id-deĊiŻjoni nru 26-2010 li tistabbilixxi...b’mod partikolari l-artikolu 160a(1) tiegħu, wara...

63
ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF EUROOPA KONTROLLIKODA ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO EUROPEAN COURT OF AUDITORS COUR DES COMPTES EUROPÉENNE CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA CORTE DEI CONTI EUROPEA EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA EUROPOS AUDITO RŪMAI EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK IL-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI EUROPESE REKENKAMER EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN SCC002518MT02-10PP.doc ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI R-REGOLI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAPROĊEDURA TAL-QORTI TAL-AWDITURI ( * (*) Kif emendata l-aħħat mill-Qorti fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ April 2014. )

Upload: others

Post on 21-Feb-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА

TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO

EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR

DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET

EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF

EUROOPA KONTROLLIKODA

ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO

EUROPEAN COURT OF AUDITORS

COUR DES COMPTES EUROPÉENNE

CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA

CORTE DEI CONTI EUROPEA

EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA

EUROPOS AUDITO RŪMAI

EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK

IL-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI

EUROPESE REKENKAMER

EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY

TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU

CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ

EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV

EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE

EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN

EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN

SCC002518MT02-10PP.doc

ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI

R-REGOLI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-AWDITURI (*

(*) Kif emendata l-aħħat mill-Qorti fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ April 2014.

)

Page 2: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

2

W E R R E J

IT-TITOLU I - L-ORGANIZZAZZJONI TAL-QORTI 8

IL-KAPITOLU I - IL-MEMBRI 8 SEZZJONI 1 ID-DRITT TAL-MEMBRI LI JKUNU INFORMATI U D-DMIR LI TINQASAM L-INFORMAZZJONI (l-Artikolu 1 tar-Regoli ta’ Proċedura) 8

L-Artikolu 1 8 L-Artikolu 2 9

L-Artikolu 3 9

L-Artikolu 4 9

IS-SEZZJONI 2 OBBLIGI TAL-MEMBRI U L-QADI TAD-DMIRIJIET (l-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura) 9

L-Artikolu 5 9

L-Artikolu 6 9

IS-SEZZJONI 3 IRTIRAR OBBLIGATORJU (l-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura) 11

L-Artikolu 7 11 IS-SEZZJONI 4 IS-SOSTITUZZJONI TEMPORANJA TA’ MEMBRI (l-Artikolu 6 tar-Regoli ta’ Proċedura) 12

L-Artikolu 8 12

IS-SEZZJONI 5 PROĊEDURA GĦALL-ELEZZJONI TAL-PRESIDENT (l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura) 12

L-Artikolu 9 12

Is-sezzjoni 6 RELAZZJONIJIET ESTERNI (l-Artikolu 9, il-paragrafu 1(e), tar-Regoli ta’ Proċedura) 13

L-Artikolu 10 13

L-Artikolu 10a 13

IL-KAPITOLU II - ORGANIZZAZZJONI U RESPONSABILITAJIET TAL-KMAMAR (l-Artikolu 10 u 11 tar-Regoli ta’ Proċedura) 14

L-Artikolu 11 14

L-Artikolu 12 14

L-Artikolu 13 14

L-Artikolu 14 14

L-Artikolu 15 15

L-Artikolu 16 15

L-Artikolu 17 15

L-Artikolu 18 16

Page 3: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

3

IL-KAPITOLU III - IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV (l-Artikolu 12 tar-Regoli ta’ Proċedura) 16

L-Artikolu 19 16

L-Artikolu 20 16

L-Artikolu 21 16

L-Artikolu 22 17

L-Artikolu 23 17 L-Artikolu 24 18

L-Artikolu 25 18

L-Artikolu 26 18

L-Artikolu 27 18

L-Artikolu 28 19

L-Artikolu 29 19

L-Artikolu 30 19

IL-KAPITOLU IV - IL-VERIFIKA INTERNA 19 L-Artikolu 31 19

L-Artikolu 32 19 L-Artikolu 33 30

IL-KAPITOLU V - IS-SEGRETARJU ĠENERALI (L-ARTIKOLU 13 TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA) 21

L-Artikolu 34 21

L-Artikolu 35 21

L-Artikolu 36 22

IL-KAPITOLU VI - PRESTAZZJONI TAD-DMIRIJIET TAL-QORTI IS-SEZZJONI 1 DELEGAZZJONIJIET (L-Artikolu 14 tar-Regoli ta’ Proċedura) 22

L-Artikolu 37 22 L-Artikolu 38 22

IS-SEZZJONI 2 ID-DIRETTORATI TAL-VERIFIKA (l-Artikolu 16 tar-Regoli ta’ Proċedura) 23

L-Artikolu 39 23

L-Artikolu 40 23

L-Artikolu 41 23

L-Artikolu 42 23

IS-SEZZJONI 3 ALLOKAZZJONI TA’ RIŻORSI (l-Artikolu 16 tar-Regoli ta’ Proċedura) 24

L-Artikolu 43 24

Page 4: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

4

L-Artikolu 44 24

IT-TITOLU II - Il-proċeduri operazzjonali tal-qorti 25

IL-KAPITOLU 1 - LAQGĦAT TAL-QORTI U TAL-KMAMAR (L-ARTIKOLI 17 SA 24 TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA) 25

IS-SEZZJONI 1 IR-REGOLI ĠENERALI 25

L-Artikolu 45 25

L-Artikolu 46 25 L-Artikolu 47 25

L-Artikolu 48 26

L-Artikolu 49 26

L-Artikolu 50 26

IS-SEZZJONI 2 IL-LAQGĦAT TAL-KAMRA 27

L-Artikolu 51 27

L-Artikolu 52 27

L-Artikolu 53 27

L-Artikolu 54 27

L-Artikolu 55 27

IL-KAPITOLU II - PREPARAZZJONI, ADOZZJONI U AWTENTIKAZZJONI TA’ DEĊIŻJONIJIET (L-ARTIKOLI 25 SA 28 TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA) 28

IS-SEZZJONI 1 L-ALLOKAZZJONI TAL-KOMPITI 28

L-Artikolu 56 28

IS-SEZZJONI 2 L-EŻAMI U L-GĦOTI TA’ OSSERVAZZJONIJIET PRELIMINARI LILL-ISTITUZZJONIJIET RELEVANTI 28

L-Artikolu 57 28

L-Artikolu 58 29

L-Artikolu 59 29 L-Artikolu 60 29

L-Artikolu 61 30

L-Artikolu 62 30

L-Artikolu 63 30

IS-SEZZJONI 3 IL-PROĊEDURA TA’ ADOZZJONI TAL-QORTI 31

L-Artikolu 64 31

L-Artikolu 65 31

Page 5: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

5

IS-SEZZJONI 4 IL-PROĊEDURA TA’ ADOZZJONI TAL-KMAMAR 32

L-Artikolu 66 32

L-Artikolu 67 32

IL-KAPITOLU III - L-GĦOTI, IL-PUBBLIKAZZJONI U D-DISTRIBUZZJONI TA’ RAPPORTI, OPINJONIJIET, OSSERVAZZJONIJIET U DIKJARAZZJONIJIET TA’ ASSIGURAZZJONI (L-ARTIKOLI 28 U 29 TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA) 33

IS-SEZZJONI 1 L-GĦOTI 33

L-Artikolu 68 33

L-Artikolu 69 34

IS-SEZZJONI 2 PUBBLIKAZZJONI 34

L-Artikolu 70 34

L-Artikolu 71 35

IS-SEZZJONI 3 DISTRIBUZZJONI 35

L-Artikolu 72 35

L-Artikolu 73 36 L-Artikolu 74 36

IL-KAPITOLU IV - IR-RIKUŻA TA’ RAPPORTI, OPINJONIJIET U OSSERVAZZJONIJIET MINN TERZI PERSUNI (L-ARTIKOLI 25 U 26 TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA) 37

L-Artikolu 75 37

IL-KAPITOLU V - IL-VERIFIKA (L-ARTIKOLI 30 U 31 TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA) 37

L-Artikolu 76 37

L-Artikolu 77 37

IT-TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI 38 IS-SEZZJONI 1 IR-RELAZZJONI BEJN DAWN IR-REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DEĊIŻJONIJIET OĦRAJN TAL-QORTI (l-Artikoli 34 u 35 tar-Regoli ta’ Proċedura) 38

L-Artikolu 78 38

IS-SEZZJONI 2 DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI 39

L-Artikolu 79 39

L-Artikolu 80 39

L-Artikolu 81 39

L-Artikolu 82 39

L-Artikolu 83 39

Page 6: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

6

ANNESSI

ANNESS I - Tabella li tqassar il-progressjoni ta’ Rapport Speċjali mill-adozzjoni tal-osservazzjonijiet preliminari sal-pubblikazzjoni tiegħu

ANNESS II - Deċiżjoni rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Qorti

ANNESS III - Kodiċi ta’ Mġiba għall-Membri tal-Qorti tal-Awdituri

ANNESS IV - Kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba għall-persunal tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Page 7: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

7

ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА

TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO

EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR

DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET

EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF

EUROOPA KONTROLLIKODA

ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO

EUROPEAN COURT OF AUDITORS

COUR DES COMPTES EUROPÉENNE

CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA

CORTE DEI CONTI EUROPEA

EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA

EUROPOS AUDITO RŪMAI

EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

EUROPESE REKENKAMER

EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY

TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU

CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ

EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV

EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE

EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN

EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN

ID-DEĊIŻJONI Nru 26-2010 LI TISTABBILIXXI

R-REGOLI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-AWDITURI

IL-QORTI TAL-AWDITURI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod speċjali l-Artikoli 285 sa 287 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Unjoni tal-Enerġija Atomika (KEEA), u b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħhom,

A D O T T A T D I N I D – D E Ċ I Ż J O N I:

Page 8: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

8

IT-TITOLU I - L-ORGANIZZAZZJONI TAL-QORTI

IL-KAPITOLU I

IL-MEMBRI

SEZZJONI 1

ID-DRITT TAL-MEMBRI LI JKUNU INFORMATI U D-DMIR LI TINQASAM L-

INFORMAZZJONI

(l-Artikolu 1 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 1

1. Kull membru għandu jkollu d-dritt għall-aċċess għal kull informazzjoni disponibbli rigward l-attivitajiet tal-Qorti.

2. Kull informazzjoni li tasal għand Membru u li ma tkunx tirrigwarda biss il-kompiti tiegħu, kif definiti fl-Artikolu 10 u l-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti, għandha tiġi kkomunikata lill-Membru(i) l-oħra responsabbli għal kompiti li dwarhom din l-informazzjoni tista’ tkun rilevanti.

Kull informazzjoni li tasal għand Membru, kemm jekk hija relevanti għal-kompiti tiegħu u kif ukoll jekk le, li hija ta’ interess ġenerali jew hija ta’ importanza partikolari għall-Qorti, għandha tiġi notifikata lill-Membri kollha.

3. In-notifikazzjoni ta’ u l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fiż-żewġ paragrafi hawn fuq għandha tittieħed fil-qafas tal-proċeduri interni tal-Qorti biss. Il-Membru jew Membri responsabbli għall-kompiti konċernati għandhom jibqgħu responsabbli għat-trattament mogħti lil din l-informazzjoni, kemm fir-rigward tal-Kmamar u kif ukoll tal-Qorti.

4. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-President fis-settur tar-relazzjonijiet esterni, il-Membri għandu jkollhom awtorità barra mill-Qorti sabiex jikkomunikaw u jikkummentaw dwar kull informazzjoni, rapporti, opinjonijiet jew osservazzjonijiet li l-Qorti ddeċidiet tagħmel pubbliċi bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 29 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha (u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom) jew bi kull deċiżjoni speċjali oħra. Kummenti bħal dawn ma jistgħux idgħajfu l-prinċipju li kull informazzjoni disponibbli għalihom fil-kapaċità tagħhom bħala Membri għandha tkun kunfidenzjali.

5. Kull informazzjoni, rapporti, opinjonijiet jew osservazzjonijiet li l-Qorti ddeċidiet li ma tagħmilx pubbliċi għandhom jiġu kkunsidrati bħala kunfidenzjali u jistgħu biss jiġu mgħarrfa lil terzi persuni fl-għeluq ta’ proċedura speċifika stabbilita mill-Qorti, jew, fin-nuqqas tagħha, wara li l-Qorti tkun tat l-approvazzjoni tagħha.

Page 9: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

9

L-Artikolu 2

Il-Membru li qiegħed jaġixxi bħala Membru Relatur għandu jibgħat kopja, li tista’ tkun f’għamla elettronika, ta’ kull korrispondenza mal-awtoritajiet nazzjonali li qiegħdin jiġu vverifikati u l-istituzzjonijiet ta’ verifika nazzjonali konċernati lill-Membru tal-Qorti li għandu l-istess nazzjonalità ta’ dawk il-korpi.

L-Artikolu 3

Jekk Membru jaqbel li jiġi intervistat mill-midja ta’ kull Stat li mhux tan-nazzjonalità tiegħu, huwa għandu l-ewwel jikkonsulta mal-Membru li għandu n-nazzjonalità tal-Istat konċernat.

L-Artikolu 4

Kull korrispondenza rigward l-attivitajiet tal-Qorti indirizzata lil Membru għandha tiġi rreġistrata fl-applikazzjoni uffiċjali tar-reġistrazzjoni tal-posta sabiex il-proċeduri normali għall-allokazzjoni u ż-żamma ta’ posta riċevuta f’isem l-Istituzzjoni jistgħu jkunu applikati.

IS-SEZZJONI 2

OBBLIGI TAL-MEMBRI U L-QADI TAD-DMIRIJIET

(l-Artikolu 3 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 5

1. Il-Membri għandhom joq ogħdu lura minn kull attività professjonali barra mill-Qorti, u minn kull attività esterna oħra li hija inkompatibbli mal -prinċipji ta’ indipendenza u prontezza rigward il-qadi ta’ kompituijiethom hekk kif speċifikati fl-Artikolu 286(3) u (4) TFUE.

2. Għal dak il-għan, kull attività barranija eżistenti jew proposta għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-kriterji ġenerali li ġejjin:

a) l-attività ma ddgħajjifx l-imparzjalità tal-Qorti; b) m’hemmx kunflitt ta’ interessi; c) l-attività ma tiħux ammont ta’ żmien eċċessiv; d) ma ġġibx gwadann ta’ flus.

L-Artikolu 6

1. Fi żmien massimu ta’ tletin ġurnata tax-xogħol minn meta jieħdu l-kariga, il-Membri għandhom jiddikjaraw l-attivitajiet esterni tagħhom lill-President tal-

Page 10: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

10

Qorti, filwaqt li jiddeskrivuhom bl-aktar mod ċar fit-termini ta’ kull waħda mill-erba’ kriterji msemmija taħt l-Artikolu 5(2) hawn fuq.

Il-President għandu jibgħat dawn id-dikjarazzjonijiet lil Kumitat speċjali (imsejjaħ “il-Kumitat” fil-kumplament ta’ dan l-Artikolu) responsabbli sabiex jevalwahom fid-dawl tal-kriterji msemmija u kif ukoll lill-Membri tal-Qorti.

2. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn tliet Membri tal-Qorti, li preferibbilment ma jeżerċitawx attivitajiet esterni.

Il-membri tal-Kumitat għandhom jiġu maħtura mill-Qorti.

It-tul tal-mandat tal-membri tal-Kumitat huwa ta’ tliet snin. Huma jitbiddlu b’tali mod illi kull sena il-membru li jkun fil-Kumitat għal tliet snin jinbidel.

Il-mandat tal-membri tal-Kumitat ma għandux jiġġedded.

Jekk qabel ma jiskadilhom il-mandat il-membri tal-Kumitat ikunu jixtiequ jeżerċitaw attività esterna, li ma kinux jeżerċitaw qabel ġew maħtura fil-Kumitat, ġeneralment il-Qorti tissostitwihom.

Meta membru tal-Kumitat jitlaq mill-Kumitat qabel ma jintemm il-mandat rispettiv tiegħu bħala membru tal-Kumitat, il-membru li jinħatar biex jissostitwixxi l-membru li jkun ħa jitlaq għandu jippresiedi għall-kumplament tal-mandat li jkun fadal. Bħala deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jekk il-kumplament tal-mandat ikun ta’ inqas minn sena, il-mandat tal-membru maħtur jista’ jerġa jiġġedded.

Il-Kumitat għandu jiddeċiedi permezz ta’ rakkomandazzjonijiet pożittivi jew negattivi, li għandhom jiġu adottati minn maġġoranza tal-Membri tiegħu. Għandhom jingħataw raġunijiet għal kull rakkomandazzjoni negattiva.

3. Għal kull attività esterna, il-Kumitat għandu jagħti rakkomandazzjoni lill-Qorti fi żmien tletin ġurnata tax-xogħol (b’esklużjoni tax-xahar ta’ Awwissu) mid-data minn meta l-kwistjoni ġiet ippreżentata lil-Qorti.

Kull attività esterna li għaliha ma jkun ingħata l-ebda tip ta’ rakkomandazzjoni bħal din qabel l-għeluq tal-perijodu ta’ żmien stipulat għandha titqies bħala kompatibbli mal-kompiti tal-Membri.

4. Kull attività esterna ġdida jew tibdil (f’termini ta’ wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(2) hawn fuq) f’attività dikjarata għandha għal darb’oħra tkun iddikjarata minn qabel lill-President tal-Qorti.

5. Kull Membru tal-Qorti li l-attività esterna tiegħu ġiet soġġetta għal rakkomandazzjoni negattiva għandu jikkonforma mar-rakkomandazzjoni msemmija fi żmien tletin ġurnata tax-xogħol.

Il-President tal-Qorti għandu jkun responsabbli sabiex jassigura li kull rakkomandazzjoni negattiva li toħroġ mill-Kumitat tkun implimentata.

6. Fejn Membru tal-Qorti li jwettaq jew jixtieq iwettaq attività esterna ma jaqbilx ma rakkomandazzjoni negattiva li tolqot lilu, huwa jista’ jikteb lill-President tal-Qorti, fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol, filwaqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu għalfejn

Page 11: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

11

ma jaqbilx u l-President għandu, mingħajr dewmien, jippreżenta l-kwistjoni lill-Qorti.

Il-Qorti għandha tiddeċiedi fi żmien ħmistax-il ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni. Għandha tasal għad-deċiżjoni tagħha b’vot sigriet wara li taqra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat u r-raġunijiet mogħtija bil-miktub mill-Membru li kkontestaha.

Fejn Membru tal-Qorti ma kkonformax ma rakkomandazzjoni negattiva fiż-żmien tal-iskadenza kif stipulat taħt is-subparagrafu 5 hawn fuq mingħajr ma jkun ta raġuni bil-miktub lill-President għalfejn ma jaqbilx magħha, il-President għandu jippreżenta l-kwistjoni lill-Qorti, li għandha tagħti deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita fis-subparagrafu ta’ qabel dan.

7. Fejn il-Qorti tkun waslet għal deċiżjoni dwar rakkomandazzjoni tal-Kumitat, u, fejn applikabbli, dwar ir-raġunijiet bil-miktub rigward in-nuqqas ta’ qbil ta’ Membru ma’ dik ir-rakkomandazzjoni, u hija tiddeċiedi li tikkonferma r-rakkomandazzjoni, il-President tal-Qorti għandu jkun responsabbli sabiex jassigura li d-deċiżjoni tiġi implimentata.

