flimkien lulju 2015

32
Lulju 2015 | Numru 128 Newspaper Post Alla ma jaqtax qalbu mill-ħolqien! 14 Biex ma nkunx għext għalxejn 18 Fil-midja soċjali: uliedi jafu aktar minni? 23 25 Tuffieħa kuljum ... bil-qoxra b’kollox! 10 I have fallen, Lord (Michel Quoist)

Upload: knisja-malta

Post on 22-Jul-2016

292 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani, Malta

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Lulju 2015

L u l j u 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 8

New

spap

er P

ost

Alla ma jaqtax qalbu mill-ħolqien! 14

Biex ma nkunx għext għalxejn 18

Fil-midja soċjali: uliedi jafu aktar minni? 23

25 Tuffieħa kuljum ... bil-qoxra b’kollox!

10 I have fallen, Lord

(Michel Quoist)

Page 2: Flimkien Lulju 2015

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

¢469minn

3 ijiem7-11 Settembru (8 Settembru - Festa Pubblika)

4 ijiem27 Lulju - 1 Awwissu, 10-15 Aww (15 Aww - Festa Pubblika), 24-29 Awwissu

5 ijiem5-11 Awwissu, 14-20 Aww (15 Aww - Festa Pubblika), 28 Awwissu - 3 Settembru

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Vjaææi gœal

¢469minn

Vjaææi gœalVjaææi gœalVjaææi gœalVjaææi gœal

Lourdes

Page 3: Flimkien Lulju 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Lulju 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Aħseb fuqha

WHETHER WORTHY OR NOTOur job is to love others without

stopping to inquire whether or not they are worthy. That is not our business and, in fact, it is nobody’s business.

What we are asked to do is to love, and this love itself will render both

ourselves and our neighbours worthy.

Thomas Merton

Wara l-faċċata

Il-faċċata dan ix-xahar turi ritratt sabiħ bħal dak li t-turisti jieħdu magħhom wara li jiġu jżuruna. Fih ħafna minn dak li

huwa tagħna l-Maltin: sema kaħlanija, knisja fl-għoli li aħna nitilgħu biex naslu fiha, djar mibnija mill-Ingliżi imma użati mill-Maltin, dgħajjes tal-qlugħ tal-lum, u baħar kalm u sabiħ.

Imma aħna nafu li din l-istampa hija perfetta wisq, kważi sabiħa żżejjed. Għax il-baħar għandu rasu iebsa, id-dgħajjes tal-lum ukoll ikollhom il-ħsara, id-djar fihom familji bil-problemi tagħhom, is-sema li malajr isir iswed li jbeżża’.

U l-knisja? Mibnija mill-ġdid wara l-gwerra, għax il-poplu jrid fejn jitlob, fejn jiltaqa’ ma’ Alla. Is-sbuħija tal-ġebel hija xhieda tas-sbuħija li hemm ġewwa: l-imħabba ta’ Alla li dehret fuq kollox fit-tbatija u l-feriti dejjem miftuħa tal-Mulej Ġesù, l-imħabba li nġedduha kull darba li niċċelebraw l-Ewkaristija.

Hawn hija l-vera paċi tal-qalb, il-kalma fil-moħħ u s-sbuħija tal-għemil sinċier u ġeneruż.

Fir-ritratt tal-faċċata naraw ukoll dawn il-ħwejjeġ veri li ma jidhrux!

Ritratt tal-faċċata: L-Isla kif tidher mill-Birgu. Meħud minn Luke Scicluna

Il-magażin FLIMKIEN jixtieq joffrilek l-opportunità biex issemma’ leħnek u tagħti l-opinjoni tiegħek jew tagħkom dwar dak li qed jiġri madwarkom u ġo fikom, dwar dak kollu li jinteressa d-dinja taż-żgħażagħ.

Beħsiebna niddedikaw paġna kull xahar fuq dan is-suġġett fuq il-magażin Flimkien. Flimkien huwa l-magażin bl-akbar ċirkolazzjoni f’Malta u jilħaq 126,000 dar kull xahar.

Interessat li tikkontribwixxi artiklu jew paġna jew parti minn paġna (fix-xahar, kull xahrejn, kull sitt xhur, eċċ.)? Iktbilna f’dan l-indirizz: [email protected]

Għidilna s-suġġett li beħsiebek tikteb dwaru. Is-suġġett irid ikun fost l-għanijiet tal-magażin Flimkien. L-iskop ewlieni tal-magażin hu li jwassal valuri umani u Nsara lill-familji Maltin kollha.

Id-direzzjoni tal-magażin Flimkien beħsiebha tikkuntattja lil min taħseb li jista’ jagħti kontribut siewi.

Għal aktar informazzjoni, ikteb lil: [email protected]

Inti żagħżugħ jew żagħżugħa?Membru f’youth centre?Tmexxi grupp taż-żgħażagħ?Involut jew involuta b’xi mod fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ?

Page 4: Flimkien Lulju 2015

indipendenti ©ewwa darek

Çempel issa23456500biex tag˙mel appuntament

mag˙na b’xejn

Caremark hija Francise IngliΩa

L-g˙ajnuna li g˙andek bΩonnbiex tibqa’ tg˙ix

Ibqa’ ©awdi ˙ajtek kemm tista’ bl-g˙ajnuna tal-’care workers’ ta’ Caremark

Çempel fuq 23456500 | email [email protected]

caremark-maltaSibna fuq

Page 5: Flimkien Lulju 2015

Naħseb qed tistaqsu, x’inhu l-pallium? Il-pallium hu bħal faxxa wiesgħa xi ħames ċentimetri, magħmula minn

suf fin ħafna, li jintlibes madwar l-għonq. Ikollu wkoll żewġ pendenti, xi tletin ċentimetru fit-tul, wieħed fuq quddiem u l-ieħor fuq wara. Dawn iż-żewġ pendenti jinżammu stirati ’l isfel b’żewġ biċċiet żgħar taċ-ċomb li jkunu miksija b’ħarir iswed.

Fuq il-pallium ikun hemm irrakkmati sitt slaleb suwed – wieħed quddiem, ieħor fuq wara, wieħed fuq in-naħa tal-ispalla tal-lemin u l-ieħor fuq tax-xellug, u salib fuq kull pendent. Is-salib ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ispalla tax-xellug ikollhom bħal ħolqa mill-istess ħajt biex iżommu tliet labriet tad-deheb li jissejħu spinulae. Il-pallium jista’ jintlibes biss mill-Papa, mill-Patrijarka tar-rit Latin ta’ Ġerusalemm, mid-dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, u mill-Arċisqfijiet Metropoliti.

Minn din is-sena l-Papa xtaq li jkun hemm bidla fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-pallium. Qabel, kemm it-tberik kif ukoll it-tqegħid tal-pallium kienu jsiru f ’ċerimonja waħda f ’Ruma waqt quddiesa fil-Festa ta’ San Pietru u San Pawl. Issa xtaq li ċ-ċeremonja tinqasam f ’żewġ mumenti

sinifikattivi: iċ-ċerimonja tat-tberik tal-pallium issir f ’Ruma fid-29 ta’ Ġunju fil-Quddiesa, filwaqt li t-tqegħid tal-Pallium isir iktar tard min-Nunzju Appostoliku fid-djoċesi stess tal-Arċisqof waqt ċelebrazzjoni apposta. Hawn Malta ċ-ċerimonja ser ssir f’quddiesa nhar is-Sibt, 11 ta’ Lulju fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-10.00am. Minn issa stess qed nistedinkom għaliha. Nieħu gost ħafna bil-preżenza tagħkom.

