· werrej paragrafu sommarju eżekuttiv. i-iv. introduzzjoni. 01-11. materjal pilastru. 01-02....

60
MT Rapport Analitiku Nru 04 2020 Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik

Upload: others

Post on 07-Oct-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

MTRapport AnalitikuNru04

2020

Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik

Page 2:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Werrej

Paragrafu

Sommarju eżekuttiv I-IV

Introduzzjoni 01-11 Materjal pilastru 01-02

Problema ta’ skart li qed tikber 03-04

Ir-rispons ta’ politika tal-Kummissjoni 05-07

L-irkupru tal-enerġija: bejn rimi f’landfill u riċiklaġġ 08-11

Ambitu u approċċ tar-rapport analitiku 12-14

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet u l-politiki tal-UE skont is-settur 15-25 Politiki tal-UE dwar il-plastiks f’setturi ewlenin 15-25

Skart mill-imballaġġ tal-plastik 26-73 Disinn tal-imballaġġ 27-31 Rekwiżiti essenzjali meqjusa mhux infurzabbli fil-prattika 27-29

L-Alleanza għall-Plastiks Ċirkolari tista’ tikkomplementa l-isforzi tal-UE 30-31

Skemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur 32-42 Użu mifrux tal-iskemi EPR għall-imballaġġ fl-UE iżda disparitajiet kbar fil-livelli ta’ effiċjenza 33-34

L-iskemi EPR jippromwovu imballaġġ eħfef iżda mhux ir-riċiklabbiltà 35-36

Ir-regoli l-ġodda tal-UE għandhom l-għan li jarmonizzaw u jsaħħu l-iskemi EPR 37-38

Skemi ta’ Ritorn ta’ Depożitu jistgħu jappoġġaw miri għar-riċiklaġġ aktar ambizzjużi għall-fliexken tal-plastik iżda jiġu bi spiża 39-42

Rappurtar, data u lħuq tal-miri 43-48 L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti legali hija meqjusa sodisfaċenti 43

Diskrepanzi kbar u marġni ta’ żball fir-rappurtar tad-data tal-Istati Membri 44-46

Aġġornamenti leġiżlattivi se jirriżultaw fi tnaqqis korrettiv fir-rati ta’ riċiklaġġ irrappurtati 47-48

2

Page 3:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Finanzjament mill-UE għall-iskart mill-imballaġġ tal-plastik: infrastruttura u għażliet ta’ trattament 49-54 L-UE tiffinanzja l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart permezz ta’ strumenti ta’ politika ta’ koeżjoni 49-50

Il-Programm Orizzont 2020 jista’ jtejjeb id-disinn u r-riċiklabbiltà tal-plastik 51-52

Il-programm LIFE jiffinanzja modi biex jiġi indirizzat l-iskart tal-plastik 53-54

Vjeġġi ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik 55-66 Il-kundizzjonijiet għat-trasport marittimu ta’ skart tal-plastik barra mill-pajjiż se jsiru aktar stretti 55-56

L-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik u l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik qed jonqsu 57-58

L-iskart mill-imballaġġ tal-plastik ittrasportat bil-baħar jirrappreżenta terz tar-rata ta’ riċiklaġġ irrappurtata fl-UE 59-61

Il-projbizzjoni taċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta’ skart tal-plastik wasslet għal bidliet fid-destinazzjoni tal-esportazzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE 62-66

Traffikar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik: kriminalità ambjentali 67-73 Ir-rimi illegali tal-iskart tal-plastik huwa reat serju u kumpless 68-69

L-iskart tal-plastik huwa waħda mill-komoditajiet prinċipali li jiġu ttrasportati bil-baħar illegalment 70-71

Il-qafas legali tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriminalità marbuta mal-iskart huwa kkaratterizzat minn nuqqasijiet 72-73

Ħarsa ġenerali lejn l-opportunitajiet, id-distakki, l-isfidi u r-riskji 74-80

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

Glossarju

Tim tal-QEA

3

Page 4:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv I F’Jannar 2018, il-Kummissjoni Ewropea approvatStrateġija għall-Plastiks bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari u biex tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Din l-istrateġija tipproponi miżuri li għandhom l-għan li jtejbu r-riċiklabbiltà, il-ġbir, is-separazzjoni, ir-riċiklaġġ u l-kontenut riċiklat tal-prodotti tal-plastik. Fl-aġġornament tal-2018 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ, ġew adottati miri ġodda għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik għall-2025 (50 %) u għall-2030 (55 %). L-ilħuq ta’ dawn il-miri jkun jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari tal-UE. Regoli ġodda u aktar stretti ta’ rappurtar x’aktarx se jwasslu biex ir-rata medja ta' riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik irrappurtata fl-UE tonqos. Sorsi mill-industrija jistmaw li dan jista’ jfisser tnaqqis minn 41 % għal 32-29 %.

II Minħabba l-adozzjoni reċenti tal-istrateġija, bħalissa ma jistax jiġi vvalutat l-impatt tagħha. Għalhekk, aħna rrieżaminajna l-azzjonijiet li ħadet l-UE biex tindirizza l-iskart tal-plastik, b’fokus partikolari fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. Aħna qed niffukaw fuqu għaliex l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik jirrappreżenta l-ikbar parti unika tal-iskart tal-plastik (61 %). Dan mhuwiex rapport tal-awditjar; huwa rapport analitiku prinċipalment ibbażat fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku jew fuq materjal li nġabar speċifikament għal dan l-iskop.

III Fir-rapport analitiku tagħna aħna niffukaw fuq:

o Id-disinn tal-imballaġġ, li huwa kritiku għar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ tal-plastik;

o L-iskemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur, li joħolqu qafas regolatorju u ta’ finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik;

o Ir-rappurtar tad-data dwar ir-riċiklaġġ, fejn l-affidabbiltà tagħha hija kruċjali biex jitkejjel il-progress tal-UE lejn l-ilħuq tal-miri tagħha għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik;

o Il-vjeġġi tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik lejn pajjiżi terzi, li jirrappreżentaw terz tar-rata ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik irrappurtata fl-UE;

o It-traffikar tal-iskart, li huwa qasam diffikultuż ta’ kriminalità b'impatt ukoll fuq l-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik.

IV Aħna nippreżentaw l-oqfsa tal-UE għall-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik fis-setturi tal-karozzi, tal-elettronika, tal-agrikoltura u tal-kostruzzjoni li flimkien jirrappreżentaw 22 % tal-iskart tal-plastik iġġenerat fl-UE. Aħna nqisu wkoll l-għodod ta’ finanzjament tal-UE li huma disponibbli biex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri

4

Page 5:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

għat-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik. Leġiżlazzjoni ġdida u miri ġodda dwar l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik huma indikazzjoni tal-impenn tal-UE u tal-Istati Membri għall-allokazzjoni ta' riżorsi, kultant konsiderevoli, biex tiġi indirizzata l-isfida tal-iskart tal-plastik. L-istrateġija hija dokument relattivament reċenti u l-ambizzjonijiet tagħha għad iridu jissarrfu f’azzjonijiet f’għadd ta’ oqsma. Aħna nenfasizzaw xi wħud mid-distakki, ir-riskji, l-isfidi u l-opportunitajiet tal-approċċ li adottat l-UE biex tindirizza l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. Dan jinkludi b’mod partikolari l-opportunità għall-UE li tikseb vantaġġ ta' min jidħol l-ewwel billi tiżviluppa soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari għall-imballaġġ tal-plastik iżda wkoll ir-riskju li xi Stati Membri jistgħu ma jilħqux il-miri l-ġodda.

5

Page 6:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Introduzzjoni

Materjal pilastru

01 Il-plastiks huma pilastru tal-ekonomija moderna, b’għadd bla limitu ta’ applikazzjonijiet industrijali u għall-konsumatur. Huwa materjal irħis, versatili, ħafif, reżistenti u użat ħafna f’setturi ewlenin bħalma huma dawk tal-imballaġġ, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, il-karozzi u l-apparat elettriku. Il-produzzjoni globali tal-plastik żdiedet b’mod esponenzjali minn 1.5 miljun tunnellata fl-1950 għal 322 miljun tunnellata fl-20151. Nofs il-plastik kollu fid-dinja ġie prodott mill-2005 ’l hawn2. Id-domanda għall-plastiks għaddiet il-materjali l-oħra kollha tal-massa (bħall-azzar, l-aluminju jew is-siment), u kważi rduppjat mill-2000 ’l hawn. Attwalment, l-ekonomiji li qed jiżviluppaw qed jużaw 20 darba inqas plastik per capita milli qed jużaw l-ekonomiji avvanzati. Il-konsum tagħhom x’aktarx li se jikber hekk kif jiżviluppaw.

02 L-imballaġġ (eż. kontenituri tal-jogurt, fliexken tal-ilma, imballaġġ protettiv għall-frott) huwa l-akbar applikazzjoni tal-plastik fl-UE. Huwa jirrappreżenta madwar 40 % tal-produzzjoni tal-plastik3, u jwassal għal 61 % tal-iskart totali tal-plastik iġġenerat. Warajh, l-akbar produtturi tal-iskart tal-plastik huma s-setturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku, tal-kostruzzjoni, tal-karozzi u tal-agrikoltura (ara l-Figura 1). L-imballaġġ tal-plastik huwa wkoll it-tip ta’ imballaġġ bl-aktar rata baxxa ta’ riċiklaġġ irrappurtata fl-UE (42 %) meta mqabbel ma’ materjali oħra. Il-metalli (76 %), il-karta u l-kartun (83 %), kif ukoll l-imballaġġ tal-ħġieġ (73 %) kollha kisbu rati ta’ riċiklaġġ irrappurtati li kienu sinifikattivament ogħla4.

1 Il-Parlament Ewropew: "L-iskart u r-riċiklaġġ tal-plastik fl-UE: fatti u ċifri", id-19 ta’ Diċembru 2018.

2 Roland Geyer, Jenna R. Jambeck, u Kara Lavender Law (2017), "Production, use, and fate of all plastics ever made", Science Advances, id-19 ta' Lulju 2017.

3 Plastics Europe: Plastics – the facts 2019, l-14 ta’ Ottubru 2019.

4 Il-Kummissjoni Ewropea: Staff Working Document Accompanying ‘A European Strategy for Plastics in a Circular Economy’, SWD(2018) 16 final.

6

Page 7:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 1 – Il-ġenerazzjoni tal-iskart tal-plastik skont is-settur fl-2018

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data minn “A circular economy for plastics – A European Overview”, Plastics Europe, 2019.

Problema ta’ skart li qed tikber

03 Ir-rimi tal-iskart u t-tnixxija tal-plastik fl-ambjent jikkawżaw ħsara lill-ekosistemi terrestri u tal-baħar. Kull sena fl-oċean jidħlu bejn 4.8 u 12.7 miljun tunnellata skart tal-plastik5. Il-bilanċ bejn skart tal-plastik ibbażat fuq l-art u dak ibbażat fil-baħar ivarja skont ir-reġjun. Studju reċenti jistma li x-xbieki tas-sajd jikkostitwixxu sa 46 % tar-roqgħa kbira ta' żibel fil-Paċifiku6. Fl-Ewropa, madwar 85 % tal-iskart fil-baħar li jinstab fuq il-bajjiet huwa plastik. Madwar 43 % ta’ dan l-iskart fil-baħar huwa plastik li jintuża darba biss, u 27 % huwa tagħmir tas-sajd7.

5 Jenna R. Jambek et al., "Plastic waste inputs from land into the ocean", Science, il-volum 347, Frar 2015.

6 L. Lebreton et al., "Evidence that the Great Pacific Garbage Patch is rapidly accumulating plastic", Sci Rep 8, it-22 ta' Marzu 2018.

7 Il-Kummissjoni Ewropea: Proposta għal Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, COM(2018) 340 final.

Imballaġġ; 61 %

Affarijiet tad-dar, divertiment, sport;

4 %

Bini u kostruzzjoni; 6 %

Tagħmir elettriku u elettroniku; 6 %

Karozzi; 5 %

Agrikoltura; 5 %

Oħrajn; 13 %

* Total ta’ skart tal-plastik miġbur wara użu mill-konsumatur permezz ta’ mezzi rilevanti -29.1 miljun tunnellata

17.8 miljun tunnellata*

7

Page 8:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Stampa 1 – Ocean Plastics lab: wirja tal-iskart tal-plastik fl-oċean

Sors: il-Parlament Ewropew.

04 Madwar id-dinja, fl-2015 madwar 55 % tal-iskart tal-plastik kien għadu jittieħed f’landfill jew jintrema fil-kampanja8. Fl-UE, aħna niddependu mil-landfills u l-inċinerazzjoni bi rkupru tal-enerġija biex neħilsu mill-biċċa l-kbira mill-iskart tal-plastik (ara l-Figura 2).

8 Hannah Ritchie u Max Roser: "Plastic Pollution", Our World in Data, Settembru 2018.

8

Page 9:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 2 – Għażliet ta’ trattament tal-iskart tal-plastik fl-UE fl-2018

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data minn Plastics Europe, Plastics – the facts 2019.

Ir-rispons ta’ politika tal-Kummissjoni

05 F’Jannar 2018, il-Kummissjoni Ewropea approvatStrateġija għall-Plastiks9 bħala parti mit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari u bħala kontribut għall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Il-Kummissjoni tqis li l-Patt Ekoloġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari l-ġdid komplew jiżviluppaw il-politika dwar il-plastiks. L-istrateġija għandha l-għan li tindirizza s-setturi kollha li jiġġeneraw l-iskart tal-plastik, bl-użu tal-liġijiet tal-UE kif ukoll ta' miżuri u standards volontarji. L-istrateġija telenka 39 miżura, maqsuma f’4 oqsma tematiċi (ara l-Figura 3). Waħda mill-miri ewlenin tal-istrateġija hija li l-imballaġġ tal-plastik kollu li jitqiegħed fis-suq tal-UE jkun jista’ jintuża mill-ġdid jew jista’ jiġi rriċiklat b’mod kosteffettiv sal-2030. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik.

9 Il-Kummissjoni Ewropea: Strateġija 2018 għall-Plastiks.

Riċiklaġġ32,50 %

Inċinerazzjoni bl-irkupru tal-

enerġija42,60 %

Rimi f’landfill 24,90 %

29.1 miljun tunnellata skart

tal-plastik miġbura fl-2018

9

Page 10:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 3 – Elementi prinċipali tal-istrateġija għall-plastiks tal-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-Istrateġija Ewropea 2018 għall-Plastiks tal-Kummissjoni Ewropea. Mhux id-39 miżura kollha tal-Istrateġija għall-Plastiks kienu inklużi.

