issn 1830-513x april 2010/4 mt kese infoil-kumitat ekonomiku … · 2010-06-14 · ir-raġuni...

4
1 Hekk kif l-Ewropa qed titħabat biex toħroġ mir-reċessjoni, il-KESE Info ltaqa’ ma’ Françoise le Bail, id-Deputat Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea, biex taqsam ħsibijietha magħna dwar l-intraprendito- rija fl-Ewropa. KESE Info: Ħafna drabi nisimgħu li l-Ewropej huma inqas disposti li jibdew intrapriża mill-Amerikani, pereżempju. X’taħseb li qed iwaqqafna jew iżommna milli nidħlu għall-isfida tal- intraprenditorija? Meħtieġa passi konkreti għall-ġlieda kontra l-erożjoni soċjali wara t-tnaqqis fl-attività ekonomika: konferenza tal-KESE dwar kif nistgħu noħorġu mill-kriżi Kif in-nies għandhom jintebħu bl-attrattiva tal-intraprenditorija EDITORJAL www.eesc.europa.eu Għeżież qarrejja, Bi pjaċir kbir nilqa’ din l-opportunità biex naqsam il-ħsibijiet tiegħi dwar il-konferenza “Pjan ta’ direzzjoni għall-UE għal rilanċ ekonomiku u soċjali sostenibbli” li saret fil-KESE x-xahar li għadda. Fil-kumpanija ta’ żewġ Kummissarji kellna dibattitu mqanqal dwar id-diversi modi kif nistgħu noħorġu minn din il-kriżi ekonomika u soċjali. Id-dimensjoni soċjali tal-kriżi kienet fil-qalba tad- dibattitu matul il-konferenza. Id-diskussjonijiet li kellna ffokaw fuq it-tliet pilastri tal-proposta għall- pjan ta’ direzzjoni – l-appoġġ, ir-responsabbiltà u l-kostruzzjoni. L-għan tal-konferenza ma kienx biss li nisimgħu l-fehmiet ta’ esperti infurmati sew mid-diversi setturi, iżda wkoll biex inressqu proposti prattiċi dwar kif nistgħu niksbu ekonomija tas-suq soċjali u sostenibbli mil-lat tal-ambjent, li hija waħda mill-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE2020. Għalkemm il-kriżi ekonomika u finanzjarja tidher li naqset, għadna ’l bogħod milli nirkupraw għalkollox mid-diffikultajiet serji li ġabet magħha l-kriżi għal ħafna minn dawk li jħaddmu, għall-ħaddiema u l-familji fl-UE. Jekk nixtiequ ntaffu l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fuq is-soċjetà ċivili, huwa essenzjali li nkomplu nappoġġjaw il-gvernijiet pubbliċi u nazzjonali Ewropej. Hija r-responsabbiltà tagħna lkoll li niżviluppaw poli- tiki u strumenti ġodda u intelliġenti li għandhom jiġu applikati fil-proċess tal-kostruzzjoni ta’ ekonomija soċjali tas-suq li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali u li nerġgħu nsaħħu l-baġits tal-gvernijiet bis-saħħa ta’ tras- formazzjoni tas-sistema tal-finanzi pubbliċi. Dan ifisser li għandna nibnu qafas ta’ politika sod, ibbażat fuq l-innovazzjoni, il-kapital soċjali, politiki ta’ emissjonijiet baxxi tal-karbonju u settur finanzjarju modernizzat. Il-konferenza ppermettiet lill-Kumitat jenfasizza l-bżonn urġenti għal politiki komuni tal-UE li ser joħorġuna mill-kriżi u joħolqu ekonomija tas- suq soċjali u sostenibbli. Hawnhekk tajjeb li nenfasizzaw li huwa tal-ikbar importanza li ntejbu l-potenzjal tas-soċjetà ċivili organizzata u ninvolvu ċ-ċittadini minn kmieni ħafna fil-proċess sabiex niggarantixxu l-implimen- tazzjoni effettiva tal-objettivi li ġew stabbiliti. F’isem il-KESE nixtieq inrodd ħajr lil dawk kollha li ħadu sehem u li taw kontribut lill-konferenza tal-Pjan ta’ Direzzjoni għall-UE u li tawha iktar saħħa bil-proposti tagħhom għal irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE. Mario Sepi President tal-KESE April 2010/4 MT ISSN 1830-513X Françoise le Bail: Skont ir-riċerka, hemm biss 45 % mill-Ewropej li jixtiequ jaħdmu għal rashom. Dan huwa ħafna inqas mil-livell fl-Istati Uniti (55 %). Ir-raġuni prinċipali hija l-biża’ tal-falliment. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta miżuri biex tnaqqas din il-biża’ ta’ falliment bis-saħħa ta’ “Small Business Act” għall-Ewropa li bih qed nippromovu politika tat-tieni ċans billi nħeġġu lill- Istati Membri jissemplifikaw il-proċeduri ta’ fallimenti (ħlief f’każijiet ta’ frodi), jew billi jiżguraw li dawk l-intraprendituri li qed jerġgħu jibdew mill-ġdid jiġu ttrattati indaqs bħall-intraprendituri ġodda, anke fl-iskemi ta’ għajnuna. Problema oħra hija li ħafna Ewropej m’għandhomx fiduċja fil-ħila tagħhom bħala intraprendituri, jew inkella din il-ħila ma jafux jużawha. L-edukazzjoni hija marbuta ma’ din il-problema: il-kurrikulu tal-iskejjel u l-universitajiet fl-Ewropa ma jinkludux l-intraprenditorija jew is-sisien tal-ħiliet meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ intrapriża. Anke l-iskejjel tal-kummerċ iħarrġu lill-amministraturi ta’ kumpaniji iktar milli intraprendituri. B’hekk aħna qed naħdmu mill-qrib mal-Istati Membri biex nintroduċu l-intraprenditorija bħala ħila essenzjali fil-kurrikulu, sa mill-edukazzjoni sekondarja ġenerali. F’Novembru tas-sena l-oħra, il-KESE organizza seminar dwar l-intraprendituri żgħażagħ Ewropej, fejn nieda l-idea ta’ netwerk ta’ Ambaxxaturi Żgħażagħ tal-Intraprendituri Ewropej (Young European Entrepreneur Ambassadors). Taħseb li miżuri kwalitattivi bħal dawn jistgħu jagħmlu ħafna biex irawmu sens ta’ intraprenditorija? L-intraprenditorija ma nistgħux nimpo- nuha bil-liġi. Għalhekk il-politiki tagħna jiddependu ħafna minn miżuri ta’ koope- razzjoni mal-Istati Membri u diversi parti- jiet interessati. Iżda dan ma jfissirx li dawn il-miżuri mhumiex ambizzjużi. Ħu pereżempju l-programm Erasmus for Young Entrepreneurs. Dan joffri oppor- tunità lill-intraprendituri li għadhom jib- dew biex iqattgħu ſtit ħin ma’ intrapren- ditur tal-esperjenza fi Stat Membru ieħor tal-UE. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jżid iċ-ċans ta’ suċċess għall-intrapriżi l-ġodda u joħloq opportunitajiet għall- internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewro- pej. Bħalissa, madwar 150 intraprenditur żagħżugħ u żagħżugħa qegħdin f ’pajjiżi differenti biex jitgħallmu mingħand intra- prenditur li qed jospitahom. Wieħed mill-aktar avvenimenti ta’ profil għoli tax-xahar li għadda fil-KESE kie- net konferenza maħsuba biex toħloq pjan direzzjonali għal azzjoni mmirata lejn irkup- ru definittiv wara l-aktar kriżi ekonomika u soċjali serja f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. Din il-konferenza, bl-isem ta’ “Pjan Direzzjonali tal-UE għal Irkupru Eko- nomiku u Soċjali Sostenibbli” u li saret taħt il-patroċinju tal-KESE fit-18 u d-19 ta’ Marzu, seħħet f’mument opportun, ſtit wara l-pubblikazzjoni ta’ Ewropa 2020 – Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea, li tnieda fit-3 ta’ Marzu, intlaqa’ minnufih bi kritika min-naħa tal-KESE. Ġie meqjus li d-dokument kien nieqes minn ideat ambizzjużi għat-transizzjoni mill-kriżi eko- nomika attwali għall-ekonomija l-ġdida, u li naqas milli jipproponi koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika u fiskali u s-sigurtà tal-impjiegi. “Bħalissa ninsabu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u, fi żminijiet bħal dawn, jeħtieġ li nsibu soluzzjonijiet konkreti”, sostna l-Pre- sident tal-KESE, is-Sur Mario Sepi, waqt din il-konferenza. Huwa talab ġabra dettaljata ta’ proposti u pjan direzzjonali ta’ vera – strutturat fi tliet fażijiet ewlenin – li jiġbor fih modi preċiżi kemm ta’ kif il-miżuri ta’ appoġġ meħtieġa jistgħu jinżammu filwaqt li jiġu rikonċiljati mal-finanzi pubbliċi, kif ukoll ta’ kif jistgħu jiġu definiti pjani għar-rilanċ tat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa. Il-KESE, li kellu għarfien dirett tal-ħsara li l-kriżi għamlet lis-soċjetà ċivili, ħeġġeġ l-inklużjoni tad-dimensjoni soċjali u tal- aspetti tal-kriżi fi kwalunkwe pjan direzzjo- nali matul l-għaxar snin li ġejjin. Il-KESE ried jeleva l-kunċett tal-impjiegi siguri biex ikun fost l-inizjattivi ewlenin tal- programm. Dan huwa meħtieġ minħabba l-problemi strutturali u soċjali fundamentali li qed jippersistu u jagħmlu dannu estensiv lill-ekonomiji u lin-nisġa soċjali tal-Istati Membri, sostnew il-kelliema tal-KESE. Fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza, il- Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, is-Sur Olli Rehn, għaraf l-impor- tanza tal-KESE fis-sensibilizzazzjoni taċ- ċittadini għall-ħtieġa ta’ bidliet strutturali inevitabbli. >>> paġna 2 >>> paġna 2 KESE info pont bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Françoise le Bail EDITORJ AL Għeżież qarrej KESE Info 22 lingwa! 8 ta’ Mejju 2010 Jum bil-bibien miftuħin fil-KESE 20-22 ta’ Mejju 2010 Firenze, l-Italja: Konferenza biennali tal-KESE 1 ta’ Lulju 2010 Tibda l-Presidenza Belġjana tal-UE F’DIN IL-ĦARĠA Inugwaljanza mhux f’saħħitha – intervista ma’ Ágnes Cser Bżonn ta’ trasport aktar ekoloġiku u kompetittiv Dritt mhux imħares bil-liġi (u li n-nies mhumiex konxji tiegħu) mhu dritt xejn Il-perspettivi nazzjonali dwar l-Ewropa 2020 DATI GĦAD-DJARJU 2 4 3 3 Staffan Nilsson u Olli Rehn Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Upload: others