Il-pallium għandu tifsira simbolika qawwija ħafna. Peress li hu minsuġ mis-suf tal-ħrief, il-pallium ifakkar lil dawk li jilbsuh, fi Kristu, ir-Ragħaj it-Tajjeb. Il-kulur abjad tas-suf tal-pallium iservi wkoll biex ifakkar li l-qawwa u l-awtorità ġejja mill-Ħaruf ta’ Alla. Il-Ħaruf ħafna drabi hu meqjus bħala simbolu tal-paċi. Il-pallium, għalhekk, hu wkoll simbolu tal-missjoni tal-Arċisqof biex iżomm il-paċi u l-għaqda tal-Knisja.

Inħeġġiġkom biex titolbu ħafna għalija biex inkun fidil lejn il-Knisja u lejn il-Papa u biex bħal Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, immexxikom “f ’mergħat kollhom ħdura”.

Nagħtikom il-barka pastorali tiegħi.

X Charles J. SciclunaArċisqof ta’ Malta

Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-PalliumRabta tal-Arċisqof mas-Suċċessur ta’ San Pietru

Nhar it-Tnejn 29 ta’ Ġunju, is-solennità ta’ San Pietru u San Pawl, flimkien ma’ Arċisqfijiet Metropoliti oħra minn madwar id-dinja u li ġew magħżula tul dawn l-aħħar tnax-il xahar, ġejna mistiedna minn Papa Franġisku biex nikkonċelebraw miegħu f’Quddiesa li fiha jiġi mbierek il-pallium

indipendenti ©ewwa darek

Çempel issa23456500biex tag˙mel appuntament

mag˙na b’xejn

Caremark hija Francise IngliΩa

L-g˙ajnuna li g˙andek bΩonnbiex tibqa’ tg˙ix

Ibqa’ ©awdi ˙ajtek kemm tista’ bl-g˙ajnuna tal-’care workers’ ta’ Caremark

Çempel fuq 23456500 | email [email protected]

caremark-maltaSibna fuq

Lulju 2015 | 5

Page 6: Flimkien Lulju 2015

hekk bla siwi, meta inti ta’ siwi hekk kbir għal Alla? Jekk Alla tak daqshekk ġieħ, għaliex tnaqqas daqshekk ġieħek? Għaliex tfittex minn xiex int magħmul, u ma titkixxifx għalfejn ġejt maħluq? Mhux għalik saret din id-dinja fejn tgħammar? ... Twieled Kristu biex iġedded in-natura mħassra tagħna, beda jgħix ta’ tifel, trabba, għadda ż-żmien minn fuqu ... Ħa n-natura tagħna l-bnedmin biex il-bniedem ma jiġġarrafx aktar; hu li ħalaq il-bniedem tal-art, ried jagħmlu wkoll bniedem tas-sema” (Omelija 148).

Ġawhar Insara • Dun Hector Scerri

Sensiela ġdida biex tgħinna napprezzaw aħjar it-teżori spiritwali tal-Kristjanità. Kull xahar se niltaqgħu ma’ persunaġġi Nsara minn kull żmien u ġejjin minn esperjenzi differenti biex naraw x’qed jgħidulna llum.

‘Krisologu’Laqqmuh

San Pietru Krisologu (380-450) kien l-Arċisqof ta’ Ravenna. Iddefenda l-veritajiet Insara dwar l-Inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla kontra l-eretiċi ta’ żmienu. Il-laqam tiegħu Krisologu jfisser ‘kelma tad-deheb’ peress li kien kapaċi ħafna fl-omeliji (li jagħtuna stampa sabiħa tas-Sena Liturġika) u l-kitbiet tiegħu. Għandu bosta kummentarji dwar il-Bibbja, tifsir dwar il-grazzja u l-ħajja Nisranija, u tagħlim dwar il-primat tal-Isqof ta’ Ruma.

L-atteġġjamenti tan-Nisrani“Xidd il-libsa tal-qdusija, tħażżem bil-kliem tas-safa. Ikun Kristu għata għal rasek; is-sinjal tas-salib fuq ġbinek ikun ta’ ħarsien għalik; fuq sidrek ehmeż is-sinjal tal-għerf ta’ Alla; aqbad is-sejf tal-Ispirtu; agħmel qalbek altar ... Alla ma jridx il-mewt imma l-fidi tiegħek. Għandu għatx mhux għal demmek imma għat-talb tiegħek” (Omelija 108).

L-imġiba tagħna l-Insara“Ejjew inħarsu l-kmandamenti li huma l-ħajja tagħna; infittxu li x-xirka tagħna ta’ aħwa tibqa’ magħquda bl-irbit qawwi tas-sliem; u jalla tissaħħaħ fl-għożża ta’ bejnietna billi nkunu marbutin tajjeb flimkien.... L-imħabba għandha tkun il-mira tax-xewqat kollha tagħna” (Diskors dwar il-paċi).

Ix-xebh tagħna mal-Mulej“Aħna nixbhu għalkollox lil dak li ħalaqna.... Mhux fil-kobor tiegħu għax hu biss il-kbir, imma fl-innoċenza, fis-sempliċità, fit-tjieba, fis-sabar, fl-umiltà, fil-ħniena, fil-ħbiberija flimkien. F’kelma waħda, f ’dak kollu li hu ried isir bħalna u jkun ħaġa waħda magħna” (Omelija 117).

Id-dinjità tagħna l-bnedmin, u l-misteru tal-Inkarnazzjoni“Ja bniedem, għaliex tistħajjel lilek innifsek

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Lulju 2015

X’ġara lill-poplu t’Alla wara s-saltna ta’ David?Skont il-ġrajja li naqraw fil-Bibbja, wara s-saltna ta’ David, il-biċċa kbira tas-slaten kienu ħżiena u warrbu l-Liġi tal-Mulej. Huma ġew mirbuħa u eżiljati għal 70 sena fil-Babilonja (madwar 600 sena qabel Kristu).

Min kienu l-Profeti?Il-Profeti kien dawk li f ’daż-żmien tkellmu f ’isem Alla u widdbu lil Israel minħabba l-infedeltà tal-poplu. Il-Profeti tkellmu wkoll u ta’ spiss dwar il-kobor li għalih kien imsejjaħ Israel u dwar il-miġja tas-Salvatur fil-ġejjieni.

Min kienu l-Profeti l-kbar?Il-Profeti l-kbar jissejħu ‘kbar’ għax ħafna mill-profeziji tagħhom baqgħu miżmuma. Dawn kienu: Isaija, Ġeremija, Eżekjel u Danjel.

X’ġara mill-poplu t’Alla wara l-Eżilju fil-Babilonja?Dawk li ġew lura mill-Eżilju tal-Babilonja u daħlu fil-Lhudija (u minn hawn bdew jissejħu ‘Lhud’) kienu jgħixu flimkien fis-sliem. Bdew jifhmu aktar kif għandhom josservaw il-Liġi t’Alla b’responsabbiltà personali, u jifhmu aktar x’sens għandha ħajjithom u, l-iktar, bdew jemmnu fil-qawmien mill-mewt. Matul dan iż-żmien inkitbu xi taqsimiet tal-Bibbja, bħalma huma l-kotba tal-Għerf u l-ktieb ta’ Danjel.

Min kien is-Salvatur li kien imwiegħed?Is-Salvatur imwiegħed kien Ġesù, li kien Lhudi, bin Marija, min-nisel ta’ David, imwieled f ’Betlehem, il-belt ta’ David, elfejn sena ilu.