06 L-istrateġija tal-Kummissjoni għall-plastiks tfittex li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-kunċetti ewlenin tal-immaniġġjar tal-iskart għall-iskart tal-plastik: “il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas", il-“ġerarkija tal-iskart” u l-istatus ta’ “tmiem tal-istadju tal-iskart” (ara l-Figura 4). L-UE ilha għexieren ta' snin tappoġġa sforzi għat-titjib tal-prattiki tal-immaniġġjar tal-iskart. Pereżempju, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (2002-2012) kellu l-għan li jikseb “tnaqqis sinifikanti” fil-volum ta’ skart iġġenerat,

Titjib tad-disinn tal-prodotti – eż. miżuri ta’ ekodisinn

Għoti ta’ spinta lill-kontenut riċiklat – eż. standards ta’ kwalità għall-plastik magħżul

Titjib tal-ġbir separat – eż. linji gwida dwar il-ġbir separat

Promozzjoni tal-investiment u l-innovazzjoni – eż. gwida dwar tariffi ta’ ekomodulazzjoni u dwar finanzjament futur

Indirizzar tas-sors, ibbażat fil-baħar, ta’ skart fil-baħar –proposti leġiżlattivi, fondi ta’ riċiklaġġ, l-aħjar teknikidisponibbli

Azzjonijiet dwar il-plastikskompostabbli u bijodegradabbli – eż. ix-xogħol fuq it-tikkettar, ir-restrizzjoni tal-plastiksossodegradabbli

Iffukar fuq ir-reġjuni ewlenin tal-Lvant u tax-Xlokk tal-Asja u l-baċini tax-xmajjar ewlenin Inizjattivi multilaterali dwar

il-plastik – eż. it-tiġdid tal-impenn għan-NU, il-G7, il-G20, il-konvenzjonijiet internazzjonaliKooperazzjoni bilaterali ma’

pajjiżi terzi – djalogu ta’ politika u finanzjament

Kummerċ internazzjonali tal-iskart – skemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ appoġġ, standards internazzjonali u regolament dwar vjeġġi

Monitoraġġ u trażżin ta' skart fil-baħar billi jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri

Tnaqqis ta’ plastiks li jintużaw darba biss

Trażżin tat-tniġġis mill-mikroplastiks – eż. ir-restrizzjoni ta’ mikroplastiksfil-prodotti

Trawwim tal-investiment u l-innovazzjoni lejn soluzzjoni ċirkolari

Trażżin tal-iskart tal-plastik u r-rimi

Sfruttar tal-azzjoni globali

Titjib tal-ekonomija u l-kwalità tal-plastiks u r-riċiklaġġ

Miżuri ta’kooperazzjoni/Gwida

Miżuri vinkolanti/legali

Oqsma Miżuri

10

Page 11:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

notevolment permezz ta’ miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart10. Dan ma nkisibx, iżda l-objettiv inżamm fis-Seba’ Pjan ta’ Azzjoni Ambjentali (2014-2020).

Figura 4 – Il-ġerarkija tal-iskart kif iddefinita mid-Direttiva Qafas tal-2008 dwar l-Iskart11

Sors: il-Kummissjoni Ewropea.

07 Parti ewlenija mill-azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-plastiks kienet ir-reviżjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l-iskart, li ġiet konkluża f’Mejju 201812. Id-Direttiva emendata dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ (PPWD) irduppjat il-mira preċedenti għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik minn 22.5 % (li kienet maħsuba biex tintlaħaq sal-2008 mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri) għal 50 % sal-2025 u 55 % sal-2030. L-Istati Membri huma liberi li jilħqu l-miri permezz ta’ kwalunkwe mezz li jidhrilhom xieraq. It-Tabella 1 turi l-miri stabbiliti fid-direttivi dwar l-iskart, skont it-tip ta’ skart, għall-2025, l-2030 u l-2035. Din il-PPWD stabbiliet ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri ogħla għar-riċiklaġġ. Dawn ikopru l-ġbir separat, ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-istrumenti ekonomiċi u l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-iskart.

10 Id-Deċiżjoni 1600/2002/KE.

11 “Rimi” jinkludi r-rimi tal-iskart f’landfills.

12 Id-Direttivi (UE) 2018/850 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills, id-Direttiva (UE) 2018/851 dwar l-iskart u d-Direttiva (UE) 2018/852 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ.

PREVENZJONI

PREPARAZZJONI GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

RIĊIKLAĠĠ

INĊINERAZZJONI BL-IRKUPRU TAL-ENERĠIJA

RIMI

11

Page 12:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Tabella 1 – Il-miri tar-riċiklaġġ u tar-rimi f’landfills stabbiliti mid-direttivi attwali tal-UE

Tip ta’ skart Bażi legali Sal-2025 Sal-2030 Sal-2035

Skart muniċipali mħejji għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart Nru 98/2008 55 % 60 % 65 %

Rimi ta’ skart muniċipali f’landfills

Id-Direttiva 1999/31 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma

- -

Mhux aktar minn 10 %

Riċiklaġġ tal-iskart kollu mill-imballaġġ

Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ Nru 94/62

65 % 70 % -

Riċiklaġġ ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik

Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ Nru 94/62

50 % 55 % -

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-aġġornament tal-2018 tad-direttivi dwar l-iskart.

L-irkupru tal-enerġija: bejn rimi f’landfill u riċiklaġġ

08 L-inċinerazzjoni tal-iskart tal-plastik bl-irkupru tal-enerġija tinsab f’pożizzjoni inferjuri għar-riċiklaġġ fil-ġerarkija tal-għażliet ta' trattament tal-iskart (ara l-Figura 4). Bħalissa qegħdin ninċineraw aktar milli nirriċiklaw skart tal-plastik fl-Ewropa. Biex nilħqu l-miri ġodda għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik, se jkollna bżonn inreġġgħu lura din is-sitwazzjoni13.

09 Il-plastiks huma prinċipalment idderivati minn żejt mhux raffinat, u jiġu rilaxxati kwantitajiet kbar ta’ CO2 matul l-inċinerazzjoni tagħhom, kif ukoll kwantitajiet differenti ta’ sustanzi oħra u sustanzi niġġiesa bħall-ossidu nitruż u l-merkurju. Jista' jsir

13 ICF/Eunomia: "Plastics: reuse, recycling and marine litter", Mejju 2018.

12

Page 13:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

kumpens għal xi emissjonijiet permezz tal-produzzjoni tal-enerġija, billi din tnaqqas il-ħtieġa għal forom oħra ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija.

10 Il-plastiks jistgħu jiġu rriċiklati b’mod kimiku jew jintremew f’landfill. Ir-riċiklaġġ kimiku (jiġifieri t-trasformazzjoni tal-iskart lura għal materja prima kimika) jista’ jinkludi ħafna teknoloġiji differenti. Dawn għadhom mhumiex għażla ta’ trattament tal-iskart li hija fattibbli teknoloġikament jew ekonomikament, filwaqt li r-rimi f’landfill huwa mistenni li jonqos drammatikament.

11 Għalhekk l-inċinerazzjoni tista’, f’ċerti każijiet, tkun soluzzjoni għat-trattament tal-iskart tal-plastik li jkun fih sustanzi tossiċi. Skont xi jkun l-eżitu ta’ Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA)14, lL-inċinerazzjoni tista’ titqies bħala soluzzjoni vijabbli għat-trattament ta’ dan l-iskart tal-plastik15, filwaqt li jkunu qegħdin jiġu żviluppati soluzzjonijiet teknoloġiċi u regolatorji oħra.

14 Id-Direttiva 2008/98/KE.

15 ICF/Eunomia, Mejju 2018.

13

Page 14:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Ambitu u approċċ tar-rapport analitiku 12 F'dan ir-rapport analitiku, ġie eżaminat l-approċċ tal-UE għall-problema tal-iskart tal-plastik ibbażat fuq l-art, b’fokus partikolari fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. Huwa jenfasizza xi wħud mid-distakki, ir-riskji, l-isfidi u l-opportunitajiet tal-approċċ adottat. Aħna niffukaw fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik minħabba li jirrappreżenta l-akbar parti unika tal-iskart tal-plastik (61 %). Mill-ambitu, eskludejna r-rimi fil-baħar.

13 Dan mhuwiex rapport tal-awditjar; huwa rapport analitiku ibbażat prinċipalment fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku jew fuq materjal li nġabar speċifikament għal dan l-iskop. Wettaqna rieżaminar minflok awditu billi l-Istrateġija 2018 għall-plastiks għadha ’l bogħod milli titqiegħed fil-prattika, u l-qafas leġiżlattiv aġġornat tal-UE (direttivi ġodda) għandu dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, li jestendu sa wara l-2021. Għalhekk għadu ma jistax jiġi vvalutat l-impatt ta’ dawn il-bidliet reċenti. Madankollu, dan ir-rieżaminar huwa f’waqtu minħabba li l-prijoritajiet ta’ nfiq futuri tal-UE għadhom qed jiġu ddeterminati u r-riformi għal oqsma ta’ politika importanti għadhom qed jiġu deċiżi. Barra minn hekk, ir-Rapport Analitiku tagħna jkun jikkontribwixxi għal, u jikkomplementa, l-awditu kooperattiv tal-EUROSAI dwar l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik, li beda fl-2020.

14 Iltqajna mad-DĠ Ambjent, li huwa d-Direttorat Ġenerali ewlieni fuq din il-kwistjoni, kif ukoll ma’ firxa ta’ partijiet ikkonċernati mill-industrija u mis-soċjetà ċivili. Aħna eżaminajna d-direttivi u r-regolamenti, l-istrateġiji, id-dokumenti ta’ politika, il-linji gwida, l-evalwazzjonijiet, ir-rapporti ta’ monitoraġġ u d-dokumenti interni pprovduti mill-Kummissjoni kif ukoll ir-rapporti mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mill-Organizzazzjonijiet Nongovernattivi. Żorna lill-Portugall u lin-Netherlands biex naraw l-implimentazzjoni fil-prattika tal-politiki rilevanti. Aħna għażilna dawn l-Istati Membri, li jiffaċċjaw firxa ta’ sfidi għall-immanniġjar tal-iskart tal-plastik li huma komuni għal ħafna Stati Membri tal-UE, sabiex nifhmu firxa ta’ sfidi differenti li l-awtoritajiet pubbliċi jiffaċċjaw fit-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik u s-soluzzjonijiet li għażlu b’rispons għalihom.

14

Page 15:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet u l-politiki tal-UE skont is-settur

Politiki tal-UE dwar il-plastiks f’setturi ewlenin

15 L-Istrateġija 2018 għall-Plastiks tfittex li tindirizza s-setturi prinċipali kollha li jiġġeneraw l-iskart tal-plastik fl-UE. Il-ħidma ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija għadha għaddejja. Din tinkludi evalwazzjonijiet u reviżjonijiet ta’ direttivi kif ukoll studji ta’ appoġġ biex jiġu identifikati għażliet għall-prevenzjoni tal-iskart u għal immaniġġjar aħjar tal-iskart tal-plastik. Il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (CEAP) jimpenja lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni li tirregola l-immaniġġjar tal-iskart fis-snin li ġejjin f’setturi ewlenin li jiġġeneraw l-iskart tal-plastik, jiġifieri l-vetturi, il-materjali tal-kostruzzjoni u l-imballaġġ16.

16 Filwaqt li bħalissa hemm miri legalment vinkolanti (ara t-Tabella 1) għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik, ma jeżistux miri simili għall-iskart tal-plastik mis-setturi agrikoli u tal-kostruzzjoni. Is-setturi tal-karozzi u tat-tagħmir elettriku u elettroniku huma rregolati minn leġiżlazzjoni separata17 biex jimmaniġġjaw l-iskart li jiġġeneraw, iżda dawn ma jistabbilixxu l-ebda mira speċifika għar-riċiklaġġ għall-plastiks.

Agrikoltura

17 L-użu tal-plastik fl-agrikoltura (l-“agriplastiks”) qed jiżdied. Fl-2017 intużaw madwar 1.7 miljun tunnellata plastiks fl-agrikoltura tal-UE18. L-applikazzjonijiet prinċipali tal-agriplastiks huma, f’ordni dekrexxenti: il-films tas-silaġġ, is-serer u l-mini, ir-riti tal-mulch, il-pajpijiet għall-irrigazzjoni, ix-xbieki u l-ispag. Fl-2014, l-industrija tal-plastiks stmat li 28 % tal-iskart tal-plastik agrikolu miġbur kien qed jiġi riċiklat, 30 % mibgħut għall-irkupru tal-enerġija u 42 % kien qed jintrema fil-landfills19. Madankollu, xi tipi ta’ plastiks jistgħu jitħallew fuq il-post jew jinħarqu illegalment, billi bħalissa

16 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva ", COM(2020) 98 final.

17 Id-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u d-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw.

18 Plastics Europe: Plastics – the Facts 2018.

19 Plastics Europe: Plastics – the Facts 2015.

15

Page 16:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

l-ebda skema ta’ ġbir tal-agriplastiks fl-UE ma tiġbor aktar minn 70 % tal-agriplastiks li ma għadhomx jintużaw20.

18 L-UE ma għandhiex miri għall-immaniġġjar tal-agriplastiks. Bħalissa ħames Stati Membri għandhom skemi nazzjonali ta’ ġbir għall-iskart tal-agriplastiks. Ir-riċiklaġġ tal-plastiks agrikoli jista’ jkun diffiċli, u l-użu tiegħu mill-ġdid prattikament impossibbli. L-iskart mill-mulches għandu ħabta jkun espost ħafna għall-kundizzjonijiet tat-temp, mgħotti bil-ħamrija u kultant b’pestiċidi, u jista’ jkun ikkontaminat b’patoġeni.

19 Il-Kummissjoni nediet studju biex tivvaluta l-possibbiltà li jittejbu r-rati tal-ġbir u tar-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastiks agrikoli madwar l-UE fl-2020. Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE tippermetti l-finanzjament ta’, pereżempju, is-sostituzzjoni ta’ mini tal-plastik bil-ħġieġ u l-azzar.

Karozzi

20 Il-plastiks jirrappreżentaw madwar 11 % tal-materjali li jintużaw fil-vetturi21. Dan jirrappreżenta madwar 1 000 000 tunnellata skart tal-plastik iġġenerat fis-sena22. Il-Kummissjoni tistma li kull sena madwar 30 % tal-vetturi tal-UE li ma għadhomx jintużaw ma jidħlux f’mezzi ta’ trattament uffiċjali23. B’riżultat ta’ dan, dawn il-vetturi ma jiġux irkuprati jew irriċiklati kif suppost, jew saħansitra lanqas xejn. Attwalment, 9 % biss tal-iskart tal-plastik miġbur minn dawk il-vetturi li ma għadhomx jintużaw u li jidħlu fil-mezzi ta’ trattament xierqa qed jiġi rriċiklat24. L-ammont ta’ plastiks riċiklati li jintużaw fil-manifattura tal-karozzi rari jaqbeż perċentwal żgħir tal-prodott totali. Ma hemm l-ebda mira fl-industrija kollha, la għall-użu ta’ plastiks riċiklati f’vetturi personali u lanqas għar-riċiklaġġ tal-plastiks ta’ vettura li ma għadhiex tintuża. Id-Direttiva dwar Vetturi li M’Għadhomx Jintużaw (ELV) tistabbilixxi miri għall-irkupru u l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ ta’ vetturi skont il-piż. Jenħtieġ li r-rata ta’ rkupru tkun ta’ 95 % bħala medja għal kull vettura fis-sena u r-rata ta’ użu mill-ġdid jew ta’ riċiklaġġ tkun ta’ mill-

20 Data pprovduta minn Agriculture Plastics Europe.

21 GHK: "Study to examine the benefits of the End of Life Vehicles Directive", Mejju 2006.

22 Abbażi tal-istima ta’ 8-9 miljun tunnellata skart tal-ELV prodotti kull sena fl-UE, mogħtija fil-kontroll tal-idoneità tal-2014 ta’ ħames flussi ta’ skart.

23 Oko Institut: "Assessment of the implementation of Directive 2000/53/EU on end-of-life vehicles", 2017.

24 Commission Staff Working Document Accompanying the 2018 Plastics Strategy, SWD(2018) 16 final, p. 21.

16

Page 17:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

inqas 85 %. L-EU-28 qabżet kemxejn il-minimu ta’ 85 % għall-użu mill-ġdid/għar-riċiklaġġ iżda naqset milli tilħaq il-mira ta’ rkupru ta’ 95 %25.

