abbozz ta’ dokument ta’ Ħidma - europarl.europa.eu€¦pe510.751v03-00 4/32 dt\942617mt.doc mt...

32
DT\942617MT.doc PE510.751v03-00 MT Magħquda fid-diversità MT PARLAMENT EWROPEW 2009 - 2014 Kumitat għall-Petizzjonijiet 4.7.2013 ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA dwar id-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma fir-rigward tad-drittijiet tal- proprjetà Spanjoli u l-Liġi tal-Kosta tal-1988, inkluża żjara għall-ġbir tal-fatti fi Spanja, mill-21 sat-22 ta’ Marzu 2013 Kumitat għall-Petizzjonijiet Membri tad-delegazzjoni għal Spanja: Angelika Werthmann (ALDE) (Kap tad-delegazzjoni) Marta Andreasen (ECR) Margrete Auken (Verts/ALE) Peter Jahr (PPE) Rainer Wieland (PPE) Membri ta’ Akkumpanjament: Dolores García-Hierro Caraballo (S&D) Carlos José Iturgaiz Angulo (PPE) Willy Meyer (GUE/NGL)

Upload: others

Post on 23-Oct-2019

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc PE510.751v03-00

MT Magħquda fid-diversità MT

PARLAMENT EWROPEW 2009 - 2014

Kumitat għall-Petizzjonijiet

4.7.2013

ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMAdwar id-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà Spanjoli u l-Liġi tal-Kosta tal-1988, inkluża żjara għall-ġbir tal-fatti fi Spanja, mill-21 sat-22 ta’ Marzu 2013

Kumitat għall-Petizzjonijiet

Membri tad-delegazzjoni għal Spanja: Angelika Werthmann (ALDE) (Kap tad-delegazzjoni)Marta Andreasen (ECR)Margrete Auken (Verts/ALE)Peter Jahr (PPE)Rainer Wieland (PPE)

Membri ta’ Akkumpanjament:Dolores García-Hierro Caraballo (S&D)Carlos José Iturgaiz Angulo (PPE)Willy Meyer (GUE/NGL)

Page 2: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 2/32 DT\942617MT.doc

MT

Membri addizzjonali tal-Grupp ta’ Ħidma: Michael Cashman, Giles Chichester, Vicente Miguel Garcés Ramón, Edward McMillan-Scott, Nikolaos Salavrakos, Jarosław Leszek Wałęsa

Page 3: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 3/32 PE510.751v03-00

MT

Rimarki introduttorji

Dan ir-rapport se jiffoka fuq iż-żjara li għamlu l-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet f’Madrid f’Marzu 2013, imma jkopri kwistjonijiet li kienu s-suġġett tad-diskussjonijiet u d-dibattiti fi ħdan il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għal ħafna snin. Fil-fatt, dan jidħol fil-qalba ta’ dak li l-maġġoranza taċ-ċittadini Ewropej iħossu li huwa d-dritt essenzjali u fundamentali għad-djar u l-proprjetà tagħhom min-naħa waħda, u għall-ambjent li jgħixu fih, min-naħa oħra. Il-lista ta’ petizzjonijiet li waslu, li jiddeskrivu l-inġustizzja, in-natura arbitrarja u l-irregolarità fl-applikazzjoni tal-Liġi tal-Kosta Spanjola tal-1988, hija twila ħafna u hija annessa ma’ dan ir-rapport.

Fil-fatt kien lejn l-aħħar tal-leġiżlazzjoni preċedenti li l-pretensjonijiet iddokumentati tajjeb bdew jaslu għand il-Parlament, meta l-Kumitat kien fil-proċess li jipprepara dak li kellu jsir ir-Rapport Auken. Fir-riżoluzzjoni tar-rapport dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja, li ġiet approvata bis-sħiħ mill-Parlament f’Marzu 2009, kien hemm il-paragrafu sostantiv li ġej:

22. Jagħraf u jappoġġja l-isforzi tal-awtoritajiet Spanjoli biex jipproteġu l-ambjent tal-kosta u, fejn possibbli, biex jirrestawrawh b’mod li jippermetti l-bijodiversità u r-riġenerazzjoni tal-ispeċijiet indiġeni tal-flora u l-fawna; f’dan il-kuntest speċifiku jappellalhom biex jirrevedu b’urġenza l-Liġi tal-Kosta u, jekk ikun meħtieġ, jimmodifikawha sabiex iħarsu d-drittijiet tas-sidien leġittimi tad-djar u tas-sidien ta’ biċċiet t’art f’żoni tal-kosta li m’għandhom l-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent tal-kosta; jenfasizza li protezzjoni bħaldin m’għandhiex tingħata lil dawk il-proġetti li jkunu ppjanati bħala proġetti spekulattivi li ma jirrispettawx id-Direttivi ambjentali applikabbli tal-UE; biħsiebu jirrevedi l-petizzjonijiet li rċieva dwar das-suġġett fid-dawl tat-tweġibiet li rċieva mingħand l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli1;

Il-premessi tal-istess rapport ipprovdew il-kuntest għal dan, dawn jiddikjaraw:

O. billi fl-2008 l-awtoritajiet Spanjoli ħarġu istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tal-Kosta tal-1988, li kienet ġiet injorata għal bosta snin li waqthom saret ħsara ambjentali estensiva lill-inħawi tal-kosta fi Spanja; u billi lanqas l-istruzzjonijiet attwali ma jipprovdu miżuri implimentattivi ċari biex jiġu segwiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti, u billi ħafna petizzjonijiet ġodda li waslu jixhdu l-kontenut retroattiv tal-istruzzjoni u l-qerda u t-tiġrif arbitrarji ta’ proprjetà ta’ individwi akkwistata leġittimament, id-drittijiet tagħhom għal proprjetà ta’ dan it-tip u l-kapaċità tagħhom li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom permezz ta’ wirt,

P. billi, minħabba d-direzzjoni reali tal-linja ta’ demarkazzjoni, dawk milquta huma konvinti li din ġiet definita b'mod arbitrarju b’detriment għas-sidien barranin, pereżempju fuq il-gżira ta’ Formentera,

1 Ir-Rapport dwar l-impatt tal-urbanizzazzjoni estensiva fi Spanja fuq id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Ewropej, fuq l-ambjent u fuq l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li rċieva. (2008/2248(INI)). B’referenza wkoll għall-Opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Opinjoni tas-Servizz Legali.

Page 4: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc

MT

Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali tal-proprjetà li d-drittijiet tagħhom għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ, u fl-istess ħin m’għandhiex biżżejjed impatt fuq dawk li realment qerdu l-kosta, li f’ħafna każi kienu responsabbli għal żvilupp urbanistiku eċċessiv tul il-kosta, żvilupp li jinkludi ċentri għall-vaganzi, u li żgur li kienu jafu li kienu qed jaġixxu bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi msemmija,

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet stieden f’żewġ okkażjonijiet, fl-2010 u mill-ġdid fl-2011, lill-petizzjonanti jattendu laqgħat biex jiġi diskuss il-każ tagħhom, laqgħat li pparteċipaw fihom il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet Spanjoli. It-tweġiba bil-miktub tas-6 ta’ Lulju 2010, mill-Ministru responsabbli ta’ dak iż-żmien, María Elena Espinosa Mangana, għal sensiela ta’ mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tal-1988, ma ġietx ikkunsidrata sodisfaċenti mill-Kumitat, li kompla bil-ħidma tiegħu dwar dan is-suġġett.

Dawn id-dibattiti u d-diskussjonijiet kienu jsiru fi ħdan il-Kumitat fid-dawl tal-kriżi finanzjarja internazzjonali, il-waqgħa fis-suq tad-djar Spanjol u l-kollass ta’ ħafna mis-sistema bankarja Spanjola, b’mod partikolari fil-livell reġjonali. Għaldaqstant dan kien sensittiv u kontroversjali ferm imma dan ma żammx lura lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet milli jkompli bil-ħidma tiegħu. Madankollu, minħabba l-kumplessità u s-sensittività tad-dossiers diskussi, il-Kumitat iddeċieda fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi Grupp ta’ Ħidma informali speċjali dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Spanjoli u l-Ley de Costas. Il-Grupp ta’ Ħidma beda l-ħidma tiegħu f’Marzu 2012 u minn dakinhar iltaqa’ fi tmien okkażjonijiet.

Il-President tal-Kumitat kitbet lill-Ministru Spanjol il-ġdid għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent, D. Miguel Arias Cañete, f’Jannar 2012, tinfurmah bl-interess u t-tħassib tal-Kumitat fir-rigward tal-proposti l-ġodda tal-Gvern għar-riforma ta’ Ley de Costas, li huwa kien ħabbar fit-13 ta’ Jannar 20121.

F’April 2012, id-Direttur Ġenerali fil-Ministeru responsabbli għal-Ley de Costas għamel stqarrija fil-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma informali, li fiha ddeskriva fil-qosor il-proposti tal-Gvern għar-riforma u wieġeb għall-mistoqsijiet tal-membri. Dan kien segwit f’Lulju permezz ta’ ittra li tqassmet lill-membri tal-Grupp ta’ Ħidma u li inkludiet l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni preliminari ġdid.

Minħabba n-numru ta’ kwistjonijiet li tqajmu, ġie deċiż li jiġi ppreparat kwestjonarju, li jirrifletti ħafna mill-punti espressi mill-petizzjonanti, biex jintbagħat lill-Ministeru għall-kummenti u r-reazzjoni tiegħu peress li l-membri sostnew diversi oqsma ta’ tħassib ewlenin. Wara li ġie kkunsidrat mill-Grupp ta’ Ħidma u mill-Koordinaturi tal-Kumitat, il-kwestjonarju ntbagħat fil-25 ta’ Ġunju 2012. It-tweġibiet jittieħdu inkunsiderazzjoni aktar tard f’dan id-dokument.

Il-membri tal-Grupp ta’ Ħidma kienu mħeġġa mir-rieda li dehru li kellhom l-awtoritajiet Spanjoli biex jimpenjaw ruħhom fi djalogu magħhom dwar din il-kwistjoni. Madankollu, minkejja diversi tentattivi biex jinbdew diskussjonijiet ulterjuri mal-awtoritajiet, ftit kuntatt kien possibbli qabel ma finalment waslet tweġiba għall-kwestjonarju fis-26 ta’ Frar 2013.

1 L-ittra minn Erminia Mazzoni. 18.01.2012, Ref: GEDA 200174.

Page 5: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 5/32 PE510.751v03-00

MT

Sadanittant, il-petizzjonanti żammew kuntatt mal-Kumitat u l-Grupp ta’ Ħidma, u żguraw li l-membri jiġu infurmati bl-iżviluppi u n-negozjati dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni fi Spanja b’mod speċjali peress li dan kien jaffettwahom, l-istess bħalma għamlu għadd ta’ NGOs ambjentali

Waslet ukoll għand il-Kumitat l-aħbar dwar it-twaqqigħ ta’ djar f’xi żoni tal-kosta taħt l-applikazzjoni tal-Liġi tal-1988. Il-Kumitat kien talab moratorju, imma l-liġi ġiet applikata u nfurzata mill-qrati xorta waħda, mingħajr l-intervent tal-Ministeru.

Il-proposti tar-riforma

L-għan tar-riforma tal-Ley de Costas tal-1988 huwa li jkun hemm aktar ċertezza tad-dritt għas-sidien tal-proprjetà fiż-żoni tal-kosta Spanjoli, u aktar protezzjoni għall-ambjent tal-kosta. Dan dejjem kien kwistjoni ewlenija għall-Kumitat, peress li l-Liġi tal-1988 kienet ġiet applikata b’mod partikolarment ħażin u arbitrarju - u għaldaqstant il-ħtieġa għar-riforma skont l-awtoritajiet. Fl-abbozz preliminari tiegħu, il-Gvern Spanjol provda dak li huwa kkunsidra li kienet definizzjoni aktar preċiża tad-“dominju pubbliku”, li huwa element kruċjali ieħor li jikkundizzjona d-drittijiet mogħtija lill-individwi fir-rigward tas-sjieda tal-proprjetà tagħhom. L-abbozz ipproprona wkoll li tinstab soluzzjoni għall-ħafna nuqqasijiet fir-reġistru tal-artijiet u wkoll li “jittejbu l-kundizzjonijiet li jirregolaw kemm il-perjodi ta’ żmien għal sjieda kif ukoll it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà”.

Is-Segretarju tal-Istat fil-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Nutrizzjoni u l-Ambjent ipprovda lill-membri b’nota spjegattiva ċara li tgħid li kienet meħtieġa reviżjoni sew tas-sistema attwali. In-nota spjegattiva kienet tgħid li l-liġi preċedenti (1988) xi waqtiet ittollerat riżultati li kienu inaċċettabbli mill-perspettiva ambjentali u li r-riforma hija maħsuba biex tkun mezz effettiv għall-konservazzjoni tad-dominju pubbliku marittimu u terrestri u biex tiżgura l-użu tiegħu mill-pubbliku inġenerali. In-nota pprovdiet miżuri li jippermettu lill-awtoritajiet ċentrali jintervjenu u jibblokkaw b’mod effettiv kull miżura tal-awtoritajiet lokali li tista’ tikkomprometti l-integrità tad-dominju pubbliku marittimu u terrestri jew taż-żona ta’ servitù. Kien propost differenzjali bejn il-bajjiet urbani u l-bajjiet naturali ħdejn żoni jew art rurali protetti. L-Abbozz ta’ liġi preliminari inkluda wkoll miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma tad-djar fiż-żoni konċernati.

Fl-abbozz ta’ liġi ġie rikonoxxut li nqalgħu problemi fir-rigward taċ-ċertezza tad-dritt tas-sjieda tal-proprjetà li, min-naħa tagħhom, “taw lok għal nuqqas ta’ fiduċja u konfużjoni."1.

Mill-perspettiva tal-petizzjonanti u tal-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat, dan kien ewfemiżmu, jew tal-anqas stqarrija li ma turix il-verità kollha. Dan jibqa’ wkoll kwistjoni politika u kostituzzjonali diffiċli. Id-deċentralizzazzjoni tal-awtorità u s-setgħa eċċessiva mogħtija b’mod taċitu imma viżibbli lill-awtoritajiet muniċipali għal ħafna snin min-naħa tal-gvernijiet reġjonali, ippermettew li ħafna kunsilli lokali jabbużaw mir-rwol tagħhom billi aċċettaw programmi ta’ bini kbir u ma pprovdewx sorveljanza xierqa u adegwata, li spiċċaw ħallew ħafna xerrejja tad-djar innoċenti jiġu abbużati u ttraduti mill-kumpaniji immobiljari u l-konsulenti tagħhom. Dan mexa id f’id ma’ dawk li ħafna jqisu bħala korruzzjoni u kollużjoni estensivi bejn l-awtoritajiet politiċi u l-industrija tal-bini.

1 L-Abbozz ta’ Liġi Preliminari, in-Nota Spjegattiva, it-Taqsima III.

Page 6: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 6/32 DT\942617MT.doc

MT

Il-membri kienu mħeġġa meta saru jafu li l-abbozz ta’ liġi ġdid se jikkontribwixxi biex iwaqqaf korruzzjoni bħal din – tal-anqas fil-limiti żgħar taż-żona koperta mill-Liġi tal-Kosta,-billi joħloq linji gwida ġodda u aktar ċari li għandhom jiġu segwiti minn kulħadd. Dan ikun ta’ benefiċċju għas-sidien tad-djar, għal dawk li jkunu interessati jixtru u għall-industrija tal-bini li għandha tkun tista’ tintroduċi pjan ta’ żvilupp aktar sostenibbli. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ambjentali li ġew proposti mid-dehra kienu maħsuba għall-konservazzjoni u l-protezzjoni taż-żoni ta’ ambjent naturali li kien fadal wara snin ta’ qerda kontinwa1.