Post on 11-Aug-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ISSN 1830-513X April 2010/4 MT KESE infoIl-Kumitat Ekonomiku … · 2010-06-14 · Ir-raġuni prinċipali hija l-biża’ tal-falliment. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta

KESE info — April 2010/4 1

Hekk kif l-Ewropa qed titħabat biex toħroġ mir-reċessjoni, il-KESE Info ltaqa’ ma’ Françoise le Bail, id-Deputat Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea, biex taqsam ħsibijietha magħna dwar l-intraprendito-rija fl -Ewropa.

KESE Info: Ħafna drabi nisimgħu li l-Ewropej huma inqas disposti li jibdew intrapriża mill-Amerikani, pereżempju. X’taħseb li qed iwaqqafna jew iżommna milli nidħlu għall-isfi da tal- intraprenditorija?

Meħtieġa passi konkreti għall-ġlieda kontra l-erożjoni soċjali wara t-tnaqqis fl -attività ekonomika: konferenza tal-KESE dwar kif nistgħu noħorġu mill-kriżi

Kif in-nies għandhom jintebħu bl-attrattiva tal-intraprenditorija

EDITORJAL

www.eesc.europa.eu

Għeżież qarrejja, Bi pjaċir kbir nilqa’ din l-opportunità biex naqsam il-ħsibijiet tiegħi dwar il-konferenza “Pjan ta’ direzzjoni għall-UE għal rilanċ ekonomiku u soċjali sostenibbli” li saret fi l-KESE x-xahar li għadda. Fil-kumpanija ta’ żewġ Kummissarji kellna dibattitu mqanqal dwar id-diversi modi kif nistgħu noħorġu minn din il-kriżi ekonomika u soċjali. Id-dimensjoni soċjali tal-kriżi kienet fi l-qalba tad-dibattitu matul il-konferenza.

Id-diskussjonijiet li kellna ff okaw fuq it-tliet pilastri tal-proposta għall-pjan ta’ direzzjoni – l-appoġġ, ir-responsabbiltà u l-kostruzzjoni. L-għan tal-konferenza ma kienx biss li nisimgħu l-fehmiet ta’ esperti infurmati sew mid-diversi setturi, iżda wkoll biex inressqu proposti prattiċi dwar kif nistgħu niksbu ekonomija tas-suq soċjali u sostenibbli mil-lat tal-ambjent, li hija waħda mill-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE2020.

Għalkemm il-kriżi ekonomika u fi nanzjarja tidher li naqset, għadna ’l bogħod milli nirkupraw għalkollox mid-diffi kultajiet serji li ġabet magħha l-kriżi għal ħafna minn dawk li jħaddmu, għall-ħaddiema u l-familji fl -UE. Jekk nixtiequ ntaff u l-impatt tal-kriżi ekonomika u fi nanzjarja fuq is-soċjetà ċivili, huwa essenzjali li nkomplu nappoġġjaw il-gvernijiet pubbliċi u nazzjonali Ewropej. Hija r-responsabbiltà tagħna lkoll li niżviluppaw poli-tiki u strumenti ġodda u intelliġenti li għandhom jiġu applikati fi l-proċess tal-kostruzzjoni ta’ ekonomija soċjali tas-suq li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali u li nerġgħu nsaħħu l-baġits tal-gvernijiet bis-saħħa ta’ tras-formazzjoni tas-sistema tal-fi nanzi pubbliċi. Dan ifi sser li għandna nibnu qafas ta’ politika sod, ibbażat fuq l-innovazzjoni, il-kapital soċjali, politiki ta’ emissjonijiet baxxi tal-karbonju u settur fi nanzjarju modernizzat.

Il-konferenza ppermettiet lill-Kumitat jenfasizza l-bżonn urġenti għal politiki komuni tal-UE li ser joħorġuna mill-kriżi u joħolqu ekonomija tas-suq soċjali u sostenibbli. Hawnhekk tajjeb li nenfasizzaw li huwa tal-ikbar importanza li ntejbu l-potenzjal tas-soċjetà ċivili organizzata u ninvolvu ċ-ċittadini minn kmieni ħafna fi l-proċess sabiex niggarantixxu l-implimen-tazzjoni eff ettiva tal-objettivi li ġew stabbiliti.

F’isem il-KESE nixtieq inrodd ħajr lil dawk kollha li ħadu sehem u li taw kontribut lill-konferenza tal-Pjan ta’ Direzzjoni għall-UE u li tawha iktar saħħa bil-proposti tagħhom għal irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE.

Mario Sepi

President tal-KESE

April 2010/4 MT

ISSN 1830-513X

Françoise le Bail: Skont ir-riċerka, hemm biss 45  % mill-Ewropej li jixtiequ jaħdmu għal rashom. Dan huwa ħafna inqas mil-livell fl -Istati Uniti (55  %). Ir-raġuni prinċipali hija l-biża’ tal-falliment. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta miżuri biex tnaqqas din il-biża’ ta’ falliment bis-saħħa ta’ “Small Business Act” għall-Ewropa li bih qed nippromovu politika tat-tieni ċans billi nħeġġu lill-Istati Membri jissemplifi kaw il-proċeduri ta’ fallimenti (ħlief f ’każijiet ta’ frodi), jew billi jiżguraw li dawk l-intraprendituri li qed jerġgħu jibdew mill-ġdid jiġu ttrattati indaqs bħall-intraprendituri ġodda, anke fl -iskemi ta’ għajnuna.

