merfugħa. Għax jekk ma jitgħallimx jirrispetta lilu nnifsu, mhux se jeħles mill-jasar tal-imgħoddi. (para. 3)

U kif nistgħu nkunu ħielsa u fil-paċi mal-imgħoddi tagħna? L-ewwel, billi nifhmu li kien x’kien fl-imgħoddi, il-Malti huwa dak li hu llum u li nagħmluh aħna f’li ġej. Min fadal fih xi rabja għall-imgħoddi jrid idawwarha f’enerġija pożittiva favur ilsienna. (para. 4)

It-tieni, billi ma nistħux mill-imgħoddi tagħna. Il-mixja progressiva li rat ilsienna joħroġ miċ-ċokon tiegħu u jikber maż-żmien tagħmillu unur. Mhux għaqli min jistħi minn dar tfulitu u minn ommu fqira, flok jiżżihom ħajr li għenuh joħroġ minn faqru u jistagħna. (para. 5)

U anke billi ma nistħux min-nisel tagħna. Il-Malti, huwa lsien mibni fuq pedament Għarbi, u dan fl-imgħoddi kien il-mistħija ta’ wħud. Fis-seklu tagħna, nifirħu bih bħala fatt pożittiv, li jagħmlu lsien interessanti fin-nisġa mħallta tiegħu u l-unika lingwa Semitika fl-Ewropa tad-diversità. (para. 6)

Il-ħajja tagħtik iċ-ċansijiet tiegħek, imma tibqa’ miexja, ma tistenniex. Min joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur... (para. 7)

Se naqtgħu l-ankri tal-imgħoddi u trankwilli nsalpaw lejn il-Lvant, fejn ix-xemx kbira u sabiħa qed issejħilna... (para. 8)

Prof. Manwel Mifsud

Addattament ta’ silta meħuda mis-sit http://www.kunsilltalmalti.gov.mt/seher?id=36

Paġna 2 minn 12 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 3: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

1A. Fehim it-Test

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. Spjega fi kliemek u skont it-tifsira tas-silta, din li ġejja: U jiġrilu li qatt ma jgħaddi ’l quddiem, għax id-dgħajsa ma tistax issalpa u toħroġ mill-port qabel ma jaqtgħulha l-ankri li jxekkluha. (para. 1)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

2. Iddeskrivi ftit it-tip ta’ tfulija li kellu l-ilsien Malti? (para. 2)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

3. Kif avvanza l-ilsien Malti? (para. 3)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

4. Minkejja li l-Malti għadda minn saram fl-imgħoddi, x’inhu importanti li jagħmel issa? (para. 3)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

5. X’inhu l-ewwel mod li bih nistgħu nkunu ħielsa u fil-paċi mal-imgħoddi tagħna? (para. 4)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

6. Spjega għaliex m’għandniex nistħu mill-imgħoddi tagħna? (para. 5)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (1)

7. Fuq liema lingwa huwa mibni l-ilsien Malti u għaliex illum il-ġurnata din il-karatteristika ta’ lsienna hija unika fl-Ewropa? (para. 6)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (2)

8. Spjega fi kliemek u skont it-tifsira tas-silta, din li ġejja: Se naqtgħu l-ankri tal-imgħoddi u trankwilli nsalpaw lejn il-Lvant, fejn ix-xemx kbira u sabiħa qed issejħilna... (para. 8)

___________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________________ (2)

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 3 minn 12

_______10 marki

Owner, 10/05/15,
MARKA?
Owner, 10/05/15,
MARKA?
Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 4: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

1B. Għarfien il-Lingwa

1. Mis-silta sib kelma oħra li tfisser inkwiet (para. 3): ____________________________________ (1)

2. Għal min qed jirreferu l-pronom –h f’jassruh u s-suffiss pronominali -u f’rasu?

...kienu liema kienu l-lingwi li darba jassruh, illum irid jifraħ li ġie spalla ma’ spalla

magħhom u jrid jitgħallem jgħix fosthom b’rasu merfugħa. (para. 3)

Qed jirreferu ___________________________________________________________________

(1)

3. Għal min qed jirreferi l-verbi rat f’din li ġejja?

Il-mixja progressiva li rat ilsienna joħroġ miċ-ċokon tiegħu u jikber... (para. 5)

Qed jirreferi ___________________________________________________________________ (1)

4. Agħti kelma oħra/kliem ieħor bl-istess tifsira ta’:

għaqli (para. 5): ________________________________________________________________ (1)

1Ċ. Il-Grammatika

Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet kollha dwarha.

