ewropea 60 raġuni tajba - european commission · 60 raġuni tajba għall-ue 6 għaliex għandna...

65
Kummissjoni Ewropea 60 Raġuni tajba għall-UE Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea DIN HIJA L-EWROPA TIEGĦEK

Upload: others

Post on 04-Mar-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

Kummissjoni Ewropea

60 Raġuni

tajba għall-UE

Għaliex għandna bżonn

l-Unjoni Ewropea

DIN HIJA

L-EWROPA TIEGĦEK

Page 2: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 2 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih .................................................. 4

1. L-UE ilha tiggarantixxi l-paċi għal 70 sena ........................................................................................................................................................ 4 2. Aħna l-Ewropa: Għandna Jum l-Ewropa, bandiera tal-Ewropa u l-Innu għall-Ferħ .................................................................. 5 3. Huwa biss fl-għaqda li l-Ewropa tkun tista’ tasserixxi lilha nnifisha f’dinja globalizzata. ................................................... 6 4. Nitlewmu u nsibu s-soluzzjonijiet flimkien - hekk jiġri f’familja kbira. ............................................................................................. 7 5. Il-valuri Ewropej jinsabu minquxa fil-ġeni tagħna: L-UE tispira lil oħrajn fid-dinja.................................................................. 8 6. L-UE tinkoraġġixxi s-sehem taċ-ċittadini fl-Ewropa ..................................................................................................................................... 9 7. L-Ewropea hija l-aktar reġjun fid-dinja popolari għall-vaganzi ......................................................................................................... 10

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid ............................................................. 11

8. L-Ewropa mhix il-Wild West, iżda hija ekonomija tas-suq soċjali..................................................................................................... 11 9. L-UE tmexxi 'l quddiem il-ġid, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi ...................................................................................................... 12 10. L-UE ssostni reġjuni żvantaġġati kif ukoll ir-riġenerazzjoni ekonomika ....................................................................................... 13 11. L-UE tippromwovi kummerċ ġust ma’ partijiet oħra tad-dinja ........................................................................................................... 14 12. L-Ewro huwa munita stabbli u toffri ħafna vantaġġi ............................................................................................................................... 15 13. L-Ewropa tappoġġa lill-bdiewa tagħha .............................................................................................................................................................. 17

It-Tielet Parti: Kompetizzjoni ggarantita u kontroll tal-kumpaniji bis-saħħa tal-UE ....... 18

14. Minn skrins sa trakkijiet: L-UE tieħu azzjoni kontra l-kartelli ............................................................................................................... 18 15. Il-ġlieda Ewropea favur tassazzjoni ġusta....................................................................................................................................................... 19 16. Il-banek taħt kontroll bis-saħħa tal-UE ............................................................................................................................................................. 20

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi .................................................... 21

17. Aktar drittijiet għal min jivvjaġġa bl-ajru u bil-ferroviji bis-saħħa tal-UE ................................................................................... 21 18. Inqas imwiet fit-toroq bis-saħħa tal-UE ........................................................................................................................................................... 22 19. L-UE tgħin lill-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, pereżempju fil-każ ta’ bejgħ bieb bieb ............ 23 20. Ix-xiri onlajn isir aktar sikur bis-saħħa tal-UE ............................................................................................................................................... 24 21. Bis-saħħa tal-UE, aktar drittijiet għax-xerrejja f’każ li l-prodott ikun difettuż ........................................................................ 25 22. Aktar sikurezza tat-tfaddil taċ-ċittadini bis-saħħa tal-UE ..................................................................................................................... 26

Il-Ħames Parti: Bis-saħħa tal-UE il-ħajja hija irħas ...................................................................... 27

23. Is-suq uniku jraħħas il-prezzijiet ............................................................................................................................................................................ 27 24. Telefonati irħas bis-saħħa tal-Ewropa ............................................................................................................................................................... 28 25. L-UE tagħtik il-ġwienaħ: Il-biljetti tal-ajru dejjem jorħsu ....................................................................................................................... 29 26. L-UE naqqset it-tariffi bankarji u l-ispejjez għall-użu tal-karti ta’ kreditu .................................................................................. 30 27. L-UE traħħas il-mediċini .............................................................................................................................................................................................. 31

Is-Sitt Parti: L-UE hija impenjata favur ikel bnin u ambjent nadif .......................................... 32

28. L-UE tiżgura li jkollna ikel tajjeb għas-saħħa ................................................................................................................................................ 32 29. L-UE tħarisna mill-“piraterija tal-ikel” u tipproteġi l-ispeċjalitajiet reġjonali ............................................................................. 33 30. L-UE tiżgura ilma nadif kemm għax-xorb kif ukoll għall-għawm ..................................................................................................... 34 31. L-UE tiżgura arja iktar nadifa u hi minn ta’ quddiem nett fid-dinja fil-protezzjoni tal-klima ......................................... 35 32. L-UE tiżgura li jsir riċiklaġġ tal-iskart elettroniku ........................................................................................................................................ 36

Werrej

Page 3: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 3 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Seba' Parti: L-UE tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-impjieg fl-Ewropa……………………………………....37 33. L-UE tagħmilha possibbli biex wieħed jgħix u jaħdem f’kull Stat Membru tal-UE ................................................................. 37 34. L-Ewropa tipprovdi wkoll kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-mard waqt l-ivvjaġġar .................................................... 38 35. Jekk ikollok inċident ċemplilna: l-Ewropa għandha numru uniku ta’ emerġenza, il-112 ................................................... 39 36. Permezz tal-UE s-sewwieqa għandhom mobbiltà bla fruntieri.......................................................................................................... 40 37. L-UE tfisser l-ivvjaġġar mingħajr fruntieri: Iż-Żona Schengen............................................................................................................ 41

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura ................................. 42

38. L-UE tibgħat żgħażagħ barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ tagħlim ................................................................................................. 42 39. L-UE qed toffri servizz ta’ volontarjat ġdid: Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ............................................................................ 43 40. L-UE tipprovdi x-xogħol liż-żgħażagħ ................................................................................................................................................................. 44 41. Ir-riċerkaturi Ġermaniżi jirċievu l-biljuni mill-programm tal-UE “Orizzont 2020” ...................................................................... 2 42. L-UE toħloq il-Cloud Ewropew tax-Xjenza........................................................................................................................................................ 46 43. L-UE qed tikkollega lill-Ewropa - WiFi bla ħlas fl-ibliet u l-irħula ..................................................................................................... 47 44. L-UE tippromwovi Ewropa ta’ kulturi ................................................................................................................................................................... 48 45. L-UE tippreżerva d-diversità kulturali u tinnomina Kapitali Ewropej tal-Kultura .................................................................... 49

Id-Disa' Parti: L-UE toħloq is-sigurtà interna .................................................................................. 50

46. L-UE tiġġieled kontra t-terroriżmu ........................................................................................................................................................................ 50 47. L-UE tieħu azzjoni kontra l-kriminalità organizzata .................................................................................................................................. 51 48. L-UE tipproteġi lin-nisa u lit-tfal mit-traffikar u mill-abbuż ................................................................................................................ 52

L-Għaxar Parti: L-Ewropa timpenja ruħha biex id-dinja ssir post aħjar ................................ 53

49. L-Ewropa hija l-akbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja .............................................................................................. 53 50. L-Ewropa tipprovdi għajnuna fil-kriżi tas-Sirja ............................................................................................................................................. 54 51. L-UE tappoġġa l-ġirien tagħha ................................................................................................................................................................................ 55 52. L-Ewropa hija l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja fid-dinja ................................................................................................... 56

Il-Ħdax-il Parti: L-Ewropa tgħin fil-kriżi globali tar-rifuġjati ................................................... 57

53. L-Ewropa ssalva l-ħajjiet tan-nies ........................................................................................................................................................................ 57 54. L-Ewropa tipproteġi l-fruntieri tagħha ............................................................................................................................................................... 58 55. L-Ewropa tiġġieled kontra t-traffikanti .............................................................................................................................................................. 59 56. L-Ewropea tiġġieled il-kawżi tal-migrazzjoni .................................................................................................................................................... 2 57. L-UE timpenja ruħha għal standards uniformi ta’ ażil fl-Ewropa ..................................................................................................... 61

It-Tnax Parti: L-UE tnaqqas il-burokrazija ........................................................................................ 62

58. Kbira fir-rigward ta’ kwistjonijiet kbar u żgħira fir-rigward ta’ kwistjonijiet żgħar ................................................................ 62 59. L-UE ma hijiex mostru burokratiku- l-Ewropa tqum anqas milli naħsbu ..................................................................................... 63 60. L-UE hija profitabbli - anki għall-Ġermanja .................................................................................................................................................... 64

Werrej

Page 4: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 4 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-missirijiet u n-nanniet tagħna kienu għadhom

qegħdin imorru għall-gwerra. Illum qegħdin ngħixu fil-

lussu li lill-ġirien Ewropej tagħna nistgħu nafdawhom.

Gwerra fi ħdan l-UE issa lanqas biss noħolmuha, l-

Ewropa tal-Punent u tal-Lvant huma magħqudin. Id-

dar komuni Ewropea tiggarantixxi l-paċi. Rigal liema bħalu!

Għal mijiet ta’ snin, il-gwerer kienu parti integrali mill-istorja

tal-Ewropa. Anki fis-Seklu 20 mietu mill-anqas 55 miljun ruħ

fit-Tieni Gwerra Dinjija, u l-Ewropa l-antika nqerdet. Kien

wasal iż-żmien tal-idea ta’ Ewropa magħquda, Utopija li

kienet ilha tissemma mijiet ta’ snin, sa minn żmien il-Griegi u

r-Rumani saż-żminijiet tal-lum. Aktar minn 500 miljun

Ewropew jgħixu llum fil-paċi u fil-libertà - bis-saħħa tal-UE.

Fid-9 ta’ Mejju 1950 il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż

Robert Schuman kien esprima l-idea Ewropea. L-istati tal-

Ewropa kellhom jersqu ekonomikament tant qrib ta’ xulxin u

jibnu komunità bejniethom f’isem il-paċi, li ma jibqax ikun

possibbli li jmorru għall-gwerra bejniethom. It-twaqqif tal-

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fis-sena 1952 kien l-

ewwel pass, warajh ġew it-Trattati ta’ Ruma fl-1957, li fissru l-bidu tal-proġett ta’ paċi Ewropew.

Meta wieħed jagħti daqqa ta’ għajn lura, qatt ma kien hemm

perjodu kontinwu ta’ paċi daqstant twil fl-istorja Ewropea, li

issa ilu diġà għaddej għal 70 sena. U dan f’dinja fejn

madwarna hemm għaddejjin aktar minn 40 kunflitt, li kull sena jaħsdu l-ħajja ta’ mill-anqas 170,000 ruħ.

Illum it-tilwim jiġi riżolt mod ieħor, kif qal il-President tal-

Kummissjoni tal-UE Jean-Claude Juncker: “Xi drabi niġġieldu.

Iżda niġġieldu bil-kliem. Insolvu l-kunflitti tagħna madwar mejda u mhux fit-trunċieri.”

B’rikonoxximent tal-ħidma tagħha biex ixxerred il-paċi, ir-

rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fl-

2012 l-UE rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi. Naturalment

ħafna staqsew jekk l-UE ħaqqhiex dan il-premju rinomat -

meta qegħdin imutu r-refuġjati fil-Baħar Mediterran u ħafna

pajjiżi tal-UE jesportaw l-armi. Iva, ħaqqha. Għaliex dak li għamlet għall-paċi ma jista' jiċħdu ħadd.

Diskors mill-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14.09.2016

l-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Premju Nobel għall-

Paċi

Ir-raġunijiet tal-Kumitat tal-Premju Nobel għall-għoti tal-Premju Nobel lill-UE 12.10.2012

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

L-UE ilha tiggarantixxi l-paċi għal 70 sena

Page 5: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 5 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

Sa mis-sena 2000 l-UE għandha motto tagħha:

“Magħqudin fid-diversità”. Dan il-motto jesprimi r-

rispett li għandha l-UE għad-diversi kulturi,

tradizzjonijiet u lingwi Ewropej. Bil-bandiera tal-

Ewropa, Jum l-Ewropa u l-Innu tal-Ewropa, l-UE għandha simboli komuni

U inti x’se tagħmel allura fid-9 ta’ Mejju? Kull sena f’dan il-

jum, l-Unjoni Ewropea tiċċelebra Jum l-Ewropa. Din hija festa

proprja tal-UE - anki jekk sfortunatament l-Ewropej ma

għandhomx jum ta’ btala f’din il-ġurnata. Din id-data

għandha tifsira speċjali għall-Ewropa: Fid-9 ta’ Mejju 1950

il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż ta’ dak iż-żmien,

Robert Schuman, għall-ewwel darba ppreżenta proposta

dwar għaqda Ewropea li seħħ pass pass, bħala kundizzjoni

neċessarja għall-paċi, id-demokrazija u l-ġid fl-Ewropa ta’

wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Din id-Dikjarazzjoni ta’ Schuman

kienet il-pedament għall-Unjoni Ewropea tal-lum. Din ilha

titfakkar kull sena sa mill-1985. Ir-Rappreżentanzi tal-

Kummissjoni Ewropea, Ministeri u għaqdiet taċ-ċittadini jorganizzaw attivitajiet kif ukoll jiem ta’ bibien miftuħa.

Iżda l-Ewropa għalfejn tissejjaħ Ewropa? Fil-mitoloġija

Griega, ”Ewropa” kienet bint sabiħa ta’ re mill-Feniċja. Skont

il-leġġenda, hija kienet inġabet mill-alla prinċipali Zeus, li

kien beda jħobbha b’mod dejjiemi, lejn Kreta u hemm huwa

ħatafha. L-isem Ewropa joriġina tassew fi żmien il-qedem,

sa mill-Ħames Seklu qabel Kristu l-kittieb u l-ġeografu Grieg

Herodot kien diġà qiegħed jirreferi għall-art fin-naħa ta’ fuq

tal-Baħar Mediterran bħala “Ewropa”.

Barra minn dan, l-Unjoni Ewropea mhux xi binja fi Brussell,

iżda hija idea. Is-simbolu tagħha hija l-bandiera Ewropea, li

hija simbolu għall-għaqda u l-identità Ewropea. Iċ-ċirku ta’

stilel kulur id-deheb huwa simbolu tas-solidarjetà u l-

armonija bejn il-popli Ewropej. F’dan is-sens,

tradizzjonalment in-numru 12 huwa simbolu tal-

kompletezza u l-għaqda - ngħidu aħna bħal ma hemm 12-il

xahar fis-sena u 12-il siegħa fuq wiċċ l-arloġġ. Anki l-Ewropa

tirsisti għal din l-għaqda. Kontra dak li jaħsbu ħafna, l-għadd

ta’ stilel ma għandu x’jaqsam xejn mal-għadd ta’ Stati Membri. Għaliex, intant, dan issa kiber għal 28.

L-UE għandha wkoll Innu. Bħala melodija, intgħażel l-”Innu

għall-Ferħ”, mid-disa’ Sinfonija tal-kompożitur Ġermaniż

Ludwig van Beethoven. Din hija parti mill-wirt kulturali

Ewropew. L-Innu tal-Ewropa ma jiħux post l-innijiet

nazzjonali tal-Istat Membri, iżda jservi ta’ simbolu tal-

għaqda tal-Ewropa fid-diversità - b’test mill-isbaħ: “Ferħ,

leħħa ta’ Alla, bin Eliżew, nidħlu mixgħula bin-nar, O bint is-sema, fit-Tempju tiegħek.” Hemm aktar x’wieħed jgħid?

Is-sit web dwar is-simboli tal-UE

Il-portal ta’ Europa dwar il-lingwi

Aħna l-Ewropa: Għandna Jum l-Ewropa, bandiera tal-Ewropa u l-Innu għall-Ferħ

Page 6: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

Fid-deċennji li ġejjin, l-Ewropa x’aktarx li se titlef

mill-piż tagħha fid-dinja. Dan kif jista’ jkun? Ir-raġuni

ta’ dan huwa l-iżvilupp demografiku. Ir-rata tat-twelid

fuq il-kontinenti l-oħra hija wisq akbar. B’dan il-mod

il-popolazzjoni tal-Afrika se tikkwadriplika sas-sena

2100, skont it-tbassir tan-Nazzjonijiet Uniti, u se tieħu post l-Ażja bħala l-aktar kontinent popolat.

Illum fl-UE jgħixu aktar minn 510 miljun ruħ, jiġifieri aktar

mill-popolazzjoni tal-Istati Uniti u tal-Ġappun flimkien.

B’hekk, aħna l-Ewropej niffurmaw 8 % tal-popolazzjoni tad-

dinja - iżda fl-2050 dan is-sehem se jkun biss ta’ 5 %. “Il-

fatti huma ċari: Id-dinja qegħda tikber. U aħna qegħdin

niċkienu,” hekk iddeskriva dan l-iżvilupp il-President tal-

Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Il-konsegwenza:

Is-soċjetà fl-Ewropa qegħda tixjieħ u hemm nuqqas ta’

ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa fl-ekonomija. Fl-istess ħin

qiegħed jonqos il-piż tal-Ewropa fid-dinja, kemm fis-sens

ekonomiku, kemm militari kif ukoll soċjali. Sal-2050 ma hu

se jifdal lanqas pajjiż wieħed tal-UE fost is-seba’ l-aktar

pajjiżi ekonomikament qawwija fid-dinja. Iżda meta l-UE

tingħadd flimkien? Xorta nkunu minn ta’ quddiem nett.

Juncker qal: “Huwa biss leħen ta’ EU magħquda li jkun qawwi biżżejjed li jinstema’.”

F’dinja globalizzata bl-isfidi varji li toffri, l-ebda pajjiż tal-UE

ma huwa kbir biżżejjed biex ikun jista’ jasserixxi lilu nnifsu

waħdu u biex jara li l-valuri tagħna jiġu rispettati. Dan jista’

jseħħ biss bl-għaqda fl-UE. “Hemm żewġ tiġi ta’ Stat

Membru,” qal l-Olandiż Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi

President tal-Kummissjoni. “Dawk żgħar u dawk li għadhom

ma ndunawx li huma żgħar.” Okkażjonijiet internazzjonali, li

dwarhom tkun trid tinvolvi ruħha l-UE, ma humiex limitati

biss għal dawk li jolqtu l-politika barranija u ta’ sigurtà, iżda

jolqtu wkoll il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-kummerċ

esteru, l-ekonomija globali, il-migrazzjoni, il-ħarsien tal-klima u l-politika tal-enerġija.

Is-sehem tal-

UE fil-

popolazzjoni

tad-dinja

qiegħed

jonqos Sors: Statistischer Dienst der UN u Eurostat EU27

Huwa ovvju għalhekk li l-Ewropa hemm bżonn li tiffunzjona.

Minkejja tant tilwim u kriżijiet, hemm bżonn li l-istati

jingħaqdu flimkien fl-interess tagħhom stess. Juncker iwissi:

“L-għedewwa tagħna jieħdu pjaċir meta ninfirdu. Il-

kompetituri tagħna jiksbu vantaġġ mill-firdiet tagħna.” L-UE

llum tiġbor fi ħdanha Ewropa li testendi minn Liżbona sa

Helsinki, minn Dublin sa Sofija, mill-Atlantiku sal-Baħar l-

Iswed, mill-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku sal-Baħar

Mediterran. Hemm monarkiji u repubbliki, pajjiżi membri fin-

NATO u oħrajn li ma humiex. L-UE tista’ toffri protezzjoni liċ-

ċittadini tagħha - pereżempju kontra theddid ġej minn barra,

jew kontra l-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni - li l-istati

nazzjonali ma għadhomx jistgħu joffru. Ma tidher l-ebda alternattiva għall-ħidma flimkien fl-Ewropa fl-UE.

Diskors mill-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14.09.2016

Huwa biss fl-għaqda li l-Ewropa tkun tista’ tasserixxi lilha nnifisha f’dinja globalizzata

Page 7: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 7 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

F’kull familja jkun hemm xi tilwim, anki f’dawk tajbin.

Bħala familja ta’ stati Ewropej, l-UE mhux eċċezzjoni

għal dan. F’ħafna kwistjonijiet spiss ikun hemm

diskussjonijiet ħarxa - iżda fl-aħħar mill-aħħar dejjem

jinstab il-kompromess.

Ġib ftit quddiem għajnejk li tinsab ma’ mejda li hemm

imdawrin magħha 28 membru tal-familja. Hemm argument

jaħraq. Wieħed ikun irid li tittieħed deċiżjoni minnufih, l-ieħor

assolutament ma jkunx irid jaf, u t-tielet wieħed jitlob il-flus.

Hekk eżatt hija s-sitwazzjoni fl-UE. Fejn jidħlu temi u abbozzi

ta’ liġijiet importanti ħafna drabi jkun hemm kwistjonijiet fil-

Parlament Ewropew u fil-Kunsill tal-Ministri tal-UE, li fih

huma rappreżentati l-gvernijiet nazzjonali, li jdumu sejrin għal aktar minn sena sħiħa.

Naturalment xi minn daqqiet dan ikun qisu xi suq fejn

wieħed jista’ jiġġebbed fuq kollox. Iżda hekk biss jista’ jseħħ

li fl-aħħar jintlaħaq qbil bejn l-interessi li spiss ikunu

differenti ħafna. Il-kwistjonijiet huma xhieda tal-vitalità tal-

konfront politiku. Huma neċessarji u jagħmlu sens, sabiex

tkun tista’ tinstab it-triq għall-futur tal-Ewropa. Ċertament,

“Brussell”, ma tagħmilx kollox sew. Iżda “Brussell” tagħmel

tabilħaqq ħafna affarijiet b’mod tajjeb, li l-gvernijiet

individwali ma kinux jagħmluhom tajjeb, li kieku ma kienx hemm “Brussell”.

Kull darba li xi pajjiż ma jkunx irid jikkoopera, imbagħad

jeżisti forma ta’ referee: il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. L-

imħallfin fil-Lussemburgu joffru medjazzjoni fil-kwistjonijiet

u jaqtgħu sentenza - pereżempju meta xi gvern jilmenta

kontra xi deċiżjonijiet tal-UE, jew meta l-Kummissjoni

Ewropea tiftaħ każ kontra xi Stat Membri għaliex ma jkunx

qiegħed iżomm mat-Trattati tal-UE. Huwa għalhekk li l-

kwistjoni fejn il-Pensjoni Maltija kien jitnaqqasilha l-ammont

tal-pensjoni tas-servizzi minn Stati Membri oħra, kienet spiċċat quddiem il-Qorti.

Peress li l-Istati Membri kollha tal-familja tal-UE huma

adulti, mela dawn jistgħu wkoll jiddivorzjaw. L-UE hija ġabra

libera ta’ Stati Ewropej u għalhekk kull Stat Membru huwa

liberu li meta jrid, jitlaq mill-UE (l-Artikolu 50). F’Ġunju 2016,

il-poplu Britanniku f’referendum iddeċieda li joħroġ mill-UE.

Jekk, kif mistenni, jseħħ dan il-ħruġ, il-Komunità se tkun

qiegħda titlef it-tielet l-akbar ekonomija tagħha, it-tieni l-

akbar kontributur kif ukoll pajjiż li għandu piż kbir

diplomatiku fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija se tispiċċa wkoll iżgħar u aktar dgħajfa.

Xi wħud qegħdin issa jitkellmu fuq kriżi ta’ eżistenza tal-UE.

Ma jidhirx li hu probabbli li titkisser l-unità tal-Ewropa.

Minħabba l-qagħda tiegħu bħala gżira, il-poplu Brittanniku

sa minn dejjem kellu sitwazzjoni partikolari fl-UE. Minn kif

jidhru li huma l-affarijiet bħalissa, ma jidhirx li se jkun hemm

xi numru ta’ Stati oħrajn li se jkunu qegħdin isegwu l-

eżempju Britanniku. Taħt l-influwenza tal-vot li ttieħed favur

il-Brexit, f’ċerti Stati tal-UE bħalma huma n-Netherlands u

Franza, qiegħed jinħass sentiment akbar favur l-UE. Il-

vantaġġi tas-suq komuni, tal-ivvjaġġar liberu u tal-

influwenza politika bħala għaqda ta’ stati bejn 27 pajjiż,

huma kbar ferm. Huwa madankollu wkoll minnu li l-UE, anki fil-futur, se tkompli tinbidel.

L-Artikolu 50 tat-Trattat tal-UE

Sit web tal-UE dwar il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea

Nitlewmu u nsibu s-soluzzjonijiet flimkien - hekk jiġri f’familja kbira

Page 8: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 8 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

Għal 70 sena għandna l-paċi, li tistrieħ fuq id-

demokrazija u l-istat tad-dritt. Permezz tal-valuri u

tal-istil ta’ ħajja tagħha, l-Ewropa titqies madwar id-

dinja bħala eżempju ta’ kif għandhom isiru r-riformi u t-tibdil demokratiku.

L-istorja tal-Unjoni Ewropea bdiet wara t-Tieni Gwerra

Dinjija, fis-sena 1951, permezz tal-Montanunion (il-

Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar). Fl-1957, jiġifieri 60

sena ilu, sitt Stati ffirmaw it-Trattati ta’ Ruma, li jitqiesu

bħala d-dokument ta’ bażi: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-

Belġju, il-Lussemburgu u n-Netherlands. L-għan kien, sa mill-

bidu nett, li jinġiebu 'l quddiem il-paċi u l-ġid ekonomiku fuq

il-kontinent - dan xi ftit jew wisq jinsab fil-ġeni tal-Unjoni. Il-

President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker

iddeskriviha b’dan il-mod: “Element essenzjali tal-istil ta’

ħajja Ewropew tagħna huwa l-valuri tagħna: Il-libertà, id-

demokrazija, l-istat tad-dritt. Valuri li kellna niġġieldu għalihom għal mijiet ta’ snin, bil-kliem u bl-armi.”

B’hekk, l-UE hija miftuħa għall-adeżjoni tal-pajjiżi

demokratiċi kollha tal-Ewropa. Permezz tal-ekonomija tas-

suq funzjonanti tagħha kif ukoll tad-demokraziji stabbli,

matul is-snin l-UE serviet qisha kalamita li ġibdet lejha

numru dejjem jikber ta’ Stati. L-Unjoni kibret minn sitta għal

28 pajjiż għalissa, u tinsab mifruxa mill-Atlantiku sal-Baħar

l-Iswed. Fiha llum jgħixu aktar minn 510 miljun ruħ.

Il-waqa’ tal-Purtiera tal-Ħadid fl-1989 għenet sabiex l-UE

tkun tista’ tegħleb il-qasma bejn il-Lvant u l-Punent. With the

exceptions of Malta and Cyprus, all the other countries which

joined in 2004 and 2007 were former communist countries

in Central and Eastern Europe Bl-eċċezzjoni ta’ Malta u Ċipru,

il-pajjiżi l-oħra kollha li ssieħbu fl-2004 u l-2007 kienu

pajjiżi eks komunisti fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant. L-UE

saħħet il-forzi demokratiċi u tat spinta 'l quddiem lit-tkabbir

ekonomiku. Fl-2013 il-Kroazja ssieħbet bħala t-28 Membru.

Meta r-Renju Unit - skont id-deċiżjoni meħuda fir-

referendum tal-2016 - toħroġ mill-UE, għall-ewwel darba l-UE jkollha Membru anqas - u din hija firda li tweġġa’.

Imma b’kuntrast ma’ dan hemm ħames kandidati oħra għall-

adeżjoni li qegħdin jittamaw li jsiru membri. Dawn huma fil-

biċċa l-kbira pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, l-Albanija, il-

Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja. Rigward l-adeżjoni tat-

Turkija, in-negozjati verament li għadhom għaddejjin, iżda l-

possibbiltà ta’ sħubija issa tidher li qegħda titbiegħed

minħabba n-nuqqasijiet fejn tidħol demokrazija. Permezz tal-

politika tagħna tal-viċinat, l-UE tagħti l-appoġġ tagħha għall-

istabbiltà, is-sigurtà u l-ġid ekonomiku, anki f’pajjiżi li jinsabu direttament barra mill-fruntieri esterni tagħha.

F’kull każ, l-UE għadha sservi ta’ eżempju għal ħafna reġjuni

madwar id-dinja. L-ebda kontinent ieħor ma qatt żviluppa

dawn it-tip ta’ forom ta’ ħidma flimkien. Flimkien aħna l-

akbar spazju ekonomiku fid-dinja, l-aktar wieħed

kummerċjali importanti għaċ-Ċina, kif ukoll għall-Istati Uniti.

Aħna l-akbar donatur fid-dinja ta’ għajnuna umanitarja u

ninvestu f’futur sostenibbli, fil-protezzjoni tal-klima u l-

prevenzjoni tal-kunflitti. “Id-dinja tal-lum tinħtieġ potenza li

fid-DNA tagħha għandha l-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti,”

tgħid dik li hi responsabbli mill-politika barranija tal-UE,

Federica Mogherini.

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tkabbir

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar pajjiżi li jistgħu

jsiru Membri tal-UE (bl-Ingliż)

Diskors minn Federica Mogherini f’Berlin fis-7.12.2016 (bl-Ingliż)

Il-valuri Ewropej jinsabu minquxa fil-ġeni tagħna: L-UE tispira lil oħrajn fid-dinja

Page 9: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 9 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

Trid li bħala ċittadin ikollok leħen li jinstema’ fl-UE?

Għal dan ma hemmx bżonn toqgħod tistenna l-

elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019.

Kulħadd jista’ jeżerċita xi influwenza permezz ta’

inizjattivi, suġġerimenti u lmenti.

Jekk inti jkollok xi kwistjoni għal qalbek u tkun tal-fehma li

dwarha għandu jkun hemm xi liġi Ewropea, inti tkun tista’

tinizjala “Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”. Sa mill-2012

teżisti din il-possibbiltà ġdida li wieħed ikun jista’ jinvolvi

ruħu lil hinn mill-elezzjonijiet u mill-partiti - u qiegħed ikun

hemm domanda qawwija għaliha. Minn dakinhar lil hawn

aktar minn ħames miljun ċittadin iffirmaw aktar minn 20 inizjattiva.