Elettronika

21 Kull sena, l-UE tiġġenera madwar 9.4 miljun tunnellata Skart ta’ Tagħmir Elettroniku u Elettriku (WEEE), li 20 % minnhom huwa stmat li huwa plastik26. Kien biss 35 % tal-WEEE ġġenerat illi ġie rrappurtat li daħal fis-sistema uffiċjali ta’ ġbir u trattament fl-UE. Il-vjeġġi illegali lejn pajjiżi terzi jirrappreżentaw sfida sinifikanti għat-titjib ta’ din is-sitwazzjoni. Huwa stmat li kull sena fl-UE jisparixxu madwar 1.3 miljun tunnellata (jew madwar 14 % tal-WEEE ġġenerat)27. Il-maġġoranza tal-Istati Membri laħqu l-miri applikabbli sal-2015 għall-ġbir u l-irkupru u r-riċiklaġġ tal-kategoriji prinċipali tal-WEEE (tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni, apparat domestiku kbir u żgħir)28. Dawn il-miri ta’ rkupru/riċiklaġġ ivarjaw skont il-kategorija tal-prodott, bejn 70 % u 80 % għall-irkupru u bejn 50 % u 75 % għat-tħejjija għar-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid. Mill-2016 u l-2019 rispettivament japplikaw miri ogħla. Ma hemm l-ebda mira separata għar-riċiklaġġ tal-plastiks fil-WEEE, li tiffoka fuq ir-riċiklaġġ tal-metalli kritiċi.

22 Il-kumplessità tad-disinn tal-prodott u l-preżenza possibbli ta’ sustanzi kimiċi ta’ tħassib (eż. ritardanti tal-fjammi) ifixklu r-riċiklaġġ tal-plastik fil-WEEE. Il-Kummissjoni qed teżamina modi kif issaħħaħ il-prinċipji tad-disinn ċirkolari (il-possibbiltà ta’ tiswija, il-modularità, il-possibbiltà ta' titjib fil-kwalità u l-faċilità taż-żarmar) biex tappoġġa l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

Kostruzzjoni u Demolizzjoni

23 Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri diġà laħqu l-mira ta’ rkupru ta’ skart tal-kostruzzjoni ta’ 70 % għall-2020 stabbilita mid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Din il-mira ntlaħqet l-aktar bl-użu ta’ skart irkuprat għal prattiki bħal irdim mill-ġdid u applikazzjonijiet ta' rkupru ta’ grad baxx (eż. għal sottobażijiet ta’ toroq). Ma hemmx miri għall-irkupru tal-plastik fl-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni. Ir-riċiklaġġ tal-

25 L-Eurostat.

26 Commission Staff Working Document Accompanying the 2018 Plastics Strategy, SWD(2018) 16 final.

27 Countering WEEE Illegal Trade Project: "Summary Report", it-30 ta' Awwissu 2015.

28 Rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar il-WEEE, Settembru 2018, p. 177.

17

Page 18:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

iskart tal-plastik mill-kostruzzjoni jippreżenta sensiela ta’ sfidi: il-plastiks jistgħu jkunu parti minn struttura komposta, il-plastik jista’ jkun degradat u jkun fih diversi addittivi ta’ karatteristiċi mhux magħrufa, ikun imħallat ma’ skart ġenerali li jagħmilha diffiċli u mhux ekonomiku biex jiġi sseparat29. L-Istrateġija dwar il-Plastiks tipprevedi evalwazzjoni u rieżami tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini sa tmiem l-2021, bil-għan li jiżdied l-użu tal-kontenut irriċiklat.

Imballaġġ

24 Bħala medja, għal kull persuna fis-sena fl-UE jiġu prodotti 32 kg skart mill-imballaġġ tal-plastik, meta mqabbel ma’ 45 kg għal kull persuna fis-sena fl-Istati Uniti, 5 kg fl-Indja u 33 kg fil-Ġappun30. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-OECD, l-UE għandha l-ogħla rata ta’ riċiklaġġ tal-plastik (għat-tipi kollha ta’ skart tal-plastik flimkien) fost l-ekonomiji avvanzati (ara l-Figura 5). In-natura u l-kwalità tad-data li tappoġġa din is-sejba jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor iżda, madankollu, din tagħti indikazzjoni ġenerali ta’ livelli differenti ta’ progress.

Figura 5 – Rati ta’ riċiklaġġ tal-plastik f’ekonomiji b'introjtu għoli magħżula

Sors: ibbażat fuq l-OECD (2018), Improving Markets for Recycled Plastics: Trends, Prospects and Policy Responses, OECD Publishing, Pariġi, https://doi.org/10.1787/9789264301016-en.

25 Il-qafas legali pprovdut mill-PPWD biex jitjieb l-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik ġie kkomplementat b’mod gradwali minn Direttivi u regolamenti

29 L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: "Construction and demolition waste: challenges and opportunities in a circular economy", 16.1.2020.

30 UN Environment: "Single use plastics. A roadmap for sustainability", 2018.

UEL-Istati Uniti tal-Amerka

L-Awstralja Il-Ġappun

Rata

ta’ r

iċik

laġġ

tal-p

last

iks

18

Page 19:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

oħra. Dawn jistabbilixxu miri fuq it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali (id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi), ir-regoli dwar il-vjeġġi tal-iskart (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart) u r-restrizzjonijiet fuq ir-rimi ta’ skart f’landfill (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma) (ara l-Figura 6).

Figura 6 – Il-qafas u l-miri tal-UE għall-imballaġġ tal-plastik

Sors: il-QEA.

1999Id-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma

2006Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta’ skart

2015Ġew introdotti restrizzjonijiet ġodda għall-basktijiet tal-plastik ħfief

2019Id-Direttiva 2019/904 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent Regoli aġġornati dwar ir-rappurtartal-miri għar-riċiklaġġ

2018L-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks

f’Ekonomija Ċirkolari, Aġġornament għall-pakkett ta’ Direttivi dwar l-iskart (94/62/KE,

1999/31/KE, 2008/98/KE) li jistabbilixxu miri ġodda għar-riċiklaġġ, obbligi ta’ ġbir

separati u rekwiżiti ġodda tal-EPR

2008Id-Direttiva 2008/98/KE dwar

l-iskart (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart)

2004Ir-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE: mira ġdida għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik – 22.5 %

sal-2008

1994Id-Direttiva 94/62/KE dwar

l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

Miri tal-UE għar-riċiklaġġ tal-imballaġġtal-plastik Miri tal-UE għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik rigward il-fliexken tal-PET

200115 %

200822.5 %

202550 %

203055 %

202990 %

202577 %

19

Page 20:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Skart mill-imballaġġ tal-plastik 26 Iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-imballaġġ tal-plastik jista’ jkun ħafna itwal mill-fażi tal-konsum tiegħu, u l-għażliet f’kull stadju taċ-ċiklu għandhom impatt fuq kif jiġi ttrattat l-iskart (ara l-Figura 7). Dawn l-għażliet jibdew fl-istadju tal-għażla tal-materja prima, segwit mill-manifattura tal-materja prima, it-trasformazzjoni f’imballaġġ, l-użu/l-użu mill-ġdid u r-rimi u t-trattament għall-imballaġġ li ma għadux jintuża. L-imballaġġ tal-plastik jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-problema tar-rimi tal-iskart fl-ambjent. Dan wassal għall-adozzjoni, fl-2019, tad-Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss.

Figura 7 – Ċiklu tal-ħajja tal-imballaġġ tal-plastik

Sors: il-QEA.

Disinn tal-imballaġġ

Rekwiżiti essenzjali meqjusa mhux infurzabbli fil-prattika

27 Fi ħdan l-UE, l-imballaġġ irid jikkonforma mar-Rekwiżiti Essenzjali li ġew stabbiliti fil-PPWD fl-1994. Dawn ir-rekwiżiti jinkludu, notevolment, il-fabbrikazzjoni u l-kompożizzjoni tal-imballaġġ kif ukoll il-proċeduri għall-irkupru tal-materjal u tal-enerġija. Ħlief għal reviżjonijiet minuri fil-formulazzjoni fl-2018, dawn ir-rekwiżiti baqgħu l-istess, u jistabbilixxu li l-imballaġġ jenħtieġ li jkun:

1 2

3

4

5

Materja prima Manifattura

Distribuzzjoni

Użu/Użu mill-ġdid

Rimi illegali/trasport marittimu illegali

Landfill

Irkupru ta’ enerġija

Riċiklaġġ

Prodott tal-Plastik

Ċiklu tal-ħajja

20

Page 21:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

o Tal-piż u l-volum minimi biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-iġjene;

o Iddisinjat, prodott u kkummerċjalizzat b’mod li jippermetti l-użu mill-ġdid u l-irkupru tiegħu, inkluż ir-riċiklaġġ, u biex jiġi minimizzat l-impatt tiegħu fuq l-ambjent matul ir-rimi;

o Manifatturat b’tali mod li l-preżenza ta’ sustanzi u materjali ta’ ħsara u ta’ sustanzi u materjali perikolużi oħrajn hija minimizzata fl-emissjonijiet, l-irmied jew fil-lissija meta jintrema.

28 Fl-2004, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ippubblika standards dwar il-prevenzjoni tal-imballaġġ, l-użu mill-ġdid, l-irkupru ta’ materjali u l-irkupru tal-enerġija. Il-Kummissjoni ppubblikat dawn l-istandards fil-Ġurnal Uffiċjali fi Frar 2005 bħala “standards rikonoxxuti” li l-produtturi jenħtieġ li jagħtu prova li huma jikkonformaw magħhom. Stħarriġ dwar il-partijiet ikkonċernati tal-industrija li l-Kummissjoni wettqet fl-2009 wera li l-industrija kienet favur il-flessibbiltà li hija permessa mir-Rekwiżiti Essenzjali, billi inġenerali l-kumpaniji huma liberi li jimplimentaw proċeduri differenti biex juru konformità31. Sa l-2011, ħames Stati Membri kellhom mekkaniżmi biex jimmonitorjaw l-applikazzjoni 32 tar-Rekwiżiti Essenzjali. Il-PPWD tiddikjara li l-konformità hija preżunta meta jiġu applikati l-istandards tas-CEN.

31 BIO Intelligence Service: "Awareness and Exchange of Best Practices on the Implementation and Enforcement of the Essential Requirements for Packaging and Packaging Waste", 2011.

32 Ibid.

21

Page 22:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

29 F’konformità mal-mandat li ngħatalha fir-reviżjoni tal-2018 tal-PPWD, il-Kummissjoni qiegħda attwalment tqis għażliet biex tirrevedi r-Rekwiżiti Essenzjali biex tappoġġa l-għan tagħha li l-imballaġġ tal-plastik kollu jenħtieġ li jkun jista’ jintuża mill-ġdid u/jew jiġi rriċiklat b’mod ekonomikament fattibbli sal-203033. Studju tal-2020 li twettaq għall-Kummissjoni dwar l-effettività tar-Rekwiżiti Essenzjali kkonkluda li dawn mhumiex infurzabbli fil-prattika34. L-istudju tal-2020 li twettaq għall-Kummissjoni kkonkluda li r-Rekwiżiti Essenzjali mhumiex allinjati mal-ħtiġijiet tal-lum u jenħtieġ li dawk li huma aġġornati għandhom notevolment:

o Jirriflettu l-ġerarkija tal-iskart billi jippromwovu disinn għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ;

o Jidentifikaw id-disinji u l-materjali ta’ imballaġġ li x’aktarx jikkawżaw problemi għall-kolletturi u l-proċessuri tal-iskart;

o Jiddefinixxu b’mod aktar strett u aktar espliċitu r-rekwiżiti għall-prevenzjoni tal-iskart;

o Jiżguraw l-allinjament mal-iżvilupp tal-politika tal-UE dwar l-użu u l-valur ta’ ċerti materjali kompostabbli;

o Jappoġġaw id-domanda u l-provvista ta’ materjal riċiklat ta’ kwalità għolja; u

o Jistabbilixxu proċedura ta’ infurzar iddefinita sew li tissostitwixxi l-preżunzjoni ta’ konformità.

L-Alleanza għall-Plastiks Ċirkolari tista’ tikkomplementa l-isforzi tal-UE

30 Kampanja b'appell għal wegħdiet li tnediet fl-Istrateġija għall-Plastiks tikkomplementa l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik. L-objettiv tagħha huwa li kull sena, sal-2025, fil-prodotti jiġu integrati 10 miljun tunnellata plastik riċiklat. Il-Kummissjoni vvalutat il-wegħdiet f’Marzu 2019 u sabet li kien hemm distakk bejn l-ammont ta’ plastik riċiklat li l-kumpaniji taw l-impenn tagħhom li jipprovdu (11-il miljun tunnellata) u l-ammont imwiegħed li se jintuża (6.4 miljun tunnellata). Fl-UE bħalissa qegħdin jintużaw erba’ miljun tunnellata ta’ materjal riċiklat fis-sena. Il-Kummissjoni nediet l-Alleanza għall-Plastiks Ċirkolari (CPA - Circular Plastics Alliance) biex tnaqqas dan id-distakk. Sa Lulju 2020, 225 parteċipant,

33 Il-Kummissjoni Ewropea: "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", COM(2019) 640 final.

34 Eunomia: "Effectiveness of the Essential Requirements for Packaging and Packaging Waste and Proposals for Reinforcement", Frar 2020.

22

Page 23:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

inklużi l-parteċipanti prinċipali fis-swieq tal-imballaġġ, tal-karozzi, tal-WEEE u tal-plastiks agrikoli, kienu ffirmaw l-impenji tas-CPA. Il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jwiegħdu li jipprovdu jew jużaw ċertu ammont ta’ plastik riċiklat jew li jiffaċilitaw dan il-proċess.

31 Bħalissa, il-Kummissjoni qed timmonitorja l-wegħdiet fuq bażi ad hoc. Is-CPA impenjat ruħha li sal-2021 toħloq sistema volontarja biex timmonitorja l-volumi ta’ plastiks riċiklati li jintużaw fil-prodotti Ewropej35. Data komparabbli u affidabbli dwar il-progress li sar lejn il-mira ta’ 10 miljun tunnellata tista’ tgħin biex tiżdied il-fiduċja fl-isforzi meħuda mill-partijiet ikkonċernati ewlenin u tissenjala s-suċċess jew il-falliment tal-inizjattiva.

Skemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

32 L-Iskemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR) għandhom l-għan li jagħmlu lill-produtturi responsabbli finanzjarjament u mil-lat organizzattiv għall-immaniġġjar tal-prodotti tagħhom ladarba jsiru skart (ara l-Figura 8). L-introduzzjoni ta’ miri vinkolanti għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik fil-PPWD tal-1994 wasslet lil ħafna Stati Membri biex isegwu dan l-approċċ sabiex:

o Il-produtturi jsiru responsabbli għall-ispejjeż ta’ tmiem il-ħajja tal-imballaġġ sabiex jinċentivaw disinn aħjar biex jitnaqqsu dawn l-ispejjeż (imballaġġ eħfef, riċiklabbiltà ogħla...);

o Itejbu r-rati tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;

o Inaqqsu l-ispiża tal-immaniġġjar tal-iskart għall-muniċipalitajiet (u l-kontribwenti) billi jittrasferuha lill-produtturi u lill-konsumaturi (billi t-tariffa tal-EPR hija internalizzata fil-prezz tal-prodott).