Min hu Ġesù?Ġesù hu l-Iben t’Alla li sar tassew bniedem fil-ġuf ta’ Marija, waqt li baqa’ tassew Alla. Ġesù hu iktar bniedem minna, għax hu “bħalna f ’kollox minbarra d-dnub” (Ittra lil-Lhud, 4:15), waqt li aħna, minħabba d-dnub, m’aħniex bnedmin sħaħ.

X’insejħulu l-misteru li jgħidilna li Ġesù hu persuna waħda u li hu tassew bniedem u tassew Alla?Dan il-misteru ta’ Ġesù nsejħulu ‘il-Misteru tal-Inkarnazzjoni’.

X’insibu fil-Vanġelji ta’ San Mattew u ta’ San Luqa dwar it-tnissil ta’ Ġesù?Dawn iż-żewġ Vanġelji jgħidulna li Ġesù ma kellux missier uman iżda twieled mix-xebba Marija li nisslitu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Meta nagħmlu l-festa tat-tnissil u tat-twelid ta’ Ġesù?Niċċelebraw it-tnissil ta’ Ġesù fil-festa tat-Tħabbira tal-Anġlu (jew il-Lunzjata) fil-25 ta’ Marzu. It-twelid ta’ Ġesù niċċelebrawh fil-Milied, fil-25 ta’ Diċembru.

Katekiżmu Żgħir (3)

Il-Feddej: Ġesù Kristu15

16

17

18

19

20

21

22

23

Lulju 2015 | 7

Page 8: Flimkien Lulju 2015

Making your dream day blossom.

WEDDING PACKAGES STARTING FROM

€325

romanocassar.com

Romano Cassar Ltd. 24,Hammieri Road,Qormi.QRM1509Tel: +356 21441264 / Mob: +356 79373100 find us on facebook

Page 9: Flimkien Lulju 2015

Qatt ħassejtek ma tistax tlaħħaq ma’ dak kollu li trid tagħmel fil-ġurnata?

Ġieli, minħabba f ’hekk, ma tajtx wisq kas ta’ xi affarijiet li ħafna drabi jkunu mportanti ħafna?

Forsi dan ġagħalek ukoll tħalli dawn l-affarijiet li kont responsabbli tagħhom f ’idejn ħaddieħor, u forsi wkoll ma komplejtx tinteressa ruħek fihom?

Jista’ jkun ukoll li għamilt hekk f ’dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni għall-fidi tat-tfal tiegħek?

Veru li l-ġenituri llum għandhom ħafna x’jagħmlu, u għandhom ħafna affarijiet oħra ta’ xiex jagħtu kas, imma r-responsabbiltà li jgħaddu l-fidi lil uliedhom hi primarjament tagħhom!

Imma din l-idea li r-responsabbiltà li jgħaddu l-fidi lill-ulied hija tal-ġenituri hi xi idea ta’ dan l-aħħar?

Fil-verità mhi idea ġdida xejn! L-edukazzjoni għall-fidi tat-tfal minn dejjem kienet responsabbiltà tal-ġenituri. Biżżejjed inħarsu ftit lejn it-Testment il-Qadim u malajr insibu b’mod ċar ta’ min hi r-responsabbiltà li jeduka lit-tfal għall-fidi.

Nixtieq naqsam magħkom silta mill-Bibbja li fiha nsibu kemm ir-responsabbiltà tal-edukazzjoni għall-fidi hija f ’idejn il-ġenituri. Is-silta hija meħuda mill-Ktieb tad-Dewteronomju (6:4-9) li hija dwar il-kmandament tal-imħabba lejn Alla wieħed:

“Isma’, o Iżrael: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha. Żomm f ’qalbek dan il-kliem u dawn il-kmandamenti li qiegħed nagħtik illum. Tennihom lil uliedek, u tkellem fuqhom meta tkun f’darek, u meta tkun miexi fit-triq, u meta timtedd, u meta tqum.”

Jidher ċar minn hawn li huma l-ġenituri li huma responsabbli li jgħallmu dan lil uliedhom, u li jitkellmu fuq dan kull fejn ikunu. Huma l-ġenituri li għandhom id-dmir li juru u jgħallmu dwar Alla minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-ġenituri mhumiex qegħdin biss biex inisslu u jkomplu jkattru l-ġens uman permezz tal-ulied, imma wkoll biex jedukaw lil uliedhom ħalli dawn jagħrfu min hu tassew Alla li huwa mħabba.

Jekk għandek x’tagħmel wisq biex toqgħod tieħu ħsieb l-edukazzjoni fil-fidi ta’ wliedek ... sinjal li għandek x’tagħmel wisq! Ix-xahar id-dieħel inkomplu naraw kif.

Nakkumpanjaw lil uliedna • Fr Carl-Mario Sultana

Għandek x’tagħmel?

Lulju 2015 | 9

Page 10: Flimkien Lulju 2015

I have fallen, Lord, once more. I can’t go on, I’ll never succeed. I am ashamed, I don’t dare look at you.

And yet I struggled, Lord, for I knew you were right near me, bending over me, watching. But temptation blew like a hurricane, and instead of looking at you I turned my

head away,

I stepped aside, while you stood, silent and sorrowful, like the spurned fiancè who sees his loved

one carried away by the enemy. When the wind died down as suddenly as it

had arisen,

Talba • Michel Quoist

I have fallen, Lord

when the lightning ceased after proudly streaking the darkness,

all of a sudden I found myself alone, ashamed, disgusted,

with my sin in my hands. This sin that I selected the way a customer

makes his purchase, this sin that I have paid for and cannot

return, for the shopkeeper is no longer there, this tasteless sin, this odorless sin, this sin that sickens me, that I have wanted but want no more, that I have imagined, sought, played with,

fondled, for a long time; that I have finally embraced while turning

Tweġiba tal-Missier lil min iħossu megħlub mid-dnub, ikun xi jkun dan id-dnub

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Lulju 2015

I have fallen, Lord

I can’t get rid of it. I run from it the way one tries to lose a stray

dog, but it catches up with me and bounds joyfully

against my legs. Everyone must notice it. I’m so ashamed that I feel like crawling to

avoid being seen, I’m ashamed of being seen by my friends, I’m ashamed of being seen by you, Lord, for you loved me, and I forgot you.

I forgot you because I was thinking of myself. One must choose, and I chose. And your voice, and your look and your love hurt me. They weigh me down, they weigh me down more than my sin. Lord, don’t look at me like that, for I am naked, I am dirty, I am down, shattered, with no strength left. I dare make no more promises, I can only lie bowed before you.

[The Father’s Response] Come, son, look up. Isn’t it mainly your vanity that is wounded? If you loved me, you would grieve, but you

would trust.

Do you think that there’s a limit to God’s love?

Do you think that for a moment I stopped loving you?

But you still rely on yourself, son. You must rely only on me. Ask my pardon and get up quickly. You see, it’s not falling that is the worst, but staying on the ground.

coldly away from you, my arms outstretched, my eyes and heart

irresistibly drawn; this sin that I have grasped and consumed

with gluttony, it’s mine now, but it possesses me as the spiderweb holds

captive the gnat. It is mine, it sticks to me, it flows in my veins, it fills my heart. It has slipped in everywhere, as darkness

slips into the forest at dusk and fills all the patches of light.

“I dare make no more promises,

I can only lie bowed before you.”