Problema oħra hija li ħafna Ewropej m’għandhomx fi duċja fi l-ħila tagħhom bħala intraprendituri, jew inkella din il-ħila ma jafux jużawha. L-edukazzjoni hija marbuta ma’ din il-problema: il-kurrikulu tal-iskejjel u l-universitajiet fl -Ewropa ma jinkludux l-intraprenditorija jew is-sisien tal-ħiliet meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ intrapriża. Anke l-iskejjel tal-kummerċ iħarrġu lill-amministraturi ta’ kumpaniji iktar milli intraprendituri. B’hekk aħna qed naħdmu mill-qrib mal-Istati Membri biex nintroduċu l-intraprenditorija bħala ħila essenzjali fi l-kurrikulu, sa mill-edukazzjoni sekondarja ġenerali.

F’Novembru tas-sena l-oħra, il-KESE organizza seminar dwar

l-intraprendituri żgħażagħ Ewropej, fejn nieda l-idea ta’ netwerk ta’ Ambaxxaturi Żgħażagħ tal-Intraprendituri Ewropej (Young European Entrepreneur Ambassadors). Taħseb li miżuri kwalitattivi bħal dawn jistgħu jagħmlu ħafna biex irawmu sens ta’ intraprenditorija?

L-intraprenditorija ma nistgħux nimpo-nuha bil-liġi. Għalhekk il-politiki tagħna jiddependu ħafna minn miżuri ta’ koope-razzjoni mal-Istati Membri u diversi parti-jiet interessati. Iżda dan ma jfi ssirx li dawn il-miżuri mhumiex ambizzjużi.

Ħu pereżempju l-programm Erasmus for Young Entrepreneurs. Dan joff ri oppor-tunità lill-intraprendituri li għadhom jib-dew biex iqattgħu ft it ħin ma’ intrapren-ditur tal-esperjenza fi Stat Membru ieħor tal-UE. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jżid iċ-ċans ta’ suċċess għall-intrapriżi l-ġodda u joħloq opportunitajiet għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewro-pej. Bħalissa, madwar 150 intraprenditur żagħżugħ u żagħżugħa qegħdin f ’pajjiżi diff erenti biex jitgħallmu mingħand intra-prenditur li qed jospitahom.

Wieħed mill-aktar avvenimenti ta’ profi l għoli tax-xahar li għadda fi l-KESE kie-net konferenza maħsuba biex toħloq pjan direzzjonali għal azzjoni mmirata lejn irkup-ru defi nittiv wara l-aktar kriżi ekonomika u soċjali serja f ’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin.

Din il-konferenza, bl-isem ta’ “Pjan Direzzjonali tal-UE għal Irkupru Eko-nomiku u Soċjali Sostenibbli” u li saret taħt il-patroċinju tal-KESE fi t-18 u d-19 ta’ Marzu, seħħet f ’mument opportun, ft it wara l-pubblikazzjoni ta’ Ewropa 2020 –

Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea, li tnieda fi t-3 ta’ Marzu, intlaqa’ minnufi h bi kritika min-naħa tal-KESE. Ġie meqjus li d-dokument kien nieqes minn ideat ambizzjużi għat-transizzjoni mill-kriżi eko-nomika attwali għall-ekonomija l-ġdida, u li naqas milli jipproponi koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika u fi skali u s-sigurtà tal-impjiegi.

“Bħalissa ninsabu f ’sitwazzjoni ta’ emerġenza u, fi żminijiet bħal dawn, jeħtieġ li nsibu soluzzjonijiet konkreti”, sostna l-Pre-sident tal-KESE, is-Sur Mario Sepi, waqt din il-konferenza.

Huwa talab ġabra dettaljata ta’ proposti u pjan direzzjonali ta’ vera – strutturat fi tliet fażijiet ewlenin – li jiġbor fi h modi preċiżi kemm ta’ kif il-miżuri ta’ appoġġ meħtieġa jistgħu jinżammu fi lwaqt li jiġu rikonċiljati mal-fi nanzi pubbliċi, kif ukoll ta’ kif jistgħu

jiġu defi niti pjani għar-rilanċ tat-tkabbir sostenibbli fl -Ewropa.

Il-KESE, li kellu għarfi en dirett tal-ħsara li l-kriżi għamlet lis-soċjetà ċivili, ħeġġeġ l-inklużjoni tad-dimensjoni soċjali u tal-aspetti tal-kriżi fi kwalunkwe pjan direzzjo-nali matul l-għaxar snin li ġejjin.

Il-KESE ried jeleva l-kunċett tal-impjiegi siguri biex ikun fost l-inizjattivi ewlenin tal-programm. Dan huwa meħtieġ minħabba l-problemi strutturali u soċjali fundamentali li qed jippersistu u jagħmlu dannu estensiv lill-ekonomiji u lin-nisġa soċjali tal-Istati Membri, sostnew il-kelliema tal-KESE.

Fid-diskors tiegħu waqt il-konferenza, il-Kummissarju għall-Aff arijiet Ekonomiċi u Monetarji, is-Sur Olli Rehn, għaraf l-impor-tanza tal-KESE fi s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini għall-ħtieġa ta’ bidliet strutturali inevitabbli.

> > > p a ġ n a 2

> > > p a ġ n a 2

KESE info pont bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

Françoise le Bail

EDITORJAL

Għeżież qarrejj

KESE Info

fi 22 lin

gwa!

8 ta’ Mejju 2010 Jum bil-bibien miftuħin fi l-KESE

20-22 ta’ Mejju 2010 Firenze, l-Italja: Konferenza biennali tal-KESE

1 ta’ Lulju 2010 Tibda l-Presidenza Belġjana tal-UE

F’DIN IL-ĦARĠAInugwaljanza mhux f’saħħitha – intervista ma’ Ágnes Cser

Bżonn ta’ trasport aktar ekoloġiku u kompetittiv

Dritt mhux imħares bil-liġi (u li n-nies mhumiex konxji tiegħu) mhu dritt xejn

Il-perspettivi nazzjonali dwar l-Ewropa 2020

DATI GĦAD-DJARJU

2

4

3

3

Staff an Nilsson u Olli Rehn

Il-Kumitat Ekonomiku

u Soċjali Ewropew

Page 2: ISSN 1830-513X April 2010/4 MT KESE infoIl-Kumitat Ekonomiku … · 2010-06-14 · Ir-raġuni prinċipali hija l-biża’ tal-falliment. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta

2 KESE info — April 2010/4

tagħna u l-imsieħba tagħna fl -Enterprise Europe Network.

Bl-istess mod, netwerk ta’ Ambaxxa-turi Żgħażagħ tal-Intraprendituri Ewro-pej jista’ jkun tassew inizjattiva eċċellenti: in-netwerk jista’ jkun imsieħeb prinċipali għall-UE u l-istituzzjonijiet nazzjonali fi l-kwistjonijiet intraprenditorjali. Fuq livell individwali, l-Ambaxxaturi Żgħażagħ jistgħu jippromwovu l-intraprenditorija u jaqsmu l-esperjenzi ta’ suċċess tagħhom ma’ udjenza ikbar.

Tul dawn l-aħħar snin il-Kummissjoni nediet għadd ta’ inizjattivi biex tindirizza n-nuqqas qawwi ta’ intraprendituri nisa, mhux l-inqas bis-saħħa tal-iSmall Business Act, li ħoloq in-Netwerk Ewropew ta’ Ambaxxaturi Nisa tal-Intraprenditorija. X’inhu l-għan ta’ dan in-netwerk?