Madankollu jifdal kunsiderazzjoni importanti li għadha mhix solvuta kompletament, u li tirrigwarda d-dritt bażiku għall-proprjetà stess. Fi kliem sempliċi, il-kwistjoni tikkonfronta żewġ kunċetti fundamentalment opposti ta’ drittijiet tal-proprjetà: il-Gvern Spanjol ma jagħtix sjieda tad-djar mibnija fiż-żona tal-kosta, imma minflok jikkunsidrahom bħala konċessjonijiet. Filwaqt li fil-leġiżlazzjoni tal-1988, il-konċessjonijiet kienu jingħataw għal 30 sena, skont il-proposta l-ġdida dawn jistgħu, f’ċerti ċirkostanzi, jiġu estiżi għal 75 sena. Il-petizzjonanti, li ħafna minnhom kienu xtraw il-proprjetà tagħhom qabel l-1988 jew li kienu wirtu proprjetà li kienet ilha għand il-familja tagħhom għal ġenerazzjonijiet sħaħ, jikkunsidraw madankollu li huma għandhom ikomplu jħaddnu d-drittijiet ta’ sjieda sħiħa, affermati mill-att tax-xiri. Għaldaqstant, il-petizzjonanti jqisu kwalunwke proposta li tnaqqar minn dawn id-drittijiet miksuba bħala inaċċettabbli, aktar u aktar peress li l-effetti tagħha jkunu retroattivi.

Is-sistema li tagħti konċessjonijiet hija riveduta u estiża, kif imsemmi, sa massimu ta’ 75 sena u t-trasferiment tal-konċessjonijiet issa se jiġi awtorizzat permezz ta’ wirt legali jew permezz ta’ rigal mogħti matul il-ħajja tas-sid sakemm issir notifika fi żmien limitu ta’ erba’ snin. (mortis causa u inter vivos).

Fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet tal-membri dwar dan il-punt, il-Ministeru kkjarifika r-raġunament tiegħu kif ġej: “id-demarkazzjoni talloka drittijiet ta’ sjieda u proprjetà lill-Istat, tinħoloq demarkazzjoni b’tali mod li r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-proprjetà ma tipprevalix fuq in-natura tad-dominju pubbliku tal-proprjetajiet demarkati.”2. Il-kumpens għas-sidien ta’ proprjetà privata li jitolbu drittijiet tal-proprjetà preeżistenti jiġi pprovdut biss bħala konċessjoni; l-interess pubbliku jipprevali fuq id-drittijiet ta’ ċittadini privati.3 Id-detenturi tat-titolu ta’ art fi ħdan id-DPMT, fil-fatt, għandhom għaldaqstant, skont il-liġi l-ġdida, dritt ta’ użufrutt u għandhom jitolbu awtorizzazzjoni biex jagħmlu użu mill-konċessjoni li, barra minn hekk, għandhom iħallsu tariffa għaliha.

Ġew introdotti salvagwardji kontra industriji li għandhom potenzjal ta’ tniġġis stabbiliti fiż-żoni mal-linja tal-kosta, li jistgħu jiksbu estensjoniet għall-konċessjonijiet eżistenti tagħhom biss meta suġġetti għal rapport favorevoli mill-aġenżija reġjonali għall-ambjent.

1 Ta’ min ifakkar li din il-liġi, kif kien il-każ għall-Liġi tal-1988, tikkonċerna biss iż-żoni marittimi tal-kosta sa massimu ta’ 100 metru mil-limitu superjuri tal-marea (l-aktar punt ’il bogħod milħuq mill-mewġ fl-eqqel maltempati li nafu bihom), u mhux iż-żoni fir-reġjun tal-kosta aktar ’il ġewwa. Din ma ssemmix l-irkupru ta’ żoni naturali mitlufa.2 Tweġiba għall-mistoqsija 17.3 Il-Gvern jirreferi għall-Artikoli 132 u 33.2 tal-Kostituzzjoni ta’ Spanja u d-Deċiżjoni tal-QEDB ta’ Marzu 2010.

Page 7: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 7/32 PE510.751v03-00

MT

Il-liġi għandha l-għan li tistabbilixxi limiti ċari u se jkun obbligatorju li l-art tiġi rreġistrata fid-dominju pubbliku marittimu u terrestri sabiex ir-reġistru tal-artijiet jirrifletti r-realità fiżika tal-kosta; xi ħaġa li, biċ-ċar, il-Liġi tal-1988 ma rnexxiliex tikseb. Hija proposta nota fil-marġni tar-reġistru li tikkonċerna d-djar affettwati mid-demarkazzjoni mfassla biex tiżgura aktar trasparenza.

Is-sidien tal-proprjetà fiż-żoni ta’ servitù issa se jkunu jistgħu jwettqu titjib u modernizzazzjoni tal-proprjetà sakemm ma jkabbrux id-daqs, l-erja tas-superfiċje jew l-għoli tal-binja. Dawn ikunu meħtieġa jagħmlu stqarrijiet dwar il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-effiċjenza tal-enerġija u l-iffrankar tal-ilma. Għall-postijiet ta’ interess kulturali u li jinsabu fid-dominju pubbliku, jinħoloq qafas legali speċifiku. Art mhux mibnija f’żoni bħal dawn tibqa’ kif inhi u tiġi stabbilita projbizzjoni għal kwalunkwe bini ta’ residenzi jew lukandi ġdid propost.1

Il-leġiżlazzjoni riveduta għandha wkoll bħala għan il-protezzjoni u t-titjib sostenibbli tal-linja tal-kosta. Il-Gvern jimpenja ruħu li jirrispetta mhux biss it-termini tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona li għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent marittimu tal-Mediterran, imma wkoll tal-Konvenzjoni RAMSAR u d-Direttivi tal-UE, speċjalment id-Direttiva dwar il-Ħabitats u n-netwerk Natura 2000.

Madankollu, l-organizzazzjonijiet ambjentali espremew it-tħassib tagħhom li l-liġi l-ġdida fil-fatt tirrappreżenta pass kbir lura fil-protezzjoni tal-kosta, u potenzjalment tippermetti l-qerda ta’ ekosistemi importanti bħal bwar salmastri u sistemi dunali u tnaqqas il-marġni jew il-protezzjoni permessa għall-estwarji u r-rías minn 100 metru għal 20 metru biss2.

Il-Missjoni f’Madrid

Fil-21 ta’ Novembru 2012, il-Grupp ta’ Ħidma informali bagħat ittra lill-President tal-Kumitat li ddeskriviet il-punt sa fejn kienet waslet il-ħidma tiegħu disa’ xhur wara li ġie maħluq u talab żjara għall-ġbir tal-fatti f’Madrid3. Madankollu żjara uffiċjali ma ġietx awtorizzata qabel il-21u t-22 ta’ Marzu 20134.

Sa mad-delegazzjoni waslet f’Madrid, l-abbozz ta’ liġi ġdid kien diġà ġie approvat mill-Gvern, ġie diskuss fil-Kamra Inferjuri u kien qed jistenna li jiġi adottat mill-Kamra Superjuri tal-Parlament Spanjol. It-talbiet għal laqgħa mal-President tal-Kumitat għall-Ambjent ma tweġbux min-naħa tal-Parlament Spanjol. Madankollu, setgħu jsiru diskussjonijiet estensivi ma’ ħafna petizzjonanti, li marru Madrid biex jiltaqgħu mad-delegazzjoni, mas-Sur Pablo Saavedra Inaraja u l-kollegi superjuri tiegħu fid-Direttorat għas-Sostenibbiltà Kostali u Marittima, kif ukoll mal-assoċjazzjonijiet ambjentali, miġbura flimkien fil-pjattaforma “No a Nuestra Costa” li qabel kienet f’kuntatt dwar din il-kwistjoni mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet.

1 Tweġiba għall-mistoqsija 22.2 Ittra lill-membri tal-Grupp ta’ Ħidma, 30 ta’ Ottubru 2012. (Amigos de la Tierra, Ecologistas en Accion, Greenpeace, SEO/Birdlife, WWF u GOB).3 l-ittra minn Angelika Werthmann, Moderatriċi tal-Grupp ta’ Ħidma, lil Erminia Mazzoni: 21.11.2012 GEDA Ref:204621.4 Minkejja dan, żewġ membri tal-Grupp ta’ Ħidma ltaqgħu b’mod informali mal-petizzjonanti u diversi Membri Parlamentari Spanjoli f’Madrid fi Frar 2013.

Page 8: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 8/32 DT\942617MT.doc

MT

Il-Petizzjonanti:

Fil-21 ta’ Marzu 2013, id-delegazzjoni organizzat laqgħa miftuħa ma’ ħafna petizzjonanti, li xi ftit minnhom kienu diġà żammew kuntatt kontinwu mal-Kumitat minn meta dehru quddiemu fi Brussell. F’din l-okkażjoni l-għan kien aktar li tiġi fformulata valutazzjoni u titqies ir-reazzjoni tal-petizzjonanti għal-leġiżlazzjoni l-ġdida, milli biex jitqiesu aktar fid-dettall il-każijiet individwali - għalkemm b’mod inevitabbli dak kien ukoll meħtieġ biex jiġu enfasizzati l-allegazzjonijiet miġjuba kontra r-riforma tal-Ley de Costas.

Il-petizzjonanti kollha qiesu li kellhom titoli legali għall-proprjetà tagħhom, u ġie stmat li bejn 200 u 400 000 persuna jistgħu jkunu affettwati direttament minn din il-leġiżlazzjoni. Il-petizzjonanti enfasizzaw li l-ambjent tal-kosta Spanjol ġie meqrud b’mod drammatiku u li ma jistax jitranġa fuq meded estensivi, speċjalment matul il-kosta tal-Mediterran u l-gżejjer, mhux minħabba l-individwi li kellhom proprjetajiet żgħar imma minħabba l-bini spekulattiv li sar matul bosta snin minn meta ġiet adottata l-Ley de Costas oriġinali fl-1988, flimkien mal-kompjaċenza u xi kultant il-prattiki korrotti tal-awtoritajiet politiċi.

Il-liġi oriġinali ma tqisitx li kienet adatta fl-applikazzjoni tagħha u ġew espressi dubji serji li s-suċċessur tagħha tkun b’xi mod tista’ tissodisfa l-kompitu tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent tal-kosta, u wisq anqas fir-rigward tad-drittijiet leġittimi tas-sidien ta’ proprjetà żgħira, li ħafna minnhom kienu ċittadini tal-UE mhux Spanjoli li għażlu li jibbenefikaw mid-dritt tal-libertà ta’ moviment u stabbiliment skont il-liġi tal-UE.

Diversi petizzjonanti Spanjoli rrimarkaw l-anomaliji severi li seħħew f’żoni qrib id-djar tagħhom, fejn inbnew urbanizzazzjonijiet ġodda imma dar li kienet ilha għand l-istess familja għal sitt ġenerazzjonijiet u kienet aktar ’il bogħod mill-kosta ġiet suġġetta għal twaqqigħ (il-petizzjoni 395/2010). F’każ ieħor, l-Istat fil-fatt biegħ proprjetajiet ikkonfiskati.

Il-biċċa l-kbira tal-petizzjonanti preżenti kkonfermaw il-pożizzjoni tagħhom li konċessjoni li tipprovdilhom id-dritt li jużaw il-proprjetà tagħhom, jew li jtejbuha, anke jekk tiġi estiża għal 75 sena, ma kinitx l-ekwivalenti ta’ rispett sħiħ tad-drittijiet tagħhom u li kienet iċċaħadhom mid-dritt li jbigħu l-proprjetà tagħhom fil-valur tas-suq oriġinali. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni pprovdiet lill-awtoritajiet id-dritt li jirrevokaw il-konċessjoni b’mod li jista’ jitqies bħala kompletament arbitrarju, u l-proprjetà tista’ titwaqqa’ xorta waħda mingħajr l-ebda raġuni ġustifikabbli. Il-petizzjonanti ppreżentaw eżempji ta’ proprjetajiet kostali privati li twaqqgħu sabiex tinbena żona għall-mixi matul il-kosta li qerdet l-ambjent naturali taż-żona kollha.

Wieħed ieħor irrefera għad-dar tal-familja tiegħu, mibnija fuq art kostali fl-1899 fuq promontorju ta’ 14-il kilometru, li bħalissa tinsab suġġetta għal twaqqigħ. Huwa se jiġi esproprijat mingħajr ma jingħata kumpens xieraq (il-petizzjoni 174/2008). Petizzjonant ieħor indika li d-dar tiegħu, kif ukoll dik tal-ġirien tiegħu, bħala riżultat tal-estrazzjoni tar-ramel tal-kosta u xogħol idrawliku ieħor fiż-żona tal-bajja, terġa’ u tgħid iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, daħlu fil-limiti taż-żona kostali u għaldaqstant issa jiffurmaw parti mid-dominju pubbliku li ma kienx il-każ meta huma xtraw legalment il-proprjetajiet tagħhom b’veduta tal-baħar fis-snin 80 (il-petizzjoni 119/2009). Dawn qed jirriskjaw ukoll twaqqigħ mingħajr kumpens.

Page 9: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 9/32 PE510.751v03-00

MT

Ġew ikkundannati wkoll prattiki arbitrarji taħt il-Liġi tal-1988 permezz tal-eżempji tal-Gżejjer Kanarji, fuq Tenerife Cho Vito (il-petizzjoni 274/2009), fejn komunità lokali sħiħa li kienet tgħix fi djar antiki tas-sajjieda ġiet imkeċċija u d-djar tagħhom ġew meqruda mingħajr l-ebda benefiċċju tanġibbli għal xi ħadd jew għall-ambjent. Id-drittijiet tagħhom ġew abbużati u miċħuda minn deċiżjonijiet burokratiċi u motivati politikament, appoġġjati minn dokumentazzjoni falza li huma emmnu. F’ċirkostanzi bħal dawn, ikun diffiċli ħafna li jkun hemm fiduċja fil-liġijiet tal-pajjiż u fl-applikazzjoni ġusta tagħhom.

Bħala riżultat tal-estensjoni tal-port ta’ Valencia, xi djar f’El Saler ġew suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Kosta wara li tneħħew l-għaram tar-ramel, li se jwassal biex id-djar tagħhom jegħrqu, jiġu kkonfiskati u meqruda (il-petizzjonijiet 606/2009 u 1499/2009). Petizzjonanta oħra ddeskriviet kif il-komunità tagħha ħassitha li ma għandhiex setgħa kontra s-setgħa tal-avukati impjegati minn kumpaniji interessati fiż-żona tal-kosta u l-iżvilupp tagħha, li qed ifittxu li jitneħħew id-djar żgħar tagħhom miż-żona tal-kosta (il-petizzjoni 881/2009). F’Santa Pola, saru xi protesti minħabba li n-nies kienu qed jinsterqulhom djarhom filwaqt li l-ħwienet tax-xorb u r-restoranti tħallew jibqgħu. Il-Qrati naqsu milli jintervjenu biex jipproteġu d-drittijiet tas-sidien tad-djar, taħt il-pressjoni tal-interessi finanzjarji lokali fl-industrija tat-turiżmu. Ingħataw diversi eżempji fejn il-Liġi tal-1988 ma pprevenietx li jitwaqqgħu d-djar biex jinbnew lukandi minflokhom, b’mod partikolari fil-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji (il-petizzjonijiet 494/2010 u 678/2012). F’Murcia, fuq l-Isla de Mazarron, ingħataw aktar eżempji fejn djar lokali daħlu fid-dominju pubbliku peress li żvilupp ta’ port wassal biex il-kosta tisparixxi u id-39 dar affettwata issa tilfu l-valur tas-suq tagħhom u ġew suġġetti għall-kundizzjonijiet, stabbiliti b’mod retroattiv, tad-dominju pubbliku.