Għal dan il-għan, il-Membru tal-Qorti konċernat għandu jkollu tletin ġurnata tax-xogħol sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni. Fejn, wara din l-iskadenza, il-Membru jkun għadu ma kkonformax, il-President, jew, fin-nuqqas tiegħu, il-Membru tal-Qorti li jissostitwih taħt l-Artikolu 8 tar-Regoli ta’ Proċedura, għandu għal darb’oħra jressaq il-kwistjoni lill-Qorti, li għandha tidddeċiedi jekk tistaqsix lill-Qorti tal-Ġustizzja biex iċċaħħad lill-Membru konċernat mill-kariga tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 286(6) tat-TFUE.

Id-deċiżjoni dwar jekk tirreferix il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għandha tittieħed in konsiderazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura.

IS-SEZZJONI 3

IRTIRAR OBBLIGATORJU

(l-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 7

Il-laqgħat miżmuma skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Proċedura huma laqgħat in camera skont it-tifsira tal-Artikolu 49 ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni.

Il-Membru konċernat jista’ jitkellem bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tiegħu. Il-Qorti għandha tipprovdi interpretazzjoni għal -lingwa magħżula. I l-Qorti għandha tiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, b’maġġoranza tal-Membri kostitwenti, dwar jekk interpretazzjoni simultanja f’lingwi uffiċjali oħra hix neċessarja.

Il-Membru konċernat jista’ jkun akkumpanjat minn konsulent tal-għażla tiegħu.

Page 12: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

12

IS-SEZZJONI 4

IS-SOSTITUZZJONI TEMPORANJA TA’ MEMBRI

(l-Artikolu 6 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 8

1. Jekk Membru tal-Qorti huwa nieqes jew mhuwiex disponibbli, huwa għandu jiġi temporanjament sostitwit minn wieħed (jew aktar) mill-Membri.

Meta l-perijodu ta’ assenza huwa inqas minn xahar, Membru li mhuwiex disponibbli għandu jinnomina wieħed (jew aktar) mill -Membri bħala sostitut I temporanjI. Jekk il-Membru li mhuwiex disponibbli fiżikament ma jistax jinnomina l-Membru(i) li għandu(hom) jaġixxi(u) bħala s -sostitut tiegħu, hija l -Qorti li għandha tagħmel din in-nominazzjoni.

Jekk il-Membru huwa nieqes għal xahar jew aktar, il -Qorti għandha tinnomina wieħed (jew aktar) Membru(i) biex jissostitwih/jissostitwuh temporanjament.

L-assenza jew l-indisponibbiltà prolongata ta’ Membru għandha tkun innotifikata lill-President mill-aktar fis possibbli.

2. Is-Segretarju Ġenerali tal-Qorti għandu jinforma lill -Membri l-oħrajn bl-arranġamenti li saru għas-sostituzzjoni temporanja ta’ Membru li huwa nieqes jew mhux disponibbli.

IS-SEZZJONI 5

PROĊEDURA GĦALL-ELEZZJONI TAL-PRESIDENT

(l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 9

1. Il-President jew l-aġent President għandu jorganizza l-elezzjoni tal-President il-ġdid fi-ħdan id-dati tal-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

2. Iżda, jekk il-President jew l-aġent President huwa kandidat għall-inkarigu tal-President, l-elezzjoni tal-President il-ġdid għandha tkun organizzata mill-ewwel wieħed mill-Membri tal-Qorti li mhuwiex kandidat b’ordni ta’ preċedenza kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura.

3. Il-kandidaturi biss li ġew notifikati lill-Membri l-oħra tal-Qorti ġurnata sħiħa qabel ma jibdew il-votazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati. Għandhom jingħaddu biss il-voti ta’ dawk il-membri li ħarġu bħala kandidati.

Page 13: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

13

4. Il-kandidat li, fl-ewwel votazzjoni, iġib maġġoranza ta’ żewġ-terzi tal-voti tal-Membri tal-Qorti għandu jiġi elett President. Jekk ħadd mill-kandidati ma jilħaq din il-maġġoranza, votazzjoni oħra għandha sseħħ minnufih u l-kandidat li jilħaq maġġoranza assoluta għandu jiġi elett.

5. Jekk, fit-tieni votazzjoni, l-ebda kandidat ma jilħaq maġġoranza assoluta, il-votazzjoni għandha tieqaf għal perijodu li jiġi determinat mill-Qorti f’dak iż-żmien. Matul dan il-perijodu kandidaturi ġodda jistgħu jiġu ppreżentati. Dawn il-kandidaturi għandhom jiġu notifikati lill-Membri l-oħra ġurnata sħiħa qabel ma l-votazzjoni tibda mill-ġdid. Il-kandidaturi ppreżentati għall-ewwel fażi tal-elezzjoni għandhom jibqgħu validi, sakemm l-irtirar tagħhom ikun ġie notifikat lill-Membri l-oħra fi ħdan l-istess perijodu. Fl-aħħar ta’ dan il-perijodu għandu jkun hemm l-ewwel votazzjoni, u, fejn neċessarju, it-tieni jew it-tielet votazzjoni skont il-proċedura msemmija fis-subparagrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

6. Jekk tkun tinħtieġ votazzjoni għar-raba’ darba, iż-żewg kandidati li ġabu l-aktar voti fit-tielet votazzjoni biss għandhom ikunu kkunsidrati. Jekk tlieta jew aktar kandidati għandhom l-għola numru ta’ voti bejniethom, preferenza għar-raba’ votazzjoni għandha tingħata liż-żewġ Membri li għandhom preċedenza skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura. Jekk l-istess numru ta’ voti jiġi mitfugħ għal-tnejn jew aktar Membri bl-iskop li jiġi determinat it-tieni kandidat, preferenza għar-raba’ votazzjoni għandha tingħata lill-Membru li għandu preċedenza skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura. Fl-aħħar tar-raba’ votazzjoni l-kandidat li jkun ġab maġġoranza sempliċi għandu jiġi elett. Jekk l-istess numru ta’ voti jiġi mitfugħ għal kull kandidat, il-Membru li għandu preċedenza skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi elett.

IS-SEZZJONI 6

RELAZZJONIJIET ESTERNI

(l-Artikolu 9, il-paragrafu 1(e), tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 10

Dokumenti li jesprimu l-pożizzjoni tal-Qorti fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Kapijiet u tal-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħat tal-INTOSAI jew f’laqgħat simili oħra għandhom jiġu eżaminati mill-kamrs tas-CEAD qabel ma jingħataw lill -Qorti, speċjalment fejn dawn jikkonċernaw kwistjonijiet għal liema l-Qorti tkun ġiet nomimata Istituzzjoni Relatur.

L-Artikolu 10a

Il-President għandu jkun assistit fil -kompiti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet istituzzjonali mill-Membru għar -Relazzjonijiet Istituzzjonali. Id-dmirijiet ta’ dan il-Membru huma stabbiliti f’deċiżjoni separata tal -Qorti. Il-Membru għar -Relazzjonijiet Istituzzjonali għandu jkun membru permanenti tal-Kumitat Amministrattiv.

Page 14: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

14

IL-KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONI U RESPONSABILITAJIET TAL-KMAMAR

(l-Artikolu 10 u 11 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 11

1. Għandhom jiġu mwaqqfa ħames Kmamar: erba’ Kmamar b’responsabilità għal oqsma speċifiċi ta’ nefqa u għal dħul (Kmamar vertikali), u Kamra orizzontali waħda, magħrufa bħala l-Kamra tas-CEAD (Koordinazzjoni, komunikazzjoni, evalwazzjoni, assigurazzjoni u żvilupp).

2. Il-Kmamar vertikali għandhom jikkonsistu f’minn tal-inqas ħames Membri.

3. Il-Kamra tas-CEAD għandha tikkonsisti minn għadd minimu ta’ tliet Membri permanenti li l-Qorti tkun għamlet responsabbli għal kompitu orizzontali u Membru wieħed li jirrappreżenta lil kull waħda mill-erba’ Kmamar vertikali.

L-Artikolu 12

1. Il-kompiti li l-Kmamar huma responsabbli għalihom għandhom jinqasmu bejn il-Membri ta’ kull Kamra. Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kompiti lill-Membri għandhom jittieħdu minn maġġoranza tal-Membri tal-Kamra.

2. Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-Regoli ta’ Proċedura, kull memorandum ta’ pjan ta’ verifika, kull abbozz ta’ kapitolu għar-Rapport Annwali, kull abbozz ta’ osservazzjonijiet jew kull abbozz ta’ opinjoni għandu jiġi ppreżentat għall-kunsiderazzjoni ta’ Kamra minn Membru li jkun qed jaġixxi bħala Membru Relatur.

3. Il-Kamra, fuq proposta minn wieħed jew waħda mill-Membri tagħha, tista’ tiddeċiedi dwar referenza tad-dokumenti tagħha lill-Qorti skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura b’maġġoranza tal-Membri tagħha.

L-Artikolu 13

1. Il-Kmamar huma appoġġati minn direttorati skont l-Artikoli 39 sa 42.

2. Il-Kmamar għandhom jiddeċiedu fuq proposta mid-Dekan dwar l-allokazzjoni ta’ karigi, id-distribuzzjoni ta’ persunal, u l-organizzazzjoni tax-xogħol fi ħdan kull Kamra u kif ukoll dwar l-allokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ missjoni skont l-Artikolu 44.

L-Artikolu 14

1. Id-Dekan ta’ kull Kamra għandu jiġi elett minn maġġoranza tal-Membri tal-Kamra għal perijodu ta’ sentejn, li jerġa’ jiġġedded.

Page 15: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

15

3. Il-voti għall-Membri kandidati biss għandhom jingħaddu. Il-kandidat li, fl-ewwel votazzjoni jġib maġġoranza assoluta tal-voti tal-Membri tal-Kamra għandu jiġi elett Dekan. Jekk ħadd mill-kandidati ma jikseb din il-maġġoranza, iż-żewġ kandidati li kisbu l-aktar voti fl-ewwel votazzjoni biss għandhom jibqgħu jikkompetu għat-tieni sessjoni. Jekk numru ugwali ta’ voti jiġu mixħuta fl-ewwel votazzjoni, preferenza għandha tingħata liż-żewġ Membri li għandhom preċedenza skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura. Il-kandidat li jikseb il-maġġoranza tal-voti fit-tieni votazzjoni għandu jiġi elett Dekan. Jekk numru ugwali ta’ voti jiġu mixħuta fit-tieni votazzjoni, preferenza għandha tingħata lill-Membru li għandu preċedenza skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura.

F’dak li jirrigwarda l-Kamra tas-CEAD, il-Membri permanenti biss jistgħu jiġu eletti Dekan.

L-Artikolu 15

Id-Dekan għandu jikkoordina l-kompiti u jiżgura li l-Kamra taħdem sewwa u b’mod effettiv. Huwa għandu jagħti bidu u jikkoordina x-xogħol tal-Kamra, speċjalment rigward il-kompiti li ġejjin:

- is-sejħa u l-presidenza tal-laqgħat tal-Kamra;

- il-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kamra; - l-assigurazzjoni li d-deċiżjonijiet tal-Kamra jiġu implimentati;

- il-preparazzjoni tal-abbozz tal-programm tax-xogħol annwali tal-Kamra;

- l-allokazzjoni ta’ kompiti ta’ verifika lill-Membri tal-Kamra;

- il-proponiment dwar l-allokazzjoni ta’ persunal u riżorsi tal-baġit skont il-kompiti varji fil-programm tax-xogħol;

- is-superviżjoni tas-segwitu tal-eżekuzzjoni tal-kompiti taħt il-programm ta’ xogħol;

- ir-rappreżentazzjoni tal-Kamra fi ħdan korpi oħrajn.

Id-Dekan jista’ jiġi assenjat kompiti ta’ verifika.

L-Artikolu 16

1. Sostituzzjoni temporanja tad-Dekan ta’ Kamra vertikali għandha tiġi mwettqa skont l-ordni ta’ preċedenza stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura.

2. Fil-Kamra orizzontali, id-Dekan għandu jiġi sostitwit temporanjament mill -Membru permanenti li għandu preċedenza skont kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura.

L-Artikolu 17

Il-Membri tal-Kamra għandhom ikunu responsabbli għall-użu tar-riżorsi umani u finanzjarji allokati mill-Kamra sabiex iwettqu l-kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Huma għandhom iwettqu, inter alia, il-kompiti li ġejjin:

Page 16: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

16

- is-superviżjoni tax-xogħol tat-tim(ijiet) tal-verifika miż-żmien li kompitu jiġi allokat sakemm ir-rapport finali jiġi preżentat lill-awtorità ta’ kwittanza;

- il-preżentazzjoni tad-dokumenti tat-tim(ijiet) tal-verifika (memorandum ta’ pjan tal-verifika, abbozz ta’ rapport, eċċ.) lill-Kamra u, fejn xieraq, lill-Qorti;

- il-preżentazzjoni tar-rapporti/opinjonijiet ’l barra mill-Qorti.

L-Artikolu 18

Il-Kmamar għandhom jikkooperaw ma’ xulxin fil-kuntest tal-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom.

IL-KAPITOLU III

IL-KUMITAT AMMINISTRATTIV

(l-Artikolu 12 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 19

1. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun iffurmat mil l-President tal-Qorti, mid-Dekan ta’ kull Kamra u mill-Membru għar -Relazzjonijiet Istituzzjonali. Is-Segretarju Ġenerali għandu jieħu parti fil -laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv imma m’għandux il-kapaċità li jivvota.

2. Kull Kamra għandha tinnomina Membru supplenti li għandu jkun mitlub li jissostitwixxi lid-Dekan biex jattendi l-Kumitat Amministrattiv meta d-Dekan ikun assenti jew ma jkunx jista’ jattendi.

3. Meta s-Segretarju Ġenerali huwa assenti jew ma jkunx j ista’ jattendi, fil-laqgħat huwa għandu jiġi sostitwit mis-supplenti tiegħu.

L-Artikolu 20

Sakemm mhux stipulat mod ieħor f ’dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 49 u 51 sa 55 għandhom japplikaw għal-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv.

L-Artikolu 21

1. Il-President tal-Qorti għandu jippresiedi l-Kumitat Amministrattiv. Il-President għandu jkun temporanjament sostitwit minn wieħed mill-Membri tal-Qorti inkluż il-Kumitat Amministrattiv skont l-ordni ta’ preċedenza kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regoli ta’ Proċedura.

Page 17: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

17

2. Il-President tal-Qorti għandu jagħti bidu u jikkoordina x-xogħol tal-Kumitat.

L-Artikolu 22

1. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun responsabbli minn kull kwistjoni amministrattiva li teħtieġ deċiżjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għalihom il-Qorti hija responsabbli fil-kapaċità tagħha ta’ awtorità ta’ ħatra (l-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal) u l-awtorità mogħtija s -setgħa li tikkonkludi kuntratti tal-impjieg (l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej), inkluż:

a) l-allokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ missjoni approvati mill-Qorti fil-baġit;

b) l-allokazzjoni ta’ postijiet skont il-qafas stabbilit fil-livell tal-Qorti;

c) l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Taħriġ Direzzjonali u l-Programm ta’ Taħriġ Annwali skont il-qafas stabbilit fl-istrateġija tar-riżorsi umani;

d) l-adozzjoni ta’ emendi għad -deċiżjonijiet fis-seħħ li jistabbilixxu l-politika amministrattiva; ir-reviżjonijiet tal-Qafas ta’ Kontroll Intern;

e) il-lokazzjoni permanenti/temporanji ta’ servizzi ġewwa l-bini tal-Qorti;

f) il-modifiki għall-kontribuzzjonijiet annwali tal-organizzazzjonijiet differenti li tipparteċipa fihom il-Qorti fejn ma jeżistux kwistjonijiet ta’ prinċipju.

2. Dwar il-kwistjonijiet amministrattivi li jaqgħu taħt ir -responsabbiltà tal-Qorti fil-kapaċità tagħha ta’ awtorità ta’ ħatra u l-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tal-impjieg, il-Kumitat Amministrattiv jista’ jadotta deċiżjonijiet dwar xi wħud mill-elementi fil-proċedura amministrattiva. Delegazzjoni bħal din għandha tkun deċiża mill-Qorti fuq bażi ta’ każ b’każ fuq proposta tal-President.

3. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun responsabbli wkoll għal kull kwistjoni li għandha x’taqsam mal-kontroll tat-teknoloġija tal-Informazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kamra tas-CEAD fil-qasam tal-politika tal-verifika tal-IT.

4. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun ukoll responsabbli għall -adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoniji ta’ etika professjonali li jirrigwardaw lill-persunal.

5. Il-Membru għar-Relazzjonijiet Istituzzjonali għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kumitat Amministrattiv għal kwalunkwe kwistjoni relatata mar-responsabbiltajiet tiegħu.

6. Is-Segretarju Ġenerali jis ta’ jressaq kull kwistjoni amministrattiva quddiem il-Kumitat Amministrattiv.

L-Artikolu 23

1 Il-Kumitat Amministrattiv, filwaqt li, fejn ikun xieraq, jibbaża fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Kmamar u tas-Segretarju Ġenerali, għandu jipprepara

Page 18: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

18

deċiżjonijiet tal-Qorti dwar kwistjonijiet ta’ importanza politika, prinċipju u strateġija, inklużi:

a) l-emendi għar-Regoli ta’ Proċedura u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom;

b) l-istrateġija globali tal-Qorti;

c) il-programm tax-xogħol tal-Qorti;

d) il-baġit u l-kontijiet;

e) ir-rapport ta’ attività annwali;

f) il-proċeduri amministrattivi l-ġodda.

2. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jissorvelja l -implimentazzjoni u jevalwa l-impatt tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Amministrattiv jista’ wkoll jipproponi l-aġġornament tal-istrateġija ġenerali u l-programm ta’ xogħol tal-Qorti msemmi fil-paragrafu 1(b) u (c).

3. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun responsabbli għall -preparazzjoni ta’ dokumenti oħrajn li m’għandhomx x’jaqsmu mal-verifika, biex jiġu adottati mill -Qorti. Id-distribuzzjoni għandha tkun deċiża mill-Qorti fuq bażi ta’ każ b’każ fuq proposta tal-President.

L-Artikolu 24

Il-Kumitat Amministrattiv għandu jiltaq a’ meta msejjaħ mill -President f’avviż indirizzat lill-Membri tal-Kumitat minn tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data skedata tal-laqgħa. Għanda tinbagħat kopja tal-avviż lill-Membri kollha tal-Qorti.

L-Artikolu 25

Il-kworum meħtieġ għal -laqgħat huwa ta’ żewġ terzi tal-Membri tal-Kumitat Amministrattiv.

L-Artikolu 26

1. Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv għandha tkun miftuħa għall-Membri kollha tal-Qorti.

2. Il-Membri Relaturi jistgħu jiġu mgħejuna minn wieħed jew aktar mill -persunal tagħhom matul l-eżami tad-dokumenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

3. Persunal ieħor tal -Qorti jista’ jattendi l-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv skont kif il-Membri tiegħu iqisu li hemm bżonn.

