Download - L-Imqabba - Yr 4.1
Fejn jinsab l-Imqabba?
Din hija l-mappa ta’ Malta. Fejn hemm immarkat bl-aħmar huwa l-Imqabba. L-Imqabba tinsab fin-naħa t’ isfel ta’ Malta. L-irħula li jmissu mal-Imqabba huma ż-Żurrieq, il-Qrendi, is-Siġġiewi, Ħal-Kirkop u Ħal-Luqa.
Il-Festi fl-ImqabbaFl-Imqabba niċċelebraw żewġ festi. F’Ġunju niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Ġilju. F’Awwissu niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija.
Il-kappella ta` San Bażilju
Din hi l-kappella ta` San Bażilju. Maġenb il-kappella hemm kappella oħra li hija ddedikata lil San Mikiel.
Il-Kappella tad-DuluriDin hija l-kappella tad-Duluri.
Qrib il-kappella tad-Duluri hemm l-għassa tal-pulizija.
Din il-kappella għadha tintuża sal-lum.
San Mikiel Hawn hekk qed naraw niċċa ta‘ San Mikiel jirbaħ lix-xitan. Din in- niċċa tinsab fil-parti l-qadima tal-Imqabba.
Il-katakombi
Fl-Imqabba għandna katakombi li jinsabu fl-inħawi tal-Mentna. Ġewwa l-katakombi nsibu l-agape, li hija mejda kbira fejn l-insara kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija.
It-Torri VinċentiIt-Torri Vinċenti ilu mibni ħafna snin, sa minn żmien il-Kavallieri.Illum dan it-torri huwa propjeta’ privata.