it-tniggis tal-bahar minn vapuri
DESCRIPTION
Social Studies Year 5 PrimaryTRANSCRIPT
It-Tniġġis tal-Baħar
minn Vapuri u DrenaġġIsem: Ms. Anthea Pisani
Klassi: 5.2Kulleġġ: Maria ReginaSkola: Primarja Mellieħa
Għaliex il-baħar hu importanti?
1. Il-baħar hu d-dar għal bosta kreaturi.
2. L-oċeani jassorbu ħafna mill-karbonju li jipproduċu l-bnedmin permezz tal-industrija.
3. Il-baħar jiffaċilita l-kummerċ u t- trasport bejn pajjiż u ieħor.
4. Il-bniedem iġib xi riżorsi mill-baħar bħall-ħut, il-melħ u l-ilma.
5. Il-baħar iservi ta’ rikreazzjoni għall- bniedem permezz tal-isports tal- baħar, l-ivvjaġġar, u jżid it-turiżmu.
X’inhu t-tniġġis?
It-tniġġis hu ħmieġ:
a) fuq l-art permezz ta’ skart u kimiċi li jintremew,
b) fl-arja bid-dħaħen li joħorġu mill-fabbriki u d-duħħan tal-karozzi, u
ċ) fil-baħar permezz taż-żjut, drenaġġ u skart li jintefa’ fih.
X’jikkaġuna t-tniġġis tal-baħar?
1.Dħaħen minn karozzi, mezzi tat-trasport u fabbriki.
2. Dħaħen minn “power stations” tal-elettriku li jaħarqu ħafna żjut u faħam biex jipproduċu l-enerġija.
Dawn id-dħaħen l-ewwel iniġġsu l-arja u
wara jitħalltu mal-ilma tax-xita. Din tissejjaħ xita aċiduża jew “acid rain”. Billi l-ilma tax-xita jispiċċa fil-baħar,
din ix-xita aċiduża tniġġes il-baħar.
3. Ir-rimi ta’ skart tossiku (velenuż) minn fabbriki u industriji li jivvalenaw kemm l- arja u anke l-baħar.
4. Ir-rimi ta’ skart nukleari minn
reatturi nukleari.
5. L-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti kimiċi li jinħallu mal-ilma u jispiċċaw fl-ilma li nixorbu u fil-baħar.
6. L-iskart li jintrema bl-addoċċ bħal plastik. Jekk fekruna tkun qegħda tgħum u tara borża tal-plastik, din taħsibha brama, tikolha u tifga.
Ġieli xi sajjieda jħallu x-xbieki mqatta’ fil-baħar bil-konsegwenza li għadd ta’ ħut u kreaturi oħra jinqabdu fihom u jmutu.
7. Drenaġġ mhux trattat. Minbarra skart organiku, dan ikun fih ħafna kimiċi u deterġenti li jagħmlu ħsara lill-kreaturi tal-baħar.
Jekk id-drenaġġ jiġi trattat qabel jintefa’ l-baħar, parti minnu tista’ tintuża
biex jissaqqew l-għelieqi. Għal pajjiż xott bħal Malta, hu tajjeb li jkollna
sors ieħor ta’ ilma għat-tisqija tal-għelieqi.
Dak li jintrema fil-baħar ma jagħmilx ħsara lill-ambjent marittimu.
Fl-istampa jidher l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-limiti tal-Mellieħa. Dan ġie inawgurat fl-2009. Hemm impjant ieħor Għawdex u sas-sena 2010 għandu jitlesta ieħor fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
8. Żjut imxerrda fil-baħar waqt: a) traġitt minn “pipelines” għat-tankers, b) bit-tindif illegali tat-tankijiet tat- tankers, u ċ) ħruġ ta’ żjut minn inġenji wkoll iħammeġ il-baħar.
d) L-agħar forma ta’ tniġġis tal-baħar tiġri meta jkun hemm diżastri ekoloġiċi wara xi ħabta jew għarqa ta’ xi tanker li minnu joħroġ ħafna żejt.
It-Tanker “Prestige” Fis-sena 2002, it-tanker taż-żejt
“Prestige” għereq ‘il barra mill-ibħra Spanjoli. Minnu ħareġ ħafna żejt.
Iż-żejt li nxtered ħammeġ parti kbira mill-kosta Spanjola u Franċiża. Dan kien l-akbar diżastru ambjentali fi Spanja s’issa.
Mietu eluf ta’ ħut u għasafar tal-baħar li ġew miksija biż-żejt waqt l-inċident. Numru żgħir minn dawn l-għasafar baqgħu ħajjin.
Jingħad li l-ambjent marittimu se jdum għaxar snin isofri l-effett ta’ dan it-tniġġis.