Eżempju ieħor: wara s-suċċess tas-sena l-oħra, l-UE qed terġa’ torganizza l-European SME Week 2010, avveniment pan-Ewropew, bejn il-25 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju. Din l-inizjattiva tinkoraġġixxi lill-atturi nazzjonali u reġjonali biex jor-ganizzaw avvenimenti li jippromwovu l-appoġġ li l-UE u l-awtoritajiet nazzjo-nali, reġjonali u lokali qed joff ru lill-SMEs. Din il-ġimgħa tippromwovi wkoll l-intra-prenditorija sabiex iktar nies, u b’mod partikolari l-ġenerazzjoni żagħżugħa, tikkunsidra sew l-intraprenditorija bħala karriera. Matul il-European SME week 2009, rajna iktar minn 1 200 avveniment organizzati madwar l-Unjoni Ewropa bl-għajnuna tal-koordinaturi nazzjonali

Inugwaljanza mhux f’saħħithaÁgnes Cser favur l-Ewropej f’saħħithom

i k o m p l i m a ’ p a ġ n a 1K i f i n - n i e s g ħ a n d h o m j i n te b ħ u b l - at t r at t i va t a l - i n t r a p r e n d i to r i j a

Is-Sinjura Ágnes Cser, avukata u ekono-mista, ilha membru tal-KESE sa minn meta pajjiżha, l-Ungerija, ingħaqad mal-Unjoni Ewropea fl -2004. Minħabba l-esperjenza professjonali tagħha fi l-kura tas-saħħa u fi s-sigurtà soċjali, matul din ir-rebbiegħa qed tippresiedi

l-grupp ta’ studju inkarigat sabiex iħejji opinjoni dwar l-inugwaljanzi fi s-saħħa.

KESE Info: Liema huma l-kummenti l-aktar importanti tiegħek dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inugwaljanzi fi s-saħħa?

Id-dokument tal-Kummissjoni għamel sew li enfasizza din il-problema. Madankollu, sibna li minkejja li jippro-poni aff arijiet bħall-ħolqien ta’ ġabra uniformi ta’ indikaturi biex ikejlu l-qagħda tas-saħħa taċ-ċittadini Ewro-pej, ma jipprovdix għall-inklużjoni tal-kunsiderazzjonijiet tas-saħħa f ’kull qasam ta’ politika, u dan huwa żball. Is-saħħa tan-nies tiddependi minn għadd ta’ fatturi, inklużi s-sitwazzjoni ekonomika u l-livell ta’ edukazzjoni jew kultura tal-individwu. Dawn l-oqsma, però, huma regolati minn partijiet diff erenti tas-sistema Ewropea

tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Ejjew nieħdu eżempju: xi trabi għandhom mnejn ma jingħatawx l-aktar ikel adegwat minħabba nuqqas ta’ fl us jew ta’ infor-mazzjoni dwar il-bżonnijiet tat-trabi. Xi tfal joħorġu telliefa sa minn qabel ma jitwieldu, għax ommijiethom ma jiħdux, jew ma jistgħux jieħdu, ħsieb ta’ saħħithom waqt it-tqala. L-oqsma ta’ politika kkonċernati hawnhekk ivarjaw mill-ekonomija għall-impjieg u għall-edukazzjoni.

Għaliex qiegħda titkellem dwar l-inugwaljanzi fi s-saħħa? Id-diff erenzi bejn l-Istati Membri huma daqshekk kbar?

Jeżistu diff erenzi enormi bejn id-diversi Stati Membri f ’dak li għandu x’jaq-sam mal-livelli tas-saħħa taċ-ċittadini. Il-fi guri huma tal-biża’. Pereżempju, l-irġiel Ungeriżi bħala medja jmutu 14-il sena qabel it-Taljani. Madankollu,

l-analiżi tad-dejta tqajjem tħassib ieħor li kemm il-Kummissjoni u kemm aħna nħossu li huwa essenzjali li jiġi ttrattat, u dan huwa li l-indikaturi użati f ’kull Stat Membru għandhom ikunu kompa-rabbli u affi dabbli. Pereżempju, f ’bosta pajjiżi tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa jgħawġu l-fi guri apposta sabiex ikunu żguri li jirċievu aktar fondi mill-gvern.

U minkejja dan, is-saħħa tibqa’ kwistjoni tal-gvernijiet nazzjonali u mhux kwistjoni regolata b’mod ċentrali mill-Unjoni Ewropea. X’rwol taħseb li l-istituzzjonijiet Ewropej għad jistgħu jwettqu sabiex inaqqsu l-inugwaljanzi daqshekk kbar fi l-qasam tas-saħħa?

Il-Kummissjoni għandha trawwem il-kooperazzjoni mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll ma’ orga-

nizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WHO, sabiex tħeġġeġ l-iskambju tas-sejbiet tar-riċerka u tal-aħjar prattika. Għandha tinkludi s-saħħa bħala prijo-rità ta’ politika ġenerali fi l-pjan tat-tkab-bir tagħha fuq għaxar snin, l-“Ewropa 2020”. Min-naħa tiegħu, il-KESE jista’ jkun ta’ għajnuna imprezzabbli sabiex tintlaħaq is-soċjetà ċivili u tittejjeb il-koordinazzjoni bejn id-diversi aġenziji nongovernattivi. (eb) ●

Ágnes Cser

Konferenza biennali tal-KESE biex tesplora kif l-edukazzjoni tista’ tkun strument fi l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali

L-esklużjoni soċjali tolqot iktar minn kwart tal-Ewropej. Ir-raġunijiet huma diversi u jinkludu l-faqar, id-diżabbiltà, oriġini f ’minoranza etnika, diffi kultajiet fl -integrazzjoni kulturali u n-nuqqas ta’ sigurtà fl -impjieg. Matul is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Mario Sepi, iddeċieda li l-konferenza biennali tal-2010 għandha tindirizza kif l-edukazzjoni tista’ tkun għodda funda-mentali għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali ta’ kull tip.

Il-konferenza biennali ser issir bejn l-20 u t-22 ta’ Mejju f ’Firenze, fi l-bini tal-Istituto degli Innocenti. Id-deċiżjoni li nesploraw diversi aspetti tal-edukazzjoni hija għażla politika: l-esklużjoni soċjali hija fenomenu li s-soċjetà trid tindirizza permezz tal-edukazzjoni. Din l-għażla tagħmilha possibbli li nistħarrġu dwar bosta setturi u dimensjonijiet ta’ azzjoni pubblika fejn is-soċjetà ċivili hija attiva ħafna.

Għalhekk, din il-konferenza għandha tħeġġeġ djalogu bejn l-atturi istituzzjo-

In-nisa għadhom imxekkla milli jibdew il-kumpaniji tagħhom minħabba var-jetà ta’ ostakli li jinkludu l-edukazzjoni, l-isterjotipi, in-nuqqas ta’ fi duċja u l-aċċess għal fi nanzjament għall-intraprendituri ġodda. Skont fi guri reċenti mill-Euros-tat, fost dawk li jaħdmu għal rashom fl -UE-25 nsibu biss 34,4  % li huma nisa u minnhom 20  % biss fl -industrija. Fost l-intraprendituri l-ġodda hemm madwar 30 % li huma nisa. Din is-sitwazzjoni trid tinbidel, u rridu nħeġġu iktar nisa biex imexxu l-intrapriżi! Huwa f ’dan l-ispirtu li ħloqna n-Netwerk Ewropew ta’ Ambaxxa-turi Nisa tal-Intraprenditorija bil-għan li nżidu r-rata tal-attività intraprenditorjali min-nisa madwar l-UE billi l-intraprendi-turi li kellhom suċċess jagħmlu kampanja fi l-livell lokali biex jispiraw lin-nisa ta’ kull età. Fil-klima ekonomika tal-lum, huwa essenzjali li l-Ewropa ma taħlix it-talenti tagħha, imma tutilizza s-sorsi kollha tagħha li jwasslu għat-tkabbir ekono-miku u l-prosperità għall-benefi ċċju taċ-ċittadini tagħha. (mb) ●

ikompli ma’ paġna 1Meħtieġa passi konkreti għall-ġlieda kontra l-erożjoni

soċjali wara t-tnaqqis fl-attività ekonomika: konferenza tal-KESE dwar kif nistgħu noħorġu mill-kriżi

b’mod vantaġġuż għat-tisħiħ tal-impjiegi u tat-tkabbir fi t-tul, fi lwaqt li jrendu l-livell meħtieġ ta’ dħul mit-taxxa, li sar objettiv kri-tiku wara l-kriżi”.