L-Artikolu 27

1. Id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati minn maġġoranza tal-Membri inkluż il-Kumitat Amministrattiv. Fil-każ ta’ parità fil-voti, il-President jew il-Membru li

Page 19: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

19

qiegħed temporanjament jissostitwixxi l-President skont l-Artikolu 21(1) għandu jkollu l-vot deċiżiv.

2. Kull Membru li jippreżenta dokument lill-Kumitat Amministrattiv imma li mhuwiex Membru tal-Kumitat għandu jkun intitolat li jivvota dwar dak id -dokument.

3. Skont l-Artikolu 27 tar-Regoli ta’ Proċedura, id -dispożizzjonijiet tal-Artikoli 66 u 67 ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw għall -Kumitat Amministrattiv.

L-Artikolu 28

Safejn għandu x’jaqsam mal -amministrazzjoni ta’ kuljum, il-Kumitat Amministrattiv jista’, fuq proposta ta’ wieħed jew waħda mill -Membri tiegħu , jiddeċiedi dwar ir-riferiment lill-Qorti tal-kwistjoni konċernata b’maġġoranza tal-Membri tiegħu.

L-Artikolu 29

Id-Dokumenti ppreżentati lill-Kumitat Amministrattiv għandhom jiġu mfassla bil -lingwi ta’ abbozzar deċiżi mill-Qorti.

L-Artikolu 30

Il-Kumitat Amministrattiv huwa megħjun mis -segretarjat tal-Qorti u s-servizzi tal-Presidenza tal-Qorti.

IL-KAPITOLU IV

IL-VERIFIKA INTERNA

L-Artikolu 31

1. Il-funzjoni tal-verifika interna tal-Qorti għandha tkun stabbilita skont il-Karta dwar il-Funzjoni tal-Verifika Interna tal-Qorti.

2. L-Awditur Intern tal-Qorti jirrapporta lill-Kumitat tal-Verifika Interna.

L-Artikolu 32

1. Il-Kumitat tal-Verifika Interna għandu jkun iffurmat minn erba’ membri nominati mill-Qorti, li tlieta minnhom għandhom ikunu Membri tal -Qorti. Il-mandat tagħhom għandu jkun ta’ tliet snin u jdur b’tali mod li kull sena l-Membru li jkun attenda għall -Kumitat tal-Verifika Interna għal tliet snin jiġi mibdul. Ir-raba’ membru għandu jkun espert barrani maħtur għal tliet snin. Il-mandat tal-espert estern għandu jiġġedded.

2. Il-membri tal-Kumitat għandhom jeleġ u l-President tagħhom li għandu jku n Membru tal-Qorti.

Page 20: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

20

3. Il-Laqgħat tal-Kumitat għandhom isiru minn tal -anqas darba kull tliet xhur. Għandhom jissejħu mill-President.

4. L-Awditur Intern għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Verifika Interna.

L-Artikolu 33

1. Il-Kumitat tal-Verifika huwa l-korp ta’ konsulenza fuq kwistjonijiet ta’ funzjoni tal-verifika interna, u jissorvelja l-ambjent tal-kontroll intern assoċjat.

2. Ir-responsabbiltajiet tal-Kumitat tal-Verifika Interna għandhom ikunu rregolati bir-‘Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-Verifika Interna’ kif ukoll bil-‘Karta dwar il-Funzjoni tal-Verifika Interna tal-Qorti’. Iż-żewġ dokumenti għandhom ikunu adottati mill-Qorti fuq proposta mill-President tal-Kumitat.

3. Il-Kumitat tal-Verifika Interna għandu jippreżenta rapport ta’ attività annwali lill-Qorti dwar:

a) L-attività tiegħu stess;

b) Kwistjonijiet ta’ verifika interna fi ħdan l -istituzzjoni, abbażi tax-xogħol tal- Awditur Intern.

4. Il-Kumitat tal-Verifika Interna għandu jgħarraf lill -Qorti b’kull kwistjoni relatata mal-funzjoni tal-Verifika Interna li huwa jikkunsidra li l-Qorti għandha tkun infurmata jew tieħu azzjoni dwarha u għandu, fejn xieraq, jirrakkomanda miżuri relevanti lill-Qorti.

Page 21: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

21

IL-KAPITOLU V

IS-SEGRETARJU ĠENERALI

(l-Artikolu 13 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 34

1. Is-Segretarju Ġenerali għandhu jinħatar mill -Qorti wara elezzjoni b’vot sigriet skont il-proċedura segwenti:

a) Kull Membru għandu jkollu vot wieħed.

b) Il-kandidat li jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti tal-Membri li jiffurmaw il-Qorti għandu jkun iddikjarat elett.

c) Jekk, fl-aħħar tal-ewwel votazzjoni, ma jkun elett ebda kandidat, kull kandidat li ma ġab l-ebda vot għandu jkun eliminat mill -elezzjoni u it-tieni votazzjoni għandha tibda minnufih.

d) Jekk, fl-aħħar tat-tieni votazzjoni, ma jkun elett ebda kandidat, il-kandidati li ma ġabu l-ebda voti u l-kandidat(i) li ġabu l -anqas għadd ta’ voti għandhom ikunu eliminati mill-elezzjoni u l-votazzjoni li jmiss għandha tibda minnufih.

e) Il-proċedura użata fit-tieni votazzjoni għandha tkun użata fi l-votazzjonijiet sussegwenti.

f) Iżda, mill-ħames votazzjoni, jekk ir-riżultat ta’ votazzjoni minnhom huwa l-istess bħar-riżultat tal-votazzjoni preċedenti, il-President għandu jissospendi l-laqgħa qabel ma tibda l-votazzjoni li jmiss.

2. Il-kuntratt li jimpjega lis-Segretarju Ġenerali għandu jkun konkluż għall -perijodu ta’ sitt snin. Għandu jkun irregolat mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall -kuntratti tal-impjegati koperti mill-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ uffiċjali oħrajn.

3. Il-Qorti tista’ tiddeċiedi li ġġedded il-ħatra tas-Segretarju Ġenerali għal massimu ta’ sitt snin. Din id-deċiżjoni trid tittieħed b'maġġoranza assoluta tal-Membri tal-Qorti.

L-Artikolu 35

1. Is-Segretarju Ġenerali, bħala l -persuna responsabbli għas -Segretarjat tal-Qorti, għandu inter alia jabbozza l-minuti tal-laqgħat tal-Qorti u jżomm l-abbozzi oriġinali tal-istrumenti tal-Qorti, ittri mill-President, id-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti, tal-Kmamar u tal-Kumitat Amministrattiv, u l-minuti tal-laqgħat tal-Qorti, tal-Kmamar u tal-Kumitat Amministrattiv. Huwa għandu j għin lill-President fil-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Qorti u tal-Kumitat Amministrattiv, filwaqt li jassigura li l-proċeduri huma segwiti b’mod korrett u li d-deċiżjonijiet tal-Qorti huma implimentati b’mod xieraq.

Page 22: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

22

2. Barra minn dawn ir-responsabbiltajiet għat -tmexxija tal-persunal u l-amministrazzjoni tal-Qorti, is-Segretarju Ġenerali għandu jkun responsabbli wkoll għall-baġit, it-traduzzjoni, it-taħriġ, u t-teknoloġija tal-informazzjoni.

L-Artikolu 36

Jekk is-Segretarju Ġenerali huwa assenti jew mhux disponibbli għal perijodu q asir, huwa għandu, bi qbil mal-President, jinnomina persuna biex tissosstitwih u, b’mod partikolari, sabiex jabbozza l-minuti tal-laqgħat tal-Qorti. Jekk l-assenza jew in-nuqqas ta’ disponibilità tas-Segretarju Ġenerali teċċedi xahar, jew jekk is -Segretarju Ġenerali mhux f’pożizzjoni li jinnomina s-supplent tiegħu, il-Qorti għandha tkun responsabbli sabiex tinnomina, fuq proposta tal-President, il-membru tal-persunal li għandu ja ġixxi bħala Segretarju Ġenerali.

IL-KAPITOLU VI

PRESTAZZJONI TAD-DMIRIJIET TAL-QORTI

IS-SEZZJONI 1

DELEGAZZJONIJIET

(l-Artikolu 14 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 37

Il-valutazzjoni ta’ kif wieħed għandu jirrispondi għal talba għal assistenza reċiproka mibgħuta lill-Qorti minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva ta’ Stat Membru li qed taġixxi skont il -proċeduri għal ksur tar-Regolamenti tal-Unjoni għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ kumitat ad hoc li jikkonsisti mill-President tal-Qorti, il-Membru responsabbli għall-verifika inkwistjoni u l-Membru li għandu n -nazzjonalità tal-pajjiż konċernat.

L-Artikolu 38

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali tar -regoli interni għall -implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regoli ta’ Proċedura, kull Membru jista’ jawtorizza wieħed jew aktar uffiċjali jew membri oħra tal-persunal assenjati għal kompitu ta’ verifika, għal liema l-Membru għandu r-responsabbiltà, li jiffirma f’ismu u fuq ir-responsabbiltà tiegħu, kull strument, ittra, dokument u test oħrajn relatati mal-kompitu, bl-eċċezzjoni ta’ ittri, notamenti jew dokumenti oħra jn indirizzati lill-Membru ta’ Istituzzjoni tal-Unjoni jew korp, Kap jew Membru ta’ istituzzjoni nazzjonali tal-verifika jew Ministru, minħabba li dawn iridu jkunu ffirmati esklużivament minn Membru tal-Qorti.

Id-delegazzjonijiet ta’ awtorità msemmija qabel għandhom jibqgħu fis-seħħ fl-eventwalità ta’ sostituzzjoni, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6 tar-Regoli ta’ Proċedura, tal-Membru li jkun tahom, sakemm il-Membru li qed jaġixxi bħala supplent temporanju ma jiddeċidix bil-kontra.

Page 23: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

23

IS-SEZZJONI 2

ID-DIRETTORATI TAL-VERIFIKA

(l-Artikolu 16 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 39

1. Fuq proposta tal-Kumitat Amministrattiv, il-Qorti għandha tiddeċiedi dw ar in-numru ta’ direttorati tal-verifika u n-numru ta’ unitajiet f’kull direttorat tal-verifika.

2. Il-persunal ta’ direttorat tal-verifika għandu jkun assenjat lil unità jew lil uffiċċju ta’ Direttur.

3. Id-direttorat tal-verifika għandu jirreġistra u jassigura l-kontinwità tal-kompiti u l-attivitajiet li għalihom huwa responsabbli.

4. Id-direttorati tal-verifika għandhom jikkooperaw ma' xulxin.

L-Artikolu 40

1. Direttur għandu jassisti lid -Dekan u lill-Membri l-oħra tal-Kamra fit-twettiq tal-kompiti u tal-attivitajiet li għalihom huma responsabbli.

2. Taħt is-sorveljanza tal-Membri tal-Kamra, id-Diretturi u l-Kapijiet tal-Unità għandhom ikunu responsabbli li:

a) jiżguraw il-koordinazzjoni tal-kompiti ta’ verifika previsti fil-programm ta’ xogħol tal-Kamra;

b) jiżguraw li l-kompiti ta’ verifika huma mwettqa skont il-politiki u l-istandards tal-verifika tal-Qorti;

c) jiżguraw, b’konsultazzjoni mad-direttorat kompetenti tal-Kamra tas-CEAD, li l-proċeduri kontradittorji li għalihom il-Kamra tagħhom hija responsabbli jimxu bla xkiel.

L-Artikolu 41

Taħt l-awtorità tal-Membri tal-Kamra u tad-Direttur, skont l-Artikoli 39 u 40, it-tmexxija tal-persunal għandha tiġi assenjata lil Kap ta’ Unità jew lil Direttur.

L-Artikolu 42

1. Meta Direttur jew Kap ta’ Unità jiġi ostakolat milli jwettaq dmirijietu għal perijodu li jista’ jkun aktar minn xahar u inqas minn tlieta, il-Kamra tad-direttorat fejn ikun ġie assenjat tiġi awtorizzata, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, li ssejjaħ uffiċjal biex jokkupa l-kariga temporanjament.

Page 24: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

24

2. L-uffiċjal konċernat għandu jkun l-uffiċjal fil-Kamra jew unità konċ ernata li qiegħed fil-grad ta’ taħt eżatt u li għandu l -aktar servizz f'dak il-grad. Fil-każ ta’ ugwaljanza fis-servizz, għandu jintgħażel l-uffiċjal l-aktar anzjan. Il-Kamra għandha tavża lill-Qorti kif meħtieġ.

3. Sostituzzjoni bħal din m'għandha qatt teċċedi tliet xhur. Ladarba dan il-perijodu jispiċċa, il-Kamra għandha tirreferi lill-Qorti, u din għandha tiddeċiedi dwar l-azzjoni li trid tittieħed.

4. Meta jista’ jkun hemm il-possibbiltà li l-assenza se teċċedi t-tliet xhur, il-Qorti biss hija responsabbli sabiex tiddeċiedi dwar is-sostituzzjoni.

IS-SEZZJONI 3

ALLOKAZZJONI TA’ RIŻORSI

(l-Artikolu 16 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 43

1. Fi kwistjonijiet ta’ allokazzjoni ta’ karigi, il-Qorti għandha tiddeċiedi, fuq proposta mill-Kumitat Amministrattiv:

a) Fuq it-tqassim ta’ karigi ġodda;

b) Fuq it-tqassim mill-ġdid fost il-Kmamar, fejn hu xieraq, pereżempju jekk ir-responsabbiltajiet tal-Kmamar jgħaddu minn taħt reviżjoni;

2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kumitat Amministrattiv jista’, fuq proposta miktuba mid-Dekani tal-Kmamar konċernati, jiddeċiedi dwar trasferimenti ta’ karigi, jew bid-detenturi tagħhom jew inkella mingħajrhom, fost il-Kmamar.

L-Artikolu 44

1. Fi kwistjonijiet ta’ allokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ missjoni, il-Qorti għandha tiddeċiedi, fuq proposta mill-Kumitat Amministrattiv, dwar kif il-kwoti għandhom ikunu allokati lill-Kmamar differenti.

2. Il-Kmamar għandhom jiddeċiedu dwar it-tqassim tal-kwoti tagħhom, skont il -kompiti ta’ verifika u r-riżorsi umani assenjati lill-Kamra.

Page 25: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

25

IT-TITOLU II - IL-PROĊEDURI OPERAZZJONALI TAL-QORTI

IL-KAPITOLU 1

LAQGĦAT TAL-QORTI U TAL-KMAMAR

(l-Artikoli 17 sa 24 tar-Regoli ta’ Proċedura)

IS-SEZZJONI 1

IR-REGOLI ĠENERALI

L-Artikolu 45

Dokumenti ppreżentati lill-Qorti jew lil Kamra skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandhom jitfasslu bil-lingwi tal-abbozzar deċiżi mill-Qorti.

L-Artikolu 46

1. L-abbozz tal-aġenda għal-laqgħat tal-Qorti jew tal-Kamra u d-dokumenti relatati magħhom għandhom jiġu notifikati lill-Membri tal-Qorti. Ħlief f’każijiet urġenti debitament sostanzjati u deċiż i fuq bażi ta’ każ b’każ mill-President jew mid-Dekan fuq talba ta’ Membru Relatur, dik in-notifika għandha ssir mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel il-laqgħa. Sabiex ikun żgurat li dan il-limitu ta’ żmien huwa rispettat, il-Membri tal-Qorti għandhom jiżguraw li d-dokumenti huma ppreżentati għar-reġistrazzjoni lis-Segretarjat Ġ enerali tal-Qorti fi ħdan l -iskadenzi taż-żmien preskritti.

2. Jekk id-dokumenti ma jkunux ġew imqassma fil-lingwi ta’ abbozzar tal-Qorti fi ħdan il-limitu ta’ żmien ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol speċifikati fil-paragrafu 1, Membru tal-Qorti jista’ jitlob lill-Qorti jew lill-Kamra biex tipposponi l-kwistjoni jew jista’ jitlob sabiex ma tittieħed l-ebda konklużjoni mid-diskussjoni.

3. Il-Qorti jew Kamra tista’ tiddeċiedi b’mod unanimu li tiddiskuti kwistjoni li ma tkunx tniżżlet fl-aġenda. Kull problema oħra li tikkonċerna l-aġenda għandha tiġi deċiża b’maġġoranza tal-Membri preżenti. Meta l-aġenda tiġi approvata, il-Membri għandhom jispeċifikaw kull punt li jitqajjmu mill-Minuta(i) tal-laqgħat preċedenti, ppreżentati għall-approvazzjoni tagħhom li huma jixtiequ jqajjmu fil-laqgħa u għandhom jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li se jqajjmu kwistjonijiet oħra taħt "Kull kwistjoni oħra".

L-Artikolu 47

1. Id-dokumenti tal-Kmamar li dwarhom ġiet ippreżentat a talba skont l-Artikolu 26(4) tar-Regoli ta’ Proċedura għandhom jinkludu l-abbozz tal-aġenda tal-Qorti.

2. Dokumenti oħrajn adottati mill-Kmamar għandhom jissemmew fil-parti ‘attivitajiet tal-Qorti’ fl-abbozz tal-aġenda tal-Qorti.

Page 26: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

26

L-Artikolu 48

Il-Qorti għandha tistabbilixxi l-arranġamenti tal-interpretazzjoni li għandhom jintużaw fil-laqgħat ordinarji tagħha u għal-laqgħat tal-Kmamar fil-każ ta’ dibattitu fuq dokumenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

L-Artikolu 49

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regoli ta’ Proċedura, i l-Qorti u l-Kmamar jistgħu jiddiskutu kwistjoni f’laqgħa in camera meta n-natura kunfidenzjali tas-suġġett hekk titlob.

2. Il-President tal-Qorti jew id-Dekan ta’ Kamra għandu jiddeċiedi jekk kwistjoni hijiex kunfidenzjali u jekk għalhekk għandhiex tiġi diskussa f’sessjoni in camera.

3. Sakemm ma jkunx ġie deċiż bil -kontra f’laqgħa tal-Qorti jew tal-Kamra preċedenti, laqgħat in camera għandhom isiru mingħajr interpreti jew persunal tal-Qorti.

L-Artikolu 50

1. L-abbozzi tal-minuti tal-laqgħat tal-Qorti għandhom ji tħejjew mis-Segretarju Ġenerali jew minn kull persuna oħra nominata għal dan l-iskop. Dawn għandhom jintbagħtu lill-Membri mill-aktar fis possibbli u approvati mill-Qorti f’laqgħa sussegwenti.

2. L-iskop tal-minuti tal-laqgħat tal-Qorti huwa r-reġistrazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti u l-konklużjonijiet tad-diskussjonijiet tagħh a. L-iskop uniku tal-approvazzjoni tal-minuti huwa ċ -ċertifikazzjoni li dawn huma reġistrazzjoni vera tat-tifsir u tal-kontentut tad-dibattiti.

3. Filwaqt li l-Membri kollha jistgħu jirreferu għas -suġġetti li jinstabu fil-minuti ta’ laqgħa, il-Membri biss li kienu preżenti fil-laqgħa rreġistrata bil-minuti li qed jiġu ppreżentati għall-adozzjoni jistgħu jitolbu emendi għal dawk il-minuti.

