2
George Sciberras5.9Skola Sekondarja Subien Tal-Ħandaq, QormiEżami Studji AmbjentaliMatsec 2011
Introduzzjoni ..............................................................................................pg 3-5
Il-bidu u l-izvillup tar-raħal Popolazzjoni Il-pożizzjoni ta Ħal Qormi
Knejjes u kappelli fil-qalba tar raħal..................................pg 6-9
Il-knisja parrokjali Kapelli
L-ambjent fit-toroq ..............................................................................pg 10-17
Djar Sqaqien u toroq Monumenti Niċeċ u statwi
L-Aspett soċjali u kulturali ..........................................................pg 18-21
Għaqdiet Attivitajiet
l-element kummerċjali.......................................................................pg 22
ħwienet tradizzjonnali
Konklużjoni..................................................................................................pg 23
Biblijografija................................................................................................pg 24
3
Il-bidu
u l iżvillup tar-raħal
Sena wara sena, seklu wara ieħor, ħakma wara oħra. Feniċi, Normanni, Għarab, Rumani,
Torok, Kavallieri , Franċiżi u Ngliżi. Kollha ħallew imnaqqax it-timbru tagħhom
b’kulturi diversi fuq Art Twelidna. Jien minn dejjem kont kburi li jien Malti, imma wara
din ir-riċerka li għamilt dwar l-iċvilupp u l-karatteristiċi tal-irħula tipiċi Maltin, ikolli
nistqarr li jien kburi li Qormi.
Tista’ tgħid li kull raħal għandu xi ftit jew wisq karatteristiċi komuni ma’ rħula oħra: bini
storiku, monumenti, niċeċ, sqaqien eċċ. Kull raħal, żgħir kemm hu żgħir, hu għani fil-bini
u fl-istorja tiegħu. Dan jgħin biex iċ-ċittadin jew aħjar il-parruċċan ta’ dik il-lokalita’,
ikattar l-identita’ tiegħu. Biex nidħol iżjed fid-dettall, iddeċidejt li niffoka fuq ir-raħal li
ngħix fih-Ħal Qormi.
Naturalment, ma tistax tirreferi għall-iżvilupp tar-raħal u ma ssemmix ismu. Biex ikollu
identita’, irid isem. L-isem ta’ kull raħal imur lura għal bosta u bosta snin. Bla dubju ssib
li l-isem hu marbut ma’ storja.
L-indikazzjonijiet storiċi juruna li kien x’aktarx fi żmien l-Għarab li f’dawn il-gzejjer
żviluppa r-raħal Malti. Dan nafuh mill-fatt li ħafna mill-ismijiet jibdew bil-prefiss “Ħal”
bħal Ħal Qormi, Ħal Kirkop u Ħal Safi.
Referenza qasira għall-isem li ngħata Ħal Qormi (li jingħad li tnissel mill-kunjom
Ċurmi). Il kappillan, Dun Ġużepp Vella kien talab lil Gran Mastru Pinto biex Ħal Qormi
jinagħta t-titlu ta’ belt flimkien ma’ isem li jogħġbu jagħżel il-Gran Mastru nnifsu. Erba’
ġimgħat wara, fil-25 ta’ Mejju 1743, il-Gran Mastru Manoel Pinto de Fonseċa ħareġ dan
id-digriet: “Habita relatione, Terrain Ċurmi erlglmus In Ċlvltatem, Imponentes el nomen
4
Pinto”, li tfisser li hu għolla l-art ta’ Ħal Qormi għad-dinjita’ ta’ belt. F’dan it-titlu, Pinto
għoġbu jagħti ismu stess u Ħal Qormi sar “Ċitta` Pinto”.
