it- tieni Ħadd matul is-sena
DESCRIPTION
It- Tieni Ħadd Matul is-Sena. A. Qari I Jiena nagħmel minnek dawl għall-ġnus . Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 49 , 3.5-6. A matulis-sena 2. Il- Mulej qalli : « Iżrael, inti l- qaddej tiegħi , bik jiena nkun imfaħħar .». A matulis-sena 2. Issa tkellem il-Mulej , - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
It-Tieni Ħadd Matul is-SenaA
Qari IJiena nagħmel minnek dawl għall-ġnus.
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.49, 3.5-6
Amatulis-sena2
Il-Mulej qalli:«Iżrael, inti l-qaddej tiegħi,bik jiena nkun imfaħħar.»
Amatulis-sena2
Issa tkellem il-Mulej,li minn ġuf ommi għamilni qaddej tiegħu,
Amatulis-sena2
biex għandunraġġa’ lura lil Ġakobb,u biex Iżrael jinġabar miegħu mill-ġdid
Amatulis-sena2
– għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej,u Alla tiegħi kien il-qawwa tiegħi –
Amatulis-sena2
u Hu qalli:«Tkun ħaġa żgħira wisq għalik,li inti tkun il-qaddej tiegħi,
Amatulis-sena2
«biex tqajjem it-tribù ta’ Ġakobb,u traġġa’ lura l-fdal ta’ Iżrael.
Amatulis-sena2
«Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus,biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex.»
Amatulis-sena2
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Irroddu ħajr lil Alla.
Amatulis-sena2
Salm39 (40), 2.4ab.7-8a.8b-9.10
℟.Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Amatulis-sena2
Ittamajt b’tama qawwija fil-Mulej;hu niżel ħdejja u sama’ l-għajta tiegħi.
Amatulis-sena2
Qegħedli fuq fommi għanja ġdida,għanja ta’ tifħir lil Alla tagħna.
Amatulis-sena2
℟.Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Amatulis-sena2
Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u b’offerti;imma widnejja inti ftaħtli;
Amatulis-sena2
ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u tat-tpattija.Imbagħad jien għedt: «Hawn jien, ġej.»
Amatulis-sena2
℟.Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Amatulis-sena2
«Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqili nagħmel ir-rieda tiegħek.
Amatulis-sena2
«Alla tiegħi, dan jogħġobni;il-liġi tiegħek ġewwa qalbi.»
Amatulis-sena2
℟.Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Amatulis-sena2
Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;xufftejja ma żammejthomx magħluqa.Mulej, dan inti tafu.
Amatulis-sena2
℟.Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Amatulis-sena2
Qari IIGrazzja lilkom u sliem minn Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu.
Bidu tal-Ewwel Ittrata’ San Pawl Appostlulill-Korintin.1, 1-3
Amatulis-sena2
Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù,u Sòsteni ħuna,
Amatulis-sena2
lill-knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu;
Amatulis-sena2
lil dawkli tqaddsu fi Kristu Ġesù,
Amatulis-sena2
imsejħa biex ikunu qaddisin flimkien ma’ dawk kollha
Amatulis-sena2
li f’kull pajjiż isejħu l-isem ta’ Ġesù Kristu, is-Sid tagħhom u tagħna;
Amatulis-sena2
grazzja u sliem mingħand Alla missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.
Amatulis-sena2
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Irroddu ħajr lil Alla.
Bilwieqfa
Amatulis-sena2
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Hallelujah.℟.Hallelujah.
Amatulis-sena2
Ġw 1, 14a.12a
Il-Verb sar bniedem u għammar fostna,u lil dawk li laqgħuhtahom is-setgħa li jsiru wlied Alla.
Amatulis-sena2
℟.Hallelujah.
Amatulis-sena2
EvanġeljuHawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.
Qari mill-Evanġeljuskont San Ġwann.1, 29-34
Amatulis-sena2
F’dak iż-żmien, Ġwanni, ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal:
Amatulis-sena2
«Arawil-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja.
Amatulis-sena2
«Dan hu li għalihgħedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.”
Amatulis-sena2
«Anqas jien stess ma kont nafu,
Amatulis-sena2
«imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.»
Amatulis-sena2
U Ġwanni xehed għalih u qal:
Amatulis-sena2
«Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-semabħal ħamiema u joqgħod fuqu.
Amatulis-sena2
«Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli:
Amatulis-sena2
“Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.”
Amatulis-sena2
«Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, dan hu l-Iben ta’ Alla.»
Amatulis-sena2
Il-Kelma tal-Mulej.
℟.Tifħir lilek Kristu.
Bilqiegħda
Amatulis-sena2