35 Circular Plastic Alliance Declaration.

23

Page 24:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 8 – Il-limiti tar-responsabbiltà tal-produttur u r-responsabbiltà estiża tal-produttur

Sors: il-QEA.

Użu mifrux tal-iskemi EPR għall-imballaġġ fl-UE iżda disparitajiet kbar fil-livelli ta’ effiċjenza

33 Kull Stat Membru tal-UE għandu fis-seħħ skema EPR (ara l-Figura 8) għall-iskart mill-imballaġġ tal-plastik36. Il-kopertura tal-iskemi tvarja fl-UE kollha. Xi wħud ikopru biss l-imballaġġ domestiku, filwaqt li oħrajn jinkludu wkoll l-imballaġġ kummerċjali u industrijali. Dawn l-iskemi jiġbru u jittrattaw l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik biex inaqqsu l-ammonti mibgħuta fil-landfills. Huma jgħinu biex is-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik tal-Istati Membri jitilgħu 'l fuq fil-ġerarkija tal-iskart (ara l-Figura 4) billi jżidu r-rati ta’ riċiklaġġ, u b’hekk itejbu l-effiċjenza tar-riżorsi tal-ekonomija tal-UE.

34 Nuqqas sinifikanti ta’ data, diffikultajiet metodoloġiċi biex issir distinzjoni bejn l-impatti ta’ skemi tal-EPR minn fatturi oħra u l-varjazzjonijiet wiesgħa fis-sistemi użati ostakolaw il-kapaċità tal-OECD li tivvaluta l-impatt tal-iskemi EPR37. Il-koleġiżlaturi tal-UE osservaw ukoll id-disparitajiet kbar fil-livelli ta’ effiċjenza u fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-produtturi tal-iskemi38.

36 Bio Intelligence Services: "Development of Guidance on Extended Producer Responsibility", 2014.

37 OECD: "Extended Producer Responsibility: Updated guidance for efficient waste management", 2016.

38 Id-Direttiva 2018/852.

Responsabbiltà tal-produttur

Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

Disinn Produzzjoni Fażi tal-Konsumatur Tmiem il-ħajja Trattament tal-iskart

24

Page 25:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

L-iskemi EPR jippromwovu imballaġġ eħfef iżda mhux ir-riċiklabbiltà

35 Sabiex l-iskemi EPR jimmaniġġjawlhom il-prodotti fil-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom, il-produtturi tal-imballaġġ tal-plastik iridu jħallsuhom tariffa. Din it-tariffa tirrifletti l-ispiża tat-trattament tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik miġbur u immaniġġjat mill-iskema. Dawn it-tariffi mhumiex ibbażati fuq l-ispiża ta’ trattament 100 % tal-imballaġġ tal-plastik imqiegħed fis-suq iżda fuq l-ispejjeż imġarrba mill-iskema EPR biex timmaniġġja l-imballaġġ li tiġbor. L-ispiża unitarja tat-trattament ta’ tmiem il-ħajja għall-produtturi għalhekk hija aktar baxxa mill-ispiża reali tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik.

36 Il-biċċa l-kbira mill-iskemi EPR jirrikjedu li l-membri jħallsu tariffi skont il-piż tal-imballaġġ tal-plastik li jqiegħdu fis-suq. Dan jinċentiva lill-produtturi biex inaqqsu l-piż tal-imballaġġ tal-plastik sabiex inaqqsu l-ispejjeż. Pereżempju, il-piż medju ta’ flixkun tal-polietilentereftalat (PET) ta’ 500 ml fl-UE naqas minn 24 g fl-1990 għal 9.5 g fl-201339. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni sab li d-disinn aktar ġenerali tal-imballaġġ tal-plastik għar-riċiklabbiltà qed jiffaċċja bosta ostakli marbuta mal-proċessi tal-produzzjoni, id-drawwiet u n-nuqqas ta’ djalogu tul il-katina tal-valur u bejn parteċipanti differenti40. Dan jista’ jkollu impatt sinifikanti billi aktar minn 80 % tal-impatti ambjentali kollha relatati mal-prodotti huma stmati li jiġu ddeterminati matul il-fażi tad-disinn ta’ prodott41. F’xi każijiet, l-imballaġġ ħafif jista’ jkun inqas riċiklabbli minħabba li għandu struttura b’ħafna saffi, li tuża plastiks differenti biex tikseb l-istess proprjetajiet bħal imballaġġ monomaterjali eħxen.

39 Is-sit web ta’ Plastic Converters Europe dwar l-imballaġġ tal-plastik.

40 Il-Kummissjoni Ewropea: Staff Working Document Accompanying the 2018 Plastics Strategy, SWD(2018) 16 final.

41 Il-Kummissjoni Ewropea: il-paġna web dwar il-politika għall-prodotti sostenibbli, aġġornat l-aħħar fit-13 ta’ Diċembru 2018.

25

Page 26:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Ir-regoli l-ġodda tal-UE għandhom l-għan li jarmonizzaw u jsaħħu l-iskemi EPR

37 Biex jiġu indirizzati dawn il-problemi, u biex tissaħħaħ il-kontribut tal-EPR biex jintlaħqu l-miri għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik, l-iskemi EPR għall-imballaġġ saru obbligatorji mill-UE fir-reviżjoni tal-2018 tal-PPWD. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tal-2018 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart kienet tirrikjedi li l-iskemi EPR ikollhom:

o Mekkaniżmi ta’ kontroll li jinkludu awditi indipendenti għall-ġestjoni finanzjarja u obbligi ta’ rappurtar tad-data;

o Tariffi li jkopru l-immaniġġjar tal-iskart, il-provvista ta’ informazzjoni u l-obbligi ta’ ġbir ta’ data;

o Ekomodulazzjoni tat-tariffi (l-adattament tat-tariffi li l-membri tal-EPR iħallsu sabiex jippromwovu r-riċiklaġġ);

o Arranġamenti biex jiġu ddivulgati t-tariffi mħallsa mill-membri;

o Kopertura ġenerali taż-żoni u/jew tal-prodotti (mingħajr ma jillimitaw lilhom infushom għas-segmenti jew għaż-żoni fejn jista’ jkun hemm l-akbar qligħ).

38 Xi skemi EPR diġà introduċew sistema ta’ modulazzjoni tat-tariffi marbuta mal-ħeffa li biha jista’ jiġi rriċiklat l-imballaġġ tal-plastik. It-tariffi jistgħu jiġu stabbiliti bl-użu ta’ kunsiderazzjonijiet marbuta mad-disponibbiltà tat-teknoloġija tar-riċiklaġġ, mal-eżistenza ta’ addittivi fixkiela jew tossiċi, mal-kompożizzjoni tal-imballaġġ (polimeri faċilment riċiklabbli, b’ħafna saffi) u mal-eżistenza ta’ swieq għal materja prima sekondarja. L-Istati Membri għażlu approċċi differenti għall-modulazzjoni, bħall-użu tal-approċċi bonus vs bonus-malus (ara l-Kaxxa 1).

26

Page 27:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Kaxxa 1

Modulazzjoni tat-tariffi fl-Iskema EPR Netherlandiża

Il-Fond Netherlandiż għall-Iskart mill-Imballaġġ (Afvalfonds Verpakkingen) ilu mill-2019 japplika sistema ta’ modulazzjoni tat-tariffi għall-imballaġġ tal-plastik. Huwa japplika sistema ta’ bonus ta’ tariffi aktar baxxi (EUR 0.34 għal kull kg minflok EUR 0.60 għal kull kg fl-2020) biex jippremja lil kumpaniji li jużaw imballaġġ tal-plastik riġidu li għandu riċiklabbiltà tajba b’valur tas-suq pożittiv wara s-separazzjoni tiegħu, li b’hekk iwassal għal spejjeż netti aktar baxxi għall-Afvalfonds Verpakkingen.

Biex jiddeċiedi jekk l-imballaġġ tal-plastik għandux riċiklabbiltà tajba jew le, Afvalfonds Verpakkingen juża l-KIDV Recycle Check għall-imballaġġ tal-plastik riġidu żviluppat mill-Istitut Netherlandiż għall-Imballaġġ Sostenibbli. Afvalfonds Verpakkingen jippremja l-użu ta’ imballaġġ li għandu riċiklabbiltà tajba u ma jissanzjonax l-użu ta’ imballaġġ ieħor.

Id-deċiżjoni li tintuża skema ta’ bonus, u mhux waħdabonus-malus, kienet immotivata mix-xewqa li jintbagħat sinjal pożittiv lis-suq u mill-isfidi prattiċi tal-applikazzjoni ta’ sistema ta’ malus, li tkun tirrikjedi li Afvalfonds Verpakkingen jwettaq kontrolli tekniċi dettaljati fuq firxa wiesgħa ta’ imballaġġ tal-plastik bi spiża konsiderevoli.

Skemi ta’ Ritorn ta’ Depożitu jistgħu jappoġġaw miri għar-riċiklaġġ aktar ambizzjużi għall-fliexken tal-plastik iżda jiġu bi spiża

39 Id-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss (SUP) tistabbilixxi l-miri għall-Istati Membri tal-ġbir għar-riċiklaġġ ta’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, u li jifilħu sa 3 litri, f'rata ta’ 77 % sal-2025, u ta’ 90 % sal-202942. Billi l-fliexken tax-xorb huma tip ta’ imballaġġ tal-plastik, dawn l-isforzi se jgħoddu lejn il-miri għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik. L-Istati Membri se jkunu obbligati jiżguraw li bħala medja jiġi inkluż 25 % tal-materjal riċiklat fil-fliexken tax-xorb PET li jintużaw darba biss, u li jitqiegħdu fis-suq f’pajjiżhom sal-2025. Dan se jiżdied għal 30 % sal-2030 għall-fliexken tax-xorb li jintużaw darba biss.

40 L-iskemi ta’ ritorn ta’ depożitu (DRS) jaħdmu billi jimponu ħlas addizzjonali fuq prodott fil-punt tax-xiri. Din it-tariffa titħallas lura ladarba jiġi rritornat l-imballaġġ vojt. Id-Direttiva SUP ma tobbligax l-użu ta’ DRS biex jintlaħaq l-objettiv tal-ġbir tal-fliexken tax-xorb għar-riċiklaġġ, iżda tabilħaqq tidentifikah bħala waħda mill-għażliet li l-Istati

42 Id-Direttiva (UE) 2019/904, l-Artikolu 9.

27

Page 28:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Membri jistgħu jużaw. Fir-rapporti ta’ twissija bikrija tagħha tal-2018 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, il-Kummissjoni ssuġġeriet li xi Stati Membri (Ċipru, il-Portugall u r-Rumanija) iqisu l-possibbiltà li jintroduċu DRS bħala soluzzjoni possibbli għar-riskju li ma tintlaħaqx il-mira għall-2020 ta’ preparazzjoni ta’ 50 % għall-użu mill-ġdid/għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali.

41 Skont in-network tal-aġenziji għall-protezzjoni tal-ambjent, l-Istati Membri li adottaw din is-sistema jiġbru bħala medja aktar minn 80 %43 tal-fliexken tal-PET meta’ mqabbla mal-medja ta’ 58 % fl-UE kollha. L-ilħuq ta’ livelli daqstant għoljin ta’ ġbir separat tal-fliexken tal-PET tista’ tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik tal-2025 u l-2030. Id-DRS jistgħu jwasslu wkoll għal plastiks ta’ kwalità ogħla rriċiklati b’mod aktar profittabbli44. Madankollu, l-istabbiliment ta’ DRS jista’ jkun bi spiża, kemm diretta kif ukoll indiretta, u jista’ jżid kumplessità fis-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Istati Membri.

42 Hemm spejjeż diretti biex tinħoloq u titmexxa infrastruttura għad-DRS. Is-sistema DRS Ġermaniża hija stmata li tiswa madwar EUR 800 miljun fis-sena biex titmexxa45. Il-Ministeru tal-Ambjent Slovakk jistma li l-operatur tal-iskema DRS se jkollu defiċit annwali ta’ EUR 5 miljun (15 % tal-baġit) għat-tħaddim tas-sistema DRS tiegħu għall-fliexken tal-PET u l-bottijiet tal-aluminju46. Il-produtturi se jħallsu tariffa addizzjonali biex ikopru dan id-defiċit. L-ispejjeż indiretti tat-trasferiment tal-fliexken tal-PET mill-ġbir minn mal-bankina sad-DRS jistgħu jwasslu wkoll għal distribuzzjoni differenti tal-ispejjeż u l-gwadanji fil-katina tal-valur, bħal telf ta’ introjtu għall-muniċipalitajiet li jiġbru u jbigħu l-fliexken vojta lir-riċiklaturi. Is-sistema tal-immarkar tal-imballaġġ (biex jaqrawh il-magni ta’ ritorn ta’ depożitu) tipprevieni lil fliexken mixtrija barra mill-pajjiż milli jidħlu fis-sistema DRS tal-Istat Membru. Movimenti transfruntieri bħal dawn jistgħu jwasslu għal rati mnaqqsa ta’ ġbir u ta' riċiklaġġ jekk ma jintlaħqux ftehimiet ta’ armonizzazzjoni jew interoperabbiltà tal-UE bejn l-Istati Membri.

43 EPA Network: "Working Paper. Deposit Return Schemes: Data and figures from 16 Member Countries of the EPA Network", Marzu 2018.

44 Commission Staff Working Document accompanying the 2018 Plastics Strategy, SWD(2018) 16 final.

45 BBC: “Drinks bottles and can deposit return scheme proposed”, it-28 ta' Marzu 2018.

46 L-Istitut għall-Politika Ambjentali, il-Ministeru tal-Ambjent tar-Repubblika Slovakka: "Real Price of Deposit. Analysis of the introduction of the deposit-refund system for single-use beverage packaging in the Slovak Republic", Novembru 2018.

28

Page 29:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Rappurtar, data u lħuq tal-miri

L-implimentazzjoni tar-rekwiżiti legali hija meqjusa sodisfaċenti

43 Ir-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-PPWD jippreżentaw implimentazzjoni ġeneralment sodisfaċenti tad-Direttiva, għalkemm jenfasizzaw id-distakki fl-azzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġbir separat effiċjenti tal-iskart mill-imballaġġ. Mill-2008 ’l hawn, il-Kummissjoni nediet 45 proċedura ta’ ksur relatati mal-PPWD kontra l-Istati Membri. Dawn kienu prinċipalment relatati man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri (29 każ), traspożizzjoni insuffiċjenti (8 każijiet) u applikazzjoni ħażina tal-PPWD (8 każijiet). L-ebda Stat Membru ma rċieva multa wara dawn il-proċeduri.

Diskrepanzi kbar u marġni ta’ żball fir-rappurtar tad-data tal-Istati Membri

44 L-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull sena (fis-sena n għas-sena n-2) dwar ir-rati ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik, bħala perċentwal tal-imballaġġ tal-plastik totali mqiegħed fis-suq. Ir-rati ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik l-aktar reċenti u disponibbli jvarjaw b’mod sinifikanti, minn 23.5 % għal Malta sa 74.2 % għal-Litwanja b’medja tal-UE ta’ 41.9 % (ara l-Figura 9). L-Istati Membri jkejlu l-kwantità ta’ plastik irrappurtata bħala riċiklat f’punti differenti fil-proċess ta’ ġbir-separazzjoni-riċiklaġġ47. Dan, flimkien ma’ stimi impreċiżi tal-imballaġġ tal-plastik imqiegħed fis-suq, jista’ jkollu impatt fuq ir-rata ta’ riċiklaġġ irrappurtata. Stimi impreċiżi jistgħu jkunu dovuti għall-fatt li ma hemmx inċentivi suffiċjenti għar-rappurtar korrett, l-esklużjoni tal-produtturi ż-żgħar mir-rappurtar tad-data, l-eżistenza ta’ opportunisti, il-kopertura mhux kompluta tal-bejgħ online u x-xiri transfruntier, l-esklużjoni mill-kalkolu tal-imballaġġ li jista’ jintuża mill-ġdid imqiegħed fis-suq għall-ewwel darba.