Mill-pajjiż Bask sa Cádiz, il-petizzjonanti ddeskrivew kif fil-fatt il-kosti kienu qed jinżammu u l-bajjiet jitnaddfu min-nies lokali li issa skoprew li d-djar tagħhom kellhom isiru parti mid-dominju pubbliku b’riskju serju li l-konċessjonijiet jiġu rtirati. Dawn beżgħu li djar ta’ familji privati li qabel kellhom valur tas-suq ta’ €500 000 prattikament issa ma kien se jkollhom valur ta’ xejn (il-petizzjoni 103/2009). Mid-dehra l-qrati naqsu milli jintervjenu biex jipproteġu d-drittijiet taċ-ċittadini f’ħafna ċirkostanzi bħal dawn.

L-uniku grupp ta’ petizzjonanti li deher li seta’ jibbenefika mil-leġiżlazzjoni l-ġdida kien dak minn Empuriabrava (il-petizzjoni 296/2009) peress li s-sit speċifiku tagħhom fejn id-djar jinbnew madwar żoni ta’ passaġġ fuq l-ilma intern ħdejn il-kosta, kienu se jiġu koperti minn deroga speċjali, mogħtija lil 11-il żona speċifikata oħra. Madankollu xi petizzjonanti ħassew li l-identifikazzjoni ta’ dawn iż-żoni mingħajr kriterji ċari tista’ tkun diskriminatorja.

* * *L-Awtoritajiet:

Fit-22 ta’ Marzu, filgħodu, id-delegazzjoni ltaqgħet mal-awtoritajiet tal-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Nutrizzjoni u l-Ambjent. Fid-dikjarazzjoni tal-ftuħ tiegħu, id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Kosta Pablo Saavedra indika li l-forza li wasslet għal-leġiżlazzjoni l-ġdida kienet il-ħtieġa li jissolvew il-problemi u l-esperjenzi koroh li ġraw taħt il-Liġi tal-1988. Huwa sostna li fil-preparamenti tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, il-Ministeru kien ikkunsidra l-perspettivi tal-Parlament Ewropew, u li dwarha kien hemm ukoll konsultazzjoni pubblika.

Page 10: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 10/32 DT\942617MT.doc

MT

Is-Sur Saavedra indika li, ladarba tiġi adottata l-liġi l-ġdida li tirrevedi l-Liġi tal-Kosta, fl-aħħar ta’ Mejju, wara l-kunsiderazzjoni tal-emendi mressqa fil-Parlament, ikun jeħtieġ li tiġi kkunsidrata regolamentazzjoni ulterjuri, li bħalissa qed tiġi ppreparata, li tiddefinixxi aktar “iċ-ċertezza tad-dritt” tal-proprjetà. Huwa ma elaborax aktar dwar dan, ħlief biex jgħid li r-regolamentazzjoni għandha tiġi approvata sa tmiem l-2013, u li sa dak iż-żmien wieħed għandu jkun jista’ jikkunsidra din il-kwistjoni bħala solvuta.

Skont is-Sur Saavedra, il-Gvern ipprova jilħaq bilanċ bejn interessi differenti li jipproteġi l-kosta u jippermetti lil kulħadd igawdiha bħala dominju publiku. Is-Sur Saavedra reġa’ tenna ħafna minn dak imsemmi hawn fuq f’dan ir-rapport, fir-rigward tal-proposti tar-riforma, u elabora aktar dwar xi ftit mill-kwistjonijiet prinċipali, speċjalment id-differenza bejn bajjiet urbani u naturali – li xi membri qajmu dubji dwarha minħabba n-nuqqas ta’ kriterji użati għaż-żoni ta’ servitù ta’ 20 metru, u l-indikaturi ta’ tibdil fil-klima. Huwa ammetta li l-liġi ma tistax tittama li tikseb sodisfazzjon 100 % mill-partijiet kollha.

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-kumpens, is-Sur Saavedra rrefera għal deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Spanja tal-1991 li fil-fatt ikkonfermat li l-konċessjonijiet mogħtija lis-sidien tal-proprjetà fi ħdan l-MTPD1 jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kumpensatorji. Skont hu, il-Gvern madankollu tejjeb fuq dan billi estenda b’mod konsiderevoli l-perjodu ta’ konċessjoni u żgura d-drittijiet tal-werrieta.

Huwa żied li l-attività ekonomika wkoll se ssib aktar ċertezza tad-dritt fil-liġi l-ġdida, għall-benefiċċju ta’ xi wħud mill-konċessjonijiet b’mod prinċipali għall-industrija tat-turiżmu u l-kultura. Huwa sostna li l-protezzjoni ambjentali ġiet imsaħħa, bl-introduzzjoni ta’ valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għal siti industrijali u stabbilimenti kbar fid-dominju pubbliku.

Fil-kummenti tagħhom, il-membri qajmu għadd ta’ kwistjonijiet li jibqgħu ta’ tħassib. Pereżempju, il-membri ma kinux konvinti mir-referenza għad-Deċiżjoni tal-1991, u kkunsidraw li deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar kwistjoni bħal din tkun utli għal dawk kollha konċernati. Għal ħafna minnhom, il-kriterji għall-irtirar ta’ konċessjoni lanqas ma kienu ċari u beżgħu li dawn jistgħu jkunu ta’ natura arbitrarja, kif kienu sa mill-1988. Il-linja ta’ demarkazzjoni stess mid-dehra setgħet tiġi manipulata, u ġie espress tħassib li interessi kbar setgħu jxaħħmu biex joħorġu mid-dominju pubbliku.

Fl-għeluq tad-diskussjoni, id-Direttur Ġenerali indika li, fil-passat, in-nuqqas taċ-ċertezza tad-dritt irriżulta parzjalment minħabba l-limiti ħżiena ta’ demarkazzjoni, minħabba d-drittijiet tal-proprjetà u minħabba x-xogħol b’lura fir-reġistri u r-reġistrazzjoni tal-proprjetà. Il-leġiżlazzjoni riveduta ġiet imfassla biex tiġġieled kontra dawn l-aspetti. L-intenzjoni tal-Ministeru kienet li l-liġi ssir kompatibbli biex tipproteġi d-dominju pubbliku u tiżgura li setgħu jitwettqu attivitajiet sostenibbli f’dik iż-żona.

* * *L-NGOs Ambjentali:

1 Dominju Pubbliku Marittimu u Terrestri.

Page 11: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 11/32 PE510.751v03-00

MT

Fit-22 ta’ Marzu, filgħaxija, id-delegazzjoni ltaqgħet ma’ diversi assoċjazzjonijiet ambjentali. Il-Membri setgħu jiffukaw b’mod aktar speċifiku fuq l-allegazzjonijiet fir-rigward tal-impatt ambjentali tal-Liġi tal-Kosta riveduta. L-NGOs (id-WWF, il-Greenpeace, l-EA, u l-Birdlife), kollha kkritikaw ħafna l-fatt li l-liġi preċedenti qatt ma ġiet irrispettata jew implimentata kif suppost, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali injoraw konxjament id-dispożizzjonijiet tagħha fl-urbanizzazzjoni tal-kosta u l-qerda ta’ ekosistemi sħaħ, li huma kienu enfasizzaw li għandhom jibqgħu protetti.

Dawn kienu qed jibżgħu li l-liġi l-ġdida tista’ anke tagħmel is-sitwazzjoni agħar minħabba l-ħafna derogi politiċi li kienu qed jiġu nnegozjati fiha. Il-protezzjoni tal-ambjent tal-kosta, jew ta’ dak li baqa’ mill-ambjent naturali, ikun aktar problematiku minħabba li b’mod kumplessiv se jkun hemm anqas protezzjoni taż-żoni tal-kosta u aktar sfruttament ekonomiku, u qajmu dubju dwar il-kompatibilità tal-leġiżlazzjoni mad-Direttiva proposta li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta1.

L-assoċjazzjonijiet ambjentali rrimarkaw li, bħal fil-passat, ma kien hemm l-ebda garanzija li l-awtoritajiet reġjonali jew lokali fil-fatt se jirrispettaw jew jimplimentaw din il-leġiżlazzjoni riveduta, peress li dawn la kellhom l-inċentivi u lanqas il-mezzi adegwati biex jagħmlu dan. Dan jimplika li l-liġi riveduta se tkun ta’ benefiċċju għal ftit persuni u għal interessi kbar ħafna biss. L-assoċjazzjonijiet ambjentali jibżgħu li ċerti urbanizzazzjonijiet ġodda – mibnija oriġinarjament f’żoni protetti jew ristretti taħt il-liġi l-antika jitneħħew mid-dominju pubbliku, peress li issa dawn jitqiesu li jaqgħu fiż-żoni tal-kosta urbani, u wissew li dan qed iseħħ fi żmien meta ż-żoni marittimi għas-siti tan-Natura 2000 għadhom iridu jintagħżlu. Għaldaqstant, dawk li kisru l-liġi fil-passat, meta mijiet ta’ kilometri ta’ ambjent tal-kosta ġie fil-fatt meqrud mill-ferneżija ta’ urbanizzazzjoni, issa huma protetti mil-liġi l-ġdida u m’għandhomx minn xiex jibżgħu aktar, peress li huma koperti minn amnestija de facto ta’ bini illegali. Ambjentalisti wissew li ma ngħatat l-ebda kunsiderazzjoni għall-impatt massiv li dan kellu fuq il-bijosistemi kostali fraġli tal-Mediterran u tal-Atlantiku.

Rimarki tal-għeluq

Bħala riżultat ta’ dawn il-laqgħat u wkoll tad-diskussjonijiet li saru mal-Grupp ta’ Ħidma informali, il-membri jibqgħu, b’mod ġenerali, xettiċi dwar il-punt sa fejn il-Ley des Costasriveduta, li issa ġiet approvata mill-Parlament Spanjol u saret liġi, se tiġi implimentata b’mod koerenti u tissodisfa l-għanijiet tal-Ministeru għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ambjent tal-kosta.

Barra minn hekk, il-membri jibqgħu mħassba dwar it-titjib sinifikanti li għadu meħtieġ f'termini ta' drittijiet tal-proprjetà u tal-akkwist sabiex jintlaħqu l-istandards komuni Ewropej. Għaliex il-Kumitat fil-fatt qatta’ daqshekk ħin jittratta t-tħassib ta’ ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tal-proprjetà tagħhom fi Spanja u prattikament fl-ebda pajjiż ieħor tal-UE? Sa ċertu punt, iż-żieda fil-bini u n-numru ta’ djar li nxtraw u nbiegħu jistgħu jispjegaw dan, imma l-biċċa l-kbira tal-evidenza tissuġġerixxi li l-petizzjonijiet ġew ippreżentati minħabba li hemm xi ħaġa ħażina ħafna fl-approċċ tal-awtoritajiet Spanjoli, u l-avukati Spanjoli, għal din il-kwistjoni mill-aktar fundamentali għal kważi ċ-ċittadini Ewropej kollha. Il-petizzjonijiet jaslu għand il-Parlament Ewropew minn ċittadini Spanjoli daqs kemm jaslu mingħand ċittadini

1 COM/2013/133/FINALI

Page 12: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 12/32 DT\942617MT.doc

MT

mhux Spanjoli. Dan juri li l-aċċess għal reviżjoni effettiva tad-deċiżjonijiet amministrattivi, għall-protezzjoni legali u għall-kumpens effettiv għall-ħsara fi żmien raġonevoli għadu ta' spiss mhux sodisfaċenti.

Strettament, skont it-termini tat-Trattat tal-UE, xejn ma jobbliga lil Spanja tbiddel il-pożizzjoni tagħha u huwa ċar li l-Gvern u l-Parlament ta’ Spanja għandhom kompetenza sħiħa, kostituzzjonalment u politikament, li jiddeċiedu u jippromulgaw leġiżlazzjoni bħal din. Is-sistema ta’ sjieda tal-proprjetà tibqa’ l-kompetenza tal-Istat Membru. Madankollu, it-Trattat tal-UE, skont l-Artikolu 6, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 17, jinkludu wkolldispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tan-nies għall-proprjetà tagħhom. Għaldaqstant, l-aspettattivi tan-nies li l-UE, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, għandhom jiddefendu dawn id-drittijiet f’isimhom meta dawn jiġu mdgħajfa jew miksura, huma leġittimi. Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-UE jimpenja lill-Istati Membri tal-UE kollha għal livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-ambjent. L-Artikolu 191 tat-TFUE jsaħħaħ dan l-impenn u jobbliga lill-Istati Membri jadottaw il-prinċipji tal-prekawzjoni u jieħdu azzjoni preventiva meta meħtieġ. Il-fatt li fil-preambolu għal-leġiżlazzjoni l-ġdida, issir referenza għar-rapport adottat mill-Parlament Ewropew bħala skattatur għal din ir-riforma juri li dak li jgħidu l-istituzzjonijiet tal-UE, u b’mod partikolari dak li jgħid il-Parlament Ewropew, huwa ta’ importanza għal-leġiżlatur Spanjol.

Huwa diskutibbli jekk dawn l-impenji u d-dispożizzjonijiet ġewx rikonoxxuti bis-sħiħ mill-awtoritajiet Spanjoli fil-Liġi tal-Kosta riveduta u jekk fl-aħħar ġietx stabbilita l-ġustizzja għas-sidien tal-proprjetà jew għall-ambjent. Ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika mill-Ministeru u dan kien importanti; madankollu huwa ferm dubjuż jekk dan kellux impatt reali fuq ir-riżultat meta jitqiesu r-reazzjonijiet min-naħa tal-petizzjonanti u l-assoċjazzjonijiet li l-Kumitat sema’ mingħandhom.

Sfortunatament huwa l-fatt li din ir-reviżjoni tal-Liġi tal-Kosta fil-parti l-kbira tagħha falliet milli ttejjeb iċ-ċertezza legali dwar id-drittijiet għall-proprjetà, li huwa rekwiżit assolut għal kwalunkwe suq tad-djar sostenibbli. Barra minn dan, il-fatt li l-linja ta’ demarkazzjoni potenzjalment hija suġġetta għal reviżjoni kull darba li jkun hemm bidla fil-linja tal-kosta (pereżempju minħabba erożjoni tal-kosta, jew minħabba l-bini ta' marina ġdida) joħloq inċertezza addizzjonali, għax dak li huwa legali llum jista’ ma jkunx hekk fil-futur.

Għalkemm il-liġi tindika li r-reġistrazzjoni ta’ proprjetà għandha tkun aġġornata, ftit li xejn hemm evidenza li qed isir progress f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u dan jibqa’ nuqqas gravi. Meta dan jiġi valutat fil-kuntest ta’ estensjoni tal-perjodu ta' konċessjonijiet, li fiha nnifisha tibqa' ambigwa f'termini tat-twaqqif ta' perjodi ta' żmien speċifiċi (fuq liema kriterji tingħata konċessjoni għal 75 sena, u meta le?) għalhekk il-membri jqisu li għad hemm wisq inċertezzi li jridu jaffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej fir-rigward tad-drittijiet tagħhom għall-proprjetà. Kif diġà ntqal ukoll, bosta membri jqisu li konċessjonijiet mhumiex kumpens ġust għat-telf potenzjali fil-valur ta’ proprjetajiet privati li jinsabu fid-dominju pubbliku li għadu kif ġie stabbilit.