Dawk li jinizjawhom ikunu jridu jiġbru l-firem ta’ mill-anqas

miljun ċittadin minn sebgħa fost it-28 Stat Membru. B’dan,

dawn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni

Ewropea li tippreżenta proposti biex jitfassal att legali tal-UE.

Naturalment dan jista’ jiġri biss fil-każ ta’ materji li tkun

responsabbli għalihom il-Kummissjoni Ewropea. U għalkemm

ma jkunx hemm obbligu li jinbidlu l-liġijiet, lanqas fil-każ ta’

suċċess tal-inizjattiva, il-Kummissjoni tkun trid tiġġustifika sewwa l-mod kif tkun aġixxiet..

Sa issa kien hemm tliet inizjattivi taċ-ċittadin li rnexxew. Kien

hemm waħda dwar l-ilma bħala dritt tal-bniedem, dwar il-

protezzjoni tal-embrijuni kif ukoll waħda dwar projbizzjoni ta’

esperimenti fuq l-annimali. Bħalissa għaddejjin sitt inizjattivi

oħra, waħda biex jintrema anqas plastik fil-baħar, oħra

għall-protezzjoni taż-żwieġ u tal-familja kif ukoll oħra dwar projbizzjoni tal-pestiċida Glyphosat.

Fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet, il-Kummissjoni Ewropea

titlob l-ideat tal-pubbliku ħafna drabi minn qabel permezz ta’

konsultazzjoni. Nies privati, kumpaniji u għaqdiet jistgħu

b’hekk jikkontribwixxu permezz tal-għarfien espert tagħhom.

L-Ewropej jistgħu jiddiskutu mal-Kummissarji Ewropej fi

djalogi maċ-ċittadini madwar l-UE kollha, ħafna drabi anki

fuq Facebook. Kull ċittadin jista’ jibgħat petizzjoni lill-

Parlament Ewropew. L-Ombudsman Ewropew jilqa’ lmenti

dwar żbalji amministrattivi jew inkella ksur tal-liġijiet minn istituzzjonijiet tal-UE.

Ħafna ċittadini jidhrilhom li l-UE tbati minn defiċit

demokratiku. Bħala raġuni ta’ spiss jissemma li l-

Kummissjoni Ewropea, bħala korp eżekuttiv, mhix eletta

direttament mill-poplu. Minflok, il-Kummissarji jintgħażlu

mill-gvernijiet eletti tal-pajjiżi tagħhom u jkollhom seduta

quddiem il-Parlament Ewropew, li jikkonfermahom jew

iwaqqafhom. F’dan il-mument l-Ewropej akkwistaw aktar

drittijiet li jsemmgħu leħinhom. Fl-2014, fl-elezzjonijiet

għall-Parlament Ewropew, il-partiti Ewropej għall-ewwel

darba ppreżentaw kandidati ewlenin għall-kariga ta’

President tal-Kummissjoni. Għad-Demokristjani ħareġ Jean-

Claude Juncker, tal-Lussemburgu, u għas-Soċjaldemokratiċi

l-Ġermaniż Martin Schulz. L-eletturi kellhom il-possibbiltà

b’hekk li jkollhom sehem fl-għażla ta’ min għandu l-ogħla

responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika

tal-UE. Peress li l-Partit Popolari Ewropew, il-PPE, kiseb l-

akbar għadd ta’ voti, Juncker sar il-President il-ġdid tal-

Kummissjoni Ewropea. Dan l-iżvilupp ġab miegħu aktar

demokrazija fil-livell tal-UE, u għandu jirrepeti ruħu fl-elezzjonijiet tal-2019.

L-UE hija parti mid-demokrazija parlamentari tagħna. Id-

Direttivi u r-Regolamenti tal-UE ma jitfasslux minn

“Ewrokratiċi mhux eletti”. Il-Kummissjoni tipproponi liġijiet,

iżda d-deċiżjoni dwarhom tittieħed mill-Parlament Ewropew

u mill-gvernijiet eletti fil-Kunsill tal-Ministri. Jiġifieri l-ebda

liġi tal-UE ma ssir mingħajr is-sehem ta’ politiċi eletti minn

Malta.

Il-possibbilitajiet ta’ kif wieħed isemma’ leħnu fl-UE

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Il-konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea

Djalogu maċ-ċittadini tal-Kummissjoni Ewropea

L-elezzjonijiet Ewropej

L-UE tinkoraġġixxi s-sehem taċ-ċittadini fl-Ewropa

Page 10: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 10 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija bih

It-Torri Eiffel f’Pariġi, it-Tempji tal-Ġgantija fix-

Xagħra, u l-Vatikan f’Ruma - l-Ewropa għandha ħafna

postijiet uniċi x’toffri. Dawn jiġbdu aktar turisti lejha minn kwalunkwe postijiet oħra fid-dinja.

Anki fl-2016 inkiser rekord ieħor ta’ turiżmu fl-Ewropa - u

dan minkejja l-attentati terroristiċi u t-tħassib dwar is-

sigurtà. L-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu (UNWTO)

waslet għan-numru ta’ 620 miljun persuna li żaru l-Ewropa.

B’hekk, nofs il-1.2 biljun persuna li vvjaġġaw għall-btala jew

għan-negozju fid-dinja kellhom bħala destinazzjoni l-Ewropa,

jew qagħdu lejl wieħed fl-Ewropa. L-ebda kontinent ieħor ma

huwa maħbub daqshekk. Fit-tieni post, imma mbiegħed

ħafna, hemm ir-reġjun tal-Ażja u l-Paċifiku, li kien id-

destinazzjoni ta’ kwart fost il-vjaġġaturi (24 %), u warajh l-

Amerika b’16 %. Bħala raġuni għall-fatt li l-Ewropa hija

dejjem aktar popolari hemm li l-Ewro għandu valur tajjeb fil-

konfront tad-Dollaru Amerikan u muniti importanti oħra, biex b’hekk l-ivvjaġġar għan-nies li jiġu minn barra jkun irħas.

Malta sservi ta' ġibda speċjali għat-turisti. Il-wasliet

internazzjonali f’Malta żdiedu b’6% fl-2015. Meta wieħed

jikkunsidra l-għadd ta’ ljieli f’lukandi u f’akkomodazzjonijiet

iżgħar, il-Ġermanja tokkupa l-ewwel post, bi kważi 161

miljun wasla minn viżitaturi minn madwar id-dinja, fl-2015,

skont ċifri tal-uffiċċju statistiku, il-Eurostat. Fit-tieni post

hemm Franza b’157 miljun lejl, u warajha Spanja (114-il

miljun). Skont il-Eurostat, l-akbar ammont ta’ turisti minn

pajjiżi barra mill-Ewropea jiġu mill-Istati Uniti u mir-Russja.

Barra minn dan, l-Ewropa hija wkoll popolari ħafna wkoll

mal-Ewropej stess. Iċ-ċittadini jagħmlu tliet kwarti tal-

ivvjaġġar barra minn pajjiżhom lejn pajjiżi oħra tal-UE. Skont

il-Eurostat fl-2014 wieħed minn kull ħames vjaġġatur fl-UE kien ġej minn pajjiż mhux tal-UE.

It-turiżmu internazzjonali għall-Ewropa huwa mezz mill-

aqwa ta’ tkabbir ekonomiku. Skont il-UNWTO fl-2015 id-dħul

mit-turiżmu internazzjonali għall-Ewropa kien ta’ USD 451 biljun (li jikkorrispondi għal madwar EUR 428 biljun).

Aħbar mill-UNWTO tas-17.1.2017 (bl-Ingliż)

Rapport tal-UNWTO 2016 (bl-Ingliż)

L-istatistika tal-Eurostat dwar it-Turiżmu

L-Ewropea hija l-aktar reġjun fid-dinja popolari għall-vaganzi

Page 11: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 11 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Kollna kemm aħna nafu l-kisbiet tal-ekonomija tas-

suq soċjali: Il-ħaddiema fl-UE ma jistgħux jispiċċaw

barra t-triq mil-lum għall-għada. Nisa li jkunu qegħdin

jistennew tarbija jgawdu protezzjoni aħjar u l-

kumpaniji ma jistgħux jibnu kartelli bejniethom biex jiddettaw il-prezzijiet. Dan kollu huwa ggarantit.

It-Trattat ta’ Liżbona stabbilixxa li l-UE hija bbażata fuq il-

mudell ta’ ekonomija tas-suq soċjali li tkun kapaċi

tikkompeti. L-iskop aħħari huwa dak li jinkisbu l-ġib u li ma

jkunx hawn qgħad u fl-istess ħin li l-ħaddiema jkollhom

protezzjoni soċjali. Għal dan il-għan l-Istat jipparteċipa

b’mod attiv f’dak li jseħħ fl-ekonomija, pereżempju billi jieħu

passi għall-protezzjoni tal-konsumatur jew inkella fejn tidħol il-kompetizzjoni.

Matul id-deċenji, l-ekonomija tas-suq soċjali nfirxet u

stabbilixxiet ruħha madwar l-Ewropa. Huwa bis-saħħa

tagħha li kiber il-ġid għal partijiet mifruxa tas-soċjetà

apparti li dawn in-nies setgħu jserrħu moħħhom minn

sigurtà soċjali. Ħafna nies barra mill-Ewropa għalhekk

jassoċjaw il-kunċett tal-wegħda tal-ġid mal-kontinent tagħna.

Naturalment wieħed irid jibqa’ dejjem jinnegozja u jiġġieled

biex tinżamm l-ekonomija tas-suq soċjali. Eżempju ta’

bħalissa: Il-Kummissjoni Ewropea tieħu passi kontra t-

twaqqigħ tal-pagi u trid li l-ħaddiema mill-Ewropa tal-Lvant

li jaħdmu fl-irziezet jew fil-kostruzzjoni jitħallsu pagi ogħla.

(Riforma tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema). Sa

issa dawn il-ħaddiema kellhom dritt biss għall-paga minima

tal-pajjiż fejn ikunu qegħdin jaħdmu, iżda issa għandu

jkollhom dritt għall-istess benefiċċji u dħul speċjali bħall-

ħaddiema tal-pajjiż fejn qegħdin jaħdmu u wara sentejn

jilħqu l-istess livell. Xi kultant ikun hemm kritika dwar dan

ġejja mill-Ewropa tal-Lvant għaliex l-impriżi ta’ hemmhekk

iħallsu pagi aktar baxxi u jħossu li dan il-vantaġġ li

għandhom se jitilfuh. Iżda l-President tal-Kummissjoni

Ewropea Jean-Claude Juncker jinsisti iżda li: “Din hija

kwistjoni ta’ ġustizzja soċjali. L-Ewropa mhix il-Wild West, iżda hija ekonomija tas-suq soċjali.”

Ewropa aktar soċjali b’kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol, swieq

tax-xogħol li jiffunzjonaw tajjeb u djalogu soċjali qawwi

huma prijorità għal Juncker. L-UE tmexxi 'l quddiem il-

parteċipazzjoni tal-ħaddiema fit-tmexxija madwar l-Ewropa

kollha, tiggarantixxi l-protezzjoni tas-saħħa fil-post tax-

xogħol, tipproteġi lil dawk impjegati fuq xogħol part time u

tiggarantixxi standards minimi fejn jidħlu btajjel u l-ħin

liberu. Barra mit-twaqqigħ tal-pagi, il-Kummissjoni Ewropea

tiġġieled ukoll kontra l-evażjoni tat-taxxa, timpenja ruħha

favur politika Ewropea tas-suq u tippromwovi l-ħolqien ta’

impjiegi ġodda. Kisba tal-UE hija, barra minn dan, l-

istandards madwar l-Ewropea kollha fejn jidħol ir-

rikonoxximent ta’ Kwalifiki u Ċertifikati - permezz ta’ dan

kulħadd jista’ jsib xogħol aktar faċilment f’xi pajjiż ieħor tal-UE.

L-Artikolu 3 tat-Trattat ta’ Liżbona

Diskors mill-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14.09.2016

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

L-Ewropa mhix il-Wild West, iżda hija ekonomija tas-suq soċjali

Page 12: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 12 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja ħalliet marki profondi

Il-qgħad għadu mifrux l-aktar fl-Ewropa ta’ Isfel, u

ħafna pajjiżi għad għandhom dejn għoli. Il-

konsegwenza ta’ dan huwa li jkun hemm anqas

investiment. B’hekk, l-ekonomija tistaġna, u jiżdied il-

qgħad. Il-Kummissjoni Ewropea tiġġieled kontra dan:

permezz ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE kollha tal-politika ekonomija u tal-pjan favur l-investiment.

F’ħafna pajjiżi tal-UE l-kriżi kabbret ċerti problemi bażiċi u

kattret ċerti xejriet li diffiċli li jinżammu. Uriet ukoll kemm l-

ekonomiji tal-pajjiżi tal-UE jiddependu minn xulxin. Jekk ikun

hemm koordinazzjoni madwar l-UE kollha tal-politika

ekonomika, dan jista’ jkun ta’ għajnuna biex jiġu affaċċati

dawn il-problemi u biex ikun hemm aktar tkabbir u nies fl-

impjieg. Wara t-tagħlima li nkisbet mill-kriżi, il-Kummissjoni

kull sena toħroġ b’rakkomandazzjonijiet ta’ riforma speċifiċi

għal kull pajjiż, li jiġu integrati fl-ippjanar tal-politika ekonomika tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni Juncker kitbet mediċina oħra kontra l-kriżi: il-

”Pjan Juncker”, li nbeda fl-2014, u li huwa pjan ta’

investiment tal-UE. Permezz ta’ titjib tal-kundizzjonijiet

għall-investiment u ta’ programm ta’ garanzija, l-investiment

madwar l-UE kollha fi żmien tliet snin żdied bi EUR 315-il

biljun.

Il-prinċipju fil-bażi ta’ dan: L-UE tagħti l-krediti għall-

immodernizzar ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju jew inkella

għal proġetti kbar, li spiss ikunu jaqsmu l-fruntieri, bħalma

hu l-bini ta’ toroq, jew networks tad-dejtajew tal-enerġija. Il-

benefiċjarju idealment tkun impriża li tkun tixtieq tinvesti fil-

futur tagħha, iżda tkun qiegħda tbati biex tikseb il-flus

meħtieġa. L-UE tieħu f’idejha parti mir-riskju tal-investiment

- anki l-garanziji - b’mod li mbagħad l-investitur privat tkun faċli aktar li jikseb il-flus għall-proġett.

Kuntrarju għax-xettiċiżmu li kien hemm fil-bidu, l-

implimentazzjoni tal-Fondi Ewropej għall-Investiment

Strateġiku (FEIS) marret tajjeb. F’Jannar 2017 il-

finanzjamenti mill-FEIS kienu xprunaw diġà investimenti

addizzjonali ta’ EUR 168 biljun, li huwa aktar min-nofs tal-

kontribuzzjoni ppjanata. Aktar minn 100,000 persuna se

jkunu jistgħu jsibu mpjieg ġdid fil-qafas tal-proġetti diġà

approvati. Il-krediti b’imgħax baxx se jibbenefikaw minnhom aktar minn 380,000 impriża żgħar u ta’ daqs medju.

Anki f’Malta, fejn l-aċċess għal finanzjament żdied, jeżisti l-

bżonn ta’ flus mill-FEIS. Sa issa (sa Frar 2017), ġiet

awtorizzata tranżazzjoni waħda biss li tiswa EUR 6 miljun –

il-ftehim bejn il-Bank APS u l-Fond Ewropew tal-Investiment.

Il-ftehim se jgħin lill-SMEs Maltin innovattivi biex ikollhom

aċċess għal EUR 12-il miljun ta’ self ġdid.

Wara dan il-bilanċ intermedju pożittiv, il-pjan għandu

jitkabbar u jiġi estiż. Fi żmien sitt snin - jiġifieri sal-2020 - il-

FEIS għandha tixpruna mill-anqas EUR 500 biljun ta’

investiment addizzjonali, u sal-2022 saħansitra EUR 630

biljun. Il-konċentrazzjoni għandha issa tinxteħet fuq is-saħħa, l-edukazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti.

Fl-istess ħin is-suq intern tal-UE huwa minnu nnifsu

programm ta’ tkabbir ekonomiku enormi. Bil-kummerċ

mingħajr ostakli doganali li jaqsam il-fruntieri l-impriżi

jiffrankaw ħafna spejjeż u l-prodotti għall-konsumatur

jorħsu. Għall-impriżi huwa faċli li jinvestu f’pajjiżi oħra tal-

UE. Min jaħdem jista’ jmur ifittex f’liema pajjiż tal-UE jrid

jagħmel dan. Fl-aħħar deċenji dan kollu saħħaħ il-kapaċità

għall-kompetizzjoni, wassal għal tkabbir ekonomiku u ħoloq

il-ġid. B’hekk l-Unjoni Ewropea saret ukoll l-akbar spazju

ekonomiku fid-dinja, akbar saħansitra mill-Istati Uniti u miċ-Ċina.

Il-Pjan ta’ investiment tal-UE

Il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tas-Semestru Ewropew

L-UE tmexxi 'l quddiem il-ġid, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi

Page 13: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 13 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

Il-riġenerazzjoni tal-miżbliet tal-Magħtab u ta’ Wied

il-għajn, ir-rikostruzzjoni tat-toroq tax-Xlendi u ta’ Ta’

Pinu u ħafna proġetti oħra - dawn kollha kisbu

benefiċċji mill-għajnuniet finanzjarji Ewropej. Permezz

tal-Fondi Reġjonali u Strutturali, l-UE trid tara li r-

reġjuni ma jispiċċawx b’livelli ta’ żvilupp mbegħdin ħafna minn xulxin.

Reġjuni ifqar u oħrajn li huma milquta b’mod partikolari mill-

bidliet strutturali fl-UE jirċievu sostenn sabiex ikunu jistgħu

jżommu l-pass u ma jsofrux minn żvantaġġi marbuta mal-

post fejn ikunu jinsabu. L-UE tgħinhom għalhekk biex ma

jaqgħux lura. Il-fondi jgħinu lin-nies isibu x-xogħol u li

jkollhom ħajja aħjar fil-parti mill-belt jew fir-raħal fejn

jgħixu. Jingħata sostenn ukoll, apparti għall-iżvilupp urban u

għall-impjiegi, lill-agrikoltura u l-iżvilupp taż-żoni rurali kif ukoll lir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-politika reġjonali hija t-tieni l-akbar nefqa, wara dik fuq l-

agrikultura, fil-baġit tal-UE. Fil-perjodu finanzjarju 2014-

2020 hemm imwarrba EUR 351 biljun għar-reġjuni, li minnhom Malta se tirċievi kważi EUR 708 miljun.

Minħabba l-kriżi ekonomika, f’ħafna pajjiżi l-politika reġjonali

bħalissa għandha l-għan li jinħolqu postijiet tax-xogħol u

tkabbir ekonomiku, li tinġieb 'il quddiem id-diġitalizzazzjoni, li

jinbnew toroq u linji tal-ferrovija u li tittejjeb il-kwalità tal-

ħajja tan-nies. Għal kull proġett il-pajjiżi tal-UE jridu wkoll

joħorġu flus minn tagħhom, jiġifieri l-proġetti jkunu kofinanzjati permezz ta’ fondi pubbliċi tagħhom.

Kieku wieħed kellu jagħti ħarsa lejn l-investimenti li saru fil-

perjodu finanzjarju li għadda, dak ta’ bejn l-2007 u l-2013,

jidhru suċċessi ċari. Għal kull Ewro flus ta’ sostenn, fl-

ekonomija nħolqu tlett Ewro. Minn dan jibbenefikaw ukoll

pajjiżi li jikkontribwixxu aktar milli jirċievu fondi, peress li l-

impriżi jkunu jistgħu jbiegħu aktar prodotti u servizzi.

Spiss issir il-kritika li l-flus ta’ sostenn jispiċċaw jintużaw fir-

reġjuni biex jiffinanzjaw pontijiet li ma jintużaw qatt jew

f’ajruporti li l-ebda ajruplan qatt ma jinżel fihom. Dawn il-

każijiet seħħew tassew u għalhekk hemm il-Qorti Ewropea

tal-Awdituri biex iżżomm għajnejha fuqhom. Jekk meta jsir xi

kontroll jirriżulta li l-flus ikunu ntużaw ħażin, dawn ikunu jridu jitħallsu lura.

Il-Kummissjoni Ewropea dwar is-sostenn f'Malta

Il-Kummissjoni Ewropea dwar il-fondi għall-pajjiżi individwali

tal-UE

L-UE ssostni reġjuni żvantaġġati kif ukoll ir-riġenerazzjoni ekonomika

Page 14: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 14 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

Il-ġid ekonomiku fl-Unjoni Ewropea jistrieħ fuq

kummerċ dinji liberu u miftuħ Fl-UE biss hemm 31

miljun post tax-xogħol li jiddependi mill-esportazzjoni.

Dan ifisser wieħed minn kull seba’ post tax-xogħol fl-

Ewropa. Il-ftehimiet kummerċjali tagħna jqiegħdu l-

pedamenti għal relazzjonijiet kummerċjali ġusti ma’ partjiet oħra tad-dinja.

Il-ftehimiet kummerċjali jgħinu lill-impriżi jsibu swieq ġodda

fejn jistgħu jitbiegħu, b’mod li jżidu l-profitti u joħolqu

postijiet tax-xogħol - speċjalment f’pajjiż li tant jesporta bħal

ma hi l-Ġermanja. Anki l-konsumaturi jibbenefikaw minn dan.

Kemm jekk tkun komdu fuq is-sufan id-dar tfittex madwar

id-dinja għall-irħas prezzijiet ta’ prodotti diġitali, jew meta

tmur tfittex f’xi ċentru kummerċjali għal firxa kbira ta’

prodotti, dawn huma kisbiet li rridu niddefendu issa li

ninsabu ngħixu fi żmien meta l-protezzjoniżmu reġa’ beda

jqajjem rasu u jsir popolari. L-UE hija deċiża li żżomm mal-

politika tas-swieq miftuħa u li taħdem kontra x-xejra tal-

frammentazzjoni. Meta pereżempju l-Istati Uniti tirtira minn

xi ftehimiet kummerċjali multilaterali, mela l-Ewropa tista' tkun is-sieħeb il-ġdid.

Hemm ħafna gvernijiet li diġà talbu lill-UE biex tintensifika t-

taħdidiet dwar il-kummerċ liberu - l-aħħar wieħed il-Messiku.

Hemm ħafna konsegwenzi li wieħed għandu jaħseb

dwarhom. Skont il-previżjonijiet, 90 % tat-tkabbir ekonomiku

madwar id-dinja fl-10 snin jew il-15-il sena li ġejjin se jseħħ

barra mill-UE. Quddiem dan l-isfond il-ftehimiet kummerċjali

tal-UE ma’ pajjiżi terzi joffru opportunitajiet kbar ta’ negozju.

Huwa minnu wkoll, madankollu, li mhux il-fergħat kollha tan-

negozju jgawdu bl-istess mod mill-ftuħ tas-swieq. Meta

jintilfu l-postijiet tax-xogħol f’industriji li ma għadux

żmienhom ħafna drabi dan ikun pjuttost kawża tad-

diġitalizzazzjoni u tal-awtomatizzazzjoni li qegħdin jiżdiedu,

aktar milli minħabba l-kummerċ ħieles. Huwa hawnhekk li d-

dinja politika u ekonomika għandhom joħolqu alternattivi u possibbiltajiet oħra ta’ żvilupp.

Kuntrarju għal dak li ta’ spiss jingħad, ma humiex l-impriżi

multinazzjonali, iżda pjuttost l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju

li l-aktar jibbenefikaw mit-tneħħija tad-dazji u ostakli oħra

għall-kummerċ. L-impriżi normalment ikollhom ir-riżorsi biex

isibu rkaptu f’diversi swieq li jkollhom sistemi regolatorji

kkomplikati jew biex jistabbilixxu sistemi tagħhom stess

għall-bejgħ tal-prodotti tagħhom fil-pajjiżi fejn ikunu jridu

jagħmlu dan. L-impriżi ż-żgħar ma għandhomx ir-riżorsi biex

jagħmlu dan. Pereżempju l-ftehim kummerċjali mal-Korea

ta’ Isfel fetaħ bieb importanti għal impriżi żgħar Ġermaniżi

biex ikunu jistgħu jidħlu f’dan is-suq u l-valur tal-

esportazzjoni mill-Ġermanja lejn il-Korea t’Isfel żdied b’aktar minn 70 % għal EUR 17.9 biljun fis-sena.

Biex ikun hemm politika ta’ kummerċ soda hemm bżonn

ukoll ta’ strumenti ta’ protezzjoni tal-kummerċ, għaliex huwa

biss kummerċ ġust li jista’ jkun kummerċ liberu. Kontra t-

twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-pagi u kontra l-kompetizzjoni

inġusta minħabba investimenti tal-istati, l-UE għandha sett

ta’ strumenti, kumpatibbli mar-regoli tal-Organizzazzjoni

Dinjija tax-Xogħol, id-WTO, li hija timplimenta b’mod

determinat, pereżempju biex tiġġieled kontra t-twaqqigħ tal-

prezzijiet tal-ħadid u l-prodotti tal-ħadid miċ-Ċina. Il-pajjiżi li

qegħdin jiżviluppaw min-naħa tagħhom għandhom l-għażla

li jipproteġu l-agrikultura u l-impriżi agrikoli permezz ta’ dazji

fuq l-importazzjonijiet.

Fil-ħarifa tal-2015 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat l-

istrateġija l-ġdida dwar il-kummerċ għal kulħadd. Permezz

ta’ politika ta’ kummerċ ibbażata fuq il-valuri l-UE ssegwi l-

għan li tgħaqqad flimkien it-tkabbir ekonomiku b’ġustizzja

soċjali, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u n-normi fejn

jidħlu l-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-saħħa u tal-ambjent u

li jiġu promossi l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

Hawnhekk l-UE intensifikat id-djalogu mal-imsieħba

kummerċjali u tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-ġlieda kontra

l-korruzzjoni fi ftehimiet kummerċjali futuri. Barra minn dan,

hija tistabbilixxi n-normi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-

saħħa u tal-ambjent u ssostni sistema ta’ kummerċ ġusta u etika kif ukoll katini ta’ forniment responsabbli.

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kummerċ

L-UE tippromwovi kummerċ ġust ma’ partijiet oħra tad-dinja

Page 15: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 15 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

Il-ħajja tal-Ewro ma kinitx faċli: L-ewwelnett fil-

Ġermanja kien tlaqqam “Teuro” (kelma li bil-Ġermaniż

tagħti l-impressjoni li minħabba fih għolew il-

prezzijiet), imbagħad intuża fl-isem tal-kriżi tad-djun

li laqtet lil diversi pajjiżi. Imma huwa joffri ħafna

vantaġġi prattiċi liċ-ċittadini. Barra minn dan, l-Ewro

huwa munita stabbli u tiġi protetta mill-gvernijiet Ewropej.

Iva, madwar il-munita Ewro kien hemm kontroversji sa minn

mindu twieldet. Madankollu għadha żagħżugħa: Il-munita

komuni ddaħħlet fl-1999 u sabet postha fil-kartiera taċ-

ċittadini sa mill-2002. Għall-ewwel darba f’1,500 sena l-

istess munita hija valuta legali mill-Baħar Mediterran sa dak

Baltiku. Madwar 338 miljun Ewropew kuljum iħallsu b’din il-

munita komuni, li tintuża f’19 mit-28 Stati Membri. Għall-

Ewropej l-Ewro għamlet l-ivvjaġġar aktar faċli, għaliex ma

għandhomx bżonn aktar isarrfu l-flus. Kull sena dan ifisser li

jiġu ffrankati aktar minn EUR 30 biljun f’tariffi ta’

konverżjoni. Peress li l-prezzijiet ta’ prodotti f’pajjiżi barranin

jistgħu jitqabblu direttament, ħafna prodotti spiċċaw li saru

orħos għall-konsumaturi.

Wara li daħal l-użu tal-Ewro saret il-kritika li minħabba fih

għolew il-prezzijiet.

L-Ewro hija munita stabbli. Imqabbel mal-10 snin ta’ qabel

iddaħħlet l-Ewro, l-inflazzjoni naqset b’mod sinifikanti. Fl-20

sena qabel ma ddaħħlet l-Ewro (bejn l-1979 u l-1998), il-

prezzijiet kienu qegħdin jogħlew bir-rata ta’ 2.89 %. Wara li

daħlet l-Ewro, f’Malta l-inflazzjoni bejn l-2008 u l-2016

kienet f’medja ta’ 2 %. Anki fil-pajjiżi tal-Ewro fit-totalità

tagħhom l-inflazzjoni bejn l-2010 u l-2016 kienet f’medja

ta’ 1.26 %.

Lil hinn miż-żmien tal-kriżi, ir-rata tal-kambju tiegħu

baqgħet stabbli b’mod notevoli. Kieku ma kienx hemm l-Ewro

fi żmien il-kriżi, kieku l-Ewropa, bħal ma kien il-każ fil-bidu

tas-snin 90, kien ikollha tħabbat wiċċha ma’ varjazzjonijiet

kbar fil-valuri tal-muniti, u b’rati tal-imgħax dejjem jiżdiedu.

Meta noqogħdu nfakkru f’dawk li suppost kienu ż-żminijiet

is-sbieħ tal-passat spiss ninsew li l-Ewropa qabel ma kien

hemm l-Ewro kienet darba wara l-oħra milquta minn kriżijiet tal-muniti fost affarijiet oħra.