Il-LapesIl-lapes ġie vvintat fis-sena 1565 u kien jintuża biex jimmarkaw in-nagħaġ. Dan kien ikun magħmul minn biċċiet ta’ graffita mgeżwra fil-ġild tan-nagħaġ jew tal-ispag. Il-kelma ‘pencil’ ġejja mill-kelma Latina ‘pencillus’ li tfisser ‘denb żgħir’. Xi wħud jgħidu li din il-kelma ġejja mill-Franċiż ‘pincel’ li tfisser ‘pinzell żgħir’. Jingħad li b’lapes tista’ tagħmel linja twila 35 mil jew tikteb 45,000 kelma, għalkemm s’issa dan il-fatt għadu ħadd ma ppruvah serjament. Qabel ma ġiet ivvintata l-gomma, il-lapes kien jitħassar bil-frak tal-ħobż. Sa mis-sena 1890, il-lapsijiet bdew jiġu miżbugħin sofor u għadu jsir hekk sal-lum.

(Addattament minn Il-lapes ta’ Claudia Cini mir-rivista RM2000, Marzu 2016)

1. Aqsam l-ewwel sentenza f’żewġ sentenzi separati. Tista’ żżid sa kelma waħda.

________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________ (1)

2. Aqta’ linja taħt il-konġunzjoni tal-għażla f’din is-sentenza:

Paġna 4 minn 12 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017

_______8 marki

_______4 marki

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 5: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

Dan kien ikun magħmul minn biċċiet ta’ graffita mgeżwra fil-ġild tan-nagħaġ jew tal-ispag.

(1)

3. Aqta’ linja taħt konġunzjoni jew mekkaniżmu tranżizzjonali f’din is-sentenza. Wara li taqta’ linja

taħtha, niżżel ftit xi rwol taħseb li din il-kelma għandha f’din is-sentenza.

Jingħad li b’lapes tista’ tagħmel linja twila 35 mil jew tikteb 45,000 kelma, għalkemm s’issa

dan il-fatt ħadd għadu ma ppruvah serjament.

________________________________________________________________________________

_____________________________________________________________________________ (1)

4. Immarka t-tweġiba t-tajba. Ġie vvintat fil-frażi Il-lapes ġie vvintat fis-sena 1565... huwa verb:

a. intransittiv b. transittiv ċ. passiv (1)

5. Aqleb din is-sentenza minn vuċi passiva għal vuċi attiva:

il-lapes kien jitħassar bil-frak tal-ħobż

_____________________________________________________________________________

(1)

6. Sib verb impersonali mis-silta. ____________________________________________________

(1)

7. Aqta’ linja taħt l-avverbju f’din is-sentenza:

Jingħad li b’lapes tista’ tagħmel linja twila 35 mil jew tikteb 45,000 kelma, għalkemm s’issa

dan il-fatt għadu ħadd ma ppruvah serjament. (1)

8. Żid avverbju li jagħmel sens fil-kuntest, mal-verb indikat:

“il-lapes kien jitħassar __________ bil-frak tal-ħobż” (1)

1D. Il-Kitba Komunikattiva

Rapport f’gazzetta:

Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

Ikteb rapport bejn 60 u 80 kelma fuq wieħed minn dawn is-suġġetti li ġejjin. Tinsiex tindika n-numru

tal-mistoqsija magħżula.

(i) Bħala ġurnalist/a ġejt mitlub/a tinvestiga l-faqar f’raħal partikolari f’Malta. Ikteb rapport dwar il-

problemi u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom in-nies foqra f’dan ir-raħal.

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 5 minn 12

_______8 marki

Page 6: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

JEW

(ii) Bħala ġurnalist/a f’gazzetta lokali ġejt mitlub/a tikteb rapport dwar attività li ttellgħet fir-raħal

b’risq il-karità. F’dan ir-rapport ikteb dwar il-preparamenti li tħejjew minn qabel għal din l-attività,

x’ġara waqt l-attività nnifisha kif ukoll dak li ħareġ minn din l-attività.

Ikteb in-numru tal-mistoqsija li għażilt: ____________________________

1E. Il-Komponiment

Ikteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata.