47 Eunomia: "Study on waste statistics - a comprehensive review of gaps and weaknesses and key priority areas for improvement in the EU waste statistics", Ottubru 2017.

29

Page 30:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 9 – Rati ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik irrappurtati fl-2017

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat.

45 L-istudju dwar l-istatistika tal-iskart48, ikkummissjonat mill-Kummissjoni, juri li l-marġni sinifikanti ta’ żball huwa dovut għal flessibbiltà fl-interpretazzjoni ta’ obbligi legalment vinkolanti, verifikazzjoni insuffiċjenti ta’ data, varjazzjoni wiesgħa fil-metodi ta’ kalkolu u l-proċeduri ta’ verifikazzjoni u nuqqas ta’ inċentivi għal rappurtar preċiż. Kemm l-istudju dwar l-istatistika tal-iskart kif ukoll l-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart49 jindikaw li jista' jkun li l-ammonti ta’ imballaġġ imqiegħda fis-suq jiġu rrappurtati b'mod insuffiċjenti. Xi Stati Membri qed jippruvaw jindirizzaw problemi ta’ rappurtar tad-data billi jimplimentaw sistemi elettroniċi ta’ rappurtar għall-flussi tal-iskart (ara l-Kaxxa 2 għal eżempju).

48 Ibid.

49 Il-Kummissjoni Ewropea: " Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, fosthom ir-rapport ta' twissija bikrija għall-Istati Membri f'riskju li ma jilħqux il-mira għall-2020 ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid/għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali", COM(2018) 656 final, Settembru 2018.

74.2 %

41.9 %

23.5 %

0 %

5 %

10 %

15 %

20 %

25 %

30 %

35 %

40 %

45 %

50 %

55 %

60 %

65 %

70 %

75 %*Data kif ġiet irrappurtata għall-2016 għal Ċipru, ir-Rumanija, l-Italja u Malta

30

Page 31:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Kaxxa 2

Pjattaforma E-GAR fil-Portugall Fl-2018, l-awtoritajiet Portugiżi stabbilew pjattaforma għar-rappurtar online ta’ movimenti domestiċi tal-iskart, imsejħa E-GAR. Is-sistema żżomm rekord tat-trasporti kollha kkodifikati, u l-maniġers tagħha jwettqu kontrolli trimestrali ta’ validazzjoni tal-kwalità. Il-fokus huwa fuq l-operazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-iskart – hemm madwar 3 000 entità li jittrattaw l-iskart.

Is-sistema hija bbażata fuq proċedura ta’ validazzjoni tul il-katina tat-trasport: il-produttur jew l-esportatur tal-iskart jikkodifikaw id-data fis-sistema u r-riċevitur tal-iskart jrid jikkonferma t-tip, il-kwalità u l-kwantità tal-iskart. Iż-2 partijiet għandhom 30 jum biex jilħqu pożizzjoni komuni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil. Billi hemm ħtieġa ta’ konferma mill-entità tad-destinazzjoni, il-possibbiltà li tiġi evitata l-liġi hija aktar limitata (jiġifieri sit illegali għar-rimi tal-iskart ma jistax jivvalida trasport).

L-E-GAR għadha ma tipproduċix statistika billi d-data tagħha għadha f’fażi ta’ validazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet Portugiżi beħsiebhom jużaw l-E-GAR bħala s-sors prinċipali ta’ data statistika nazzjonali, bil-vantaġġ li, billi tkopri l-produtturi kollha tal-iskart, ma jkun hemm l-ebda ħtieġa għal estrapolazzjoni tad-data, bħalma huwa l-każ attwalment. Barra minn hekk, id-data dwar l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li jilħaq l-impjanti ta’ riċiklaġġ tkun aktar preċiża.

Is-sistema ġġib magħha wkoll benefiċċji f’termini ta’ spejjeż, billi ma hemmx ħtieġa ta’ rekord dokumentarju u ħżin relatat. L-awtoritajiet Portugiżi stmaw li l-ispiża komposta tal-E-GAR hija ta’ EUR 0.17 għal kull fajl, meta mqabbla ma’ EUR 4.55 għal kull fajl stampat li ntuża qabel.

46 Ir-rata totali ta’ riċiklaġġ għall-imballaġġ tal-plastik irrappurtata fl-UE żdiedet b’madwar 12-il punt perċentwali matul il-perjodu 2008-2017 (ara l-Figura 10). Il-kwantità ta’ materjal riċiklat żdiedet b’mod stabbli iżda, fl-istess ħin, l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik irrappurtat bħala li ġie ġġenerat ukoll żdied b'1.7 miljun tunnellata. Il-kwantità ta’ materjal ta’ skart mhux riċiklat għalhekk baqgħet relattivament stabbli f'ammont ta' madwar 9.5 miljun tunnellata fis-sena matul l-aħħar 5 snin. Din hija sfida sinifikanti fil-kuntest tal-miri l-ġodda u aktar ambizzjużi għar-riċiklaġġ stabbiliti u l-ambizzjonijiet usa’ tal-ekonomija ċirkolari.

31

Page 32:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 10 – Ġenerazzjoni u riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat.

Aġġornamenti leġiżlattivi se jirriżultaw fi tnaqqis korrettiv fir-rati ta’ riċiklaġġ irrappurtati

47 Biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet tad-data msemmija fil-paragrafu 44 , l-aġġornament tal-2018 tal-PPWD introduċa rekwiżiti aktar stretti għall-kalkolu tar-rati ta’ riċiklaġġ. Notevolment, huwa armonizza l-punt ta’ kejl ta’ kwantitajiet riċiklati biex tiġi prodotta data aktar preċiża u komparabbli. Hemm ukoll rekwiżiti addizzjonali għall-verifikazzjoni ta’ data rrappurtata ma’ settijiet ta’ data oħra u dwar il-forniment ta’ rapporti ta’ verifika tal-kwalità tad-data. Esperti kkonsultati mill-QEA stmaw li l-applikazzjoni tal-metodi l-ġodda ta’ kalkolu tista’ twassal għal tnaqqis fir-rati ta’ riċiklaġġ irrappurtati sa massimu ta’ 10 punti perċentwali. Plastics Europe pproġettat50 li r-rata ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik fl-UE tista’ tonqos minn 42 % (ir-rata attwali rrappurtata) għal madwar 29 % (ara l-Figura 10). Ir-regoli l-ġodda għar-rappurtar tal-miri l-ġodda għall-2025 u l-2030 daħlu fis-seħħ f’Jannar 2020, bl-ewwel rapporti mistennija f’Ġunju 2022 (li jkopru s-sena 2020).

48 Minħabba l-metodoloġija l-ġdida tal-kalkolu, id-distakk bejn ir-rati attwali tar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik u l-miri għall-2025/2030 se jiżdied b’mod sinifikanti.

50 Plastics Europe: "The Circular Economy for Plastics. A European Overview", Diċembru 2019.

15,0214,64 14,83 15,00 15,10 15,00

15,4115,92

16,3016,76

4,55 4,72 4,93 5,15 5,36 5,586,09

6,426,96 7,09

10,479,92 9,90 9,85 9,74

9,42 9,329,50

9,349,67

29,8 %

31,9 %32,5 %

33,7 %35,0 %

36,6 %

38,9 %

39,9 %

42,4 % 41,9 %

25 %

27 %

29 %

31 %

33 %

35 %

37 %

39 %

41 %

43 %

45 %

0

2

4

6

8

10

12

14

16

18

2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017

Skart mill-imballaġġ tal-plastik iġġenerat Skart mill-imballaġġ tal-plastik riċiklat

Skart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat (f’landfill jew inċinerat) Rata ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik

Tnaqqis potenzjali tar-rata ta’ riċiklaġġ għal 29-32 %*

Miljun tunnellata

Regoli ġodda ta’ rappurtar

*Kif stmat mill-esperti kkonsultati mill-QEA u Plastics Europe

32

Page 33:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Jinħtieġu azzjonijiet deċiżivi biex jintlaħqu l-miri l-ġodda għar-riċiklaġġ legalment vinkolanti. Fl-2015, l-Alleanza ta' Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EXPRA) stmat li r-rata massima ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ teoretikament fattibbli għall-plastik hija ta’ 60 %, li tindika li r-rati ta’ riċiklaġġ jenħtieġ li jkunu tipikament aktar baxxi billi mhuwiex possibbli li jinġabar kull ma jintrema mill-konsumaturi51. Ir-rati ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik huma mistennija li jiżdiedu fil-futur wara l-implimentazzjoni ta’ regoli ġodda dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur (ara l-paragrafu 37), l-iżvilupp ta’ infrastruttura aktar estensiva u mtejba separata għall-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ u l-aġġornament mistenni tar-Rekwiżiti Essenzjali (ara l-paragrafu 29).

Finanzjament mill-UE għall-iskart mill-imballaġġ tal-plastik: infrastruttura u għażliet ta’ trattament

L-UE tiffinanzja l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart permezz ta’ strumenti ta’ politika ta’ koeżjoni

49 L-UE tiffinanzja l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart għall-ġbir, is-separazzjoni u t-trattament prinċipalment permezz tal-Politika ta’ Koeżjoni. Filwaqt li mhuwiex possibbli li jiġi identifikat finanzjament rilevanti unikament għall-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik, il-finanzjament inġenerali jgħin biex jitjieb l-immaniġġjar tal-iskart kollu, li jwassal għal flussi ta’ skart aktar nodfa li huma aktar faċli biex jiġu rriċiklati. F’dan il-qasam jiġu ffinanzjati żewġ miżuri ta’ appoġġ:

o Il-Miżura 17 dwar l-immaniġġjar tal-iskart domestiku fir-rigward tal-minimizzazzjoni, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ, li għandha l-għan li tappoġġa għażliet ta’ trattament li jinsabu f’pożizzjoni ogħla fil-ġerarkija tal-iskart (ara l-Figura 4) li tirrifletti aħjar l-ambizzjonijiet li timxi lejn ekonomija aktar ċirkolari;

o Il-Miżura 18 dwar l-immaniġġjar tal-iskart domestiku fir-rigward tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku, it-trattament termali, l-inċinerazzjoni u r-rimi f’landfills, li għandha allokazzjonijiet kemxejn ikbar mill-Miżura 17-55 % tal-allokazzjoni totali għall-Miżuri 17 u 18 (ara l- Figura 11).

50 In-nefqa għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020) hija baxxa (EUR 1 000 000) meta mqabbla mal-fondi bbaġitjati (EUR 4.4 biljun). B’mod ġenerali, ikkalkulajna li mill-fondi bbaġitjati ntefqu 30.5 % għall-Miżura 17 u 16.5 % għall-Miżura 18 fil-31 ta’ Diċembru 2019. Għadd ta’ fatturi jispjegaw id-distakk kbir bejn

51 EXPRA: "Analysis of Eurostat packaging recycling data - a study of the years 2006-2012", Ottubru 2015.

33

Page 34:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

l-allokazzjoni u n-nefqa, notevolment: ostakli għar-reviżjonijiet tal-pjanijiet ta’ immaniġġjar tal-iskart tal-Istati Membri u leġiżlazzjoni nazzjonali oħra, il-ħtieġa li jiġu riveduti proġetti approvati, evalwazzjonijiet fit-tul tal-proġetti, dewmien fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, nuqqas ta’ kapaċità mill-awtoritajiet lokali biex jimmaniġġjaw proġetti, u nuqqas ta’ kofinanzjament52.

52 Eunomia: "Study on investment needs in the waste sector and on the financing of municipal waste management in Member States", Ġunju 2019.

34

Page 35:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 11 – Fondi mill-politika ta’ koeżjoni bbaġitjati u minfuqa għall-perjodu 2014-2020

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data li ġiet estratta fis-16 ta’ Ġunju 2020 minn https://cohesiondata.ec.europa.eu/ li turi s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2019.

Il-Programm Orizzont 2020 jista’ jtejjeb id-disinn u r-riċiklabbiltà tal-plastik

51 Fuq is-sit web tagħha l-Kummissjoni tirrapporta li l-programm ta’ finanzjament tal-UE tal-H2020 għar-riċerka pprovda madwar EUR 84.6 miljun f’kontribuzzjonijiet netti mill-UE għal proġetti ta’ riċerka relatati mal-plastik. In-nefqa tal-UE għal proġetti

154,10

395,54

50,00

285,26

225,33

70,00

118,50

262,96

23,00

133,71

88,19

26,04

66,23

2,07

65,03

24,81

8,21

694,47

151,98

425,00

90,38

102,76

248,17

191,00

16,28

182,93

69,00

48,55

97,54

28,36

63,47

9,18

22,38

11,96

49,76

20,73

92,93

13,77

52,13

72,63

96,45

5,93

20,00

33,97

8,70

110,10

0,07

13,13

7,41

79,76

46,94

11,52

1,30

64,40

12,40

10,37

21,05

17,23

85,93

42,55

1,24

-

0,11

-

7,33

- 100 200 300 400 500 600 700 800

Il-Greċja

Il-Polonja

Il-Kroazja

L-Ungerija

L-Italja

Ir-Rumanija

Il-Portugall

Is-Slovakkja

Ċipru

Il-Bulgarija

Il-Litwanja

Franza

Iċ-Ċekja

Il-Belġju

Spanja

Il-Latvja

Malta

EUR miljun

1 998 951 351

2 441 456 370

Total ibbaġitjat fl-UE

Ibbaġitjati għall-minimizzazzjoni, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ

Ibbaġitjati għal trattament mekkaniku-bijoloġiku, trattament termali, inċinerazzjoni u rimi f’landfill

609 640 292

402 124 115

Total minfuq fl-UE

Intefqu għall-minimizzazzjoni, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ

Intefqu għal trattament mekkaniku-bijoloġiku, trattament termali, inċinerazzjoni u rimi f’landfill

35

Page 36:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

relatati mal-plastik tirrappreżenta 17 % tal-fondi H2020 totali żborżati sa Marzu 2020. Il-Figura 12 turi l-pajjiżi prinċipali li jipparteċipaw fi proġetti bħal dawn, li normalment ikunu transnazzjonali.

Figura 12 – Il-kontribuzzjoni netta ta’ Orizzont 2020 tal-UE skont il-pajjiż għal proġetti relatati mal-plastik

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data u mappa mill-applikazzjoni SEDIA (Single Electronic Data Interchange Area), data li ġiet estratta fis-16 ta’ Marzu 2020.

52 Il-proġetti H2020 jiffukaw aktar fuq il-parti superjuri tal-ġerarkija tal-iskart, f’konformità mal-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik tal-UE53. Dawn jinkludu r-riċerka fuq polimeri alternattivi, metodi ta’ riċiklaġġ imtejba jew disinn imtejjeb. Madankollu, in-natura innovattiva tal-proġetti H2020 tfisser li r-riżultati tagħhom mhumiex faċilment u direttament replikabbli fuq skala kbira biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik.