Popolazzjoni
Hal Qormi huwa raħal li minn dejjem kellu popolazzjoni kbira għax il-limiti tiegħu huma
mifruxa sewwa. Fil-fatt insibu dan it-tagħrif:
Fl-1419 kienu jgħixu fih madwar 500 ruħ li telgħu għal 650 persuna fl-1483. Fl-1575
kien hemm 240 dar li żdiedu għal madwar 500 familja fl-1619. Fis-sena 1632 naraw li
kellu 683 dar u 3,227 ruħ. Fl-1632 il-popolazzjoni kienet madwar 2,300 ruħ gewwa Ħal
Qormi. Il-pesta tal-1676 gabet tnaqqis u għalhekk fl-1680 il-figuri niżlu għal 2,700 u għal
2,669 fl-1687. Fl-1702 il-popolazzjoni kienet ta’ 3,033. Fl-1734 il-popolazzjoni kienet
3,240. Fl-1747 kienet 3,460. Fl-1830 ir-raħal kellu 4,260 ruħ u 852 dar. Fl-1851 kien
jgħodd 5,190 ruħ. Fl-1860 kien hawn 6,197 ruħ u fl-1890 kien hawn 7,410 persuna u
1,470 dar. Fl-1901 kellu 8,187 ruħ. Fl-1911 zdied għal 9,404. Fl-1921 naqas għal 9,286
ruħ. Fl-1961, Hal Qormi kellu 15,737 ruħ u fl-1985 kien hawn 18,256 ruħ. Fl-1993 naqas
għal 17,958 ruħ u fl-1996 gew irregestrati 17,53ruħ.L-ahhar ċensiment li sar fl-2005 rega'
wera tnaqqis f'dik li hija popolazzjoni, fil-fatt insibu 16, 576 ruħ.
Ħal Qormi mill-ajru
5
Statistiċi dwar il-popolazzjoni Qormija
Il-pożizzjoni ta Ħal Qormi
Ħal Qormi huwa belt li tinsab fiċ-
ċentru ta Malta din il- pożizzjoni
taffetwa diversi fatturi bħal it-tip
ta’ xogħol, it-tip tafdalijiet kif ukoll
il-popolazzjoni.
6
IL-KNISJA
Nibdew billi ngħatu ħarsa lejn id-devozzjoni li kellhom missirijietna lejn il-fidi Nisranija.
F’Malta, li hu pajjiż Kattoliku prattikament, issib knisja jew tnejn mill-inqas f’kull belt
jew raħal. Il-knisja parrokjali hi kkaratteristika ewlenija f’kull raħal. Peress li għalkemm
qed nitkellem dwar irħula inġenerali, qed niffoka fuq Ħal Qormi, irrid ngħid li dan ir-
raħal hu maqsum f’żewġ parroċċi – dik ta’ San Ġorġu dik ta’San Sebastjan.
Meta nbniet l-ewwel darba, din il-knisja x’aktarx li kienet sempliċi kappella li fl-1456
ġiet mibnija mill-ġdid bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Ġulju Lombardo.
Il-parroċċa ta’ San Ġorġ bdiet qabel l-1436 u dan jagħmilha waħda mill-eqdem parroċċi
f’Malta. Dan ma jfissirx li l-Knisja nbniet kif nafuha llum. Kellhom jgħaddu ħafna snin.
Fl-1584 bdiet tinbena kif kien
normali fil-bqija tal-Ewropa,
jiġifieri forma ta’ salib Latin. Mhux
magħaruf min hu l-perit li ddisinja
l-knisja, iżda jingħad li d-disinn tal-
faċċata hu ta’ Vittorio Ċassar.
7
Il-faċċata Barokka tal-Knisja Arċipretali San Ġorġ Martri.
Għal dak iż-żmien kienet l-akbar waħda parrokkjali. Nikkwota lill-Monsinjur Professur
Vinċent Borġ: “kien propju f’Ħal Qormi li twieled il-bidu tar-rinaxximent tal-arkitettura
ta’ dawn il-knejjes parrokkjali ġodda f’art twelidna”. Il-knisja parrokkjali kellha ċimiterju
madwarha bħalma kellhom ħafna knejjes Maltin oħrajn ta’ dak iż-żmien. Fl-1684 ġiet
inkurunata b’koppla xogħol ta’ Lorenzo Gafa’. Din il-knisja għandha faċċata Barokka
mill-isbaħ, u hi mżejna b’kolonni ta’ stil Doriku. Il-Knisja hi magħmula minn kor, żewġ
kappelluni u korsija bin-navi fil-ġnub.