1. Ibda l-komponiment b’dan li ġej: Kont miexi/miexja l-Buskett u għalaqt għajnejja għal ftit sekondi. Malli ftaħthom .... (kompli)

Paġna 6 minn 12 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017

_______20 marka

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ TITLI, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 7: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

2. Għalaqt tlettax-il sena u fl-aħħar nista’ nagħmel profil fuq Facebook. Kelli għalfejn nagħlaq din l-età biex nagħmel profil? Iddiskuti din it-tema billi toħroġ il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ profil f’dan in-netwerk soċjali.

3. Iddeskrivi raħal immaġinarju li tixtieq tgħix fih.

4. L-inġustizzja

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (30 MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża (Bejn Ħaltejn)

Agħżel WAĦDA: (i) jew (ii).

(i) Aqra din is-silta minn Ix-Xini Jimxi fl-Art ta’ Manwel Magri u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Ix-xiħ jerġa’ jdur lejn is-sultan u qallu: “Refgħu, ma żżewġux?”

U s-sultan: “Ma nżewġux, għajr kien huwa li jmur jimla qolla ilma mat-tifla u jasal qabilha.”

Ix-xiħ liż-żagħżugħ qallu: “Taqta’ qalbek xejn. Għandna ’l dak li jimxi għarkupptejh mar-riħ u

jgħaddih; lilha sejjer ma jgħaddix?”

Telqu t-tifla u hu; waslu ħdejn il-għajn, u hi, ħażina, qaltlu:

“Tridx niflilek?”

Qallha: “Ija.”

U qabdet itteftiflu f’rasu. U hu, ilu ma jorqod tmint ijiem,

għajnu marret bih u raqad. Hawn qamet qajl, qajl, imliet il-

qolla tagħha. Is-sultan kif raha feġġet u tielgħa t-taraġ,

għajjat: “Rajtx kif għaddietu!”

Jaqbeż ix-xiħ malajr: “Fejn hu dak li jaf xi jsir fid-dinja?”

“Hawn!”

“Ara bilġri!”

Dak qiegħed widintu fl-art u qal: “Rieqed ħdejn il-għajn.”

U bla telf ta’ żmien reġa’ x-xiħ: “Fejn hu dak li jispara u jaf fejn jolqot?”

“Hawn!”

Dan ġibed, laqat il-ġebla ta’ taħt ras dak li kien rieqed, il-ġebla ttir u hu jqum bilġri, jiġi fih

innifsu, jimla l-qolla u bil-ħeffa tar-riħ jasal quddiem is-sultan waqt li t-tifla għadha tielgħa t-taraġ.

Is-sultan ra hekk, għadab u qatagħha illi dak li għamel ix-xini jimxi fl-art jiġi maqtul mill-baħrin

tiegħu nnifsu. Ix-xiħ talab li kieku joqtluh ’il barra. Is-sultan qal iva; iżda mar hu nnifsu bl-

eżerċitu tiegħu biex jara li l-ħaġa ssir sewwa taħt għajnejh.

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 7 minn 12

_______15-il marka

Owner, 10/05/15,
JEKK SE TAGĦTI BISS SILTA MILL-POEŻIJA, IKTEB “Aqra sewwa din is-silta mill-poeżija [Titlu] ta’ [Poeta] u wieġeb il-mistoqsijiet kollha”. JEKK GĦAŻILT PROŻA, IKTEB “Aqra sewwa din is-silta minn [Titlu] ta’ [Prożatur] u wieġeb il-mistoqsijiet kollha”. JEKK SE TAGĦŻEL POEŻIJA, NIŻŻEL IN-NUMRU TAL-VERSI.
Owner, 10/05/15,
AGĦŻEL WAĦDA U NEĦĦI DIK LI M’GĦAŻILTX. IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 8: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

Kif waslu u kollox lest biex dak jiġi mneħħi mid-dinja, ix-xiħ qal lil dak li jagħmel it-taqlib fl-ajru

biex jinqaleb żaqqu ’l isfel. Kif dan, waqgħet dalma kbira u l-baħrin flok ma ġibdu għal dak li

għamel ix-xini jimxi fl-art, ġibdu għal fuq is-sultan u miet. Ix-xiħ qal lil dak li jagħmel it-taqlib

fis-sema biex jinqaleb żaqqu ’l fuq u safa. Ħadu lil dak li għamel ix-xini fid-dar tas-sultan, tawh l-

ilbies tas-sultan, xeddewlu l-kuruna u qalu: “Tħabat xebgħa, tawh il-kuruna, u ġiebha kif ried,

għax lilu kienet imwiegħda u hu ħadha.”