53 Ibid.

Kontribuzzjoni mill-UE

17.23M

145.14k

PajjiżKontribuzzjoni Netta mill-UE H2020

Parteċipazzjonijiet H2020

Total 84 611 989 215Spanja 17 226 277 41Il-Ġermanja 13 611 964 26Il-Belġju 9 759 601 24Franza 8 590 424 27Ir-Renju Unit 6 850 125 16L-Italja 6 194 889 19In-Netherlands 5 174 232 12L-Awstrija 3 341 499 10L-Irlanda 3 042 696 6Il-Greċja 2 882 679 8Il-Portugall 2 156 055 6Il-Finlandja 1 271 953 3L-Iżvezja 973 206 3Iċ-Ċekja 711 202 3Il-Litwanja 704 675 2Ċipru 503 316 2Is-Slovenja 480 863 2Id-Danimarka 441 195 2L-Estonja 300 000 1Il-Polonja 250 000 1Ir-Rumanija 145 138 1

36

Page 37:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Il-programm LIFE jiffinanzja modi biex jiġi indirizzat l-iskart tal-plastik

53 Minbarra l-finanzjament taħt il-Politika ta' Koeżjoni u taħt Orizzont 2020, il-Kummissjoni Ewropea allokat EUR 3.4 biljun għall-perjodu 2014-2020 għall-protezzjoni tal-ambjent u l-klima permezz tal-fond LIFE. Ma hemm l-ebda diżaggregazzjoni għal finanzjament relatat mal-iskart tal-plastik jew mal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. Madankollu, id-data mid-database tal-proġetti LIFE turi li l-Kummissjoni Ewropea ffinanzjat 20 proġett relatat mal-iskart tal-plastik (l-ammonti ta’ finanzjament mhumiex ipprovduti).

54 Studju li twettaq għall-Kummissjoni54 juri li l-prijoritajiet ta’ finanzjament LIFE jappoġġaw l-ilħuq tal-objettivi ta’ politika tal-UE dwar l-iskart, filwaqt li jistimulaw l-implimentazzjoni ta’ mudelli ta’ negozju u konsum ġodda, u jappoġġaw kunċetti ta’ effiċjenza fir-riżorsi u ta’ ekonomija ċirkolari. Bħall-H2020, il-finanzjament LIFE qed jimmira lejn il-parti superjuri tal-ġerarkija tal-iskart (ara l-Figura 4). L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm LIFE osservat li l-Kummissjoni tista’ tagħmel aktar biex tirriproduċi l-proġetti u tittrasferixxi s-soluzzjonijiet u n-know-how tagħhom biex tipproduċi effett katalitiku. Għalhekk, ir-riżultati tal-proġetti x’aktarx li mhux se jkollhom impatt sostanzjali fuq terminu qasir fuq il-kwistjoni tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik.

Vjeġġi ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik

Il-kundizzjonijiet għat-trasport marittimu ta’ skart tal-plastik barra mill-pajjiż se jsiru aktar stretti

55 Meta ma jiġix ittrattat fl-UE, l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik jista’ jiġi ttrasportat bil-baħar għar-riċiklaġġ lejn pajjiżi terzi, bl-applikazzjoni ta’ regoli aktar stretti għal skart perikoluż kif stipulat fil-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-kontroll tal-movimenti li jaqsmu l-fruntieri tal-iskart ta' riskju u d-disponiment minnhom. Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE (WFD) tiddikjara li huwa l-għan tal-UE li ssir awtosuffiċjenti fir-rimi u l-irkupru tal-iskart muniċipali (li jinkludi l-biċċa l-kbira mill-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhux faċli jiġi rriċiklat).

56 Sa issa l-biċċa l-kbira mill-iskart mill-imballaġġ tal-plastik ma kienx meqjus perikoluż għal finijiet ta’ vjeġġi bil-baħar, u għalhekk kien elenkat bħala aħdar skont ir-Regolament tal-UE dwar vjeġġi ta’ skart. F’Mejju 2019, il-partijiet għall-Konvenzjoni ta’

54 Ibid.

37

Page 38:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Basilea qablu li jiġu elenkati bħala ħodor biss il-vjeġġi ta’ plastiks riċiklabbli magħżula minn qabel u mhux kontaminati, li huma ħielsa mill-materjal kollu mhux riċiklabbli u li ġew ippreparati għal riċiklaġġ immedjat li jirrispetta l-ambjent (mhux perikolużi). Din il-bidla se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.

L-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik u l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik qed jonqsu

57 L-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik barra mit-territorju tal-UE kienu qed jonqsu, b’mod partikolari matul l-aħħar tliet snin. Il-figura ta’ hawn taħt turi l-Istati Membri prinċipali li esportaw l-iskart tal-plastik għar-riċiklaġġ barra mit-territorju tal-UE matul il-perjodu 2010-2019.

Figura 13 – Il-pajjiżi prinċipali tal-UE li qed jesportaw l-iskart tal-plastik barra mit-territorju tal-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mid-database Comext tal-Eurostat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

58 L-esportazzjoni kemm tal-iskart tal-plastik kif ukoll tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik fl-2017 naqset f’termini assoluti. L-iskart mill-imballaġġ jirrappreżenta sehem dejjem akbar mill-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik barra mit-territorju tal-UE: 75 % fl-2017 li hija żieda minn 43 % fl-2012 (ara l-Figura 14). Dan jagħti x'jifhem li l-Istati Membri tal-UE jserrħu ħafna fuq ir-riċiklaġġ barra l-UE biex jimmaniġġjaw l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik tagħhom. Din ix-xejra jenħtieġ li titqies fil-kuntest tal-isfidi

0,0

0,5

1,0

1,5

2,0

2,5

3,0

3,5

4,0

Jan.-Diċ.2010

Jan.-Diċ.2011

Jan.-Diċ.2012

Jan.-Diċ.2013

Jan.-Diċ.2014

Jan.-Diċ.2015

Jan.-Diċ.2016

Jan.-Diċ.2017

Jan.-Diċ.2018

Jan.-Diċ.2019

Pajjiżi Oħra tal-UE

Il-Portugall

Spanja

L-Italja

Il-Polonja

Franza

Is-Slovenja

In-Netherlands

Il-Belġju

Ir-Renju Unit

Il-Ġermanja

Miljun tunnellata

38

Page 39:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

marbuta mal-iżvilupp tal-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart (ara l-paragrafu 50), inkluża l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fis-suq fuq skala kbira (eż. ir-riċiklaġġ kimiku), u ż-żieda fil-pressjoni pubblika u leġiżlattiva biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik.

Figura 14 – Sehem tal-esportazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik, fl-iskart totali tal-plastik esportat barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data dwar l-esportazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik estratta mid-database tal-Eurostat dwar Packaging waste by waste management operations and waste flow u data dwar l-esportazzjonijiet tal-iskart tal-plastik estratta mid-database Comext tal-Eurostat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

L-iskart mill-imballaġġ tal-plastik ittrasportat bil-baħar jirrappreżenta terz tar-rata ta’ riċiklaġġ irrappurtata fl-UE

59 L-iskart mill-imballaġġ tal-plastik jista’ jiġi ttrasportat bil-baħar barra mit-territorju tal-UE għal skopijiet ta’ riċiklaġġ. L-esportaturi huma meħtieġa juru li l-iskart jiġi ttrattat taħt kundizzjonijiet simili għal dawk fl-UE55. L-Istati Membri użaw din l-għażla biex jittrasportaw bil-baħar ammonti sinifikanti ta’ skart tal-plastik barra minn pajjiżhom u b’mod partikolari lejn l-Asja (ara t-Tabella 2). Fl-2018, skont data pprovduta minn Plastics Europe, l-UE ittrasportat bil-baħar 6.5 % tal-iskart tal-plastik kollu miġbur, barra l-Ewropa. Dan huwa ekwivalenti għal 20.2 % tal-iskart tal-plastik mibgħut fil-faċilitajiet tar-riċiklaġġ. Il-vjeġġi għar-riċiklaġġ barra mit-territorju tal-UE

55 Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.

43,36 %

57,46 %53,90 % 55,33 %

66,85 %

75,71 %

0 %

10 %

20 %

30 %

40 %

50 %

60 %

70 %

80 %

2012 2013 2014 2015 2016 2017

39

Page 40:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

jirrappreżentaw bejn 27 % u 30 % tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik irrappurtat matul il-perjodu 2012-201756. Dan juri li t-trasport marittimu għar-riċiklaġġ barra mit-territorju tal-UE għandu rwol sinifikanti biex jintlaħqu l-miri għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik.

Tabella 2 – L-esportazzjonijiet tal-UE tal-iskart tal-plastik

2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019

Skart tal-plastik esportat barra mit-territorju tal-UE (f’miljun ta’ tunnellata)

3.37 3.37 3.36 2.84 3.30 3.08 3.12 2.55 1.93 1.72

L-10 destinazzjonijiet prinċipali Asjatiċi (% fl-esportazzjonijiet totali tal-UE)

95 % 96 % 95 % 94 % 95 % 95 % 94 % 91 % 86 % 83 %

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mid-database Comext tal-Eurostat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

60 L-operaturi tal-UE jridu jirċievu dokumentazzjoni li tattesta li t-trattament (inkluż ir-riċiklaġġ) tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik f’pajjiż terz isir skont standards li huma ekwivalenti b’mod ġenerali għal dawk fl-UE. Madankollu, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tosserva li t-trattament f’pajjiżi terzi ħafna drabi jikkawża aktar pressjoni ambjentali f’termini ta’ tniġġis, emissjonijiet ta’ CO2 u tnixxija tal-plastik fl-ambjent, milli t-trattament jew ir-riċiklaġġ fl-UE. Il-verifikazzjoni tal-konformità mal-istandards tat-trattament tal-iskart tal-plastik tal-UE f’pajjiżi terzi ħafna drabi mhijiex suffiċjenti biex tiżgura r-rispett tal-istandards tal-UE57. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri ma għandhom l-ebda setgħa ta’ kontroll f’pajjiżi terzi, u l-organizzazzjonijiet ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, li huma responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik, rari jwettqu kontrolli fuq il-post. Dan jissarraf f’livell baxx ta’ assigurazzjoni relatata mar-riċiklaġġ barra mit-territorju tal-UE u riskju sinifikanti ta’ attivitajiet illegali.

61 L-aġġornament tal-2018 tal-PPWD u r-regoli ta’ implimentazzjoni58 jirrikjedu illi l-Istati Membri jiddeskrivu f’rapport ta’ kontroll tal-kwalità l-miżuri speċifiċi ta’ monitoraġġ u ta’ validazzjoni li ttieħdu biex jiġi żgurat li l-esportaturi tal-iskart mill-

56 Ibbażat fuq data ipprovduta mill-Eurostat.

57 L-EEA: "Plastic waste trade and the environment", Ottubru 2019.

58 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/665 tas-17 ta’ April 2019.

40

Page 41:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

imballaġġ tal-plastik jikkonformaw mal-obbligu ta’ ekwivalenza tal-kundizzjonijiet ta’ trattament.

Il-projbizzjoni taċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta’ skart tal-plastik wasslet għal bidliet fid-destinazzjoni tal-esportazzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE

62 Iċ-Ċina (inkluż Hong Kong) kienet id-destinazzjoni prinċipali għall-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik tal-UE qabel l-2018, u fl-2016 kienet tirrappreżenta 77 % (2.4 miljun tunnellata) tal-iskart totali tal-plastik esportat tal-UE. F’Lulju 2017, iċ-Ċina ħabbret projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-iskart tal-plastik, li daħlet fis-seħħ fil-bidu tal-2018. Wara din il-projbizzjoni, l-esportazzjonijiet lejn iċ-Ċina naqsu b’mod rapidu u l-portafoll tal-pajjiżi ta’ destinazzjoni għall-iskart tal-plastik tal-UE ddiversifika (ara l-Figura 15). Pajjiżi Asjatiċi oħra esperjenzaw żidiet sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-iskart tal-plastik tal-UE bejn l-2016 u l-2018: it-Tajlandja b’żieda ta’ tmien darbiet, it-Turkija b’żieda ta’ seba’ darbiet, it-Tajwan b’żieda ta’ ħames darbiet, u l-Indoneżja b’żieda ta’ tliet darbiet. B’riżultat ta’ dan, aktar pajjiżi imponew ukoll restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-iskart tal-plastik. Id-data għall-2019 turi lit-Turkija u l-Malasja bħala d-destinazzjonijiet Asjatiċi prinċipali għall-esportazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik.

41

Page 42:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 15 – Il-pajjiżi ta’ destinazzjoni Asjatiċi prinċipali għall-iskart tal-plastik tal-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mid-database Comext tal-Eurostat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

63 Il-projbizzjoni taċ-Ċina ħaffet ukoll iż-żieda fil-movimenti tal-iskart tal-plastik fl-UE (ara l-Figura 16). Dawn il-bidliet jistgħu jkunu dovuti għall-iskart li jilħaq l-infrastruttura disponibbli ġewwa l-UE (kapaċità ta’ riċiklaġġ, inċinerazzjoni u landfill) jew minħabba rotot ta’ tranżitu differenti matul l-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik barra mit-territorju tal-UE.

0,0

0,5

1,0

1,5

2,0

2,5

3,0

3,5

Jan.-Diċ. 2010 Jan.-Diċ. 2011 Jan.-Diċ. 2012 Jan.-Diċ. 2013 Jan.-Diċ. 2014 Jan.-Diċ. 2015 Jan.-Diċ. 2016 Jan.-Diċ. 2017 Jan.-Diċ. 2018 Jan.-Diċ. 2019

It-Tajlandja

It-Tajwan

Il-Pakistan

L-Indoneżja

L-Indja

It-Turkija

Il-Malasja

Il-Vjetnam

Hong Kong

Iċ-Ċina

Miljun tunnellata

42

Page 43:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 16 – Evoluzzjoni tal-kummerċ fl-UE u barra mit-territorju tal-UE fl-iskart tal-plastik

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mid-database Comext tal-Eurostat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

64 Xi Stati Membri raw żidiet sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-iskart tal-plastik bejn l-2016 u l-2019. Is-Slovenja rat żieda ta’ 68 %, il-Polonja 30 %, ir-Repubblika Ċeka 26 %, Spanja 25 %, u n-Netherlands u Franza madwar 20 %. Il-Figura 17 tagħti ħarsa ġenerali lejn id-destinazzjonijiet prinċipali tal-iskart tal-plastik ġewwa l-UE. L-Istati Membri importaturi jistgħu jkunu wkoll punti ta’ tranżitu biss (ara l-każ Green Tuscany fil-Kaxxa 3).

65 L-isfida ppreżentata mill-projbizzjoni taċ-Ċina tqiegħed pressjoni dejjem tiżdied fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li jimmaniġġjaw l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik tagħhom. Il-Kummissjoni tistma li l-UE għandha faċilitajiet biex tirriċikla nofs l-iskart tal-plastik totali tagħha59. Data dwar kapaċitajiet oħra għall-iskart tal-plastik għas-separazzjoni, l-inċinerazzjoni u r-rimi f’landfill mhijiex disponibbli.