Il-President, is-Sur Mario Sepi, għalaq id-dibattitu billi wera t-tħassib tiegħu dwar l-erożjoni soċjali li ġabet magħha l-kriżi fl -Unjoni kollha u appella għal aktar investi-ment fi l-kapital uman.

“Il-proposta ewlenija tagħna f ’din il-konferenza hija li ma jibqgħux jiġu amor-tizzati l-istrutturi soċjali fl -Istati Membri u li titnieda struttura edukattiva perma-nenti għan-nies sabiex jinħoloq kapital uman li jkun kapaċi jiff aċċja l-isfi di defi niti fl -Istrateġija Ewropa 2020”. (eb)

“Fl-aħħar mill-aħħar, is-suċċess tal-Istra-tegija Ewropa 2020 ser jiddependi mill-kre-dibbiltà tal-impenji tagħna. Hemm bżonn li dan l-isforz ikun wieħed konġunt, kemm fi l-livell tal-UE kif ukoll fi l-livell nazzjonali, u li jkun jinvolvi mill-qrib lis-soċjetà ċivili. Għalhekk, dan l-avveniment tal-lum mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ser ikun ta’ importanza liema bħalha”. Il-Kummissarju għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, il-Verifi ka u l-Ġlieda kontra l-Frodi, is-Sur Algirdas Semeta, tkellem dwar it-tisħiħ tas-suq uniku bħala mezz kif nistgħu noħorġu mit-tnaqqis ekonomiku u dwar it-tas-sazzjoni bħala pilastru importanti ta’ suq uniku li jkun qed jaħdem tajjeb.

Fi kliem il-Kummissarju, “l-għan aħħari huwa li niżguraw li s-sistemi tat-tassazzjoni jkunu jistgħu jikkontribwixxu

nali, politiċi u tas-soċjetà ċivili, djalogu sostnut minn rakkonti mill-ħajja, sabiex jinħareġ messaġġ politiku wieħed, jew iktar minn wieħed, u proposti speċifi ċi li l-KESE jkun jista’ jressaq lill-istituzzjoni-jiet l-oħra. Biex jiddiskuti dan is-suġġett vast, il-KESE, bħala attur istituzzjonali tal-UE qed iqiegħed lilu nnifsu bħala mezz li jiff aċilita l-qsim tal-ideat u l-prat-tika tajba. Din il-konferenza ser tkun okkażjoni għal skambju bejn l-atturi tas-soċjetà ċivili fi l-livell prattiku u l-membri tal-KESE, u għal diskussjoni mad-diversi rappreżentanti mil-livell nazzjonali u dak Ewropew. Il-proposti fi nali ser jitressqu mill-KESE lill-istituzzjonijiet tal-UE u wieħed jittama li dan iwassal għal azzjoni politika dwar din il-kwistjoni.

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Mejju 2010, il-konferenza ser tinfetaħ b’sessjoni plenarja, li ser tenfasizza l-aspetti ġenerali, politiċi u xjentifi ċi tat-tema tal-konferenza. Nhar

il-Ġimgħa, ser isiru tliet workshops mill-membri tal-KESE u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet, is-soċjetà ċivili, l-għalliema tal-primarja u s-sekondarja, it-trainers, il-ħaddiema soċjali, l-eduka-turi, il-familji, il-persuni li jħaddmu, it-trejdjunjonisti, ir-riċerkaturi, u l-vittmi tal-esklużjoni. It-temi tal-workshops ser ikunu “L-edukazzjoni bħala triq għall-impenn soċjali: is-sisien tal-inklużjoni”, “L-edukazzjoni bħala triq għas-suq tax-xogħol: l-inklużjoni ssir realtà”, u “L-edu-kazzjoni bħala eżerċizzju tad-drittijiet: inklużjoni proattiva”. L-iskop tat-tliet workshops huwa li jiġu ff aċilitati laqgħat, li mhux soltu jsiru ta’ spiss, bejn l-atturi “istituzzjonali” u l-persuni fi l-livell prat-tiku fejn iż-żewġ gruppi jistgħu jibbene-fi kaw b’mod reċiproku mill-analiżijiet u l-esperjenzi tagħhom.

Flimkien mal-konferenza ser isiru fi rxa ta’ avvenimenti kulturali. Dawn

ser jinkludu kunċerti, wirjiet mużikali u stands fi l-post, fejn l-organizzazzjonijiet lokali u nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-NGOs, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jispjegaw l-attivita-jiet tagħhom u jipprovdu informazzjoni kemm lill-parteċipanti kif ukoll lill-pubb-liku. (ds)

Page 3: ISSN 1830-513X April 2010/4 MT KESE infoIl-Kumitat Ekonomiku … · 2010-06-14 · Ir-raġuni prinċipali hija l-biża’ tal-falliment. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta

KESE info — April 2010/4 3

Is-suq mhux ser isalva l-agrikoltura Ewropea

Il-KESE huwa l-ewwel istituzzjoni li ress-qet viżjoni globali tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013, meta jis-kadi l-perijodu ta’ fi nanzjament attwali. Minkejja li din il-kwistjoni tista’ tidher bħala waħda kontroversjali, l-opinjoni

tal-KESE ġiet adottata kważi b’unanimità, u dan jagħti prova mill-ġdid tas-saħħa li għandu l-KESE fi l-bini ta’ kunsens.

Fi żmien meta wasal biex jibda dibattitu mġedded dwar il-ġejjieni tal-PAK, il-KESE jinsisti li qabel ma jiġu kkunsidrati l-għodda tal-politika, l-ewwel għandha ssir enfasi fuq l-għanijiet tal-politika. Il-kwistjoni tal-fi nanzjament għandha tiġi indirizzata fl -istadju fi nali. Il-Kumitat jisħaq li l-mudell agrikolu Ewropew, maħsub sabiex jipprovdi ikel organiku varjat u sigur fi lwaqt li jiġu ppreservati l-pajsaġġi u ż-żoni rurali, jinsab mhedded għax qed ikun dejjem aktar soġġett għall-kundizzjonijiet tas-suq. “Hemm qabża dejjem tikber bejn id-diskors sabiħ li jsir dwar il-mudell agrikolu Ewropew u r-realtà tal-ħajja ta’ kuljum tal-bdiewa”, jenfasizza r-relatur Lutz Ribbe (Grupp ta’ Interessi Varji, il-Ġermanja).

Il-Kumitat josserva li, minkejja li l-istabbilizzazzjoni tas-suq hija min-quxa fi t-Trattat tal-UE bħala wieħed mill-għanijiet tal-PAK, it-tnaqqis drammatiku fi n-numru tal-għodda tal-istabbilizzazzjoni wassal għall-ispekulazzjoni u l-volatilità. Il-konsumaturi żgur ma bbenefi kawx minn din is-sitwazzjoni u l-miżuri attwali ma wasslux għal tnaqqis fi l-prezzi-jiet. Il-Kumitat isostni li, fi d-dawl tal-iżviluppi li għaddejjin bħalissa fi s-swieq agrikoli, jeħtieġ li l-miżuri ta’ appoġġ jinżammu u jissaħħu. Jappella lill-Kummissjoni sabiex tħares lejn in-numru dejjem jikber ta’ każijiet ta’ konċentrazzjoni tas-suq fi s-settur tal-bejgħ bl-imnut u jħeġġiġha tuża s-setgħa tagħha sabiex iżżid it-trasparenza fl -iffi ssar tal-prezzijiet. (mb)

IL-PLENARJA FIL-QOSOR

L-inizjattiva taċ-ċittadini tieħu l-forma

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, miljun ċittadin minn “għadd sinifi kanti mill-Istati Membri” jistgħu jagħmlu proposta lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq abbozz ta’ liġi. Billi t-trattat ma jidħolx fi d-dettall, il-KESE adotta opinjoni li tagħti qafas konkret għal din l-innovazzjoni tat-trattat.