L-Ewro stabbilixxiet ruħha bħala t-tieni munita ta’ riżerva

fid-dinja, wara d-dollaru. B’hekk l-Ewro tagħti lill-pajjiżi taż-

Żona tal-Ewro kif ukoll lill-UE kollha kemm hi aktar piż

politiku u ekonomiku fix-xena internazzjonali. Anki dawk li

jħallsu t-taxxi jibbenefikaw mill-munita unika. L-Istati taż-

Żona tal-Ewro, skont il-kalkoli tal-Kummissjoni Ewropea,

iffrankaw fl-2016 madwar EUR 50 biljun f’imgħaxijiet - bis-

saħħa tal-politika ta’ imgħax baxx tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Madankollu l-Ewro twieldet b’difett, peress li ma kienx hemm

politika komuni dwar il-baġit u dwar l-ekonomija. Dak iż-

żmien ma kienx possibbli li l-pajjiżi jiċħdu d-drittijiet sovrani

nazzjonali tagħhom. Il-politika baġitarja irresponsabbli ta’ xi

gvernijiet kienet waħda mir-raġunijiet tal-kriżi li faqqgħet

sussegwentement. Raġuni oħra kienet minħabba d-dejn

privat li żbroffa f’pajjiżi bħalma huma l-Irlanda u Spanja. Fl-

2010 ntilef il-kontroll fuq id-dejn pubbliku fil-Greċja,

imbagħad il-kriżi laqtet lill-Irlanda, lill-Portgall, lil Spanja u lil Ċipru.

B’reazzjoni għal dan il-gvernijiet Ewropew urew solidarjetà

liema bħala u ħolqu xibka ta’ sigurtà għall-pajjiżi tal-Ewro li

kienu jinsabu fi kriżi, fil-forma tal-Fondi ta’ kreditu ta’

emerġenza, l-EFSF u aktar tard il-Mekkaniżmu Ewropew tal-

Istabbiltà. Min-naħa tagħhom, il-pajjiżi milquta mill-kriżi

impenjaw ruħhom li jagħmlu riformi fundamentali. B’hekk

ġiet evitata “Grexit”, il-ħruġ tal-Greċja miż-Żona tal-Ewro

minħabba li kieku dan seħħ, kienet tintilef il-fiduċja li l-Ewro setgħet qatt terġa’ tieħu r-ruħ.

Anki għall-pajjiżi milquta mill-kriżi, Ewro b’saħħitha għandha

vantaġġ kbir: Hija timblokka t-triq l-aktar faċli. Huma ma

jistgħux isolvu ta’ malajr il-problemi maħluqa minnhom

stess billi jbaxxu l-valur tal-munita tagħhom. Minflok, bl-

Ewro ikunu obbligati li jaffaċċjaw tassew il-problemi

tagħhom. Ikollhom isiru aktar kompetittivi minflok ma

joqogħdu jsolvu ta’ malajr xi sintomi billi jbagħbsu l-valur

tal-munita. Dan kollu jweġġa’, iżda jfejjaq.

Il-pajjiżi tal-Ewro b’hekk raw kif għamlu biex isewwu d-difett

li bih twieldet l-Ewro. Bejn l-2011 u l-2013 l-UE għamlet

regoli ġodda, aktar stretti għall-Kontroll tad-dejn tal-istat u

d-defiċits fil-baġit - sabiex jiġi garantit li l-ebda gvern ma

jgħix lil hinn mill-possibbiltajiet tiegħu. B’hekk ġie msaħħaħ

il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. B’hekk kull pajjiż irid

jippreżenta lil Brussell il-baġit tiegħu u meta jwettaq xi ksur

ikollu jaffaċċja sanzjonijiet qawwija. Il-politika ekonomika qiegħda tiġi kkoordinata b’mod aktar mill-qrib.

L-Ewro huwa munita stabbli u toffri ħafna vantaġġi

Page 16: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 16 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

Inkisbu ċerti riżultati: Filwaqt li fl-2009 id-defiċits fil-baġit

fiż-Żona tal-Ewro kienu għadhom bħala medja fil-livell ta’

6.3 %, illum dawn huma fil-livell ta’ anqas minn 2 %. L-

irkupru ekonomiku issa daħal fil-ħames sena, u l-qgħad

jinsab nieżel. Permezz tad-dixxiplina bis-saħħa tal-munita

unika, id-dejn pubbliku fiż-Żona tal-Ewro nżamm taħt

kontroll, filwaqt li pereżempju fl-Istati Uniti u l-Ġapan dan jinsab dejjem jikber. Għalhekk l-Ewro tiswa!

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Ewro

Page 17: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 17 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tieni Parti: L-UE ssaħħaħ l-ekonomija u toħloq il-ġid

Il-politika agrikola komuni Ewropea twaqqfet

parzjalment abbażi tal-memorja tal-faqar u l-ġuħ ta’

wara l-gwerra. Meta bdiet il-politika agrikola tal-UE

fl-1962, b’sitt pajjiżi, l-għan kien li jinkisbu rendimenti

ogħla b’aktar teknoloġija u effiċjenza. Sal-lum, l-

objettiv ewlieni tal-politika agrikola hija l-provvista

sikura lill-popolazzjoni min-naħa tal-bdiewa. Matul iż-

żmien, inħolqu prijoritajiet ġodda. B’mod partikolari:

aktar sostenibbiltà u l-preservazzjoni tal-azjendi

agrikoli żgħar f’żoni rurali.

L-UE tappoġġa lill-bdiewa tagħha fuq skala kbira: Bħalissa,

total ta’ 40 % tal-baġit tal-UE, jiġifieri madwar EUR 60 biljun

fis-sena jintefqu għall-agrikoltura. Dan jikkorrispondi għal

medja ta’ EUR 112 għal kull ċittadin tal-UE fis-sena. Mill-

2014 sal-2020, Malta tirċievi EUR 130 miljun kull sena bħala

appoġġ għall-agrikoltura. Madwar EUR 5 miljun fis-sena

jikkonsistu f’pagamenti diretti lill-bdiewa.

Fil-Ġermanja, kull bidwi jirċievi appoġġ finanzjarju. Dawn il-

pagamenti jirrappreżentaw fattur neċessarju għall-introjtu

tal-irziezet u huma ta’ importanza kbira kemm għall-

eżistenza nnifisha tal-azjendi agrikoli żgħar u ta’ daqs medju

kif ukoll għall-agrikoltura fir-reġjuni żvantaġġati.

Id-dibattitu dwar riforma ulterjuri tal-politika agrikola fil-

perjodu tas-sussidju il-ġdid, li jibda fl-2020, diġà għaddej

b’ritmu tajjeb u l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm

ippubblikat dokument ta’ konsultazzjoni dwar dan. Skont il-

kritiċi fis-settur agrikolu ftit li xejn isir f’dak li jirrigwarda t-

tibdil fil-klima u l-preservazzjoni tal-bijodiversità. Ir-regoli

tal-ekokundizzjonalità (l-hekk imsejħa “ekoloġizzazzjoni”), li

ġew stabbiliti fl-aħħar riforma fl-2013 milli jidher għadhom ma wasslux għal riżultati suffiċjenti għall-ambjent.

Madankollu, minn dak iż-żmien 'l hawn, terz tal-pagamenti

diretti kollha għall-bdiewa diġà ġew soġġetti għar-rekwiżiti

tal-ambjent. Kwistjoni oħra li sikwit tqajjem kritika

tirrigwarda l-esportazzjonijiet agrikoli lejn pajjiżi oħra. Iżda

ta’ spiss ma jiġix ikkunsidrat il-fatt: li s-sussidji tal-

esportazzjoni tal-UE għall-prodotti agrikoli ma għadhomx

jeżistu. Bejn l-1991 u l-2012, dawn tnaqqsu minn EUR 5

biljun għal inqas minn EUR 150 miljun fis-sena u sadattant

tneħħew totalment.

Meta fl-2015 ir-Russja imponiet projbizzjoni tal-

importazzjoni fuq il-prodotti agrikoli tal-UE, il-Kummissjoni

Ewropea mmobbilizzat EUR 1 biljun biex tgħin il-bdiewa fis-

setturi tal-ħalib, il-frott u l-laħam tal-majjal. Jean-Claude

Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qal: “Mhux

beħsiebni naċċetta li l-ħalib jiswa anqas mill-ilma.” Huwa

wiegħed lill-bdiewa li: “Il-Kummissjoni dejjem se tappoġġa

lill-bdiewa tagħna.”

Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK)

u l-agrikoltura fl-Ewropa

Diskors mill-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14

ta’ Settembru 2016

L-Ewropa tappoġġa lill-bdiewa tagħha

Page 18: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 18 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Kemm jekk skrins, lifts jew inkella trakkijiet, il-

Kummissjoni Ewropea timponi, fuq bażi regolari, multi

għoljin fuq kumpaniji Ewropej u internazzjonali, li

jiffissaw il-prezzijiet għal prodotti bħal dawn jew

jimmanipulaw is-suq. Minħabba li dan iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni ħielsa, u huwa pprojbit..

Il-Kummissjoni Ewropea hija l-ogħla awtorità kontra l-kartelli

fis-suq intern komuni. Għaldaqstant hija tiżgura li l-

kompetizzjoni tabilħaqq qed titħaddem b’mod tajjeb. B’hekk,

tiżgura li l-kompetituri ma jiffissawx bejniethom il-prezzijiet

u jżommuhom għoljin b’mod artifiċjali jew jaqsmu

bejniethom is-swieq fl-Ewropa. Barra minn hekk, huwa

projbit li kumpaniji kbar jisfruttaw il-pożizzjoni ta’ tmexxija

tagħhom fis-suq biex ifixklu l-kompetizzjoni. Dan għaliex aġir

bħal dan jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jagħmel ħsara lill-konsumaturi.

Fil-każ li jkun hemm rapporti jew ilmenti, il-Kummissjoni

Ewropa tagħti bidu għal investigazzjonijiet tal-antitrust. Biex

tagħmel dan hija għandha setgħat estensivi, pereżempju

tista’ tordna investigazzjonijiet fil-post fil-kumpaniji

ikkonċernati. Jekk l-allegazzjonijiet jiġu ssostanzjati, l-

awtoritajiet tal-UE jistgħu jimponu multa sostanzjali lill-kumpanija ta’ sa 10 % tal-fatturat annwali.

Dan iseħħ pjuttost ta’ spiss. L-eżempji li ġejjin ittieħdu mil-

lista tal-ogħla multi: Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea

imponiet multa rekord ta’ EUR 2.93 biljun kontra kartell ta’

trakkijiet. MAN, Volvo/Renault, Daimler, Iveco u DAF kienu

ilhom aktar minn 14-il sena jiffissaw il-prezzijiet tal-bejgħ

ta’ trakkijiet u jgħaddu l-ispejjeż marbutin mal-konformità

ma’ regoli l-aktar stretti rigward emissjonijiet lill-

konsumaturi tagħhom b’mod ikkoordinat. Fl-2012, il-

Kummissjoni Ewropea imponiet multa ta’ EUR 1.4 biljun fuq

il-produtturi ewlenin ta’ skrins tat-televiżjoni u l-kompjuters.

Fl-2013 diversi banek kellhom iħallsu madwar EUR 824

miljun minħabba l-manipulazzjoni ta’ rati ta’ interess, fost

oħrajn ir-rata ta’ Libor. Fl-2007, il-Kummissjoni Ewropea

imponiet multa rigward “il-kartell tal-lifts”. Bejn l-1995 u l-

2004, kumpaniji ewlenin qasmu s-suq fil-Ġermanja, il-Belġju,

il-Lussemburgu u n-Netherlands, u qablu min kellu jingħata

kuntratt.

Il-multi għall-każijiet ta’ kartelli jiġu ttrasferiti fil-baġit tal-

UE u jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-kontribwenti. Barra minn

hekk, min iġarrab ħsara minħabba kartell jista’ jitlob kumpens ukoll.

Anki kumpaniji kbar barranin, li huma attivi fis-suq Ewropew

iridu jirrispettaw ir-regoli. Pereżempju l-Kummissjoni ħadet

azzjoni kontra l-kumpanija Amerikana Microsoft diversi drabi

u fl-2009 talbitha biex tiffaċilita l-aċċess għal web browsers

oħrajn minbarra l-Internet Explorer intern tagħha. L-istess

jgħodd għall-kumpanija kbira Google. L-Awtoritajiet tal-UE

bħalissa qed jeżaminaw l-allegazzjoni li l-provveditur tal-

magni tat-tiftix jimmanipula r-riżultati tat-tiftix sabiex

jiffavorixxi s-servizzi tiegħu stess bħal Google Shopping għax-xiri.

Skeda informattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika tal-antitrust (bl-Ingliż)

Skeda informattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar ftehimiet

antikompetittivi

It-Tielet Parti: Kompetizzjoni ggarantita u kontroll tal-kumpaniji bis-saħħa tal-UE

Minn skrins sa trakkijiet: L-UE tieħu azzjoni kontra l-kartelli

Page 19: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 19 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tielet Parti: Kompetizzjoni ggarantita u kontroll tal-kumpaniji bis-saħħa tal-UE

Evażjoni tat-taxxa, evitar tat-taxxa u rifuġji fiskali:

ħafna kumpaniji huma inġenjużi ħafna, meta wieħed

jiġi biex jiffranka l-flus billi jevita t-taxxa. Huwa

stmat li l-Istati tal-UE jitilfu madwar EUR 1 biljun kull

sena minħabba evitar tat-taxxa legali u illegali. L-

Ewropa imxiet 'il quddiem ħafna fl-aħħar snin fil-

ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Il-każ tal-Apple juri

li permezz ta’ azzjoni konġunta, l-UE tista’ tikseb riżultati pożittivi.

L-UE tkompli b’determinazzjoni l-azzjonijiet tagħha fil-ġlieda

kontra l-evażjoni tat-taxxa, minħabba li ħafna kumpaniji

kbar fl-Ewropa għadhom jieħdu vantaġġ minn lakuni tat-

taxxa. Xi Stati Membri jattiraw kumpaniji kbar lejn il-pajjiż

saħansitra għad-detriment tal-kontribwenti. Pajjiż wieħed

waħdu mhux se jikseb riżultati, jekk jieħu azzjoni kontra dan

waħdu. L-UE tipprovdi għodod ta’ appoġġ lill-Istati Membri

biex jiġu megħjuna biex ikunu jistgħu jiġġieldu kontra l-evażjoni tat-taxxa b’mod aktar effikaċi.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tissorvelja l-għadd kbir ta’

ftehimiet fiskali li l-Istati tal-UE għandhom ma’ kumpaniji

kbar, billi tuża l-liġijiet tal-għajnuna mill-Istat. F’Awwissu

2016, il-Kummissjoni Ewropea obbligat lill-Irlanda biex titlob

lura madwar EUR 13-il biljun ta’ taxxi mhux imħallsa mill-kumpanija tal-iPhone Apple.

Skont il-President tal-Kummissjoni Juncker, l-għan huwa li

“kull kumpanija, kemm jekk hija kbira jew żgħira, trid tħallas

it-taxxi tagħha fejn tagħmel il-profitti.” Dan jgħodd ukoll

għal kumpaniji kbar bħal Apple. “Fl-Ewropa ma naċċettawx li

kumpaniji b’saħħithom jirċievu trattament sigriet illegali

rigward it-taxxi tagħhom.” Speċjalment minħabba li f’dawn

iż-żminijiet ta’ awsterità, l-Istati ma għandhomx dan id-dħul

għall-isptarijiet jew l-iskejjel. Dan huwa l-aspett soċjali tal-

liġi tal-kompetizzjoni, “U l-Ewropa tirrappreżenta dan ukoll,” enfasizza l-President Juncker.

Juncker iħalli f’idejn Margrethe Vestager, il-Kummissarju

għall-Kompetizzjoni, biex tittratta b’mod liberu ftehimiet

fiskali li jistgħu jkunu projbiti, pereżempju bħall-kumpaniji

Amazon u McDonalds, anki f’pajjiżu stess, il-Lussemburgu. Ir-

ritmu l-ġdid fid-dibattitu pubbliku u politiku ħeġġeġ ukoll lill-

Kummissjoni biex tagħmel tentattiv ieħor li jwassal għal

riforma sinifikanti tat-tassazzjoni tal-kumpaniji fl-UE. Bażi

komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva għandha tiżgura

li l-kumpaniji ma jiddikjarawx b’mod artifiċjali anqas profitti

jew jittrasferixxuhom lejn pajjiżi oħrajn tal-UE biex inaqqsu l-

piż tat-taxxa tagħhom. Minn din is-sena, bl-użu tar-rappurtar

għal kull pajjiż, li diġà ġie adottat mill-UE, il-kumpaniji kbar

iridu jiddikjaraw kemm iħallsu taxxa u f’liema pajjiż lill-awtoritajiet tat-taxxa.

Leġiżlazzjoni tat-taxxa fil-livell tal-UE jibqa’ proċess diffiċli

għar-raġuni li d-deċiżjonijiet tal-politika tat-tassazzjoni jridu jittieħdu b’mod unanimu mill-Istati Membri.

L-aġenda tal-UE dwar it-tassazzjoni

Skeda informattiva tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-pjan ta’ azzjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva

Diskors mill-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta’ Settembru 2016

Il-ġlieda Ewropea favur tassazzjoni ġusta

Page 20: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 20 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tielet Parti: Kompetizzjoni ggarantita u kontroll tal-kumpaniji bis-saħħa tal-UE

Matul il-kriżi finanzjarja, il-banek kważi wasslu l-

Ewropa kważi fil-qiegħ. L-UE ħadet it-tagħlimiet u

stabbilixxiet unjoni bankarja, ibbażata fuq tliet

pilastri, biex tagħmel l-istituzzjonijiet aktar sikuri u tipproteġi lil dawk li jfaddlu u lill-kontribwenti.

Il-biża’ li nħolqot fl-2012 ta’ kollass tal-unjoni monetarja,

wasslet lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi l-Unjoni

Bankarja Ewropea, li l-għan ewlieni tagħha kien li jiġi evitat li

l-membri u l-kontributuri tat-taxxa jkollhom jintervjenu f’każ

li l-banek ikunu qed jiffaċċjaw problemi. F’każijiet ta’

emerġenza, jinħtieġ li jintervjenu s-sidien tal-banek u l-

kredituri u jekk dan ma jkunx biżżejjed, jintuża s-settur kollu permezz ta’ imposti bankarji li jitħallsu bil-quddiem.

Pilastru importanti tal-unjoni bankarja huwa l-awtorità

bankarja Ewropea (EBA), li timmonitorja ċentralment 130

istituzzjoni finanzjarja ewlenin fiż-Żona tal-Ewro biex jiġi

żgurat li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nazzjonali ma jagħlqux

għajnejhom, kif kien kultant il-każ fil-passat. Ir-

responsabilità għas-sorveljanza hija f’idejn il-Bank Ċentrali

Ewropew (BĊE). Sadattant dan qed jiffunzjona tajjeb, u skont

id-dejta tal-BĊE, il-banek Ewropej huma stabbli, kif jintwera

bl-aktar test riċenti tal-istress, li sar mill- EBA. Taħt il-

pressjoni tal-UE, il-banek tejbu l-kapitalizzazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti.

It-tieni pilastru tal-unjoni bankarja huwa r-regoli l-ġodda

dwar ir-riżoluzzjoni bankarja. Fil-każ li bank ifalli, jiġi stralċat

ċentralment mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE skont għadd

ta’ regoli preċiżi, u mingħajr ma jinħoloq paniku. Mhuwiex

meħtieġ li l-Istat jintervjeni, minħabba li l-azzjonisti u l-

kredituri tal-bank għandhom jieħdu azzjoni l-ewwel u jekk

dan ma jkunx biżżejjed, is-settur kollu jkun. It-tielet pilastru li

jifforma b’mod sħiħ l-unjoni bankarja jinkludi l-protezzjoni

komuni tad-depożiti, li hija garanzija għad-depożiti tal-

klijenti f’każ bank ifalli. Fl-UE, id-depożiti tat-tfaddil sa EUR

100,000 jiġu ggarantiti, iżda minn fondi nazzjonali. Sistema

Ewropea ta’ protezzjoni tad-depożiti għadha qed tiġi diskussa u għad trid tiġi stabbilita.

Ir-rekwiżiti l-ġodda żiedu kemm is-sikurezza fil-banek fl-

Ewropa kif ukoll ir-reżiljenza tas-settur finanzjarju Ewropew.

Anki fil-każ tar-rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja tal-bank

Taljan Monte dei Paschi min-naħa tal-Istat, il-Kummissjoni

se tiżgura li jiġu applikati r-regoli tal-unjoni bankarja u l-

piżijiet jinqasmu bl-istess mod bejn l-azzjonisti u l-kredituri (bail-in).

Is-sit web tal-Unjoni Bankarja tal-Kummissjoni Ewropea (bl-

Ingliż)

Skeda informattiva dwar l-Unjoni Bankarja tal-Parlament Ewropew

Il-banek taħt kontroll bis-saħħa tal-UE

Page 21: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 21 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Fil-każ li t-titjira jkollha bbukkjar żejjed jew tiġi

kkanċellata, jew jekk il-bagalja tintilef, il-passiġġier

huwa intitolat għal kumpens finanzjarju. Dan jiġi

żgurat permezz tar-regoli komuni tal-UE. L-istess

prinċipju japplika fil-każ ta’ vjaġġi bil-ferrovija.

F’Ewropa mingħajr fruntieri, aktar u aktar nies qed

jivvjaġġaw, speċjalment bl-ajru. Fil-passat, meta kien ikun

hemm problemi marbutin mat-titjira, il-passiġġieri kienu

jbatu. L-UE ddeċidiet li tittratta din is-sitwazzjoni: u fl-2005,

adottat Regolament, li jintroduċi għadd ta’ drittijiet għall-

passiġġieri kollha ta’ titjiriet skedati u charter li jitilqu minn ajruport fl-UE jew ikollhom destinazzjoni fl-UE.

Pereżempju, jekk titjira tkun posposta għall-ġurnata ta’ wara,

il-kumpanija tal-ajru normalment trid tħallas l-

akkomodazzjoni ta’ lejl f’lukanda. F’każ li jkun hemm

dewmien konsiderevoli fil-wasla tat-titjira, tiġi kkanċellata

b’avviż qasir, jew ikun hemm ibbukkjar żejjed, il-passiġġier

għandu dritt għal kumpens finanzjarju. L-ammont ta’ flus

jiddependi fuq ir-rotta: il-passiġġier jirċievi EUR 250, EUR

400 jew EUR 600, skont id-distanza. Madankollu, dan

japplika biss f’każijiet ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali bħal maltemp jew strajk tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru.

F’każ li titjira tkun ikkanċellata, il-passiġġieri jistgħu jitolbu

rimborż tal-biljett tal-ajru. Bl-istess mod, f’każ li l-bagalja

tintilef jew issirilha l-ħsara, il-kumpanija tal-ajru trid tikkumpensa għall-ħsara.

Madankollu, il-flus ma jingħatawx awtomatikament, iżda l-

ewwel il-passiġġier irid jitlob għall-kumpens għall-ħsara mil-

linja tal-ajru. Fil-każ li l-linja tal-ajru tirrifjuta li tagħmel dan,

il-passiġġier jista’ jagħmel ilment lill-awtoritajiet tal-

avjazzjoni nazzjonali kkonċernati, li f’Malta hija l-MCCAA (l-

Awtorità ta’ Malta tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-

Konsumatur). F’każ ta’ tilwima, il-passiġġier jista’ jikkuntattja

lill-Korp ta’ Konċiljazzjoni taċ-Ċentru Ewropew tal-

Konsumaturi.

Bl-introduzzjoni tar-Regolament tal-UE li jirregola d-drittijiet

tal-vjaġġaturi bil-ferrovija fl-2007, l-UE tejbet ukoll il-

protezzjoni tal-konsumaturi għall-vjaġġaturi bil-ferrovija fl-

Ewropa kollha. F’każ ta’ dewmien, kanċellazzjoni tal-ferrovija

u f’każ ta’ inċident, il-passiġġieri jirċievu kumpens, kemm

jekk ikunu rotot nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Fil-każ li

l-ferrovija tkun aktar minn 60 minuta tard, il-passiġġieri

jirċievu 25 % tal-prezz tal-biljett, li jitla’ għal nofs il-prezz tal-biljett, jekk il-ferrovija tkun aktar minn 120 minuta tard.

F’każ li jiġi previst dewmien ta’ anqas minn 60 minuta, il-

passiġġieri jkollhom l-għażla, li jew jirċievu rimborż tal-prezz

tal-biljett jew jitolbu li jiġu diretti sad-destinazzjoni tagħhom

bla ħlas permezz ta’ ferrovija oħra jew bil-karozza tal-linja.

Billejl il-passiġġieri għandhom id-dritt li jċemplu għal taxi u

jirċievu rimborż sa massimu ta’ EUR 80. Fil-każ li jkun

meħtieġ li joqogħdu lejl f’post ta’ akkomodazzjoni, minħabba

l-kanċellazzjoni, il-kumpanija ferrovjarja tħallas għall-ispejjeż.

Japplikaw l-istess regoli għall-karozzi tal-linja u l-vapuri.

Informazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

Ir-Regolament tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

Ir-Regolament tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-

ferroviji

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi

Aktar drittijiet għal min jivvjaġġa bl-ajru u bil-ferroviji bis-saħħa tal-UE

Page 22: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 22 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi

Tazza waħda żejda tal-alkoħol, ħarsa ta’ malajr fuq

it-telefown ċellulari jew tagħfas iżżejjed fuq il-pedala

tal-aċċelleratur biss u jseħħ inċident. Għalkemm l-

għadd ta’ mwiet minħabba inċidenti tat-traffiku

naqas fl-Ewropa, l-UE trid tkompli taħdem aktar.

Regoli stretti fl-Ewropa kollha għandhom inaqqsu l-

vizzju ta’ veloċità eċċessiva.

L-Unjoni Ewropea qed tħares lejn objettiv ambizzjuż: sal-

2020 trid tnaqqas l-għadd ta’ mwiet minħabba inċidenti tat-

traffiku bin-nofs meta mqabbel mal-2010. F’dan ir-rigward

diġà kien hemm riżultati pożittivi: skont rapport tal-UE, il-

persuni li tilfu ħajjithom fit-toroq Ewropej, naqas minn

54,000 fl-2001 għal 31,500 fl-2010 u kompla jonqos aktar għal 26,000 fl-2015.

Billi tintroduċi regoli fuq livell Ewropew, l-UE hija deċiża li

ssaħħaħ is-sikurezza fit-toroq fl-Istati Membri kollha. Is-

sewqan eċċessiv huwa ta’ spiss il-kawża tal-inċidenti. Sabiex

is-sewwieqa li jeċċedu l-limitu tal-veloċità jiġu ssanzjonati, l-

UE qed tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li jiġu infurzati l-

multi tal-veloċità fuq livell Ewropew. Pereżempju, persuna li

tkun għal btala fl-Italja, u tinqabad permezz tal-kamera tal-

veloċità li qabżet il-limitu, tintbagħtilha l-multa f’pajjiżha. L-

awtoritajiet issa għandhom sistema li permezz tagħha jkunu

jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni rigward il-multi tal-

veloċità. Għalkemm is-sistema mhux dejjem taħdem

perfettament, skont il-Kummissjoni Ewropea, l-għadd ta’

reati tat-traffiku infurzati fuq livell transfruntier, bħal

sewqan eċċessiv, in-nuqqas ta’ waqfien meta jkun hemm id-

dawl aħmar tat-traffiku u sewqan mingħajr ċinturin tas-

sikurezza, bejn l-2013 u l-2015 żdied erba’ darbiet aktar.

Barra minn hekk, l-UE tappoġġa wkoll lill-Istati Membri biex

iżommu t-toroq f’kundizzjoni tajba. Il-Kummissjoni Ewropea

tippromwovi wkoll azzjonijiet biex jitqajjem għarfien dwar il-

perikli għas-sewwieqa. L-inċidenti ta’ spiss jiġi kkawżati minħabba l-alkoħol, u kultant anki taħt l-effett ta’ drogi.

Barra minn hekk, l-UE fasslet regoli komuni rigward l-ewwel

għajnuna. Huwa stmat li s-sistema e-Call, jiġifieri sistema ta’

telefonata awtomatika lejn in-numru 112 għal assistenza

tal-emerġenza f’każ ta’ inċident, li ġiet introdotta fl-Ewropa

kollha fl-2015, tista’ tnaqqas l-għadd ta’ vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku b’4 %.

Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tat-

trasport

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza

tat-traffiku fit-triq tal-31 ta’ Marzu 2016 (bl-Ingliż):

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’

Novembru 2016 dwar id-Direttiva l-infurzar transfruntiera (bl-Ingliż)

Inqas imwiet fit-toroq bis-saħħa tal-UE

Page 23: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 23 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi

Qatt xtrajt xi ħaġa waqt ħarġa organizzata, fuq l-

Internet jew minn bejjiegħ li ġie f'darek, li wara

tinduna li saħansitra ma kellekx bżonnha? Pereżempju

abbonament għal rivista jew kuntratt għat-telefown

ċellulari? Ħafna drabi l-konsumaturi jiġi sfurzat biex

jixtri, biex imbagħad jiskopri li ma jistax jidħol fi spiża bħal din..

Sabiex il-konsumaturi jiġu protetti mir-riskju ta’ deċiżjonijiet

mgħaġġlin rigward xiri, l-UE introduċiet id-dritt għall-irtirar

fil-każ ta’ bejgħ mid-dar. Dan jippermetti li x-xerrej jista’

jieħu l-ħin tiegħu biex jiddeċiedi jekk jixtieqx jidħol fil-

kuntratt jew le. Madankollu, dan ma japplikax għal biljetti

tal-ajru jew prenotazzjonijiet għal lukanda, iżda pakketti ta’ kuntratti konklużi pereżempju waqt ħarġiet promozzjonali.

Id-dritt ta’ rtirar, kif introdott fl-2014 ma japplikax biss għal

bejgħ fid-dar, fit-triq, waqt ħarġiet promozzjonali, jew anki

bejgħ promozzjonali fid-dar tat-tip Tupperware, iżda wkoll

pereżempju xiri onlajn, fuq it-telefown u bil-posta, bħall-

irkanti fuq l-internet, inkluż eBay.