Lulju 2015 | 11

Page 12: Flimkien Lulju 2015

LIFELONG LEARNING COURSES

Tel: 2598 2444 \ 2598 2291Mail: [email protected]

Applications open from: 15th July to 7th AugustApply online www.lifelonglearning.gov.mt

Page 13: Flimkien Lulju 2015

Mill-bidunett, Ernest ħa l-fama ta’ politiku onest, bieżel u deċiż, anke mal-klijenti tad-distrett fejn

kien joħroġ. Għalhekk ħassu skomdu ħafna meta ċertu xwejjaħ baqa’ jinsisti biex jidħol għandu. Ernest kien qed iżur, bieb bieb, kwartier mill-iktar fqir. In-nies tal-kwartier kienu jħaqquha kemm jifilħu ma’ kwalunkwe politiku biex ikollhom kundizzjonijiet aħjar fejn jgħixu. F’din it-tgeġwiġija kollha kien hemm dan ix-xwejjaħ, iross fuq ‘id-Dott’, kif kien isejjaħlu. Ernest stħajlu bħall-kostitwenti l-oħra: irid xi pjaċir li ma jafx ikunx jista’ jagħtihulu. Ipprova jaħarbu, imma x-xwejjaħ baqa’ jinsisti sakemm, biex jeħles minnu, Ernest qallu, “Niġi iva ... wara li nkun dort lil qrabatek kollha.”

Il-lejl kien daħal ġmielu u Ernest, għajjien mejjet, ħaseb biex jinġabar f ’daru. Iżda x-xwejjaħ kien għadu jistenna: “Għandi ma tiġix?” B’nofs qalb, Ernest qatagħlu xewqtu u mexa warajh fi sqaq sakemm wasal quddiem bieb baxx. Ġewwa ma kienx hemm tieqa waħda għal barra. Id-dar kellha kamra waħda. L-uniku dawl kien ħiereg minn xemgħa quddiem xbieha tal-Madonna. Ix-xwejjaħ ġieblu s-siġġu. Bil-qiegħda, Ernest staqsieh, “Xi trid minni, xwejjaħ?”

“Xejn.”“Xejn?” “Xejn, Dott! Nixtieq biss li nixorbu waħda

flimkien. Tieħu tazza ħalib miegħi?”Dan il-fatt stramb kellu effett kbir fuq

il-ħidma ta’ Ernest. Dakinhar tgħallem li anke l-politika tista’ tkun il-post fejn tagħti u tirċievi l-imħabba.

Għal Lulju, il-Papa jistedinna lkoll ningħaqdu flimkien u nitolbu biex fil-livelli kollha tar-responsabbiltà politika ngħixu l-imħabba fl-aqwa tagħha.

Naħseb ftit• X’jgħaddi minn moħħi u qalbi meta

naħseb fuq din l-istorja?• Jiġuni f ’moħħi xi esperjenzi fejn il-politika

għamlet il-ġid madwari?• Papa Franġisku sejjaħ lill-Insara biex

jagħtu sehemhom fil-politika. X’nista’ nagħmel, politikament, biex intejjeb l-ambjent li ngħix fih?

NitlobAgħtina l-kuraġġ, Mulej, li nsemmgħu l-valuri Nsara tagħna fil-politika. Għin lill-mexxejja tagħna biex juru mħabba fil-qadi politiku tagħhom, u ma jinsewx lill-fqir u lil min hu l-aktar fil-bżonn.

Kliem ta’ dawlKattoliku tajjeb jindiehes fil-politika u jagħti l-aħjar li jista’ biex min jiggverna jkun jista’ jmexxi. X’inhi l-aħjar ħaġa li nistgħu nagħtu lil min jiggverna? It-talb tagħna! (Papa Franġisku)

X’nista’ nagħmelGħandi xi tip ta’ responsabbiltà fil-familja, fuq ix-xogħol, fi grupp? Naħseb kif nista’ mmexxi aktar bl-imħabba.

Intenzjoni tal-Isqfijiet Maltin għal Lulju: Biex ma jkun hemm l-ebda żagħżugħ li jagħlaq għajnejh għall-faqar jew l-inġustizzja, u jfittex jagħti s-sehem tiegħu.

Paġna mħejjija mill-Grupp Appostolat tat-Talb

Appostolat tat-Talb

Xi trid minni?LIFELONG LEARNING COURSES

Tel: 2598 2444 \ 2598 2291Mail: [email protected]

Applications open from: 15th July to 7th AugustApply online www.lifelonglearning.gov.mt

Lulju 2015 | 13

Page 14: Flimkien Lulju 2015

Dalgħodu rajt sewwieq ta’ karozza jċedi lil sewwieq ieħor, avolja kellu d-‘dritta’. Mhux ħaġa komuni. U

inqas komuni li l-ieħor għamillu sinjal biex jirringrazzjah!

Wara ftit nara anzjan imexxi l-kelb tiegħu – u jiġbor il-ħmieġ warajh.

Omm kienet qed timbotta push chair b’tifla żgħira fiha.

Rajt raġel b’idu fuq sidru u rasu baxxuta, sejjer iqarben lil xi ħadd.

Tifel xtara żewġ pastizzi u wara li kielhom, tefa’ l-borża fil-bin li kien hemm apposta.

Mhux affarijiet kbar. Mhux affarijiet li jissemmew fuq l-aħbarijiet. Mhumiex fuq l-aġenda tan-negozjati bejn il-pajjiżi l-kbar. Huma biss affarijiet żgħar, ġesti li juru rispett, tolleranza, ġentilezza, sensittività, paċenzja. Imma kollha atti ta’ mħabba…

Fuq tal-linja raġel ċeda postu lil mara tqila (u l-mara kienet immigranta).

Min kien qabli għand tal-grocer induna li tal-ħanut żammlu n-nieqes, u ġibidlu l-attenzjoni biex iżomm tajjeb.

Konna tmienja b’kollox nistennew tal-linja … u kulħadd żamm il-kju u tela’ fl-ordni.

Mort l-isptar, u rajt żewġ irġiel tal-Legion of Mary jkellmu raġel fis-sodda, waħdu.

Smajt omm Eġizzjana taħfer u titlob għal min qata’ ras binha fil-Libja, f ’April li għadda.

Qrajt li Papa Franġisku qed jibni dormitorju f ’Ruma fejn persuni bla dar

A. Dimech

Ma jaqtax qalbu

ikollhom fejn idaħħlu rashom billejl u jieħdu xi ħaġa sħuna.

Kuljum nisma’ l-qanpiena tal-Museum iddoqq … u niftakar li l-katekisti jkunu qed jistennew lit-tfal imorru għal-lezzjoni.

Fuq it-television ġabu kelb li ħeles lil sidu minn dar qed taqbad, imbagħad daħal isalva żewġt iqtates!

Imbagħad hemm stejjer oħra li ma jidhrux għax iseħħu bejn l-erba’ ħitan tad-dar. Ommijiet li jqumu billejl ma’ wliedhom. Missirijiet li jirrinunzjaw għall-overtime biex ikollhom ħin mal-familja. Persuni mweġġgħin li jaħfru. Ulied ħdejn is-sodda tal-ġenituri. Voluntiera li jaħdmu mingħajr skop ta’ ħlas.

Għalija dawn huma l-eroj li ħadd ma jxandar. Min jaf, forsi anki int li qed taqra għandek il-lista żgħira tiegħek! Le, fid-dinja mhux kollox iswed.