4. Il-minuti adottati għandhom jiġu awtentikati bil-firma tas-Segretarju Ġenerali.

Minuti ta’ laqgħat ordinarji adottati mill-Qorti għandhom jiġu mqassma fi ħdan il-Qorti. Għandu jkun hemm restrizzjoni fuq it-tqassim tal-minuti ta’ laqgħat in camera.

Page 27: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

27

IS-SEZZJONI 2

IL-LAQGĦAT TAL-KAMRA

L-Artikolu 51

Meta tkun iffissata skeda taż-żmien annwali għal-laqgħat tal-Kmamar, għandu jittieħed kont tal-bżonn li kull Membru jingħata l -possibbiltà li jieħu sehem fil -laqgħat tal-Kmamar kollha. L-iskeda taż-żmien għandha tkun adottata mill-Kamra abbażi tal-proposta tad-Dekan tagħha. L-arranġament għal laqgħat addizzjonali għandhom isiru fuq l-inizjattiva tad-Dekan jew fuq talba ta’ Membru tal-Kamra.

L-Artikolu 52

1. Id-Dekan għandu jippresiedi fuq il -laqgħat ta’ Kamra jew, fl-assenza tad-Dekan, minn Membru li temporanjament jissostitwixxi lid-Dekan.

2. Fuq proposta tad-Direttur, id-Dekan għandu jħe jji abbozz ta’ aġenda għal-laqgħat tal-Kamra. L-aġenda għandha tkun approvata mill-Kamra fil-bidu tal-laqgħa.

L-Artikolu 53

Il-Kmamar għandhom ikunu responsabbli għall-organizzazzjoni u s-segretarjat tal-laqgħat tagħhom. It-tqassim tad-dokumenti tal-laqgħat huwa r-responsabbiltà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti.

L-Artikolu 54

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Membri Relaturi waqt il-laqgħa ta’ Kamra jistgħu jiġu megħjuna minn wieħed jew aktar mill-persunal tagħhom.

Persunal ieħor tal-Qorti jista’ jattendi għal-laqgħa tal-Kamra hekk kif il-Membri li jiffurmaw il-Kamra jqisu li huwa xieraq.

2. Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-kworum meħtieġ fil-laqgħat tal-Kamra meta din tkun qed tittratta l-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3) tar-Regoli ta’ Proċedura, fejn in-numru huwa espress f'porzjon, dan għandu jitqarrab lejn l -eqreb numru sħiħ.

L-Artikolu 55

1. Sakemm mhux stabbilit mod ieħor fil -paragrafi li ġejjin, id -dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 għandhom japplikaw għall-minuti tal-Kmamar.

2. Il-minuti tal-Kmamar għandhom jitħejjew mid-direttur bl-appoġġ tal-Kamra relevanti.

3. Il-minuti adottati għandhom jiġu awtentikati bil-firma tad-Dekan.

Page 28: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

28

IL-KAPITOLU II

PREPARAZZJONI, ADOZZJONI U AWTENTIKAZZJONI TA’ DEĊIŻJO NIJIET

(l-Artikoli 25 sa 28 tar-Regoli ta’ Proċedura)

IS-SEZZJONI 1

L-ALLOKAZZJONI TAL-KOMPITI

L-Artikolu 56

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22(1) u għall -paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 33, dokumenti ppreżentati lill-Qorti għall -adozzjoni jridu jkunu ġe w diskussi u approvati mill-Kamra responsabbli jew mill-Kumitat Amministrattiv.

2. Meta bosta Kmamar huma responsabbli għal dokument, il -Qorti għandha tiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-preparazzjoni u l-adozzjoni tiegħu.

3. Meta dokumenti jkunu ġew eżaminati minn Kamra vertikali u l-Qorti tkun speċifikament iddeċidiet li għandha tintlaħaq konsistenza globali, dokumenti bħal dawn għandhom, normalment, jiġu eżaminati u approvati mill-Kamra tas-CEAD qabel ma jiġu ppreżentati f’laqgħa tal-Qorti.

4. Il-proċedura għal preżentazzjoni lill-Qorti tal-abbozzi tal-kapitoli tar-Rapport Annwali eżaminati mill-Kmamar vertikali għandha tkun stabbilita mill -Qorti f’deċiżjoni speċifika.

IS-SEZZJONI 2

L-EŻAMI U L-GĦOTI TA’ OSSERVAZZJONIJIET PRELIMINARI LILL-

ISTITUZZJONIJIET RELEVANTI

L-Artikolu 57

1. L-osservazzjonijiet u l-opinjonijiet abbozzati ppreżentati lil-Qorti jew lil Kamra għandhom jagħtu l-informazzjoni segwenti f’nota ta’ spjegazzjoni:

a) lista tal-persuni li kkontribwixxew għax-xogħol, b’indikazzjoni tal-ħin previst u l-ħin verament imqatta’ fuq ix-xogħol minn kull persuna, kif ukoll il-kalendarju previst u attwali, bi spjegazzjoni ta’ kull varjazzjoni sinifikanti;

b) lista ta’ sejbiet tal-verifika preliminari mibgħuta lill -Kummissjoni, l-Istati Membri jew kull korp ieħor ivverifikat, u r-risposti relatati;

c) konferma mid-Direttur li l-proċeduri kollha ta’ kontroll ta’ kwalita’ ġew imwettqa.

Page 29: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

29

2. Wara l-eżami mill-Kamra, il-Qorti jew il-Kamra fil-każ ta’ dokumenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, għandha tiddeċiedi dwar l-azzjoni ta’ segwitu li għandha tittieħed dwar abbozzi ta’ osservazzjonijiet u opinjonijiet li ġew ippreżentati lilha għall-adozzjoni.

3. Il-Qorti jew il-Kamra f’każ skont l-Artikolu 11(1) tista’ tordna li l-fajl tal-każ jingħalaq, tistaqsi sabiex l-istadju għall-eżami jiġi mtawwal jew tagħżel li tkompli l-proċedura, b’mod partikolari billi tippreżenta osservazzjonijiet preliminari bi ħsieb li tinkludihom fir-Rapport Annwali jew tfassal Rapport Speċjali.

4. F’każijiet eċċezzjonali , u fuq proposta mill-Membru li qed jaġixxi bħala Membru Relatur, il-Qorti tista’ tibgħat ċerti osservazzjonijiet lill-istituzzjonijiet formulati f’ittra mill-President. Fil-każ ta’ osservazzjonijiet li jaqgħu taħt il -kompetenza tal-Kmamar skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Kamra għandha tirreferi l-proposta lill-Qorti.

L-Artikolu 58

Kull dokument li fih osservazzjonijiet ta’ verifika li ma jiġux adottati mill -Qorti jew minn Kamra fl-ewwel qari għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati mill-ġdid għal qari ieħor. Dokumenti ppreżentati lill-Qorti jew lil Kamra għal qari ieħor għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjoni bil-miktub li tagħti r -raġunijiet għalfejn il-Membru Relatur ma setax jinkorpora l-emendi li l-Qorti jew il-Kamra ddeċidiet dwarhom fil-qari ta’ qabel. Għal emendi ta’ natura kompletament formali, jew għal raġunijiet ta’ urġenza, l-ispjegazzjonijiet jistgħu jingħataw oralment.

L-Artikolu 59

1. Id-Dekan tal-Kamra għandu jinnotifika lill-Membri kollha tal-Qorti dwar l-osservazzjonijiet preliminari adottati mill-Kamra skont l-Artikolu 11(1) fi żmien tliet ijiem tax-xogħol. Din in-notifika tista’ tkun f’għamla elettronika.

2. Id-deċiżjoni tal-Kamra dwar l-adozzjoni tal-osservazzjonijiet preliminari għandha ssir definittiva wara ħamest ijiem tax -xogħol mid-data tal-avviż stipulata fil-paragrafu 1, sakemm fi ħdan dan il -perijodu minn tal-anqas ħames Membri ma jkunux ippreżentaw lill-President talba rraġunata li d -dokument konċernat għandu jiġi diskuss aktar fil-fond u adottat mill-Qorti.

3. Meta l-osservazzjonijiet preliminari jsiru definittivi, għandhom ikunu trasmessi mis-Segretarjat tal-Qorti lill-istituzzjonijiet relevanti, u meta dan isir għandha tibda l-proċedura kontradittorja li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 144(1) tar-Regolament Finanzjarju.

L-Artikolu 60

1 Il-Qorti għandha tibgħat l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir -rapport annwali lill-istituzzjonijiet konċernati , fid-data stabbilita fl-Artikoli 129 u 143 tar-Regolament Finanzjarju.

Page 30: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

30

Il-Kummissjoni għan dha tirċievi t -test sħiħ ta ’ dawk l-osservazzjonijiet. Istituzzjonijiet oħra jn, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l -Kumitat tar-Reġjuni għandhom jirċievu biss il-paragrafi li jikkonċernawhom.

2 Il-Kamra tas-CEAD b’mod mhux uffiċjali għandha tibgħat il-verżjonijiet abbozzati tad-diversi dokumenti, kif u meta jiġu adottati mill -Qorti, lid-Direttorati Ġenerali għall-Baġits, li għandhom jgħadduhom lid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni l-oħrajn li għandhom x’jaqsmu magħhom.

L-Artikolu 61

Wara l-proċess kontradittorju, meta l-osservazzjonijiet preliminari jiġu ppreżentati lill-Qorti jew lill-Kamra skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura huma għandhom jiġu akkumpanjati mir-risposti tal-istituzzjonijiet konċernati u min-nota li fil-qosor tispjega t-tibdil magħmul lill-verżjoni mibgħuta għall-proċess kontradittorju. Fejn hemm punti b’nuqqas ta’ qbil dwarhom, il-Membru Relatur għandu jinkludi nota li tispeċifika l-punti u tipproponi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill -Qorti jew mill-Kamra.

L-Artikolu 62

1. Id-dokumenti li huma mibgħuta taħt il -firma tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall -Baġit biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala risposti uffiċjali awtentiċi mill-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet ta’ verifika tal-Qorti.

2. Il-Qorti tirriżerva d-dritt li tippubblika kull rapport speċjali mingħajr ir -risposti tal-istituzzjoni konċernata fejn l-istituzzjoni inkwistjoni ma rrisponditx fi ħdan il-limiti taż-żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

L-Artikolu 63

1. Ir-riżultati tal-proċedura kontradittorja għandhom ikunu validi biss jekk jiġu aċċettati mill-Qorti jew mill-Kamra kompetenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

2. Il-Qorti jew il-Kamra kompetenti skont il-paragrafu 1 tista’ tħassar xi partijiet mir-rapporti abbozzati tagħha matul jew wara l-proċedura kontradittorja, fil-waqt tal-adozzjoni finali tat-test inkwistjoni. Dan għandu jirriżulta fit -tħassir tal-partijiet korrispondenti tar-risposta tal-Istituzzjoni konċernata.

3. Il-Qorti jew il-Kamra kompetenti tista’ tinkludi l-kummenti tagħha stess dwar ir-risposti tal-Istituzzjonijiet.

Page 31: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

31

IS-SEZZJONI 3

IL-PROĊEDURA TA’ ADOZZJONI TAL-QORTI

L-Artikolu 64

Id-deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati b’maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Qorti:

a) ir-Rapport Annwali stipulat fl-Artikolu 287(4) TFUE, l-ewwel subparagrafu;

b) id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni rigward il-kredibilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (DAS) stipulati fl-Artikolu 287(1) TFUE, it-tieni subparagrafu;

c) ir-rapporti annwali speċifiċ i, opinjonijiet u osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) TFUE li ġew imressqa quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura jew li dwarhom ġiet ippreżentata talba rraġunata skont l-Artikolu 26(4) tar-Regoli ta’ Proċedura;

d) emendi għar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

e) l-istima tad-dħul u n-nefqa tal-Qorti tal-Awdituri;

f) deċiżjonijiet li jridu jittieħdu skont l-Atrikoli 10(3) u 13(1) tar-Regoli ta’ Proċedura u skont l-Artikolu 49(3) ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni fil-każ ta’ laqgħat tal-Qorti;

g) emendi għar-Regoli ta’ Proċedura;

h) emendi għal dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni;

i) l-istrateġija globali u l-programm ta’ xogħol tal-Qorti.

L-Artikolu 65

1. Il-President jista’ juża l-proċedura bil-miktub għal kwalunkwe mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regoli ta’ Proċedura imma biss fejn it-test inkwistjoni diġà ġie diskuss minn qabel fil-Qorti u l-adozzjoni tiegħu mingħajr diskussjoni aktar fil-fond hija ġustifikata għal raġunijiet prattiċi.

2. Kwalunkwe mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regoli ta’ Proċedura jistgħu jiġu adottati bil-proċedura bil-miktub, implimentati mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ Membru.

3. Is-Segretarju Ġenerali għandu jkun responsabbli sabiex jibda l -proċedura bil-miktub, jissorvelja l-progress tagħha u jirreġistra t-tlestija tagħha.

4. It-test bil-miktub tad-deċiżjoni proposta għandu jintbagħat lill-Membri kollha tal-Qorti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti, u għandu jiġi ddikjarat iż-żmien permess għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe oġġezzjoni.

Iż-żmien permess għal oġġezzjoni ma jistax ikun ta’ inqas minn jumejn tax-xogħol fejn l-Artikolu 25(2) tar-Regoli ta’ Proċedura huwa applikat jew sebat-ijiem fejn l-Artikolu 25(3) tar-Regoli ta’ Proċedura huwa applikat.

Page 32: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

32

Jekk, fiż-żmien imsemmi, l-ebda Membru tal-Qorti ma jkun irreġistra oġġezzjoni bil-miktub mas-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti, il-proposta għandha titqies li hija adottata mill-Qorti. Dan il-fatt għandu jiġi msemmi fil-minuti tal-laqgħa tal-Qorti li jmiss.

Jekk oġġezzjoni tiġi rreġistrata, il-proposta li kienet is-suġġett tal-proċedura bil-miktub għandha tiġi mdaħħla fl-aġenda ta’ laqgħa tal-Qorti li għad trid issir.

IS-SEZZJONI 4

IL-PROĊEDURA TA’ ADOZZJONI TAL-KMAMAR

L-Artikolu 66

1. In-notifika stipulata fl-Artikolu 26(13) tar-Regoli ta’ Proċedura għandha ssir fi żmien tliet ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni tad-dokument mill-Kamra.

2. In-numru minimu ta’ Membri għall -preżentazzjoni ta' talba rraġunata li d -dokument konċernat għandu jiġi diskuss u tittieħed deċiżjoni dwaru mill -Qorti skont l-Artikolu 26(4) tar-Regoli ta' Proċedura għandu jkun ħamsa.

3. Meta l-adozzjoni ta’ dokument minn Kamra ssir definittiva, dak id-dokument għandu jiġi vvalidat mill-appożizzjoni tal-visa tad-Dekan, u minn notifika tiegħu lis-Segretarju Ġenerali.

L-Artikolu 67

1. Il-Kamra tista’ tiddeċiedi li tuża l-proċedura bil-miktub biex tadotta d-deċiżjonijiet tagħha. Iżda, fil-każ tal-abbozzi tal-memorandums tal-ippjanar tal-verifika, rapporti jew opinjonijiet, din il-proċedura tista’ tiġi użata biss jekk it-test konċernat kien diġà ġie diskuss fi ħdan il-Kamra u hemm raġunijiet prattiċi li jiġġustifikaw l-adozzjoni tiegħu mingħajr diskussjoni aktar fil-fond.

2. Fil-każ ta’ dokument skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura it -test bil-miktub tad-deċiżjoni proposta għandu jintbagħat lill-Membri tal-Qorti kollha, u għandu jiġi ddikjarat iż-żmien permess għall -komunikazzjoni ta’ kwalunkwe oġġezzjoni.

Iż-żmien permess għall -oġġezzjonijiet ma jistax ikun inqas minn jumejn tax-xogħol. Jekk saż-żmien stipulat, ebda Membru tal-Kamra ma jkun ressaq oġġezzjoni bil-miktub għand id-Dekan, il-proposta għandha titqies li ġiet adottata.

Jekk titressaq oġġezzjoni, il -proposta li kienet is-suġġett tal-proċedura bil-miktub għandha titniżżel fl-aġenda ta’ laqgħa tal-Kamra li tkun għada sa ssir.

3. Fl-aħħar tal-proċedura, id-dokumenti adottati b’dan il-mod għandhom jiġu rreġistrati fil-Minuti tal-laqgħa tal-Kamra li jmiss.

Page 33: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

33

IL-KAPITOLU III

L-GĦOTI, IL-PUBBLIKAZZJONI U D-DISTRIBUZZJONI TA’ RAPPORTI,

OPINJONIJIET, OSSERVAZZJONIJIET U DIKJARAZZJONIJIET TA’

ASSIGURAZZJONI

(l-Artikoli 28 u 29 tar-Regoli ta’ Proċedura)

IS-SEZZJONI 1

L-GĦOTI

L-Artikolu 68

1. Wara li jkunu ġew adottati fil-lingwi uffiċjali u awtentikati kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regoli ta’ Proċedura , ir-rapporti, l-opinjonijiet, l-osservazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni għandhom jiġu mibgħuta mill-Kamra tas-CEAD skont il-proċeduri segwenti:

a) Opinjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 322 u 325 tat-TFUE għandhom jiġu mibgħuta lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

b) Opinjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 287 tat-TFUE għandhom jiġu mibgħuta lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta jikkonċernaw proposti jew abbozzi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Inkella huma għandhom jiġu mibgħuta biss lill-Istituzzjoni fuq talba ta’ liema l-opinjoni tkun ingħatat.

c) L-osservazzjonijiet għandhom jiġu mibgħuta lill-istituzzjoni (jew istituzzjonijiet) tal-Unjoni konċernati.

d) Ir-Rapporti Annwali fir-rigward tal-baġit ġenerali u l-FEI għandhom jintbagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-verifika għolja tal-Istati Membri. Għandhom ukoll jiġu indirizzati uffiċjalment lill-Presidenti tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE u lill-Assemblea Konġunta AKP-UE.

Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali fl-istess waqt li jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-Protokoll Nru 1 tat-TFUE dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

e) Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 287 tat-TFUE għandha tiġi mibgħuta kif stipulat fil-punt (d).

f) Ir-rapporti annwali speċifiċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Qorti għandhom ikunu mibgħuta kif ġej:

i. rigward ir-rapport dwar il-kontijiet tal-Aġenzija ta’ Provvista Euratom, lid-Direttur Ġenerali tal-Euratom u lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill;

ii. rigward ir-rapport dwar il-kontijiet tal-Iskejjel Ewropej, liċ-Chairman u lir-Rappreżentant tal-Bord tal-Gvernaturi u lis-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel u lill-awtoritajiet responsabbli mill-kwittanza u lill-Kummissjoni;

Page 34: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

34

iii. rigward ir-rapport dwar il-kontijiet tal-Eurojust, lid-Direttur Amministrattiv tagħha u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

iv. rigward ir-rapporti dwar il-kontijiet tal-korpi esterni tal-Unjoni Ewropea, li l-verifika esterna tagħhom tkun ġiet fdata lill-Qorti skont l-Artikoli 287 tat-TFUE, lill-Presidenti u d-Diretturi rispettivi tagħhom u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

v. rigward ir-rapport dwar il-verifika tal-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, lill-President tiegħu u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

vi. rigward ir-rapporti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji dwar il-ġestjoni tal-kuntratt Schengen, lill-Kunsill u lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni Nru 2000/265/KE tas-27 ta’ Marzu 2000 kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/670/JHA tal-24 ta’ Lulju 2008.