Fir-rigward tal-għan essenzjali tal-ħarsien ambjentali taż-żoni kostali, il-membri jqisu li għad hemm wisq nuqqasijiet u punti ambigwi fil-leġiżlazzjoni l-ġdida, u dan minkejja l-ambizzjonijiet oriġinali tal-Ministeru Ambjentali f’dan ir-rigward. Dan it-tnaqqis fiż-żoni ta’ servitù għar-rías kostali jidher li huwa partikolarment inġust. Għandu jkun rikonoxxut b’mod

Page 13: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 13/32 PE510.751v03-00

MT

aktar ċar li “żvilupp ekonomiku” – li sfortunatament ħafna drabi huwa mqabbel mal-industrija tal-kostruzzjoni, fundamentalment mhuwiex kompatibbli mal-protezzjoni ta' żona kostali li hija tassew vulnerabbli u ekoloġikament fraġli. Il-liġi l-ġdida tilfet l-opportunità li tiżgura li d-Direttiva Qafas tal-UE dwar Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali tiġi implimentata b’mod ċar, u għadha ma rrikonoxxietx bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-UE tal-2002 jew il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona, ratifikat fl-2010, dwar dan l-istess suġġett. Il-membri għadhom mhumiex ċerti li numru ta’ Direttivi oħra tal-UE humiex qed jiġu rispettati bis-sħiħ.

Filwaqt li nżommu f’moħħna dawn il-konklużjonijiet, u b’kunsiderazzjoni tad-diskussjonijiet estensivi li saru fost il-grupp ta’ ħidma u fost membri tad-delegazzjoni li żaret Madrid dwar dan is-suġġett, qed isiru r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin.

Abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet

1. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, minħabba t-tħassib iddikjarat f'dan ir-rapport fir-rigward tal-Ley de Costas il-ġdida, sabiex tibda eżaminazzjoni fil-fond tal-konformità ta' din il-leġiżlazzjoni l-ġdida ma' Direttivi tal-UE relatati, b'mod partikolari d-Direttiva dwar il-Ħabitats, id-Direttiva dwar l-Għasafar Selvaġġi, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Ħasil, id-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi, id-Direttiva dwar l-Istudju Strateġiku tal-Impatt Ambjentali, id-Direttiva dwar l-Għargħar, kif ukoll id-Direttiva Qafas ġdida tal-UE dwar Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali u regoli oħra relatati applikabbli fl-Unjoni Ewropea, u biex tirrapporta lura lil dan il-Kumitat sa Diċembru 2013.

2. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Spanjoli sabiex fuq livell nazzjonali jaħdmu permezz ta' kooperazzjoni mtejba mar-Reġjuni Awtonomi sabiex jippromwovu u jħarsu, u fejn ikun possibbli biex jiġġeneraw mill-ġdid iż-żoni kostali ambjentali li f'diversi każi ġew serjament degradati minħabba xogħlijiet ta' kostruzzjoni li ta’ spiss ikunu eċċessivi u proġetti ta’ bini, li uħud minnhom kienu wkoll legalment dubjużi. Żoni kostali protetti ma għandhomx jintużaw aktar għal kostruzzjoni ta’ proprjetajiet, bini jew djar ġodda.

3. F’dan l-istess kuntest, iħeġġeġ lill-awtoritajiet responsabbli fil-livell nazzjonali u reġjonali sabiex ikomplu jiċċaraw u jappoġġjaw id-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE affettwati fir-rigward tal-proprjetà tagħhom li huma jkunu kisbu legalment. Jirrakkomanda li l-awtoritajiet Spanjoli jistabbilixxu skema ta’ kumpens finanzjarju sħiħ u ġust għall-proprjetarji legali kollha li d-djar tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għal twaqqigħ jew esproprjazzjoni bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Ley de Costas.

4. Fir-rigward ta’ proprjetajiet li huma deskritti bħala “bini illegali” fi jew viċin iż-żoni kostali, u li diversi ċittadini Ewropej, fosthom ċittadini Spanjoli, spiċċaw vittmi tagħhom mingħajr ma kienu jafu, jitlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji Spanjoli sabiex jinvestigaw u jfittxu lil dawk l-aġenti privati jew awtoritajiet pubbliċi li aġixxew barra mill-qafas legali formali meta huma qassmu drittijiet għall-bini, u sabiex dawn jitressqu quddiem il-Qrati aktar malajr, filwaqt li jiżguraw li l-vittmi ta’ tali operazzjonijiet, li xtraw il-proprjetajiet tagħhom in bona fede, ikunu intitolati għal kumpens sħiħ u ġust.

5. Jitlob lill-awtoritajiet biex joħorġu linji gwida ċari għall-awtoritajiet reġjonali u lokali kollha, abbażi ta' kriterji objettivi u mhux diskrezzjonali, dwar it-tqassim ta' konċessjonijiet lil proprjetarji leġittimi eżistenti li għandhom djar fiż-żoni kostali, biex

Page 14: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 14/32 DT\942617MT.doc

MT

b’hekk jiżguraw applikazzjoni ġusta u uniformi tal-liġi. Madankollu jerġa’ jtenni r-riservi qawwija tal-Kumitat dwar l-eżistenza ta’ dawn il-konċessjonijiet.

6. Fir-rigward tad-delimitazzjoni tad-dominju pubbliku, iħeġġeġ lill-awtoritajiet sabiex japplikaw kriterji tekniċi oġġettivi li ma jiddiskriminawx bejn sidien ta’ proprjtajiet minħabba l-istat jew ċittadinanza tagħhom, u biex jiżguraw li fejn ikun meħtieġ li jiġu applikati derogi, dawn ikunu ġustifikati b’mod ċar u trasparenti li f’kull każ ikun relatat ma’ protezzjoni ambjentali mtejba u mhux ma’ interessi finanzjarji jew kummerċjali.

7. Jitlob li jkun hemm moratorju jew iffriżar tal-każi kollha li għadhom pendenti quddiem il-Qrati fir-rigward ta’ djar li jinsabu f’żoni kostali li huma suġġetti għal modifika possibbli tal-linja ta’ demarkazzjoni sabiex ma jitwaqqax bini li wara jista’ jirriżulta li jaqa’ barra mid-dominju pubbliku.

8. Jitlob li r-reġistru tal-proprjetà u li r-rekords katastali jiġu aġġornati malajr u sew, biex ikun żgurat li s-sidien kollha ta' proprjetajiet li jaqgħu fiż-żoni ta' demarkazzjoni jkunu infurmati sew dwar id-drittijiet tagħhom u l-mezzi ta' aċċess għal ġustizzja jekk huma jħossu li dan huwa meħtieġ sabiex jipproteġu l-intressi leġittimi tagħhom.

9. Jistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jiċċaraw id-distinzjoni bejn bajjiet naturali u urbani, u biex jistabbilixxu miżuri sabiex jipprevjenu b'mod effettiv l-invażjoni ta’ bajjiet urbani fiż-żoni klassifikati ta’ bajjiet naturali.

10. Itenni mill-ġdid is-sejħa tiegħu sabiex il-ġustizzja tkun effettiva u f'waqtha, filwaqt li jqis li d-dewmien eċċessiv fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fih innifsu huwa inġustizzja mhux aċċettabbli. F’dan il-kuntest, fejn jinfetħu proċeduri tal-qorti, iħeġġeġ lill-partijiet kollha sabiex ikunu konxji mill-utilità possibbli ta’ talbiet għal deċiżjonijiet preliminari indirizzati lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fejn huma involuti kwistjonijiet ta’ liġi tal-UE, u fejn ma hemm l-ebda acte claire.

11. Filwaqt li jilqa’ r-rikonoxximent tat-tibdil fil-klima fil-leġiżlazzjoni kostali l-ġdida, u l-ħtieġa li l-ġestjoni kostali tiġi adattata skont l-effetti inevitabbli tiegħu, jitlob għal aktar ċarezza fid-dispożizzjonijiet relatati ma’ dan f’termini ta’ kriterji speċifiċi, mekkaniżmi ta’ applikazzjoni u regoli ta’ implimentazzjoni.

Page 15: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 15/32 PE510.751v03-00

MT

ANNESS

PARLAMENT EWROPEW 2009 - 2014

Kumitat għall-Petizzjonijiet

27.3.2013

AVVIŻ LILL-MEMBRISuġġett: Petizzjoni 0174/2008, imressqa mis-Sur Jose Ortega ta’ ċittadinanza

Spanjola, dwar l-applikazzjoni allegatament abbużiva tal-liġi Spanjola dwar il-kosta fir-rigward tad-drittijiet għal proprjetà

Petizzjoni 0303/2008, imressqa minn Rosa Garcia Pose ta’ ċittadinanza Spanjola, b’55 firma, dwar it-telf tad-dar ta’ dawk li ffirmaw il-petizzjoni bħala riżultat tal-miżuri ta’ ħarsien taż-żona kostali fil-provinċja ta’ La Coruña

Petizzjoni 0867/2008, imressqa mis-Sinjura Karin Koberling ta’ ċittadinanza Ġermaniża dwar l-applikazzjoni allegatament abbużiva tal-liġi tal-kosta tal-awtoritajiet Spanjoli

Petizzjoni 1271/2008, imressqa minn Rudolf Schneiders ta’ ċittadinanza Ġermaniża dwar infurzar possibbli tal-‘Ley de Costa’ fi Spanja,

Petizzjoni 1448/2008, imressqa minn Ursula Czelusta ta’ ċittadinanza Ġermaniża, dwar l-attivitajiet ta’ stħarriġ li qed isiru fuq il-kosta Spanjola u l-possibbiltà li jkollha tinxtara bilfors id-dar tagħha fi Spanja,

Petizzjoni 1485/2008, imressqa minn Alan Hazelhurst, ta’ ċittadinanza

Page 16: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 16/32 DT\942617MT.doc

MT

Ingliża, dwar l-applikazzjoni irregolari tal-Liġi Kostali ta’ Spanja (Ley de Costas),

Petizzjoni 1691/2008, imressqa minn Oscar Maniaga Izquierdo, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-esproprjazzjoni tad-dar tiegħu f’Alicante, fi Spanja, skont il-Liġi tal-Kosta Spanjola.

Petizzjoni 1871/2008, imressqa mill-Assoċjazzjoni tar-Residenti Celorio rigward il-proġetti ta' żvilupp urban f'Celorio, Asturias, Spanja,

Petizzjoni 0103/2009, imressqa minn Margarita García Jaime, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-‘Ley de Costas’ (il-Liġi tal-Kosta) fi Spanja

Petizzjoni 0119/2009, imressqa minn Jan Van Stuyvesant, ta’ ċittadinanza Olandiża, f’isem l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Propjetà ta’ Vera Playa, f’Almeria, Spanja, dwar is-sitwazzjoni li nqalgħet minħabba l-‘Ley de Costas’ (Liġi tal-Kosta) fi Spanja

Petizzjoni 0274/2009, imressqa minn Tomás González Díaz, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem l-assoċjazzjoni tar-residenti ta’ Las Calas, dwar it-twaqqigħ tal-villaġġ ta’ Cho-Vito, skont il-‘Ley de Costas’ (il-liġi tal-kosta), li jinsab fuq il-kosta ta’ Tenerife f’Candelaria (Spanja)

Petizzjoni 0278/2009, imressqa minn Gregorio Amo López, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi tal-Kosta fl-Asturias, fi Spanja

Petizzjoni 0279/2009, imressqa minn Timoteo Giménez Domingo, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-impatt tal-Liġi tal-Kosta fi Spanja

Petizzjoni 0296/2009, imressqa minn Ingeborg Hoffman, ta’ ċittadinanza Ġermaniża, f’isem l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta’ Proprjetà (APE) f’Empuriabrava, dwar it-telf jew il-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ sjieda skont l-applikazzjoni tal-Liġi tal-Kosta Spanjola għal Costa Brava

Petizzjoni 0298/2009, imressqa minn Wolfgang Ludwigs, ta’ ċittadinanza Ġermaniża, dwar il-Liġi tal-Kosta Spanjola

Petizzjoni 0389/2009, imressqa minn M.L. ta’ ċittadinanza Ġermaniża, rigward it-telf tal-proprjetà tiegħu fi Spanja skont il-Liġi tal-Kosta Spanjola,

Petizzjoni 0606/2009, imressqa minn Paula Llaneza Alcada, ta’ ċittadinanza Spanjola, b’żewġ firem, dwar l-implikazzjonijiet tal-Liġi tal-Kosta Spanjola (‘Ley de Costas’) fir-rigward tal-proprjetajiet tagħha,

Petizzjoni 0611/2009, imressqa minn Maria Jesús de Motta Martínez, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-implikazzjonijiet tal-Liġi tal-Kosta ‘Ley de Costas’ fir-rigward tal-proprjetà tagħha,

Petizzjoni 0618/2009, imressqa minn Maria Luisa Ibáñez, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-implikazzjonijiet tal-Liġi tal-Kosta ‘Ley de Costas’ fir-

Page 17: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 17/32 PE510.751v03-00

MT

rigward tal-proprjetà tagħha,

Petizzjoni 0626/2009, imressqa minn Nordhild Köhler, ta’ ċittadinanza Ġermaniża, dwar l-implementazzjoni tal-Liġi Spanjola dwar il-Kosta (Ley de Costas) rigward Formentera,

Petizzjoni 0666/2009, imressqa minn Carmen Ramos Badia, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-implikazzjonijiet tal-Liġi Kostali Spanjola (‘Ley de Costas’) fuq il-proprjetà tagħha,

Petizzjoni 0667/2009, imressqa minn Jon Iturribarria de Castro, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-implikazzjonijiet tal-Liġi Kostali Spanjola (‘Ley de Costas’) fuq il-proprjetà tiegħu, mitħna tal-marea mibnija fl-1683,

Petizzjoni 0676/2009, imressqa minn Jorge Comin Giner, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-implikazzjonijiet tal-Liġi Kostali Spanjola (‘Ley de Costas’) fuq id-dar tiegħu,

Petizzjoni 0708/2009, imressqa minn Pedro López Rodríguez, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi tal-Kosta (Ley de Costas),

Petizzjoni 0881/2009, imressqa minn Pilar Embeita Olasagasti, ta’ ċittadinanza Spanjola, f'isem l-Asociacion DARACA, dwar l-implimentazzjoni retroattiva, arbitrarja u abbużiva tal-Liġi tal-Kosta fil-muniċipalità ta’ Pielagos,

Petizzjoni 1346/2009, imressqa minn José María Martínez de Haro, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri f’Garrucha, Almería, skont il-Liġi Kostali,

Petizzjoni 1499/2009, imressqa minn Mercedes Bronchal Pascual u Antonio Maestre Azcon, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-effett tal-“Liġi tal-Kosta” fuq id-djar tagħhom,

Petizzjoni 1523/2009, imressqa minn Konrad Ringler, ta’ ċittadinanza Ġermaniża, dwar in-nuqqas ta’ konformità mill-awtoritajiet Spanjoli nazzjonali u lokali mar-rakkomandazzjoni tar-Rapport ta’ Auken

Petizzjoni 1573/2009, imressqa minn Aurelio Pretel Marín, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi tal-Kosta,

Petizzjoni 1625/2009, imressqa minn Heribert Hofmann, ta’ ċittadinanza Ġermaniża, dwar proġett biex jiġi żviluppat port ta’ rikreazzjoni f’Santa Margarita fir-Rio Grao

Petizzjoni 1691/2009, imressqa minn Dolores Monferrer Guardiola, ta’ ċittadinanza Spanjola, b’40 firma, dwar it-twaqqigħ tad-djar fid-distrett ta’ Puig (Valencia) skont il-kundizzjonijiet tal-Liġi tal-Kosta,

Petizzjoni 0220/2010, imressqa minn Nicole Amsellem, ta’ ċittadinanza Franċiża, dwar il-Liġi dwar il-Kosta fi Spanja,

Page 18: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 18/32 DT\942617MT.doc