F’dawn il-każijiet kollha, il-konsumatur jista’ jirtira mix-xiri fi

żmien 14-il jum mingħajr ebda ġustifikazzjoni għal dan. Il-

perjodu ta’ rtirar jibda mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi l-

prodotti. Fil-każ li l-bejjiegħ ma jkunx informa b’mod ċar lill-konsumatur, dan il-perjodu ta’ rtirar jiġi estiż b’sena.

Madankollu, mhuwiex biżżejjed li wieħed sempliċiment

jirritorna l-prodotti mixtrija. L-irtirar irid ikun spjegat b’mod

ċar, l-aħjar bil-miktub, billi jingħata n-numru tal-konsumatur,

in-numru tal-ordni u d-data. Iżda konsumatur ma għandux għalfejn jiġġustifika l-irtirar tiegħu.

L-UE trid ukoll li l-konsumaturi jeżerċitaw id-drittijiet

tagħhom anki fi tranżazzjonijiet internazzjonali u għalhekk

waqqfet iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi f’Kehl, li jipprovdi assistenza.

Iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi qiegħed il-Belt

Is-sit web tal-UE dwar id-dritt ta’ rtirar

Id-Direttiva tal-UE dwar id-dritt ta’ rtirar f’xiri mid-dar:

L-UE tgħin lill-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, pereżempju fil-każ ta’ bejgħ bieb bieb

Page 24: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 24 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi

Tixtri par żarbun jew xi ħwejjeġ onlajn u tippruvahom

bil-ħin tiegħek id-dar, tordna kotba u CDs,

sempliċiment kemm tikklikkja fuq il-kompjuter -

għadd akbar ta’ konsumaturi ta’ bejjiegħa fuq l-

internet qed jużaw din il-possibilità ta’ xiri mingħajr

tfixkil. Minħabba li l-kummerċ elettroniku qed jikber, l-UE adottat regoli ġodda dwar id-dritt ta’ rtirar.

L-UE tiggarantixxi aktar ċertezza legali rigward ix-xiri onlajn.

F’dak li jirrigwarda kuntratti li konsumatur jikkonkludi ma’

bejjiegħ fuq l-internet, permezz ta’ katalgu jew bit-telefown,

jeżisti l-istess livell ta’ protezzjoni. Dan japplika

irrispettivament minn jekk il-kumpanija hijiex stabbilita f’Malta jew f’pajjiż ieħor tal-UE.

Sabiex jiġi evitat li jkun hemm serq u x-xiri onlajn isir aktar

sikur, ġiet introdotta soluzzjoni fejn wieħed jikklikkja fuq l-

għażla “Ikkonferma x-xiri”. Dan ifisser li issa l-konsumaturi

jridu jagħtu l-kunsens tagħhom għax-xiri b’mod ċar. Il-

bejjiegħa onlajn irid l-ewwel nett jindika l-ispejjeż involuti u

t-tieni nett irid ikollu l-konferma mingħand il-konsumatur li

ħa nota ta’ dan, billi jikklikkja fuq din l-għażla. Jekk il-

bejjiegħ imur kontra dan, l-ordni ma tkunx vinkolanti għall-konsumatur.

F’każ li l-bejjiegħ onlajn ikollu linja tat-telefown għal

assistenza, il-konsumatur jista’ jintalab biex iħallas it-tariffa

bażika biss. Dan ifisser li: it-telefonati bil-ħlas għall-

konsumaturi huma pprojbiti. Il-bejjiegħ jista’ jitlob ħlas

addizzjonali biss, pereżempju għall-użu ta’ ċerti pagamenti,

bħal karti ta’ kreditu, iżda fil-każ biss jekk dan iżidlu l-

ispejjeż. Irid ukoll jgħarraf b’mod ċar lill-konsumatur dwar l-

spejjeż ta’ trasport jew konsenja, u jibgħat messaġġ ta’

konferma bil-posta elettronika hekk kif jirċievi l-ordni.

Il-bejjiegħ irid jipprovdi l-prodotti fi żmien 30 jum u jekk

jonqos milli jagħmel dan, il-konsumatur jista’ jirtira mill-kuntratt mill-31 jum minn meta tkun saret l-ordni.

F’każ ta’ tilwim, Direttiva tal-UE tiggarantixxi d-dritt li l-

konsumaturi jirreferu għand il-korpi ta’ soluzzjoni għal xiri onlajn.

Pubblikazzjonijiet taċ-Ċentru tal-UE tal-Konsumaturi fosthom dwar xiri onlajn

Ix-xiri onlajn isir aktar sikur bis-saħħa tal-UE

Page 25: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 25 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi

Xtrajt hairdryer b’garanzija ta’ sitt xhur u wara tmien

xhur ikollha l-ħsara? F’każijiet bħal dawn, il-

konsumaturi fl-UE jistgħu jistrieħu fuq drittijiet garantiti li l-ebda bejjiegħ ma jista’ jevita.

Jekk prodott ikun difettuż, ir-responsabbiltà taqa’ f’idejn il-

bejjiegħ. Skont ir-regoli tal-UE, il-bejjiegħ irid isewwi, jibdel il-

prodotti, inaqqas il-prezz jew jagħti rimborż tal-prezz tax-xiri,

jekk jirriżulta li dawn ikunu difettużi jew ma jkunux jidhru jew

jaħdmu kif kien reklamat. Il-konsumatur igawdi minn

garanzija mingħajr ħlas ta’ mill-anqas sentejn. Pereżempju,

jekk tixtri hairdryer b’garanzija ta’ sitt xhur u wara tmien

xhur ikollha l-ħsara, skont il-liġi dwar il-protezzjoni tal-

konsumatur tal-UE, għad għandek xorta dritt ta’ sentejn

garanzija mingħajr ħlas. Il-garanzija ta’ sitt xhur offruta miIl-

bejjiegħ hija servizz addizzjonali.

It-tieni eżempju: tixtri laptop u għall-ewwel kollox jidher sew,

iżda wara sena, tinduna li l-memorja tal-laptop hija anqas

minn kemm ġie reklamat. Dan jagħtik id-dritt li titlob rimborż parzjali tal-prezz mingħand il-bejjiegħ.

Jekk il-konsumatur jibqa’ mhux sodisfatt mill-imġiba jew it-

tweġiba tal-bejjiegħ, jista’ jirreferi għand iċ-Ċentru Ewropew

tal-Konsumaturi li qiegħed il-Belt, jew ċentru tal-konsumatur

fil-pajjjiż min fejn xtara l-oġġett. Il-bejjiegħ irid jindika lill-

konsumatur li soluzzjoni tat-tilwima barra mill-qorti hija possibbli.

Skeda informattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-garanziji u r-ritorni

Bis-saħħa tal-UE, aktar drittijiet għax-xerrejja f’każ li l-prodott ikun difettuż

Page 26: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 26 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Ir-Raba' Parti: L-Unjoni Ewropea tipproteġi lill-konsumaturi

F’każ li bank ifalli, it-tfaddil tal-klijenti ma jintilfux.

Bis-saħħa tar-regoli tal-UE, kulħadd jista’ jirkupra l-

flus lura, kemm jekk mingħand bank Ġermaniż jew

inkella mingħand bank f’pajjiż ieħor fl-UE. L-UE

tistabbilixxi standards għall-garanzija tad-depożiti

bankarji. Matul il-kriżi finanzjarja r-regoli ssaħħu.

Għaldaqstant: tinkwetax, it-tfaddil tiegħek huwa protett.

Din il-garanzija li tapplika għal depożiti ta’ tfaddil sa EUR

100,000 għal kull klijent u għal kull bank, tinkludi t-tfaddil

f’kontijiet ta’ depożitu b’terminu fiss u kontijiet ta’ tfaddil

instantanju, kotba tat-tfaddil u flus f’kont kurrenti. Minħabba

li l-kriżi finanzjarja xeħtet dubji fuq il-fiduċja fil-banek, fl-

2009 l-UE ddeċidiet li żżid il-limitu massimu għal dan l-

ammont garantit.

Sa issa, dawn l-ammont kien jiġi ggarantit mill-Istati

nazzjonali. Iżda l-problema kienet li, fil-każ li għadd ta’

istituzzjonijiet finanzjarji jsiru insolventi fl-istess pajjiż, is-

sistemi nazzjonali ta’ garanzija setgħu ma jkunux suffiċjenti.

Għaldaqstant, fl-2015 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li

sal-2024 titfassal sistema Ewropea ta’ garanzija għall-kontijiet bankarji ta’ tfaddil..

Huwa maħsub li s-sistema Ewropea ta’ garanzija tad-

depożiti tkun tip ta’ fond komuni ta’ assigurazzjoni, li

gradwalment jingħaqdu fih is-sistemi nazzjonali ta’ depożiti.

Dan il-fond se jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-

banek, li jagħtu kontribuzzjonijiet ta’ flus fuq medda ta’ snin u huwa maħsub li jilħaq il-EUR 55 biljun.

Fil-livell Ewropew, dan il-fond se jiggrantixxi d-depożiti sa

EUR 100,000 kull klijent, madankollu fil-każijiet biss fejn il-

fond nazzjonali ta’ garanzija ta’ pajjiż ma jkunx suffiċjenti. Il-

garanzija hija maħsuba wkoll biex tevita assalti bankarji, fil-

każ li l-klijenti jkunu qed jibżgħu li l-istituzzjoni finanzjarja

tagħhom tkun se tiffaċċja kollass imminenti u b’hekk it-

tfaddil tagħhom jista’ jintilef. Il-garanzija Ewropea tad-

depożiti hija t-tielet u l-aħħar pilastru tal-unjoni bankarja, li

l-għan tagħha huwa li s-settur bankarju jsir aktar sikur.

Bħalissa l-pjanijiet għadhom qed jiġu diskussi mal-leġiżlaturi: il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Hemm min tħasseb li fil-futur il-Maltin li jfaddlu se jkollhom

iħallsu għal banek oħrajn f’pajjiżi tal-ewro. Iżda s-sistema

komuni ta’ garanzija ta’ depożiti mhux se tkun iffinanzjata

minn dawk li jfaddlu iżda mill-banek. Il-banek kollha fl-unjoni

bankarja se jagħtu kontribuzzjonijiet li mbagħad jiġu użati

biex jiġu appoġġati l-banek parteċipanti kollha. Għalhekk l-

istituzzjonijiet Maltin mhux biss se jagħtu kontribuzzjonijiet,

iżda se jirċievu appoġġ mis-sistema Ewropea. Barra minn

hekk, huma ppjanati klawżoli stretti ta’ sikurezza biex jiġi

evitat li jkun hemm użu ħażin mir-riżorsi Ewropej.

Pereżempju, jekk Stat Membru jonqos milli jikkontribwixxi fil-

fond ta’ kumpens, kif stipulat mid-Direttiva dwar l-iskemi ta’

garanzija tad-depożiti, is-sistema ta’ garanzija tad-depożiti

tiegħu ma jkollhomx dritt jirċievu l-vantaġġi mis-sistema Ewropea.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sistemi tal-

protezzjoni tad-depożiti:

Aktar sikurezza tat-tfaddil taċ-ċittadini bis-saħħa tal-UE

Page 27: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 27 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Minn meta s-suq uniku Ewropew daħal fis-seħħ fl-

1993, il-firxa ta’ prodotti offruti kibret. Permezz tal-

kompetizzjoni u t-tmiem ta’ monopolji nazzjonali,

illum ħafna prodotti u servizzi huma irħas minn qabel.

Pereżempju l-prezzijiet tat-telefonati, u l-elettriku u l-

ivvjaġġar bl-ajru naqsu b’mod sinifikanti. I-suq uniku huwa

żona mingħajr fruntieri għal 510 miljun Ewropew, l-aktar

proġett Ewropew ambizzjuż u fl-istess ħin l-element ċentrali

tal-integrazzjoni ekonomika tat-28 Stat Membru, li mingħajr dubju tirrappreżenta waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Ewropa.

L-għan tal-UE huwa li tinħoloq żona Ewropea mingħajr

fruntieri interni li fiha l-oġġetti, il-persuni, is-servizzi u l-

kapital jistgħu jiċċaqalqu b’mod ħieles. Din il-liberalizzazzjoni

tas-suq intern tgħin biex tiżdied il-prosperità u tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija.

Filwaqt li l-UE tistandardizza l-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi

Membri, tipproteġi wkoll fuq livell Ewropew id-drittijiet u l-

interessi tal-konsumaturi. Barra minn hekk, is-suq uniku

Ewropew mhuwiex suq li ġie introdott akkost ta’ kollox, kif

juri l-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ambjent

fl-UE. In-nuqqas ta’ fruntieri ċertament ma jfissirx li l-forzi

tas-suq jieħdu r-riedni f’idejhom: Iżda l-istituzzjonijiet

Ewropej huma obbligati permezz tat-Trattati biex

jiggarantixxu livelli għolja ta’ protezzjoni fl-oqsma tas-saħħa, is-sikurezza, il-konsumaturi u l-ambjent.

Fi żminijiet meta l-globalizzazzjoni dejjem qed tikber, is-suq

uniku huwa l-aktar għodda importanti li għandha l-Ewropa.

Il-moviment liberu jiżgura li l-ħaddiema b’ħiliet għolja jkunu

jistgħu jaħdmu kullimkien fl-UE u l-kumpaniji jistgħu jiftħu

fergħat u jagħmlu negozju fi Stati Membri oħrajn. Dan joħloq

l-impjiegi tant meħtieġa fl-Ewropa u jikkontribwixxi għat-tkabbir.

Madankollu, l-opportunitajiet tas-suq uniku mhux dejjem

ikunu jistgħu jitwettqu, jekk ir-regoli tiegħu ma jiġux segwiti,

jew ma jitwettqux, jew sempliċiment jitpoġġew f’riskju

minħabba ostakoli bla bżonn. Barra minn hekk, jeħtieġ li s-

suq uniku jadatta għar-realtajiet ta' żmienna: irid ikun hemm

spazju wkoll għal ideat innovattivi u mudelli ġodda ta'

negozju. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-

ħolqien ta’ suq uniku aktar integrat u aktar ġust bħala prijorità ewlenija.

Suq uniku aktar integrat u aktar ġust

Il-Ħames Parti: Bis-saħħa tal-UE il-ħajja hija irħas

Is-suq uniku jraħħas il-prezzijiet

Page 28: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 28 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħames Parti: Bis-saħħa tal-UE il-ħajja hija irħas

Lil kulħadd ġrat, tkun fuq btala, u waqt li tkun qed

tgawdi l-bajja, iċċempel id-dar, taqra l-posta

elettronika u ttella’ r-ritratti. U ftit ġimgħat wara,

tirċievi l-kont tat-telefown ċellulari tiegħek u tieħu

qatgħa! L-UE ilha taħdem għal numru ta’ snin biex

tibdel din is-sitwazzjoni u kisbet riżultati pożittivi:

mill-15 ta’ Ġunju 2017, l-Ewropej kollha se jkunu

jistgħu jivvjaġġaw fl-UE mingħajr ma jkollhom iħallsu t-tariffi tar-roaming.

Il-prezzijiet tat-telekomunikazzjonijiet kien qed jonqsu b’mod

sinifikanti għal numru ta’ snin kemm tal-linji telefoniċi fissi

kif ukoll tat-telefown ċellulari. Minbarra l-progress

teknoloġiku u netwerk aktar effiċjenti, ir-raġuni li dan seħħ

hija li fl-1998 l-UE neħħiet il-monopolji nazzjonali kollha tat-

telefown. Suq miftuħ iwassal għal kompetizzjoni u għaldaqstant prezzijiet aktar baxxi.

Taħt pressjoni mill-Kummissjoni Ewropea, it-tariffi tar-

roaming għal telefonati jew tiftix fuq l-internet fuq it-

telefown ċellulari waqt li tkun barra minn pajjiżek naqsu

b’mod sinifikanti. Roaming ifisser il-possibilità li wieħed

iċempel, jibgħat messaġġi jew juża s-servizzi ta’ dejta

permezz ta’ netwerk barrani tat-telefown. Il-fornituri tas-

servizzi jitolbu tariffi għall-konnessjoni li mbagħad jgħaddu għal għand il-konsumaturi.

Fl-2007, il-Kummissjoni introduċiet l-ewwel regoli rigward it-

tariffi tar-roaming. Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni, minn

dak iż-żmien ‘l hawn, l-ispejjeż li ġġarrab meta tkun f’pajjiżi

oħrajn tal-UE naqsu drastikament, b’aktar minn 90 %. Mill-2012, ir-roaming tad-dejta raħas ukoll b’96 %.

Mill-15 ta’ Ġunju 2017, it-tariffi tar-roaming għal ivvjaġġar

perjodiku barra mill-pajjiż se jispiċċaw u l-konsumaturi se

jkunu jistgħu jużaw it-telefown ċellulari tagħhom fl-UE

kollha bl-istess kundizzjonijiet kuntrattwali f’pajjiżhom. Din

id-deċiżjoni ttieħdet bi qbil komuni mir-rappreżentanti tal-

Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Ministri u l-Kummissjoni,

fil-bidu ta’ Frar 2017. Jekk il-konsumaturi jaqbżu l-limiti

kuntrattwali fuq l-użu tar-roaming, iġarrbu spejjeż

addizzjonali, iżda sa limitu massimu strett (ta’ 3.2 ċenteżmi

kull minuta għat-telefonati, ċenteżmu għal kull SMS u EUR 7.70 għal kull GB ta’ dejta).

Jispiċċaw it-tariffi tar-roaming

Telefonati irħas bis-saħħa tal-Ewropa

Page 29: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 29 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħames Parti: Bis-saħħa tal-UE il-ħajja hija irħas

Qatt mort Madrid? Jew qattajt tmiem il-ġimgħa

Londra? Bis-saħħa tal-kompetizzjoni li hemm bejn il-

linji tal-ajru, illum din m’għadhiex problema. F’dawn l-

aħħar snin il-prezzijiet ħadu sabta ’l isfel permezz tal-

liberalizzazzjoni preskritta mill-Kummissjoni Ewropea.

Barra minn hekk, Brussell saħħet id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.

Is-suq tal-ajru low cost ġie varat kważi 20 sena ilu, bl-

inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-1987, l-UE bdiet

tilliberalizza t-trasport bl-ajru u biex tiżdied il-kompetizzjoni.

Illum kull kumpanija tal-ajru fl-Unjoni għandha aċċess għas-

suq u tista’ liberament taġġusta l-prezzijiet. Il-linji tal-ajru u

l-ajruporti jikkompetu madwar l-Ewropa, li jfisser li kull linja tal-ajru tista’ toffri titjiriet fuq kull rotta fl-UE.

L-effett kien enormi: il-prezzijiet ħadu sabta ’l isfel. Skont il-

Kummissjoni Ewropea 90 % tal-passiġġieri kollha issa qed

jivvjaġġaw bi prezz ħafna orħos milli fl-1993. Bejn l-1992 u

l-2000 biss, il-prezzijiet fl-Ewropa waqgħu b’41 %. Skont

studju li sar miċ-Ċentru tal-Ajruspazju Ġermaniż (DLR) il-

prezzijiet li tħallsu fir-rebbiegħa tal-2016 għal biljett tal-ajru

kienu medja ta’ bejn EUR 64 u EUR 107 skont kemm ikun

inxtara minn qabel (jum, ġimgħa, xahar, tliet xhur). Waħda

minn kull ħames titjiriet low cost kienet lejn ir-Renju Unit, l-

iktar destinazzjoni popolari.. Segwita minn Spanja u l-Italja fit-tieni u t-tielet post.

Iktar u iktar ċittadini setgħu jsiefru bl-ajru, l-għadd tal-

passiġġieri żdied b’mod rapidu. Skont mill-Uffiċċju Ewropew

tal-Istatistika (l-Eurostat), l-għadd ta’ passiġġieri bejn l-2010

u l-2015 żdied minn 796 miljun (dak iż-żmien l-UE-27) għal

918-il miljun. Fl-2015 biss, reġa’ kien hemm żieda ta’ kważi

5 % fuq is-sena preċedenti. Skont it-tbassir tal-UE, sal-2030

it-traffiku bl-ajru għandu jiżdied b’70 % meta mqabbel mas-sena 2010.

Hekk kif it-traffiku fl-ajru jintensifika, il ġestjoni tat-traffiku

u s-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru jridu jsiru iktar

effiċjenti. Għaldaqstant l-UE ilha sa mill-1999 taħdem biex

telimina l-frammentazzjoni nazzjonali tal-ispazju tal-ajru u

tistabbilixxi blokok ta’ spazju tal-ajru li huma funzjonali u

transfruntiera. L-għan hu, biex ngħidu hekk, iż-Żona ta'

Schengen fl-ajru kif ukoll fuq l-art. Dan jagħmel l-ispazju tal-

ajru iktar sigur u jiffranka l-ħin tal-ivvjaġġar, il-karburant u l-gassijiet b’effett ta’ serra.

L-UE rregolat id-drittijiet tal-passiġġieri kif ukoll żgurat it-

trasparenza: Minbarra l-prezz finali ta’ biljett tal-ajru, il-linji

tal-ajru jridu juru t-taxxi, it-tariffi tal-ajruport u ħlasijiet oħra, il-ħlas addizzjonali tariffi oħra b’mod separat.

Minkejja li l-prezzijiet huma favorevoli, ma tistax tiġi

ppreġudikata s-sikurezza. Għaldaqstant il-Kummissjoni

tanalizza b’mod regolari l-istandards tas-sikurezza tal-linji

tal-ajru u ma tippermettix projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet.

Min jispiċċa fuq il-lista s-sewda jiġi eskluż mill-ispazju tal-

ajru Ewropew. Dan bħalissa japplika għal 193 kumpanija tal-ajru (Diċembru 2016), l-iktar mill-Afrika u mix-Xlokk tal-Asja.

Il-lista tal-UE dwar is-sikurezza tal-ajru

Informazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

L-UE tagħtik il-ġwienaħ: Il-biljetti tal-ajru dejjem jorħsu

Page 30: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 30 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħames Parti: Bis-saħħa tal-UE il-ħajja hija irħas

Kemm jiswa li jkollok kont il-bank? Għandu verament

ikun daqshekk għali biex tuża karta tal-kreditu? Il-

Kummissjoni eżaminat bir-reqqa dawn il-punti kollha.

Il-konsumaturi qed jaraw il-benefiċċji tar-regoli l-ġodda tal-UE direttament fil-but.

Fir-rwol tagħha bħala l-gwardjan tal-konsumaturi l-

Kummissjoni tagħmel ukoll monitoraġġ tat-tariffi bankarji.

Fl-2014, l-UE adottat liġi biex tiżdied it-trasparenza. Minn

dak iż-żmien meta jikkalkulaw l-ispejjeż li jħallsu l-klijenti

għall-kontijiet tagħhom, il-banek ma għadhomx jistgħu

jdaħħlu tariffi moħbijin. L-istituzzjonijiet finanzjarji jridu

jiddikjaraw it-tariffi, il-ħlasijiet u l-kummissjonijiet involuti

biex wieħed jiftaħ, jamministra jew jagħlaq kont. B’dan il-

mod, il-klijenti jkollhom l-opportunità li jqabblu u jagħżlu l-aħjar offerta.

Għal ħafna klijenti hija ħaġa ta’ kuljum li jħallsu bil-karta tal-

kreditu minflok bil-flus kontanti. Iżda dan jista’ jfisser profitt

ġmielu għall-banek u xi drabi anki għall-kummerċjanti. Mill-

2016 ’il hawn għall-ewwel darba fl-Ewropa tqiegħed limitu

fuq it-tariffi li l-banek jistgħu jżommu meta l-konsumaturi

jħallsu bil-karti tal-kreditu jew tad-debitu. L-ammont

jiddependi mill-valur tal-oġġett mixtri. Jekk klijent iħallas

EUR 100 għal kamera tar-ritratti u permezz ta’ karta tal-kreditu, it-tariffa medja hija ta’ EUR 1.

Mill-ħarifa 2017 ’il quddiem il-konsumaturi mhux se jibqgħu

jħallsu tariffi meta jixtru permezz tal-karta tal-kreditu jew

tad-debitu. Xi kumpaniji, pereżempju ċerti operaturi tal-linji

tal-ajru, jimponu soprataxxi meta wieħed jagħmel akkwist

onlajn bil-karta tal-kreditu filwaqt li ċerti fornituri ta’ servizzi

wkoll huma meħtieġa jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti f’termini ta’ awtentikazzjoni u sigurtà.

Barra minn hekk, l-UE għamlitha iktar faċli li wieħed jibdel il-

kontijiet tal-bank, inkluż fuq bażi transfruntiera. Mill-2016 ’il

hawn, iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt għal kont

kurrenti, anki jekk dawn ma jkollhomx indirizz fiss. Dan il-

kont jippermetti li persuni mingħajr dar pereżempju, jew anki

r-refuġjati jwettqu funzjonijiet bażiċi bħat-trasferiment ta’

flus jew jiġbdu flus mill-ATM. Huwa stmat li f’Malta hemm

4% ta’ dawk li għandhom minn 15-il sena ’l fuq li huma

mingħajr kont. Iċ-ċifra madwar l-UE hija ta’ madwar 30 miljun ċittadin li għandhom ’il fuq minn 16-il sena.

Barra minn hekk, l-UE rrendiet il-pagamenti transfruntieri

iktar rapidi u siguri. Mill-1 ta’ Frar 2016 ’il hawn il-klijenti tal-

banek kollha għandhom n-numru internazzjonali tal-kont

bankarju (l-IBAN) u l-kodiċi internazzjonali tal-bank (il-BIC).

Dawn għenu biex jistandardizzaw u jħaffu t-trasferimenti,

id-debiti diretti u ħlasijiet bil-kard transfruntieri kif ukoll

raħħsuhom. Iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Ewro, (Single

Euro Payments Area, SEPA), tkopri 34 pajjiż. Dawn jinkludu t-

28 Stat Membru tal-UE flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Iżvizzera, Monaco u San Marino..

Id-Direttiva tal-UE dwar l-imposti Karteneinsatz

Id-Direttiva tal-UE tal-2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi

relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi

Mistoqsijiet u Tweġibiet fuq is-Sepa (bl-Ingliż)

L-UE naqqset it-tariffi bankarji u l-ispejjez għall-użu tal-karti ta’ kreditu

Page 31: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 31 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħames Parti: Bis-saħħa tal-UE il-ħajja hija irħas

L-aspett kummerċjali tal-kura tas-saħħa hija

kwistjoni sensittiva. Għalhekk hemm regoli stretti

għall-prevenzjoni tal-gwerer tal-prezzijiet u prezzijiet

predatorji. Bis-saħħa ta’ diversi sentenzi tal-Qorti tal-

Ġustizzja s-suq farmaċewtiku Ewropew sar iktar

miftuħ. Iktar kompetizzjoni tfisser prezzijiet iktar

baxxi.-

Tista’ tordna pilloli bil-posta jew tuża riċetta tat-tabib

mingħajr telf - l-UE għamlet dan kollu possibbli. F’għadd ta’

sentenzi innovattivi, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet

li l-moviment liberu tal-merkanzija jrid japplika wkoll għall-

mediċini. Dan ibbenefikaw minnu ħafna ċittadini speċjalment

dawk li jivvjaġġaw spiss jew li jgħixu f’reġjuni qrib il-fruntiera.

Fil-Ġermanja għadhom għaddejjin diskussjonijiet dwar il-

prezzijiet fissi: L-ispiżeriji kollha madwar il-pajjiż iridu jbigħu

l-mediċini bir-riċetta tat-tabib bl-istess prezz. Anki spiżeriji

onlajn barranin bħal DocMorris riedu jimxu ma’ din ir-regola

— sakemm f’Ottubru 2016 sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

(QtĠ) ddeċidiet li dan kien ostaklu għall-moviment liberu tal-

merkanzija fis-suq uniku. L-imħallfin ordnaw li fil-Ġermanja

jiġu revokati l-prezzijiet fissi fil-mediċini. Għandu jkun

possibbli għal kumpanija farmaċewtika li topera bil-posta li

lill-klijenti regolari tagħha toffrilhom skonti meta jixtru

mediċini mingħandha fuq bażi regolari. Dan ifisser li l-

bejjiegħa bil-posta jistgħu jbigħu anki prodotti mediċinali bir-riċetta medika bi prezz irħas.

Din is-sentenza tagħti tama lil iktar minn 20 miljun persuna

fil-Ġermanja li jbatu minn mard kroniku u li kull sena jonfqu

eluf ta’ ewro fuq mediċini li jiffrankaw ammont sinifikanti ta’

flus. Min-naħa l-oħra, huwa wkoll leġittimu għal-leġiżlatur li

jadotta regoli biex jiżgura li l-pajjiż kollu jkun moqdi mis-

servizz tal-ispiżeriji. Il-konklużjoni ta’ dan id-dibattitu għadha

miftuħa..

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19.10.2016

L-UE traħħas il-mediċini

Page 32: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 32 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Minn x’hiex huwa magħmul il-meraq tal-larinġ? Kemm

fiha kaloriji bar tal-mjużli? Bis-saħħa tal-UE il-

konsumatur fis-supermarket isib it-tweġibiet

direttament mill-pakkett. Min ibati minn xi allerġija

jista’ jkun ċert x’hemm fl-ikel li jordna meta jkun

f’ristorant. Filwaqt li jiġi żgurat li l-ikel huwa sikur u

għalhekk ma fihx Salmonella jew sustanzi perikolużi oħra.

