kura mill-aqwa kontra l-kanċer - futur fis-sod

8
It-Tlieta, 5 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 91 mediċina differenti b’xejn offruti mill-Gvern fil-ġlieda kontra l-kanċer Il-Gvern jipprovdi l-aqwa servizzi u kura lill-pazjenti bil-marda tal-kanċer Muscat qarraq meta ppreżenta diskors imbiċċer ta’ Alex Perici Calascione ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Kura mill-aqwa kontra l-kanċer Sena wara oħra matul din il-leġiżlatura l-Gvern investa b’mod kostanti biex saħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-marda tal-kanċer li kompliet tingħata prijorità. Ir-realtà llum hi li l-kanċer wasal biex jieħu post il-mard kardjovaskulari biex hekk isir il-kawża prinċipali ta’ mwiet madwar id-dinja kollha. Ir-riċerka sfortunatament turi li f’pajjiżna madwar persuna minn kull tlieta tiżviluppa xi tip ta’ kanċer f’xi stadju ta’ ħajjitha. Fil-verità jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit malajr jirrealizza li jaf lil xi ħadd li sfortunatament kellu jew li għandu din il-marda tal-kanċer. Hu f’dan il-kwadru li l-Gvern matul din il- leġiżlatura imbarka fuq il-proġett kbir ta’ żvilupp ta’ Ċentru ġdid tal-Onkoloġija minn fejn se tkun ipprovduta l-kura fil-ġlieda kontra l-kanċer. Iċ-Ċentru l-ġdid tal- Onkoloġija se jkollu total ta’ 96 sodda – 74 sodda in patient u 22 għall-każi ta’ Day Care. Fil-preżent il-kura għall- mard tal-kanċer tingħata fl- Isptar Sir Paul Boffa fil-Furjana fejn hemm 27 sodda għall- kura tal-kanċer. Wieħed ifaħħar l-istaff kollu ta’ dan l-Isptar Sir Paul Boffa li joffri servizzi bl-aktar mod dedikat u personalizzat. Fil-programm elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li fil-ħames snin li ġejjin il-ġlieda kontra l-kanċer titqawwa b’aktar prevenzjoni biex każi ta’ kanċer jinqabdu kmieni u jkollhom probabilità akbar li jitfejqu. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li jiżdiedu l-mediċini li l-Gvern jagħti b’xejn. Il-Gvern Nazzjonalista investa bil-qawwi fil-ġlieda kontra l-kanċer u fil-ħames snin li ġejjin se jżid l-investiment fil-prevenzjoni u fi sptar ġdid u modern għall-kura tal-kanċer Żvilupp mill-aktar importanti fil-ġlieda li l-Gvern qiegħed jagħmel kontra l-marda tal-kanċer kien il-ftuħ taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening li nfetaħ f’Ottubru tal-2009. Ommijiet u nisa li twieldu bejn l-1950 u l-1959 qed ikunu mistiedna biex jagħmlu eżami tas-sider ħalli jaraw jekk għandhomx xi indikazzjonijiet ta’ kanċer tas-sider. Permezz ta’ dan il- programm, il-kanċer tas- sider jinqabad fi stadju bikri u hekk il-kura li tingħata l-pazjenta tkun aktar effettiva. Żvilupp ieħor mill-aktar importanti kien l-għoti mingħajr ħlas tal-Herceptin. Din il-mediċina tingħata bħala parti mill-kura tal- kanċer tas-sider. Hu importanti li wieħed ifakkar kif il-Gvern investa wkoll f’Linear Accelerator ġdid biex tingħata kura aktar effettiva lill-pazjenti kontra l-kanċer. 150 mara salvati mill-kanċer u 15,000 mara oħra serrħu rashom li m’għandhomx kanċer tas-sider It-teknoloġija u t-trattament għall-kanċer qegħdin dejjem jiżviluppaw. Il-pazjenti li għandhom il- kanċer qed jingħataw kura aktar effettiva billi l-Gvern investa f’Linear Accelerator modern b’investiment ta’ 1.2 miljun ewro. Dan il-Linear Accelerator ġdid se jingħaqad ma’ tnejn oħra li se jkun hemm fiċ- Ċentru tal-Onkoloġija li qed jinbena bħalissa. Bejn l-2008 u l-2011 saru 91,033 sessjoni ta’ radjuterapija u kimoterapija.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 22-Mar-2016