2. Ir-risposti finali tal-istituzzjoni(jiet) konċernata/ i fil-lingwi uffiċjali kollha għandhom ikunu disponibbli sal-iskadenza stabbilita skont l-Artikolu 144 tar-Regolament Finanzjarju. Ladarba din l-iskadenza tkun għaddiet, il -Qorti għandha uffiċjalment tibgħat il-verżjonijiet b’kull lingwa tar-rapport inkwistjoni lill-istituzzjonijiet, flimkien mar-risposti li jkunu disponibbli f'dak iż-żmien.

3. Rapporti Speċjali li ġew pubblikati jew li għandhom jiġu mqassma fuq firxa aktar wiesgħa għandhom jiġu mibgħuta lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kollha, kif ukoll lill-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ verifika għolja tal-Istati Membri.

L-Artikolu 69

1. Ir-Rapporti Speċjali li ġew pubblikati jew li għandhom jiġu mqassma fuq firxa aktar wiesgħa jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Kontroll tal-Baġit ladarba huma jkunu ntbagħtu uffiċjalment bil-lingwi tal-Unjoni.

2. Fl-istess żmien tal-għoti uffiċjali, il-Kamra tas-CEAD għandha tagħmel ir-rapport disponibbli lis-segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Baġit f’forma elettronika fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea sabiex tippermetti lis-Segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Baġit li jibgħat ir-rapport lill-President u lill-Membru Relatur tal-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Baġit. Ir-rapport għandu jiġi mibgħut ukoll elettronikament lill-Kumitat tal-Baġit tal-Kunsill.

IS-SEZZJONI 2

PUBBLIKAZZJONI

L-Artikolu 70

1. Il-Kamra tas-CEAD hija responsabbli mill-pubblikazzjoni tar-rapporti, tal-opinjonijiet, tal-osservazzjonijet u tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni skont il-proċeduri deskritti hawn taħt.

Page 35: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

35

2. Ir-Rapporti Annwali rigward il-baġit ġenerali u l -FEI, id-Dikjarazzjonijiet ta’ Assigurazzjoni rispettivi tagħh om, ir-rapporti annwali speċifiċi dwar il-kontijiet tal-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, u r-rapport annwali dwar l-eżami tal-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. L-opinjonijiet mogħtija mill-Qorti skont l-Artikoli 322 u 325 tat-TFUE għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-opinjonijiet mogħtija mill -Qorti skont l-Artikoli 287 tat-TFUE għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull meta jirrigwardaw proposti jew abbozzi pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4. Ir-Rapporti Speċjali għandhom ikunu jew imsemmija jew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont id-deċiżjoni tal-Qorti jew il-Kamra relevanti f’każ ta’ dokument imsemmi fl-Artikolu 11(1). Il-Qorti tista’ wkoll tiddeċiedi li tippubblika rapporti speċjali barra mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u f’każ bħal dan il-Ġurnal Uffiċjali għandu jindika l-proċeduri ta’ pubblikazzjoni.

5. Il-Qorti jew il-Kamra f’każ ta’ dokument imsemmi fl-Artikolu 11(1) għandha tiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ jekk tippubblikax opinjonijiet, rapporti u osservazzjonijiet oħrajn adottati minnha.

L-Artikolu 71

1. Is-sekwenza li Rapport Speċjali jieħu mill -adozzjoni ta’ osservazzjonijiet preliminari sal-pubblikazzjoni tiegħu hija mehmuża ma’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni (l-Anness I).

2. Il-vade-mecum tal-Qorti għandu jistabbilixxi l-proċeduri li jridu jissegwew għall -għoti u l-pubblikazzjoni uffiċjali tar-rapporti tal-Qorti, tal-opinjonijiet, tal-osservazzjonijiet u tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u tar-rapport mill-awditur ikkuntrattat sabiex jivverifika l-kontijiet tal-Qorti.

IS-SEZZJONI 3

DISTRIBUZZJONI

L-Artikolu 72

Fejn rapport, opinjoni jew osservazzjonijiet mhijiex/mhumiex se jkunu pubblikati, il-Qorti jew il-Kamra skont l-Artikolu 11(1) għandha tiddikjara, fl-istadju tal-adozzjoni, il-firxa tad-distribuzzjoni u d-disponibbiltà barra mill-Qorti tad-dokument, partikolarment:

a) distribuzzjoni usa’,

b) distribuzzjoni selettiva kif awtorizzata mill-Kamra konċernata;

Page 36: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

36

c) l-ebda distribuzzjoni.

L-Artikolu 73

1. Għandha titfassal u titqassam dikjarazzjoni għall-istampa flimkien ma’ kull Rapport Speċjali. Id-dikjarazzjoni għall -istampa għandu jkun fiha l -messaġġi prinċipali, meħuda mir-Rapport Speċjali, b’mod ċar u preċiż u ġust għal min ġie vverifikat. It-test li ġej għandu jiġi inkluż b'mod sistematiku fin-nota tal-qiegħ: ‘L-iskop ewlieni ta’ din id-dikjarazzjoni għall -istampa huwa li tagħti sommarju tar-Rapport Speċjali adottat mill-Qorti tal-Awdituri li huwa disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Qorti (www.eca.europa.eu) u li se jiġi ppubblikat f’qasir żmien f’format stampat.’

2. Il-Membru Relatur, fi stadju bikri tal-preparazzjoni tal-abbozz tar-Rapport Speċjali, għandu jqis kif x’aktarx li jiġi perċepit minn u kif jiġi ppreżentat l-aħjar lill-midja. [L-istrateġija tal-midja tal-abbozz tar-Rapport Speċjali għandha tiġi diskussa fi stadju bikri tal-preparazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-istampa tal-Qorti u l-uffiċċju privat tal-Membru Relatur. L-uffiċċju tal-istampa tal-Qorti għandu jipproduċi l-ewwel abbozz tad-dikjarazzjoni għal l-istampa. Il-Membru Relatur għandu r-responsabbiltà finali ta’ dikjarazzjoni għal l-istampa u għall -arranġamenti dwar il-post, id-data eċċ. għall-konferenza stampa]

3. Il-Membru Relatur, u kull Membru ieħor, għandhom jinfurmaw lill-Qorti dwar kull konferenza stampa jew preżentazzjonijiet oħra ta’ dan it -tip li jixtiequ jagħtu. L-uffiċċju tal-istampa tal-Qorti għandu jgħin lill-President u lill-Membri fl-organizzazzjoni tal-konferenzi stampa.

L-Artikolu 74

1. Ir-rapporti, l-opinjonijiet u l-osservazzjonijiet tal-Qorti li huma ppubblikati għandhom jitpoġġew fuq is-sit tal-Internet tal-Qorti mill-unità relevanti tal-Qorti.

2. Il-ġurnata li fiha d-dokumenti jew il-fajls elettroniċi jintbagħtu uffiċjalment lill-Istituzzjonijiet skont l-Artikoli 68 u 69, ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Qorti bil-lingwi uffiċjali. Il-midja u kull persuna oħra li tkun uriet l-interess tagħha fix-xogħol tal-Qorti għandhom fl-istess ħin jiġu infurmati permezz ta’ e-mail li r-rapport inkwistjoni huwa disponibbli fuq is-sit tal-Qorti. Il-Membru Relatur għandu jirċievi lista tal-midja li jkunu ġew infurmati.

3. Id-dikjarazzjoni għall-istampa għandha titpoġġa fuq is-sit tal-Internet tal-Qorti fil-ġurnata meta r-rapporti, l-opinjonijiet jew l-osservazzjonijiet huma ppubblikati skont it-tieni paragrafu.

Il-Qorti għandha tiddeċiedi jekk ir-rapporti, l-opinjonijiet jew l-osservazzjonijiet li mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali jew f’materjal stampat ieħor għandhomx jitpoġġew fuq l-Internet.

Page 37: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

37

IL-KAPITOLU IV

IR-RIKUŻA TA’ RAPPORTI, OPINJONIJIET U OSSERVAZZJONIJIET MINN

TERZI PERSUNI

(l-Artikoli 25 u 26 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 75

Kull ittra li toġġezzjona jew tirrikuża r-rapporti, l-opinjonijiet jew l-osservazzjonijiet tal-Qorti għandha titressaq quddiem il-Qorti jew fil-każ ta’ dokument imsemmi fl-Artikolu 11(1) quddiem il-Kamra relevanti, biex tiġi eżaminata flimkien ma’ proposta mill-Kamra responsabbli għa ll-kompitu konċernat dwar kif il-Qorti għa ndha tirreaġixxi.

IL-KAPITOLU V

IL-VERIFIKA

(l-Artikoli 30 u 31 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 76

1. Il-Qorti għandha tadotta il-politika ta’ verifika u l-istandards tagħha u r -regoli dettaljati li jirriżultaw minnhom għall -ippjanar, l-implimentazzjoni u l-pubblikazzjoni tax-xogħol tal-verifika tagħha.

2. Sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-verifiki fuq il-post mal-Kummissjoni u sabiex tippermetti lill-awtoritajiet tal-verifika nazzjonali sabiex jipparteċipaw fil -verifiki tagħha, kull xahar, il-Qorti għandha tibgħat lid -dipartimenti relevanti tal-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali, il-programm taż-żjarat ta' verifika li hija tixtieq twettaq matul l-erba’ xhur ta’ wara.

L-Artikolu 77

1. Sabiex tiżgura prestazzjoni effiċjent i ta’ kompitu tal-verifika, il-Kmamar għandhom jassenjaw tim tal-verifika għal kull kompitu tal-verifika.

2. Tim tal-verifika għandu jkun magħmul minn persunal b’esperjenza xierqa u jista’ jinkludi Kap ta’ Unità jew Direttur.

3. Tim tal-verifika għandu jagħti kont lill -Membru Relatur relevanti li jkun ġie assenjat il-kompitu tal-verifika skont l-Artikolu 31 tar-Regoli tal-Proċedura.

4. Tim tal-verifika għandu jkun responsabbli mit -twettiq ta’ kompiti tal-verifika kif previst fid-dokumenti tal-ippjanar rispettivi u jista’ jikkonsulta mal-esperti interni jew esterni biex ikun jista’ jsolvi kwistjonijiet diffikultużi jew kontenzjużi.

Page 38: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

38

5. Tim tal-verifika għandu jirsisti biex:

a) jieħu azzjoni xierqa b’reazzjoni għar-riżultati tar-reviżjonijiet indipendenti tal-kwalità;

b) iwettaq eżerċi zzju ta’ għoti ta’ informazzjoni fi tmiem il-verifika u jagħmel disponibbli r-riżultati għal oħrajn b’mod xieraq;

c) jikkoopera mar-reviżur tal-assigurazzjoni tal-kwalità u jwieġeb b’mod xieraq għall-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

IT-TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI

IS-SEZZJONI 1

IR-RELAZZJONI BEJN DAWN IR-REGOLI TA’ IMPLIMENTAZZJONI U

DEĊIŻJONIJIET OĦRAJN TAL-QORTI

(l-Artikoli 34 u 35 tar-Regoli ta’ Proċedura)

L-Artikolu 78

1. Dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni m’għandhom jaffettwaw l-ebda deċiżjoni adottata mill-Qorti f’oqsma speċifiċi, inklużi:

a) ir-relazzjonijiet tagħha mal-OLAF,

b) l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Qorti,

c) ir-regoli li jirrigwardaw l-imġiba tal-Membri u

d) ir-regoli li jirrigwardaw l-imġiba tal-persunal tal-istituzzjoni.

2. Id-Deċiżjoni Nru 12-2005 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Qorti, il-Kodiċi tal-Imġiba għall-Membri tal-Qorti u l-Kodiċi tal-Imġiba Amministrattiva Tajba għall -persunal tal-Qorti huma annessi ma’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni (l-Annessi II sa VI).

Page 39: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

39

IS-SEZZJONI 2

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI

L-Artikolu 79

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54(2), għall-finijiet li jiġu applikati dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni, fejn numru huwa espress bħala porzjon, dan għandu jitqarreb lejn l-eqreb numru sħiħ li jmiss.

L-Artikolu 80

L-użu ta’ espressjonijiet li huma speċifikament diretti lejn is-sessi fl-għażla tal-kliem użat fir-regoli ta' implimentazzjoni preżenti għandu jinftiehem li qed japplika kemm għas-sess feminili u kif ukoll għas-sess maskili.

L-Artikolu 81

Dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni jħassru u jissostitwixxu dawk adottati mill-Qorti fit-8 ta’ Diċembru 2004.

L-Artikolu 82

1. Dokumenti adottati minn grupp li ma ġewx adottati mill -Qorti dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom imorru lura fil -Kamra responsabbli għall-adozzjoni finali skont l-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura.

2. Dokumenti adottati mill-Qorti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni li huma soġġetti għall-proċedura kontradittorja għandhom imorru fil-Kamra responsabbli għall -adozzjoni finali skont l-Artikolu 11 tar-Regoli ta’ Proċedura.

L-Artikolu 83

Dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jid ħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2010 . Huma għandhom ukoll jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Qorti.

Il-Lussemburgu, il-11 ta’ Marzu 2010.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel CALDEIRA President

Page 40: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

L-ANNESS I Tabella li tagħti taqsira tal-progressjoni ta’ Rapport Speċjali mill-adozzjoni tal-osservazzjonijiet preliminari

sal-publikazzjoni tiegħu

Skadenzi Proċeduri Kummenti

Il-Laqgħa tal-Kamra Adozzjoni tal-osservazzjonijiet preliminari

3 ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni Id-Dekan tal-Kamra jinnotifika l-osservazzjonijiet preliminari adottati mill-Kamra lill-Membri kollha tal-Qorti

L-Art. 59(1) IR. L-Unità ACR (Il-Kamra CEAD) titlob traduzzjoni fil-lingwi l-oħra kollha

5 ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-Dekan

Id-Deċiżjoni tal-Kamra dwar l-adozzjoni tal-osservazzjonijiet preliminari ssir definittiva sakemm mill-inqas 5 Membri tal-Qorti jkunu talbu li d-dokument għandu jkun iktar diskuss u adottat mill-Qorti2

L-Art. 59(2) IR.

3 ijiem tax-xogħol wara li l-osservazzjonijiet preliminari jsiru definittivi

L-osservazzjonijiet preliminari definittivi jintbagħtu lill-istituzzjoni relevanti mis-Segretarjat tal-Qorti, u f’dan il-punt għandu jibda l-perjodu għall-proċedura kontradittorja li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Art. 144§1 l-inċiż 2 tal-FR

L-Art. 59(3) IR. Bidu tal-proċedura kontradittorja

5-7 ġimgħat wara li l-osservazzjonijiet preliminari jkunu ntbagħtu

Laqgħa kontradittorja (li tiġi wara laqgħa(t) prekontradittorja/i)

It-traduzzjonijiet kollha tal-osservazzjonijiet preliminari jingħataw lill-istituzzjoni relevanti qabel il-laqgħa kontradittorja

2,5 xhur (10 ġimgħat) wara li l-osservazzjonijiet preliminari jkunu ntbagħtu

Il-Qorti tirċievi r-risposti finali tal-istituzzjoni relevanti fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha.

Tmiem il-proċedura kontradittorja. L-Art. 144§1 l-inċiż 2 tal-FR

2-3 ġimgħat wara l-laqgħa kontradittorja

Il-Kamra tgħarbel it-test tal-abbozz tar-rapport li jiġi wara l-proċedura kontradittorja, flimkien mal-verżjoni finali tar-risposti tal-istituzzjoni relevanti. Hija tadotta t-test finali tar-rapport, flimkien ma’ kull emenda li hija tqis li tintħtieġ.

L-Art. 63 IR.

3 ijiem tax-xogħol wara l-adozzjoni tat-test finali mill-Kamra

Id-Dekan tal-Kamra jinnotifika lill-Membri kollha tal-Qorti dwar l-adozzjoni tar-rapport.

L-Art. 66(1) IR.

5 ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-Dekan

L-adozzjoni tar-rapport mill-Kamra ssir definittiva, ir-rapport huwa vvalidat mill-appożizzjoni tal-visa tad-Dekan, u min-notifika lis-Segretarju Ġenerali, sakemm mill-anqas 5 Membri tal-Qorti jkunu talbu li d-dokument jiġi diskuss u tittieħed deċiżjoni dwaru mill-Qorti¹

L-Art. 66(3) IR.

Immedjatament wara li l-adozzjoni tar-rapport issir definittiva

Il-Membru Relatur tal-Qorti jibgħat kopja informali lill-Membru relatur u lill-President tal-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Baġit. L-Unità ACR (Il-Kamra tas-CEAD) permezz ta’ posta elettronika tibgħat kopja tal-verżjoni oriġinali lill-istituzzjoni relevanti.

Mill-inqas ġimagħtejn wara l-adozzjoni inizjali tat-test finali mill-Kamra

Meta l-verżjonijiet tat-test tar-rapport u tar-risposti tal-istituzzjoni relevanti huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha, dawn jiġu awtentikati mill-President.

L-Art. 68(1) IR u l-Art. 28RP

Nota: 1 Jekk ir-rapport ikun iktar diskuss u adottat mill-Qorti skont din il-proċedura, isir definittiv f’dan il-punt, u l-proċedura tkompli.

Page 41: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

12, rue Alcide De Gasperi Telefon (+352) 43 98 – 1 E-mail: [email protected] L - 1615 Luxembourg Fax (+352) 43 93 42 Internet: HTTP://ECA.EUROPA.EU

Anness II ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА

TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO

EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR

DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET

EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF

EUROOPA KONTROLLIKODA

ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO

EUROPEAN COURT OF AUDITORS

COUR DES COMPTES EUROPÉENNE

CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA

CORTE DEI CONTI EUROPEA

EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA

EUROPOS AUDITO RŪMAI

EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

EUROPESE REKENKAMER

EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY

TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU

CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ

EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV

EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE

EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN

EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN

SCC000596MT01.doc

Deċiżjoni Nru 12-2005(*) tal-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta' Marzu

2005 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Qorti tal-Awdituri

IL-QORTI TAL-AWDITURI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta' Proċedura tagħha1

, partikolarment l-Artikolu 30 tagħhom,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall -baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej2

, u partikolarment l-Artikoli 143(2) u 144(1) tiegħu,

Filwaqt illi: it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jħaddan il-kunċett tal-għamil bil-miftuħ, u jgħid illi t-Trattat jimmarka fażi ġdida fil -proċess li joħloq unjoni dejjem iktar mill-qrib bejn il-popli ta' Ewropa, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod miftuħ u qrib iċ-ċittadin kemm jista' jkun; fid-Dikjarazzjoni Konġunta 3 relatata mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni4

, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni talbu lill-Isituzzjonijiet l-oħrajn sabiex jadottaw regoli interni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti li jieħdu in konsiderazzjoni l -prinċipji u l-limiti ffissati f'dak ir-Regolament;

id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Deċiżjoni Nru 18-97 tal-Qorti tal-Awdituri u li jistabbilixxu regoli interni għat -trattament ta' applikazzjonijiet għall -aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Qorti5

1 ĠU L 18, 20.1.2005, p. 1

jippreċedu fid-data lir-Regolament Nru 1049/2001 u għandhom jiġu reveduti fid -dawl ta' dak ir-Regolament u tal-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Ewwel Istanza;

2 ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. 3 ĠU L 173, 27.6.2001, p. 5. 4 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. 5 ĠU C 295, 23.9.1998, p. 1.

