it- tmintax -il Ħadd matul is-sena

48
It-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena A

Upload: cybill

Post on 12-Jan-2016

117 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

It- Tmintax -il Ħadd matul is-Sena. A. Qari I I simgħu minni u tieklu tajjeb . Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija. 55 , 1-3. A It-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena. Dan jgħid il-Mulej : « Intom li bikom l- għatx ,. A It-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena. « ejjew għall-ilma , - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

It-Tmintax-il Ħadd matul is-SenaA

Page 2: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Qari IIsimgħu minni u tieklu tajjeb.

Qari mill-Ktiebtal-Profeta Iżaija.55, 1-3

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 3: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Dan jgħid il-Mulej:«Intom li bikom l-għatx,

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 4: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«ejjew għall-ilma,intom ukoll li m’għandkomx flus.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 5: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Ejjew, ixtru u kulu b’xejn,inbid u ħalib bla ħlas.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 6: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Għaliex taħlu fluskom f’dak li m’huwiex ħobż,u ġidkom f’dak li ma jxebbax?

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 7: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Isimgħu minni, u tieklu tajjeb,u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 8: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Agħtuni widen u ersqu lejja,isimgħu u tieħdu r-ruħ.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 9: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Nagħmel patt magħkom għal dejjem,biex iseħħu l-favuri mwiegħda lil David.»

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 10: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 11: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Salm144 (145), 8-9.15-16.17-18

℟.Mulej, inti ttaffi x-xewqat tagħna.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 12: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Twajjeb u ħanin il-Mulej,idum biex jagħdab u kollu tjieba.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 13: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej,tjubitu fuq kull ma għamel.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 14: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

℟.Mulej, inti ttaffi x-xewqat tagħna.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 15: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Għajnejn kulħadd iħarsu lejk, Mulej,u inti tagħtihom l-ikel f’waqtu.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 16: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Int tiftaħ idek,u xxabba’ ’l kulħadd bil-ġid.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 17: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

℟.Mulej, inti ttaffi x-xewqat tagħna.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 18: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Ġust il-Mulej fl-imġieba tiegħu kollha,twajjeb f’dak kollu li għamel.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 19: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu,lejn kull min isejjaħlu fis-sewwa.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 20: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

℟.Mulej, inti ttaffi x-xewqat tagħna.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 21: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Qari IIXejn ma jista’ jifridna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani.8, 35.37-39

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 22: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Ħuti, min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu?

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 23: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

It-taħbit, id-dwejjaq,il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, it-tiġrib, ix-xabla?

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 24: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Imma f’dan kollu aħna aktar minn rebbieħa bis-saħħa ta’ dak li ħabbna.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 25: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja,la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien ta’ issa u la ta’ li ġej,

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 26: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 27: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 28: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 29: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

℣.Hallelujah.℟.Hallelujah.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 30: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Mt 4, 4b

Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 31: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

℟.Hallelujah.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 32: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

EvanġeljuKulħadd kiel u xaba’

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.14, 13-21

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 33: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista,

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 34: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 35: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 36: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom,

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 37: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

U fejqilhom il-morda tagħhom.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 38: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu:

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 39: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu.»

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 40: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Imma Ġesù qalilhom: «Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu.»

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 41: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

U huma qalulu: «Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.»

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 42: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

«Ġibuhomli hawn,» qalilhom.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 43: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Imbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix;

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 44: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema,

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 45: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 46: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

U kulħadd kiel u xaba’, u ġabru l-bċejjeċ li kien fadal u mlew bihomtnax-il qoffa.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 47: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu,barra n-nisa u t-tfal.

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena

Page 48: It- Tmintax -il Ħadd  matul is-Sena

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

AIt-Tmintax-il Ħadd matul is-Sena