Bħal f’kull parroċċa oħra, fil-knisja nsibu diversi bċejjeċ ta’ arti mprezzabli ewlenin
fosthom il-kwadru ewlieni, xogħol ta’ Mattia Preti, kif ukoll il-vara titulari ta’ San Ġorġ,
xogħol l-iskultur Pietru Feliċe. Maż-żmien inħasset il-ħtieġa li titwieled parroċċa ġdida
peress li l-abitanti ta’ Ħal Qormi kienu tkattru ġmielhom. Għalhekk inbniet il-knisja ż-
żgħira ddedikata lil San Sebastjan. Snin wara nbniet knisja ferm akbar fuq stil artistiku
modern. Pero’ din ma tinsabx fil qalba tar-raħal.
IL-knisja min ġewwa armata għal żmien il-milied
8
Kappelli
Żgur mhux forsi, iddur f’liema raħal iddur f’Malta, issib xi kappella. Ħafna drabi jkunu
fl-iżjed parti antika u fil-qalba tar-raħal. Għalkemm, hawn postijiet bħal fil-każ ta’ Ħal
Qormi, li tant insibu kappelli, li minbarra li tara waħda kull erba’ passi, hemm ukoll uħud
saħansitra jmissu ma’ xulxin!
Ser insemmi biss uħud minn dawn il-kappelli li verament qegħdin fil qalba tar-raħal:
Kappella San Franġisk de Paola – Din tinsab eżattament ġewwa l-pjazza ta’ Ħal
Qormi u ġiet mibnija qrib is-sena 1707. Fi żmien il-gwerra serviet ta’ maħżen fejn
jintrefgħu oġġetti ta’ ikel. Fiha għadha tiġi ċċelebrata l-quddies. Il-perit kien Indri
Psaila minn Ħal Qormi. Il-kwadru huwa ta’ pittur mhux magħruf, u li kien hemm
qabel insibuh ġewwa s-sagristija. Fil-ġenb tal-knisja insibu kwadru kbir tal-
Kunċizzjoni, imqiegħed fuq il-bieb tal-ġenb. Jingħadd dwar il-kwadru l-antik li
meta l-Franċiżi għaddew minn Ħal Qormi, fl-1798 daħlu fil-knisja u taqqbuh bil-
ponot tax-xwabel. Insibu ukoll orgni u kannierja. Din il-knisja għandha żewġ
artali, wieħed dedikat lil san Franġisk u l-ieħor lill-Madonna ta’ Lourdes. Il-knisja
għandha ukoll sagristija. Fi żmien il-gwerra serviet ta’ maħżen fejn jintrefgħu
oġġetti għall-ikel.
Kappella tal-Lunzjata – Din il-kappella tmiss ma’ dik ta’ San Frangisk. L-
ewwel knisja li hemm kienet teżisti fl-1575. Fl-1588 kienet fi stat ħazin. Fil-5 ta’
Novembru 1656 kienet profanata mill-Isqof Balaguer u wara reggħet giet
integrate fl-1663. Kien bniha mill-gdid Leonardo Galdes. Reggħet twaqqet fl-
1759 u nbniet mill-ġdid minn flus Petruzzo Xuereb għal-habta tal-1790. Kien
hemm xi nkwiet mal-familja Ċasha tal-knisja ta’ San Franġisk għax ma ridux li
tkun mibnija ħdejn tagħhom. Din il-kappella thalliet tibda tigi amministrata mill-
Fratellanza tas-Sagrament. Din il-knisja fiha artal wieħed u għandha sagristija.
9
Dawn huwa iz-zewg kappeli li qegħdin fi pjazza san Frangisk
Il-kappella ta santa Marija(tal-Qrejċa) – Il-kapella prezenti nbniet għall-ħabta tal-
1650 mis-sid stess, il-Baruni Gjaċintu Ċassia. Jingħad li qabilha kien hemm
kapella ohra, izda ma tantx insibu informazzjoni fuqha. Fl-1615 thalliet renta ta’
25 skud minn għalqa magħrufa ‘ta’ Ximesi’ minn Giovanni Marija Ċassia. Il-
knisja prezenti fiha artal wiehed. It-titular jinsab fil-knisja parrokjali ta’ San Gorg.