Minħabba dawn, u ħafna oħrajn, nara l-Ispirtu t’Alla għadu jittajjar fuq id-dinja. Il-ħolqien għadu sejjer. Alla qed jerġa’ jħares lejn il-ħolqien, lejn kulma għamel, u ara, kollox kien tajjeb ħafna. Alla ma jaqta’ qalbu qatt mill-bniedem.

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Lulju 2015

Roasted in London. Chilled in Malta.Revive and refresh with a smooth iced latte handcrafted by your baristas at Costa Coffee.

Now open at The Point, The Embassy; Valletta, Bay Street, Balzan & Malta International Airport.

Page 16: Flimkien Lulju 2015

Fis-sena 2000, eżattament ħmistax-il sena ilu, il-maġġoranza tal-mexxejja tad-dinja, flimkien man-Nazzjonijiet Magħquda (UN), qablu li jaħdmu iktar favur l-iżvilupp fid-dinja permezz ta’ tmien għanijiet importanti ferm. Dawn il-miri huma miġbura taħt l-isem: Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (Milennium Development Goals - MDGs). Dawn l-għanijiet, fosthom il-qerda tal-faqar u l-ġuħ, l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, u s-sostenibbiltà ambjentali, kellhom jintlaħqu proprju din is-sena. Minkejja li sar progress siewi f’bosta setturi, xorta għad baqa’ ħafna xi jsir. Fil-fatt, minn tliet snin ilu ’l hawn, bdew diskussjonijiet fuq livell internazzjonali biex jiġu stabbiliti miri ġodda għal wara l-2015. Kien minħabba f’hekk li l-Unjoni Ewropea (UE) għażlet li tiddedika din is-sena li qegħdin fiha għall-iżvilupp - biex jitqajjem għarfien fost iċ-ċittadini Ewropej u jikber l-interess taċ-ċittadini fil-koperazzjoni għall-iżvilupp, għal dinja aktar ġusta. Ta’ min jgħid li l-UE hija l-ikbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja u din l-għajnuna, li tieħu diversi forom, taqbeż in-nofs tal-għajnuna kollha li tingħata mill-pajjiżi kollha fid-dinja. F’Malta, il-MEUSAC ġie magħżul bħala

Għal aktar informazzjoni dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp, żur is-sit: europa.eu/eyd2015/en/content/about-2015 u segwi l-MEUSAC fuq www.meusac.gov.mt u fuq il-Facebook www.facebook.com/meusacmalta bl-attivitajiet marbuta mas-Sena Ewropea 2015 u affarijiet oħra ta’ interess.

L-Iżvilupp Dinji, it-Tfal u ż-Żgħażagħ

l-kordinatur nazzjonali tas-Sena Ewropea għall-Iżvilupp 2015 u matul is-sena qegħdin isiru diversi attivitajiet biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea.

Minħabba l-fatt li t-tema tal-iżvilupp tiġbor fiha ħafna setturi, l-UE għażlet li tiffoka kull xahar fuq tema partikolari. Għax-xahar ta’ Lulju ntgħażlet it-tema tat-tfal u ż-żgħażagħ. Kulħadd jagħraf l-importanza vitali ta’ dan is-settur u l-fatt li jolqot ukoll ħafna setturi u temi oħrajn. Fost dawn is-setturi, insibu s-saħħa u l-edukazzjoni. Fil-fatt, mit-tmien MDGs, sitta jirreferu direttament għat-tfal. F’dan ir-rigward, l-UE, flimkien mal-komunità dinjija, taħdem biex tfal f’pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom bażi edukattiva soda, aċċess għal servizzi tas-saħħa bażiċi u ċans għal futur aħjar.

Permezz tal-għajnuna li tingħata lit-tfal u ż-żgħażagħ, l-UE qed tinvesti fil-ġejjieni, kemm tagħhom bħala ċittadini u kif ukoll ta’ pajjiżhom. B’hekk titwitta t-triq għal żvilupp sod u tingħata bi dritt id-dinjità u ħajja aħjar lil miljuni ta’ persuni madwar id-dinja li huma neqsin minnha.

Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp

2015

BG ES

CS DA

DE ET

EL EN

FR HR

IT LV

LT HU

MT NL

PL PT

RO SK

SL FI

SV

id-dinja tagħnaid-dinjità tagħnail-ġejjieni tagħna

Page 17: Flimkien Lulju 2015
Page 18: Flimkien Lulju 2015

L-Amerikana Emily Dickinson hija tabilħaqq waħda mill-persuni li nammira. Kienet tgħix fis-seklu

dsatax (1830-1886), maqtugħa għaliha weħidha fid-dar ta’ missierha f ’belt żgħira f ’Massachusetts. Il-versi tagħha huma dejjem ċari, ukoll jekk mhux dejjem ħfief, u juru spiritwalità intensa meħuda mit-temi kbar tal-Bibbja u l-kontemplazzjoni tan-natura, ibda mid-dinja ċkejkna tal-ġnien tal-familja.

Għażilt dawn il-ftit versi li jirriflettu messaġġ immedjat u anki Kristjan. Wieħed ‘ma jkunx għex għalxejn’ mhux għax ikun wettaq proġetti kbar; mhux għax il-folol ikunu laqgħuh bi ħġarhom; jew inkella ħalla warajh ħafna kotba fil-biblijoteki.

Dak li tassew wieħed iħalli warajh u li bih jikseb l-eternità hija l-imħabba li jirnexxilu jiżra’, ukoll permezz ta’ dawk il-ġesti żgħar,

bħal dak li tqajjem fuq saqajh pitirross nofsu mejjet jew tagħti karezza lil xi ħadd imdejjaq u li m’għandux il-ħila jfisser x’qiegħed iħoss.

Tolqotni ħafna l-frażi “ma nħallix qalb tinqasam”. Ħafna drabi aħna ngħaddu minn ħdejn il-proxxmu tagħna b’ċerta kunfidenza u arja imma maqtugħin għalina nfusna qisna xi prinċep li ma jimpurtahx min-nies ta’ madwaru.

Ħafna drabi ma nintebħux bit-talb sieket, bin-nies debboli li nagħtuhom il-ġenb, bis-sentimenti delikati li ninjorawhom għalkollox u xi drabi saħansitra nistmerruhom. Meta niskopru mill-ġdid is-sensittività u l-ġentilezza, meta nneħħu l-ħafna pożi żejda, meta nuru ħlewwa mal-oħrajn, dan ikun sinjal għal ħaddieħor kif ukoll għalina li aħna tabilħaqq ma nkunux għexna għalxejn.

Riflessjoni • L.C. Spiteri

Il-PitirrossIf I can stop one heart from breaking,

I shall not live in vain. If I can ease one life the aching,

Or cool one pain, Or help one fainting robin

Unto his nest again, I shall not live in vain.

Jekk jirnexxili ma nħallix qalb tinqasam,ma nkunx għext għalxejn.

Jekk nista’ ntaffi l-uġigħ tal-ħajja Jew infejjaq xi ġerħa,

Jew ngħin pitirross dgħajjefJasal sal-bejta tiegħu,

Ma nkunx għext għalxejn.

(Emily Dickinson)

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Lulju 2015

Tista’ tiżra’ l-pjanti fejn trid. F’xi bitħa ċkejkna, bħal tiegħi, fi qsari żgħar. Fis-serer, li fihom spazju ikbar. F’xi

ġnejna jew xi għalqa. Ikun xi jkun il-post, tista’ tiżra’ li trid: pjanti bil-fjuri, bil-frott, sukkulenti, kaktus. Tiżra’ fejn tiżra’, l-importanti li jkollok art tajba, żerriegħa mimlija ħajja, u l-kura li l-pjanta għandha bżonn.

