“bank” frans sammut - wordpress.com
Post on 01-Aug-2022
44 Views
Preview:
TRANSCRIPT
“Bank”Frans Sammut
paġni 59-61
Donna Borg
Sarah Ellul
Amanda Tanti
Jacqueline Tonna
Għalliema fl-iskola tal-Kunvent tal-Qalb ta’ Ġesú, San Ġiljan
It-Titlu tan-Novella
• X’inhi l-ewwel ħaġa li wieħed tiġih f’rasu meta jara l-kelma bank?
• “Bank” - omonimu
bench
bank
• Għaliex bank u mhux il-bank?
• Jista’ jkun hemm xi ħaġa li għal xi ħadd mhix ta’ importanza u għal ħaddieħor tkun?
• Tista’ tagħti xi eżempju mill-esperjenza tiegħek?
L-istorja fil-qosor
• Deskrizzjoni tal-bankijiet il-qodma
• Jirrakkonta kif irnexxielhom jakkwistaw il-bankijiet ġodda
• Il-wasla ta’ Krazju Ebejer lura Malta mill-Amerka
• Krazju jżur l-iskola (bi ħsieb?) u hemmhekk jara l-bank bit-tinqix tal-ismijiet u jiftakar fl-ewwel imħabba tiegħu, Nina, li kienet mietet
• Krazju juri x-xewqa li jieħu miegħu l-bank u n-narratur jaċċetta bil-kundizzjoni li jġib bank ieħor/bankijiet oħra floku
• In-novella tagħlaq biċ-ċerimonja tal-bankijiet u bi Krazju Ebejer ferħan
L-istorja fil-qosor
Ħsieb
• Dak li għal xi ħadd jista’ jitqies antik jew bla
valur, jista’ jkollu valur sentimentali kbir għal
ħaddieħor
Il-Karattri
• In-numru tal-karattri huwa żgħir ħafna u l-
awtur ma jidħolx f’dettall kbir dwarhom
Il-karattri:
• Krazju Ebejer
• Nina
• In-narratur (l-għalliem)
• Il-bankijiet (għalkemm mhux umani, jiġu
ppersonifikati kontinwament)
Krazju Ebejer
• Il-karattru prinċipali
• ġie lura mill-Amerka b’ħafna flus
• Imdejjaq għax mititlu martu
• Negozjant
• żar diversi postijiet
• Persuna kuraġġuża u determinata
• Kien iħobb u baqa’ jħobb ħafna lil martu li kien sar jafha l-iskola
• Sensittiv – jemozzjona ruħu meta jara l-bank
In-narratur
• In-narratur ma tantx jingħata importanza bħala karattru
• Nibqgħu sal-aħħar ma nafux x’jismu
• Għalliem fl-istess skola li kien jitgħallem fiha
• Joħloq kuntrast ma’ Krazju
fl-istil ta’ ħajja
Nina
• Nina hija l-mara tal-karattru prinċipali
• Mietet bit-tuberkolożi
• Niskopru x’jisimha lejn l-aħħar
L-Istil
• Plott sempliċi imma hemm ħafna xi tgħid dwar
l-istil
• In-novella nistgħu ngħidu tinqasam f’żewġ
partijiet:
1. Deskrizzjoni tal-bankijiet il-qodma.
2. Narrazzjoni ta’ kif akkwistaw
il-bankijiet il-ġodda.
Id-deskrizzjoni
• Kif jinnota Aloisio D. (“Ħoloq” pġ. 76) din tifforma parti ewlenija min-narrazzjoni
• Mimlija lingwaġġ sensorju – xi ħaġa tipika għal silta deskrittiva:
- sens tal-ħars:dehrithom, xofftejn lewn il-qroll
-sens tal-ħass:sejf tqil, messu bil-ħlewwa
-sens tat-tegħim:il-votka li sqieni
-sens tas-smigħjirrakkontali
• Għaliex l-użu ta’ dan it-tip ta’ lingwaġġ?- Jagħmel il-kitba iktar interessanti; u- Il-qarrej ikun jista’ jġarrab aktar mill-qrib dak li jirrakkonta n-
narratur u jidħol aktar fir-rakkont.
Figuri tat-taħdit• Similitudnijiet: għandna kitba mimlija tixbihat
l-iskola kienet teħtieġ bankijiet ġodda daqs il-ħobż...bankijiet qodma daqs l-għoljiet...