MT

Petizzjoni 0255/2010, imressqa minn María Teresa Alonso Barrero, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem il-‘Proprietarios de Primera Línea Sol naciente’, dwar il-Liġi Kostali,

Petizzjoni 0270/2010, imressqa minn Francisco Javier Martínez del Cerro Poole, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi Kostali u l-effetti tagħha fuq l-akkwakultura u s-salini fil-Bajja ta’ Cádiz,

Petizzjoni 0341/2010, imressqa minn José Pérez Deniz, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem l-‘Asociación para la defensa del centro comercial de la Playa del Inglés’, dwar il-Liġi tal-Kosta fi Gran Canaria,

Petizzjoni 0395/2010, imressqa minn Ramona Chouza Chouza, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi Kostali f’Biscay

Petizzjoni 0493/2010, imressqa minn Juan José Agost Pérez, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem l-Assoċjazzjoni tar-residenti taż-żona tal-kosta ta’ Torre la Sal dwar l-impatt tal-Liġi tal-Kosta fuq Cabanes f’Valencia,

Petizzjoni 0494/2010, imressqa minn Alonso Orihuela, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi tal-Kosta f’Candelaria, Tenerife,

Petizzjoni 0575/2010, imressqa minn Helen Prior, ta’ ċittadinanza Ingliża, dwar id-dar tagħha f’Almeria,

Petizzjoni 0762/2010, imressqa minn José Luis González Godoy, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi Kostali fi Spanja

Petizzjoni 0925/2010, imressqa minn Santiago Barcia Rañales, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem l-Assoċjazzjoni tar-Residenti tal-bajja ta’ Vilarrube (La Coruña, Spanja), b’426 firma, dwar il-liġi kostali Spanjola,

Petizzjoni 1197/2010, imressqa minn Elisa Arjona González, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-Liġi tal-Kosta (Ley de Costas),

Petizzjoni 1312/2010, imressqa minn Rafael Barroso Castilla, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-liġi kostali,

Petizzjoni 1328/2010, imressqa minn José Ortega, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar is-sitwazzjoni tal-iżvilupp urban f’Casbah, Valencia, affettwat mil-Liġi tal-Kosta,

Petizzjoni 1540/2010, imressqa minn Johan Weichselbaum, ta’ ċittadinanza Awstrijaka, dwar it-twaqqigħ ta’ dar affettwata mil-Liġi tal-Kosta fil-Gżejjer Kanarji,

Petizzjoni 0144/2011, imressqa minn Karin & Jean-Louis Aubin, ta’ ċittadinanza Franċiża u Ġermaniża, dwar l-applikazzjoni tal-Liġi Kostali Spanjola għal Empuriabrava,

Page 19: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 19/32 PE510.751v03-00

MT

Petizzjoni 0200/2011, imressqa minn Aleixandre Mariano Cabrelles, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-istejtus tal-marina “Empuriabrava” f’Gerona u l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Kosti,

Petizzjoni 0472/2011, imressqa minn Juan Guillermo Palanca Rodriguez-Spiteri, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem l-Unjoni ta’ Salinera de Espana, dwar l-esproprjazzjoni tad-depożiti tal-melħ skont il-liġi kostali fi Spanja,

Petizzjoni 0540/2011, imressqa minn Javier Lopez Domenech, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem il-kumpanija Bras del Port S.A, dwar l-inklużjoni tas-salinas f’Santa Pola (Alicante) fid-dominju pubbliku marittimu-terrestri, skont il-Liġi Kostali (Ley de Costas),

Petizzjoni 0633/2011, imressqa minn Jose Hilario Ortega Anduiza, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem Salinas de Levante S.A., dwar l-esproprjazzjoni ta’ art fejn hemm minjieri tal-melħ minħabba l-applikazzjoni tal-Liġi Kostali Spanjola (Ley de Costas),

Petizzjoni 0711/2011, imressqa minn T.S. Ostrowski, ta’ ċittadinanza Pollakka, b’2 firem, dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi Kostali Spanjola fil-belt Mediterranja ta’ Empuriabrava fi Spanja,

Petizzjoni 1059/2011, imressqa minn Joan Cirera Planas, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem Basta Ja! Perjudicats per la Llei de Costas de Balears, b’5 579 firma, dwar l-esproprjazzjoni tal-proprjetà fil-Gżejjer Baleariċi taħt il-Liġi Kostali Spanjola,

Petizzjoni 1060/2011, imressqa minn Diego Albarracin Uxó, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar l-esproprjazzjoni tal-proprjetà f’El Saler (Valencia) skont il-Liġi Kostali ta’ Spanja,

Petizzjoni 1100/2011, imressqa minn Alexander Perez, ta’ ċittadinanza Amerikana, dwar l-esproprjazzjoni ta’ proprjetà f’Liencres (Cantabria) skont il-Liġi Kostali ta’ Spanja,

Petizzjoni 1146/2011, imressqa minn Claudio Riera y Riera, ta’ ċittadinanza Spanjola, f’isem l-“Asociación para la Defensa de las Playas Norte de Dénia”, dwar id-degradazzjoni tal-bajjiet f’Dénia u Els Poblets (Alicante) u dwar il-Liġi tal-Kosta Spanjola (Ley de Costas)

Petizzjoni 1151/2011, imressqa minn Jaime Domenech Gelabert, ta’ ċittadinanza Spanjola, dwar il-proprjetà tiegħu fil-Gżejjer Baleariċi, li ġiet affettwata mil-Liġi tal-Kosta Spanjola (Ley de Costas),

Petizzjoni 0626/2012, imressqa minn Francesco Canzoneri, ta’ ċittadinanza mhux speċifikata, dwar il-Liġi tal-Kosta Spanjola (Ley de Costas)

1. Sommarju tal-petizzjonijietSommarju tal-petizzjoni 0174/2008Il-petizzjonant jikkundanna l-applikazzjoni allegatament abbużiva tal-liġi Spanjola tal-1989

Page 20: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 20/32 DT\942617MT.doc

MT

dwar il-kosta li ħolqot preġudizzji serji għas-sidien ta’ proprjetà. Skont il-petizzjonant, il-liġi ġiet applikata b’mod retroattiv u waslet biex jitwaqqgħu binjiet mibnija legalment mal-kosta ta’ Spanja. Il-petizzjonant jispejga li bosta sidien, kemm Spanjoli kif ukoll ċittadini tal-UE, raw il-binjiet tagħhom jitwaqqgħu mingħajr kumpens u qabel ma l-qrati amministrattivi setgħu jieħdu deċiżjoni dwar il-każijiet tagħhom. Il-petizzjonant isostni li l-gvern Spanjol kiser il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-dritt għall-proprjetà. Skont il-petizzjonant, l-Artikolu 44.2(e) tat-Trattat KE li jippermetti li ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri jikseb u juża art u binjiet li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor inkiser ukoll. Il-petizzjonant talab lill-Parlament Ewropew biex titnieda investigazzjoni dwar il-kwistjoni.

Sommarju tal-petizzjoni 0303/2008Il-petizzjonanti, li għandhom id-djar f’los Areeiros, Riviera, fil-provinċja ta’ La Coruña, jiġbdu l-attenzjoni li huma ma għandhomx setgħa kontra l-awtoritajiet provinċjali u nazzjonali, li huma, milli jidher, ifittxu li jwettqu esproprjazzjoni għad-dannu tagħhom skont il-liġi tal-1988 dwar il-konservazzjoni taż-żona kostali. Huma jirreferu għall-Kostituzzjoni Spanjola, li tindika limitu taż-żona ta’ protezzjoni kostali għal 20 metru minflok 100 metru u jitolbu lill-Parlament Ewropew biex jibgħat delegazzjoni biex tinvestiga l-kwistjoni fuq il-post.

Sommarju tal-petizzjoni 0867/2008Il-petizzjonanta tqis li l-liġi Spanjola dwar il-kosta (Ley 22/1988) qed tiġi nfurzata b’mod arbitrarju u retroattiv, u li dan joħloq il-premessi biex ħafna sidien jintlaqtu minn esproprjazzjonijiet mingħajr ebda kumpens. Skont il-petizzjonanta, fl-applikazzjoni tal-liġi, l-awtoritajiet Spanjoli ma tawx każ tal-ispeċifiċità storika ta’ ċerti żoni, bħal Puerto de la Cruz.Il-petizzjonanta ssostni li bosta mid-djar f’Puerto de la Cruz huma djar li kienu tas-sajjieda u li llum inbnew mill-ġdid. Il-petizzjonanta tispjega li għal raġunijiet storiċi, is-sidien ma setgħux jirreġistraw djarhom fir-reġistru kadastrali, ladarba l-art ta’ Puerto de la Cruz hija parti miz-zona fewdali antika ta’ Jandia, li hija ta’ proprjetà tas-Sociedad Dehesa de Jandía. Hija jidhrilha li hija inġusta li dan il-villaġġ ta’ sajjieda jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-proġetti ta’ żvilupp urban abbużiv u eċċessiv li seħħ dan l-aħħar mal-kosta ta’ Spanja.

Sommarju tal-petizzjoni 1271/2008Il-petizzjonant huwa mħasseb li d-dar tiegħu fuq il-Costa Blanca tista’ titwaqqa’ taħt il-‘Ley de Costa’. Hu jindika li numru ta’ djar oħra ġew imwaqqa’ mingħajr ‘interess ġenerali’ kif meħtieġ bil-liġi, li, skont il-petizzjonant, tispeċifika li s-sidien tad-djar konċernati għandhom ikunu kkumpensati mill-awtoritajiet. Peress li huma involuti somom kbar ta’ flus, il-petizzjonant huwa inkwetat li l-awtoritajiet jistgħu jipprovaw jużaw fondi tal-UE għal dan il-għan u jitlob lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jeżamina bir-reqqa l-ilmenti mis-sidien ta’ djar fi Spanja.

Sommarju tal-petizzjoni 1448/2008Wara li qrat rapporti tal-istampa dwar attivitajiet ta’ stħarriġ ġodda li qed isiru mal-kosta Spanjola, il-petizzjonanta tibża’ li tinħareġ ordni għal xiri bilfors tad-dar tagħha f’Almeria (Andalucia) skont il-pjanijiet il-ġodda. Il-petizzjonanta tindika li l-pjanijiet mhumiex disponibbli għal spezzjoni u qed tfittex l-għajnuna tal-Parlament Ewropew biex tħares il-proprjetà tagħha.

Sommarju tal-petizzjoni 1485/2008

Page 21: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 21/32 PE510.751v03-00

MT

Il-petizzjonant jipprotesta kontra l-inklużjoni tal-marina ta’ Empuriabrava fil-mandat tal-Liġi Kostali ta’ Spanja, li jistipula li sitt metri ta’ linja tal-kosta jiġu kkunsidrati bħala proprjetà pubblika. Il-petizzjonant isostni li Empuriabrava hija marina artifiċjali u jikkundanna l-intenzjoni tal-awtoritajiet Spanjoli li qed jużaw il-Liġi Kostali biex jikkonfiskaw proprjetà privata.

Sommarju tal-petizzjoni 1691/2008Il-petizzjonant jilmenta li d-dar tiegħu, li tinsab f’dominju pubbliku marittimu-terrestri, se tiġi esproprjata skont il-Liġi tal-Kosta Spanjola (Liġi 22/1988). Huwa se jirċievi kumpens fil-forma ta’ konċessjoni amministrattiva ta’ 30 sena u qed ifittex il-protezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Sommarju tal-petizzjoni 1871/2008Il-petizzjonanti joġġezzjonaw għan-numru ta’ proġetti ta’ żvilupp urban li jinsabu għaddejjin attwalment, li ġew approvati mill-Awtoritajiet tal-Muniċipalità ta’ Llanes. Il-petizzjonanti jargumentaw li l-proġetti huma illegali, huma fuq il-kosta u għaldaqstant suġġetti għal-leġiżlazzjoni relevanti (Ley de Costas). Il-petizzjonant isostni wkoll li qed isir xogħol ta’ bini ieħor, liema xogħol ma jikkonformax mal-Pjanijiet tal-Urbanizzazzjoni Ġenerali (Planes generales de urbanismo) u l-leġiżlazzjoni tal-użu tal-art (Ley del Suelo).

Sommarju tal-petizzjoni 0103/2009Il-petizzjonanta turi li hi għandha proprjetà fil-Puerto de Santa Maria, li ġiet mibnija fl-1980 wara li ġew sodisfatti l-formalitajiet neċessarji, inklużi l-permessi tal-bini mingħand l-awtoritajiet muniċipali u l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tal-kosta. Apparti dan, il-proprjetà tagħha ġiet mibnija qabel ma ġiet adottata l-Liġi tal-Kosta tal-1988. Minkejja dan, il-proprjetà tagħha issa tinsab fil-limiti taż-żona kostali kif ġew sussegwentament mibdula mill-Awtorità ta’ Demarkazzjoni tal-Kosta Atlantika tal-Andalucia. Wara li użat kull mezz possibbli ta’ rimedju legali fi Spanja, il-petizzjonanta ġiet esproprjata. Hi toġġezzjona għal dan u għall-implimentazzjoni retroattiva tal-leġiżlazzjoni relevanti (il-Liġi tal-Kosta, f’dan il-każ), għan-natura arbitrarja tal-proċeduri uffiċjali u għan-nuqqas ta’ ċertezza legali. Hi tilmenta li dan huwa ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali dwar il-protezzjoni tal-proprjetà privata (l-Artikolu 17).

Sommarju tal-petizzjoni 0119/2009Il-petizzjonant hu s-sid ta’ proprjetà f’Vera, Almeria, li ġiet mibnija wara li ġew sodisfatti l-formalitajiet kollha neċessarji (il-permess tal-bini mill-awtoritajiet muniċipali u l-approvazzjoni tal-Awtorità Amministrattiva tal-Kosta). Fl-2007 il-Ministeru għall-Ambjent wettaq xogħlijiet tul il-bajja (bil-kofinanzjament tal-UE) għall-konservazzjoni tal-Estwarju tal-Almanzora. Bħala riżultat ta’ dan, id-distanza ta’ 120 metru li tissepara l-proprjetà tal-petizzjonant mill-kosta u tqegħedha ’l barra mill-ambitu ta’ ‘Ley de Costas’, minħabba x-‘shadow effect’, ġiet imnaqqsa għal 20 metru wara li l-bajja sparixxiet. Il-proprjetà tal-petizzjonant imbagħad sabet ruħha fil-limiti li ġew sussegwentament stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ demarkazzjoni tal-kosta, u minħabba f’hekk il-proprjetà tal-petizzjonant ġiet esproprjata. Hu joġġezzjona għall-mod arbitrarju ta’ kif ittieħdet id-deċiżjoni mill-awtoritajiet u għan-nuqqas ta’ ċertezza tad-dritt. Hu jilmenta li dan huwa ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali dwar il-protezzjoni ta’ proprjetà privata (l-Artikolu 17).

Sommarju tal-petizzjoni 0274/2009Il-petizzjonant jirrappreżenta assoċjazzjoni tar-residenti tal-villaġġ kostali ta’ Cho-Vito, li

Page 22: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 22/32 DT\942617MT.doc

MT

nbena matul id-disgħinijiet u huwa rikonoxxut li għandu importanza ambjentali u kulturali. Madankollu, minn Ottubru sa Diċembru 2008 ir-raħal twaqqa’ fuq ordni mill-qorti skont il-‘Ley de Costas’. Il-petizzjonant jargumenta li dan kien ksur tad-drittijiet fundamentali u kostituzzjonali tar-residenti tal-villaġġ.