270 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Suppliment it-Tlieta 5 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

91 mediċina differenti b’xejn offruti mill-Gvern fil-ġlieda kontra l-kanċer

Il-Gvern jipprovdi l-aqwa servizzi u kura lill-pazjenti bil-marda tal-kanċer

Muscat qarraq meta ppreżenta diskors imbiċċer ta’ Alex Perici Calascioneii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUSCAT jAGħżEL ħAżIN

kura mill-aqwa kontra l-kanċer

Sena wara oħra matul din il-leġiżlatura l-Gvern investa b’mod kostanti biex saħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-marda tal-kanċer li kompliet tingħata prijorità.

Ir-realtà llum hi li l-kanċer wasal biex jieħu post il-mard kardjovaskulari biex hekk isir il-kawża prinċipali ta’ mwiet madwar id-dinja kollha.

Ir-riċerka sfortunatament turi li f’pajjiżna madwar persuna minn kull tlieta tiżviluppa xi tip ta’ kanċer f’xi stadju ta’ ħajjitha. Fil-verità jekk wieħed joqgħod jaħseb ftit malajr jirrealizza li jaf lil xi ħadd li sfortunatament kellu jew li għandu din il-marda tal-kanċer.

Hu f’dan il-kwadru li l-Gvern matul din il-leġiżlatura imbarka fuq il-proġett kbir ta’ żvilupp ta’ Ċentru ġdid tal-Onkoloġija minn fejn se tkun ipprovduta

l-kura fil-ġlieda kontra l-kanċer. Iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija se jkollu total ta’ 96 sodda – 74 sodda in patient u 22 għall-każi ta’ Day Care.

Fil-preżent il-kura għall-mard tal-kanċer tingħata fl-Isptar Sir Paul Boffa fil-Furjana fejn hemm 27 sodda għall-kura tal-kanċer.

Wieħed ifaħħar l-istaff kollu ta’ dan l-Isptar Sir Paul Boffa li joffri servizzi bl-aktar mod dedikat u personalizzat.

Fil-programm elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li fil-ħames snin li ġejjin il-ġlieda kontra l-kanċer titqawwa b’aktar prevenzjoni biex każi ta’ kanċer jinqabdu kmieni u jkollhom probabilità akbar li jitfejqu.

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li jiżdiedu l-mediċini li l-Gvern jagħti b’xejn.

Il-Gvern Nazzjonalista investa bil-qawwi fil-ġlieda kontra l-kanċer u fil-ħames snin li ġejjin se jżid l-investiment fil-prevenzjoni u fi sptar ġdid u modern għall-kura tal-kanċer

Żvilupp mill-aktar importanti fil-ġlieda li l-Gvern qiegħed jagħmel kontra l-marda tal-kanċer kien il-ftuħ taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening li nfetaħ f’Ottubru tal-2009.

Ommijiet u nisa li twieldu bejn l-1950 u l-1959 qed ikunu mistiedna biex jagħmlu eżami tas-sider ħalli jaraw jekk għandhomx xi indikazzjonijiet ta’ kanċer tas-sider.

Permezz ta’ dan il-

programm, il-kanċer tas-sider jinqabad fi stadju bikri u hekk il-kura li tingħata l-pazjenta tkun aktar effettiva.

Żvilupp ieħor mill-aktar importanti kien l-għoti mingħajr ħlas tal-Herceptin. Din il-mediċina tingħata bħala parti mill-kura tal-kanċer tas-sider.

Hu importanti li wieħed ifakkar kif il-Gvern investa wkoll f’Linear Accelerator ġdid biex tingħata kura aktar effettiva lill-pazjenti kontra l-kanċer.