Kull fejn ngħix jien nista’ niżra’ wkoll. Pereżempju nista’ niżra’...

... Imma ħa ngħidilkom storja li għadni kif smajt. Tifla żgħira kienet tisma’ ħafna nies jitkellmu dwar dan ‘Alla’. Kulħadd jgħid tiegħu: is-saċerdot fil-knisja, l-għalliema fil-klassi, Manwel tal-ħanut tal-ħaxix. Imma hi ma tistax tifhem sew. “Ma, min hu Alla?”

Mhux mistoqsija faċli tweġibha b’mod li tifhmek anki tifla żgħira!

U t-tweġiba li tatha ommha? Marret ħdejn bintha, ħaddnitha magħha, rassitha ma’ qalbha għal ftit ħin mhux ħażin, imbagħad ħarset lejha u staqsietha. “X’ħassejt, binti, meta kont f ’dirgħajja?”

“Ħassejtni safe, moħħi mistrieħ li hemm int, xejn ma jbeżżagħni u jinkwetani, għax int qed tieħu ħsiebi u tħobbni.”

“Dak hu Alla!” qaltilha l-omm. “Alla li jgħannaqna miegħu, li jħobbna f ’kull ċirkustanza, li ma jħalli l-ebda lok għal biża’ f ’ħajjitna ... għax Hu jħobbna!”

U wara li smajt din l-istorja, għedt: “Dik żerriegħa ħajja! Miżrugħa tajjeb, u żgur li se tagħti ħafna frott!”

Riflessjoni • J. Zammit

Jien niżra’ tajjeb?

Lulju 2015 | 19

Page 20: Flimkien Lulju 2015

TENA LADY

TENA Lady pads are specifically designed for loss of drops or small leakages.

All TENA Lady pads are body-shaped for a comfortable fit and contain Odour Control™ to prevent the development of odours.

The TENA Lady Mini range are particularly well suited to those women who are used to using sanitary towels or panty-liners.

The TENA Lady Medium range pads also offer greater absorption for added confidence.

TENA Normal, Extra, Extra Plus and Mini Super are breathable, which means they give extra comfort and are kinder on the skin.

Droplets on the package indicate the level of incontinence to help users choose the right product.

TENA enables you to mantain your lifestyle

TENA pads are so small and discreet, you sometimes wonder how they can provide enough security. But they do! Time after time, under all circumstances.

Dry fast core™

www.tena.com.mt

TENA IS AVAILABLE FROM ALL PHARMACIES AND SUPERMARKETS

Page 21: Flimkien Lulju 2015

ITTRA REBBIEĦA

Minkejja kollox…Min jarani jaħsibni iżgħar, imma ma jkunx jaf minn xiex għaddejt u għadni għaddejja. Kont ippjanajt kif se nqatta’ l-ħin wara li nispiċċa mix-xogħol: quddiesa, xirja, mixja, riċetti ġodda, viżta fil-kappella, coffee morning, trobbija tan-neputijiet. Sitt xhur qabel spiċċajt ħariġli kanċer tas-sider. Operazzjoni malajr u ħames xhur chemo. Sentejn wara ħariġli z-zokkor, u ftit wara kelli problem fit-thyroid. Sentejn wara ksirt sieqi, operawni u domt ħames xhur biex bdejt nimxi sew wara ħafna fiżjoterapija u viżti. Fl-2011 kelli puplesija ħafifa, u sena wara qabditni dipressjoni. Ftit ilu sibt li għandi l-glaucoma. Din ħadtha bi kbira ħafna; kif qaluli kont se nħossni ħażin: aktar appuntamenti, trattamenti, pilloli. Madankollu, dak kollu li kont ippjanajt li nagħmel wara li nispiċċa, qed nagħmlu. Nipprova nkun pożittiva. Il-mard li għandi ħadd ħlief il-Mulej, żewġi u wliedi ma jafu bih. Għalhekk, minkejja kollox, nipprova nitfarraġ billi niftakar fil-mumenti sbieħ li l-Mulej tani f ’ħajti, inkun ferrieħa, u nagħmel il-qalb lill-oħrajn.

Kuraġġ, Qrendi

Ittri mill-qarrejja

Tweġiba: Wieħed irid jara jekk din il-persuna li kienet ilha ma tkellem lil ommha hijiex waħda mill-eredi ta’ ommha jew ġietx eskluża mit-testment. Jekk hi waħda mill-eredi allura tkun meħtieġa l-firma tagħha għal kull bejgħ li jsir tas-sehem ta’ ommha. Jekk hi eredi, u l-firma tagħha tiġi falsifikata, allura jkunu jistgħu jinbdew proċeduri ta’ natura kriminali kif ukoll ċivili kontra kull min ikun involut fil-ħażen. Tista’ ssir riċerka fir-Reġistru Pubbliku biex tara sarx kuntratt mill-eredi wara l-mewt tal-omm. Nissuġġerilek tqabbad nutar għal dan. Intant, jekk id-dar inxtrat waqt iż-żwieġ, il-missier kellu nofsha, u jekk miet bla testment allura anki din it-tifla li ma kenitx tkellem lil ommha wirtet parti minn dak in-nofs tad-dar. Bħala tali, ebda bejgħ tad-dar ma jista’ jsir mingħajr il-firma tagħha. Av. R. Zammit

AVUKAT - Dr Ray Zammit LL.D

BEJGĦ TA’ DARJekk persuna tkun ilha ma tkellem lil ommha għal ħafna snin, u l-omm tmut, jistgħu l-ulied l-oħra jbigħu d-dar tal-omm mingħajr il-preżenza u l-kuntentizza ta’ din oħthom għax qatt ma tkun ġiet avviċinata? Jistgħu dawn jagħmlu xi firma falza biex ibigħu d-dar? Fejn nista’ niċċekkja sarx xi konvenju jew xi bejgħ tad-dar? Nippreċiża li d-dar kienet inxtrat waqt iż-żwieġ tal-ġenituri, u l-missier kien miet bla testment. Bint u Oħt

ITTRI MILL-QARREJJA L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Lulju 2015 | 21

Page 22: Flimkien Lulju 2015

Is-sur David Pace Ross jagħmel “Analiżi tas-Suq tal-Ishma f’Malta, b’enfasi fuq il-banek”Is-sur Pace Ross, magħruf sew mall-pubbliku, hu Senior Manager mall-BOV u hu espert fil-qasam tas-Suq tal-Finanzi.

Corinthia Hotel & Spa, Ħ’AttardIt-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2015mis-6:00 sat-8:00 PM.Dħul b’xejn.

Il-Pubbliku huwa mistieden għal konferenza mill-Malta Association of Small Shareholders (MASS VO 0629)

Email: [email protected]: www.mass.org.mt

MaltaAssociationSmallShareholders

Page 23: Flimkien Lulju 2015

Studju maħruġ mill-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni juri li 99.4% mit-tfal għandhom aċċess għall-internet u

l-maġġoranza jistgħu jużawh id-dar. Dan ifisser li l-ġenituri għandhom l-opportunità li jiggwidaw lil uliedhom fuq kif jużaw l-internet.

Facebook, Twitter, Instagram, Snapchat, Pinterest, Flickr, Vine… Il-lista tal-midja soċjali hija diġà twila ħafna. Biex tgħin lil uliedek fid-dinja tal-internet, trid tinvolvi ruħek fil-ħajja online tagħhom.