“Sabiex l-inizjattiva taċ-ċittadini tkun ta’ suċċess, jeħtieġ li ma jkun hemm l-ebda ostaklu bla bżonn, u li minfl ok ikun hemm regoli ċari u sempliċi”, qalet is-Sinjura Anne-Marie Sigmund (Grupp III, Interessi Varji, Awstrija), ir-relatur tal-opinjoni. Il-Kumitat iqis lil din l-inizjattiva bħala strument formidabbli biex iħeġġeġ lin-nies jinvolvu ruħhom fi d-dibattitu Ewropew, sakemm dan ma jittaqqalx b’burokrazija mhux meħtieġa jew rekwiżiti eċċessivi.

Huwa jirrakkomanda limiti baxxi li jagħmluha iktar faċli biex l-inizjat-tivi jiġbru l-appoġġ ta’ miljun ċittadin. Skont il-Kumitat, għandu jiġi stabbi-lit li l-minimu meħtieġ ikun ta’ kwart tal-Istati Membri, fl imkien ma’ numru baxx ta’ fi rem għal kull Stat Membru.

Il-KESE ma jaqbilx mal-fehma tal-Parlament Ewropew li l-inizjat-tiva għandha tkun immonitorjata mill-Parlament billi dan imur kontra l-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri. Il-Kumitat jappella għal “korp konsul-tattiv” indipendenti biex jappoġġja lil

dawk li jinsabu ħerqana li jħejju u jniedu l-inizjattiva taċ-ċittadin. (mb)

Bżonn ta’ trasport aktar ekoloġiku u kompetittiv

Jeħtieġ li l-politika Ewropea dwar it-trasport tappoġġja l-kompetittività tas-settur u trażżan l-emissjonijiet tal-gassijiet b’eff ett ta’ serra billi tieħu passi li jkollhom impatt rapidu, dirett u tanġibbli fuq l-ispejjeż. Dan huwa l-messaġġ tal-opinjoni dwar il-Politika Ewropea tat-trasport fi l-qafas tal-Istrateġija ta’ Lisbona wara l-2010 u tal-Istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli, imfassla mis-Sur  Stéphane Buff e-taut (Grupp ta’ Min Iħaddem, Franza) u adottata waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE tas-17 ta’ Marzu 2010. Il-prosperità ekonomika Ewropea tidde-pendi minn trasport kompetittiv, affi dabbli, mexxej u vantaġġuż. “Madan-kollu, is-settur tat-trasport kollu kemm hu ntlaqat bil-qawwi mill-kriżi ekonomika attwali u qed ikun irrealizzat li mhuwiex sostenibbli biżżejjed”, qal ir-relatur.

Politika Ewropea futura dwar it-trasport għandu jkollha erba’ għanijiet: il-promozzjoni tal-mezzi tat-trasport b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ kar-bonju, l-effi ċjenza fl -użu tal-enerġija, is-sigurtà u l-indipendenza tal-prov-vista, u d-dekonġestjoni tat-traffi ku. “L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom bżonn jimplimentaw miżuri konkreti. L-UE tista’ tieħu azzjoni billi tgħaddi leġislazzjonijiet, tfassal linji gwida ġodda għan-netwerk TEN-T u tintervjeni permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment”, saħaq ir-relatur. (ds)

Dritt mhux imħares bil-liġi (u li n-nies mhumiex konxji tiegħu) mhu dritt xejn

Għal aktar informazzjoni: http://www.eesc.europa.eu/documents/opinions/avis_en.asp?type=en

Il-President tal-KESE Mario Sepi jiltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy

AĦBARIJIET TAL-MEMBRI

Waqt laqgħa informali li saret fl -uffi ċċju ta’ Herman Van Rompuy fl -10 ta’ Marzu, il-President Sepi fi sser il-partijiet ewlenin tal-programm tal-KESE li għandu jiġi implimentat fi x-xhur li ġejjin. Ġew diskussi kwistjonijiet dwar id-demokrazija parteċipattiva, kif ukoll ir-rwol il-ġdid tal-KESE fi l-qafas istituzzjonali Ewropew wara d-dħul fi s-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Suġġetti oħrajn indirizzati jinkludu l-konferenza dwar il-pjan direzzjo-nali tal-UE għal irkupru ekonomiku u soċjali sostenibbli, il-progress fi t-tħejjijiet għall-konferenza bijennali dwar l-użu tal-edukazzjoni fi l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, li se ssir f ’Mejju f ’Firenza, kif ukoll l-intenzjoni

tal-President Van Rompuy li fi l-futur qarib jieħu sehem f ’sessjoni plenarja tal-KESE.

Għal aktar tagħrif dwar dan is-suġġett: http://www.eesc.europa.eu/organisation/president/Sepi/blog/index.asp

Id-drittijiet tagħna, tajbin kemm huma tajbin, jagħmlu sens biss jekk jiġu mħarsa kif suppost u rrispettati kif xie-raq. Fid-dawl ta’ dan u bl-għan li jqajjem il-kwistjoni tal-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur, sabiex b’hekk l-Ewropej ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ mis-suq uniku, il-KESE organizza t-12-il Jum Ewropew tal-Konsumatur f ’Madrid fi l-15 ta’ Marzu.

Baqa’ ħafna xi jsir biex l-implimen-tazzjoni attwali tad-drittijiet tal-konsuma-tur madwar il-kontinent tkun sodisfaċenti. Ħafna u ħafna dokumenti leġislattivi tal-UE mhumiex imfassla tajjeb biżżejjed u b’hekk huwa diffi ċli li jiġu infurzati. F’Madrid, il-Kumitat tenna dak li kien diġà ġibed l-atten-zjoni tal-Kummissjoni għalih, jiġifi eri li “liġi tajba hija waħda infurzabbli u infurzata”. Terga’ u tgħid, il-liġijiet li jkunu mfassla

ħażin jiġu integrati fi l-liġi nazzjonali b’mod imperfett jew inkomplet, b’mod partikolari meta donnhom imorru kontra d-drawwiet nazzjonali, u l-kooperazzjoni amministrat-tiva bejn l-Istati Membri – li ta’ min jgħid li suppost tinvolvi lis-soċjetà ċivili – mhijiex b’saħħitha biżżejjed biex tilqa’ din l-isfi da.

Filwaqt li fakkru lill-Ewropej li l-pajjiżi tagħhom għandhom ir-responsabbiltà li jin-furzaw il-liġi Ewropea fi t-territorji tagħhom, il-kelliema enfasizzaw li, jekk il-konsumatur jiġi edukat u infurmat dwar id-drittijiet tiegħu, dan jista’ jkun ta’ għajnuna kbira sabiex il-ħarsien tal-leġislazzjoni dwar il-konsumatur jiġi żgurat. “Miżuri ħfi ef, bħall-inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni u kampanji ta’ informazzjoni, jistgħu jwettqu ħwejjeġ tal-għaġeb”, qal is-Sur Jorge Pegado Liz (Interessi Varji, Portugall), li huwa r-rela-tur tal-opinjoni tal-KESE dwar il-ħarsien bil-liġi tad-drittijiet tal-konsumatur.

L-avveniment ta’ Madrid indirizza wkoll il-kwistjoni tal-armonizzazzjoni tad-dritti-jiet tal-konsumatur, idea li l-Kummissjoni Ewropea aċċennat għaliha fl -abbozz ta’ direttiva tagħha fl -2008, u li issa qiegħda tiġi diskussa fi l-Parlament Ewropew u fi l-

Kunsill. “Il-fatt li għandna 27 leġislazzjoni diff erenti jfi sser li l-konsumatur ma jistax igawdi bis-sħiħ mis-suq uniku, mentri l-iskop proprju tas-suq uniku huwa li jaqdi l-interessi tal-konsumatur”, qal is-Sur John Dalli, il-Kummissarju Ewropew inkarigat mill-Politika tas-Saħħa u tal-Konsumatur.