59 Il-Kummissjoni Ewropea: "Staff Working Document Accompanying the 2018 Plastics Strategy".

2,051,93

1,83 1,841,95

2,14

2,36 2,412,52 2,58

3,373,37

3,36

2,84

3,30 3,08

3,12

2,55

1,931,72

0,0

0,5

1,0

1,5

2,0

2,5

3,0

3,5

4,0

4,5

5,0

5,5

6,0

Jan.-Diċ. 2010 Jan.-Diċ. 2011 Jan.-Diċ. 2012 Jan.-Diċ. 2013 Jan.-Diċ. 2014 Jan.-Diċ. 2015 Jan.-Diċ. 2016 Jan.-Diċ. 2017 Jan.-Diċ. 2018 Jan.-Diċ. 2019

Intra-UEBarra mit-territorju tal-UE

Miljun tunnellata

43

Page 44:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Figura 17 – Il-pajjiżi ta’ destinazzjoni prinċipali għall-kummerċ tal-iskart tal-plastik fl-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mid-database Comext tal-Eurostat dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija.

66 Sabiex iżommu r-rata attwali ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik u biex din tiżdied biex jintlaħqu l-miri l-ġodda tagħha, l-Istati Membri se jkollhom iżidu u jtejbu l-kapaċità ta’ riċiklaġġ tagħhom biex ikopru:

o Il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik li se jsiru suġġetti għall-kontrolli aktar stretti tal-Konvenzjoni ta’ Basilea (ara l-paragrafu 56) u għalhekk mhux daqstant faċli jew anke mhux possibbli li jiġu esportati barra mit-territorju tal-UE għar-riċiklaġġ;

o Il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik li huma attwalment irrappurtati bħala riċiklati iżda li se jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala mhux riċiklati wara l-bidla fir-rekwiżiti tar-rappurtar;

o Iż-żieda meħtieġa fil-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik riċiklat biex jintlaħqu l-miri legalment vinkolanti tal-2025 u l-2030.

0,0

0,5

1,0

1,5

2,0

2,5

3,0

Jan.-Diċ.2010

Jan.-Diċ.2011

Jan.-Diċ.2012

Jan.-Diċ.2013

Jan.-Diċ.2014

Jan.-Diċ.2015

Jan.-Diċ.2016

Jan.-Diċ.2017

Jan.-Diċ.2018

Jan.-Diċ.2019

Stati Membri oħratal-UE

Is-Slovenja

Iċ-Ċekja

Franza

L-Awstrija

Spanja

Il-Belġju

L-Italja

Il-Polonja

In-Netherlands

Il-Ġermanja

Miljun tunnellata

44

Page 45:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Traffikar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik: kriminalità ambjentali

67 Ir-reati ambjentali huma atti li jiksru l-leġiżlazzjoni ambjentali u jikkawżaw jew jirriskjaw li jikkawżaw ħsara sinifikanti lill-ambjent u/jew lill-bnedmin. L-UE adottat id-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali li tirrikjedi li l-Istati Membri jittrattaw ir-reati ambjentali bħala reati kriminali. L-oqsma prinċipali tal-kriminalità ambjentali jinkludu, fost l-oħrajn, il-vjeġġi illegali u r-rimi tal-iskart.

Ir-rimi illegali tal-iskart tal-plastik huwa reat serju u kumpless

68 Il-kriminalità ambjentali, inklużi l-vjeġġi u l-iskariku illegali tal-iskart tal-plastik, għandha impatt sinifikanti fuq l-ambjent, l-organiżmi selvaġġi u s-saħħa tal-bniedem u twassal għal telf ekonomiku sinifikanti. Rapport tal-Kummissjoni tal-2013 ikkonkluda li r-rimi illegali tal-iskart u faċilitajiet insuffiċjenti ta’ trattament tal-iskart wasslu għal opportunitajiet mitlufa għat-tkabbir ekonomiku u theddid għall-ambjent60. Ir-rimi illegali tal-iskart huwa marbut mal-kriminalità organizzata61 u l-ħasil tal-flus, u huwa wieħed mill-aktar swieq illegali li jħalli qligħ fid-dinja, fuq l-istess livell bħat-traffikar tal-bnedmin u d-drogi illegali u l-kummerċ tal-armi tan-nar, minħabba r-riskju baxx ta’ prosekuzzjoni u minħabba multi baxxi62. Il-Valutazzjonijiet tat-Theddid Gravi tal-Kriminalità Organizzata tal-Europol mill-2013 u l-2017 jindikaw dan it-tip ta’ reat bħala theddida importanti u qasam ta’ fokus ewlieni tal-ħidma tal-Europol, li tinkludi l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri (ara l-Kaxxa 3).

69 Rapport tal-Kunsill dwar il-kriminalità ambjentali63 indika li r-rata attwali ta’ detezzjoni u ta’ prosekuzzjoni għall-kriminalità marbuta mal-iskart hija baxxa. Huwa

60 Il-Kummissjoni Ewropea: “Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart”, COM (2013) 6 final, is-17 ta’ Jannar 2013.

61 Waste force project: ‘Waste Crime Alerts’.

62 “European Union Action to Fight Environmental Crime” (EFFACE): ‘Crime and the EU. Synthesis of the Research Project Final synthesis Report of the Research Project’, Marzu 2016.

63 Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: "Rapport finali dwar it-Tmien ċiklu ta' evalwazzjonijiet reċiproċi dwar il-kriminalità ambjentali - Informazzjoni u diskussjoni fil-Kunsill ", il-15 ta’ Novembru 2019.

45

Page 46:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

stma li din hija ferm aktar baxxa64 minn tipi oħra ta’ kriminalità filwaqt li s-sanzjonijiet mhumiex proporzjonali u dissważivi, xi kultant aktar baxxi mill-qligħ minn attività illegali65. Il-kumplessità tal-katina ta’ vjeġġi tagħmilha diffiċli li ssir prosekuzzjoni tal-partijiet involuti u biex tingħata prova li huma kienu jafu dwar ir-rimi illegali tal-iskart. L-iskart jista’ jbiddel l-idejn diversi drabi f’diversi pajjiżi qabel ma jintrema b’mod illegali, filwaqt li l-ewwel parteċipant li jagħti bidu għall-fluss tal-iskart jirċievi dokumenti li jattestaw li l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik huwa riċiklat. Iċ-ċifra fil-Kaxxa 3 tagħti eżempju teoretiku ta’ kif jista’ jseħħ traffikar illegali nazzjonali tal-iskart mill-imballaġġ, biex jikkomplementa l-każ fil-ħajja reali li ġie skopert mill-operazzjoni “Green Tuscany” tal-Europol.

64 In-Netwerk Ewropew ta’ Prosekuturi għall-Ambjent: "Environmental prosecution report tackling environmental crime in Europe", Marzu 2017.

65 Countering WEEE Illegal Trade: "Summary Report", it-30 ta' Awwissu 2015.

46

Page 47:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Kaxxa 3

Traffikar illegali tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik

Fluss teoretiku illegali ta’ skart

Sors: il-QEA.

Operazzjoni “Green Tuscany”

Fl-2019, 96 persuna ġew arrestati bħala parti mill-operazzjoni Green Tuscany, li kienet kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi Taljani u Sloveni kkoordinata mill-Europol. Is-96 individwu kienu parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata, li kien qed jittrasporta l-iskart tal-plastik illegalment mill-Italja għaċ-Ċina permezz tas-Slovenja. Lill-kumpaniji Taljani, il-kumpaniji Sloveni kienu qed jipprovdulhom dokumenti li jattestaw li l-iskart kien irriċiklat qabel ma ntbagħat lejn iċ-Ċina. Matul l-operazzjoni nstabu 560 vjeġġ illegali ta’ skart tal-plastik b’valur totali ta’ EUR 8 miljun. Sors: il-Europol.

L-iskart tal-plastik huwa waħda mill-komoditajiet prinċipali li jiġu ttrasportati bil-baħar illegalment

70 L-IMPEL, in-netwerk tal-UE tal-awtoritajiet ambjentali għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi ambjentali, fl-2011 stma li l-iskart traffikat illegalment jammonta għal madwar 20 % tal-vjeġġi kollha tal-iskart fl-UE66. L-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fl-2009 nediet l-operazzjoni Demeter, inizjattiva globali konġunta mmirata lejn il-vjeġġi illegali tal-iskart, li ġiet ripetuta bosta drabi. Ir-riżultati reċenti67 tal-operazzjoni Demeter jikkonfermaw li l-iskart tal-plastik huwa wieħed mit-tipi prinċipali ta’ vjeġġi

66 EnviCrimeNet: "Report on Environmental Crime", is-27 ta' Mejju 2016.

67 L-Operazzjoni Demeter tal-2019.

Sensar I Sensar II

Mandat biex jintrema l-iskart

Jiċċertifika li l-iskart huwa riċiklat

Fir-realtà, jiddepożita l-iskart f’landfill illegali viċin żona residenzjali

Jieħu impenn biex jiżgura r-riċiklaġġ tal-iskart taħt kundizzjonijiet “simili”

Trasportatur Kumpanija tat-Tbaħħir

Pajjiż fl-AsjaPort fl-Istat Membru BKumpanija fl-Istat Membru A

47

Page 48:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

illegali tal-iskart (flimkien mal-WEEE), u jikkostitwixxi madwar 23 % tal-komoditajiet kollha ssekwestrati.

71 Fl-2017 BlockWaste68 stma li, bħala medja, kull sena 13 % tal-iskart kollu mhuxperikoluż jisparixxi mis-suq tal-iskart legali tal-UE. Għall-iskart perikoluż, dan il-perċentwal jitla’ sa 33 % (ara l-Figura 18 hawn taħt għad-data għal kull Stat Membru). Sa issa l-biċċa l-kbira mill-iskart mill-imballaġġ tal-plastik kien meqjus mhux perikoluż għal finijiet ta’ vjeġġi. Bidliet reċenti għall-Konvenzjoni ta’ Basilea jfissru li, mill-2021 'il quddiem, il-biċċa l-kbira mill-vjeġġi attwali ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik jkunu jiġu assimilati ma’ skart perikoluż. Għalhekk se jkun suġġett għal projbizzjoni ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi li mhumiex tal-OECD. Dan, flimkien man-nuqqas ta’ kapaċità għat-trattament tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik fl-UE, iżid ir-riskju li dan jintrema b’mod illegali kemm fi ħdan il-fruntieri tal-UE kif ukoll meta jiġi ttrasportat bil-baħar lejn pajjiżi terzi.

Figura 18 – Sehem stmat ta’ skart perikoluż imneħħi mis-suq legali

© Il-proġett Block Waste ffinanzjat mill-UE.

68 Il-proġett BlockWaste: "An exploratory estimate of the extent of illicit waste trafficking in the EU", il-31 ta' Ottubru 2017 (proġett ta’ riċerka kofinanzjat mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea).

48

Page 49:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Il-qafas legali tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriminalità marbuta mal-iskart huwa kkaratterizzat minn nuqqasijiet

72 Fl-2008, b’reazzjoni għal din il-problema dejjem tikber, l-UE adottat id-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali. Din tirrikjedi illi l-Istati Membri jittrattaw bħala reati kriminali attivitajiet li jiksru l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE u jiżguraw li huma punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-ġbir, it-trasport (inklużi l-vjeġġi illegali), l-irkupru u r-rimi tal-iskart li x’aktarx jikkaġuna ħsara lill-ambjent jew lill-bnedmin. L-operaturi kollha tul il-katina ta’ valur jistgħu jkunu suġġetti għal tali miżuri: mill-entità li tiġġenera l-iskart san-negozjanti, is-sensara, l-operaturi tat-trasport marittimu u l-operaturi għall-pajjiżi ta’ destinazzjoni. Id-Direttiva attwalment qed tiġi riveduta.

73 Rapport tal-European Union Action to Fight Environmental Crime (EFFACE)69 identifika għadd ta’ problemi li jillimitaw l-effettività tad-Direttiva dwar il-Kriminalità Ambjentali u konsegwentement tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-iskart, inkluż it-traffikar tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik, notevolment:

o Nuqqas ta’ data dwar siti kkontaminati kif ukoll dwar is-sanzjonijiet u r-rati ta’ prosekuzzjoni;

o Diffikultajiet fid-determinazzjoni ta’ liema mġiba tikkostitwixxi reat ambjentali minħabba inċertezzi legali bħad-definizzjoni ta’ skart kontra it-tmiem tal-istadju tal-iskart;

o Il-fatt li l-atti legali tal-UE naqsu milli jindirizzaw l-involviment dejjem akbar ta’ gruppi kriminali organizzati fil-kriminalità ambjentali, li mbagħad jiġi assoċjat ma’ reati oħra bħall-ħasil tal-flus (id-Direttiva kontra l-ħasil tal-flus70 minn dak iż-żmien ‘il hawn aġġornat id-definizzjoni ta’ reat predikat biex dan jinkludi l-kriminalità ambjentali);

69 “European Union Action to Fight Environmental Crime” (EFFACE): ‘Crime and the EU. Synthesis of the Research Project Final synthesis Report of the Research Project’, Marzu 2016.

70 Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali.

49

Page 50:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

o Nuqqas ta’ regoli armonizzati tal-UE dwar it-taħlita ta’ sanzjonijiet (amministrattivi/kriminali/ċivili);

o Nuqqas ta’ forzi tal-pulizija, uffiċċji tal-prosekuturi u mħallfin speċjalizzati biex jittrattaw il-kriminalità ambjentali.

50

Page 51:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Ħarsa ġenerali lejn l-opportunitajiet, id-distakki, l-isfidi u r-riskji 74 L-Istati Membri kollha rrappurtaw li laħqu l-mira tal-2008 tagħhom għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik ta’ 22.5 %. Id-differenzi fil-metodi tal-ġbir ta’ data u tar-rappurtar li jingħatalhom lok mill-qafas legali jwasslu għal varjazzjonijiet konsiderevoli bejn il-livelli ta’ riċiklaġġ irrappurtati mill-Istati Membri u jfixklu l-affidabbiltà tad-data. Instabu nuqqasijiet sinifikanti fid-disinn, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju applikabbli għall-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. L-imballaġġ tal-plastik jibqa’ l-uniku tip ta’ skart tal-plastik suġġett għal mira vinkolanti għar-riċiklaġġ. Setturi oħrajn li jiġġeneraw skart tal-plastik, anke jekk huma suġġetti għal miri usa’ ta’ ġestjoni tal-iskart, għad iridu jiżviluppaw strateġiji ddedikati jew jistabbilixxu miri speċifiċi għall-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik. Il-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart f’xi wħud minn dawn is-setturi (eż. tal-karozzi u l-kostruzzjoni) fil-futur qrib.

75 Għall-Istati Membri tagħha, l-UE stabbiliet miri diffikultużi ġodda għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik għall-2025 (50 %) u għall-2030 (55 %). Għar-rati ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik tal-Istati Membri, hija stabbiliet ukoll regoli aktar stretti għall-kejl tal-prestazzjoni tar-riċiklaġġ. Dawn huma mistennija li jipprovdu riflessjoni aktar preċiża tar-rata attwali ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik. Madankollu, b’riżultat ta’ dan, huwa mistenni tnaqqis fir-rata ta’ riċiklaġġ tal-plastik irrappurtata tal-UE. Il-Kummissjoni tilqa’ t-titjib probabbli fil-preċiżjoni tad-data u tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi kollha tul il-katina tal-valur kollha jeħtieġ li jieħdu azzjoni kkoordinata jekk l-UE trid kważi tirdoppja l-ammont ta’ skart mill-imballaġġ tal-plastik li tirriċikla sal-2030. L-ilħuq ta’ dawn il-miri tkun tikkostitwixxi pass sinifikanti lejn l-ilħuq tal-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari tal-UE, filwaqt li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE bħala mexxejja globali fir-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik. Dan ir-rapport analitiku jenfasizza xi wħud mill-opportunitajiet, id-distakki, l-isfidi u r-riskji tal-azzjonijiet tal-UE biex jiġi indirizzat l-iskart tal-plastik.

