iż żurrieq yr 4.1

13
Year 4.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Żurrieq

Upload: wendy-galea

Post on 15-Jan-2017

618 views

Category:

Education


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Iż żurrieq yr 4.1

Year 4.1 Kulleġġ San Benedittu Primarja Żurrieq

Page 2: Iż żurrieq yr 4.1

L-ARMA TAŻ-ŻURRIEQL-arma taż-Żurrieqhija blu u bajda.Fuqha għandha salib.

Page 3: Iż żurrieq yr 4.1

Fejn jinstab iz-zurrieq?Din il-mappa turi fejn jinsab iż-Żurrieq. Iż-Żurrieq jinsab fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. L-irħula li jmissu ma’ Ħal safi, Ħal kirkop , il-Qrendi, l-Imqabba u Birżebbuġa.

Page 4: Iż żurrieq yr 4.1

IL-KNISJA TAŻ-ŻURRIEQDin hija l-knisja taż-Żurrieq. Din hija ddedikata lil Santa Katarina verġni martri ta’ Lixandra. L- arċipriet huwa Dun Karm Mercieqa.

Page 5: Iż żurrieq yr 4.1

Il-festi taż-Żurrieq

Fiż-Żurrieq hemm żewġ festi li huma Santa Katarina u tal-Karmnu. Il-festa tal-Karmnu tiġi f’Lulju u ta’ Santa Katarina tiġi f’Settembru.

Page 6: Iż żurrieq yr 4.1

Il-mitħna tax-Xarolla

Il-mitħna tax-Xarolla kienet tintuża biex jitħnu l- qamħ biex isir dqiq.

Page 7: Iż żurrieq yr 4.1

Il-KatakombiDawn il-katakombi jinsabu taħt l-art qrib il-mitħna tax-Xarolla. L-insara tal-bidu kienu jiltaqgħu hawnhekk flimkien biex jitolbu u jidfnu l-mejtin tagħhom.

Page 8: Iż żurrieq yr 4.1

It-torri tal-WardijaIt-torri tal-Wardija li magħruf ukoll bħala t-torri ta’ Xutu inbena fl-1638 u kien joffri protezzjoni mill-attakki tat-Torok. Anke fi żmien l-Ingliżi kien jintuża bħala mezz ta difiża.Huwa mibni f’forma kwadra. Għandu ħitan ħoxnin u hu mibni fuq żewg sulari.

Page 9: Iż żurrieq yr 4.1

It-Torri ta’ Bubaqra

It-torri ta’ Bubaqra jinsab fil-kampanja. Dan it-torri ma kienx maħsub li jagħmel parti mis-sistema ta’ difiża tal-gżira, għalkemm jingħad li għal xi żmien kien jintuża propju għal dan il-għan. Il-mod kif inhu mibni dan it-torri juri li oriġinarjament huwa kien mibni bħala residenza fil-kampanja.

Page 10: Iż żurrieq yr 4.1

Wied iż-Żurrieq

Wied iż-Żurrieq huwa popolari ħafna mat-turisti għax imorru jgħumu jew imorru dawra bid-dgħajsa. Hemm jistgħu jaraw xi għerien fostoml-Għar tal-Qattus u BlueGrotto.

Page 11: Iż żurrieq yr 4.1

Blue GrottoIl-Blue Grotto huwa post fejn immorru ħafna turisti. Huma immorru hemm bid-dgħajsa. Hemm il-baħar huwa ċelesti.

Page 12: Iż żurrieq yr 4.1

L-Armerija

Il-Palazz ta’ l-armerija nbena lejn l-ahhar tas-sbatax –il seklu. Jinghad li l-familja li kienet tgħix hemmhekk stiednet lil Napuljun Bonaparte jżur il-palazz waqt li kien fuq żjara f’pajjiżna.

Page 13: Iż żurrieq yr 4.1

Id-dar ta’ Mattia PretiDin hija d-dar ta’ MattiaPreti. Mattia Preti kien Artist popolari f’Malta. Fil-knisja taż-Żurrieq hemm xi tpingijiet tiegħu.