L-isem ta’ Santa Marija tal-Qrejċa gej
mill-fatt li fl-imgħoddi nies fqar kienu
jagħmlu l-visti tas-sebgħa festi għad
unur Santa Marija, li dak iz-żmien kienu
fil-limiti ta’ Ħal Qormi. Il-pellegrini
kienu jispiċċaw f’din il-kapella u fejn il-
prokuratur tagħha kien isajjar majjal u
jqassmu biċċiet lill-pellegrini biex
jitrejqu wara mixja twila. Kull pellegrin
kien ukoll imissu parti mill-qarquċa li
kienet tifforma mix-xaham tal-majjal, u
għalhekk giet imlaqqma tal-Qrejċa
IL-Faċċata tal-kappella tal qrejċa fi triq
Santa Katerina
10
Djar
Id-dar tradizzjonali - Jekk hawn xi ħaġa li tisboq kull karatteristika tal-qalba ta’
villaġġ Malti hi bla dubju ta’ xejn id-dar tradizzjonali. Hija ħasra li ħafna minn
dawn id-djar twaqqgħu biex minflokhom tela- bini aktar modern. Hija ħasra wkoll
li meta xi ħadd jiddeċidi li jirrestawra xi dar ta’dan it-tip, jeqred il-karattru sabiħu
tipiku ta’ dawnl-istrutturi. Dan jiġri billi minflok twieqi tal-injam, jagħmel twieqi
tal-aluminju. Għalkemm tajjeb li nsemmu li l-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Ambjent
(MEPA) qed tagħmel kontroll biex jitrażżan l-abbuż fuq dan it-tip ta’ restawr.
11
Dar tradizzjonali f’pjazza san Franġisk
12
Id-dar ta Stanislaw Gatt - Mal-bokka ta pjazza san Frangisk insibu din id-dar
tant magħrufa fost il-Qriema . Stanislaw kien spiżjar li għex bejn 1744 u 1811,
huwa serva bħala sindku ovjament f’Ħal Qormi bejn 1782 u 1783. kif tindika din
il plakka huwa kien mexxej tal-Qormin fi żmien kifer u ta’ tbatija, taħt il Franċiżi.
Id-dar tiegħu hija waħda majestuża u tinsab fil-qalba tar-raħal f’post prominenti
fejn tigbed l-għajn. Nistgħu ngħidu li din id-dar għada taht il-forma arkittetonika
originali.
Il-lapida li tinsab mal-faccata ta’ din id-dar
Il-faċċata tad-dar ta’ dan il mexxej fi triq Santa Katerina
13
Il-mitħna - L-imtiħen maltin huma simili ħafna għal dawk fil-gżejjer Balejariċi
dan għaliex huma identiċi fl-istruttura u fit-tqassim tagħhom. Il-mitħna tikonsisiti
f’torri ċentrali bi kmamar imdawrin miegħu. Dawn il-kmamar kienu jservu bħala
post tal-ħżin tax-xogħol u post fejn tgħix il-familja li taħdem fil-Mitħna. L-
apparat li bih kien isir id-dħim jinsab fil-parti ta’ fuq tat-torri. Din il-Mitħna f’Ħal
Qormi ilha wieqfa għexieren ta’ snin u tinsab, Mitħna simili għal din, li tinsab
Tax-Xarolla fiż-Żurrieq.
Il-faċċata tal-mitħna Qormija
14
Sqaqien u toroq
Meta nsemmi raħal tipiku Malti, f’moħħi jiġuni mill-ewwel l-isqaqien li
ssibhom tista tgħid f’kull qalba tar-raħal. Issib xi wħud minnhom li jkunu
tassew imżejna sabiħ bi qsari u pjanti kkuluriti. Naturalment f’dawn l-
isqaqien jispikka id-djuq tagħhom tant li jekk tiftaħ idejk it-tnejn tmiss iż-
żewġ ħitan tal-isqaq. F’Ħal Qormi issib ħafna minn dawn l-isqaqien li
fihom hemm bosta djar ta’ karattru. Ovvjament, iżjed ma jikber ir-raħal
iżjed jitwessgħu it-toroq u fi rħula li nibtu riċentement ma ssibx sqaqien
bħal dawn imsemmijja żgur. Jien ngħid dnub għax għalkemm l-isqaqien
fihom l-iżvantaġġ tagħhom speċjalment fejn jidħol parkeġġ, huma
karatteristika ħelwa li ħallew missirijietna.
Sqaq Pinto Numru 5 imżejjen bi pjanti
15
Huma wkoll parti essenzjali fl-istorja tal-iżvilupp tar-raħal. Ġeneralment dawn l-
isqaqien ma jkollhomx isem imma numru biss: eż. “Sqaq Numru 1 fi Triq...” peress
li kont issib iżjed minn sqaq wieħed fi triq partikolari.