Niftakru li l-internet fih ħafna tajjeb u utli, mhux biss perikli. Hu biss jekk inkunu infurmati u edukati dwar l-internet li nistgħu ngħinu lil uliedna. Jeħtieġ naslu f ’punt li jekk uliedna jsibu ruħhom f ’xi diffikultà waqt li jużaw i-internet, iħossuhom komdi jduru lejna l-ġenituri.

Imma mhux it-tfal biss iridu joqogħdu attenti, imma anki l-ġenituri! Skont rapport maħruġ minn The Parent Zone, meta jkollhom biss 5 snin, it-tfal ikunu diġà dehru fi kważi 1,000 ritratt online ippubblikati mill-ġenituri tagħhom stess!

Għalkemm Facebook huwa l-iktar sit popolari fost il-ġenituri, ħafna ġenituri jew ma jafux x’inhuma l-privacy settings tagħhom jew qrawhom darba u daqshekk.

Jekk uliedna se jħossu li huma jifhmu iktar minna fejn tidħol is-sigurtà fuq il-midja soċjali (email, twitter, facebook, eċċ.) żgur li mhux se jfittxu l-parir tagħna l-ġenituri f ’dan is-suġġett!

Uliedna u l-midja soċjali • Andrew Azzopardi

Uliedek jafu aktar minnek?

Andrew Azzopardi huwa konsulent ta’ ibrowsesafely.com.mt li huwa proġett fi ħdan Vodafone Malta Foundation u riżors online għall-ġenituri, nanniet u edukaturi.

Lulju 2015 | 23

Page 24: Flimkien Lulju 2015

Rental Service Available!

visit our website www.okmedical.com.mt to view 100’s of products online!

Quality products at affordable prices!

NIXTIEQU NARAW LIL ĠESÙ

Studji introduttorji għall-kotba tal-Patt il-Ġdid Miktub minn Paul Mizzi

Hardbound. 780 paġna. Jinbiegħ €30. Pubblikazzjoni QUM

E: [email protected] M: 79048186

Dan hu l-ewwel ktieb tax-xeħta tiegħu f’pajjiżna. Għandu valur uniku għax iwassal il-qarrej għal fehma aktar profonda tat-Testment il-Ġdid bl-għan li naraw is-sbuħija ta’ Ġesù u nesperjenzaw it-tjieba tiegħu. Fih biss insibu l-maħfra u l-milja ta’ ħajjitna.

Page 25: Flimkien Lulju 2015

Min ma jkollux biżżejjed Vitamina A: jista’ tbati minn mard li jaffettwa l-għajnejn bħal vista batuta billejl, u kornea niexfa.

Min-naħa l-oħra, jekk ikollok iżżejjed minnha, tista’ tbati minn: difetti fit-twelid, mard tal-fwied, nuqqas ta’ minerali fl-għadam li jista’ jikkawża l-osteoporosi, għadam aħrax, nuqqas ta’ kulur tal-ġilda, xagħar jaqa’, ġilda niexfa u titqaxxar, nefħa fix-xufftejn, pressjoni għolja.

Il-ġid li tagħmel il-Vitamina A: iżżomm ir-retina tal-għajn f ’saħħitha; tgħin fit-tkabbir u s-saħħa tal-ġilda; tgħin fl-iżvilupp tas-snien.

Minn fejn tiksibha:bajd, laħam, ġobon, jogurt, irkotta. Jgħinu wkoll il-ħaxix aħdar u kkulurit bħal ħass, brokkoli, spinaċi, karrotti, bżar aħmar/aħdar/oranġo/isfar.

Ifhem dak li tiekol • Geoffrey Axiak, Nutrizjonista

Il-Vitamina ATajba għal għajnejk

Ikel tajjeb għas-saħħa: Għaġin bit-tiġieġ u t-tadamFaċli, tajba, ta’ malajr, u tista’ tittiekel kiesħa l-għada.Ħin biex tlestiha: 45 minuta

Ingredjenti (għal 6): 450g għaġin; żejt taż-żebbuġa; 2 sdieri tat-tiġieġ bla għadam u bla ġilda, imqattgħin; 2 kuċċarini tewm u ħwawar; 170g żebbuġ iswed imqatta’; 220g faqqiegħ imqatta’; 440g tadam imqatta’; ġobon maħkuk.

Metodu: Għalli l-ilma f ’borma kbira u għalli l-għaġin (8-10 minuti) u saffih. Saħħan iż-żejt f ’taġen fuq nar bejn baxx u għoli. Itfa’ ftit melħ (jekk trid) fuq it-tiġieġ, u sajjar għal 2-3 minuti. Ħallat iż-żebbuġ u l-faqqiegħ. Kompli sajjar, tħawwad kultant, sakemm isir it-tiġieġ. Neħħi l-ilma tat-tiġieġ mit-taġen u naqqas in-nar. Ħallat it-tadam, għattih, u sajjar fuq nar baxx għal 15-il minuta. Ħallat it-tadam u t-tiġieġ, itfa’ l-ġobon, u servi.

Ma stajniex nibdew din is-serje ta’ artikli u ma nibdewx bit-tuffieħa. Kull tuffieħa fiha biss 65 kalorija, u l-maġġoranza tagħhom huma karboidrati, u ftit proteini u xaħam.

It-tuffieħa fiha ħafna Omega-3 u Omega-6 li huma tajbin ħafna għal saħħitna. Fiha wkoll ħafna vitamini bħall-vitamina A, Ċ, E, K u ħafna tipi ta’ vitamina B. Fiha wkoll sustanzi bħall-kalċju, ħadid, fosfru, potassa, fibra u

Tuffieħa kuljumImma bil-qoxra b’kollox!

ilma. Kolesterol ma fiha xejn. L-ikbar ammont ta’ sustanzi u fibra nsibuhom fil-qoxra tat-tuffieħa.

Dawn il-benefiċċji kollha jfissru li t-tuffieħa tista’ tnaqqas l-effetti tal-ażżma u l-Alzheimer’s, filwaqt li tgħinek tikkontrolla l-piż, issaħħaħ l-għadam, il-pulmun, u tipproteġi l-imsaren. Għaldaqstant it-tuffieħ hu ideali għal min ibati mid-dijabete u bħala snack bejn l-ikel.

Lulju 2015 | 25

Page 26: Flimkien Lulju 2015
Page 27: Flimkien Lulju 2015

TislibaMimdudin5. Għandu ż-żmien; anzjan (3)6. Żifna Spanjola-Amerikana (5)7. Annimal; bestja (5)8. u 18. Weqfin: Marsusa u maqsuma (8)9. Bini mnejn jinbiegħu l-affarijiet (5)12. Sieq ta’ bniedem jew annimal (5)15. Bla ħila; ġbara (5)18. Motiv; tort (5)20. Xogħlu jsajjar fil-kċina (3)21. Tajba friska mal-insalata (5)22. Apprendist; student (5)23. Marret ma’ Naomi lura Betlem (3)Weqfin1. Minnu jisparaw balal kbar (5)2. Statwa ta’ Kristu fl-Għid il-Kbir (5)3. Bxara; informazzjoni (5)4. Baga; ankra (5)10. Uża għajnejk u ħares (3) 11. Aktar wiesa’ mill-oħrajn (3)13. Tweġiba affermattiva (3) 14. Damdima; diwja (3)16. Jekk tidħol bejnha u qoxritha tibqa’

b’riħitha (5)17. Ma ssibux malajr fis-suq (5)18. Ara 8. Mimduda19. Ħelu sajfi u bis-silġ (5)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Alfakodo Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

A Q-X 1 N J+R 7B T÷F O RxNC X-F P T÷RD B+Z Q NxFE D+U R G÷KF Y-M S V+RG K+K T FxBH P+N 16 U L÷RI S-B V H+NJ W÷F 5 W Q-BK O-A X JxZL BxZ Y E÷RM C-P Z F+A 4

A 20 N 1B 10 O 8C 17 P 13D 4 Q 18E 24 R 5F 9 S 23G 22 T 15H 14 U 26I 2 V 6J 21 W 19K 12 X 16L 25 Y 11M 7 Z 3

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. SUF, 6. PASSI, 7. ERODI, 8. KOR, 9. EBETE, 12. ADATT, 15. BLAWS, 18. GRATI, 20. TAR, 21. ZMINA, 22. AĠENT, 23. FIN.Weqfin: 1. ĊISTE, 2. PSIKE, 3. SFERA, 4. PROŻA, 10. BAL, 11. TAW, 13. DAR, 14. TUT, 16. ANIMA, 17. STAFF, 18. GRANĊ, 19. ABELA.