Fl-Ewropa għandna standards għoljin għall-ikel. Regolament

tal-UE jirregola l-ittikkettar tal-prodotti tal-ikel. L-

ippakkettjar huwa maħsub biex mal-ewwel daqqa t’għajn

jipprovdi gwida. Fuq il-pakketti jrid ikun hemm tabella

stampata - din hi standardizzata madwar l-UE kollha biex

tindika liema huma n-nutrijenti li jkun fih il-prodott. It-tabella

trid tindika l-kontenut tal-valur enerġetiku kif ukoll l-ammont

ta’ xaħam, xaħam saturat, karboidrati, zokkor, proteini u

melħ li fih il-prodott. Iċ-ċifri kollha huma mogħtija f’termini

ta’ 100 gramma jew 100 millilitru. Għaċ-ċanga u għal-laħam

frisk tal-majjal, il-muntun, il-laħam tal-mogħoż u tat-tjur, l-

informazzjoni tal-oriġini trid tkun fuq il-pakkett. Għal kull

prodott, irid ikun hemm indikat l-14-il sustanza ewlenija li l-

iktar tista’ tikkawża reazzjoni allerġika (pereż. il-ġewż u s-

soja). Importanti għal min ibati minn xi allerġija: anki fil-każ

tal-ikel sfuż kif ukoll fir-restoranti pereżempju, irid jingħata

tagħrif dwar l-allerġeni. (Dan ma jfissirx madankollu li l-

ingredjenti f’kull kejk li jinġieb f’day care centre jew ikel ħafif

li jiġi servut waqt avvenimenti għall-karità jridu jiġu ddikjarati ħlief kif speċifikat hawn fuq.)

Ir-reklamar assoċjat mas-saħħa huwa regolat b’mod strett.

Jekk il-manifattur jiddikjara li l-prodott għandu “kontenut

baxx ta’ xaħam” il-prodott ma jistax jinkludi iktar minn 3

grammi ta’ xaħam għal kull 100 gramma; Jekk il-prodott

ikun ġenetikament modifikat, din l-informazzjoni trid tidher

ukoll fuq it-tikketta (skont ir-Regolament dwar l-Ikel Ġdid).

Dan japplika pereżempju, għaż-żjut veġetali li huma prodotti

minn pjanti ġenetikament modifikati. Il-konsumatur għalhekk

għandu l-għażla jekk jagħżilx ikel li hu ġenetikament

modifikat jew le.

Minbarra t-tikkettar tal-prodotti tal-ikel l-UE introduċiet ukoll

tikketti oħra ta’ kwalità uniformi, bħalma huma l-magħrufa

sew marka CE jew l-ekotikketta għall-ikel organiku li

jagħmluha iktar faċli għall-konsumaturi waqt ix-xirja.

Barra minn hekk hemm regoli stretti għall-kożmetiċi bħall-

kremi tal-ġilda jew l-ingwenti parafarmaċewtiċi kif ukoll

għall-użu ta’ ċerti sustanzi kimiċi. Dawn l-istandards huma t-

tweġiba tal-UE għall-allerġiji li kienu qed jiżdiedu matul is-snin.

Jekk fis-suq tal-ikel jidħol prodott perikoluż bħal laħam

ikkontaminat bis-salmonella jew ħut ikkontaminat bil-

merkurju mill-ewwel tiġi attivata s-Sistema ta' Twissija

Rapida tal-UE (RASFF). B’dan il-mod pajjiż jista’ jwissi lill-

Istati tal-UE l-oħrajn b’dan il-prodott, b’tali mod li r-riskju jsir

magħruf mal-UE kollha u l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu

jieħdu azzjoni. Il-prodott tal-ikel imbagħad jiġi rtirat mis-suq

u meqrud filwaqt li l-ikel barrani jintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini.

Mistoqsijiet u Tweġibiet fuq ir-Regolament dwar l-għoti ta’

Informazzjoni dwar l-Ikel:

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Is-Sitt Parti: L-UE hija impenjata favur ikel bnin u ambjent nadif

L-UE tiżgura li jkollna ikel tajjeb għas-saħħa

Page 33: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 33 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Sitt Parti: L-UE hija impenjata favur ikel bnin u ambjent nadif

Ladarba tkun doqt il-perżut veru ta’ Parma jew iċ-

Chorizo Riojano, ma tkunx trid ħaġ’oħra ħlief il-

prodott ġenwin fil-futur. Iżda mingħajr l-UE tali

prodotti oriġinali ma jkunux jeżistu. L-UE tħares liċ-

ċittadini tagħha mill-pirati tal-ikel li jippruvaw iqarrqu billi jipproduċu imitazzjonijiet.

Fir-rigward taz-zalzett l-Ewropej kollha jaqblu li: iz-zalzett

Nürnberger irid jiġi biss minn Nürnberg, iz-zalzett Thüringer”

irid isir biss f’Thüringen u l-perżut ta’ Parma, jista’ jiġi biss

minn Parma. L-istess jgħodd għall-birra, il-ġobon jew il-

gallettini fost oħrajn.

Fl-Ewropa l-ispeċjalitajiet reġjonali huma parti mit-

tradizzjoni kulturali. Huwa għalhekk li l-UE tipproteġi l-oriġini

ta’ ħafna prodotti b’marka ta’ kwalità li tipproteġihom kontra

l-abbuż. B’dan il-mod l-Unjoni qed tipprova tippreserva n-

natura unika tal-prodotti, abbażi tal-oriġini u tal-proċess ta’

produzzjoni tagħhom. Ħafna manifatturi jirreġistraw l-

ispeċjalità reġjonali tagħhom fir-reġistru tal-UE biex

jipproteġuha mill-imitazzjonijiet.

Hemm tliet tipi ta’ siġilli differenti: “Id-Denominazzjoni

Protetta ta’ Oriġini” (il-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tħejjija

tal-prodott f’żona ġeografika partikolari skont proċedura

rikonoxxuta u stabbilita), “L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta”

(jiġifieri minn tal-inqas wieħed mill-proċessi tal-produzzjoni,

jiġifieri l-produzzjoni, l-ipproċessar jew t-tħejjija – isir fiż-

żona ta’ oriġini) u “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” (il-

kompożizzjoni tradizzjonali ta’ prodott jew il-metodu ta’ produzzjoni u / jew ipproċessar tradizzjonali).

Bħalissa hemm iktar minn 1,250 denominazzjoni tal-oriġini

ta’ prodotti reġjonali u speċjalitajiet elenkati fir-reġistru tal-

UE.

Ħafna reġjuni oħra fid-dinja, pereżempju l-Istati Uniti tal-

Amerika, ma għandhomx din il-protezzjoni. Hemmhekk ġew

stabbiliti prodotti b’isem Ewropew, pereżempju x-xampanja,

li tiġi bbottiljata fl-Istati Uniti u mhux fi Franza. Huwa

għalhekk li l-ftehimiet kummerċjali jirrigwardaw ukoll id-

denominazzjonijiet protetti tal-oriġini. F’dawn l-aħħar snin, l-

UE rnexxielha ssaħħaħ iktar il-protezzjoni għal mijiet ta’

denominazzjonijiet ġeografiċi, pereżempju l-marżipan ta’

Lübeck. Il-prodotti tal-UE huma protetti anki barra mill-UE,

pereżempju, l-UE għandha fis-seħħ ftehimiet kummerċjali

mal-Kanada, il-Korea u Singapor. L-UE għandha ftehim

separat maċ-Ċina dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini.

Link għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ oriġini

Il-lista tad-denominazzjonijiet irreġistrati

L-UE tħarisna mill-“piraterija tal-ikel” u tipproteġi l-ispeċjalitajiet reġjonali

Page 34: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 34 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Sitt Parti: L-UE hija impenjata favur ikel bnin u ambjent nadif

Ibħra mniġġsa, xtut miksijin biż-żjut, u fosfati fl-ilma

tax-xorb: dan kien xi darba. L-UE tieħu azzjoni biex

tiżgura li l-ilma jkun nadif. B’hekk l-Ewropej ikunu

jistgħu jgawdu l-baħar b’serħan il-moħħ u jkollhom ilma tax-xorb nadif.

Wara diversi inċidenti fl-Ewropa li kienu jinvolvu tankers u

tixrid ta’ żejt, l-UE stabbilixxiet standards moderni għall-

vapuri li jidħlu fil-portijiet tal-UE; Wara l-inċident tat-tanker

taż-żejt Erika lil hinn mix-xtut ta’ Franza fl-1999 ġiet

stabbilita l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

li għandha s-sede tagħha f’Lisbona. Hija tieħu ħsieb is-

sigurtà tal-ilmijiet tal-Ewropa. Pereżempju, it-tankers

b’sempliċi buq singlu huma pprojbiti u minflok il-bwieq iridu jkunu doppji.

Anki ċ-ċittadini jgawdu mill-intervent tal-UE. Skont data

minn rapport tal-UE dwar il-kwalità tal-ilma fl-2016, l-

għawm huwa sigur f’96 % tal-lagi u l-ibħra tal-UE. Fil-Ġermanja, iċ-ċifra kienet ta’ 98 %.

Regolament li daħal fis-seħħ fil-bidu tal-2017 jeżiġi kemm

għandu jkun il-kontenut ta’ fosfru fit-kapsuli u t-trab li

jintużaw fil-magni tal-ħasil. Jekk ikun hemm wisq fosfat

mal-ilma mormi li jmur fix-xmajjar u fil-lagi, ikun hemm

proliferazzjoni tal-algi bis-saħħa ta’ dan in-nutrijent. Dan

iwassal għal nuqqas ta’ ossiġnu għall-annimali u għall-pjanti

u b’hekk imutu.

Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-kwalità tal-ilma

tax-xorb u l-effikaċja tat-trattament tal-ilma mormi tjiebu

madwar l-Unjoni Ewropea kollha matul l-2016. Skont ir-

rapport taż-ŻEE ppubblikat fl-aħħar tal-2016, analiżijiet ta’

kampjuni tal-ilma tax-xorb mill-UE kollha bejn l-2011 u l-

2013 urew li 98.5 % tal-każijiet kienu konformi mal-

istandards tal-ilma tax-xorb u f’ċerti każijiet anki aħjar minn

hekk. Barra minn hekk, għadd dejjem jiżdied ta’ unitajiet

domestiċi qed jikkollegaw ma’ impjanti tat-trattamenti tal-ilma.

Madankollu, reġjuni foqra fin-nofsinhar u fil-lvant tal-Ewropa

huma moqdijin inqas tajjeb. L-Aġenzija għall-Ambjent

ikkritikat ukoll il-fatt li għad hemm ammont kbir wisq ta’

nutrijenti u ilma mormi fl-ambjent, l-iktar in-nitroġenu u l-fosfru.

Malta kienet infetħitilha proċedura bi prova fl-2010

minħabba l-livell għoli persistenti ta’ tniġġis min-nitrati fl-

ilma ta’ taħt l-art u fl-ilma tal-wiċċ. Il-proċedura ngħalqet fl-

2015 meta Malta implimentat kontromiżuri stretti biżżejjed.

L-istess bħall-fosfati fid-deterġenti, it-tniġġis eċċessiv ta’

nitrati mill-użu tan-nitroġenu għall-fertilizzazzjoni fis-settur

agrikolu jwassal biex fl-ilma ħelu u fl-ambjent marittimu

jikbru l-algi li joħonqu tipi ta’ ħajja oħra. Konċentrazzjoni ta’

nitrat ta’ iktar minn 50 mg/l, jista’ jkollha impatt fuq is-

saħħa tal-popolazzjonijiet, l-iktar fuq in-nisa tqal u t-tfal

żgħar. Barra minn hekk, il-proċess biex jitneħħew in-nitrati mill-ilma tax-xorb jirrikjedi ħafna spejjeż.

Il-UE dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm (bl-Ingliż)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-ilma

L-UE tiżgura ilma nadif kemm għax-xorb kif ukoll għall-għawm

Page 35: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 35 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Sitt Parti: L-UE hija impenjata favur ikel bnin u ambjent nadif

Trab fin, smogg u riħa tinten ta’ gass tal-egżost - l-

arja f’ħafna bliet hija mniġġsa. L-UE għalhekk qed

tagħmel pressjoni favur il-protezzjoni tal-ambjent

madwar id-dinja u stabbilixxiet għaliha nnifisha miri

ambizzjużi ta’ tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra tas-CO2, li f’parti jikkontribwixxu għat-tisħin globali.

“Aħna bħala Ewropej ninsabu minn ta’ quddiem nett fid-dinja

fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima,” qal il-President tal-

Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. L-Ewropa tista’

tiftaħar li nnegozjat l-ewwel ftehim globali u legalment

vinkolanti dwar il-klima. Fi tmiem l-2015 f’Pariġi, 195 pajjiż

iffirmaw ftehim storiku dwar il-klima li daħal fis-seħħ fi

tmiem l-2016. Juncker jgħid: “Kienet l-Ewropa li sawwret il-

koalizzjoni ta’ ambizzjoni li f’Pariġi saret possibbli” billi l-UE ppersistiet u baqgħet tinsisti mal-imsieħba tagħha,

bħall-pajjiżi tal-G20 u tan-NU biex jimxu fuq l-eżempju tagħha.

Skont dan il-ftehim, l-Istati Membri jimpenjaw irwieħhom

biex jillimitaw it-tisħin globali perikoluż għal “ferm taħt iż-

żewġ gradi Celsius" meta mqabbla mal-livelli preindustrijali.

Il-mira li jiġu limitati iktar għal 1.5 gradi. Bosta riċerkaturi

jqisu jekk din iċ-ċifra tintlaħaq il-bidliet li ġġib magħha jagħmlu t-tibdil fil-klima kontrollabbli.

Madankollu issa jeħtieġ li dawn il-miri jiġu tradotti f’passi

konkreti u skedi ta’ żmien. Għal dan il-għan il-komunità

internazzjonali fil-ftehim tan-NU qablet li tabbanduna ż-żejt,

il-gass u l-faħam. Pajjiżi potenti rigward il-klima bħall-Istati

Uniti, iċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja rratifikaw il-Ftehim ta’ Pariġi

filwaqt li l-predeċessur tiegħu - il-Ftehim ta’ Kyoto - miet

mewta naturali. Ladarba jiskadi l-Protokoll fl-2020 jidħol fis-

seħħ il-Ftehim ta’ Pariġi. Madankollu, il-Ftehim ta’ Pariġi

mhuwiex legalment vinkolanti iżda jiddependi fuq l-impenn

volontarju tal-Istati firmatarji. Il-Konferenza li jmiss se ssir

f’Bonn f’Novembru 2017 fis-sede tas-Segretarjat tan-

Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

L-UE qed tinsab fuq quddiem, billi f’Ottubru 2014 kienet diġà

stabbilixxiet tliet miri li jirrigwardaw il-klima jiġifieri: Sal-

2030 l-Istati Membri jridu jnaqqsu l-gass b’effett serra

b’mill-inqas 40 % tal-livelli fl-1990. Is-sehem tal-enerġija

rinnovabbli għandu jkun ta’ 27 % tal-provvista totalital-

enerġija sal-2030, u l-konsum tal-enerġija għandu jonqos b’

27 % meta mqabbel mal-livelli tal-2014. L-Istati Membri

għad iridu jagħmlu titjib sabiex jinkisbu dawn l-objettivi.

L-arja nadifa hija waħda mill-għanijiet ewlenin tal-politika

ambjentali tal-Unjoni Ewropea. L-UE stabbilixxiet ukoll valuri

ta’ limitu għal ta’ tniġġis li kull pajjiż tal-UE jrid jissodisfa

sabiex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini. Dan minħabba li r-

rati tal-bronkite u tal-ażżma żdiedu. Diġà fl-1999 l-Istati

Membri tal-UE kienu qablu dwar standards minimi għall-

kwalità tal-arja. Mill-2005 'l hawn, ġew stabbiliti ċerti limiti

massimi għad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu u

ċ-ċomb. L-Istati Membri jridu jimplimentawhom u għal dan

il-għan jistgħu jintroduċu limiti tal-veloċità fis-sewqan,

projbizzjonijiet ta’ sewqan jew rekwiżiti għall-industrija kif ukoll inċentivi fiskali għal karrozzi b’emissjonijiet baxxi.

Die saubere Luft ist eines der großen umweltpolitischen Ziele

der Europäischen Union. Die EU hat auch Grenzwerte zur

Luftreinheit festgelegt, die jeder EU Staat erfüllen muss, um

die Gesundheit der Bürger zu schützen. Denn Bronchitis oder

Asthma haben zugenommen. Schon 1999 haben sich die EU-

Staaten auf Mindeststandards zur Luftreinheit geeinigt. Seit

2005 sind bestimmte Höchstwerte für Schwefeldioxid,

Stickstoffdioxid und Blei vorgeschrieben. Die EU-Staaten

müssen diese umsetzen, und dafür etwa Tempolimits,

Fahrverbote oder Auflagen für die Industrie nutzen und können etwa schadstoffarme Autos steuerlich begünstigen.

It-test tal-Ftehim ta’ Pariġi (bl-Ingliż)

Il-Kummissjoni Ewropea dwar il-miri klimatiċi

Id-Direttiva tal-UE dwar il-Kwalità tal-Arja

L-UE tiżgura arja iktar nadifa u hi minn ta’ quddiem nett fid-dinja fil-protezzjoni tal-klima

Page 36: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 36 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Sitt Parti: L-UE hija impenjata favur ikel bnin u ambjent nadif

It-telefowns ċellulari, il-kompjuters portabbli u t-

televixins fihom ħafna metalli prezzjużi u rari li

jistgħu jiġu rriċiklati u jintużaw mill-ġdid.

Għaldaqstant, l-UE tiżgura li l-konsumaturi jistgħu

jirritornaw bla ħlas it-tagħmir li m’għadhomx jużaw

lill-manifattur. Dan iserraħ lill-ambjent u jiffranka l-flus lill-industrija.

Il-konsumaturi jistgħu jġibu tastieri qodma, DVD plejers

difettużi jew magni tal-ħasil li ma jaħdmux fil-ħwienet il-

kbar mingħajr ħlas. Kull sena fl-Ewropa 9.5 miljun tunnellata

ta’ tagħmir elettriku u elettroniku jispiċċaw fiż-żibel. Skont

id-Direttiva tal-UE tal-2006 l-iskart għad trid taħdem bl-

istess mod ta’ kif jinġabar l-iskart elettriku, l-istess bħat-

tagħmir li jkun għadu jiffunzjona, irid jinġabar, jintrema kif suppost jew jiġi rriċiklat.

Dan jgħin lill-ambjent u jħares ir-riżorsi. Ejja nieħdu friġġ

pereżempju: Minnha trid tiġi estratta taħlita ta’ likwidu tat-

tkessiħ u żejt. F’tagħmir antik ħafna drabi jkun hemm ukoll

il-gass CFC li jagħmel ħsara lill-ambjent. L-iskart elettroniku

fih sustanzi perikolużi bħall-merkurju u l-kadmju. F’pajjiżi

ifqar bħal uħud mill-pajjiżi tal-Afrika, fejn ta’ spiss wieħed

isib tagħmir qadim, il-ġestjoni tiegħu spiss twassal għal

problemi ta’ saħħa u tniġġis tal-ambjent. Barra minn hekk, l-

Istati Membri tal-UE jitilfu l-opportunità li jkollhom il-valur

ta’ metalli rari u prezzjużi, meta ma jirriċiklawx it-tagħmir.

Telefowns ċellulari, kompjuters u oġġetti simili jinkludu

metalli bħad-deheb, ir-ram u l-fidda.

Madankollu, l-implimentazzjoni tar-riċiklaġġ tal-iskart

elettroniku għadha mhux qed tiffunzjona kif suppost. Dan

indikah studju tal-2015 li sar mill-organizzazzjoni

internazzjonali tal-pulizija, l-Interpol. Skont dan l-istudju fl-

Ewropa huwa terz biss tal-iskart elettriku u elettroniku li

jispiċċa fejn suppost: f’faċilitajiet uffiċjali ta’ ġbir u riċiklaġġ.

Il-bqija jiġi rriċiklat b’mod inkorrett, esportat b’mod illegali

jew sempliċement mormi. L-UE hija impenjata li tbiddel dan

kollu. Minn Lulju 2016 ’il hawn, anki l-bejjiegħa onlajn iridu

jieħdu lura apparat elettriku żgħir fi tmiem il-ħajja tiegħu

mingħajr ħlas u mingħajr l-irċevuta tal-prodott. Il-kampanji

dwar il-kollezzjoni u kampanji ta’ informazzjoni għandhom l-

għan li jissensibilizzaw il-pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ riċiklaġġ.

Id-Direttiva tal-UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u

elettroniku

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2012 rigward ir-regoli ġodda dwar l-iskart elettroniku

L-UE tiżgura li jsir riċiklaġġ tal-iskart elettroniku

Page 37: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 37 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Fl-UE, kulħadd jista’ jiddeċiedi hu fejn irid jgħix. Kollox

huwa possibbli - pensjonant jista’ jiddeċiedi li jirtira fi

Spanja u jgawdi x-xemx, student jista’ jqatta’ "la

dolce vita" fl-Italja filwaqt li negozjant jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf kumpanija f’pajjiż ieħor tal-UE.

L-Ewropa tfisser li wieħed iħossu tajjeb għaliex jista’ jmur

kull fejn irid mingħajr problemi. Dan għaliex kull ċittadin ta’

kull Stat Membru huwa wkoll ċittadin tal-Unjoni Ewropea. Iċ-

ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt u l-libertà li jagħżlu

f’liema Stat Membru jridu jaħdmu, jistudjaw jew jirtiraw. Dan

id-dritt huwa minqux fit-Trattati tal-UE bħala l-moviment

liberu tal-ħaddiema, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li

jiġu pprovduti servizzi. Kull Stat irid jittratta maċ-ċittadini tal-

Unjoni f’termini ta’ impjieg, sigurtà soċjali u taxxi daqslikieku huma ċ-ċittadini tiegħu stess.

Illum, hemm iktar minn 14-il miljun ċittadin tal-UE minn

madwar l-UE li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor fuq perjodu

twil ta’ żmien. Il-maġġoranza huma ħaddiema, iżda hemm

ukoll oħrajn li huma pensjonanti jew studenti li jaqilgħu flus biżżejjed biex jgħixu u jkollhom assigurazzjoni tas-saħħa.

Wara t-tkabbir tal-UE fl-2004 lejn il-Lvant, ħafna beżgħu li

jkun hemm influss mill-pajjiżi foqra tal-Ewropa tal-Lvant jew

li jkun hemm abbuż mis-sistema tas-sigurtà soċjali. Iċ-ċifri

ma juru xejn minn dan. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, iċ-

ċittadini mobbli tal-UE kkontribwew għas-sistemi ta’

protezzjoni soċjali fi Stati Membri oħra. Huma jħallsu iktar

f’taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali milli jirċievu

f’benefiċċji soċjali, u mhumiex iktar ta’ piż fuq dak il-pajjiż miċ-ċittadini tiegħu stess.

Il-liġi tal-UE tistabbilixxi limiti ċari: Hemm id-dritt għall-

moviment liberu, iżda m’hemmx id-dritt awtomatiku għall-

benefiċċji soċjali f’pajjiż ieħor tal-UE. Iċ-ċittadini tal-UE li

jinsabu f’impieg biss huma intitolati għall-benefiċċji tas-

sigurtà soċjali. Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dan ikkonfermatu f’diversi sentenzi.

L-immigrazzjoni tal-ħaddiema ssaħħaħ ukoll l-ekonomija,

peress li n-nuqqas ta’ ħiliet u popolazzjoni li qed tixjieħ ifissru li l-kumpaniji jeħtieġu iktar ħaddiema.

F’Malta, il-EURES jgħin liċ-ċittadini jsibu impjieg barra mill-

pajjiż.

It-test tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu

Is-sit web tal-EURES

Is-Seba' Parti: L-UE tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-impjieg fl-Ewropa

L-UE tagħmilha possibbli biex wieħed jgħix u jaħdem f’kull Stat Membru tal-UE

Page 38: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 38 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Seba' Parti: L-UE tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-impjieg fl-Ewropa

Għandek emerġenza barra mill-pajjiż? Mhix problema

Jekk ikollok emerġenza medika barra mill-pajjiż u

jinħtieġ li tara tabib tieħu r-rimborż tal-ispejjeż mill-

assigurazzjoni Ġermaniża tiegħek tas-saħħa. Dan

huwa possibbli bis-saħħa tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

L-UE tiżgura li ċ-ċittadini tagħha jkunu koperti minn

assigurazzjoni tas-saħħa meta jkunu għall-vaganzi jew qed

jivvjaġġaw fuq xogħol. Jekk tmur għand tabib fi Stat Membru

ieħor tal-UE u turi l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-

Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tiegħek jiġu rimborżati mill-Gvern

Malti. Il-persuna assigurata inizjalment tħallas għall-

emerġenza medika iżda din tiġi rimburżata wara; f’xi pajjiżi

tal-UE t-trattamenti jista’ jkun bla ħlas. Kulħadd jista’ jikseb

riċetta medika fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.

Madankollu jekk persuna tivvjaġġa barra mill-pajjiż għal kura

medika, operazzjoni jew għal kura dentali għandha l-ewwel

tikkonsulta lill-aġenzija ta’ assigurazzjoni tagħha biex tiċċara jekk l-ispejjeż humiex koperti.

Dan japplika wkoll għal persuni b’mard kroniku li jeħtieġu

attenzjoni medika kostanti. Attenzjoni: li l-kura tas-saħħa privata mhijiex dejjem koperta

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea hija

valida f’kull wieħed mit-28 pajjiż tal-UE, kif ukoll fl-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rimborż

L-Ewropa tipprovdi wkoll kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-mard waqt l-ivvjaġġar

Page 39: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 39 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Seba' Parti: L-UE tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-impjieg fl-Ewropa

L-Ewropa hija magħquda anki fl-emerġenzi. Diġà fl-

2008 l-UE introduċiet madwar l-Ewropa kollha n-

numru tal-emerġenza 112 li huwa mingħajr ħlas. Dan

inaqqas il-ħin sakemm jaslu s-servizzi ta’ emerġenza u b’hekk isalva l-ħajjiet.

Qabel, kull pajjiż kellu n-numri ta’ emerġenza tiegħu għall-

pulizija u għat-tifi tan-nar. Min kien ikun qed jivvjaġġa barra

mill-pajjiż ma kienx ikun jaf lil min għandu jċempel għall-għajnuna f’każ ta’ inċident jew nar.

Fl-2008 dan inbidel. In-numru ta’ emerġenza għall-UE kollha

jaħdem fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, minn

Spanja sal-Finlandja, mill-Ingilterra sal-Polonja - kemm minn

linja fissa kif ukoll minn telefown ċellulari. Madankollu mhux

kulħadd għadu jaf bih: skont l-Ewrobarometru tal-2016, fl-

UE kollha, 48 % biss jafu b’dan in-numru li jista’ jsalva l-ħajjiet..

Iċ-ċentri telefoniċi ta’ emerġenza għandhom ikunu kapaċi

jirċievu telefonati f’lingwi differenti, inkluż bl-Ingliż. Jekk

telefown ċellulari ma jkollux sinjal permezz tan-netwerk tas-

SIM kard, it-telefonata awtomatikament tiġi ttrasferita fuq

network barrani. Telefonata ta’ emerġenza tingħata prijorità

minn kull netwerk tat-telefown ċellulari, li anki jinterrompi

telefonati oħrajn jekk hemm bżonn. Barra minn hekk, wieħed

jista’ juża n-numru ta’ emerġenza Ewropew anki barra mill-

Unjoni Ewropea għaliex issa huwa stabbilit fi 30 pajjiż

Ewropew.

L-UE hija wkoll ikkonċernata mis-sikurezza tas-sewwieqa. Is-

sistema eCall madwar l-UE, li ġiet introdotta fl-2015 u

awtomatikament iċċempel in-numru ta’ emerġenza 112

f’każ ta’ inċident tat-traffiku biex twissi s-servizzi ta’

emerġenza, għandha ssalva l-ħajjiet. L-għan huwa li

tingħata assistenza lill-feruti fil-post tal-inċident mill-iktar

fis possibbli. Jekk is-sistema ma tiġix attivata manwalment

tirreaġixxi pereżempju permezz tal-azzjoni tal-airbags, u

abbażi tan-numru ta’ emerġenza 112 madwar l-UE kollha

tibgħat l-informazzjoni tal-post u l-ħin tal-inċident għand iċ-

ċentru ta’ servizz relevanti. Skont il-Kummissjoni, l-

installazzjoni tal-eCall tiswa madwar EUR 100 għal kull vettura.

Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ emerġenza 112

Jekk ikollok inċident ċemplilna: l-Ewropa għandha numru uniku ta’ emerġenza, il-112

Page 40: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 40 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Seba' Parti: L-UE tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-impjieg fl-Ewropa

Hemm kontrolli tat-traffiku barra mill-pajjiż? Tlift il-

liċenzja tas-sewqan waqt li kont fuq btala? Sa mill-

1996 kull Stat Membru tal-UE beda jirrikonoxxi l-

liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Stati Membri

oħrajn. Minn dak iż-żmien ilha teżisti l-liċenzja tas-sewqan unika tal-UE.

Fil-passat il-liċenzja tas-sewqan ta’ pajjiż ma kinitx dejjem

aċċettata mill-pulizija u l-awtoritajiet ta’ pajjiż ieħor. Dan

kollu nbidel bis-saħħa tal-armonizzazzjoni tal-UE. Il-liċenzji

issa huma rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha u s-sewwieqa

jistgħu jsuqu kullimkien fl-UE mingħajr ostakli burokratiċi. Fl-

UE, barra minn hekk, hemm iktar minn 110 tipi ta’ liċenzji tas-sewqan fiċ-ċirkolazzjoni.

Jekk tgħix fi Stat ieħor tal-UE, m’għandekx l-obbligu li tibdel

il-liċenzja tas-sewqan u tista’ tibqa’ tuża l-liċenzja ta’

pajjiżek meta ssuq fl-UE. Jekk ikollok bżonn iġġedded il-

liċenzja, jew l-iktar tard sal-2033, tingħatalek waħda fil-format il-ġdid.