Anke meta ma jużax il-kliem tipiku li juri li hemm similitudni, jiġifieri daqs jew qisu, xorta hemm modi oħra ta’ kifiqabbel:
l-injamiet fejn jiktbu t-tfal ċkejknin kienu mħażżin tant li jfakkruk fil-kitbiet ġeroglifiċi tal-Eġittu tal-qedem.
• Personifikazzjonijiet
...jistħu minn min jarahom, Kienu tgħallmu l-materji kollha tal-iskola u saru esperti fihom
In-nisel u l-għażla tal-kliem
- Preferenza għal kliem ta’ nisel Semitiku u idjomi msawrin minn kliem ta’ nisel Semitiku
- Użu ta’ kliem arkajku: għarib, mħiba, lieżma
Għaliex din l-għażla?
- Rari jirrepeti l-istess kelma għall-istess ħaġa:
ħeġġa/ħerqa
It-Ton
• Ironikujistennew minn waqt għall-ieħor li xi ħadd iħenn għalihom u jaħraqhom
• Umoristikuiżda x’aktarx li kienu midħla l-aktar tal-varjetà kbira tal-warrani tat-tfal...
• Nostalġiku (Aloisio D. “Ħoloq”, pġ. 76)
konna tfal u niftakarhom lilha u ’l Krazju namrati friski
L-ambjent
• Żmien-Mhijiex ambjentata fil-preżent:
-L-ismijiet tal-personaġġi – Krazju, Nina
-L-Amerka –l-irkejjen imbiegħda tad-dinja
• PostRaħal ċkejken fejn
l-affarijiet idumu biex
jinbidlu
Diffikultajiet li jista’ jkollhom l-istudenti
Kliem mhux komuni u xi idjomi:•l-1 par, it-3 linja – Jintasbu
•it-2 par. L-1 linja – materji
•it-2 par. il-5 linja - ħallewhom għal riħhom
•it-3 par. It-2 linja – kitbiet ġeroglifiċi
•it-3 par. It-2 linja – imqarrqa
•it-3 par. Ir-4 linja – jaqla’ minn żniedu
•ir-4 par. L-1/2 linja – konna għoddna qtajna
jiesna
•ir-4 par. It-3 linja – qajla
•ir-4 par. is-6 linja – boqxiex
•il-5 par. L-1 linja – għarib
•il-5 par. It-2 linja – terraq
•is-6 par. L-1 linja – jħott
•it-6 par. It-2 linja – xarbitelli
•is-6 par. It-3 linja – prudenza
- ntietef
- waqgħu taħt għajnejja
• ir-4 linja – ħerqa
• - Ma kellix il-qalb
• Il-5 linja – siġar tal-papajja
• Is-6 linja – jrawwimhom
• Is-7 linja – parang
• - Għant
• It-8 linja – klog
• Id-9 linja – xprun
• l-10 linja – mħiba
• is-7 par. l-1 linja – ħin bla waqt
• it-2 linja – waħdanija
• ir-4 linja – ssokta
• it-8 par. It-2 linja - sqieni
• ir-4 linja –tuberkolożi
• id-9 par. l-1 linja – lieżma
• It-2 linja – faħar, qima, iroddilhom
• It-3 linja – ħaddejn, kisra, rżina, iżiġġu
• Ir-4 linja – qroll, sebħ, seħer
• l-10 par. 2 – bikrin
• il-11 il-par ir-4 linja – qatigħ
• is-6 linja – jhennuh, jgħibu
• is-7 – jinsatru, star, kiebi, gerrbu, imxennaq
• it-12-il par – it-2 linja – qagħadtu, ringieli, jgħarrex
• it-3 linja – jiflihom xiber b’xiber
• ir-4 – roqgħa
• il-5 –lemaħ
• is-6 – snug, minquxa, għuda, sielma
• it-13-il par l-1– għal waqtejn
• it-2 – xkubetti... tal-Khybet
• it03 – tomaħok, ix-xbihat ta’ Venere u t-Taġ Maħal
• ir-4 – oħla
• l-14-il par l-1- tabilħaqq
• il-15-il par it-2- bi ħġaru
• it-3 – miġemgħa
• i4-4 – imleffef, qatgħa
• Amerka Tropikali
• Malaja
• Għarabija
• l-Iżvizzera
• Boston, Massachusetts
Postijiet li jissemmew
Iktar diffikultajiet
• Konoxxenza ta’ kulturi differenti
• Forsi diffiċli japprezzawha mill-ewwel
TMIEM
Grazzi ħafna tal-
attenzjoni tagħkom
top related