Mistoqsijiet:

1. X’ġeneru ta’ proża qed jintuża fis-silta t’hawn fuq?

______________________________________________________________________________ (1)

2. Semmi żewġ karatteristiċi ta’ dan il-ġeneru ta’ proża?

______________________________________________________________________________ (2)

3. X’tagħlima toħroġ minn din is-silta ta’ proża?

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (1)

4. Xi rwol għandu x-xiħ f’dan ir-rakkont?

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (1)

5. Minn din is-silta, semmi karattru pożittiv u agħti karatteristika pożittiva li għandu.

________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (1½)

6. Minn din is-silta, semmi karattru negattiv u agħti karatterisitka negattiva li għandu.

________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________ (1½)

7. a. “Kif waslu u kollox lest biex dak jiġi mneħħi mid-dinja, ix-xiħ qal lil dak li jagħmel it-taqlib fl-

ajru biex jinqaleb żaqqu ’l isfel.” Minn din il-kwotazzjoni sib ewfemiżmu.

______________________________________________________________________________ (1)

b. Fisser l-ewfemiżmu.

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (1)

8. a. X’tip ta’ vokabularju/kliem jintuża f’dan l-istil ta’ kitba?

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (1)

b. Agħti żewġ eżempji ta’ dan it-tip ta’ vokabularju mis-silta t’hawn fuq.

Paġna 8 minn 12 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 9: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

______________________________________________________________________________ (2)

9. F’madwar 30 kelma għid x’kienet l-isfida taż-żagħżugħ u kif wasal għaliha?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

JEW(ii) Aqra sewwa din is-silta minn Aqrali xi ħaġa ġdida, qaltilha ta’ Clare Azzopardi u wieġeb il-

mistoqsijiet kollha.

Imbagħad tfarfret ftit sew u ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal skeletru magħluq f’tebut. Kliem mill-

inqas, u ħadd ma jazzarda jittawwal. Tfarfret ftit iktar u bdiet tinteressaha mhux biss id-dinja ta’ ġol-

ktieb imma anki l-kompożizzjoni tagħha. Bla ma ħadd għallimha bdiet tikkomponi l-kotba hi. Eżatt kif

dejjem rat lil ommha u lil missierha. Tibnihom ittra ittra. Toħroġ l-ittri taċ-ċomb mill-garżelli tagħhom u

tibni paġna sentenza sentenza, vers vers, kelma kelma.

Ommha u missierha dejjem xtaquha ssib ġuvni gustuż li jkun jista’ jħobbha u jgħinha fix-xogħol

tal-pubblikazzjoni, dejjem ħeġġewha biex tieħu lil Ġammarì ta’ faċċata għax kien ġuvni skrupluż. Imma

dejjem magħluqa f’xi ktieb, b’xagħarha qasir ma’ rasha, b’dublett griż u flokk griż jinqafel bil-buttuni

griżi skuri fuq quddiem, kien diffiċli għal Ġammarì li jitfa’ għajnejh fuqha.

U daqqa rumanz twil, jew inkella rumanzett, xi kultant novelli, daqqiet oħra poeżiji. Daqqa bil-

Malti, inkella bit-Taljan, xi kultant bl-Ingliż, daqqiet bil-Franċiż. Imbagħad meta kibret sew, uriet lil

ommha u lil missierha li kienet kapaċi tmexxi mhux biss il-ħanut, imma anki l-istamperija. U l-imħabba

tagħha ma setgħet qatt tmiss lil xi raġel. Maurice ma kienx daqshekk xortih tajba li jkollu boton tfal biex

il-ħanut ċkejken tiegħu jikber. Imma kien fortunat biżżejjed biex irabbi tifla li tiflaħ għax-xogħol

metikoluż u paċenzjuż li jirrikjedi ktieb mill-bidu sal-aħħar. B’martu u b’bintu dejjem miegħu, seta’

jibqa’ jmexxi b’ritmu sod.