Sommarju tal-petizzjoni 0278/2009Il-petizzjonant, li joqgħod f’Asturias, qiegħed joġġezzjona dwar il-mod kif qegħdin jiġu ttrattati villaġġi tradizzjonali li nbnew skont il-Liġi tal-Kosta Spanjola. Huwa jsostni li qed jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli miċ-ċentri urbani jew mid-djar tal-villeġġjatura minħabba li qed jaffaċċjaw tfixkil eċċessiv, fatt li ġie ġġustifikat permezz ta’ dikjarazzjoni li tgħid li l-proprjetà affettwata hija ta’ dominju pubbliku. Apparti dan, mhu qed jiġi offrut l-ebda tip ta’ kumpens. Dan imur kontra d-drittijiet fundamentali ta’ dawk li ġew affettwati u jċaħħadhom minn kull garanzija legali.

Sommarju tal-petizzjoni 0279/2009Il-petizzjonant jindika li l-Liġi tal-Kosta tal-1988 tmur kontra prinċipju legali fundamentali billi tiġi applikata b’mod retroattiv għal djar mibnija qabel l-adozzjoni tagħha. Barra min hekk, iż-żona ta’ mal-kosta li ġiet maħsuba biex tkun ta’ dominju pubbliku twessgħet sabiex ma jintlaħaqx l-istess livell għoli tal-ilma li ntlaħaq s’issa waqt l-agħar ġranet ta’ maltemp, u b’hekk inħolqot inċertezza tad-dritt. Il-petizzjonant itteħditlu l-proprjetà u din ġiet iddikjarata ta’ dominju pubbliku filwaqt li ngħata biss konċessjoni ta’ 30 sena biex ikompli jgħix hemm, bil-possibilità li din tiġġedded għal 30 sena oħra. Il-petizzjonant jargumenta li dan kien ksur tal-kostituzzjoni Spanjola u tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Sommarju tal-petizzjoni 0296/2009F’isem l-assoċjazzjoni tagħha (madwar 2 010 membru), il-petizzjonanta qed tfittex l-assistenza tal-Parlament Ewropew għall-protezzjoni ta’ darha f’Empuriabrava mill-implimentazzjoni tal-Liġi tal-Kosta Spanjola. Hija tindika li Empuriabrava, żvilupp residenzjali tal-marina, ġiet litteralment pjanata mill-bidu nett għoxrin sena qabel id-dħul tal-Liġi tal-Kosta. Skont il-petizzjonanta, l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar tista’ tirriżulta f’esproprjazzjonijiet, danni ambjentali kkawżati mill-qerda ta’ mijiet ta’ siġar u mid-distruzzjoni ta’ medda art bil-ħaxix (parkland). Hija tenfasizza li l-ebda bini illeġali, dannu ambjentali, korruzzjoni jew urbanizzazzjoni mhux kkontrollata ma seħħew f’Empuriabrava, li appuntu mhix fil-periklu ta’ kundizzjonijiet avversi tat-temp jew livell għoli tal-ilma u li l-applikazzjoni tal-Liġi tal-Kosta m’għandha l-ebda ġustifikazzjoni. Hija tal-opinjoni li l-individwi kollha għandhom ikunu intitolati għal rispett lejn il-proprjetà tagħhom u li fl-UE għandu jkun possibbli li wieħed jafda fir-reġistri tal-proprjetà u fil-kuntratti notarili. Hija tixtieq tkun taf kif xerrej jista’ jkun jaf dwar l-eżistenza ta’ tali liġi jekk in-nutara, ir-reġistri tal-proprjetà, l-awtoritajiet lokali u muniċipali kif ukoll il-banek ma jafux dwarha u filfatt iħaddnu t-tranżazzjonijiet relevanti. Hija tenfasizza li dawk kollha li xtraw proprjetà wara l-1988, billi fdaw fl-awtoritajiet (kif ukoll dawk li xtraw darhom qabel l-1988, dejjem jekk id-dispożizzjonijiet japplikaw retroattivament) huma mhedda mil-liġi.

Sommarju tal-petizzjoni 0298/2009Il-petizzjonant joġġezzjona għas-sitwazzjoni li rriżultat mill-implimentazzjoni tal-Liġi tal-Kosta Spanjola f’Empuriabrava, il-post fejn joqgħod.

Sommarju tal-petizzjoni 0389/2009

Page 23: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 23/32 PE510.751v03-00

MT

Il-petizzjonant indika li l-awtoritajiet għandhom l-intenzjoni li japplikaw il-liġi tal-kosta Katalana għad-dar tiegħu, u li minħabba dan se jitlef xi ftit mill-art tiegħu mingħajr ma jiġi kkumpensat. Barra minn hekk, huwa u oħrajn se jintalbu jħallsu miżati għall-irmiġġi li nxtraw legalment u rreġistrati kif xieraq.

Sommarju tal-petizzjoni 0606/2009Il-petizzjonanta xtrat dar fl-1976 f’żona residenzjali f’El Saler, f’Valenzja (Urbanización Cashba). Iż-żona residenzjali ġiet żviluppata fuq plottijiet tal-art, mibjugħa mill-kunsill lokali ta’ Valenzja, li biegħhom bħala plottijiet għall-bini. Fl-2007 il-petizzjonanta ġiet infurmata mid-dipartiment responsabbli għad-demarkazzjoni kostali f’Valenzja li skont il-Liġi Kostali tal-1988 il-bini tagħha kien taħt sjieda pubblika bħala parti miż-żona marittima u terrestri. Għalhekk il-petizzjonanta pprotestat kontra din il-liġi, li tikser il-prinċipju fundamentali tas-sigurtà legali.

Sommarju tal-petizzjoni 0611/2009Il-petizzjonanta tindika li fl-1991 hi xtrat dar fuq art żviluppata f’El Saler, Valencia (iż-żona Cashba), mibnija fuq art mibjugħa mill-awtoritajiet ta’ Valencia għal dan l-iskop. Fl-2007 hija ġiet mgħarrfa mill-Awtorità tad-Demarkazzjoni Kostali ta’ Valencia li, skont il-Liġi Kostali tal-1988, il-proprjetà tagħha kienet tidħol fil-faxxa pubblika tax-xatt. Il-petizzjonanta qed tipprotesta dwar il-mod kif qed tiġi implimentata l-liġi, u targumenta li hija tikser il-prinċipju fundamentali tas-sigurtà legali.

Sommarju tal-petizzjoni 0618/2009Il-petizzjonanta tindika li xtrat dar fuq art żviluppata f’El Saler, Valencia (iż-żona Cashba), mibnija fuq l-art mibjugħa mill-awtoritajiet muniċipali ta’ Valencia għal dan l-iskop. Fl-2007 l-Awtorità ta’ Demarkazzjoni Kostali ta’ Valencia infurmatha li skont il-Liġi tal-Kosta 1988 l-proprjetà tagħha kienet tinsab fl-istrixxa kostali ta’ proprjetà pubblika. Hija qed toġġezzjona għall-mod li bih il-liġi qed tiġi implimentata, u targumenta li dan jikser il-prinċipju fundamentali tas-sigurtà legali.

Sommarju tal-petizzjoni 0626/2009Il-petizzjonanta, li tgħix fil-kosta tal-Gżira ta’ Formentera, tibża’ li tista’ titlef il-proprjetà tagħha taħt il-Liġi Spanjola dwar il-Kosta (Ley de Costas). Hija ssostni li l-awtoritajiet qed japplikaw kriterji differenti għal sidien barranin u Spanjoli ta’ proprjetà rispettivament fl-implimentazzjoni tal-liġi, fejn sidien Spanjoli ta’ proprjetà qed jitħallew iżommu djar u ristoranti li jinsabu biss minn 20 sa 30 metru ’l bogħod mill-baħar waqt li hi nnifisha qegħda fil-periklu li titlef il-proprjetà tagħha li tinsab 180 metru ’l bogħod. Għaldaqstant hija qed titlob l-assistenza tal-Parlament Ewropew.

Sommarju tal-petizzjoni 0666/2009Il-petizzjonanta xtrat proprjetà fl-1985 f’żona ta’ żvilupp f’El Saler, f’Valencia (iż-żona Cashba), mibnija fuq art mibjugħa mill-awtoritajiet ta’ Valencia għal dan l-iskop. Fl-2007 hija ġiet mgħarrfa mill-Awtorità tad-Demarkazzjoni Kostali ta’ Valencia li, skont il-Liġi Kostali tal-1988, il-proprjetà tagħha kienet tidħol fil-faxxa pubblika tax-xatt. Il-petizzjonanta qed tipprotesta dwar il-mod kif qed tiġi implimentata l-liġi, u targumenta li hija tikser il-prinċipju fundamentali tas-sigurtà legali.

Sommarju tal-petizzjoni 0667/2009Fl-2007, il-petizzjonant wiret mingħand ommu mitħna li taħdem bil-marea fil-muniċipalità ta’

Page 24: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 24/32 DT\942617MT.doc

MT

Gauteguizz f’Vizcaya. Il-mitħna tal-marea kienet inxtrat mill-familja Iturribarria fl-1965 u kienet inbniet fl-1683. Il-ħidma ta’ demarkazzjoni mwettqa skont il-Liġi Kostali Spanjola tal-1988 biex jiġu ddefiniti l-limiti taż-żona kostali ddeterminat li din il-mitħna tidħol f’dawn il-limiti. Il-petizzjonant iqis li l-implimentazzjoni tal-Liġi Kostali Spanjola tikser il-prinċipju fundamentali tas-sigurtà legali minħabba li qed tiġi applikata retroattivament u b’manjiera arbitrarja.

Sommarju tal-petizzjoni 0676/2009Fl-2007, il-petizzjonant xtara dar f’żona ta’ żvilupp f’El Saler, f’Valencia (iż-żona Cashba), mibnija fuq art mibjugħa mill-awtoritajiet muniċipali ta’ Valencia għall-iskop ta’ żvilupp. Fl-2007 l-Awtorità tad-Demarkazzjoni Kostali ta’ Valencia għarfitu li, skont il-Liġi Kostali tal-1988, il-proprjetà tiegħu kienet tidħol fil-faxxa pubblika tax-xatt. Il-petizzjonant qed jipprotesta dwar il-mod kif qed tiġi implimentata l-liġi, u jargumenta li hija tikser il-prinċipju fundamentali taċ-ċertezza tad-dritt.

Sommarju tal-petizzjoni 0708/2009Il-petizzjonant jiddefinixxi l-irregolaritajiet u d-diskrepanzi li qed iseħħu rigward l-implimentazzjoni tal-Liġi tal-Kosta li qed jinqalgħu mid-differenzi fl-interpretazzjoni mill-gvernijiet tal-komunitajiet awtonomi, li jirriżultaw f’inċertezza legali li taffettwa s-sidien ta’ proprjetajiet li jinsabu fl-istrixxa kostali magħżula. Il-petizzjonant jgħid li dan qed ikun ikkawżat minn interpretazzjoni ħażina tal-liġi maħsuba biex tipproteġi l-kosta Spanjola mill-kilba tal-iżviluppaturi tal-proprjetà.

Sommarju tal-petizzjoni 0881/2009Il-petizzjonanta tesponi dawk li fil-fehma tagħha kienu 20 sena ta’ amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet Spanjoli għad-detriment tad-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini tal-muniċipalità tagħha. Hija titlob lill-Parlament Ewropew biex jinnota din l-informazzjoni u tesprimi l-apprezzament tagħha għall-isforzi tiegħu fit-tfassil tar-rapport Auken, u tgħid li tħossha kburija li hija parti mill-Unjoni Ewropea.

Sommarju tal-petizzjoni 1346/2009Il-petizzjonant iqis li huwa inammissibbli li proprjetà f’Garrucha, li ilha għand il-familja tiegħu mill-1830, hija affettwata minn demarkazzjoni tal-fruntieri skont il-Liġi Kostali, billi jargumenta li l-Istat ma jistax jieħu lura propjetà skont liġi adottata seklu u nofs wara li nbniet.

Sommarju tal-petizzjoni 1499/2009Fl-1976 il-petizzjonanta xtrat dar fiż-zona ta’ żvilupp urban ta’ Cashba f’El Saler, f’Valencia mibnija fuq art mibjugħa mill-awtoritajiet muniċipali ta’ Valencia għal dan il-għan. Fl-2007, l-awtorità tad-demarkazzjoni tal-fruntieri tal-Kosta ta’ Valencia bagħtitilha notifika li skont il-Liġi tal-Kosta tal-1988, l-artijiet tagħha jagħmlu parti mill-proprjetà kostali tal-pubbliku. Hija tipprotesta kontra l-implimentazzjoni tal-liġi li tikser il-prinċipju fundamentali taċ-ċertezza tad-dritt.

Sommarju tal-petizzjoni 1523/2009Il-petizzjonant jilmenta li la l-awtoritajiet Spanjoli nazzjonali u lanqas l-awtoritajiet reġjonali ta’ Barċellona mhuma qed jagħtu kas ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ta’ Auken. L-awtoritajiet ta’ Barċellona ħabbru proġett biex jinħoloq port f’Rio Grao li jinvolvi

Page 25: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 25/32 PE510.751v03-00

MT

esproprjazzjoni u dannu ambjentali. Il-petizzjonant jissuspetta li ngħata finanzjament mill-UE, u li – jekk dan huwa minnu – fl-opinjoni tiegħu jikkostitwixxi insult liċ-ċittadini Ewropej u lill-Parlament u dannu irrevokabbli lill-ambjent.

Sommarju tal-petizzjoni 1573/2009Il-petizzjonant, li xtara appartament fiż-żona ta’ żvilupp ta’ Santa Pola f’Alicante fl-1966, jindika li l-awtoritajiet muniċipali kklassifikaw mill-ġdid l-art li fuqha huwa mibni l-appartament u stabbilixxew il-limiti b’tali mod li ż-żona ġiet inkluża fil-medda kostali. Bħala riżultat ta’ dan, il-petizzjonant itteħdulu d-drittijiet tal-proprjetà tiegħu fir-rigward tal-appartament tiegħu, mingħajr ma ġie kkumpensat, u spiċċa biss b’użufrutt ta’ tletin sena, li rriżulta fit-telf tiegħu tad-dritt li jittrasferixxi jew iħalli bħala wirt din il-proprjetà.

Sommarju tal-petizzjoni 1625/2009Il-petizzjonant jiddeskrivi l-proġett biex jiġi żviluppat port ta’ rikreazzjoni fir-Rio Grao u l-konsegwenzi li jista’ jkollu f’termini ta’ esproprjazzjoni ta’ proprjetà privata u impatt fuq l-ambjent. Huwa jemmen li r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Auken qed jiġu injorati għalkollox.

Sommarju tal-petizzjoni 1691/2009Il-petizzjonanta, li qed tirrappreżenta għaqda ta’ sidien ta’ proprjetà affettwati mil-Liġi tal-Kosta, tipprotesta kontra t-twaqqigħ ta’ djar fid-distrett kostali ta’ Puig, li ġie deċiż mill-Ministeru għall-Ambjent u l-Iżvilupp Rurali wara demarkazzjoni ġdida tal-medda kostali billi d-distrett ġie ddikjarat illegali. Dawk ikkonċernati kienu sidien ta’ dawn il-proprjetajiet sa minn qabel l-1988 u ħafna mid-djar inbnew fis-seklu 19.

Sommarju tal-petizzjoni 0220/2010Il-petizzjonanta tindika li qabel l-1988 xtrat appartament f’Alicante, f’Arenales del Sol li kellu l-awtorizzazzjonijiet muniċipali kollha, billi ħallset it-taxxi kollha mitluba mid-diversi amministrazzjonijiet. Mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar il-Kosta fl-1988, is-sjieda tal-appartament tagħha ġiet sostitwita b’kera għal tletin sena, minkejja l-fatt li l-appartament tagħha nxtara qabel l-1988. Il-petizzjonanta tikkontesta n-natura retroattiva tal-liġi kif ukoll il-fatt li t-telf tad-dritt tagħha għas-sjieda ġie kkumpensat b’kera għal tletin sena u mhux bil-valur fis-suq tal-appartament tagħha.