Minn Jannar 2013 ’il hawn, il-liċenzji tas-sewqan ġodda

kollha fl-UE bdew jinħarġu b’format standard: kard tal-

plastik daqs karta tal-kreditu bir-ritratt u b’elementi ta’ sigurtà aħjar.

Jekk titlef il-liċenzja tas-sewqan waqt li tkun qed tivvjaġġa

barra mill-pajjiż fl-UE tista’ sserraħ rasek: L-Istati Membri kollha joħorġu liċenzji tas-sewqan ta’ sostituzzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea dwar l-liċenzja tas-sewqan Ewropea

It-test tad-Direttiva tal-UE tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-

Liċenzji tas-Sewqan

Permezz tal-UE s-sewwieqa għandhom mobbiltà bla fruntieri

Page 41: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 41 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Is-Seba' Parti: L-UE tiffaċilita l-ivvjaġġar u l-impjieg fl-Ewropa

Li wieħed jivvjaġġa f’Ewropa magħquda mingħajr

kontrolli fil-fruntieri, kienet ilha l-ħolma tal-Ewropej.

Fl-1985 sar qbil dwar Ewropa mingħajr fruntieri, li fl-

1995 sar realtà Illum hemm 26 Stat li diġà jiffurmaw

parti miż-Żona ta’ Schengen, b’total ta’ 400 miljun

abitant. Biex tinżamm din il-kisba komuni minkejja

pressjoni migratorja għolja, jeħtieġ li tissaħħaħ il-

kooperazzjoni tal-pulizija u l-ħarsien ġenerali tal-fruntieri esterni.

Fir-raħal ċkejken ta’ Schengen fil-Lussemburgu aktar minn

30 sena ilu, ġie ffirmat il-Ftehim eponimiku ta’ Schengen

minn sitt pajjiżi. Fiż-Żona ta' Schengen tneħħew il-kontrolli

stazzjonarji fil-fruntieri. Min jaqsam il-fruntiera bħala

vjaġġatur, ma għadux irid juri l-passaport u lanqas ma

għadhom jeżistu l-kontrolli. Miljuni ta’ nies jaqsmu kuljum il-

fruntieri interni ta’ Schengen biex imorru għax-xogħol. Kull

sena, l-Ewropej jagħmlu madwar 1.25 biljun vjaġġ bejn il-

fruntieri interni ta’ Schengen. Il-moviment liberu tal-persuni

huwa dritt għaċ-ċittadini kollha tal-UE tal-pajjiżi Schengen,

huwa wieħed mill-akbar stejjer ta’ suċċess tal-integrazzjoni

Ewropea.

Xi drabi, teżisti l-perċezzjoni li hemm rabta bejn il-Ftehim ta’

Schengen u l-kriminalità, li madankollu mhijiex appoġġata

mill-istatistika. Biex tkun żgurata s-sigurtà f’żona mingħajr

fruntieri, il-pulizija fil-pajjiżi ta’ Schengen żviluppaw metodi li

huma aktar effettivi mill-qsim tradizzjonali tal-fruntieri.

Naturalment, huwa indispensabbli li l-pulizija tibqa’ tgħasses

iż-żona tal-fruntiera, b’għadd suffiċjenti ta’ uffiċjali preżenti

li jagħmlu r-ronda u jwettqu kontrolli mmirati fil-fruntieri.

Is-servizzi tal-pulizija fiż-Żona ta' Schengen jaħdmu flimkien

biex tiġi miġġielda l-kriminalità transfruntiera, inkluż

permezz ta’ timijiet investigattivi tal-pulizija konġunti. Il-

pulizija fil-Ġermanja, fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka

waqqfet strutturi permanenti għall-kooperazzjoni u kapaċi

tirreaġixxi malajr għal theddid ġdid fiż-żoni tal-fruntiera.

B’dan il-mod, l-uffiċjali tal-pulizija fil-Ġermanja u fil-Polonja

għamlu suċċess fil-ġlieda kontra s-serq ta’ makkinarju

agrikolu. L-uffiċjali tal-pulizija fil-pajjiżi ta’ Schengen jistgħu

jissorveljaw il-kriminali suspettati fil-fruntieri, jittraċċawhom

u jarrestawhom. Huma jappoġġaw lil xulxin permezz ta’

sistema kompjuterizzata tat-teknoloġija tal-informatika li

tippermettilhom jiskambjaw id-dejta dwar persuni mfittxija

jew karozzi u armi misruqa: Dan huwa ffaċilitat permezz tas-

“Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen” (SIS), tip ta’ bażi ta’

dejta elettronika għal persuni jew oġġetti mfittxija jew nieqsa.

Madankollu, żona komuni mingħajr kontrolli fil-fruntieri tista’

biss tkun possibbli jekk nipproteġu l-fruntieri esterni tagħna

b’mod effettiv. Il-fruntieri esterni taż-Żona ta’ Schengen

jaqbżu s-7,700 kilometru, filwaqt li l-fruntieri tal-baħar ikejlu

madwar 42,700 km. Il-kriżi tar-refuġjati fl-2015 uriet in-

nuqqasijiet serji fil-fruntieri esterni tagħna, li issa qegħdin

jiġu ttrattati pass pass. Permezz tal-Gwardja Ewropea tal-

Fruntiera u tal-Kosta l-ġdida, li nħolqot fl-2016, issa

għandna 1,500 gwardja tal-fruntiera li jistgħu jiġu

mobilizzati fi ftit jiem. Il-gwardji tal-fruntieri diġà qegħdin

jagħtu appoġġ lill-Bulgarija fil-fruntiera tagħha mat-Turkija u

appoġġ lill-Greċja fil-fruntiera tat-Tramuntana tagħha. Kważi

l-migranti kollha li jaslu fil-Greċja u l-Italja issa qegħdin jiġu

rreġistrati bil-marki tas-swaba’ tagħhom minflok ma

sempliċement jintbagħtu f’partijiet oħra tal-UE. Il-Ftehim

mat-Turkija wassal għal tnaqqis drastiku fl-għadd ta’ wasliet

ġodda. Madankollu, għad hemm għadd kbir ta’ migranti

irregolari u persuni li jfittxu ażil maqbuda fil-kampijiet tal-

Greċja u l-Italja. Il-Ftehim konġunt dwar ir-rilokazzjoni tal-

persuni li jfittxu l-ażil fl-Unjoni Ewropea għadu mhux qed jaħdem kif mixtieq.

Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jippermettu lill-pajjiżi ta’

Schengen jintroduċu verifiki temporanji fil-fruntieri interni

jekk l-ordni pubblika jew is-sigurtà pubblika jkunu qed jiġu

mhedda. Fil-prattika din is-sistema ntużat fil-laqgħat għolja

politiċi jew fil-logħob tal-futbol, pereżempju biex il-vandali

barranin ma jirnexxilhomx jidħlu fil-pajjiż. Fir-rigward tal-kriżi

tar-refuġjati, sa mill-2015, sitta minn 26 Stat Membru reġgħu introduċew il-kontrolli fil-fruntieri.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri qablu li jnaqqsu

gradwalment il-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni sabiex

jerġgħu jistabbilixxu malajr kemm jista’ jkun il-funzjonament

normali taż-Żona ta' Schengen mingħajr kontrolli interni fil-

fruntieri. Kollha kemm aħna nafu x’ għandna x’nitilfu jekk

naħsbu fid-dritt li nivvjaġġaw b’mod liberu mingħajr fruntieri

fl-UE: waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Ewropa integrata tagħna.

L-ispejjeż tal-Ewropa mingħajr Schengen, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2016

Sommarju qasir dwar ir-regoli ta’ Schengen

L-UE tfisser l-ivvjaġġar mingħajr fruntieri: Iż-Żona Schengen

Page 42: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 42 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Erasmus minn Rotterdam kien Umanist tar-

Rinaxximent imħarreġ fl-Ewropa. L-ikbar programm

ta’ skambju barrani fid-dinja għal mobilità ta’

studenti, apprendisti u għalliema huwa mmudellat

f’ismu: il-programm Ewropew “Erasmus”. Dan il-

programm jiċċelebra t-30 anniversarju tiegħu propju

din is-sena fl-2017. Disa’ miljun persuna diġà

approfittaw minn dan il-programm.

Il-programm ta’ skambju Erasmus li fl-2017 jiċċelebra t-30

anniversarju tiegħu, huwa fost dawk li kellhom l-aktar

suċċess fl-UE. Filwaqt li l-programm imniedi fl-1987 beda bi

3 244 student, il-programm Erasmus + fl-2015 laqa’ 640

000 student, apprendist, volontier, għalliem, ħarrieġ u

ħaddiem żagħżugħ. Il-programm jirrappreżenta attitudni

partikolari ta’ ħajja: il-ġenerazzjoni Erasmus tesperjenza u

tħaddan id-diversità u s-sbuħija tal-kontinenti, hija interkonnessa mal-Ewropa kollha u tħossha Ewropea.

Sa mill-ħolqien tiegħu diġà ħadu sehem disa’ miljun

żagħżugħ, li minnhom 1.3 miljun kienu mill-Ġermanja. Il-

programm beda bl-iskambju ta’ studenti, iżda aktar ’il

quddiem ingħaqdu wkoll apprendisti, trainees, intraprendituri

żgħażagħ, sportivi żgħażagħ u għalliema. L-istudenti jirċievu

bejn EUR 150 u EUR 250 fix-xahar bħala appoġġ u ma

jħallsux miżati għat-tagħlim, li jistgħu jkunu imposti mill-università li tilqagħhom.

Perjodu ta’ studju barra mill-pajjiż jagħmel tajjeb għall-

karriera: l-istudenti tal-Erasmus jirduppjaw iċ-ċans tagħhom

li jsibu impjieg wara l-istudji minn studenti oħrajn. Fi tmiem

it-taħriġ, parteċipant wieħed minn tlieta fl-Erasmus jiġi

offrut impjieg fil-kumpanija li fiha jkun tħarreġ. Wieħed minn

kull għaxra joħloq il-kumpanija tiegħu stess. Din hija x’aktarx

l-unika inizjattiva tal-UE li permezz tat-triloġija “L’Auberge

Espagnol” (“L-Appartament Spanjol”) kisbet suċċess

ċinematografiku f'livell dinji. Madrid, Pariġi u Vjenna huma l-aktar destinazzjonijiet favoriti Ewropej mal-istudenti

Mill-2014, il-programm Erasmus ġie amalgamat ma’

programmi oħra bħall-Erasmus + li jinkludi programm tal-

Masters u tad-Dottorat u l-programm Erasmus għal

imprendituri żgħażagħ. Din is-sena l-Kummissjoni Ewropea

se tissupplementa l-Erasmus bl-ErasmusPro, li permezz

tiegħu l-apprendisti li jkunu qed jitħarrġu jkollhom il-

possibbiltà li jibqgħu barra pajjiżhom fuq medda itwal ta’

żmien (minn sitt xhur sa massimu ta’ sena). Il-proġetti

ffinanzjati mill-Erasmus jimmotivaw lill-apprendisti li jkunu

qed joqorbu lejn tmiem l-istudji tagħhom biex ikomplu

joqogħdu għal perjodu ta’ żmien barra pajjiżhom u jispiċċaw it-taħriġ tagħhom.

Is-somma ta’ EUR 14.7 biljun hija disponibbli għall-Erasmus

fil-baġit tal-UE għall-2014-2020. Għall-Ġermanja biss, il-

baġit ta’ EUR 167 miljun fl-2014 għandu jiżdied għal

madwar EUR 300 miljun fl-2020. Matul dan il-perjodu,

madwar 4 miljun Ewropew se jkollhom l-opportunità li

jistudjaw, jaħdmu u jitgħallmu barra minn pajjiżhom bis-saħħa tal-Erasmus..

Il-websajt tal-Programm Erasmus +

Il-websajt tat-30 anniversarju ta’ Erasmus

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

L-UE tibgħat żgħażagħ barra mill-pajjiż għal skopijiet ta’ tagħlim

Page 43: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 43 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

Appoġġ għar-refuġjati jew assistenza wara terremot:

Fi programm ġdid tal-UE jistgħu jieħdu sehem iż-

żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha waqt li jakkumulaw

l-esperjenza barra minn pajjiżhom. Sa issa diġà

rreġistraw aktar minn 20 000 persuna. L-

operazzjonijiet inizjali huma mistennija jibdew aktar tard din is-sena.

Fi tmiem l-2016, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-“Korp

Ewropew ta’ Solidarjetà”. Dan il-programm il-ġdid għandu l-

għan li jiġbed liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fuq bażi

volontarja f’każijiet ta’ emerġenza fil-fruntieri nazzjonali.

Voluntiera żgħażagħ bejn l-etajiet ta’ 18 u 30 sena jkunu

jistgħu jgħinu, bħala parti minn proġetti fi kriżijiet, bħalma hi

l-kriżi tar-refuġjati jew fit-terremoti reċenti fl-Italja. L-

offerta tal-UE hija maħsuba biex tippromwovi s-solidarjetà

fost iż-żgħażagħ u biex dawn isaħħu l-kwalifiki professjonali tagħhom.

Il-parteċipanti jirċievu jew salarju regolari, jew tal-inqas

ikollhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien imħallsa, kif

ukoll akkomodazzjoni mħallsa u jingħataw ukoll xi flus għal

spejjeż żgħar (pocket money). Il-Korp ta’ Solidarjetà joffri l-

parteċipanti opportunità li jagħmlu xogħol volontarju, jew il-

possibbiltà ta’ taħriġ, apprendistat jew impjieg għal perjodu

bejn xahrejn sa 12-il xahar. Dan iservi bħala pass ’il quddiem lejn impjieg fuq perjodu itwal ta’ żmien.

Iż-żgħażagħ jistgħu wkoll ikunu involuti f’oqsma bħall-

edukazzjoni, is-saħħa, l-inklużjoni soċjali, il-kostruzzjoni ta’

djar, ir-rinnovazzjoni u l-ġestjoni, l-akkoljenza tal-migranti, il-

ħarsien tal-ambjent jew id-diżastri naturali. Fi tmiem il-ħidma, huma jingħataw ċertifikat.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker

qal: “Ngħid għalija, din hija l-qalba u l-essenza tal-Unjoni

Ewropea. Mhumiex it-Trattati jew l-interessi industrijali u

ekonomiċi, iżda huma l-valuri tagħna li jgħaqqduna.” Sal-

2020, il-Kummissjoni Ewropea qed tittama li jkun hemm

mal-100,000 parteċipant. Wieħed jista’ japplika biex

jissieħeb mal-Korp ta’ Solidarjetà fuq l-Internet fil-websajt

https://europa.eu/youth/SOLiDARITY_mt. L-ewwel proġetti għandhom jibdew fl-ewwel sitt xhur tas-sena.

Il-websajt tal-Korp ta’ Solidarjetà

Mistoqsijiet u Tweġibiet dwar il-Korp ta’ Solidarjetà

L-UE qed toffri servizz ta’ volontarjat ġdid: Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Page 44: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 44 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

Fil-Greċja, kważi wieħed minn kull żewġ persuni

żgħażagħ taħt l-età ta’ 25 sena huwa mingħajr xogħol

u s-sitwazzjoni ma tantx hija aħjar fi Spanja. Fl-Italja

r-rata hija ta’ aktar minn wieħed għal kull tlieta. Il-

kriżi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fin-Nofsinhar tal-

Ewropa, li diġà qabel l-introduzzjoni tal-ewro kienet

problema, kompliet tmur għall-agħar. Iżda min-naħa

tagħha, l-UE qiegħda tkun mobbli. L-ewwel riżultati

diġà bdew jidhru.

Il-politika dwar is-suq tax-xogħol hija primarjament ir-

responsabbiltà tal-Istati Membri, madankollu, l-UE tappoġġa

l-membri tagħha fil-ġlieda kontra l-qgħad. Minħabba l-kriżi

ekonomika, it-tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa

waħda mill-ewwel 10 prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea

attwali. F'Ottubru 2016 mal-4.2 miljun żagħżugħ u

żagħżugħa taħt il-25 sena kienu qiegħda fl-UE. Ir-rata tal-

qgħad kienet għadha ta’ 18,4 %, għalkemm kienet sew taħt il-quċċata ta’ Jannar 2013 li laħqet l-24 %.

Fl-2013, bħala parti mill-hekk imsejħa Garanzija tal-UE

għaż-Żgħażagħ, l-Istati Membri impenjaw ruħhom biex iż-

żgħażagħ taħt l-età ta’ 25 jerġgħu jsibu xogħol u jkunu

kapaċi jintegraw fis-suq tax-xogħol. Kull min ikun temm l-

istudji tiegħu jew ikun spiċċa qiegħed, għandu fi żmien erba’

xhur, isib impjieg, jew jimpenja ruħu f’apprendistat, taħriġ

ulterjuri jew jikseb esperjenza ta’ xogħol. Sal-2018, l-UE se

tkun qed tipprovdi mas-EUR 6.4 biljun għall-programmi

marbuta ma’ dan il-qasam, u sal-2020 il-baġit għandu jiżdied b’EUR 2 biljun oħra.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker,

irrefera għal-livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ bħala

“kriżi umanitarja” u sostna li l-Ewropa ma tistax tibqa’

kontinent ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Huwa kompla jgħid li:

“Ma nista qatt naċċetta li l-Ġenerazzjoni Y tal-Millennju,

possibbilment tkun l-ewwel ġenerazzjoni f’dawn l-aħħar 70

sena li tkun f’qagħda agħar minn tal-ġenituri tagħha.” Barra

minn hekk, EUR 10 biljun fis-sena huma disponibbli għall-ħolqien tal-impjiegi, it-taħriġ u l-intraprenditorija inġenerali.

L-iskema ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ bdiet tagħti r-riżultati.

Skont il-Kummissjoni Ewropea l-għadd ta’ żgħażagħ qegħda

mill-2013 sa tmiem l-2016, naqas b’1.6 miljun. Fl-istess

perjodu, ir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ naqset minn 23.9

għal 18.5 %. Għalkemm fi tmiem l-2016 kien għad hemm

6.6 miljun żagħżugħ u żagħżugħa mingħajr impjieg jew

edukazzjoni jew taħriġ, in-numru tagħhom naqas b’900,000

f’dan il-perjodu. Minn Jannar 2014, 14-il miljun żagħżugħ u

żagħżugħa ħadu sehem fil-proġetti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tespandi l-

programm ta’ skambju Erasmus + li kien ta’ suċċess, biex

jinkludi l-ErasmusPro li jappoġġa soġġorn iktar fit-tul għall-apprendistati barra minn pajjiżhom.

L-Eurostat dwar il-Qgħad fost iż-Żgħażagħ (Awwissu 2016)

Il-Kummissjoni Ewropea dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ (bl-Ingliż)

Il-Kummissjoni Ewropea dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-

UE skont il-pajjiż

Ninvestu fiż-żgħażagħ tal-Ewropa: Mistoqsijiet u Tweġibiet

L-UE tipprovdi x-xogħol liż-żgħażagħ

Page 45: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 45 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

Is-suċċess ekonomiku ta’ spiss huwa bbażat fuq

metodi innovattivi u ideat ġodda. Biex tibqa’

kompetittiva fis-suq tal-ideat globali, l-UE qed

tinvesti l-miljuni fil-promozzjoni ta’ riċerka, ta’ spiss f’timijiet internazzjonali.

Eċċellenza xjentifika u tmexxija industrijali, – dawn huma l-objettivi tal-Programm

għar-Riċerka u l-Innovazzjoni msejjaħ “Orizzont 2020”. L-UE

qed tipprovdi finanzjament ta’ madwar EUR 80 biljun mill-baġit tagħha bejn l-2014 u l-2020, biex tappoġġa r-riċerka.

Ir-riċerka fi kwistjonijiet importanti għall-isfidi globali u futuri

bosta drabi mhijiex iffinanzjata biżżejjed mill-baġits

nazzjonali tar-riċerka u tagħmel suċċess l-aktar meta

titwettaq f’timijiet internazzjonali. Eżempju ta’ dan huwa l-

ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika. Permezz ta’ proġetti

ffinanzjati mill-UE, ir-riċerkaturi ġabru dejta li żvelat kawżi li

jvarjaw u gradi differenti fl-iskala tal-problema skont l-Istat

Membru. Sar evidenti liema Stati Membri kienu ta’ suċċess

fil-ġlieda kontra l-batterji reżistenti, kif u għalfejn. Fuq din il-

bażi, il-politika ħadet direzzjoni differenti biex tikkumbatti r-reżistenza.

L-UE tagħmilha aktar faċli lill-inventuri u lill-kumpaniji

innovattivi li jiksbu protezzjoni għall-invenzjonijiet tagħhom

madwar l-Ewropa kollha. Fl-ewwel nofs tal-2017għandha

titnieda l-privattiva unitarjatal-UE. L-Uffiċċju Ewropew tal-

Privattivi, imbagħad ikun jista’ joħroġ privattiv li jkun

awtomatikament validu fl-Istati Membri kollha tal-UE. Dan

jiffranka l-ħin u l-flus għall-intrapriżi. Barra minn hekk, fil-

ġejjieni, Qorti Ewropea tal-Privattivi se tkun tista’ ssolvi t-

tilwim bejn il-kumpaniji, li se tiffranka l-ħtieġa għall-kawżi tal-qorti paralleli f’diversi pajjiżi tal-UE.

Ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar Orizzont 2020

(bl-Ingliż)

Il-websajt tal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Orizzont 2020

Il-websajt dwar il-privattiva unitarja

Ir-riċerkaturi Ġermaniżi jirċievu l-biljuni mill-programm tal-UE “Orizzont 2020”

Page 46: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 46 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

Ir-riċerka tiġġenera kwantitajiet enormi ta’ riżultati u

ta’ dejta. Sabiex ikun possibbli għar-riċerkaturi li

jaqsmu u jisfruttaw din l-informazzjoni lil hinn mill-

fruntieri, il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha toħloq Cloud Ewropew tax-Xjenza sal-2020.

Din l-idea torjenta ruħha lejn il-ġejjieni: Diġà minn din is-

sena, id-dejta xjentifika kollha prodotta permezz ta’ proġetti

bil-Programm Xjentifiku ta’ Orizzont 2020 tal-UE, għandha

tkun disponibbli liberament permezz tal-cloud ta’ dejta ġdida tal-komunità xjentifika Ewropea.

Ir-riċerkaturi mill-universitajiet u mill-istituti tar-riċerka mal-

Ewropa u sħabhom il-ħaddiema mifruxa mad-dinja jistgħu

jkunu konnessi permezz tal-Cloud, biex jikkondividu u

jevalwaw l-ammont kbir ta’ dejta tar-riċerka u l-għarfien

xjentifiku disponibbli. Madwar 1.7 miljun riċerkatur u 70

miljun professjonist fix-xjenza u t-teknoloġija fl-Ewropa, ikunu jistgħu jikkondividu ambjent virtwali sal-2020.

Il-Kummissjoni Ewropea se tpoġġi EUR 2 biljun għad-

dispożizzjoni tal-cloud, u EUR 4.7 biljun oħra għandhom jiġu

minn sorsi pubbliċi u privati. L-għan ta’ dan huwa li: l-Ewropa

tikkonsolida l-kompetittività globali tagħha fil-qasam tal-

analiżi tal-“Big Data”. Din il-cloud ta’ dejta għandha tirrendi

l-ħidma aktar faċli għan-negozji li jkunu għadhom kemm

fetħu kif ukoll għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Id-dejta maħżuna fil-cloud għandha tkun ukoll aċċessibbli

għar-riċerkaturi mill-industrija u mis-settur pubbliku, li jkunu

jridu jħallsu għall-aċċess. Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea

qed tippjana li tippromwovi l-iżvilupp ta’ superkompjuters ġodda b’teknoloġija quantum permezz ta’ inizjattiva ewlenija.

Il-Kummissjoni Ewropea dwar il-cloud

L-UE toħloq il-Cloud Ewropew tax-Xjenza

Page 47: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 47 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

Kemm jekk fil-post tax-xogħol, kif ukoll jekk qiegħed

ġo daru jew jekk qed jivvjaġġa, dak li jkun irid

jiċċekkja l-emails tiegħu jew jibgħat xi ritratt malajr.

Għal dan l-għan wieħed jeħtieġ konnettività tajba tal-

Internet, inkluż fil-ħajja pubblika. L-UE tieħu ħsieb dan ukoll.

Din hija l-ħolma ta’ ħafna utenti tal-ismartphone: li jkollhom

il-WiFi bla ħlas fiż-żoni pubbliċi. Il-Kummissjoni trid tagħmel

possibbli din il-ħolma u pproponiet inizjattiva dwar dan

f’Settembru 2016. Sal-2020, l-ispazji pubbliċi prinċipali fl-

ibliet u l-irħula Ewropej għandhom ikunu mgħammra

b’konnessjoni tal-internet b’veloċità qawwija ħafna u

mingħajr ħlas. Pereżempju bħal-libreriji, il-ġonna pubbliċi u

bini pubbliku. Għal dan il-għan, l-UE qed talloka EUR 120 miljun.

Sal-2020, bejn 6,000 u 8,000 belt u muniċipalità mistennija

jagħmlu użu minn dan il-finanzjament tal-UE. Il-

muniċipalitajiet jirċievu t-teknoloġija tal-WiFi mingħajr ħlas,

billi l-UE trodd lura l-ispejjeż imġarrba għat-tagħmir

teknoloġiku u għall-istabbiliment tal-WiFi4EU- hotspots. Il-

Kummissjoni Ewropea talbet lill-awtoritajiet lokali biex

jiżviluppaw servizzi ġodda f’dan il-qasam, bħal mapep tal-

ibliet għat-turisti, formoli onlajn għall-uffiċċji tagħhom jew

informazzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa. Huwa prerekwiżit li

l-ibliet ma jostakolawx is-servizzi tal-Wifi eżistenti privati

jew pubbliċi u li l-operaturi tan-netwerk joffru veloċità ta’

mill-inqas 30 MB/sekonda. B’hekk, l-inizjattiva għandha

partikolarment fil-mira ż-żoni li fihom ma jkunx hemm

netwerks tal-Wi-Fi. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati

mis-sajf tal-2017.

Barra minn hekk, iċ-ċittadini f’reġjuni mbiegħda għandu

jkollhom ukoll konnessjoni tal-internet mobbli b’veloċità

għolja bi prezzijiet li jintlaħqu minn kulħadd. Sal-2025, il-

konsumaturi kollha fl-Ewropa, għandu jkollhom aċċess għall-

internet mobbli 5G b’veloċità għolja ħafna. “Dan għandu l-

potenzjal li joħloq żewġ miljun impjiegi oħra fl-UE,” qal il-

President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker. Fl-

2013 il-Kummissjoni nediet sħubija pubblika-privata, bl-

appoġġ ta’ EUR 700 miljun ta’ fondi pubbliċi bl-għan li tiffjorixxi t-teknoloġija tal-5G fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni Ewropea dwar il-WiFi4EU

L-UE qed tikkollega lill-Ewropa. WiFi bla ħlas fl-ibliet u l-irħula

Page 48: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 48 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

L-UE qiegħda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri

tagħha mhux biss fir-rigward tal-politika u l-

ekonomija, iżda wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-

kultura. Bosta skemi ta’ appoġġ jgħinu lil ħafna

diretturi, atturi, kantanti u artisti oħra biex jiksbu

suċċess. Pereżempju, x’isir minnu ċ-ċinema mingħajr l-industrija tal-films Ewropea?

Jingħad li wieħed mill-missirijiet fundaturi tal-Ewropa, Jean

Monnet, qal: “Kieku kelli nerġa’ nagħmel dan kollu għal

darb’oħra, nibda bil-kultura.” Din l-espressjoni hija waħda ta’

rikonixximent li l-kultura titqies bħala l-mutur ewlieni tal-

integrazzjoni Ewropea, billi l-Ewropa tikkondividi storja kulturali komuni fuq medda ta’ sekli sħaħ.

Kull Stat Membru hu responsabbli għall-politika kulturali

tiegħu stess, madankollu l-UE tipprovdi l-appoġġ lill-Istati

Membri kollha tagħha fil-qasam tal-kultura. L-għan tal-UE

huwa li tippromwovi d-diversità kulturali u tippreżerva l-wirt

kulturali, li tappoġġa lill-artisti fil-ħidma tagħhom, u li

tinkoraġġixxi l-iskambji kulturali. Lejn tmiem l-2015, mal-

miġja tar-rifuġjati u l-impatt li ġabu magħhom, żdied id-djalogu interkulturali flimkien ma’ dawn l-għanijiet.

Aktar minn seba’ miljun impjieg jiddependu mis-setturi

kulturali u kreattivi fl-Ewropa. Il-films Ewropej ivarjaw ħafna

minn xulxin bħal pereżempju s-suċċess tal-box office fir-

rigward tal-film “Amélie” jew “Goodbye Lenin”. Biex dan ikun

possibbli, l-UE ilha sa mill-1990 toffri għajnuna finanzjarja

lid-diretturi u l-produtturi tal-films għat-televiżjoni u għaċ-

ċinema. Sabiex tkun żgurata l-kwalità tal-films Ewropej, l-UE

tissussidja l-film festivals, tappoġġa d-distribuzzjoni u l-

kummerċjalizzazzjoni tal-koproduzzjonijiet Ewropej u

tissussidja l-produzzjoni ta’ sensiliet televiżivi; hija tappoġġa

wkoll in-netwerks taċ-ċinema bħal pereżempju “Europa

Cinemas”, li jlaqqa’ flimkien is-swali taċ-ċinema li juru għadd kbir ta’ films Ewropej.

Iċ-ċifri juru kemm kien ta’ suċċess l-appoġġ fl-industrija tal-

films: Sa mit-tnedija tagħha, l-għadd ta’ films Ewropej fiċ-

ċinema ttripla, is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn taħt l-

10 % inizjalment sa aktar minn 33 % fil-preżent..