Ħaġa waħda biss kienet tweġġagħha f’din id-dinja tal-kotba. Ma kinux il-ftit flus li kienu

jdaħħlu, jew il-ħinijiet twal jikkomponu paġna wara oħra, idellku l-linka, jgħadduhom mill-magna, iħitu

l-kotba; ma kienx il-fatt li l-ħwienet tal-kotba kienu qed jiżdiedu u l-produzzjoni Ingliża u Taljana kienet

dejjem qed tisbieħ; xejn minn dan, ħaġa waħda biss kienet iġġegħelha tiftaħ ħalqha...

“Bgħattha ’l hemm hux?”“Lil min?”“Lil Mary.”“Iva.”“Kif lanqas ħajra, pa?”“Dawn l-affarijiet narahom jiena. “

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 9 minn 12

Page 10: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

“Lanqas ħajra li tara x’kien fih il-manuskritt?”“Mhux affari tiegħek.”“Għadek ma xbajtx tistampa l-istess kotba?”“Hawn ġew jiġu stampati biss kotba li jinbiegħu.”“Għadek ma xbajtx twaħħal l-istess titli?”“Tgħollix leħnek ma’ missierek.” “Kemm-il wieħed irrifjutajt?”

Mistoqsijiet:1. Iddeskrivi l-karattru ta’ Maurice, missier Lina minn dak li qrajt fin-novella.

_________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

2. Oħroġ id-differenzi bejn il-ħajja tal-familja ta’ Lina mal-ħajja tal-lum.

_________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

3. F’liema soċjetà hija ambjentata din l-istorja?

_________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (1)

4. X’qiegħed jirrappreżenta l-kulur griż u x’effett trid toħloq Clare Azzopardi?

_________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

5. Iddeskrivi l-kuntrast li nsibu bejn Lina u missierha fuq livell ta’ ħsieb. Ikkwota mis-silta biex turi

dan.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________ (2)

Paġna 10 minn 12 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017

“Ma qgħadtx ngħodd.”“ U lill-irġiel qatt ma tirrifjutahom int?”“Għedtlek tgħollix leħnek ma’ missierek.”“Mhux żgur qed taqrahom il-kantileni li qed jiktbu.”“Iġġegħelnix ngħid kliem li ma rridx.”“Aqra xi ħaġa ġdida, pa, almenu.”

Owner, 10/05/15,
GĦAT-TIP TA’ MISTOQSIJIET, IMXI MAL-LINJI GWIDA.
Page 11: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

6. “Imbagħad tfarfret ftit sew u ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal skeletru magħluq f’tebut. Kliem mill-

inqas, u ħadd ma jazzarda jittawwal. Tfarfret ftit iktar u bdiet tinteressaha mhux biss id-dinja ta’ ġol-

ktieb imma anki l-kompożizzjoni tagħha.”

a. Minn din il-kwotazzjoni sib similitudni.

______________________________________________________________________________

(1)

b. Fisser din is-similitudni.

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

(2)

ċ. Liema żewġ stili qed jintużaw f’din il-parti tan-novella?

______________________________________________________________________________

(1)

d. Spjega kif tidher l-idea tal-femminiżmu f’din in-novella.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

______________________________________________________________________________

(2)

2B. Il-Komponiment Letterarju: Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Ikteb madwar 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fl-ispazju pprovdut.

1. Hi baqgħet tħares lejja u jien ’il għajnejja ma stajtx naqlagħhom minn fuqha, hekk malli

lmaħna lil xulxin.

Din hija l-ewwel darba li l-Baronċin Mark Antonin de los Ingallos u l-bidwija Dinglija Rużann iltaqgħu. Irrakkonta x’tip ta’ relazzjoni kellhom, kif spiċċat u għaliex.

JEW

2. “Jeħtieġ li jitgħallmu l-iskola dawk.” U waqaf, qisu mibluh bih innifsu u b’li kien għadu kemm fisser.Waħda mit-temi li nsibu fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann hija dik tal-edukazzjoni. Iddiskuti kif din it-tema tidher fil-ġrajja ta’ Karmenu.

In-numru tal-komponiment letterarju magħżul: ______________

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 11 minn 12

_______15-il marka

Page 12: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

___________________________________________________________________________________________

__________________________________________________________________________________________

Paġna 12 minn 12 Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017

Page 13: Web viewMin joqgħod jitbekka l-imgħoddi u jibki xortih ikun qed jinħeba fil-passat, forsi għax ikun jibża’ jiffaċċja l-isfidi tal-futur

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________________

TMIEM IL-KARTA

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 3 | Frar 2017 Paġna 13 minn 12