zurrieq 4.2
TRANSCRIPT
![Page 1: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/1.jpg)
Iż-Żurrieq
Yr 4.2 Żurrieq
![Page 2: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/2.jpg)
L-Arma taż-Żurrieq
Din hi l-arma taż-Żurrieq. L-ikħal jirreferi għal baħar blu. Fin-nofs hemm forma ta’ salib.
![Page 3: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/3.jpg)
Il-mappa ta’ Malta • Din hi l-mappa ta’ Malta. Iż-
Żurrieq jinsab fejn huwa immarkat bl-aħmar.
![Page 4: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/4.jpg)
Il-knisja Parrokjali.
Din hija l-knisja parrokjali ddedikata lil Santa Katarina. F’din il-knisja insibu ħafna pitturi ta’Mattia Preti.
![Page 5: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/5.jpg)
L-Armerija
Dan kien palazz antik li fih il-kavallieri kienu iżommu l-armerija. Aktar tard hawn kienet toqghod familja sinjura li jghidu li kienet stiednet lil Napuljun.
![Page 6: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/6.jpg)
Id-dar ta’ Mattia Preti
• Din hija d-dar fejn kien joqgħod Mattia Preti fiż-żmien li dam jgħix Malta.
![Page 7: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/7.jpg)
Il-Mitħna tax-Xarolla
Din hi l-Mitħna tax-Xarolla. Din tinsab iż-Żurrieq. Qabel kienu jitħnu l-qamħ biex jagħmlu d-dqiq u minnu jagħmlu l-ħobż.
![Page 8: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/8.jpg)
IT-TORRI TA’ BUBAQRAIt-torri ta’ Bubaqra kien mibni mill-Kavallieri. Wara kienu xtrawh familja Ingliża. Meta mietu t-torri inbiġħ mit-tifel il-kbir tal- familja Ingliża
![Page 9: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/9.jpg)
Il-festi taż-żurrieq
Fiż-Żurrieq niċċelebraw żewġ festi. Dawn huma taI-Madonna tal-Karmnu u Santa Katarina. Il-festa tal-Karmnu tiġi ċċelebrata f’Lulju. Il-festa ta’ Santa Katarina tiġi ċċelebrata f Settembru.
![Page 10: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/10.jpg)
Dgħajjes f’Wied Iż-Żurrieq
Hawn qed naraw ix-xena ta’ Wied iż-Żurrieq.
Ukoll hawn hemm ħafna dgħajjes u turisti li jirkbu dawn id-dgħajjes biex iżuru l-Blue Grotto.
![Page 11: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/11.jpg)
Blue Grotto
Blue Grotto hu post popolari mal-Maltin u mat-turisti. It-turisti imorru bid-dgħajsa. Hemmhekk il-baħar hu ċar kristall.
![Page 12: Zurrieq 4.2](https://reader035.vdocuments.pub/reader035/viewer/2022062401/58edcec91a28ab994a8b45bb/html5/thumbnails/12.jpg)
Il-Ġibjun
• Dan hu l-bandli tal-Ġibjun. Il-bandli jinsab iż-Żurrieq. Il-Ġibjun hemm klabb tal-boċċi. Il-logħob tal-boċċi huwa wieħed mill-passatempi tal-antik.