L-għodda ewlenija tal-UE għall-promozzjoni tal-kultura

Ewropea hija l-programm “Ewropa Kreattiva”. Il-programm

“Ewropa Kreattiva” għandu baġit ta’ madwar EUR 1.46 biljun

sal-2020, biex isaħħaħ is-setturi kulturali u kreattivi tal-

Ewropa. Il-programmi “KULTURA” u “MIDJA” jifformaw parti

mill-programm “Ewropa Kreattiva”.

Barra minn hekk, fl-2016, ġie stabbilit Fond ta’ Garanzija

ġdid għall-promozzjoni tan-negozji kreattivi ż-żgħar. Il-

programm jappoġġa tours u wirjiet internazzjonali, iżda wkoll

traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet letterarji ta’ finzjoni (fiction), u taħriġ għall-artisti żgħażagħ.

L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea, li ġiet

stabbilita fl-1976, gawdiet minn finanzjament għal żmien

twil fir-rwol tagħha ta’ ambaxxatur kulturali. Aktar minn

3,000 mużiċist ħadu sehem fl-Orkestra taż-Żgħażagħ li,

matul is-snin, saret simbolu tad-diversità kulturali tal-

Ewropa. Il-futur tal-Orkestra, li diġà ħadmet flimkien ma’

Diretturi kbar bħal Leonard Bernstein jew Herbert von

Karajan, huwa garantit bis-saħħa ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-websajt Creative Europe Media

Il-websajt dwar il-Kultura fl-UE

Il-websajt tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-

Audioviżiv u l-Kultura

L-UE tippromwovi Ewropa ta’ kulturi

Page 49: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 49 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tmien Parti: L-UE tippromwovi l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kultura

X’inhu dak li jgħaqqad lil Firenze, Berlin, u mis-sena d-

dieħla l-Belt Valletta? It-tlitt ibliet intgħażlu bħala l-

Kapitali Ewropej tal-Kultura. Huma jirrappreżentaw il-

pajsaġġ kulturali vibranti fl-Ewropa – u jibbenefikaw

mill-finanzjament minn Brussell. L-ebda kontinent fid-

dinja ma kien kapaċi jibni wirt kulturali varjat fuq art tant żgħira bħall-Ewropa.

L-Unjoni Ewropea ilha mill-1985 tagħti t-titlu ta’ Belt

Kapitali tal-Kultura. L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li

“tenfasizza r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej”, li

tagħti spinta lit-turiżmu u li ttejjeb l-immaġni tal-bliet. Barra

minn hekk, isservi biex iżżid is-sens ta’ appartenenza tal-

Ewropej għal żona kulturali komuni. Għal kull Belt Kapitali

tal-Kultura hemm somma prevista ta’ EUR 1.5 miljun, fil-

forma tal-“Premju Melina Mercouri” li jingħata lill-ibliet

magħżula. Melina Mercouri kienet il-Ministru tal-Kultura Grieg li nediet dan il-programm.

Ateni kienet l-ewwel Belt Kapitali tal-Kultura. L-ewwel belt

Maltija li se tirċievi dan it-titlu hija l-Belt Valletta fl-2018.

Din is-sena, il-belt ta’ Aarhus fid-Danimarka u ta’ Paphos

f’Ċipru huma l-Ibliet Kapitali tal-Kultura għall-2017, li matul

is-sena se jkunu qed jiċċelebraw permezz tat-teatru, tal-

mużika, ta’ wirjiet tal-arti u ta’ festivals. Il-bliet jintgħażlu

formalment erba’ snin qabel. Inizjalment, kien hemm biss

belt Kapitali tal-Kultura waħda, iżda mill-2001, minħabba l-

għadd kbir ta’ applikazzjonijiet, qed jintgħażlu żewġt ibliet. It-

titlu sa issa ngħata lil aktar minn 50 belt Ewropea. Mal-Belt Valletta se jkun hemm il-Belt Olandiża Leeuwarden.

L-UE tipprovdi wkoll premjijiet għall-kultura, bħall-premju

Ewropew għall-mużika pop, magħruf bħala l-EBBA (European

Borders Breakers Awards). Dan il-premju jingħata lil artisti

interpreti li jkunu kapaċi, bl-ewwel album tagħhom barra minn pajjiżhom, jilħqu udjenza wiesgħa.

L-Ewropa hija l-mexxejja dinjija assoluta fil-kamp tal-kultura.

Imkien fid-dinja ma jeżistu daqstant monumenti ta’ wirt

kulturali protetti mill-UNESCO bħala ta’ klassi dinjija bħalma

jeżistu fil-kontinent Ewropew. L-UE ħolqot ukoll iċ-Ċertifikat

tal-Patrimonju Ewropew. Dan jingħata lil siti jew li huma ta’

importanza partikolari għall-istorja jew għall-ideali tal-

integrazzjoni Ewropea. Dawn il-monumenti jimmarkaw ma

ntgħażlux għas-sbuħija jew għall-arkitettura tagħhom, iżda

għall-valur speċjali li għandhom fl-Ewropa. Din hi l-prijorità li

tiddistingwi ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mill-Wirt Dinji tal-UNESCO.

Minn din is-sena se jintgħażlu rotot ta’ wirt kulturali f’diversi

bliet ta’ patrimonju kulturali u li jimmarkaw avvenimenti varji

bħal festivals u wirjiet. Il-UNESCO u l-Kummissjoni Ewropea

ħadmu flimkien f’dan il-proġett. It-turisti se jirċievu

informazzjoni u mapep tas-siti kulturali permezz ta’ applikazzjoni fuq il-mowbajl tagħhom.

Lista tal-Ibliet Kapitali Kulturali

Il-UNESCO u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rotot ta’

patrimonju kulturali (bl-Ingliż)

L-UE tippreżerva d-diversità kulturali u tinnomina Kapitali Ewropej tal-Kultura

Page 50: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 50 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-attakki fi Brussell, Pariġi u Berlin wrew li t-

terroriżmu Iżlamiku ma jiqafx fil-fruntieri nazzjonali.

Fl-istess ħin, l-attakki esponew lakuni fl-

arranġamenti u nuqqasijiet fl-iskambju ta’

informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE. L-UE

tappoġġa l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-membri

tagħha, peress li l-ebda pajjiż individwali ma jista’ jindirizza t-theddid transfruntier waħdu.

Mill-attakki ta’ Madrid fl-2004 ’l hawn, saru aktar minn 30

attakk terroristiku oħra fl-Ewropa. Aktar minn 600 persuna

mietu fi bliet bħal Londra, Pariġi, Brussell, Nizza, jew Berlin.

Din hi r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni tagħti l-akbar

prijorità lill-kwistjoni tas-sigurtà. Permezz ta’ miri u liġijiet

komuni, l-UE tista’ ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tipproteġi aħjar liċ-ċittadini tagħha.

Sa mill-2005, l-Istati Membri tal-UE adottaw strateġija

komuni biex jiġi miġġieled it-terroriżmu. Minn dak iż-żmien ’il

hawn, regoli aktar stretti qegħdin jgħinu biex jipprevenju l-

ħasil tal-flus u jnaqqsu l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-

kisba u l-pussess tal-armi tan-nar huma suġġetti għal

kontrolli aktar stretti. L-UE flimkien ma’ kumpaniji tal-

internet qed tiġġieled il-propaganda terroristika onlajn u qed

tikkumbatti r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ fl-iskejjel u l-ħabsijiet.

L-UE qed taħdem biex tibni sistema għall-ġbir u l-użu ta’

dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal

finijiet ta’ infurzar tal-liġi li għandha titlesta sa Mejju 2018.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu uffiċċju ċentrali biex

jiġbru d-dejta tal-passiġġieri, bħal pereżempju l-indirizz, in-

numru tat-telefown, l-itinerarji, u d-dati tal-ivvjaġġar, mil-linji tal-ajru.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Sistema Ewropea ta’

Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), li

għandha tippermetti li jsiru kontrolli minn qabel fir-rigward

ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw lejn iż-

Żona ta' Schengen u li huma eżentati mir-rekwiżiti ta’ viżi.

Sabiex it-terroristi ma jkunux jistgħu jaħarbu madwar l-

Ewropa mingħajr ma jinqabdu, il-Kummissjoni Ewropea qed

tippjana li tkompli tiżviluppa l-bażi tad-dejta tal-persuni

mfittxija tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS). Il-

persuni suspettati għandhom għalhekk b’mod obbligatorju

jitpoġġew fuq il-lista’ ta’ persuni mfittxija u l-projbizzjonijiet

ta’ dħul għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi jridu jiddaħħlu fis-

SIS.

L-Europol, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija fl-Aja, qiegħda

tissaħħaħ. L-Europol tipprovdi assistenza għall-forzi tal-

pulizija nazzjonali pereżempju fil-forma ta’ timijiet konġunti

ta’ investigazzjoni. B’reazzjoni għall-attakki ta’ Pariġi fi

tmiem l-2015, l-Europol stabbilixxa wkoll Ċentru għall-Ġlieda

Kontra t-Terroriżmu. F’dan iċ-ċentru, 60 espert jiġbru l-

informazzjoni mingħand bosta awtoritajiet ta’ sigurtà, bħal

pereżempju dwar ġiħadisti li jerġgħu lura.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Kontra t-

Terroriżmu

Lejn Unjoni ta’ Sigurtà Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Armi tan-nar: Ftehim dwar il-Proposta tal-Kummissjoni biex

iżżid is-sigurtà taċ-ċittadini

Id-Disa' Parti: L-UE toħloq is-sigurtà interna

L-UE tiġġieled kontra t-terroriżmu

Page 51: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 51 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Id-Disa' Parti: L-UE toħloq is-sigurtà interna

Serq mill-banek, kuntrabandu, traffikar tad-droga u

ħasil tal-flus – il-kriminalità organizzata

trasfruntiera hija attiva u tinsab madwar l-Ewropa

kollha. L-Unjoni Ewropea tiżgura li l-Istati Membri

jikkooperaw b’mod aktar effettiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

F’Ewropa mingħajr fruntieri interni, il-kriminalità hija attiva

wkoll bejn il-fruntieri. Għalhekk, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-

pulizija u ġudizzjarji jikkooperaw mill-qrib madwar l-UE

kollha. Dan jintlaħaq fuq il-bażi tal-mandat ta’ arrest

Ewropew, adottat fl-2002 u li jippermetti l-applikazzjoni ta’

mandat ta’ arrest nazzjonali madwar l-Ewropa kollha. Dan

ifisser li kriminali u persuni suspettati f’pajjiżi Ewropej oħra, jinqabdu ħafna aktar faċilment u mingħajr dewmien.

Id-dejta dwar il-persuni mfittxija permezz tas-Sistema ta’

Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) tagħmilha aktar faċli għall-

gwardji tal-fruntiera li jidentifikaw il-kriminali. Il-bażi tad-

dejta telenka l-kriminali mfittxija, iżda telenka wkoll l-armi,

il-karozzi misruqa u d-dokumenti tal-identità mitlufa. Dan kollu jiffaċilita t-tfittxija tal-kriminali.

L-UE stabbiliet ukoll grupp ta’ livell għoli ta’ mħallfin u

prosekuturi mill-Istati Membri kollha tal-UE fl-Awtorità tal-

Eurojust. Dawn jinvestigaw ir-reati transfruntiera serji u jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, l-Europol fil-belt Olandiża

tal-Aja għandu wkoll rwol importanti. L-Europol jimpjega

madwar 100 espert u analisti tal-kriminali li jiġbru

informazzjoni dwar l-awturi tar-reati u jgħinu fit-tiftix ta’

persuni mfittxija. L-Europol tipproduċi studji dwar il-

kriminalità u t-terroriżmu, tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali

u b’mod l-aktar konkret, tgħin biex jinqabdu l-kriminali. Il-

websajt eumostwanted.eu tippubblika deskrizzjonijiet tal-

kriminali internazzjonali l-aktar imfittxija. Il-Pulizija ta’ Malta

ngħaqdet man-Netwerk Ewropew u f’Jannar 2017 is-Servizzi

tal-Investigazzjoni Kriminali f’Malta ssottomettew

informazzjoni fuq żewġ maħrubin li huma mfittxija lokalment.

Il-baġit tal-UE qed jalloka EUR 1 biljun għat-tisħiħ tal-

kooperazzjoni bejn il-pulizija sal-2020. Dawn il-fondi

għandhom jgħinu biex jiffinanzjaw fost affarijiet oħra, l-

Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta, it-taħriġ u t-teknoloġiji

l-ġodda madwar il-pajjiżi tal-UE. Pereżempju, mill-2013, l-

Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta magħmula mill-uffiċċji

tal-prosekutur pubbliku u l-forzi tal-pulizija minn

Brandenburg u l-Polonja qed jinvestigaw gruppi organizzati

transfruntiera ta’ kriminali. Fir-reġjuni tal-fruntieri jeżistu

wkoll “Ċentri ta’ Kooperazzjoni Konġunta tal-Pulizija u tad-

Dwana” li fihom il-pulizija u l-uffiċjali tad-dwana mill-

Bavarja, mis-Sassonja u mir-Repubblika Ċeka jikkoordinaw operazzjonijiet konġunti.

L-UE ma għandhiex il-piena tal-mewt lanqas għall-aktar

reati serji bħalma huwa l-qtil. Dan imur kontra l-valuri tal-

Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-

Claude Juncker qal: “Aħna l-Ewropej ngħidu “le” bil-qawwa

kollha, għall-piena tal-mewt. Għax nemmnu u nirrispettaw il-valur tal-ħajja umana.”

Il-websajt tal-Europol

Il-websajt tal-Europol għat-tiftix tal-aktar persuni mfittxija

(bl-Ingliż)

Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Eurojust:

L-UE tieħu azzjoni kontra l-kriminalità organizzata

Page 52: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 52 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Id-Disa' Parti: L-UE toħloq is-sigurtà interna

It-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali

tan-nisa u tat-tfal huma delitti faħxija. L-UE żviluppat

programmi speċifiċi kontra l-persuni li jiksru l-liġi.

Aktar minn tliet kwarti tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

jew tal-abbuż fl-UE huma nisa. Ħafna minnhom jiġu sfurzati,

bl-użu tal-vjolenza, li jidħlu fil-prostituzzjoni, jew li jaħdmu bi

ħlas ftit li xejn. It-tfal qegħdin ikunu dejjem aktar fil-mira.

Ħafna mill-vittmi ġejjin mit-28 Stat Membru tal-UE, il-biċċa

l-kbira minnhom mir-Rumanija u mill-Bulgarija. It-traffikar

tal-bnedmin jinkludi l-prostituzzjoni furzata, ix-xogħol furzat

jew it-traffikar tal-organi. Fis-snin 2013 u 2014, skont

rapport tal-UE, 15,846 persuna li jinkludu nisa, irġiel, bniet u

subien ġew irreġistrati fl-UE bħala vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin.

L-Ewropa hija magħquda fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-

bnedmin. Hija tiffoka fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-

vittmi, il-prosekuzzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali.

Pereżempju, il-Kummissjoni Ewropea nediet pjattaforma

elettronika li fiha madwar 100 organizzazzjoni minn madwar

l-Ewropa kollha li jiskambjaw l-informazzjoni. Dawn jaqsmu

l-esperjenzi, l-ideat, u l-inizjattivi tagħhom biex jappoġġaw lill-vittmi.

Il-liġi tal-UE tiggarantixxi d-drittijiet legali tal-vittmi tat-

traffikar tal-bnedmin, bħad-dritt għal assistenza legali,

għall-kura medika u għal residenza temporanja.

Id-Direttiva tal-UE tal-2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda

kontra t-traffikar tal-bnedmin

Dokument tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-

vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

L-UE tipproteġi lin-nisa u lit-tfal mit-traffikar u mill-abbuż

Page 53: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 53 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea għandha rwol attiv fil-ġlieda kontra

l-faqar fid-dinja: L-UE u l-Istati Membri tagħha huma

l-akbar donaturi ta' għajnuna għall-iżvilupp. Flimkien,

huma jagħtu aktar donazzjonijiet mill-potenza globali tal-Istati Uniti.

Aktar minn nofs l-għajnuna għall-iżvilupp li tingħata fid-dinja

ġejja mill-Ewropa. Fl-2015, l-Unjoni Ewropea u l-Istati

Membri tagħha pprovdew is-somma rekord ta' total ta' EUR

68 biljun – dawn kienu 15 % aktar mill-ammont tas-sena ta'

qabel. Fil-konfront tal-kriżi tar-rifuġjati, l-Istati żiedu l-

għajnuna tagħhom.

Anki meta wieħed iqabbel l-infiq mal-prosperità ekonomika,

l-UE kienet fuq quddiem nett. L-għajnuna għall-iżvilupp

tirrappreżenta 0.47 % tal-ġid iġġenerat mill-ekonomiji tal-UE

kull sena; dan huwa d-doppju ta' dak ta' pajjiżi mhux fl-UE

(0.21 %). In-Nazzjonijiet Uniti għandhom il-mira ta' 0.7 %.

Minħabba l-kriżi ekonomika u pressjonijiet baġitarji serji, il-

pajjiżi tal-UE sa issa ma jistgħux jilħqu din il-mira. Iżda huma jridu jilħqu dan il-valur sal-2030.

L-aktar għan importanti tal-politika għall-iżvilupp, skont it-

Trattat tal-UE, huwa "it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda

tal-faqar". Dan jinkludi, pereżempju, il-provvista ta’ ikel, ilma

nadif u ta’ skejjel, u l-ġlieda kontra mard bħall-Aids.

Għanijiet oħra huma d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u tad-

demokrazija, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-

irġiel u t-trattament tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u tal-

problemi ambjentali. L-UE tappoġġa l-implimentazzjoni ta'

dawn il-miri f’160 pajjiż sieħeb permezz tal-programmi

għall-iżvilupp tagħha. Sabiex ittejjeb l-impatt tal-għajnuna

għall-iżvilupp tagħha, hija għandha tikkonċentra fuq l-ifqar

pajjiżi. Il-pajjiżi tas-Saħel, pereżempju, jirċievu assistenza għall-ikel.

Bħala l-aktar sieħeb kummerċjali importanti tal-pajjiżi li

qiegħdin jiżviluppaw, l-UE tagħtihom aċċess bla dazju għas-

suq Ewropew. Inċentivi bħal dawn għandhom jinkoraġġixxu

lill-gvernijiet nazzjonali ta’ dawn il-pajjiżi jħaddnu standards

internazzjonali imsejsa fuq il-mudell Ewropew, bħad-drittijiet bażiċi jew id-drittijiet għall-ħaddiema.

Sabiex jiġi żgurat li l-proġetti u l-programmi jiġu

implimentati b' suċċess, l-UE taħdem mill-qrib ma' sħab internazzjonali bħall-OECD, l-UNICEF u n-Nazzjonijiet Uniti.

Stqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni Ewropea tat-

13.4.2016

L-Għaxar Parti: L-Ewropa timpenja ruħha biex id-dinja ssir post aħjar

L-Ewropa hija l-akbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja

Page 54: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 54 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Għaxar Parti: L-Ewropa timpenja ruħha biex id-dinja ssir post aħjar

Miljuni ta' persuni fis-Sirja qed ikollhom jaħarbu mill-

pajjiż minħabba l-gwerra ċivili. L-UE offriet kenn lil

aktar rifuġjati Sirjani minn kwalunkwe pajjiż li ma

jmissx mas-Sirja. Ħadd ma investa daqshekk fl-edukazzjoni tat-tfal Sirjani bħall-UE.

L-UE u l-Istati Membri tagħha, barra min hekk, huma l-akbar

donaturi ta’ għajnuna internazzjonali: flimkien huma

pprovdew aktar minn EUR 9.2 biljun għar-rifuġjati Sirjani fis-

Sirja u fil-pajjiżi ospitanti ewlenin (il-Libanu, il-Ġordan, it-

Turkija, l-Iraq u l-Eġittu). Il-flus jintużaw għal għajnuna

umanitarja diretta, kif ukoll għajnuna għall-iżvilupp u ekonomika.

Permezz ta' dawn il-flus, il-persuni kisbu aċċess għal ilma

nadif u għal provvista sanitarja bażika. Aktar minn 1.15

miljun rifuġjat ibbenefikaw mill-għajnuna umanitarja tal-UE

u kisbu ikel, trattament mediku u tilqim għat-tfal. Inbnew

akkomodazzjonijiet għal aktar minn miljun persuna. Mijiet ta'

eluf ta' tfal Sirjani jiksbu edukazzjoni bis-saħħa tal-għajnuna

tal-UE. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin tal-UE,

Federica Mogherini tgħid: "Ħadd ma jinvesti daqs l-UE fl-edukazzjoni tat-tfal Sirjani fis-Sirja nnifisha u fl-Istati ġirien."

L-UE għandha rwol ta’ medjatur fl-isforzi tagħha biex iġġib

il-paċi fis-Sirja u tappoġġa l-kawża tal-paċi f’konferenzi internazzjonali.

Skeda informattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sirja

(bl-Ingliż)

Sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar għajnuna tal-UE

għas-Sirja (bl-Ingliż)

Diskors tar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin tal-UE

Mogherini tas-7 ta' Diċembru 2016 f'Berlin (bl-Ingliż)

L-Ewropa tipprovdi għajnuna fil-kriżi tas-Sirja

Page 55: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 55 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Għaxar Parti: L-Ewropa timpenja ruħha biex id-dinja ssir post aħjar

L-għan tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li ġiet

imnedija fl-2004 wara t-tkabbir tal-UE għall-pajjiżi

tal-Lvant, huwa li jinħoloq “ċirku ta’ pajjiżi stabbli u

ħbieb” madwar l-Unjoni Ewropea. Permezz ta' din il-

politika, l-UE se tkompli tiddefendi l-valuri universali

u fl-istess ħin tfittex mezzi kif tippromwovi b'mod

aktar effettiv id-demokrazija, il-libertajiet bażiċi u l-

istat tad-dritt.

L-għan huwa li tieħu ħsieb il-prosperità u s-sigurtà ta'

kulħadd u fl-istess ħin tevita li jinbtu linji ta' firda bejn l-UE

estiża u l-ġirien tagħha. Din l-istrateġija tistabbilizza l-kontinent u l-ġirien tiegħu.

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat tifforma l-qafas għall-

kooperazzjoni mas-16-il pajjiż sieħeb fil-Lvant, in-Nofsinhar

u x-Xlokk tal-UE. Fl-Ewropa tal-Lvant, l-enfasi huwa fuq l-

Ukrajna, il-Belarussja u l-Moldavja kif ukoll fuq il-Kawkasu

tan-Nofsinhar (l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Georgia), fir-

reġjun tal-Mediterran fuq il-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq il-

Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu kif ukoll fil-

Lvant Nofsani fl-Iżrael, it-territorji Palestinjani, il-Ġordan, il-

Libanu u s-Sirja. L-iskop tal-Politika tal-Viċinat huwa li

tippromwovi d-demokrazija, ir-riforma ekonomika u s-sigurtà

fil-fruntieri esterni tal-UE. Huwa wkoll li tindirizza l-

migrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin u t-terroriżmu.

L-UE tinvolvi ruħha wkoll fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta'

kunflitti reġjonali: Hija kienet il-medjatur ta’ ftehim bejn is-

Serbja u l-Kosovo wara deċennji sħaħ ta’ kunflitt fil-Kosovo.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin tal-UE, Federica

Mogherini tinnota li: "Pajjiżi minn kull parti tad-dinja jitolbuna sabiex nappoġġaw il-proċessi tal-paċi tagħhom."

F'dan il-proċess, l-UE tgħin lill-pajjiżi ġirien tagħha permezz

ta’ għarfien politiku u tekniku speċjalizzat, iżda wkoll

permezz ta’ finanzjarjament ta’ madwar EUR 2 biljun fis-

sena. Fil-perjodu ta' żmien bejn l-2014 u l-2020, l-Unjoni

Ewropea pprovdiet EUR 15.4 biljun f'għajnuna finanzjarja

għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI). L-

appoġġ jingħata wkoll forma ta' krediti mill-Bank Ewropew

tal-investiment, kif ukoll mill-Bank Ewropew għar-

Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp. Barra minn hekk, l-UE tiffaċilita

tal-kummerċ u tal-Visa.

Minbarra l-Politika Ewropea tal-Viċinat, fl-2008 ġiet

stabbilita l-Unjoni għall-Mediterran u fl-2009 is-Sħubija tal-Lvant.

Reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV): sħubijiet aktar qawwija għal viċinat aktar qawwi, 18.11.2015

L-UE tappoġġa l-ġirien tagħha

Page 56: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 56 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

L-Għaxar Parti: L-Ewropa timpenja ruħha biex id-dinja ssir post aħjar

Kemm meta tindirizza l-ġuħ fis-Somalja, il-kriżi tar-

rifuġjati madwar Mosul fl-Irak, kif ukoll wara t-

terremot fin-Nepal – l-UE tipprovdi għajnuna fil-

kriżijiet il-kbar u fid-diżastri madwar id-dinja. Dan

iservi ta’ eżempju għad-dinja. Flimkien, l-UE u l-

Membri tagħha huma l-akbar donaturi ta' għajnuna

umanitarja li ssalva l-ħajja tan-nies fid-dinja. Spiss,

il-ħaddiema tal-għajnuna Ewropej ikunu minn tal-ewwel fil-post.

L-UE hija l-akbar donatur tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja (f'% ta' għajnuna totali u f'biljuni USD)

Sors: OECD, 2015, EU = UE u l-Istati Membri

Mill-1992 il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi għajnuna

umanitarja f'aktar minn 110 pajjiżi. Minkejja l-kriżi

finanzjarja u restrizzjonijiet baġitarji, il-baġit tal-għajnuna

umanitarja hu ta' madwar biljun euro fis-sena, li

jikkorrispondi għal 1 % tal-baġit totali tal-UE jew madwar

EUR 2 għal kull ċittadin tal-UE fis-sena. Dan jippermetti lill-

UE tgħin madwar 120 miljun vittma ta' kunflitti armati u ta'

diżastri naturali kull sena – u ssalva l-ħajjiet. B'hekk, persuni

barra l-UE li jkunu vittmi ta’ diżastri naturali, gwerer jew

kunflitti bħal dawn jiksbu assistenza ta’ emerġenza u ta’ sokkors.

Attwalment, il-fondi għal assistenza ta' emerġenza qed

jintużaw l-aktar fil-kriżi tar-rifuġjati. Skont l-istimi tal-UE,

madwar 65 miljun persuna madwar id-dinja kellhom jitilqu

djarhom minħabba kunflitti u vjolenza, fosthom 21.3 miljun

rifuġjat u 40.8 miljun persuna spostata, li baqgħu

f'pajjiżhom stess. L-għajnuna ta' emerġenza tintuża wkoll f'każ ta' terremoti, epidemiji jew attakki terroristiċi.

L-akbar proporzjon ta' fondi (madwar 40 %) jintuża għall-

ikel. Il-flus imorru wkoll għas-saħħa u l-għajnuna medika, il-

provvista tal-ilma u ta' faċilitajiet sanitarji, tined u

akkomodazzjonijiet, kif ukoll edukazzjoni skolastika

f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Sabiex il-flus jaslu fiċ-ċert, l-

UE tikkoopera mas-sħab internazzjonali bħan-Nazzjonijiet

Uniti. Il-maġġoranza tal-fondi (40 %) jmorru għall-Afrika;

reġjuni ta' għajnuna oħra importanti huma l-Lvant Nofsani, ir-reġjun tal-Mediterran, l-Asja u l-Amerika Latina.

Minbarra l-provvista tal-għajnuna ta’ emerġenza, it-taqsima

tal-Kummissjoni Ewropea għall-għajnuna umanitarja u l-

protezzjoni ċivili barra l-Unjoni (ECHO) tikkoordina wkoll l-

għajnuna Ewropea għall-protezzjoni ċivili f'operazzjonijiet

mad-dinja kollha. Brussell ilha tikkoordina l-għajnuna tal-Istati parteċipanti fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja mill-2001.

Il-Kummissjoni Ewropea kienet żiedet il-flus tal-premju

għall-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi tal-2012 għal EUR 2

miljun u poġġiethom fl-inizjattiva tal-UE "Tfal għall-Paċi" – jiġifieri għal tfal li jgħixu f'reġjuni ta' kunflitti.

Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea għall-protezzjoni ċivili

(bl-Ingliż)

Stqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu tal-flus tal-premju għall-Premju Nobel għall-Paċi

L-Ewropa hija l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja fid-dinja

Page 57: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 57 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Huma jiġu fl-Ewropa bit-tama ta' ħajja aħjar jew

jaħarbu mill-gwerer u mir-ripressjoni. Il-maġġoranza

tal-migranti jiġu l-Ewropa billi jaqsmu l-Mediterran,

vjaġġ perikoluż li spiss isir fuq dgħajjes mhux adatti.

Meta dgħajjes barra mill-ilmijiet kostali tal-Libja jsibu

ruħhom f'diffikultà fuq il-baħar, il-vapuri Ewropej huma obbligati li jsalvaw il-ħajjiet tal-persuni.

L-aktar rotta importanti għar-rifuġjati hija attwalment dik li

tgħaddi mill-Afrika ta' Fuq (normalment mil-Libja) għall-

Italja. Din ir-rotta hija perikoluża ħafna peress li d-domanda

kbira twassal biex traffikanti bla skruplu jgħabbu dejjem

aktar nies fuq dgħajjes li mhumiex tajbin għall-baħar. Skont

il-kalkoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-

Migrazzjoni (IOM) tal-2016, tal-anqas 5,000 persuna mietu

fil-Mediterran waqt li kienu qed jippruvaw isibu rifuġju fl-

Ewropa. B'kollox, skont l-istimi tal-Frontex, madwar 364,000

persuna qasmu l-Mediterran fl-2016. Il-biċċa l-kbira tan-nies

joriġinaw min-Niġerja, l-Eritrea, il-Guinea, il-Kosta tal-Avorju u l-Gambja.