Peress li xi Stati Membri jinkwetaw li l-armonizzazzjoni fl -oqsma kollha jista’ jkollha eff ett ħażin fuq l-istandards fl -oqsma fejn huma l-aktar stretti, u peress li n-negozji jibżgħu mill-protezzjoni żejda, mill-ġdid is-soluzzjoni tinstab fi l-kompro-mess. Bl-għan li tinstab soluzzjoni għal din il-problema hekk diffi ċli, is-Sur Bernardo Hernández Bataller (Interessi Varji, Spanja), ir-relatur ta’ opinjoni li ġiet adottata f ’Lulju tas-sena li għaddiet dwar dan is-suġġett, sostna li l-armonizzazzjoni “għandha tkun limitata għall-oqsma li huma l-aktar ikkonċernati mill-kummerċ transkonfi nali, jiġifi eri l-bejgħ li jsir mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju”.

Il-fehma tiegħu ġiet imtennija mis-Sin-jura Viviane Reding, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju inkarigata mill-Ġustizzja, id-Drittijiet Fun-

damentali u ċ-Ċittadinanza. Hija enfasizzat li din is-soluzzjoni jista’ jirnexxilha twassal lin-nies sabiex ma jibqgħux joqogħdu lura milli jwettqu kummerċ elettroniku trans-konfi nali, kummerċ li fi l-qagħda preżenti jinsab imxekkel mid-diff erenzi li jeżistu bejn il-leġislazzjonijiet nazzjonali. Iżda hi żiedet tgħid li madankollu xorta jistgħu jkunu applikati liġijiet nazzjonali diverġenti għall-kuntratti li jiġu konklużi fi l-preżenza taż-żewġ partijiet.

Is-Sinjura Anna Maria Darmanin, mem-bru tal-KESE, saħqet li “xi aspetti oħra, bħad-defi nizzjonijiet jew id-drittijiet tal-konsumaturi li jixtru minn fuq l-internet għandhom jiġu armonizzati wkoll”.

Il-President tal-KESE, is-Sur Mario Sepi, qiegħed il-konferenza f ’kuntest usa’. Huwa stqarr li “id-drittijiet tal-konsuma-tur ma għandhomx jiġu diskussi mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għal bidla fi l-mudell tal-konsum tagħna”, li fi kliemu “mhuwiex biss parzjalment responsabbli għas-sitwazzjoni attwali tagħna, iżda kab-bar ukoll id-distakk bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u kien ta’ dannu liema bħalu għall-ambjent”. (mb/alk) ●

© U

njon

i Ew

rope

a

Herman Van Rompuy

Page 4: ISSN 1830-513X April 2010/4 MT KESE infoIl-Kumitat Ekonomiku … · 2010-06-14 · Ir-raġuni prinċipali hija l-biża’ tal-falliment. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed timplimenta

4 KESE info — April 2010/4

April 2010/4

EESC info fi 22 lingwa: http://www.eesc.europa.eu/activities/press/eescinfo/index_en.aspsc.eurururo

QE

-AA

-10

-00

4-M

T-N

KESE infoEditurBarbara Gessler (bg)Tomasz Jasiński - membru rappre-żentant tal-KESE fi l-Kumitat Editorjali (Grupp tal-Ħaddiema, Polonja)

Assistenti edituriVincent Bastien (vb)Eszter Balázs (eb)Maciej Bury (mb)Isolde Juchem (ij)Anya-Louise King (alk)Daria Santoni (ds)

Koordinazzjoni globali Agnieszka Nyka (an)

Il-KESE Info jiġi ppubblikat disa’ darbiet fi s-sena matul is-sessjonijiet plenarji tal-KESE.

Il-verżjonijiet stampati tal-KESE Info bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż jistgħu jinkisbu b’xejn mis-servizz tal-istampa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Il-KESE Info huwa disponibbli wkoll bi 22 lingwa f’verżjoni PDF mis-sit tal-internet tal-Kumitat: URL: http://www.eesc.europa.eu/activities/press/eescinfo/index_en.asp.

Il-KESE Info mhuwiex rapport uffi ċjali tal-ħidmiet tal-KESE; għal dan, jekk jogħġbok ara l-Ġurnal Uffi ċjali tal-Unjoni Ewropea jew il-pubblikazzjonijiet l-oħra tal-Kumitat.

Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk KESE Info titniżżel bħala s-sors u tintbagħat kopja lill-editur.

Numru ta’ kopji stampati: 15 500 kopja.

Ħarġa li jmiss: Mejju 2010.

STAMPAT FUQ KARTA RIĊIKLATA 100 %

Indirizz Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropewBini Jacques Delors99 rue Belliard, 1040 Brussellil-BelġjuTel. +32 25469396 jew 25469586Faks +32 25469764Indirizz elettroniku: [email protected]: http://www.eesc.europa.eu/

Il-kontributuri għal din l-edizzjoni kienu:Sylvia Binger (sb), Aleksandra Klenke (ak), Laila Wold (lw)

FIL-QOSOR

FIL-QOSORSeduta tal-KESE dwar “Il-promozzjoni ta’ impjiegi ekoloġiċi sostenibbli għall-pakkett tal-UE dwar il-bidla fl -enerġija u t-tibdil fi l-klima”

Is-seduta organizzata fi t-23 ta’ Marzu waqt il-Ġimgħa tal-Enerġija Sostenibbli tal-UE kienet il-kontri-but speċifi ku tal-KESE għall-appell favur il-promozzjoni ta’ impjiegi ekoloġiċi ġodda li għamlet il-Kummissarju l-ġdid tal-UE għall-Azzjoni dwar il-Klima, is-Sinjura Connie Hedegaard. Il-parteċipanti qalu li hemm aktar xi jsir sabiex jiġu appoġġjati impjiegi ekoloġiċi ġodda fl -UE u sabiex dawk li jeżistu diġà jsiru aktar ekoloġiċi. Minkejja

li l-livell tal-potenzjal tal-impjiegi ekoloġiċi f ’nofs it-term għalissa ma jistax jiġi stmat b’mod preċiż, għandu jsir kull sforz, b’mod partikolari fi r-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ fi l-livell lokali, sabiex tiġi pro-mossa l-attrattività tal-impjiegi fl -oqsma tal-enerġija rinnovabbli u tal-effi ċjenza fl -użu tal-enerġija.

Madankollu, issemmew xi preokkupazzjonijiet: l-impjiegi l-ġodda għandhom ikunu ta’ kwalità għolja u għandhom joff ru prospetti fi t-tul lill-impjegati. Barra minn hekk, għandhom jiġu ppjanati programmi tat-transizzjoni sabiex jgħinu lill-impjegati jħallu impjiegi ft it li xejn ekoloġiċi (bħal fi l-minjieri tal-faħam) għal impjiegi ekoloġiċi ġodda.

Għalhekk, l-UE għandha tassumi rwol ta’ tmexxija f ’dan il-qasam sabiex tippreserva l-kompetittività tagħha u l-prospetti fi t-tul tagħha b’relazzjoni mal-impjiegi. Il-konklużjonijiet kollha ser jiġu kkunsid-rati mis-Sur Edgardo Iozia (Grupp II, Impjegati, l-Italja), li huwa r-relatur ta’ dan is-suġġett u li organizza din is-seduta. (ak) ●

Seduta dwar il-kreattività

Bi tweġiba għall-ambjent ekonomiku li dejjem jinbidel, l-għan tas-seduta tad-19 ta’ April, f ’Valencia, Spanja, hu li teżamina l-importanza dejjem akbar tal-industriji kreattivi u kulturali u xi tfi sser il-bidla tagħhom għat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea.

“Dawn l-industriji saru assi essenzjali għall-futur tal-Ewropa peress li s-sehem tal-industriji tal-manifattura qiegħed jonqos”, stqarr is-Sur Claudio Cappellini (Grupp III, Interessi Varji, Italja), relatur ta’ grupp ta’ studju li qed jaħdem dwar sensiela ta’ rakko-

mandazzjonijiet li, f ’Settembru, għandhom jitressqu qud-diem l-istituzzjonijiet li jfasslu l-politiki.