150 mara salvati mill-kanċer u 15,000 mara oħra serrħu rashom li m’għandhomx kanċer tas-sider

It-teknoloġija u t-trattament għall-kanċer qegħdin dejjem jiżviluppaw. Il-pazjenti li għandhom il-kanċer qed jingħataw kura aktar effettiva billi l-Gvern investa f’Linear Accelerator modern b’investiment ta’ 1.2 miljun ewro.

Dan il-Linear Accelerator ġdid se jingħaqad ma’ tnejn oħra li se jkun hemm fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija li qed jinbena bħalissa.

Bejn l-2008 u l-2011 saru 91,033 sessjoni ta’ radjuterapija u kimoterapija.

Page 2: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

150mara salvati mill-kanċer

wara kura immedjata tal-aqwa kwalità

15,000 mara serrħu rashom li

m’għandhomx il-kanċer tas-sider wara li għamlu eżamijiet

fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening

Fatti u Ċifri

100,000u aktar f’sessjonijiet

ta’ radjuterapija u kimoterapija f’temp

ta’ ħames snin

€1.2 miljun

f’investiment ta’ Linear Accelerator ġdid biex jgħin fil-ġlieda kontra

l-kanċer

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern saħħaħ il-ġlieda tiegħu kontra l-marda

tal-kanċer billi ħa diversi miżuri effettivi kemm ta’

prevenzjoni kif ukoll ta’ kura

91mediċina differenti

b’xejn offruti mill-Gvern fil-ġlieda kontra l-kanċer

Insaħħu l-ġlieda lill-marda tal-kanċerĊentru tal-Onkoloġija tal-aqwa livell

30. Ġlieda kontra l-kanċer

Jekk int taf xi waħda minn dawk il-150 mara li ħajjitha ġiet salvata grazzi għall-programm ta’ screening tal-Breast Cancer, int tifhem kemm hu importanti li nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra din il-marda qerrieda. Għaldaqstant se nwessgħu l-iscreening għall-kanċer fuq firxa iżjed wiesgħa tal-poplu tagħna sabiex numru akbar ta’ individwi jiġu screened b’xejn, fiż-żmien opportun f’ħajjithom. Barra minn hekk se niftħu ċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija li se jipprovdi qabża kbira ta’ kwalità ’l quddiem fuq l-Isptar Boffa, u li se jilqa’ ferm aktar pazjenti. Se nestendu wkoll is-servizz tas-saħħa fil-kura tal-kanċer ta’ tipi differenti biex b’hekk tonqos dejjem aktar il-ħtieġa li pazjent ikollu għalfejn jintbagħat għall-kura barra, ’il bogħod mill-qraba tiegħu.

31. Aktar mediċini għalik meta jkollok bżonnhom

i. Tiżdied u tissaħħaħ il-firxa ta’ mediċini, servizzi u apparat b’xejn.

ii. Fejn jirriżulta li mediċina partikolari li int intitolat għaliha tkun out of stock, il-Gvern se jagħti lura kumpens lil min ikun xtraha privatament għaliex ikollu bżonnha urġenti, skont prezzijiet stabbiliti.

iii. F’każijiet eċċezzjonali ta’ mard gravi fejn il-mediċina indikata mhix fuq il-Formularju tal-Gvern, nintrabtu li l-Gvern iħallas kemm tiswa l-mediċina li ġeneralment tiġi preskritta, biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż marbuta mal-mediċina l-ġdida.

32. Servizz mediku privat

i. Biex tonqos il-pressjoni fuq l-isptar pubbliku, jikber l-ispazju għas-settur privat fil-qasam tas-saħħa sabiex tkompli tonqos l-istennija, jiżdiedu l-operazzjonijiet, interventi, servizzi u investigazzjonijiet li jistgħu jsiru mill-privat u fil-privat bi ħlas mill-Gvern.

ii. Barra minn hekk, kull min jagħmel assigurazzjoni tas-saħħa jkun jista’ jnaqqas il-ħlas tal-premium mid-dħul taxxabbli tiegħu.