L-ismijiet tat-toroq iżda juru ċertu rispett u devozzjoni. Iżjed iva milli le, fl-antik
kienu jinagħtaw isem għal xi qaddis jew qaddisa. Dan kull ma jmur qed jonqos u l-
ismijiet li nsibu llum iktar jonoraw xi personalita’ li tkun għamlet ġieħ lir-raħal.
L-aktar parti antika ta’ Ħal Qormi hija fejn illum insibu t-toroq jew aħjar sqaqien :
Stagno, Dun Mario, San Ġorġ u l-Blata. Nafu li l-Qriema fil-Medju Evu u fl-ewwel
mitt sena ta’ ħakma tal-Ordni kienu jgħixu f’dawn l-isqaqien li nsibuhom wara l-
Knisja ta’ San Ġorġ.
Triq dejqa li
tinsab madwar
pjazza San
Franġisk
16
Monumenti
Id-domna – Bħal ma jgħid il-malti min ma għandux salib għandu domna u hekk
hu, fuq iz-zuntier tal-knisja parrokjali wieħed jinnota dan il-munument. Dan il
munument jikonsisti f’domna li fuqha hemm imnaqqxa s-sena 1671 u kolonna
barokka taħta. Jista jkun li din tqiegħet fil-post biex tfakkar l-ewwel ċentinarju
minn meta ħarġet l-ewwel parroċa minn Ħal Qormi u ingħata t-titlu ta’ paroċċa
matriċi.
Id-domna bl-isfond tal-faċċata tal-knisja
17
Niċċeċ u statwi – F’Ħal Qormi insibu l-akbar numru ta niċċeċ u statwi, dan juri id-
devozzjoni tal-Qriema fil passat. Insibu verjeta ta’ niċċeċ b’numru sostanzjali ta’
qaddisin differenti iżda ovjament l-iktar li nsibu huma dawk ta’ San Ġorġ marti. In-
niċċeċ gieli laqmu postijiet eżempju ċar hija l-akwata ta’ ‘Ħdejn l-Erbgħa Qaddisin’ li
ingħatat dan il-laqam għaliex hemm erba’ niċċec differenti vicin ħafna ta’ xulxin.
Jekk nitfaw ħarsitna fuq il-qalba tar-raħal nindunaw li hemm l-ikbar amont ta’ niċċec
u statwi. Fi triq il kbira insibu għadd sostanzjali ta’ niċċeċ ta’ qaddisin differenti bħal
Sant’ Antnin, qalb ta Ġesu’, Santu Rokku, San Franġisk, San Pawl, San Alwigi, San
Rafeal, San Miekel, tal-Madonna tas-sokors, ta’ Marija Addolorata, San Ġużepp u ta’
san Ġorg.
Niċċeċ fil-qalba tar-raħal (il-
maġġoranza jinsabu fi triq il-kbira)
18
Ħal Qormi għandu ukoll numru sabiħ ta’ statwi madwar pjazza san Frangisk insibu żewg
statwi ; tal-Madonna tar-Ruzarju u tal-Madonna ta’ Lourdes li tinsab eżatt wara il-
kappella ta’ San Frangisk. Fuq iz-zuntier insibu żewg statwi qodma oħra ta’ San Pietru u
San Pawl. Sfortunatament uħud minn dawn in-niċċec u statwi kemm minħabba ż-żmien u
anke’ l-elementi naturali qegħdin fi stat ħazin, u għandhom bżonn ta’ restawr immedjat.
Imma l-ikbar ħasra hija li uħud minn dawn l-istatwi u niċċec qegħdin jispiccaw minħabba
li jaqa’ bini antik u meta jinbena iehor dawn ma jerggħux isiru. Jekk ma nibżgħux għal
wirt bhal dan li missirijietna tant għozzew fit-toroq tagħna, inkunu qegħdin neqirdu
memorji mill-istorja tal-istess raħal tagħna.