Dawk li jipproduċu l-fi lms, disinjaturi tal-moda u għalliema universitarji lkoll spjegaw is-sitwazzjoni ta’ dan is-settur ibbażat fuq l-għarfi en, u ressqu proposti għall-promozzjoni tiegħu fl -isfond istituzzjo-nali ppreżentat mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea. (eb)

Is-summit bejn l-UE u l-Marokk

L-UE u l-Marokk organizzaw l-ewwel summit tagħhom li qatt sar fi Granada, Spanja, fi s-7 ta’ Marzu, fejn il-KESE ppreżenta l-opinjoni tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk.

L-opinjoni tagħti ħarsa lejn ir-relazzjoni bejn l-Unjoni u l-Marokk, pajjiż li qed jiżviluppa sħubija ta’ “status avvanzat” mal-UE. Id-dokument tal-KESE jenfa-sizza l-ħtieġa li tiġi inkluża s-soċjetà ċivili fi l-ħolqien tar-rabtiet bilaterali. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern sabiex japprovaw il-kooperazzjoni bejn il-KESE u l-KES futur tal-Marokk. Iż-żewġ korpi għandhom jaħdmu sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili organizzata fl -aff arijiet li jikkonċernaw l-UE u l-Marokk.

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern laqgħu din ir-rakkomandazzjoni u stqarru: “Il-par-tijiet ikkonċernati jappellaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Marokkin sabiex iniedu kooperazzjoni produttiva”. (lw) ●

Wirja Irlandiża mnedija f’Jum San Patrizju fi l-KESE

Fis-17 ta’ Marzu, Jum San Patrizju, il-KESE ospita lejla Irlandiża li off riet varjetà ta’ ikel u kultura. Dan l-avveniment kien kollu Irlandiż: il-membri tal-KESE mill-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) u r-Repubblika Irlandiża ngħaqdu fl imkien biex jorga-nizzaw din is-serata ta’ divertiment.

Parti mill-programm kulturali kienet it-tnedija ta’ wirja li ġġib l-isem “Diversity in Unity”. Din il-wirja introduċiet erba’ pitturi nisa li għandhom ħaga komuni bejniethom: l-erbgħa li huma mill-Irlanda iżda huma bbażati fi l-Belġju, fejn jgħixu u jpinġu.

“Diversity in Unity”, li kienet mift uħa bejn is-17 u t-23 ta’ Marzu, tat l-opportunità lil dawk li marru jżuruha biex jaraw kif l-Irlanda tiġi pperċepita minn barra l-pajjiż. Il-kunċetti u l-manifestazzjonijiet viżivi tal-pitturi kienu rifl essi fi spettru wiesa’ ta’ kuluri u stili diff erenti, li kienu jinkludu kemm l-istil espressjonista u kemm dak astratt, u kienu jirrappreżentaw il-pajsaġġi Irlandiżi kif ukoll oġġetti inanimati. ●

Sessjoni plenarja tal-istudenti fi l-Kumitat

Minkejja l-irmied volkaniku tal-Islanda li ħakem lill-Ewropa u n-numru ta’ titjiriet li ġew ikkanċellati jew ittardjati b’konseg-wenza ta’ dan, 19 mis-27 delegazzjoni tal-istudenti waslu Brus-sell biex jieħdu sehem f ’jum ta’ simulazzjoni ta’ sessjoni plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-għan tagħhom kien li jiskopru fi ex jikkonsisti x-xogħol tal-membri tal-KESE u li jiddiskutu u jaslu għal ft ehim dwar il-formulazzjoni fi nali ta’ opinjoni dwar il-ħsara relatata mal-konsum tal-alkoħol.

Bil-għan li jħejju lill-istudenti għal dan il-jum ta’ azzjoni, il-membri tal-KESE żaru l-iskejjel fl -Istati Membri kollha sabiex jiddiskutu suġġetti Ewropej mal-istudenti u jwieġbu l-mistoqsi-jiet tagħhom dwar l-UE, b’mod partikolari f ’dak li jinteressa liż-żgħażagħ. L-iskejjel irċevew ukoll abbozz ta’ opinjoni u setgħu jressqu sa tliet emendi għal dan l-abbozz. Imbagħad, il-proposti ġew diskussi fi s-sessjoni plenarja.

In-negozjati mqanqla u spiritużi dwar kull dettall tal-opin-joni għenu sabiex l-istudenti jqattgħu ġurnata eċċitanti u mhux tas-soltu fi Brussell. (mb)

Dalwaqt fi l-KESEL-orsijiet polari fi l-KESE!

X’għandhom x’jaqsmu l-ors polari, in-naħla u l-kelb il-baħar mal-Kumi-tat Ekonomiku u Soċjali Ewropew? Ejja żurna waqt l-Open Day nhar is-Sibt, 8 ta’ Mejju 2010 u ssir taf!

Ser issib kwizzijiet, kompetizzjoni-jiet u attivitajiet oħra ta’ gost. Peress li l-2010 hija s-Sena Internazzjonali tal-Bijodiversità, it-tema tal-ġurnata hija r-rikkezza tal-ispeċijiet, li wieħed jista’ jiskopri permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet interessanti għat-tfal, l-adulti u l-familji. Itla’ ma’ pont tal-ħabel, ibgħat kartolini b’xejn lill-ħbieb u l-familjari tiegħek, ħu ritratt tad-daħq u tgħallem aktar dwar il-KESE permezz taż-żjarat gwidati mill-membri tagħna. Dalwaqt ser ikun hemm aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħna. (an) ●

Il-perspettivi nazzjonali dwar l-Ewropa 2020

0

PORTES OUVERTESOPENDEURDAG

OPEN DAY

8MAIME IMAY

Rue Belliard 99 – 1040 Bruxelles | Belliardstraat 99 – 1040 Brussel www.eesc.europa.eu

Mix-xellug: Martin Mansergh, Ministru tal-Istat tal-Irlanda, Martin Westlake, Segretarju Ġenerali tal-KESE, Máire Geoghegan-Quinn, Kummissarju, Jillian van Turnhout, membru tal-KESE, Brian Nason, Ambaxxatur tal-Irlanda

Margarita López Almendáriz, relatur dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk

Edgardo Iozia

L-istrateġija Ewropa 2020 ser tiġi stud-jata mill-perspettiva nazzjonali waqt serje ta’ seminars organizzati fl im-kien mal-KES Spanjola f ’Madrid bejn id-29 ta’ April u t-3 ta’ Mejju. Fl-avve-niment, li ser jiff oka fuq il-kompetitti-vità, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali istituzzjonalizzat, huma misten-nija li jipparteċipaw tletin delegat. Staf-fan Nillson, President tal-Osservatorju tal-KESE dwar l-Istrateġija ta’ Lisbona

ser jitkellem dwar il-modi li bihom il-livell Ewropew u dak nazzjonali jistgħu jinteraġixxu meta l-istrateġija tkun qed tiġi implimentata. Seminars oħra ser jid-diskutu l-esperjenzi nazzjonali u l-futur tal-Istrateġija ta’ Lisbona f ’ambjent li qed jinbidel. Il-President Mario Sepi ser ikun preżenti waqt is-sessjoni tal-għeluq. (ak)

Il-wirja Design 09 fi d-DĠ Intrapriża

Bejn l-1 u l-31 ta’ Marzu 2010 ttellgħet fi l-Kummissjoni Ewropea l-wirja tal-KESE Design 09. Il-prodotti kollha rebbieħa u numru magħżul tal-aqwa ideat kreattivi dwar id-disinn sos-tenibbli ntwerew fi d-daħla tal-bini tad-DĠ Intrapriża u Industrija f ’Avenue Auderghem 45, hawnhekk fi Brussell. Viżitaturi esterni u persunal tal-Kummissjoni jgħaddu minn din is-sala kbira u għaldaqstant il-wirja kellha udjenza wiesgħa. (sb) ●