(*) Kif emendata mid-deċiżjoni Nru 14-2009 adottata mill-Qorti fil-laqgħa tagħha tal-5 ta’ Frar 2009.

Page 42: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 2 -

l-għemil bil-miftuħ isaħħaħ il-leġittimità, l-effettività u r-responsabbiltà tal-amministrazzjoni u b'hekk isaħħaħ il -prinċipji ta' demokrazija. Għal dak il-għan għandha tiġi promossa prattika amministrattiva tajba dwar l-aċċess għal dokumenti; madankollu, ċerti interessi pubbliċi u privati għandhom jiġu protetti permezz ta' eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti. Partikolarment, l-istandards internazzjonali tal-verifika li jikkonċernaw in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni tal-verifika għandhom ikunu denjament rispettati,

IDDEĊIDIET B'DAN IL-MOD:

Artikolu 1

Skop L-iskop ta' din id-Deċiżjoni huwa illi tiddefinixxi l-kondizzjonijiet, il-limiti u l-proċeduri li taħthom il-Qorti tal-Awdituri għandha tagħti aċċess pubbliku għal dokumenti li hija żżomm.

Artikolu 2

Benefiċjarji u ambitu

1. Fil-qafas u fil-limiti tad-dispożizzjonijiet imniżżla f'din id-Deċiżjoni u tal-istandards internazzjonali li jirregolaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni tal-verifika kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni u kwalunkwe persuna oħra naturali jew legali li tirrissjedi jew li għandha l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni tagħha ġewwa Stat Membru, għandha dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-Qorti tal-Awdituri, soġġetta għall-prinċipji, il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet definiti f'din id-Deċiżjoni.

2. Il-Qorti tista', soġġetta għall -istess prinċipji, kondizzjonijiet u limitazzjonijiet, tagħti aċċess

għal dokumenti lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li ma tirrisjedix jew li m'għandiex l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni tagħha ġewwa Stat Membru.

3. Din id-Deċiżjoni tapplika għad-dokumenti kollha miżmuma mill-Qorti, jiġifieri, għad -

dokumenti magħmula jew riċevuti minnha u li huma fil-pussess tagħha. 4. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess pubbliku għad -

dokumenti miżmuma mill-Qorti li jistgħu jo ħorġu minn strumenti tad-dritt internazzjonali jew minn atti Komunitarji li jimplimentawhom.

Page 43: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 3 -

Artikolu 3

Definizzjonijiet Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni: a) 'dokument' ifisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun l-istrument tiegħu (miktub fuq karta

jew miżmum f'forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni ta' ħoss, viżwali jew awdjoviżwali);

b) 'terza parti' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew kwalunkwe entità barra l-Qorti tal-Awdituri, inklużi l-Istati Membri, istituzzjonijiet u korpi oħra tal -Komunità jew li mhumiex u pajjiżi terzi.

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet 1. Il-Qorti għandha tirriffjuta l-aċċess għal dokument meta l-għoti ta’ informazzjoni jdgħajjef

il-protezzjoni ta':

a) l-interess pubbliku inkluż: - is-sigurtà pubblika, - kwistjonijiet militari u ta' difiża, - ir-relazzjonijiet internazzjonali, - il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru;

b) il-privatezza u l-integrità tal-individwu, partikolarment skont il-leġislazzjoni tal-

Komunità rigward il-protezzjoni tad-data personali. 2. Skont ir-regoli li jirregolaw il-kunfidenzjalità li jinsabu fl-Artikoli 143(2) u 144(1) tar-

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall -baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti f'instrumenti oħrajn tal-liġi Komunitarja, il-Qorti se tirriffjuta l-aċċess għall-osservazzjonijiet tal-verifika tagħha. Hija tista' wkoll tirriffjuta l-aċċess għal dokumenti użati fil-preparazzjoni ta' dawn l-osservazzjonijiet.

3. Il-Qorti għandha tirriffjuta l-aċċess għal dokument meta l-għoti ta’ informazzjoni jdgħajjef

il-protezzjoni ta':

- interessi kummerċjali ta' persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali,

- proċeduri fil-qorti u parir legali,

- ispezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki.

4. L-aċċess għal dokument, magħmul mill-Qorti għal użu intern jew riċevut minnha, li jkollu x'jaqsam ma' materja fejn deċiżjoni ma tkunx għadha ttieħdet, għandu jiġi rrifjutat jekk il -kxif tad-dokument jikkomprometti il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni min-naħa tal-Qorti.

Page 44: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 4 -

L-aċċess għal dokument li jkun fih opinjonijiet għal użu intern bħala parti minn deliberazzjonijiet u konsultazzjonijiet preliminari ġewwa l -Qorti, għandu jiġi rrifjutat anke wara li d-deċiżjoni kkonċernata tkun ittieħdet jekk il-kxif tad-dokument jikkomprometti l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni min-naħa tal-Qorti.

5. Jekk l-applikazzjoni tkun tikkonċerna dokument miżmum mill -Qorti imma li l-Qorti

mhijiex l-awtriċi tiegħu, il-Qorti għandha tikkonferma li rċeviet l -applikazzjoni u tagħti l -isem tal-persuna, istituzzjoni jew korp lil min l-applikazzjoni għandha tiġi indirizzata.

6. Jekk partijiet biss tad-dokument mitlub ikunu koperti minn kwalunkwe mill-eċċezzjonijiet

f'dan l-Artikolu, il-partijiet l-oħrajn għandhom jiġu rilaxxati. 7. L-eċċezzjonijiet f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad -

dispożizzjonijiet dwar l-aċċess pubbliku għall-arkivji storiċi tal-Komunitajiet li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/836

.

8. Minkejja l-eċċezzjonijiet li jinsabu f'dan l-Artikolu, il-Qorti tista' tiddeċiedi li tippermetti l -aċċess għal dokument, totalment jew parzjalment, meta jkun hemm interess pubbliku li jipprevali fil-kxif tiegħu.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet L-applikazzjonjiet għall -aċċess għal dokument għandhom isiru bil-miktub7, jew f'kopja stampata jew elettronika f'waħda mill -lingwi li hemm referenza għalihom f'Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE8

u għandhom ikunu magħmulin b'mod preċiż biżżejjed sabiex il-Qorti tkun tista' tidentifika d-dokument. L-applikant mhuwiex obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni.

Artikolu 6

Ipproċessar ta' applikazzjonijiet inizjali

1. Applikazzjonijiet għall -aċċess għal dokumenti għandu jieħu ħsiebhom id-Direttur għas-

Sostenn tal-verifika u l-komunikazzjoni. Huwa għandu j ibgħat riċevuta lill-applikant, jeżamina l-applikazzjoni u jiddeċiedi x'azzjoni għandha tittieħed.

2. Skont il-kontenut tal-applikazzjoni, id-Direttur għas-Sostenn tal-Verifika u l-

Komunikazzjoni għandu jinforma u, fejn neċessarju, jikkonsulta mal-membru kkonċernat, mas-segretarju ġenerali, mas-servizz legali jew mal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma jiddeċiedi jekk id-dokument mitlub għandux jiġi rrilaxxat.

6 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83 kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 ( ĠU L 243, 27.9.2003, p. 1).

7 Indirizzati lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, id-Direttur għas-Sostenn tal-verifika u l-komunikazzjoni, 12 rue Alcide De Gasperi, L - 1615 Lussemburgu. Fax: (+352) 439342, e-mail: [email protected].

8 Fil-preżent: Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvijan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż.

Page 45: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 5 -

3. Applikazzjoni għall -aċċess għal dokument għandha tiġi trattata minnufih. Fi żmien 15-il

ġurnata ta' xogħol mir -reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, il-Qorti għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tipprovdi aċċess skont l-Artikolu 9 jew, b'risposta bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali u tinforma lill-applikant bid-dritt tiegħu jew tagħha li jitlob lill-Qorti sabiex tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha skont l-Artikolu 7.

4. F'każ ta' applikazzjoni li jkollha x'taqsam ma' dokument li huwa twil ħafna jew ma' numru

kbir ħafna ta' dokumenti, il-Qorti tista' tikkonsulta mal-applikant informalment, bl-iskop li tinstab soluzzjoni xierqa. F'każijiet bħal dawn, il-limitu ta' żmien provdut f'paragrafu 3 jista' jiġi estiż bi 15-il ġurnata ta' xogħol, provdut illi l -applikant jiġi notifikat bil -quddiem u li jiġu mogħtija r-raġunijiet.

Artikolu 7

Rikonsiderazzjoni 1. F'każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista', fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol minn

meta jirċievi r-risposta tal-Qorti, jitlob lill-Qorti sabiex tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha. 2. In-nuqqas min-naħa tal-Qorti li tagħti risposta fil-limitu taż-żmien preskritt jagħti wkoll id-

dritt lill-applikant sabiex jitlob ir-rikonsiderazzjoni.

Artikolu 8

Ipproċessar ta' talbiet għar-rikonsiderazzjoni 1. Talbiet għal rikonsiderazzjoni għandhom jiġu mressqa lill -President tal-Qorti. Skont il-

kontenut ikkonċernat, il-President tal-Qorti għandu jikkonsulta mal-membru kkonċernat jew mas-segretarju ġenerali u, fejn hemm bżonn, jista' jikkonsulta jew mas-servizz legali jew mal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data qabel ma jiddeċiedi jekk id-dokument mitlub għandux jiġi rrilaxxat.

2. Talba għar-rikonsiderazzjoni għandha tiġi trattata minnufih. Sa 15-il ġurnata ta' xogħol mir-

reġistrazzjoni ta' talba ta' dan it-tip, il-Qorti għandha jew tagħti aċċess għad -dokument mitlub u tipprovdi aċċess skont l-Artikolu 9 jew, b'risposta bil-miktub, tagħti r -raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. F'każ ta' rifjut totali jew parzjali, il-Qorti għandha tinforma lill-applikant bir-rimedji li huma disponibbli għalih jew għaliha, u li huma li jistitwixxi proċeduri fil-qorti kontra l-Qorti u/jew iressaq ilment quddiem l-Ombudsman, taħt il -kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 230 u 195 tat-Trattat tal-KE, rispettivament.

3. F'każijiet eċċezzjonali, pereżempju fil -każ ta' applikazzjoni li jkollha x'taqsam ma'

dokument twil ħafna jew ma' numru kbir ħafna ta' dokumenti, il -limitu ta' żmien provdut f'paragrafu 2 jista' jiġi estiż b'15-il jum ta' xogħol, provdut illi l-applikant jiġi notifikat bil-quddiem u li jiġu mogħtija r-raġunijiet.

Page 46: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 6 -

4. In-nuqqas min-naħa tal-Qorti li tagħti risposta fil -limitu taż-żmien preskritt għandu jiġi kkunsidrat bħala risposta negattiva u jagħti d -dritt lill-applikant sabiex jirrikorri għar -rimedji li hemm referenza għalihom f'paragrafu 2.

Artikolu 9

Aċċess wara applikazzjoni 1. L-applikant jista' jikkonsulta dokumenti li għalihom il -Qorti tkun tat l-aċċess, jew fil-bini

tal-Qorti fil-Lussemburgu jew billi jirċie vi kopja, inkluż, fejn din tkun disponibbli, kopja elettronika. Fl-ewwel każ, id-data u l-ħin tal-konsultazzjoni għandhom jiġu miftiehma bejn l-applikant u d-Direttur għas-Sostenn tal-Verifika u l-Komunikazzjoni.

2. L-ispejjeż biex isiru u jintbagħtu kopji jistgħu jiġu mitluba li jitħallsu mill-applikant. Dan il-

ħlas m'għandux jeċċedi l-ispiża reali tal-produzzjoni u tal-posta tal-kopji. Konsultazzjoni fuq il-post, kopji ta' inqas minn 20 paġna A4 u aċċess dirett f'forma elettronika għandhom ikunu bla ħlas.

3. Jekk dokument ikun pubblikament aċċessibbli, il-Qorti tista' tissodisfa l-obligazzjoni tagħha

li tagħti l -aċċess għad-dokument mitlub billi tinforma lill-applikant dwar kif dan jista' jiksbu.

4. Id-dokumenti għandhom jiġu mogħtija f'verżjoni u f'format eżistenti (inkluż elettronikament

jew f'format alternattiv) b'rigward għall -preferenza tal-applikant. Il-Qorti mhijiex obbligata li toħloq dokument ġdid jew li tiġbor informazzjoni fuq talba tal-applikant.

Artikolu 10

Riproduzzjoni ta' dokumenti 1. Dokumenti rilaxxati skont din id-Deċiżjoni ma jistgħux jiġu riprodotti jew użati għal fini

kummerċjali mingħajr l-awtorizazzjoni minn qabel u bil-miktub tal-Qorti. 2. Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax kwalunkwe regoli li diġà jeżistu dwar il-copyright li

jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tirripproduċi jew tisfrutta dokumenti rilaxxati.

Page 47: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 7 -

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet finali

1. Deċiżjoni Nru 18-97 tal-Qorti tal-Awdituri tal-20 ta' Frar 1997 hija mħassra. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 3. Hija għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar li jsegwi l-adozzjoni tagħha. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-10 ta' Marzu 2005.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Hubert WEBER President

Page 48: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR010367MT05-11PP-DEC006-12FIN-TRDOC

Il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti

IL-QORTI EWROPEA TAL-A\VDITURI,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 285 u 286 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Awdituri u r-Regoli għall­

Implimentazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura adottati fil-ll ta' Marzu 2010,

Billi, il-Membri tal-Qorti huma meħtieġa fl-interess ġenerali tal-Unjoni, li jkunu kompletament indipendenti fl-eżekuzzjoni ta' dmirijiethom, li ma jeħdux u lanqas jirċievu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew kwalunkwe korp ieħor, u għandhom joqogħdu lura milli jwettqu xi azzjoni li m'hix kompatibbli ma' dmirijiethom;

Billi, meta jassumu l-kariga tagħhom il-Membri tal-Qorti jimpenjaw irwieħhom solennement li, kemm waqt kif ukoll wara li l-kariga tagħhom tkun intemmet, huma ħa jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jinħolqu minnħabba din il-kariga;

Billi s-setgħat ta' diskrezzjoni u tal-għemil tad-deċiżjonijiet li l-Membri tal-Qorti jgawdu minħabba n-natura stess ta' dmirijiethom, għandhom ikunu akkumpanjati minn garanziji li dawn ħa jiġu eżercitati b'mod xieraq;

Billi waqt il-laqgħa tagħha tal-20 ta' Ottubru 2011, il-Qorti adottat il-Linji Gwida ta' Etika li japplikaw għall-Membri u l-persunal tal-Qorti, ibbażati fuq il-prinċipji stipulati fil-Kodiċi tal-Etika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi ta' Verifika (ISSAI 30);

Billi, fir-rigward tal-Membri tal-Qorti, huwa xieraq li l-Linji Gwida ta' Etika jiġu

kkumplementati minn dispożizzjonijiet li jispeċifikaw l-obbligi partikolari li joriġinaw mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi xi obbligi li għandhom il-Membri tal-Qorti għandhom ukoll japplikaw għall­Membri preċedenti sabiex ikunu kompletament effettivi,

Iddeċidiet li taddotta il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti li ġejja:

L-Artikolu 1 L-Indipendenza

1. Il-Membri tal-Qorti għandhom iġibu rwieħhom skont it-Trattati u l-liġijiet li joriġinaw minnhom. Ir-relazzjonijiet tagħhom ma' organizzazzjonijiet jew gruppi ta' interess għandhom ikunu kompatibbli mal-bżonn illi l-indipendenza tagħhom tkun protetta.

DAZYA
Text Box
Anness III
Page 49: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR010367MT05-11PP-DEC006-12FIN-TR.DOC

2. Ir-rispett tal-prinċipju ta' indipendenza mhuwiex kompatibbli mal-applikazzjoni għal, -irċevuta jew l-aċċettazzjoni minn kwalunkwe sors 'i1 barra mill-Qorti ta' kwalunkwe benefiċċju, rigal jew ħlas li jistgħu jkunu relatati b'xi mod mad-dmirijiet ta' Membru tal-Qorti.

L-Artikolu 2 L-Imparzj ali ta

1. Il-Membri għandhom jevitaw kull sitwazzjoni li tista' twassal għal konflitt ta' interess. Huma m'għandhomx ikollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet li fihom għandhom xi interess personali, b'mod partikolari interess familjari jew finanzjarju, li jista' jiddebolixxi l-imparzjalita tagħhom. Jekk il-Membri jiffaċċjaw sitwazzjoni li tista' twassal għal konflitt ta' interess, huma għandhom jinfurmaw lill-President tal­Qorti. Il-kwistjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Qorti, li għandha tieħu kwalunkwe passi li hija tikkunsidra xierqa.

2. Il-Membri tal-Qorti għandhom jiddikjaraw kwalunkwe interessi u attiv finanzjarji li jistgħu joħolqu konflitt ta' interess fit-twettiq ta' dmirijiethom, kemm jekk fil-forma ta' ishma individwali f'kapital ta' kumpanija, b'mod partikolari ishma, jew inkella forom oħra ta' ishma bħal ma huma bonds konvertibbli jew ċertifikati ta' investiment. Unitajiet f'unitajiet fiduċjarji, li ma jikkostitwixxux interess dirett f'kapital ta' kumpanija m'hemmx għalfejn jiġu ddikjarati. Kull proprjeta posseduta jew direttament jew permezz ta' kumpanija ta' proprjeta immobbli għandha tiġi

ddikjarata, bi-eċċezzjoni ta' djar riżervati għall-użu esklussiv tas-sid jew il-familja tiegħu.

3. Sabiex jewitaw kwalunkwe riskju potenzjali ta' konflitt ta' interessi, il-Membri għandhom ukoll jiddikjaraw kull attivita professjonali tal-konjuġi/imsieħba

tagħhom.

4. Meta jassumu l-kariga tagħhom il-Membri għandhom jippreżentaw lill-President tal-Qorti d-dikjarazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafi t'hawn fuq wara li tiġi kkunsidrata l-formola li hemm fl-Anness. B'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju ta' protezzjoni ta' data personali, id-dikjarazzjoni trid tiġi

ppubblikata fuq il-website tal-Qorti. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi reveduta fil-każ ta' tibdil sinjifikanti, u dikjarazzjoni ġdida għandha tiġi ppreżentata. Din trid timtela wkoll meta Membru jispiċċa l-kariga tiegħu.