Statwa tal-
Madonna
tar-Rużarju
vicin pjazza
san frangisk
St
atwa tal-Madonna ta’ Lourdes
Wara il-kappella ta’ San Frangisk
San Pietru u San Pawl fuq iz-zuntier tal-
knisja parrokjali
19
Għaqdiet
Fil-qalba tar-raħal insibu ukoll postijiet fejn in-nies jisocjalizaw jew jintaqaw ma nies bl-
istess interessi tagħhom. Fil-qalba ta; Ħal Qormi insibu diveris postijiet min dawn li
huma:
Għaqda Muzikali San Ġorġ Martri – Mat-tieni bokka ta’ pjazza San Frangisk
insibu il-bini ta’ din l għaqda din il-banda inħolqot fis-sebgħa ta’ Ottubru ta; l-
1893 wara li inqalat kwistjoni fil banda Pinto li ilum hija banda li idoqq fil-festi
tal-parroċċa ta’ San Bastjan. Il-banda l-ġdida imlaqqma 'Tal-Werqa' kisbet
popolarita' kbira u isimha inxtered mal-festi kollha tal-gzejjer Maltin. Sintendi
f'Hal Qormi minbarra l-festa titulari bdiet tieħu sehem sħiħ fil-Ġimgħa Mqaddsa
kif ukoll fil-festi sekondarji li kienu jsiru fil-Belt Pinto.
Il-faċċata tal-każin tal-banda San
Ġorġ Martri
20
Il-kazin ta’ l-għaqda 23 ta’ April - L-Għaqda tan-Nar 23 t'April hija l-għaqda prinċipali
tan-nar li tieħu ħsieb taħdem in-nar għall-festa ta' San Ġorġ Martri. Iżda din l-għaqda tan-
nar tieħu ħsieb ukoll li taħraq ukoll murtali kemm fil-festa liturġika ta' San Ġorġ fit-23
t'April, fil-festa tal-Għid il-Kbir, fil-festa tal-Madonna tal-Ħlas u anke fl-Ewwel tas-Sena.
Tul is-snin din l-għaqda kellha l-mumenti sbieħ u anke sfortunatament mumenti koroh
fejn anke tilfu ħajjithom membri fi ħdan l-għaqda tan-nar.
Matul is-sena din l-għaqda taħdem in-nar għall-festa ta' San Ġorġ b'mod speċjali bis-
sehem ta' membri volontarji taħt it-tmexxija fil-preżent tal-licensee Alfred Falzon. Iżda
matul is-sena l-Għaqda tan-Nar 23 t'April, torganizza ukoll bl-għajnuna tal-helpers nisa,
diversi attivitajiet ta' 'fund raising' fosthom 'coffee mornings', ikliet, 'diner dances',
barbikjus, u lotteriji.
Il-faċċata tal-għaqda tan-nar ġewwa Ħal Qormi fi triq il-kbira viċin il-knisja
(ritratt miġjub minn fuljet ta’ l għaqda tas-sena 2001)
21
Attivitajiet
Il-festival ta’ l-inbid - Ir-raħal ta’ Ħal Qormi għandu tradizzjoni antika li tmur
lura diversi sekli marbuta mal-inbid, għaliex minbarra għall-ħobż, il-belt ta’ Pinto
hi wkoll magħrufa għat-tagħsir tal-inbid. Dan il festival jinkludi tlett ijiem ta
kultura, kostumi, mużika lokali, kompetizzjonijiet, ikel tradizzjonali u l-aħħar u
mhux l-inqas għażla wiesa ta’ nbejjed ħomor, bojod u rosè magħmula min
varjetajiet ta’ għeneb lokali. Permezz ta’ din il-festival, Ħal Qormi qiegħed joħloq
attrazzjoni oħra għat-turisti barranini u għall-poplu Malti filwaqt li jerġa’ jqajjem
tradizzjonijiet anitiki marbuta mal-lokal. Fil-fatt din is-sena ukoll dan il-festival
sar ġewwa l-qalba antika tar-raħal. Isiru ukoll diversi wirjiet u kompetizzjonijiet
fosthom kompetizzjoni tal-inbid u oħra ta’ fjuri. Issir ukoll kompetizzjoni b’tema
ambjentali bl-isem Eco Qormi u li permezz tagħha ir-residenti jiġu nċentivati
jtejjbu l-ambjent ta’ madwarhom u jagħtu dehra isbaħ lill-lokalità.