Mill-2004, l-UE għandha aġenzija tagħha stess li hija

responsabbbli għall-protezzjoni tal-fruntieri u s-salvataġġ ta'

emerġenza fuq il-baħar: l-Aġenzija Ewropea għall-

Protezzjoni tal-Fruntiera u tal-Kosta Frontex b'sede

f'Warschau. Għal żmien twil, il-missjonijiet tal-Frontex kienu

jiddependu fuq l-Istati Membri tal-UE, li pprovdew il-

gwardjani tal-fruntieri, kif ukoll materjal bħal ħelikopters u

vapuri, u dawn operaw "taħt il-bandiera tal-UE". Illum, wara

l-iżvilupp tal-Aġenzija permezz tal-Gwardja Ewropea tal-

Fruntiera u tal-Kosta, din għandha t-tagħmir tagħha stess u

riżerva ta' 1,500 gwardja tal-fruntiera mill-Istati Membri li jistgħu jiġu mobilizzati malajr.

Il-baġit ta' Frontex kompla jikber kontinwament sa minn

meta ġie stabbilit: fl-2016 l-aġenzija għall-protezzjoni tal-

fruntieri kellha EUR 254 miljun għad-dispożizzjoni tagħha.

Bħala paragun: l-Awtorità Ewropea tal-Pulizija Europol kellha baġit ta' EUR 100 miljun fl-2016.

Fil-kriżi tar-rifuġjati, il-kompiti tal-aġenzija għall-protezzjoni

tal-fruntieri ġew estiżi u l-persunal żdied. Frontex qed tgħin

lill-Greċja fir-reġistrazzjoni tar-rifuġjati li jaslu. L-aġenzija

tikkoordina wkoll ir-ritorn ta' migranti li daħlu b'mod irregolari u ssalva lir-rifuġjati mill-għarqa fil-Mediterran.

Żdiedu wkoll ir-riżorsi tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-

Ażil (EASO). L-aġenzija issa għandha baġit ta’ EUR 69 miljun.

Hija qed tappoġġja lil Greċja u l-Italja f’bosta modi,

pereżempju l-provvista ta’ informazzjoni dwar rilokazzjoni,

reġistrazzjonijiet, twettiq ta’ eluf ta’ intervisti ta’ eliġibilità

ma’ migranti fuq il-gżejjer Griegi, kontrolli għall-frodi tad-

dokumenti, appoġġ lil min hu vulnerabbli u appoġġ lill-unitajiet ta’ Dublin taż-żewġ Stati Membri.

Mill-2015, ir-riżorsi u l-mezzi disponibbli għall-

operazzjonijiet tal-UE fuq il-baħar żdiedu bi tliet darbiet.

Permezz tal-operazzjonijiet komuni tal-UE bl-isem ta'

Poseidon, Triton u Sophia, mill-2015, aktar minn 400,000

ħajja ta' persuna ġiet salvata fil-Mediterran u fil-Baħar

Eġew. U 303 vapuri wżati minn netwerks kriminali ġew

magħmula inoperabbli u 80 traffikant u kuntrabandista potenzjali tal-bnedmin ġew mgħoddija lill-awtoritajiet Taljani

Komunikazzjoni tal-Frontex tas-6.1.2017 (bl-Ingliż)

Operazzjoni Marittima tal-UE Sophia (bl-Ingliż)

L-Operazzjonijiet tal-UE fil-Mediterran

Il-Ħdax-il Parti: L-Ewropa tgħin fil-kriżi globali tar-rifuġjati

L-Ewropa ssalva l-ħajjiet tan-nies

Page 58: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 58 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħdax-il Parti: L-Ewropa tgħin fil-kriżi globali tar-rifuġjati

L-2015 kienet is-sena tal-kriżi tar-rifuġjati. Qatt

qabel ma ġew daqshekk persuni fl-UE, speċjalment

lejn il-Ġermanja. Dan wassal biex it-talba għal

kontroll aħjar tal-fruntieri esterni tal-UE saret aktar

qawwija. Mill-2016, l-UE għandha Gwardja Ewropea

tal-Fruntiera u tal-Kosta ġdida.

Il-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta l-ġdida għandha tagħmir

aħjar u tiddisponi minn riżerva li tista' tiġi mobilizzata malajr

ta' mill-anqas 1,500 gwardja tal-fruntiera. Hija oriġinat mill-

Aġenzija tal-UE Frontex u, differenti minn Frontex, ma

għadhiex tiddependi mill-appoġġ tal-Istati Membri. Għalhekk,

hija ma tridx toqgħod tistenna li l-pajjiżi jsellfuha t-tagħmir,

iżda tista' tixtri t-tagħmir tagħha. L-għadd ta' kollegi

permanenti għandu jilħaq 1,000 persuna sal-2020, li se

jammonta għad-doppju ta' dak tal-Frontex. Il-Gwardja tal-

Fruntiera u tal-Kosta l-ġdida diġà qed topera fil-fruntiera Torka-Bulgara u fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Greċja.

Barra minn hekk, l-UE saħħet il-kodiċi tal-fruntiera ta'

Schengen. Permezz ta' dan, fil-futur, il-kontroll taċ-ċittadini

kollha tal-UE kemm meta jidħlu fl-UE, kif ukoll meta joħorġu

minnha, se jkun obbligatorju. Il-kontroll sistematiku ta'

ċittadini ta' pajjiżi terzi huwa diġà obbligatorju. Huwa stmat li

5,000 ċittadin tal-UE vjaġġaw lejn reġjuni ta' kunflitt u

ngħaqdu ma' gruppi terroristiċi bħall-"IS". Wara r-ritorn

tagħhom lejn l-Ewropa, xi wħud mill-ġellieda barranin li ġew lura ħadu sehem f'attakki terroristiċi.

F'Novembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea, barra minn hekk,

ippreżentat pjanijiet għal sistema ta' reġistrazzjoni għall-

vjaġġaturi (ETIAS) - li tixbah lil dik li diġà teżisti fl-Istati Uniti.

Permezz tas-sistema Ewropea ta' informazzjoni għall-

ivvjaġġar, ċittadini mhux fl-UE, li jidħlu fiż-Żona ta' Schengen

mingħajr viża jew li jixtiequ joħorġu minn din iż-żona,

għandhom jiġu rreġistrati u vverifikati minn qabel. Kull darba

jiġu rreġistrati l-ħin, il-post u r-raġuni. L-investigaturi jqabblu

d-dejta mal-bażijiet tad-dejta tas-sigurtà u tat-terroriżmu u

jiddeċiedu min għandu l-permess li jidħol. Għalhekk, din

tirrigwarda bejn wieħed u ieħor sistema awtomatika għall-

għoti ta' permessi għad-dħul. "Jeħtieġ li nkunu nafu min qed

jaqsam il-fruntieri tagħna," qal il-President tal-Kummissjoni

Jean-Claude Juncker. Fil-futur, il-vjaġġaturi jridu jirreġistraw minn qabel onlajn - bl-għajnuna ta' formola fuq l-internet.

Permezz ta' dan, l-UE trid twaqqaf terroristi, kriminali u

persuni li jirritornaw minn pajjiżi fejn hemm gwerer ċivili milli

jidħlu. Is-sistema ta' reġistrazzjoni għandha tkun lesta li

tintuża fl-2020 u tista' tintuża wkoll mill-awtorità Ewropea

tal-pulizija Europol. Il-kostruzzjoni tas-sistema titlob investiment ta’ madwar EUR 212-il miljun.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni għall-Ivvjaġġar

Skeda Informattiva: Kontrolli Sistematiċi fil-Fruntieri Esterni tal-UE

L-Ewropa tipproteġi l-fruntieri tagħha

Page 59: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 59 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħdax-il Parti: L-Ewropa tgħin fil-kriżi globali tar-rifuġjati

Il-ħarba lejn l-Ewropa hija perikoluża. Disgħa minn 10

rifuġjati u migranti ħallsu traffikanti kriminali

organizzati. Fl-2015 biss, it-traffikanti qalgħu aktar

minn EUR 4 biljun biss biss mill-migranti li ġabu lejn

il-Greċja u l-Italja. L-UE qed tieħu azzjoni kontra netwerks kriminali ta' traffikanti.

Il-vapuri militari tal-Istati tal-UE ilhom mis-sajf tal-2015

jippattuljaw quddiem il-kosta tal-Libja fl-ambitu tal-

operazzjoni "Sophia". L-għan ewlieni tagħhom huwa li

jindividwaw id-dgħajjes tat-traffikanti, jitilgħu abbord u

jarrestaw l-ekwipaġġ. Apparti dan, żdiedet ukoll il-ġlieda

kontra l-kuntrabandu tal-armi sabiex jiġu ostakolati l-mezzi

ta' kif il-grupp terroristiku IS jakkwista l-provvisti. Hawnhekk,

l-UE tgħaqqad il-forzi tagħha fil-Baħar Eġew mal-awtoritajiet Torok u mal-alleanza militari tan-NATO.

L-operazzjoni “Sophia” tappoġġa wkoll lill-Gwardja tal-Kosta

Libjana permezz ta’ programmi ta’ taħriġ. Fir-rebbiegħa tal-

2017, in-Netwerk "Seahorse Mediterranean" għandu jkun lest

li jibda jopera, sabiex jappoġġja lill-awtoritajiet tal-fruntiera

tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq fil- kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti tal-bnedmin.

F'Marzu 2016, l-UE għamlet ftehim mat-Turkija sabiex

ittellef il-mogħdijiet ta' traffikar fil-Baħar Eġew. Minflok il-

qsim perikoluż mill-Baħar Eġew, ir-rifuġjati Sirjani jiġu offruti

possibiltajiet ta' immigrazzjoni sikuri u legali fl-UE. Il-ftehim

kellu suċċess kbir: Filwaqt li f'Ottubru 2015, kien għad hemm

10,000 persuni ġodda li ġew kuljum permezz ta' din it-triq,

wara d-dħul fis-seħħ tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija, dan l-

ammont naqas għal madwar 100 persuna kuljum. Sabiex ir-

rifuġjati jgħixu f'kundizzjonijiet dinjitużi u jkunu jistgħu jibnu

ħajja ġdida fit-Turkija, l-UE pprovdiet qabelxejn EUR 3 biljun

– partikolarment biex titħallas l-edukazzjoni skolastika ta’ mijiet ta' eluf ta' tfal Sirjani fit-Turkija.

Mill-2016, “iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul

Klandestin ta’ Migranti” jgħin lill-Istati Membri fit-trażżin ta’

netwerks kriminali, li għandhom sehem fit-traffikar organizzat tal-migranti.

Informazzjoni dwar l-operazzjoni Sophia (bl-Ingliż)

Iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti

L-Ewropa tiġġieled kontra t-traffikanti

Page 60: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 60 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħdax-il Parti: L-Ewropa tgħin fil-kriżi globali tar-rifuġjati

Ir-raġunijiet għaliex persuni jitilqu minn pajjiżhom

huma diversi: Gwerra, faqar jew persekuzzjoni

politika. Permezz ta’ Sħubiji ġodda dwar il-Migrazzjoni,

l-UE trid toffri lill-persuni perspettivi aħjar f’pajjiżhom.

Persuni jaħarbu mis-Sirja minħabba l-gwerra, mill-Eritrea

minħabba l-faqar u l-oppressjoni, min-Niġerja minħabba l-

grupp terroristiku Iżlamiku Boko Haram jew sempliċement

biex jipprovaw isibu ħajja aħjar. L-UE qed taħdem aktar ma’

xi pajjiżi tal-Afrika sabiex il-kundizzjonijiet tal-ħajja jitjiebu u

sabiex ir-rifuġjati jkunu jistgħu jibqgħu eqreb tal-pajjiż ta’

oriġini tagħhom.

Permezz t’hekk, l-UE trid taffronta l-kawżi tal-migrazzjoni

mill-għeruq tagħhom. L-Unjoni Ewropea waqqfet Fond

Fiduċjarju għal Assistenza ta’ Emerġenza għall-Afrika ta’

aktar minn EUR 2.4 biljun mill-baġit tal-UE u mill-Fond

Ewropew għall-Iżvilupp, flimkien ma’ kontribuzzjonijiet tal-

Istati Membri u donaturi oħrajn, sabiex tappoġġa l-iżvilupp u s-sigurtà f’reġjuni affettwati b’mod speċjali.

Permezz ta’ Sħubiji ġodda dwar il-Migrazzjoni, l-UE saħħet il-

kooperazzjoni tagħha ma’ seba’ Stati Afrikani, sabiex ittejjeb

is-sitwazzjoni umanitarja fil-post, tiġġieled kontra l-

faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tiffaċilita r-

ritorni. Sa issa, hemm fis-seħħ ftehimiet bħal dawn mal-

Etjopja, il-Mali, in-Niġer, in-Niġerja u s-Senegal. L-UE trid

iġġiegħel lil pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu permezz ta’

“taħlita ta’ inċentivi pożittivi u negattivi” biex jikkooperaw,

sabiex kemm jista’ jkun ftit nies li jitilqu djarhom, il-migranti

jiġu aċċettati f’pajjiżi ta’ tranżitu u aktar migranti mingħajr

dritt ta’ ażil jiġu rritornati lejn pajjiżhom. Min-naħa tagħha, l-

UE twiegħed li tiffaċilita n-negozju u aktar għajnuna għall-

iżvilupp lill-Istati li jikkooperaw. B’hekk, fin-Niġer l-ammont

ta’ migranti li jaqsmu d-deżert fid-direzzjoni tal-Libja naqas minn 70,000 f’Mejju għal 1,500 f’Novembru 2016.

Kontra l-kawżi tal-għargħar, il-Kummissjoni Ewropea trid

tattiva s-settur privat fl-Afrika permezz ta’ Fond ta’

Investiment ta’ biljuni ta' ewro. Għalhekk, f’Settembru 2016,

hija ipproponiet ta’ Pjan ta’ Investiment għall-Afrika u għall-

Viċinat tal-UE ta’ EUR 44 biljun. Billi tkopri r-riskji, dan se

jinkoraġġixxi lil impriżi privati biex jagħmlu investimenti,

pereżempju, fl-ekonomija tal-enerġija u fis-settur tal-

manifattura fl-Afrika. Waħda mill-kawżi ewlenin tal-

migrazzjoni hi li t-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi li qed

jiżviluppaw jinsab staġnat fl-anqas livell mill-2003. Il-

President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker

jgħid: “Il-pjan il-ġdid tagħna se joffri alternattivi lil persuni, li

inkella jkunu forzati li jirriskjaw il-mewt biex jipprovaw isibu ħajja aħjar.”

L-ewwel riżultati tas-Sħubiji dwar il-Migrazzjoni ma’ pajjiżi

Afrikani

Sit web tal-Fond Fiduċjarju għall-Assistenza ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika

L-Ewropea tiġġieled il-kawżi tal-migrazzjoni

Page 61: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 61 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Il-Ħdax-il Parti: L-Ewropa tgħin fil-kriżi globali tar-rifuġjati

Minn ħafna qabel il-kriżi tal-migrazzjoni tal-2015, l-

UE kellha l-għan li tarmonizza l-politika dwar l-ażil u

dwar ir-rifuġjati. Diversi Stati tal-UE, madankollu,

għandhom pożizzjonijiet differenti dwar dan u dan

ħareġ biċ-ċar partikolarment fil-kriżi tar-rifuġjati. Il-

Kummissjoni Ewropea tinsisti dwar standards minimi komuni.

L-għeruq tal-politika Ewropea dwar l-Ażil u r-Rifuġjati

joriġinaw minn żmien it-Trattati ta’ Ruma tal-1959.

Hawnhekk, l-idea bażika hija li tinħoloq żona ta’ protezzjoni li

fiha r-rifuġjati kollha jiġu trattati bl-istess mod u kull Stat Membru joffri l-istess livell minimu ta’ protezzjoni.

Bil-mod il-mod, l-UE armonizzat il-bażijiet legali. Fil-pajjiżi

kollha, hemm standards minimi għall-pajjiżi għall-akkoljenza

u l-provvista ta’ applikanti għall-ażil, anki l-proċeduri tal-ażil

jridu jimxu skont l-istess regoli. Il-konvenzjoni ta’ Ġinevra (dwar l-istatus tar-Rifuġjati) ġiet inkluża fid-dritt Ewropew.

Bħala attur importanti tas-Solidarjetà Ewropea, l-EASO

tilgħab rwol importanti fl-implimentazzjoni tas-Sistema

Ewropea Kouni tal-Ażil, u trawwem kooperazzjoni aqwa bejn

l-Istati Membri li għandhom ħtiġijiet speċifiċi u li s-sistemi tagħhom ta’ ażil ikunu taħt pressjoni partikolari.

Mill-1997, ir-Regolament ta’ Dublin irrikjeda li persuna li

tfittex ażil għandha tapplika għal ażil fl-ewwel Stat Membru

li tkun daħlet fih. Peress li d-dgħufiji ta’ din ir-regola

intwerew fil-kriżi tar-rifuġjati, attwalment qed tiġi diskussa riforma tas-Sistema ta’ Dublin.

Riżultat tal-kriżi tar-rifuġjati, fuq proposta tal-Kummissjoni

Ewropea, fl-2015 ġew imwaqqfa ċentri għall-ewwel

akkoljenza u r-reġistrazzjoni ta’ rifuġjati (“Hotspots”) fil-

fruntieri esterni Ewropej fil-Greċja u l-Italja. Hawnhekk, ir-

rifuġjati jiġu rreġistrati u identifikati bil-marki tas-swaba’

tagħhom. Minn dawn iċ-ċentri, tiġi organizzata wkoll id-

distribuzzjoni tar-rifuġjati fl-ambitu tal-UE, li jkun sar qbil

dwarha mill-maġġoranza tal-Istati tal-UE fuq il-bażi tal-

proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Ftehim tal-UE

jipprevedi li 160,000 rifuġjat mill-Greċja u l-Italja, li ġew

affettwati b’mod speċjali mill-mewġa ta’ rifuġjati minħabba

s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, jiġu rilokati fi Stati

Membri oħrajn, skont formola speċifika. Fis-sajf tal-2016, il-

Kummissjoni pproponiet aktar riformi. Dawn jinkludu

proċeduri ta’ ażil iktar sempliċi, standards komuni għall-

protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni u li jkomplu jiġu allinjati l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza fl-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Riforma tas-Sistema tal-Ażil

EASO: Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

L-UE timpenja ruħha għal standards uniformi ta’ ażil fl-Ewropa

Page 62: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 62 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

Meta l-persuni jaħsbu fl-UE, spiss jimmaġinaw mostru

burokratiku, li x-xogħol ta' kuljum tiegħu huwa li

jistandardizza l-kurvatura tal-ħjar. Ovvjament, din

hija karikatura. Il-prinċipju ewlieni tal-Kummissjoni

ta’ Juncker huwa li nrażżnu ruħna meta niġu biex nippreżentaw liġijiet ġodda.

Id-direttur Ġermaniż Wim Wenders qal: “L-idea tal-Ewropa

inbidlet f’burokrazija u issa n-nies jaħsbu li l-burokrazija hija

l-idea.” Ħafna perċezzjonijiet dwar l-allegata

regolamentazzjoni żejda tal-UE stabbilixxew ruħhom fl-

imħuħ tan-nies, avolja l-famuża regola dwar il-ħjar ilha li

tneħħiet. Il-Kummissjoni Ewropea taħt Jean-Claude Juncker

trid tevita d-diversi diskussjonijiet dwar id-dispożizzjonjiet

għall-kontenituri taż-żejt jew l-irjus tad-doċċa: Il-motto

għandu jkun li l-Ewropa tkun attiva biss fejn dan ikun jagħmel sens.

Minn meta bdiet topera fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea

taħt Jean-Claude Juncker irtirat madwar 100 proposta

leġiżlattiva u nediet 80 % anqas inizjattivi mill-ħames snin

ta’ qabel. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet legali attwali

kollha ġew rieżaminati fid-dettall. “Huwa biss billi niffokaw

fuq l-oqsma fejn l-Ewropa tista’ tagħti valur addizzjonali

reali u tista’ verament tagħmel differenza, li jirnexxielna noħolqu Ewropa aħjar u niksbu lura l-fiduċja,” qal Juncker.

Iċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa jridu li l-leġiżlaturi Ewropej

jiffokaw il-ħin u l-isforzi tagħhom fuq kwistjonijiet kbar u

urġenti, filwaqt li jimmiraw lejn liġijiet li jkunu sempliċi,

ibbażati fuq l-evidenza, prevedibbli u proporzjonati li jipprovdu benefiċċji massimi.

L-objettiv tal-Kummissjoni ta’ Juncker huwa li tiġi

rieżaminata l-ġabra eżistenti ta' leġiżlazzjoni tal-UE sabiex

jiġi żgurat li tkun għadha utli għall-iskop tagħha u li tikseb ir-

riżultati maħsuba. Rigward dan, il-Kummissjoni titlob

regolarment l-opinjoni ta’ grupp ta’ esperti ta' livell għoli

mill-Istati Membri, in-negozji u s-soċjetà ċivili biex jipprovdu

pariri dwar kif ir-regolamentazzjoni tal-UE tista’ ssir aktar

effiċjenti u effettiva fit-tnaqqis tal-ispejjeż u tal-piżijiet amministrattivi mingħajr ma timmina l-għanijiet politiċi.

Il-liġijiet Ewropej ma jirriżultawx bid-daqqa ta’ pinna ta’

burokrati anonimi. Minflok, huma ż-żewġ leġiżlaturi, il-

Parlament Ewropew elett direttament u l-gvernijiet tal-Istati

Membri eletti b’mod demokratiku, li jadottaw Direttiva jew

Regolament. L-ebda liġi tal-UE ma sseħħ mingħajr il-parteċipazzjoni ta' Malta.

Id-diskors tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14.9.2016

It-Tnax Parti: L-UE tnaqqas il-burokrazija

Kbira fir-rigward ta’ kwistjonijiet kbar u żgħira fir-rigward ta’ kwistjonijiet żgħar

Page 63: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 63 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tnax Parti: L-UE tnaqqas il-burokrazija

Il-burokrazija tal-UE għandha reputazzjoni ħażina.

Ħafna jaħsbu li għadd kbir ta’ uffiċjali u

istituzzjonijiet fi Brussell qed jgħixu fil-lussu a spiża taċ-ċittadini. Iċ-ċifri juru l-kuntrarju.

Madwar 55,000 persuna jaħdmu fl-istituzzjonijiet Ewropej, li

minnhom 34,000 jaħdmu mal-Kummissjoni Ewropea. Dan

mhuwiex ħafna meta wieħed jikkunsidra li l-persunal tal-UE

huwa responsabbli għal 510 miljun ċittadin. B’hekk, hemm

uffiċjal jew impjegat wieħed tal-UE għal 10,000 ċittadin.

Bħala paragun: Il-belt ta’ Cologne, pereżempju, timpjega

madwar 17,000 uffiċjal amministrattiv. F’każ ta’ ammont ta’

ċittadini ta’ madwar miljun persuna, jirriżulta li f’Cologne

hemm relazzjoni ta’ uffiċjal għal kull 60 ċittadin. F’Pariġi,

hemm uffiċjal tas-servizz pubbliku għal kull 45 ċittadin. Meta wieħed jara dan, l-UE tidher moderata.

Naturalment, dejjem ikun hemm talbiet biex titnaqqas il-

burokrazija. L-assoċjazzjoni tal-kontribwenti tat-taxxa

tipproponi li l-għadd ta’ uffiċjali jitnaqqas għal taħt l-40,000.

Min jikkritika donnu jinsa li: Fis-snin li għaddew, l-UE

kompliet tikber għal 28 Stat u ngħatat responsabbiltajiet

ġodda – kif tista’ timmaniġġa dan kollu mingħajr żieda fil-persunal?

6 % biss tal-baġit kollu tal-UE jintefaq fl-amministrazzjoni

(pagi, pensjonijiet u servizzi ta’ traduzzjoni), filwaqt li 94 %

jmur għall-benefiċċju tal-Istati Membri u għaċ-ċittadini. Biex

nagħmlu paragun ieħor: L-amministrazzjoni tal-UE tqum EUR

8,3 biljun fis-sena – filwaqt li l-Istati Membri jonfqu EUR 2,200 biljun fis-sena għall-amministrazzjonijiet tagħhom.

Anki l-preġudizzju li l-uffiċjali ta’ Brussell jgħixu ħajja ta’

lussu ma jistax jinżamm. Il-paga bażika ta’ uffiċjal tal-

Kummissjoni tibda’ b’madwar EUR2,300 fix-xahar għal

uffiċjal li għadu jibda inklużi l-allowances. Huma ftit l-

uffiċjali għolja li għandhom l-ogħla paga bażika ta’ madwar

EUR16,000 fix-xahar. Il-pagi tal-uffiċjali tal-UE jiżviluppaw

bħal dawk tal-kollegi nazzjonali tagħhom minn grupp ta’

pajjiżi speċifiku. Fl-aħħar mill-aħħar, jirriżulta li fis-snin li

għaddew l-uffiċjali tal-UE, minħabba l-kontribuzzjonijiet tal-

pensjoni dejjem jiżdiedu u l-introduzzjoni ta’ imposta ta’ kriżi,

tilfu aktar kapaċità tal-akkwist mill-kollegi nazzjonali

tagħhom. Mill-2004 sal-2011, dan kien jikkonsisti fi tnaqqis

ta’ 7.6 % - filwaqt li f’każ ta’ uffiċjali Ġermaniżi dan kien biss

ta’ 4.5 % tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom. Il-Kummissjoni

Ewropea indikat l-intenzjoni tagħha li tiffranka EUR 8 biljun f’pagi sal-2020.

Sit web tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-persunal

Sit web tal-Unjoni Ewropea dwar l-amministrazzjoni

L-UE ma hijiex mostru burokratiku- l-Ewropa tqum anqas milli naħsbu

Page 64: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 Raġuni tajba għall-UE 64 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea

It-Tnax Parti: L-UE tnaqqas il-burokrazija

Malta hija wieħed mill-pajjiżi li jirċievi iktar milli

jagħti lill-baġit tal-UE u dan se jibqa’ jgħodd għall-

perjodu 2014-2020. Imma dan ma jirriflettix il-

benefiċċji numerużi tas-sħubija tal-UE. Ħafna

minnhom, bħalma huma l-paċi, l-istabilità politika, is-

sigurtà u l-libertà li tgħix taħdem tistudja u tivvjaġġa

fejn trid fl-Unjoni, ma jistgħux jitkejlu. Barra minn

dan, l-investimenti Ewropej huma maħsuba biex tgawdi l-UE bħala entità sħiħa.

Il-baġit tal-UE jservi skop differenti iżda komplementari

meta mqabbel ma’ dak nazzjonali. Il-baġit tal-UE jindirizza

oqsma fejn il-flus tal-UE jagħtu valur miżjud. Pereżempju

proġett tal-kobor tas-sistema tas-satellita Galileo ma jistax jiġi ffinanzjat minn Stat Membru waħdu.

Għall-kuntrarju tal-baġit ta’ Malta, il-baġit tal-UE ma

jiffinanzjax in-nefqa fuq id-difiża jew il-protezzjoni soċjali

iżda fil-biċċa l-kbira huwa nefqa ta’ investiment.

L-ikbar proporzjoni ta’ flus li tieħu Malta mill-UE tmur għall-

politika reġjonali tagħha (57 % fl-2015). Il-fondi reġjonali

għandhom l-għan li jnaqqsu l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali

u territorjali bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi Ewropej. Il-benefiċjarju

ewlieni f’Malta huwa t-trasport. Fis-sini li għaddew, il-fondi

reġjonali ffinanzjaw 85 % tal-ispejjeż tat-toroq tal-Coast

Road, iż-Żurrieq, Wied il-Għajn, ix-Xlendi u Ta’ Pinu. Il-proġett

tal-Kappara wkoll qed jibbenefika minn fondi tal-UE.

It-tieni l-ikbar nefqa hija fis-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza (10.5 %

fl- 2013). Dan il-qasam ikopri inizjattivi favur il-kultura, is-

saħħa u l-konsumaturi, u l-protezzjoni tal-ħajja, il-libertà u l-

proprjetà taċ-ċittadini Ewropej inkluża l-amministrazzjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni.

It-tielet l-ikbar nefqa fl-2015 kienet immirata lejn l-iżgurar

ta’ riżorsi sostenibbli inklużi l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. Il-

politika agrikola tal-UE tappoġġja lill-bdiewa u tippromwovi

ikel tajjeb u bla periklu, iżda tħares ukoll lejn l-ambjent u

tistimula l-ekonomiji rurali. Razzett tat-tiġieġ hawn Malta

huwa eżempju wieħed biss ta’ dan il-finanzjament f’dawn l-

aħħar snin: ir-razzett seta’ jimmodernizza l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu u għamilhom ukoll aktar favur l-ambjent.

Ir-riċerka hija qasam kruċjali għall-kompetittività u l-iżvilupp

ekonomiku tal-pajjiż. Aktar minn 150 parteċipant – sew jekk

huma universitajiet, istituti ta’ riċerka jew SMEs – diġà

rċievew finanzjment permezz tal-programm ta’ riċerka tal-

UE 2007-13. Is-sistema ta’ nereġija solari li tfasslet minn

riċerkaturi Maltin hija wieħed mill-proġetti ffinanzjati mill-UE

li qed jiġġieldu kontra l-bidla fil-klima.

Id-dejta ta’ Eurostat dwar il-Baġit tal-UE 2015

L-UE hija profitabbli - anki għal Malta

Page 65: Ewropea 60 Raġuni tajba - European Commission · 60 Raġuni tajba għall-UE 6 Għaliex għandna bżonn l-Unjoni Ewropea L-Ewwel Parti: Dak li l-Ewropa għandha għax tkun kburija

60 RAĠUNI TAJBA GĦALL-UE DIN HIJA L-EWROPA TIEGĦEK

Kummissjoni Ewropea

Rappreżentanza f'Malta

254, Triq San Pawl

Valletta, VLT1215

+356 2342 5100

Rappreżentanza f'Malta

IB-0

2-1

7-3

06

-DE-N