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Se niftħu ċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija li

se jipprovdi qabża kbira ta’ kwalità ’l quddiem

fuq l-Isptar Boffa, u li se jilqa’ ferm aktar pazjenti

Page 3: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemBosta familji għandhom lil xi membru milqut bil-marda tal-kanċer. Din tikkawża tbatija mhux biss lill-pazjent innifsu, imma anke lil dawk ta’ madwaru. Il-Gvern matul dawn il-ħames snin ħadem bil-kbir fil-qasam tal-kura lil dawn il-pazjenti. L-investiment hu kontinwu u issa qed ikun żviluppat Ċentru tal-Onkoloġija tal-ogħla kwalità

Sptar ġdid tal-onkoloġijaL-investiment fil-qasam tal-kura tal-marda tal-kanċer kien evidenti matul dawn is-snin. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista poġġa din it-tema fuq quddiem nett tal-aġenda tal-pajjiż, tant li anke sptar dedikat għal din il-marda qiegħed jinbena.

Permezz tal-isptar il-ġdid tal-onkoloġija, il-pazjent li hu milqut b’din il-marda issa jista’ jserraħ rasu ferm aktar li se jingħata l-ogħla kura u kura aktar speċjalizzata biex tkun ferm effettiva. Mill-banda l-oħra, wara kull pazjent hemm familja, familja li tkun għaddejja minn mumenti diffiċli u allura permezz ta’ dan is-servizz il-ġdid, it-tbatija li jgħaddu minnha se tittaffa għax jafu li kulma hu possibbli li jsir, qiegħed isir.

Dan seta’ jsir biss grazzi għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u minħabba li ngħatajna fondi apposta biex dan jinbena. B’hekk, proġett bħal dan sar b’inqas flus mit-taxxa.

Aktar favur il-pazjentĦadd ma jista’ jgħid li dan il-Gvern ma jinvestix fis-saħħa. Hemm lista twila xi ssemmi fejn sar investiment massiċċ f’numru ta’ oqsma tas-saħħa fosthom fil-mediċini b’xejn, bereġ u polikliniċi. Sar ukoll investiment f’Mater Dei f’diversi swali u wkoll fit-teatri tal-operazzjonijiet u kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema.

Imma l-ikbar investiment sar f’dak il-qasam li tant jinkwieta lin-nies u lill-pazjenti, dak relatat mal-kanċer.

Hekk kif inbena sptar ġdid apposta, sar investiment fi screenings biex il-probabbiltà tkompli titnaqqas, iżda fuq kollox, bdew jingħataw mediċini b’xejn mill-Gvern għal din il-marda biex żgur tingħata kull għodda possibbli biex wieħed jiġġieled din il-marda.

Fil-qasam tas-saħħa l-Gvern għamel investimenti qawwija ħafna.

Il-Gvern impenjat biex isalva aktar pazjentiIl-kanċer żgur mhux marda ħafifa bħal xi daqsxejn ta’ riħ jew xi wġigħ ta’ ras. Hu marda li twassal għal biżgħat serji għax il-ħajja tal-pazjent tista’ tkun f’riskju serju. Minħabba fatturi differenti, il-marda tal-kanċer qiegħda tiżdied, kemm minħabba l-ġenetika kif ukoll minħabba xi vizzji.

Il-Gvern għaraf jimpenja ruħu biex kull min jintlaqat minn din il-kundizzjoni jsib is-serħan il-moħħ li l-aħjar kura f’Malta teżisti wkoll, mhux bħal qabel, meta wieħed kellu jsiefer biex jingħata din il-kura.

Bl-investiment tal-isptar tal-onkoloġija, il-Gvern jaf li aktar ħajjiet se jkunu salvati u dan ifisser aktar persuni b’saħħithom. Dan jgħin biex ikun attirat ix-xogħol.

Meta din il-marda tinstab fi stadju bikri, il-perċentaġġ ta’ fejqan ikun ferm ikbar milli meta tinstab tard, u b’hekk inħaseb li jidħlu fis-seħħ programmi ta’ screenings.

Investiment fl-iscreenings Dejjem smajt li l-prevenzjoni hi aħjar mill-kura, u dan japplika għal kollox fil-ħajja, iżda fuq kollox, l-aktar li japplika hu fis-settur tas-saħħa. Dan nagħrfuh kultant meta jkun tard wisq, meta sfortunatament tiġrilna xi ħaġa u nibdew ninkwetaw x’għamilna b’idejna.