Ħafna sajjieda li kienu jistadu fiż-żona fejn inkalja t-tanker ma kellhomx aktar ħut x’jaqbdu. Il-ħajja ta’ dawn is-sajjieda u tal-familji tagħhom żgur ma baqgħetx waħda komda!
Ħafna turisti li kienu jmorru f’dik il-parti ta’ Spanja, ma reġgħux marru hemm għall-btajjel. Dawn ma jridux baħar maħmuġ. B’hekk dawk in-nies li jaħdmu fit-turiżmu, naqsilhom ix-xogħol u bdew jaqilgħu inqas flus.
Mela t-tniġġis tal-baħar jaffettwa mhux biss lill-annimali iżda wkoll lill-bnedmin, kemm fis-saħħa kif ukoll fix-xogħol, bħas-sajjieda u dawk li jaħdmu fil-qasam tat-turiżmu.
Il-Baħar Mediterran hu wieħed mill-aktarimniġġsa fid-dinja minħabba li:hu mdawwar b’pajjiżi li għandhom
popolazzjoni kbira u ħafna minnhom żviluppaw l-industrija, il-biedja u t-turiżmu, u
ħafna mit-traffiku tal-baħar jgħaddi mill-Mediterran.
It-tniġġis tal-baħar u l-Baħar Mediterran
Il-Baħar Mediterran hu baħar magħluq bi ftit ftuħ (l-Istrett ta’ Ġibilta’, il-Kanal ta’ Swejz u d-Dardanelli) u allura l-baħar idum ma jiċċirkola l-ilma tiegħu ġo ibħra oħra.
Strett ta’ Ġibilta’
Kanal ta’ Swejz
Dardanelli
Kif nistgħu nnaqqsu t-Tniġġis tal-Baħar?
1. Il-gvernijiet jgħaddu liġijiet biex ma jintremiex skart tossiku u nukleari fil-baħar.
2. Jiġi kkontrollat it-traffiku fuq il-baħar u t-tindif tat-tankers.
3. Nużaw aktar mezzi ta’ trasport pubbliku
jew nużaw aktar “carpooling”.
4. Nużaw sorsi naturali ta’ enerġija bħal dik solari, mir-riħ u mill-ilma. B’hekk innaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija li tiġi minn ħruq ta’ “fossil fuels” bħal żejt, faħam u reatturi nukleari.
5. Naqilbu għal sistemi ta’ biedja organika biex innaqqsu l-użu tal-kimiċi tossiċi u jkollna prodotti aktar sustanzjużi.
6. Id-drenaġġ jiġi ppurifikat biex jipproduċi
ilma għat-tisqija u ma jitħammiġx il-baħar.
7. Nużaw deterġenti bio-degradabbli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent marittimu meta jispiċċaw fil-baħar.
8. Jekk inkunu se narmu xi skart, bħal wara xi barbikju jew piknik, narmuh fil- laned apposta. Jekk ma jkunx hemm laned, nagħmluh ġo borża, neħduh
magħna d-dar u narmuh fil-landa tal-iskart.
9. Insiru membri ta’ xi għaqda li tieħu ħsieb l-ambjent bħal “Nature Trust Malta”, “Birdlife Malta”, “Friends of the Earth” u “Greenpeace” fost l-oħrajn.
Illum sirt taf dwar:a) kif jiġi kkawżat it-tniġġiż
tal- baħar, ub) kif tista’ tnaqqas dan it-
tniġġiż.
Issa f’idejk biex tieħu l-azzjoni meħtieġa ħalli jkollna baħar
aktar nadif!
Imla l-vojt
1. Il-baħar iservi bħala dar għal bosta annimali.
2. Tliet riżorsi li l-bniedem iġib mill- baħar huma l-
ħut, il-melħ u l-ilma.
3. Il-bniedem jista’ wkoll jipprattika xi
sports tal-baħar.
Aqra s-sentenzi u ara jekk humiex tajbin () jew le ()
1.Id-dħaħen tal-karozzi u l-fabbriki joħolqu x-xita aċiduża li ma tagħmilx ħsara lill-baħar.
2. Id-drenaġġ mhux trattat jagħmel ħsara kbira lill-baħar. 3. L-iskart li jispiċċa fil-baħar jista’ joqtol lill-kreaturi tal-baħar.4. It-tniġġiż tal-baħar ma jaffettwax lin-nies.
Din il-preżentazzjoni hija parti minn proġett li fih ħadu sehem:Mark Attard Cassidy Bartolo Amber Leigh Borg
Samuel Borg Stephanie Borg Nikkie Borg Grech
Neil Fenech Giuseppe Galea Curmi Kyra Magro
Shauna Magro Mattias Mari Jasmine Mifsud
Shania Muscat Jacob Edward Pace Darren Charles Sammut
Britney Sant Daniel Vella Kurt Vella
Ms. Anthea Pisani