5. Il-Membri huma responsabbli għad-dikjarazzjonijiet tagħhom stess. Il-President tal-Qorti għandu jeżamina d-dikjarazzjoni u jikkunsidraha meta jipproponi l­allokazzjoni tal-Membru lil waħda mill-Awli tal-Qorti, sabiex kull konflitt ta' interess possibbli jiġi evitat. Id-dikjarazzjoni ta' interessi magħmula mill-President għandha tiġi eżaminata mill-Membru li jmiss fl-ordni ta' preċedenza għall-President skont l-Artikolu 5 tar-Regoli ta' Proċedura.

Page 50: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR010367MT05-11 PP-DECOO6-12FIN-TR.DOC

6. Il-Membri għandhom jinfurmaw lill-President bi kwalunkwe dekorazzjoni għal1-mertu, premju jew unur mogħtija lilhom.

L-Artikolu 3 L-Integrita

1. Il-Membri m'għandhomx jaċċettaw rigali ta' valur li huwa akbar minn EUR 150. Jekk, bis-saħħa tad-drawwa tad-diplomazija, huma jirċievu rigali ta' valur li huwa akbar minn dak l-ammont, huma għandhom jagħtuhom lis-Segretarju Ġenerali. F'każ ta' dubju, huma għandhom jiddikjaraw kwalunkwe rigal li jirċievu waqt il­qadi ta' dmirijiethom lis-Segretarju Ġenerali u jsaqsu għall-istima tal-valur tiegħu. Is-Segretarjat tal-Qorti għandu jżomm reġistru ta' rigali b'valur ta' aktar minn EUR 150, li għandu jkun pubblikament disponibbli jekk mitlub.

2. Il-Membri ma jistgħux jaċċettaw ħlas għal kwalunkwe forma ta' attivitajiet esterni jew pubblikazzjonijiet magħmula matul il-kariga tagħhom. Jekk il-ħlas isir, dan għandu jingħata lil karita li tingħażel minnhom. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiġi infurmat b'kollox.

L-Artikolu 4 L-Impenn

1. Il-Membri tal-Qorti għandhom jiddedikaw irwieħhom għall-eżekuzzjoni tal­mandat tagħhom. Huma ma jistgħu jwettqu ebda kariga politika.

2. Il-Membri m'għandhomx jaħdmu f'xi attivita professjonali esterna jew kwalunkwe attivita esterna oħra li m'hix kompatibbli mat-twettiq ta' dmirijiethom.

3. Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti, il-Membri jista' jkollhom karigi onorarji u bla ħlas f'fondazzjonijiet jew organizzazzjonijiet simili fi sfera politika, kulturali, artistika jew karitatevoli jew fi stabbilimenti tal-edukazzjoni. "Kariga onorarja" tfisser kariga fejn id-detentur ma jeżerċitax xi setgħa eżekuttiva fil-maniġment tal­organizzazzjoni inkwistjoni. "Fondazzjoni jew organizzazzjoni simili" tfisser organizzazzjoni jew assoċjazzjoni mingħajr skop ta' lukru li twettaq attivitajiet ta' interess pubbliku fl-oqsma msemmija qabel. Il-Membri għandhom jevitaw kwalunkwe konflitt ta' interess li jista' jinħoloq minħabba dawn il-karigi, b'mod partikolari meta l-korp inkwistjoni jirċievi xi tip ta' finanzjament mil1-Baġit tal-UE.

4. Korsijiet bla ħlas mogħtija minn żmien għal ieħor fl-interessi tal-integrazzjoni Ewropea u konferenzi, lectures u attivitajiet simili oħra dwar oqsma ta' interess Ewropew huma l-uniċi attivitajiet esterni oħra li huma permessi.

5. Il-Kumitat responsabbli għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet esterni tal-Membri tal­Qorti jeżamina l:..attivitajiet esterni tal-Membri f'dan il-kuntest, skont il-kriterji u l-

Page 51: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR010367MT05-11 PP-DECOO6-12FIN-TR.DOC

proċeduri stipulati fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti.

6. Il-Membri għandhom jinkludu l-attivitajiet esterni tagħhom, bI-eċċezzjoni ta' attivitajiet imsemmija fll-paragrafu 4, fid-dikjarazzjoni ta' interessi msemmija fl­Artikolu 2.

L-Artikolu 5 Il-Kolleġġjalita

1. Fiċ-ċirkostanzi kollha, il-Membri għandhom jirrispettaw in-natura ta' kolleġġjalita tal-organizzazzjoni tal-Qorti u jkunu fidili għad-deċiżjonijiet adottati mill-Qorti. Madankollu, il-Membri jistgħu jirrikorru għall-istrumenti ġuridiċi li hemm dispożizzjonijiet dwarhom fil-liġi tal-Unjoni Ewropea jekk huma jaħsbu li dawk id­deċiżjonijiet ikkaġunawlhom ħsara.

2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilta tal-President għar-relazzjonijiet esterni, il-Membri għandhom ikollhom awtorita '1 barra mill-Qorti biex jikkomunikaw u jikkummentaw fuq kwalunkwe rapporti, opinjonijiet jew informazzjoni li l-Qorti ddeċidiet li tippubblika.

3. Il-Membri għandhom joqogħdu lura milli jagħmlu kwalunkwe kumment 'iI barra mill-Qorti li jista' jikkawża dannu għar-reputazzjoni tal-Qorti jew li jista' jigi interpretat bħala dikjarazzjoni tal-pożizzjoni tal-Qorti dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux fi ħdan il-mandat istituzzjonali tagħha jew li dwarhom il-Qorti ma tkunx iddeċidiet. Fil-pubbliku l-Membri għandhom joqogħdu lura milli jagħmlu

kwalunkwe kumment li jista' jinvolvi l-Qorti fxi kontroversja, anke wara li l­kariga tagħhom tkun intemmet.

L-Artikolu 6 Il-Kunfidenzjalita

1. Il-Membri għandhom jimpenjaw irwieħhom li jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta' xogħol il-Qorti. Huma ma jistgħux jikkomunikaw informazzjoni kunfidenzjali lil persuni li mhumiex awtorizzati. Skont l-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il­Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan id-dmir ikompli japplika anke wara li l­Membri tintemmi1hom il-kariga.

2. Il-Membri ma jistgħux jużaw għal skopijiet privati, kemm jekk għalihom jew fisem ħaddieħor, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li għandhom aċċess għaliha.

Page 52: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR010367MT05-11 PP-DECOO6-12FIN-TR.DOC

L-Artikolu 7 Ir-Responsabbilta

1. Il-Membri tal-Qorti għandhom ikunu konxji mill-importanza tad-dmirijiet u r­responsabbiltajiet tagħhom, għandhom jikkunsidraw ix-xejra pubblika ta' dmirijiethom u għandhom iġibu rwieħhom b'mod li jżomm u jippromwovi l­fiduċja tal-pubbliku fil-Qorti.

2. Għalhekk, huma għandhom jużaw ir-riżorsi li huma għad-dispożizzjoni tagħhom b'konformita sħiħa mar-regoli ġenerali u speċifiċi stabbiliti għal dak l-iskop, u b'mod partikolari għad-deċiżjonijiet tal-Qorti li jikkonċernaw il-proċedura għar­reklutaġġ ta' persunal għal uffiċċji privati tal-Membri, ir-rappreżentazzjoni u l­ispejjeż ta' riċevimenti u l-użu tal-karozzi uffiċjali tal-Qorti.

3. Il-Membri tal-Qorti għandhom jagħżlu l-membri tal-uffiċċji privati tagħhom b'kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli msemmija hawn fuq u abbażi ta' kriterji oġġettivi, wara li jikkunsidraw in-natura eżiġenti tal-funzjoni, il-profili professjonali meħtieġa u l-bżonn tal-Membri li jistabbilixxu relazzjoni bbażata fuq fiduċja

reċiproka bejniethom u l-membri tal-uffiċċji privati tagħhom. Konjuġi, imsieħba u membri tal-familja ma jistgħux jiffurmaw parti mill-uffiċċji privati tal-Membri tal­Qorti.

4. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat dwar il­Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet, u għat-testi relevanti għall-applikazzjoni tagħhom, il-Membri tal­Qorti għandhom jikkoperaw b'mod sħiħ mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi fil-kuntest ta' inkjesti mibdija minn dan tal-aħħar fir-rigward tal-ġlieda kontra l­frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attivita illegali oħra li tista' tkun ta' preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 8

L-obbligi tal-Membri wara li l-kariga tagħhom tintemm

1. Kull darba li Membri preċedenti tal-Qorti jkollhom l-intenzjoni li jassumu impjieg matul it-tliet snin wara li l-kariga tagħhom tkun intemmet, huma għandhom jinfurmaw lill­President tal-Qorti mingħajr dewmien u jekk possibbli minn tal-inqas erba' ġimgħat qabel.

2. Jekk il-President jikkunsidra li l-impjieg intenzjonat jista' joħloq konflitt ta' interess, huwa għandu jsaqsi parir lill-Qorti. Jekk il-Membru preċedenti għandu l-intenzjoni li jassumi kariga pubblika, bi prinċipju m'għandux ikun mistenni li jinħoloq konflitt ta' interess.

Page 53: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR01 0367MT05-11 PP-DEC006-12FIN-TR.DOC

3. Jekk il-Qorti tikkunsidra li l-impjieg intezjonat joħloq konflitt ta' interess, il-President għandu immedjatament jinforma lill-Membru preċedenti u dan għandu joqgħod lura milli jassumi dak l-impjieg.

4. Jekk Membru preċedenti jassumi impjieg minkejja l-opinjoni negattiva tal-Qorti, l­Artikolu 6(6) u (7) tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti għandhom japplikaw mutati.r mtttandi.r.

L-Artikolu 9 L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Kodiċi

Il-President u l-Membri tal-Qorti għandhom jiżguraw illi din il-Kodiċi ta' Kondotta tiġi osservata u li tkun applikata b'rieda tajba u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju ta' proporzjonalita. Il-President u l-Membri tal-Qorti jistgħu jieħdu parir mingħand il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 4(5) dwar kwalunkwe kwistjoni ta' etika ġenerali li għandha x'taqsam mal-interpretazzjoni ta' din il-Kodiċi ta' Kondotta.

L-Artikolu 10 Id-dħul fis-seħħ

Din il-Kodiċi ta' Kondotta tannulla u tissostitwixxi 1-Kodiċi ta' Kondotta tas-16 ta' Diċembru 2004; hija għandha tidħol fis-seħħ b'effett immedjat.

Il-Lussemburgu, 08/02/2012.

Għall-Qorti tal-Awdituri,

Vitor CALDElRA Il-President

Page 54: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

CPR010367MT05-11PP-DEC006-12FIN-TR.DOC

L-Anness

ID-DIKJARAZZJONI TAL-INTERESSI TAL-1,fEIv1BRI

(skont l-Artikoli 2 u 4 tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Qorti)

IL-FORMOLA TA' DIKJARAZZJONI

KUNJOM .................................................................................................................... .

Isem .................................................................................................................... .

I. L-Interessi finanzjarji

Il-pussess ta' ishma

Oħrajn

lI. L-Attiv

11.1. Il-Proprjeta Immobbli

II.2. Proprjeta oħra

IIL L-Attivitajiet professjonali tal-konjuġi Il-imsieħba

IV. L-Attivitajiet esterni

IV.l. L-assunzjoni ta' impjiegi f'fondazzjonijiet, korpi simili jew istituzzjonijiet tal-edukazzjoni:

(fekkjogħġbok indika n-natura tal-impjie/!; isem il-korp u l-oijettiv/ attivita tiegħu)

IV.2. Informazzjoni addizzjonali relevanti (eż. funzjonijiet oħra ta' natura onorarja u/jew attribwiti tul

il-ħajja)

Jien hawnhekk niddikjara li l-informazzjoni li tajt hawn fuq hija vera.

Data u fIrma

Page 55: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

12, RUE ALCIDE DE GASPERI TÉLÉPHONE (+352) 43 98 – 1 POSTA ELETTRONIKA: [email protected]

L- 1615 LUXEMBOURG TÉLÉFAX (+352) 43 93 42 INTERNET: www.eca.europa.eu

ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА

TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO

EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR

DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET

EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF

EUROOPA KONTROLLIKODA

ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO

IL-QORTI TAL-AWDITURI

COUR DES COMPTES EUROPÉENNE

CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA

CORTE DEI CONTI EUROPEA

EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA

EUROPOS AUDITO RŪMAI

EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI.

EUROPESE REKENKAMER

EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY

TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU

CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ

EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV

EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE

EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN

EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN

SGL007248MT05-11PP-D-66-TR.doc

Id-Deċiżjoni Nru 66-2011 li tistabbilixxi l-Linji Gwida dwar l-Etika għall-Qorti Ewropea

tal-Awdituri

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

BILLI sabiex tikseb il-missjoni tagħha, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

għandha tkun ipperċepita bħala istituzzjoni oġġettiva, indipendenti u professjonali li fiha l-partijiet interessati tagħha jista’ jkollhom fiduċja sħiħa;

BILLI l-Politika u l-Istandards tal-Verifika tal-Qorti jistipulaw li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha twettaq il-verifika tagħha skont il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI (ISSAI 30);

BILLI sett ta’ linji gwida dwar l-etika huma neċessarji sabiex jgħinu lill-Qorti tassigura li d-deċiżjonijiet ta’ kuljum jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti minn ISSAI 30;

BILLI

WARA LI KKUNSIDRAT it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

l-indipendenza, l-integrità, l-imparzjalità, il-professjonaliżmu, iż-żjieda fil-valur, l-eċċellenza, l-effiċjenza u l-kondotta amministrattiva tajba huma prinċipji fundamentali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Membri u l-persunal tagħha;

WARA LI KKUNSIDRAT ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej;

WARA LI KKUNSIDRAT il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI (ISSAI 30);

WARA LI KKUNSIDRAT l-aħjar prattiki ta’ Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika oħra;

IDDEĊIDIET

L-Artikolu

Dawn il-Linji Gwida dwar l-Etika mehmuża għandhom ikunu applikabbli għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

1

DAZYA
Text Box
Anness IV
Page 56: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

- 2 -

L-Artikolu

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti se jippubblika fuq l-intranet u jżomm aġġornata lista ta’ eżempji ta’ dilemmi ta’ etika li aħna nistgħu niltaqgħu magħhom fil-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum. Din il-lista hija illustrattiva biss u mhux eżawrjenti u hija intenzjonata biex tgħinna nifhmu u napplikaw dawn il-linji gwida. Il-Membri u l-persunal tal-Qorti huma inkoraġġuti biex jikkontribwixxu għal din il-lista ta’ eżempji.

2

L-Artikolu

Din id-Deċiżjoni tikkanċella u tissostitwixxi l-Kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba għall-persunal tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (l-Anness IV għad-Deċiżjoni Nru 26-2010 li tistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri).

3

Għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta tiġi ffirmata.

Magħmula fil-Lussemburgu, 26 ta’ Ottubru 2011

Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Vítor Caldeira

Il-President

Page 57: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

12, rue Alcide De Gasperi Téléphone (+352) 43 98 – 1 Posta elettronika: [email protected] L- 1615 Luxembourg Téléfax (+352) 43 93 42 Internet: WWW.ECA.EUROPA.EU

ЕВРОПЕЙСКА СМЕТНА ПАЛАТА

TRIBUNAL DE CUENTAS EUROPEO

EVROPSKÝ ÚČETNÍ DVŮR

DEN EUROPÆISKE REVISIONSRET

EUROPÄISCHER RECHNUNGSHOF

EUROOPA KONTROLLIKODA

ΕΥΡΩΠΑΪΚΟ ΕΛΕΓΚΤΙΚΟ ΣΥΝΕΔΡΙO

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

COUR DES COMPTES EUROPÉENNE

CÚIRT INIÚCHÓIRÍ NA HEORPA

CORTE DEI CONTI EUROPEA

EIROPAS REVĪZIJAS PALĀTA

EUROPOS AUDITO RŪMAI

EURÓPAI SZÁMVEVŐSZÉK

Il-Qorti tal-Awdituri.

EUROPESE REKENKAMER

EUROPEJSKI TRYBUNAŁ OBRACHUNKOWY

TRIBUNAL DE CONTAS EUROPEU

CURTEA DE CONTURI EUROPEANĂ

EURÓPSKY DVOR AUDÍTOROV

EVROPSKO RAČUNSKO SODIŠČE

EUROOPAN TILINTARKASTUSTUOMIOISTUIN

EUROPEISKA REVISIONSRÄTTEN

Linji gwida dwar l-Etika għall-

Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Adottati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fl-20 ta’ Ottubru 2011.

Page 58: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

__________________________________________________________________________________________2

Daħla Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri adottat l-istqarrija tal-missjoni li ġejja:

Il-Missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-Istituzzjoni tal-UE mwaqqfa bit-Trattat sabiex twettaq il-verifika tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE, hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Il-Qorti tipprovdi servizzi ta’ verifika li permezz tagħhom hija tevalwa l-ġbir u l-infiq tal-fondi tal-UE. Hija teżamina jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati u żvelati tajjeb, eżegwiti u ġestiti legalment u regolarment sabiex jassiguraw ekonomija, effiċjenza u effettività; Il-Qorti tikkomunika r-riżultati tal-verifiki tagħha f'rapporti ċari, relevanti u oġġettivi. Hija tipprovdi wkoll l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet ta' ġestjoni finanzjarja.

Il-Qorti tippromwovi r-responsabilità u t-trasparenza u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, partikolarment matul il-proċedura ta' kwittanza. Il-Qorti impenjat ruħha sabiex tkun organizzazzjoni effiċjenti quddiem nett fl-iżviluppi fil-verifika u fl-amministrazzjoni pubblika.

Sabiex tikseb il-missjoni tagħha, il-Qorti għandha tkun u trid tkun ipperċepita wkoll bħala istituzzjoni oġġettiva, indipendenti u professjonali li fiha l-partijiet interessati tagħha jista’ jkollhom fiduċja sħiħa. Għaldaqstant, il-Qorti adottat ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI (ISSAI 30) u issa qed toħroġ sett ta’ Linji gwida dwar l-Etika.

Il-Linji Gwida dwar l-Etika huma intenzjonati biex ikomplu jgħinu biex jassiguraw li d-deċiżjonijiet tagħna ta’ kuljum, kemm fl-ivverifikar u kif ukoll fl-immaniġġjar tal-istituzzjoni, jissodisfaw il-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi tal-INTOSAI. Huma bbażati fuq il-valuri tagħna: l-indipendenza, l-integrità, l-imparzjalità, il-professjonaliżmu, iż-żieda fil-valur, l-eċċellenza u l-effiċjenza. Dawn japplikaw għall-persunal kollu tal-Qorti: il-Membri 1 , il-maniġers, l-awdituri u l-persunal f’funzjonijiet amministrattivi. Fl-aħħar nett, huma jħaddnu d-dispożizzjonijiet relevanti li jinstabu fit-Trattat2 u fir-Regolamenti tal-Persunal3 kif ukoll il-prinċipji tal-kondotta amministrattiva tajba.

Nuqqas ta’ konformità mal-prinċipji tal-etika jista’ jikkostitwixxi abbandun tad-dmirijiet u jirriżulta fi ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinarji.