Ritratt meħud waqt l-ativita quddiem l-għaqda tan-nar
Wirja ta’ ħanut ta’ l-inbid
22
Festa tar-Rebbiegħa - Din l-attivita hija oħra importanti f’Ħal Qormi, tant li issa
daħlet fil-kalendarju ta’ attivitajiet. Waqt din l-attivita isir bejħ ta’ prodotti
agrikoli u diversi wirjiet tal qtates, klieb , għasafar u animali li jrabbi ir-raħħal.
Jinfethu diversi ‘shelters’ u kappelli u jieħdu sehem il-baned lokali. Ikun hemm
ukoll diversi kantanti u Għanejja li jkomplu jaghtu atmosfera feriħa.
Ritratt meħud waqt l-
attivita quddiem l-
għaqda tan-nar.
Attivitajiet oħrajn fi pjazza San Frangisk
It-tlugh ta San Ġorg fuq iż-żiemel fit-tieni
tridu
23
24
Ħwienet tradizzjonnali
Ta’ Cardona Wine Bar jinsab ġewwa r-raħal ta Ħal Qormi, li huwa raħal famuż għall-
aqwa kwalita ta’ ħobż tradizzjonali Malti. Dan il-ħanut jinsab eżattament faċċata tal-
knisja ta’San Ġorġ. Huwa post fejn jeħodna lura għas-seklu tmintax u huwa ddisinjat
f’għamla li joffri atmosfera kwieta u fejn wieħed jista’ jmur biex jirrilassa u jieħu tazza
nbid. Dan il-ħanut jispeċċjalizza f’inbid Malti kif ukoll barrani u fi platti tipiċi Maltin li
jagħmlu l-post ideali għall-ħbieb.
Dawn it-tip ta’ħwienet huma differentij minn oħrajn ghax fihom tista’ ssib post għall-
kwiet u fejn tista’tmur mal-familja. Huma adadati għal min idejqu ħafna storbju u mużika
moderna speċjalment dawk l-anzjani li huma mdaħħlin sewwa fl-eta’.
Ħanut tal-inbid faċċata tal-għaqda tan-nar
ġewwa Triq il-Kbira
25
Il-Malti jgħid “tikber u titgħallem”. Hekk ġrali jien. Nistqarr li għall-ewwel kienet se ttini
rasi. Ma kontx naf minn fejn għandi nibda. L-istorja dwar ir-raħal fejn ngħix jien kont
nafha fuq fuq. Aħseb u ara kemm kont naf dwar irħula oħra. Fittex minn hawn u qalleb
minn hemm, bqajt mistagħġeb bir-rikezzi ta’ storja u patrimonju li għandna aħna l-
Maltin.
Minn xi ħaġa ta’ “Uff xi dwejjaq”, dan il-proġett inbidel f’xi ħaġa ta’ gost. Kuljum bdejt
niskopri affarijiet ġodda. Bqajt skantat bl-ammont ta’ ritratti li kelli ċans nieħu.
Ovjament, f’dan il-proġett kont limitat bin-numru ta’ ritratti li stajt ninkludi. Pass wara
pass rajt dan il-proġett jinbena.
Illum inħoss li tgħallimt ħafna iżjed milli kont naf qabel. Naf li qatt mhu biżżejjed.
Inħossni sodisfatt bir-riżultat. Nispera li kull min jaqra dan il-proġett jieħu gost
daqskemm jien hadt gost nagħmlu! Nixtieq li kulħadd iħossu kburi li hu Malti. Ngħixu
fuq ġawhra prezzjuża u ma nafux. Gżira ċkejkna u mogħnija b’kull ġid: fidi, kultura,
storja.
26
Siti Elettroniċi
http://www.festiesterniqormi.org/
http://lc.gov.mt/Page.aspx?catid=70&pid=184
http://www.cittapinto.com/Home.htm
http://qormilocalcouncil.com/default.aspx?MLEV=0&MDIS=50
Kotba
Grima Joseph F. , “Mill-Istorja ta’Ħal Qormi”, Vol.1 (2001)
Grima Joseph F. , “Minn Ġrajjiet Parroċċa Maltija: San Ġorġ ta’ Ħal Qormi” (2003)
Guillaumier Alfie, “Bliet u Rħula Maltin”, Vol.2 il-ħames edizzjoni (2005)
Said-Żammit George A., “Il-Wirt Arkitettoniku tal-Gżejjer Maltin” (2004)
27