Opportunitajiet

76 Is-sistema ta’ rappurtar tal-UE għar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik ġiet imsaħħa u armonizzata, fatt li għandu l-potenzjal li jsaħħaħ il-fiduċja fis-sistema. Huwa mistenni lil regoli msaħħa dwar il-ġbir separat u r-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur iwasslu għal kwantità u kwalità ogħla ta’ materjali riċiklabbli. Il-modulazzjoni tat-tariffi fl-iskemi EPR toħloq opportunità biex jiġi promoss l-imballaġġ riċiklabbli, u

51

Page 52:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

ssaħħaħ wieħed mill-għodod prinċipali li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jilħqu l-miri l-ġodda u tibgħat sinjal ċar lis-suq biex jiffavorixxi r-riċiklabbiltà. Rekwiżiti Essenzjali potenzjali ġodda, msaħħa u infurzabbli jistgħu jiksbu disinn ta’ imballaġġ aħjar għar-riċiklabbiltà u jistgħu jinċentivaw tlugħ saħansitra aktar ’il fuq fil-ġerarkija tal-iskart billi jinċentivaw l-użu mill-ġdid. Il-finanzjament għar-riċerka tal-UE jista’ jappoġġja dawn l-isforzi kollha. L-iżvilupp ulterjuri tal-industrija tar-riċiklaġġ u l-adattament tas-suq għal prinċipji ta’ ċirkolarità aktar stretti, notevolment bl-integrazzjoni ta’ plastik riċiklat fi prodotti ġodda, jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi u, għall-kumpaniji tal-UE f’ċerti setturi, joħolqu vantaġġ ta' min jidħol l-ewwel.

Distakki

77 L-iskart mill-imballaġġ tal-plastik huwa l-akbar fluss uniku ta’ skart tal-plastik (61 % tal-iskart kollu tal-plastik) u huwa suġġett għal miri ambizzjużi tal-UE għar-riċiklaġġ tal-plastik. Għall-ebda wieħed mill-flussi prinċipali l-oħra tal-iskart tal-plastik (is-setturi tal-agrikoltura, tal-kostruzzjoni, tat-tagħmir elettriku u elettroniku u tal-karozzi), li flimkien jiġġeneraw 22 % tal-iskart tal-plastik fl-UE, ma ġew stabbiliti xi miri simili għall-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik tagħhom. Is-sistema ta’ rappurtar imsaħħa u aktar stretta tal-UE għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik hija mistennija li twassal għal korrezzjoni 'l isfel fir-rata medja ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik rrappurtata fl-UE minn 41 % (2017) għal livell li jaf jinżel sa 32-29 %. Dawn iċ-ċifri l-ġodda jenfasizzaw id-distakk konsiderevoli bejn il-livell attwali ta’ riċiklaġġ tal-UE u l-mira tagħha għall-2025 (50 %).

Sfidi

78 Huwa ċar li żieda sinifikanti fir-rata medja ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik tal-UE fl-10 snin li ġejjin, flimkien mal-ħtieġa li jittejjeb l-użu ta’ kontenut riċiklat fi prodotti ġodda, hija ta’ sfida. Din se tkun sfida saħansitra akbar għal dawk l-Istati Membri li attwalment huma taħt il-medja tar-rata ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik tal-UE (ara l-Figura 7). L-isfida li tiżdied il-kapaċità ta’ riċiklaġġ fl-Ewropa terġa’ hija akbar minħabba d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Basilea l-ġdida fl-2021. Minħabba dan, l-esportazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik lejn pajjiżi terzi, li kienet tirrappreżenta terz tar-rata ta’ riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik irrappurtata fl-UE fl-2017, se ssir aktar diffiċli u se tiżdied il-pressjoni fuq il-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-UE.

52

Page 53:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Riskji

79 Minħabba l-isfidi u d-distakki deskritti hawn fuq, hemm riskju li xi Stati Membri mhumiex se jllħqu l-miri l-ġodda tal-UE għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik, u dan ipoġġi f’riskju l-ilħuq tal-mira kumplessiva tal-UE wkoll. Iż-żieda mistennija fil-pressjoni fuq il-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-plastik tal-UE se tikkoinċidi mat-tnaqqis probabbli fil-vjeġġi ta’ skart barra mit-territorju tal-UE, punt ta’ ħruġ importanti għall-iskart tal-plastik żejjed. Dan jista’ jwassal għal żieda fil-kriminalità marbuta mal-iskart u fit-trasport marittimu illegali, aggravata minn dgħufijiet fil-qafas legali attwali tal-UE għall-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali.

80 L-ambizzjoni tal-UE li ttejjeb ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik tagħha tirrifletti l-iskala tal-isfida ambjentali li jikkostitwixxu l-plastiks. Leġiżlazzjoni u miri ġodda dwar l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik huma indikazzjoni tal-impenn tal-UE u tal-Istati Membri li jallokaw riżorsi, kultant konsiderevoli, biex jindirizzaw l-isfida tal-iskart tal-plastik. Hija meħtieġa azzjoni miftiehma mill-parteċipanti kollha tul il-katina tal-valur biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.

Dan ir-Rapport Analitiku ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Samo JEREB, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-9 ta’ Settembru 2020.

Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE Il-President

53

Page 54:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Akronimi u abbrevjazzjonijiet CEAP: Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari

CEN: Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni

CPA: Alleanza għall-Plastiks Ċirkolari

DRS: Skemi ta’ Ritorn ta’ Depożitu

EFFACE: European Union Action to Fight Environmental Crime - proġett ta' riċerka dwar il-kriminalità ambjentali

EGAR: Guias eletrónicas de acompanhamento de resíduos

ELV: Vettura li Ma Għadhiex Tintuża

EPR: Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

EXPRA: Alleanza ta' Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

H2020: Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020

IMPEL: Netwerk tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni u għall-Infurzar tal-Liġi Ambjentali

NU: Nazzjonijiet Uniti

OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

PET: Polietilentereftalat

PPWD: Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ

SUP: Plastik li Jintuża Darba Biss

WEEE: Skart ta’ Tagħmir Elettroniku u Elettriku

WFD: Direttiva Qafas dwar l-Iskart

54

Page 55:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Glossarju Analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja: Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatti ambjentali assoċjati mal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, proċess, jew servizz kummerċjali.

Ekomodulazzjoni: Il-proċess li bih il-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-produtturi tal-imballaġġ lil Skema ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur hija varjata għal prodotti jew gruppi ta’ prodotti fuq il-bażi ta’ fatturi bħar-riċiklabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi.

Il-Konvenzjoni ta’ Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta’ Riskju u d-Disponiment minnhom (il-Konvenzjoni ta’ Basilea): Ftehim ambjentali multilaterali biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kontra l-effetti negattivi li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni, il-movimenti bejn il-fruntieri u l-immaniġġjar tal-iskart perikoluż u skart ieħor. Skont il-Konvenzjoni huma pprojbiti l-esportazzjonijiet, lejn pajjiżi mhux tal-OECD, ta’ skart perikoluż u ta’ xi skart ieħor li jeħtieġ kunsiderazzjoni speċjali (notevolment l-iskart domestiku u, mill-2021 'il quddiem, l-iskart tal-plastik li diffiċli li jiġi rriċiklat). L-esportazzjoni ta’ skart ieħor lejn pajjiżi mhux tal-OECD hija permessa biss taħt kundizzjonijiet speċifiċi, inkluż ir-rekwiżit ta’ kunsens minn qabel minn pajjiżi ta’ destinazzjoni u ta’ tranżitu.

Irkupru: Kwalunkwe attività elenkata fl-Anness IIB tad-Direttiva dwar l-Iskart (74/442/KEE). Din hija definizzjoni wiesgħa li tinkludi 13-il attività differenti, notevolment ir-riċiklaġġ/reklamazzjoni tal-metalli u r-riġenerazzjoni tal-aċidi jew il-bażijiet.

Kriminalità ambjentali: Din il-kategorija ta’ kriminalità tinkludi l-vjeġġi illegali u l-iskariku tal-iskart, l-emissjoni illegali jew l-iskariku ta’ sustanzi fl-arja, l-ilma jew il-ħamrija, il-kummerċ illegali fl-organiżmi selvaġġi u l-kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu.

Lissija: Likwidu li jkun dab jew sustanzi inkorporati li huma ta’ ħsara għall-ambjent li mbagħad jistgħu jidħlu fl-ambjent. Jintuża l-aktar komunement fil-kuntest tar-rimi f’landfill ta’ skart li jiddekomponi jew skart industrijali.

Plastiks: Firxa wiesgħa ta’ komposti organiċi sintetiċi jew semisintetiċi li huma malleabbli u għalhekk jistgħu jingħataw il-forma ta’ oġġetti solidi. Il-plastiks huma tipikament polimeri organiċi ta’ massa molekolari għolja u ħafna drabi jkun fihom sustanzi oħra (addittivi). Normalment ikunu sintetiċi, l-aktar komunement idderivati mill-petrokimiċi, madankollu, firxa ta’ varjanti jsiru minn materjali rinnovabbli bħall-aċidu polilattiku mill-qamħirrun jew materjal ċellulożiku mil-lent tal-qoton.

55

Page 56:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Polietilentereftalat (PET): L-aktar reżina ta’ polimeru termoplastiku komuni tal-familja tal-poliester u tintuża f’fibri għal ilbies u kontenituri għal-likwidi u l-ikel.

Polimeru: Molekula li l-istruttura tagħha hija komposta minn bosta unitajiet ripetittivi, li minnhom toriġina karatteristika ta’ massa molekolari relattiva għolja u proprjetajiet relatati (eż. tenaċità u viskoelastiċità).

Prinċipju ta' min iniġġes iħallas: L-idea li l-persuna jew l-organizzazzjoni li tikkawża t-tniġġis jenħtieġ li tħallas biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li tikkawża.

Programm ta’ Azzjoni Ambjentali: Qafas ta’ politika ġenerali pluriennali għall-politika ambjentali tal-UE. L-għanijiet ambjentali l-aktar importanti fuq terminu medju u twil jiġu ddefiniti fl-EAP u tiġi stabbilita strateġija bażika, inklużi, fejn xieraq, miżuri konkreti.

Responsabbiltà Estiża tal-Produttur: Skont dan il-kunċett, il-kumpaniji li jipproduċu prodott huma responsabbli wkoll għall-immaniġġjar tiegħu fi tmiem il-ħajja tiegħu u ladarba jsir skart.

Riċiklaġġ kimiku: Terminu użat biex jiddeskrivi teknoloġiji innovattivi fejn l-iskart tal-plastik wara l-użu mill-konsumatur jiġi kkonvertit f’sustanzi kimiċi, biex jintuża bħala materja prima li tista’ tipproduċi polimeri donnhom puri biex jinħolqu oġġetti tal-plastik ġodda.

Skart elenkat bħala aħdar: Għar-Regolament tal-UE dwar Vjeġġi ta’ Skart, l-iskart elenkat bħala aħdar huwa dak imniżżel fl-Annessi III, IIIA u IIIB tar-Regolament. Dan l-iskart, fil-prinċipju, ma jirrikjedix kunsens minn qabel mill-pajjiżi involuti sabiex jiġi ttrasportat bil-baħar.

Skart perikoluż: Skart li huwa ta’ theddida sostanzjali jew potenzjali għas-saħħa pubblika jew għall-ambjent. Ma jistax jintrema b’mezzi komuni bħal prodotti sekondarji oħra tal-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Skema ta’ ritorn ta’ depożitu: Ħlas addizzjonali fuq prodott meta jinxtara u ribass meta jiġi rritornat. L-iskema għandha l-għan li tillimita t-tniġġis ta’ tipi varji billi toħloq inċentiv għar-ritorn ta’ prodott.

Tmiem tal-istadju tal-iskart: Skont id-Direttiva Qafas 2008/98/KE dwar l-Iskart, ċertu skart speċifikat għandu jieqaf ikun skart meta jkun għadda minn operazzjoni ta’ rkupru (inkluż ir-riċiklaġġ) u jikkonforma ma’ kriterji speċifiċi stabbiliti għal materjali speċifiċi mill-Kummissjoni.

56

Page 57:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Twissijiet ta’ reati ta’ skart: Il-proġett WasteForce jippubblika b’mod regolari rapporti li janalizzaw il-kriminalità marbuta mal-iskart li tidher fil-midja. Il-kriminalità tal-iskart tal-plastik hija waħda mit-tipi prinċipali ta’ kriminalità identifikata. It-twissijiet jindikaw ukoll l-involviment ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata.

Użu mill-ġdid (ta’ vetturi): Kull operazzjoni grazzi għal liema l-komponenti tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw huma użati għall-istess għan li għalih kienu maħsuba (id-Direttiva ELV, l-Artikolu 2.6).

57

Page 58:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

Tim tal-QEA Rapport Analitiku tal-QEA – Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik

Dan ir-rapport analitiku ġie adottat mill-Awla I, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija mis-Sur Samo Jereb, Membru tal-QEA. Il-kompitu tmexxa wkoll minnu stess, u ngħata appoġġ minn Kathrine Henderson, Kap tal-Kabinett u Jerneja Vrabič, Attaché tal-Kabinett; Michael Bain, Maniġer Prinċipali; Nicholas Edwards, Kap tal-Kompitu; Lucia Roşca, Deputat Kap tal-Kompitu, Joanna Kokot, Paolo Braz u Marika Meisenzahl, Awdituri.

B’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kundizzjonijiet stretti ta’ konfinament, ma seta’ jittieħed l-ebda ritratt tat-tim tal-awditjar.

58

Page 59:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2020.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidlietjiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikatjew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għalkwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:

Figura 5: © OECD, 2018. Figura 18: © Block Waste EU funded project.

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

59

Page 60:  · Werrej Paragrafu Sommarju eżekuttiv. I-IV. Introduzzjoni. 01-11. Materjal pilastru. 01-02. Problema ta’ skart li qed tikber. 03-04. Ir-rispons ta’ politika tal- Kummissjoni

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI12, rue Alcide De Gasperi1615 LuxembourgLUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspxSit web: eca.europa.euTwitter: @EUAuditors

Dan ir-rapport analitiku jeżamina r-rispons tal-UE għall-problema li qed tikber tal-iskart tal-plastik b’fokus fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik. L-istrateġija 2018 tal-UE għall-plastiks tipproponi miżuri li għandhom l-għan li jtejbu r-riċiklabbiltà, il-ġbir, is-separazzjoni, ir-riċiklaġġ u l-kontenut riċiklat ta’ prodotti tal-plastik. Id-Direttiva riveduta dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ stabbiliet miri ġodda għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik għall-2025 (50 %) u l-2030 (55 %). Regoli ġodda u aktar stretti ta’ rappurtar x’aktarx se jwasslu biex ir-rata medja ta’ riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik irrappurtata fl-UE tonqos. Se tkun meħtieġa azzjoni miftiehma mill-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-UE u f’dak tal-Istati Membri anki għall-imballaġġ tal-plastik, li hija l-aktar fergħa żviluppata tal-istrateġija għall-plastiks, biex jitnaqqas id-distakk konsiderevoli bejn ir-rata ta’ riċiklaġġ attwali u fejn jeħtieġ li nkunu fi żmien 5 sa 10 snin oħra biss.