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Aktar ma tiekol minnha, aktar tikber!

Tweġiba: Ħofra

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Rebbieħ: D. Callus, Santa Venera

Rebbieħ: J. Calleja, il-Mosta

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Lulju 2015 | 27

Page 28: Flimkien Lulju 2015
Page 29: Flimkien Lulju 2015

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia Lulju 2015 | 29

Talita, qum!Għandi tnax-il sena. Missieri jismu Ġajru

u huwa l-kap tas-sinagoga, fejn niltaqgħu nhar ta’ Sibt. Ftit ilu mradt u spiċċajt wiċċi ’l fuq fis-sodda. Missieri u ommi għamlu minn kollox biex infiq, saħansitra ġabuli l-aqwa tobba. Imma kien kollu għalxejn għax il-marda li kelli ma riditx titlaqni, anzi bdiet teħodli saħħti ftit ftit.

Missieri kien sema’ b’Ġesù, li jħenn għal kulħadd u kapaċi jfejjaq kull tip ta’ mard. Għalhekk, jum fost l-oħrajn mar ifittxu bit-tama li jiġi jarani u jfejjaqni. Lil Ġesù sabu jipprietka qalb folla nies, u talbu bil-ħrara biex jiġi jfejjaqni. Ġesù ddispjaċih ħafna għalija, qam u mexa ma’ missieri lejn id-dar. Folla nies kienet miexja warajhom, meta minn qalb il-folla mara li kienet ilha marida tnax-il sena (kemm kelli età jien) messet l-ilbies ta’ Ġesù u fieqet.

Meta ra dan, missieri aktar qawwa qalbu li Ġesù kien se jfejjaqni, imma wasal messaġġier u tarraflu li jiena kont ilħaqt mitt. Tgħidx x’għafsa ta’ qalb ħass!

Ġesù qawwielu qalbu, u qallu: “Tibżax, biss inti emmen.” Imbagħad komplew fi triqthom lejn id-dar fejn kont jien. Ġesù kien jaf li jien kont mejta, imma xorta waħda daħal ħdejja u serraħ ras il-ġemgħa li jien kont rieqda. Flimkien ma’ ommi, missieri

u tliet appostli, Ġesù daħal fil-kamra fejn kont, qabadli idi u qalli: “Tfajla, qed ngħidlek, qum!” Tant kien ġentili Ġesù li qal lill-ġenituri tiegħi jagħtuni niekol ukoll!

Jiena ma niftakar xejn minn dan kollu. Niftakar biss li ħassejtni nqum qisni minn raqda twila u ħassejt li saħħti reġgħet ġietni. Kif ftaħt għajnejja rajt lil Ġesù, li kien qed iżommli idi, jitbissimli tbissima ħelwa u mimlija mħabba. Ommi u missieri kienu qed jibku bil-ferħ filwaqt li jirringrazzjawh ta’ dak li għamel miegħi.

KOMPETIZZJONIX’kien jisimhom it-tliet appostli li daħlu ma’ Ġesù ħdejn bint Ġajru? Fittex it-tweġiba fl-Evanġelju ta’ San Mark (wieħed mill-kotba tat-Testment il-Ġdid) kapitlu 5, vers 37. Ibgħatha hekk:Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411).

Tweġiba għal ta’ Ġunju: Ħu Mosè kien jismu ARON.Rebbieħ: M. Zammit, Ħaż-Żebbuġ

Tfajla, qed

ngħidlek qum!

Page 30: Flimkien Lulju 2015

There is a bridge connecting Heaven and Earth. It is called Rainbow Bridge because of its many splendid colors.

Just this side of Rainbow Bridge there is a land of meadows, hills, and valleys with lush, green grass.

When beloved pets die, they go to this place. There is always food and water and warm spring weather.

The old and frail animals are young again. Those who are maimed are made whole again.

They play all day with each other. There is only one thing missing:

They are not with their special person who loved them on earth.

So each day they run and play. Until the day comes when one suddenly stops playing and looks up!

The nose twitches.

The ears are up! The eyes are staring.

And this one suddenly runs from the group. You have been seen!

And when you and your special friend meet, you take him in your arms and embrace.

Your face is kissed again and again and again, and you look once more into the eyes of your trusting pet.

Then you cross the Rainbow Bridge together... Never again to be separated.

L-Aħħar Paġna

Mibgħuta minn M. Ellul. Dedikata lil dawk fostna li jħobbu l-annimali, speċjalment dawk li għadhom kemm tilfu l-pet li kien għalihom ħabib speċjali u fidil.

Rainbow Bridge

www.powersolutions.com.mt

COMPLETE RANGE OF PV PANEL SYSTEMS USING HIGH QUALITY COMPONENTS AND CARRYING

25 YEAR WARRANTIES.

OUR SOLUTION FOR YOU – Solar Power System with Micro-Inverters

Solar cell moduleConventional system

DC/AC conversion

Largeinverter

Shadow covering part of the module affects the entire system, lowering conversion efficiency.

Distribution line (to sell electricity)

Micro-inverters

Micro-Inverter system

Distribution line (to sell electricity)

Even shadow covering part of the module will not affect the entire system to maintain efficiency.

Solutions you can trust.

M

A D E I N

GERMANY

A member of the Ciancio Group celebrating 100 years in business.

GRTU Award for Best Customer Satisfaction for renewable solutions

For details of unit costs and availablity or to request additional information please contact us on

800 749 06 | 9999 6162 | 9999 8960 [email protected] House, Cannon Road, Qormi, Malta

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Lulju 2015

www.powersolutions.com.mt

COMPLETE RANGE OF PV PANEL SYSTEMS USING HIGH QUALITY COMPONENTS AND CARRYING

25 YEAR WARRANTIES.

OUR SOLUTION FOR YOU – Solar Power System with Micro-Inverters

Solar cell moduleConventional system

DC/AC conversion

Largeinverter

Shadow covering part of the module affects the entire system, lowering conversion efficiency.

Distribution line (to sell electricity)

Micro-inverters

Micro-Inverter system

Distribution line (to sell electricity)

Even shadow covering part of the module will not affect the entire system to maintain efficiency.

Solutions you can trust.

M

A D E I N

GERMANY

A member of the Ciancio Group celebrating 100 years in business.

GRTU Award for Best Customer Satisfaction for renewable solutions

For details of unit costs and availablity or to request additional information please contact us on

800 749 06 | 9999 6162 | 9999 8960 [email protected] House, Cannon Road, Qormi, Malta

Page 32: Flimkien Lulju 2015