Sommarju tal-petizzjoni 0255/2010Il-petizzjonanta tirrappreżenta assoċjazzjoni ta’ sidien tad-djar f’Alicante li l-proprjetajiet tagħhom (mibnija fl-1960 u l-1970) ġew affettwati bid-demarkazzjoni tal-firxa kostali pubblika skont il-Liġi Kostali tal-1988. Minkejja li jinsab f’komunità urbana stabbilita, il-bini ngħata f’idejn il-pubbliku b’mod retroattiv, biex b’hekk, effettivament, is-sidien tiegħu kienu vittmi ta’ esproprjazzjoni.

Sommarju tal-petizzjoni 0270/2010Il-petizzjonant isostni li l-Liġi Kostali tal-1988 hija ta’ detriment kbir għall-attivitajiet tan-negozju tiegħu minħabba li s-salini ġew inklużi bħala parti mill-istrixxa kostali, u b’hekk żvalutaw l-assi tiegħu. Dan qed ikollu wkoll impatt ambjentali li mhuwiex favorevoli fuq il-Park ta’ Annimali Selvaġġi tal-Bajja ta’ Cádiz, minħabba li l-ħaddiema tal-melħ li m’għadhomx jistgħu jikkonservaw jew jirreġistraw il-proprjetajiet tagħhom, qed jabbandunaw is-salini, żvilupp li matul is-snin affettwa b’mod ħażin il-park tal-annimali selvaġġi minħabba li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura mill-awtoritajiet tal-gvern, il-wiċċ tal-ilma naqas

Page 26: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 26/32 DT\942617MT.doc

MT

drastikament.

Sommarju tal-petizzjoni 0341/2010Il-petizzjonant jikkontesta l-iffissar tal-konfini li sar fl-1995 mill-Ministeru għall-Ambjent fil-kuntest tal-Liġi tal-Kosta tal-1988 u li jaffettwa ċ-ċentru kummerċjali fil-‘Playa del Ingles’ ta’ Gran Canaria, li nbena fl-1975 bil-permessi kollha neċessarji. Wara l-proċedura tad-demarkazzjoni, il-proprjetà kummerċjali għaddiet minn idejn privati għal idejn pubbliċi. Il-petizzjonanti jikkontestaw l-esproprjazzjoni minn taħt u mingħajr kumpens għall-impriżi tagħhom.

Sommarju tal-petizzjoni 0395/2010Il-petizzjonanta u l-familja tagħha huma sidien il-mitħna Molina Arbina tal-1506, li tinsab fil-muniċipju ta’ Gatika, Biscay. Il-mitħna, li l-petizzjonanta u l-familja tagħha kienu d-detenturi tal-kirja tagħha, inxtrat fl-1985 u ddaħlet fir-reġistru tal-proprjetà. Il-Liġi Kostali tal-1988 u d-demarkazzjoni sussegwenti tal-fruntiera wasslu għal qbid tal-proprjetà, li ġiet inkluża fl-istrixxa kostali pubblika, bi skambju ta’ kera għal 30 sena. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kostali qed jirrifjutaw li jwettqu x-xogħol neċessarju ta’ tiswija tas-saqaf tal-mitħna minkejja l-fatt li din il-mitħna ġiet iddikjarata monument etnografiku mill-kunsill muniċipali ta’ Gatika.

Sommarju tal-petizzjoni 0493/2010Il-petizzjonant jesprimi tħassib dwar l-impatt tal-Liġi tal-Kosta fuq iż-żona kostali ta’ Cabanes, filwaqt li jindika li dawk affettwati minnha qed jikkontestaw il-konfini l-ġodda stabbiliti fl-1993 mill-Ministeru tal-Ambjent, li mhumiex konsistenti mal-konfini preċedenti stabbiliti fl-1975, bl-argument li huma mfassla biex jiġġustifikaw is-sekwestru tal-proprjetà mill-awtoritajiet u li m’għandhom l-ebda mezz ta’ difiża kontra dan, ħaġa li twassal għal nuqqas ta’ ċertezza tad-dritt.

Sommarju tal-petizzjoni 0494/2010Il-petizzjonant jesprimi tħassib dwar l-impatt tal-Liġi tal-Kosta fuq iż-żona kostali ta’ Candelaria, filwaqt li jindika li fl-2008 d-dar tiegħu, li nbniet fl-1953, ċertament għall-iskop oriġinali li jaħżen tagħmir tas-sajd, ġiet imwaqqa’. Huwa tal-opinjoni li l-Liġi tal-Kosta ġiet implimentata b’mod arbitrarju u estremament strett. Huwa jargumenta li m’għandu l-ebda mezz ta’ difiża kontra l-azzjonijiet tal-awtoritajiet, u dan iwassal għal nuqqas ta’ ċertezza tad-dritt.

Sommarju tal-petizzjoni 0575/2010Il-petizzjonanta tindika li d-dar li hija xtrat fil-provinċja ta’ Almería ġiet iddikjarata illegali u mwaqqa’. Hi tiddubita l-leġittimità tal-qorti li tat is-sentenza, minħabba li l-proċeduri twettqu bil-moħbi. Il-Qorti Kostituzzjonali Spanjola f’Madrid qablet mal-petizzjonanta u rrevokat is-sentenza. Il-petizzjonanta qed tfittex l-appoġġ tal-Parlament Ewropew għall-isforzi tagħha biex tikseb ġustizzja u tieħu lura l-proprjetà tagħha.

Sommarju tal-petizzjoni 0762/2010Il-petizzjonant jindika li fl-1995 hu xtara proprjetà fis-spjanata li tinsab f’Balerma, El Ejido, fl-Almería, li mhijiex inkluża fil-medda kostali skont kif ġiet iddemarkata fl-1999 u l-2007 mill-Ministeru għall-Ambjent. Għalhekk, daru hija kkunsidrata bħala bini illegali u se titwaqqa’ sakemm ma jiksibx eżenzjoni, li sal-lum il-ġurnata nċaħditlu.

Page 27: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 27/32 PE510.751v03-00

MT

Sommarju tal-petizzjoni 0925/2010Il-petizzjonanti jilmentaw dwar l-implimentazzjoni, mill-awtoritajiet, tal-Liġi Kostali Spanjola tal-1988 kif ukoll dwar id-demarkazzjoni tal-artijiet pubbliċi u t-twaqqigħ mingħajr kumpens ta’ djar affettwati mil-liġi.

Sommarju tal-petizzjoni 1197/2010Il-petizzjonanta hija s-sid ta’ dar fi Playa de la Viuda, fid-distrett muniċipali ta’ Candelaria, f’Tenerife. Id-dar tagħha, li ġiet affettwata mil-Liġi tal-Kosta, tinsab f’riskju li titwaqqa’. Il-petizzjonanta tipprotesta kontra l-applikazzjoni retroattiva tal-liġi msemmija, billi d-dar tagħha nbniet qabel l-1988.

Sommarju tal-petizzjoni 1312/2010Il-petizzjonant, li għandu dar f’Costa de Huelva, li hija affettwata mil-Liġi Kostali, joġġezzjona għall-mod arbitrarju li bih twettqu l-proċeduri ta’ demarkazzjoni, billi jindika li, minflok baqa’ l-proprjetarju ta’ daru, liema dar huwa xtara qabel l-1988, huwa spiċċa l-kerrej. Huwa jallega wkoll prattika korrotta fir-rigward tal-proċeduri ta’ demarkazzjoni.

Sommarju tal-petizzjoni 1328/2010Il-petizzjonant, rappreżentant ta’ grupp ta’ proprjetarji affettwati mil-Liġi tal-Kosta, jallega li l-persuni li jirrappreżenta tilfu d-djar tagħhom wara li l-Ministeru tal-Ambjent għamel demarkazzjoni ġdida fl-2007. Din id-demarkazzjoni tinkludi d-djar fiż-żona ta’ dominju pubbliku. Id-djar inkwistjoni jinsabu fin-Nofsinhar tal-port ta’ Valencia u x-shadow effect ikkawżat mill-infrastruttura l-ġdida tal-port qed jikkawża tnaqqis fid-daqs tal-bajja, ħaġa li taffettwa b’mod partikolari d-djar konċernati, li ġew skedati għat-twaqqigħ minħabba li l-baħar jinsab fil-qrib.

Sommarju tal-petizzjoni 1540/2010Il-petizzjonant joġġezzjona għall-fatt li d-dar tiegħu hija affettwata mid-demarkazzjoni tal-istrixxa kostali pubblika li testendi b’100 metru mil-linja tal-kosta jew, f’dan il-każ, minn xifer l-irdum. Filwaqt li jikkontesta l-validità tad-demarkazzjoni, huwa jammetti li m’għandux il-permess għall-bini tad-dar tiegħu.

Sommarju tal-petizzjoni 0144/2011Jidher li l-qorti tal-appell fi Spanja ddeċidiet, b’mod definittiv, dwar il-konfini kostali tal-marina f’Empuriabrava. B’effett ta’ din id-deċiżjoni, is-sidien kollha ta’ proprjetà jitilfu l-post tal-irmiġġ privat tagħhom mingħajr ma jingħataw kumpens u l-passaġġ kostali, li huwa twil sitt metri mix-xatt, jgħaddi mill-ġonna, u saħansitra mill-kmamar tas-salott tagħhom. Il-petizzjonanti jiddenunzjaw l-applikazzjoni retroattiva tal-Liġi Kostali tal-1988 fi Spanja -huma xtraw il-proprjetà tagħhom fl-1984 - u n-nuqqas ta’ kumpens għat-telf sinifikanti fil-valur tal-proprjetà tagħhom.

Sommarju tal-petizzjoni 0200/2011Il-petizzjonant jiddeskrivi s-sitwazzjoni tal-marina “Empuriabrava”, li hija koperta bl-Att dwar il-Kosti. Minħabba l-mod li bih l-awtoritajiet Spanjoli ddemarkaw l-istrixxa kostali kkonċernata, il-marina “Empuriabrava” taqa’ fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-Att dwar il-Kosti, li jinvolvi implikazzjonijiet għall-proprjetà tal-persuni affettwati.

Sommarju tal-petizzjoni 0472/2011Il-petizzjonant jirrappreżenta l-akbar grupp operattiv tal-industrija tal-melħ tal-baħar fi Spanja

Page 28: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 28/32 DT\942617MT.doc

MT

u jinsab mhedded mill-esproprjazzjoni tas-siti kollha tiegħu fi Spanja. Dawn is-siti ġew akkwistati mill-Istat fis-seklu dsatax u ilhom jiffunzjonaw minn dak iż-żmien, b’konformità sħiħa mal-prinċipji tal-protezzjoni ambjentali. Ħafna minnhom intgħażlu bħala Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali, Natura 2000 u Sit ta’ Interess Komunitarju, preċiżament minħabba li baqgħu attivi fil-produzzjoni tal-melħ u b’hekk jattiraw il-ħajja selvaġġa, speċjalment l-għasafar. Għalhekk is-siti huma kompletament protetti mill-perspettiva ambjentali. Madankollu, il-gvern Spanjol beħsiebu jiddefinixxi l-limitu skont il-Liġi Kostali tal-1988 b’tali mod li jesproprja l-art m’għand is-sidien. Huwa jqis li dan huwa ksur tad-drittijiet leġittimi tagħhom għal proprjetà.

Sommarju tal-petizzjoni 0540/2011Il-petizzjonant jgħid li fit-tmiem tal-2009, il-Ministeru Spanjol tal-Ambjent iddeċieda li s-salinas kollha (laguni tal-ilma mielaħ u bassasiet tal-melħ) f’Santa Pola (Alicante) għandhom jiġu inklużi fl-art pubblika, billi jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-Liġi Kostali Nru 22/1988. Il-petizzjonant jemmen li din id-deċiżjoni mhijiex iġġustifikata, għax l-użu tas-salinas huwa mezz ideali biex jiġu konservati ż-żoni kostali. Il-petizzjonant jindika li qed jinkisru drittijiet tal-proprjetà privata u li xi attivitajiet ekonomiċi mhumiex regolamentati.

Sommarju tal-petizzjoni 0633/2011Il-petizzjonant jirrappreżenta s-Salinas de Levante S.A., li hija kumpanija li twettaq attivitajiet ta’ tħaffir u produzzjoni tal-melħ tal-baħar. Huwa jilmenta li skont il-Liġi Kostali, hemm ir-riskju li l-art li tappartjeni lill-kumpanija tiegħu ssir art pubblika. Fil-fehma tiegħu, din id-deċiżjoni mhijiex ġustifikata minħabba li l-art inkwistjoni mhijiex taħt il-livell tal-baħar u l-għargħar ta’ din l-art isir intenzjonalment. Barra minn hekk, il-minjieri tal-melħ jiġġeneraw l-ekosistemi tagħhom stess u l-impjiegi. Għalhekk, il-petizzjonant isostni li din il-liġi qed tikser partijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Kostituzzjoni Spanjola u tal-liġi Ewropea.

Sommarju tal-petizzjoni 0711/2011Il-petizzjonant jindika li numru kbir ta’ sidien ta’ proprjetà f’Empuriabrava sfaw vittmi ta’ approprjazzjoni sfurzata minħabba l-implimentazzjoni tal-Liġi Kostali Spanjola (Ley de Costas). Il-belt tixbah lil Venezja, fuq skala iżgħar, b’kanali li joffru aċċess dirett mid-djar għall-postijiet tal-irmiġġ tagħhom. Il-pjan attwali huwa li jittieħdu sitt metri mill-kanali biex jinbnew passaġġi pedonali pubbliċi u toroq ta’ aċċess, u ladarba l-petizzjonant huwa tal-opinjoni li dan huwa ksur inammissibbli tad-dritt tas-sjieda ta’ proprjetà, huwa jistieden lill-Parlament Ewropew biex jinvestiga l-każ.

Sommarju tal-petizzjoni 1059/2011Il-petizzjonant, kelliem tal-Assoċjazzjoni “Basta Ja! Perjudicats per la Llei de Costes deBalears” u f’isem 5,579 firmatarju, jikkundanna l-abbużi li ġarrbu ċ-ċittadini tal-Gżejjer Baleariċi li l-proprjetajiet tagħhom ġew affettwati mil-Liġi Kostali ta’ Spanja. Huwa speċifikament jindika n-natura arbitrarja u retroattiva tal-liġi, u n-nuqqas ta’ sigurtà ġudizzjarja sussegwenti li jaffrontaw is-sidien tal-proprjetà.

Sommarju tal-petizzjoni 1060/2011Il-petizzjonant akkwista proprjetà f’urbanizzazzjoni kostali magħrufa bħala Casbah, fil-lokalità ta’ El Saler, muniċipalità ta’ Valencia, fl-1976. Skont il-Liġi Kostali tal-1988, il-proprjetà ġiet esproprjata fl-2007, wara li tqieset bħala parti mid-dominju pubbliku marittimu

Page 29: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 29/32 PE510.751v03-00

MT

terrestri.