Dan id-dokument jistabbilixxi prinċipji ta’ gwida. Madankollu, hija r-responsabilità individwali tagħna stess biex nagħżlu l-aktar soluzzjoni tajba għal kull sfida speċifika tal-etika: minħabba li mhux dejjem teżisti risposta fissa għal kull kwistjoni, qed ninkoraġġukom biex tapplikaw is-sens komun u biex tikkomunikaw apertament mas-superjuri u mal-kollegi tagħkom. Il-membri u l-maniġers għandhom responsabilità speċjali fi kwistjonijiet ta’ etika minħabba li permezz tal-eżempju tagħhom, huma għandhom influwenza kbira fuq il-kultura tal-organizzazzjoni, u għalhekk huma għandhom joqgħodu partikolarment attenti.

Il-Lussemburgu, Ottubru 2011

Vítor Caldeira

Il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1 Fil-każ tal-Membri, rekwiżiti addizzjonali tal-etika jinstabu fit-Trattat, fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti u

fil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri. 2 L-Artikoli 285 u 286 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 3 L-Artikoli 11, 11a u 12 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Page 59: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

__________________________________________________________________________________________3

1. Fiduċja, kunfidenza u kredibilità4

Kun konxju minn u aġixxi skont ir-rekwiżiti tal-etika tal-Qorti. Fejn hemm bżonn itlob parir dwar kwistjonijiet ta’ etika.

1.1. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu applikabbli fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Fil-każ tal-Membri, rekwiżiti tal-etika huma stabbiliti wkoll permezz tat-Trattat, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri. Fil-każ tal-persunal, rekwiżiti tal-etika huma stabbiliti wkoll permezz tar-Regolamenti tal-Persunal.

1.2. Aħna għandna nikkontribwixxu biex innisslu fiduċja, kunfidenza u kredibilità fil-partijiet interessati tal-Qorti, fl-entitajiet ivverifikati u fiċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant għandna nġibu ruħna b’manjiera etika u nevitaw kull ċirkostanza li tista’ twaqqa’ r-reputazzjoni tal-Qorti. Dan ikompli japplika anke wara li ma nkunux għadna naħdmu l-Qorti.

1.3. Għandna niffamiljarizzaw rwieħna mar-rekwiżiti tal-etika tal-Qorti. Madankollu, fi kwistjonijiet ta’ etika m’hemmx risposta fissa għal kull kwistjoni u meta wieħed isib ruħu f’xi sitwazzjoni jista’ jkun aktar diffiċli li jittieħdu deċiżjonijiet tajba. F’każ ta’ dubju, huwa tajjeb li wieħed ikun apert u jikkunsidra kwistjonijiet ta’ etika minn aktar minn perspettiva waħda: għandna nitkellmu mas-superjuri tagħna jew ma’ kollegi oħra.

2. Integrità5

Uri integrità u attenzjoni fil-qadi ta’ dmirijietek.

2.1. Għandna napplikaw il-Politika u l-Istandards tal-Verifika tal-Qorti, il-manwali tal-verifika u kull proċedura oħra tal-verifika adottata mill-Qorti u ninfurmaw lis-superjuri tagħna b’kull devjazzjoni potenzjali minn dawn il-prinċipji.

2.2. Għandna nġestu r-riżorsi tal-Qorti b’manjiera finanzjarja legali, regolari u soda. Il-Qorti għandha taġixxi bħala l-mudell eżemplari fil-ġestjoni finanzjarja: ir-riżorsi tagħha għandhom ikunu ġestiti b’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju u ma kull regola applikabbli oħra; l-objettivi tagħha għandhom jintlaħqu b’manjiera ekonomika, effiċjenti u effettiva.

3. Indipendenza, oġġettività u imparzjalità6

Ġib ruħek b’manjiera li tippromwovi l-kunfidenza fl-indipendenza, l-oġġettività u l-imparzjalità tal-Qorti.

3.1. Huwa vitali li ma jkun hemm ebda dubju dwar l-indipendenza, l-oġġettività u l-imparzjalità tagħna. Fix-xogħol tagħna, għandna noqgħodu lura milli ninvolvu rwieħna fi

4 Il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI, il-paragrafi 7-11. 5 Il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI, il-paragrafi 12-13. 6 Il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI, il-paragrafi 14-26.

Page 60: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

__________________________________________________________________________________________4

kwistjonijiet professjonali li fihom għandna interess personali. F’każ ta’ dubju, informa lis-superjur tiegħek, li għandu jieħu l-passi neċessarji biex isolvi s-sitwazzjoni.

3.2. Għandna nwettqu d-doveri tagħna mingħajr ebda influwenza politika, nazzjonali jew esterna oħra.

3.3. Għandna nevitaw kull kunflitt ta’ interess, kemm jekk attwali jew apparenti. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, b’konnessjoni ma’ sħubija f’organizzazzjonijiet politiċi, pożizzjonijiet politiċi, sħubija f’bordijiet u interess finanzjarju fl-entitajiet ivverifikati. Għandna noqgħodu partikolarment attenti fuq kwistjonijiet bħal dawn u kif dawn jistgħu jiġu pperċepiti minn partijiet terzi.

3.4. M’għandna jkollna ebda konnessjoni li tista’ tiddebolixxi l-indipendenza tagħna mal-entità vverifikata. Kwistjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza jinkludu familja u/jew relazzjonijiet personali ma’ persunal fl-entità vverifikata li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati tax-xogħol tagħna. Qabel ma jitwettaq il-kompitu tal-verifika, għandna nivvalutaw l-impatt potenzjali ta’ relazzjonijiet bħal dawn u ninfurmaw is-superjur tagħna; għaldaqstant, il-Qorti stabbiliet il-proċedura annwali ta’ konferma7.

3.5. M’għandniex nivverifikaw l-istess qasam matul perjodu ta’ żmien twil ħafna; għaldaqstant, il-Qorti stabbiliet skema ta’ mobilità8.

3.6. Jekk aħna ġejna rreklutati minn entità vverifikata m’għandniex ningħataw kompiti li jistgħu jixħtu dubju fuq l-imparzjalità tagħna vis-à-vis min konna naħdmu qabel. Jekk aħna qed infittxu jew ġejna offruti pożizzjoni f’entità vverifikata għandna nevitaw kull ċirkostanza li tista’ tiddebolixxi l-indipendenza tagħna. F’dan il-każ, għandna ninfurmaw is-superjur tagħna immedjatament, li għandu jivvaluta s-sitwazzjoni u jieħu l-passi li huwa jikkunsidra meħtieġa. Il-maniġers għandhom reponsabilità partikolari biex isegwu każijiet bħal dawn.

3.7. Għandna nwettqu attivitajiet esterni biss fi ħdan il-qafas stabbilit permezz tar-Regolamenti tal-Persunal u dejjem inżommu f’moħħna id-dmir ta’ lealtà tagħna lejn il-Qorti. Għandna noqgħodu lura milli nwettqu xi attività li tista’ tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-Qorti, titfa’ dubju fuq l-imparzjalità tagħna jew tfixkel lix-xogħol tagħna.

3.8. M’għandniex naċċettaw, kemm jekk għalina nfusna jew f’isem ħaddieħor, riġali jew benefiċċji oħra li jistgħu jinfluwenzaw, jew huma intenzjonati li jinfluwenzaw jew jistgħu jiġu pperċeputi li jinfluwenzaw ix-xogħol tagħna9. Madankollu, f’kuntest professjonali (eż. konferenzi, żjarat tal-verifika, meta nirċievu l-mistednin, eċċ.), nistgħu naċċettaw ospitalità u naċċettaw rigali żgħar li, il-valur u n-natura tagħhom, huma kklassifikati bħala kortesija normali.

3.9. F’każijiet bħal dawn, għandna l-ewwel nikkunsidraw jekk meta naċċettaw ir-rigal jew il-benefiċċju nistgħux ninfluwenzaw l-imparzjalità tagħna jew jekk dan huwiex ta’ detriment għal kunfidenza fil-Qorti. F’każ ta’ dubju għandna nitkellmu mas-superjuri tagħna. Kull invit aċċettat għal kollazzjon, ikliet f’nofsin-nhar jew filgħaxija – fil-qafas ta’ missjoni – għandhom jiġu ddikjarati fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-missjoni10.

7 Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 36-2011. 8 Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 14-2010. 9 Ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 11. 10 Ara l-Linji Gwida tal-Missjonijiet.

Page 61: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

__________________________________________________________________________________________5

4. Is-segretezza professjonali11

Għandna d-dover ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tax-xogħol tagħna 12 . Dan id-dover m’għandux jillimita l-libertà individwali tal-espressjoni.

4.1. Għandna aċċess għal kwantità kbira ta’ informazzjoni dwar l-entitajiet ivverifikati u huwa essenzjali li tiġi assigurata relazzjoni ta’ fiduċja magħhom. Għaldaqstant u b’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, meta ġejna impjegati mill-Qorti aħna ffirmajna dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità li aħna għandna nirrispettaw.

4.2. Għandna nevitaw li nikxfu kull tip ta’ informazzjoni li aħna nkunu akkwistajna filwaqt li qed inwettqu x-xogħol tagħna lil partijiet terzi, ħlief fil-qafas tal-proċeduri tal-Qorti jew b’konformità mar-regolamenti relevanti.

4.3. Għandna nirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà ta’ informazzjoni u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament 45/2001 dwar il-protezzjoni tad-data personali. F’każ ta’ dubju, m’għandniex neżitaw milli nikkuntattjaw l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Qorti.

4.4. Il-Qorti tippromwovi l-onestà interna u aħna għandna dritt fundamentali li nesprimu l-opinjoni tagħna u nirrappurtaw l-affarijiet bi skop li ngħinu fit-titjib tal-prestazzjoni tal-Qorti. Dan id-dritt huwa ggarantit bir-Regolamenti tal-Persunal u għandu jkun immotivat minn dover ta’ lealtà lejn l-istituzzjoni13. Id-dover ta’ kunfidenzjalità jkompli japplika anke wara li ma nkunux għadna naħdmu mal-Qorti.

5. Kompetenza u taħriġ professjonali ulterjuri14

Dejjem aġixxi b’manjiera professjonali u kkonforma ma’ standards professjonali għoljin.

5.1. Biex inwettqu dmirijietna b’manjiera kompetenti u imparzjali, għandna nkunu nafu u napplikaw il-proċeduri legali u operattivi relevanti. B’mod partikolari, jekk aħna awdituri, għandna napplikaw il-Politika u l-Istandards tal-Verifika tal-Qorti, u l-istandards professjonali u l-metodi tal-verifika relevanti tal-INTOSAI u tal-IFAC. M’għandniex inwettqu xogħol li m’aħniex kapaċi nagħmlu. Għandna niżviluppaw il-kapaċitajiet professjonali tagħna u nsegwu korsijiet ta’ taħriġ.

5.2. Il-membri u l-maniġers għandhom responsabilità partikolari li jassiguraw li l-persunal jirċievi taħriġ fl-interess tas-servizz. L-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ individwu għandu jiġi indirizzat fis-sistema ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-persunal.

6. Organizzazzjoni eċċellenti u effiċjenti

Ikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-Qorti bħala organizzazzjoni eċċellenti u effiċjenti.

6.1. Ambjent tax-xogħol tajjeb huwa essenzjali kemm fil-kisba tal-objettivi tal-Qorti u kif ukoll biex jassigura s-sodisfazzjon tal-persunal. Għandna nikkontribwixxu għal dan il-għan

11 Il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI, il-paragrafu 27. 12 Ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 17. 13 Ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 17a, u d-Deċiżjoni tal-Qorti Nru 7-2010. 14 Il-Kodiċi tal-Etika tal-INTOSAI, il-paragrafi 28-33.

Page 62: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

__________________________________________________________________________________________6

billi ninkoraġġixxu l-koperazzjoni professjonali u personali: inkunu aperti u ħerqana li naqsmu l-għarfien u ngħinu lill-kollegi tagħna mid-dipartimenti kollha tal-Qorti. Il-membri u l-maniġers għandhom responsabilità partikolari biex jiffaċilitaw ambjent ta’ xogħol tajjeb.

6.2. Għandna nevitaw kull forma ta’ diskriminazzjoni u nikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ politika ta’ opportunitajiet ugwali għall-persunal kollu. Il-membri u l-maniġers għandhom jieħdu passi biex jassiguraw li l-perusnal kollu jingħata trattament ugwali u opportunitajiet ugwali fl-iżvilupp professjonali tagħhom. Il-kapaċitajiet u l-potenzjal individwali tal-persunal għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta jiġu assenjati r-responsabilitajiet. Ħbiberiji bejn l-impjegati jistgħu jikkawżaw diffikultajiet fl-adeżjoni mal-prinċipju ta’ trattament ugwali; għalhekk, miżżewġin jew imsieħba għandhom jevitaw li jaħdmu fl-istess dipartiment jew li jaħdmu f’relazzjoni ta’ ġerarkija.

6.3. Għandna nirrispettaw lill-oħrajn, nevitaw kull attitudni li tista’ toffendi d-dinjità ta’ ħaddieħor u noqogħdu lura minn kull forma ta’ turment15. Għandna nirrispettaw ukoll l-opinjonijiet tal-oħrajn u naċċettaw nuqqas ta’ qbil raġonevoli fix-xogħol tagħhom. Il-kritika għandha tingħata b’manjiera rispettuża, ġusta u kostruttiva.

6.4. Għandna naġixxu skont l-interessi tal-Qorti. Dan ma jinkludix xi obbligu li nsegwu ordnijiet biex nagħmlu xi ħaġa illegali jew mhux etika16. Qabel ma tittieħed deċiżjoni, għandna nesprimu l-opinjonijiet tagħna b’manjiera kostruttiva; ladarba tittieħed id-deċiżjoni, għandna nimplimentawha b’manjiera effettiva.

6.5. Il-membri u l-maniġment għandhom jassiguraw li l-interessi tal-persunal huma salvagwardjati. Huma għandhom responsabilità speċjali biex jgħinu fil-protezzjoni tal-persunal li jikxef u jirrapporta xi għemil ħażin skont l-istipulazzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal17.

6.6. Aħna obbligati nirrappurtaw lis-superjuri tagħna kull ċirkostanza li aħna nafu biha li tista’ tikkawża ħsara lill-Qorti jew lil xi persunal. Azzjoni bħal din għandha dejjem tittieħed fuq bażi ta’ raġunijiet raġjonevoli, in bona fede u b’manjiera kunfidenzjali.

6.7. Għandna nikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Qorti dwar komunikazzjoni interna u esterna aperta. L-onestà għandha effett pożittiv fuq il-koperazzjoni. Informazzjoni relevanti għandha tinqasam ma’ oħrajn: għandna nkunu konxji tal-informazzjoni li nafu u ta’ min jista’ jkollu bżonnha f’xogħlu. Il-qsim tal-informazzjoni għandu jkun ibbilanċjat mad-dmir ta’ kunfidenzjalità, imma m’għandux ikun illimitat aktar milli strettament neċessarju.

6.8. Għandna wkoll nitolbu l-opinjoni u l-valutazzjoni professjonali tal-oħrajn.

7. Kondotta amministrattiva tajba

Applika l-prinċipji ta’ kondotta amministrattiva tajba.

7.1. Għandna r-responsabilità li nservu l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, li jistennew servizzi ta’ verifika ta’ kwalità u amministrazzjoni aċċessibli.

7.2. Meta jkollna x’naqsmu mal-pubbliku għandna nuru impenn, abilità, kortesija u nkunu ta’ għajnuna.

15 Ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 12a. Ara d-Deċiżjonijiet tal-Qorti 61-2006 & 95-2008. 16 Ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 21. 17 Ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikoli 22a u 22b.

Page 63: ID-DEĊIŻJONI NRU 26-2010 LI TISTABBILIXXI...b’mod partikolari l-Artikolu 160a(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti adottati fil-11 ta’ Marzu 2010,

__________________________________________________________________________________________7

7.3. Għandna nirrispondu t-talbiet għal informazzjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernawna jew għal kwistjonijiet oħra, niddirieġu lil min qed jitlobna l-informazzjoni lejn il-persuna responsabbli.

7.4. Meta nirċievu talba, għandna nibagħtu konferma tar-riċevuta immedjatament, fejn inniżżlu l-informazzjoni meħtieġa biex wieħed ikun jista’ jikkuntattja l-persuna responsabbli li trid tittratta l-kwistjoni (isem, indirizz tal-e-mail, in-numru tat-telefown). Għandna nirrispondu fil-pront għal kull talba, fil-prinċipju fi ħdan ħmistax-il ġurnata tax-xogħol, u bil-lingwa użata minn min qed jitlob l-informazzjoni (dejjem jekk din hija waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea). Jekk ma nistgħux nirrispondu fi żmien din id-data tal- għeluq, għandna nibagħtu risposta proviżorja li tindika limitu ta’ żmien raġjonevoli li fih irridu nirrispondu.

7.5. Qabel ma nibagħtu xi informazzjoni għandna niċċekkjaw jekk din diġà ġietx ippubblikata mill-Qorti 18 . Jekk dan mhuwiex il-każ, għandna nindirizzaw it-talba lid-dipartiment tal-Qorti li huwa nkarigat mill-komunikazzjoni. Kull rifjut ta’ għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku għandu jkun iġġustifikat abbażi ta’ ħsara potenzjali għall-interessi tal-istituzzjonijiet.

7.6. Il-persunal għandu jindirizza kull talba minn ġurnalist lid-dipartiment tar-relazzjonijiet tal-istampa tal-Qorti. Il-membri għandhom iżommu lid-dipartiment tar-relazzjonijiet tal-istampa infurmati bil-kuntatti tal-istampa tagħhom.

7.7. Għandna naċċettaw talbiet magħmula bil-posta, bl-e-mail, bil-fax jew bit-telefown. Nistgħu nirrispondu wkoll permezz ta’ dawn il-mezzi imma dejjem inżommu f’moħħna kull implikazzjoni legali potenzjali tar-risposta (eż. skadenzi statutorji, evidenza jew irċevuta tar-risposta, eċċ.).

7.8. Għandna dejjem inkunu prudenti meta nibagħtu informazzjoni ’l barra mill-Qorti; m’għandniex neżitaw li nikkonsultaw lis-superjuri tagħna u lid-dipartiment tal-Qorti li huwa nkarigat mill-komunikazzjoni.

7.9. Għandna ninnotifikaw immedjatament kull deċiżjoni li taffettwa d-drittijiet u l-interessi tal-individwi bil-miktub (eż. kwistjonijiet tal-persunal bħal promozzjonijiet, appuntamenti, drittijiet finanzjarji, eċċ.); l-ewwel nett lill-persuni kkonċernati direttament. Il-komunikazzjoni għandha tindika l-possibilitajiet biex id-deċiżjoni tiġi kkuntestata, il-korpi fejn wieħed jista’ jappella u l-iskadenzi sa meta dan jista’ jsir (b’mod partikolari, il-korpi ġudizzjarji u l-Ombudsman).

7.10. Fil-każ ta’ talbiet għal informazzjoni jew ilmenti li mhumiex xierqa (eż. repetittivi, bla sens, abbozzati b’manjiera maledukata, eċċ.), aħna għandna nirrifjutawhom b’mod edukat imma sod, u dejjem għandna nipprovdu ġustifikazzjoni xierqa. Il-persunal tal-Qorti dejjem għandu joqgħod lura milli jagħmel ilmenti offensivi.

18 L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Qorti huwa rregolat mid-Deċiżjonijiet tal-Qorti 12-2005 & 14-2009.