Sommarju tal-petizzjoni 1100/2011Il-petizzjonant jinsab beżgħan li l-awtoritajiet se jordnaw it-twaqqigħ ta’ daru, li tinsab f’Barrio La Caseta, fil-belt ta’ Liencres fil-muniċipalità ta’ Piélagos, Cantabria. Il-petizzjonant u martu (ta’ ċittadinanza Spanjola) xtraw id-dar fl-2000. Il-petizzjonant jispjega li, qabel ma xtraw id-dar, martu marret il-kunsill lokali u l-awtoritajiet muniċipali qalulha li d-dar kienet tissodisfa r-rekwiżiti legali kollha. Wara li xtrawha, skoprew li l-Qorti Suprema tal-Ġustizzja f’Cantabria preċedentement kienet iddeċidiet li l-art kienet ta’ dominju pubbliku, u b’hekk ġie kkonfermat li l-bini ta’ djar f’Barrio La Caseta ilu meqjus illegali mill-1986. Il-petizzjonant jakkuża lill-awtoritajiet lokali ta’ imġiba ħażina, inkwantu ħarġu permessi u liċenzji li ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni.

Sommarju tal-petizzjoni 1146/2011Il-petizzjonant jikkundanna l-istat ta’ abbandun ta’ diversi bajjiet fil-muniċipalitajiet ta’ Dénia u Els Poblets (Alicante). Il-petizzjonant jiddeskrivi d-degradazzjoni ambjentali li hija evidenti fiż-żona, partikolarment fir-rigward tar-rigressjoni tal-linja tal-kosta, iżda wkoll fir-rigward tad-djar li ssirilhom ħsara kontinwa minħabba l-maltempati fuq il-baħar. Il-petizzjonant jagħti t-tort lill-gvern ċentrali ta’ Spanja u, speċifikament, isemmi l-liċenzji u l-konċessjonijiet mogħtija għall-attivitajiet ta’ natura ta’ estrazzjoni u ta’ kostruzzjoni. Il-petizzjonant josserva wkoll li l-gvern wettaq biss parzjalment il-Proġett għar-Restawr tal-bajjiet ta’ Almadrava u Les Deveses, li ġie approvat fl-1996. Barra minn hekk, il-petizzjonant jikkundanna l-Liġi tal-Kosta Spanjola (Ley de Costas), iħeġġeġ ir-reviżjoni tagħha u jitlob li l-proċess ta’ demarkazzjoni (deslinde) tad-Dominju Pubbliku Marittimu u Terrestri jiġi sospiż sakemm il-bajjiet jiġu riġenerati.

Sommarju tal-petizzjoni 1151/2011Il-petizzjonant jilmenta li l-proprjetà tiegħu ġiet demarkata fiż-żona marittima terrestri pubblika skont il-Liġi tal-Kosta Spanjola (Ley de Costas) tal-1988. Il-petizzjonant spjega li l-familja tiegħu ilha fil-pussess ta’ din il-proprjetà sa mill-1925, u li l-art minn dejjem kienet meqjusa bħala żona urbana. Barra minn hekk, il-petizzjonant jistqarr li l-proprjetà ma tinsabx maġenb il-kosta, u jissuġġerixxi li l-proċess ta’ demarkazzjoni ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-liġi nnifisha.

Sommarju tal-petizzjoni 0626/2012Il-petizzjonant jesprimi l-oppożizzjoni tiegħu kontra l-Liġi tal-Kosta Spanjola (Ley de Costas), u jiddenunzja l-applikazzjoni retroattiva u arbitrarja tagħha. Huwa jħeġġeġ lill-Gvern Spanjol sabiex jew jirritorna l-proprjetajiet lis-sidien jew iħallas kumpens xieraq għall-esproprjazzjonijiet.

2. Ammissibiltà

Petizzjoni 0174/2008 iddikjarata ammissibbli fl-1 ta’ Lulju 2008.Petizzjoni 0303/2008 iddikjarata ammissibbli fit-18 ta’ Lulju 2008.Petizzjoni 0867/2008 iddikjarata ammissibbli fil-11 ta’ Novembru 2008.Petizzjoni 1271/2008 iddikjarata ammissibbli fit-18 ta’ Frar 2009.Petizzjoni 1448/2008 iddikjarata ammissibbli fl-10 ta’ Marzu 2009.Petizzjoni 1485/2008 iddikjarata ammissibbli fit-13 ta’ Marzu 2009.

Page 30: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 30/32 DT\942617MT.doc

MT

Petizzjoni 1691/2008 iddikjarata ammissibbli fis-26 ta’ Marzu 2009.Petizzjoni 1871/2008 iddikjarata ammissibbli fl-10 ta’ April 2009Petizzjoni 0103/2009 iddikjarata ammissibbli fit-13 ta’ Mejju 2009.Petizzjoni 0119/2009 iddikjarata ammissibbli fit-13 ta’ Mejju 2009.Petizzjoni 0274/2009 iddikjarata ammissibbli fis-27 ta’ Mejju 2009.Petizzjoni 0278/2009 iddikjarata ammissibbli fit-12 ta’ Ġunju 2009.Petizzjoni 0279/2009 iddikjarata ammissibbli fit-12 ta’ Ġunju 2009.Petizzjoni 0296/2009 iddikjarata ammissibbli fit-12 ta’ Ġunju 2009.Petizzjoni 0298/2009 iddikjarata ammissibbli fit-12 ta’ Ġunju 2009.Petizzjoni 0389/2009 iddikjarata ammissibbli fit-23 ta’ Ġunju 2009.

Il-Kummissjoni ntalbet tagħti informazzjoni (Artikolu 192(4) tar-Regoli ta' Proċedura).

Petizzjonijiet 0606/2009, 0611/2009 u 0618/2009 iddikjarati ammissibbli fil-15 ta’ Settembru 2009.Petizzjoni 0626/2009 iddikjarata ammissibbli fis-16 ta’ Settembru 2009.Petizzjonijiet 0666/2009 u 0667/2009 iddikjarati ammissibbli fit-18 ta’ Settembru 2009.Petizzjoni 0676/2009 iddikjarata ammissibbli fl-24 ta’ Settembru 2009.Petizzjoni 0708/2009 iddikjarata ammissibbli fit-30 ta’ Settembru 2009.Petizzjoni 0881/2009 iddikjarata ammissibbli fl-20 ta’ Ottubru 2009.Petizzjoni 1346/2009 iddikjarata ammissibbli fit-22 ta’ Diċembru 2009.Petizzjoni 1499/2009 iddikjarata ammissibbli fil-25 ta’ Jannar 2010.Petizzjoni 1523/2009 iddikjarata ammissibbli fid-29 ta’ Jannar 2010.Petizzjoni 1573/2009 iddikjarata ammissibbli fil-11 ta’ Frar 2010.Petizzjoni 1625/2009 iddikjarata ammissibbli fid-19 ta’ Frar 2010.Petizzjoni 1691/2009 iddikjarata ammissibbli fil-25 ta’ Frar 2010.Petizzjoni 0220/2010 iddikjarata ammissibbli fl-10 ta’ Ġunju 2010.Petizzjonijiet 0255/2010 u 0270/2010 iddikjarati ammissibbli fis-17 ta’ Ġunju 2010.Petizzjoni 0341/2010 iddikjarata ammissibbli fl-1 ta’ Lulju 2010.Petizzjoni 0395/2010 iddikjarata ammissibbli fis-7 ta’ Lulju 2010.Petizzjonijiet 0493/2010 u 0494/2010 iddikjarati ammissibbli fl-10 ta’ Settembru 2010.Petizzjoni 0575/2010 iddikjarata ammissibbli fl-1 ta’ Ottubru 2010.Petizzjoni 0762/2010 iddikjarata ammissibbli fit-3 ta’ Novembru 2010.Petizzjoni 0925/2010 iddikjarata ammissibbli fis-17 ta’ Novembru 2010.Petizzjoni 1197/2010 iddikjarata ammissibbli fis-17 ta’ Jannar 2011.Petizzjoni 1312/2010 iddikjarata ammissibbli fit-8 ta’ Frar 2011.Petizzjoni 1328/2010 iddikjarata ammissibbli fid-9 ta’ Frar 2011.Petizzjoni 1540/2010 iddikjarata ammissibbli fit-23 ta’ Marzu 2011.Petizzjoni 0144/2011 iddikjarata ammissibbli fit-18 ta’ Mejju 2011.Petizzjoni 0200/2011 iddikjarata ammissibbli fl-24 ta’ Mejju 2011.Petizzjoni 0472/2011 iddikjarata ammissibbli fid-9 ta’ Settembru 2011.Petizzjoni 0540/2011 iddikjarata ammissibbli fid-19 ta’ Settembru 2011.Petizzjoni 0633/2011 iddikjarata ammissibbli fis-17 ta’ Ottubru 2011.Petizzjoni 0711/2011 iddikjarata ammissibbli fit-3 ta’ Novembru 2011.Petizzjonijiet 1059/2011 u 1060/2011 iddikjarati ammissibbli fis-17 ta’ Jannar 2012.Petizzjoni 1100/2011 iddikjarata ammissibbli fit-30 ta’ Jannar 2012.Petizzjoni 1146/2011 iddikjarata ammissibbli fis-6 ta’ Frar 2012.Petizzjoni 1151/2011 iddikjarata ammissibbli fit-22 ta’ Frar 2012.

Page 31: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

DT\942617MT.doc 31/32 PE510.751v03-00

MT

Petizzjoni 0626/2012 iddikjarata ammissibbli fil-25 ta’ Settembru 2012.

Il-Kummissjoni ntalbet tagħti informazzjoni (Artikolu 202(6) tar-Regoli ta' Proċedura).

3. Risposti preċedenti tal-Kummissjoni

Referenza tad-

dokumentPetizzjonijiet konċernati Data tad-

dokument

CM 785693 0174/2008, 0303/2008, 0631/2008, 0867/2008, 1448/2008, 1485/2008, 1691/2008, 0103/2009, 0119/2009, 0274/2009, 0278/2009, 0279/2009, 0296/2009, 0298/2009

19.06.2009

CM 829341 1271/2008, 1871/2008, 0389/2009, 0606/2009, 0611/2009, 0618/2009, 0626/2009, 0666/2009, 0667/2009, 0676/2009, 0708/2009, 0881/2009, 1346/2009, 1499/2009, 1573/2009, 1691/2009, 0341/2010

02.09.2010

CM 857205 0160/2009, 0762/2010 11.02.2011CM 870251 0220/2010, 0255/2010 10.06.2011CM 870256 0395/2010 10.06.2011CM 874169 0144/2011 18.07.2011CM 878994 0119/2009, 0279/2009 30.09.2011CM 892841 0270/2010, 0472/2011, 0540/2011, 0633/2011 17.02.2012CM 899819 1523/2009, 1625/2009 20.04.2012CM 903819 1100/2011 30.05.2012CM 911553 1146/2011 30.08.2012

4. Risposta tal-Kummissjoni, li waslet fis-27 ta’ Marzu 2013.

Rigward il-petizzjonijiet 174/2008, 303/2008, 867/2008, 1271/2008, 1448/2008, 1485/2008, 1691/2008, 1871/2008, 103/2009, 119/2009, 274/2009, 278/2009, 279/2009, 296/2009, 298/2009, 389/2009, 606/2009, 611/2009, 618/2009, 626/2009, 666/2009, 667/2009, 676/2009, 708/2009, 881/2009, 1346/2009, 1499/2009, 1523/2009, 1573/2009, 1625/2009, 1691/2009, 220/2010, 255/2010, 270/2010, 341/2010, 395/2010, 493/2010, 494/2010, 575/2010, 762/2010, 925/2010, 1197/2010, 1312/2010, 1328/2010, 1540/2010, 144/2011, 200/2011, 472/2011, 540/2011, 633/2011, 711/2011, 1059/2011, 1060/2011, 1100/2011, 1146/2011, 1151/2011 u 626/2012

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea hija konxja tad-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ċertu ċittadini Ewropej fi Spanja bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Liġi Kostali ta’ Spanja (‘Ley de Costas’).

Kif ġie nnutat diġà bħala risposta għal ħafna petizzjonijiet rigward l-esproprjazzjonijiet taħt il-Liġi Kostali ta’ Spanja, m’hemm l-ebda kompetenza tal-UE fi kwistjonijiet tal-liġi tal-proprjetà. Eżami tal-kompatibilità tad-dispożizzjonijiet tal-esproprjazzjoni taħt il-Liġi Kostali tal-UE ma jwassal għall-ebda riżultat: il-Kummissjoni lanqas ma tista’ tikkumenta dwar il-

Page 32: ABBOZZ TA’ DOKUMENT TA’ ĦIDMA - europarl.europa.eu€¦PE510.751v03-00 4/32 DT\942617MT.doc MT Q. billi l-Liġi tal-Kosta għandha impatt sproporzjonat fuq is-sidien individwali

PE510.751v03-00 32/32 DT\942617MT.doc

MT

kompatibilità tagħhom mal-Liġi Kostituzzjonali Spanjola. In-nuqqas ta’ kompetenza tal-UE f’dan il-qasam ġie enfasizzat għal darb’oħra fir-risposti reċenti għall-mistoqsijiet bil-miktub E-011695/2012 u E-000407/2013.

Fit-13 ta’ Lulju 2012 il-gvern Spanjol adotta abbozz ta’ liġi preliminari biex jimmodifika l-Liġi Kostali1. Il-Kummissjoni ltaqgħet mar-rappreżentanti mill-Ministeru għall-Ambjent ta’ Spanja u laqgħet l-intenzjoni li jtejbu ċ-ċertezza tad-dritt għas-sidien ta’ proprjetà mal-kosta Spanjola2. Il-Viċi President Viviane Reding, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi mħarsa l-kosta ta’ Spanja, qalet li l-abbozz ta’ liġi preliminari għandu jkun disponibbli online fil-ġimgħat li ġejjin u talbet lil kulħadd b’interess f’din il-kwistjoni - li għandu jew li jixtieq jixtri proprjetà fi Spanja pereżempju - iħares lejn l-abbozz ta’ liġi online biex jifhem x’ifissru dawn il-bidliet. Iċ-ċittadini li huma kkonċernati jistgħu wkoll jibgħatu ittra elettronika dwar it-tħassib tagħhom lill-awtoritajiet Spanjoli3.

L-abbozz ta’ liġi ġdid għandu jestendi l-perjodu tal-konċessjoni eżistenti biex is-sidien igawdu l-proprjetajiet mibnija fiż-żona protetta minn 30 sena għal 75 sena. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni pubblika se tkun obbligata tirreġistra l-linja ta’ demarkazzjoni definittiva u provviżorja fir-reġistru tal-proprjetà, sabiex ix-xerrejja jkunu jafu sew jekk il-proprjetà hijiex f’żona protetta u l-lokazzjoni eżatta u d-daqs ta’ din iż-żona.

Il-Gvern Spanjol ippreżenta abbozz ta’ liġi biex jemenda l-Liġi Kostali tal-1988 fil-5 ta’ Ottubru 2012. L-abbozz ta’ liġi għadu qed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew.

Konklużjoni

Kif indikat diġà, il-Kummissjoni tista’ tintervjeni biss f’ċirkostanzi fejn kien hemm ksur allegat tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, mhijiex fil-kompetenza tal-UE li ssegwi din il-kwistjoni.

Jekk il-petizzjonant iqis li nkisru xi drittijiet tal-bniedem tiegħu jew tagħha, hu/hi jista’/tista’ jressaq/tressaq l-ilment tiegħu/tagħha lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa (Kunsill tal-Ewropa, 67075 Strasbourg-Cedex, France). Madankollu, il-Qorti tista’ tindirizza kull kwistjoni biss wara li l-possibilitajiet domestiċi kollha jkunu ntużaw.

1 "Proyecto de Ley de Protección y Uso Sostenible del Litoral y de modificación de la Ley de Costas", http://www.magrama.gob.es/es/costas/temas/anteproyecto.aspx.2 http://europa.eu/rapid/press-release_IP-12-880_en.htm.3 Iċ-ċittadini jistgħu jikkummentaw dwar l-abbozz billi jibgħatu ittra elettronika lil [email protected].