Il-Gvern ma qagħadx passiv dwar il-marda tal-kanċer u barra li ilu leġiżlatura sħiħa jinvesti u joħroġ bl-ideat biex ikompli jegħleb il-kanċer, ħareġ ukoll bi skemi fosthom breast u colorectal screenings biex lil dawk li jagħlqu ċerta età jkunu mistiedna biex jagħmlu dan it-test b’xejn.

Din hi inizjattiva tajba ħafna għax biha ma noqogħdux nistennew sakemm joħorġu s-sintomi u forsi jkun tard wisq, iżda l-mard jinstab qabel u jkun eliminat fi stadju bikri.

Dan kollu jfisser inqas tbatija għall-pazjent f’terminu ta’ trattament.

Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien pijunier fil-qasam tas-saħħaIl-Gvern Nazzjonalista minn dejjem kien pijunier fil-qasam tal-kura, tant li meta ssemmi lill-Partit Nazzjonalista, dejjem tiftakar fis-saħħa, saħħa ta’ kwalità mibnija fuq sisien sodi favur kull ċittadin.

Qabel din il-leġiżlatura, rajna l-Isptar Mater Dei jibda jopera u kulħadd beda jingħata servizz mill-aqwa u ta’ kumdità eċċezzjonali.

Issa qegħdin naraw il-bini ta’ sptar ġdid tal-onkoloġija, tant bżonjuż fil-ġlieda kontra l-kanċer, sptar li se jkun nifs ġdid lil diversi pazjenti li se jirċievu l-kura tagħhom hemm.

Gvern Nazzjonalista dejjem kien favur is-saħħa, għadu u se jibqa’ fuq quddiem f’din il-ġlieda.

EDwARD PAcEPEMBROKE

SELIcE cARDONATAS-SLIEMA

JOSEPh VELLAĦAL TARXIEN

c. PERcISTELLITAL-PIETà

PAUL TANTIIL-MOSTA

Page 4: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Fis-saħħa: l-aqwa u l-aħjar servizzi u kura b’investiment qawwi u kontinwu għax għandna pajjiż b’finanzi fis-sod

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għaddej bi ġlieda qawwija kontra l-kanċer. Investa f’aktar mediċina fil-kura tal-kanċer u f’apparat modern

tar-raġġi biex il-kura li tingħata tkun aktar effettiva

Iż-żgħażagħ illum għandhom l-opportunitajiet kollha biex jistudjaw, jimxu ‘l quddiem u jagħmlu

karriera b’suċċess f’diversi oqsma tal-ħajja, fosthom fil-qasam tas-saħħa u l-mediċina bi dħul

akbar għalihom u għall-familji tagħhom

Page 5: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Il-kura tat-tfal fl-isptar tal-Gvern tingħata importanza kbira għax uliedna huma speċjali u

għalhekk il-Gvern jaħtaf kull opportunità possibbli biex lil dawn it-tfal iżuruhom ukoll personalitajiet

ta’ fama internazzjonali

Pajjiżna jgawdi servizzi tas-saħħa tal-aqwa livell, kemm dawk offruti mill-Gvern, kif ukoll dawk offruti mill-privat. Is-settur privat, fil-qasam tas-saħħa, sab kull inkoraġġiment u minħabba l-fiduċja li għandu f’pajjiżna u fit-tmexxija tiegħu, investa biex hu wkoll jagħti lill-pazjent Malti l-aħjar servizz

Il-Gvern mhux biss bena sptar ġdid tal-aqwa kwalità - l-Isptar Mater Dei - iżda poġġa fih l-aqwa u l-aħjar

apparat mediku biex il-pazjenti jingħataw kura personalizzata tal-ogħla livell. Fis-saħħa l-Gvern hu

impenjat li jkompli joffri s-servizzi u l-kura mingħajr ħlas, skont il-ħtieġa tal-pazjenti

Page 6: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

KOLLOX LIL KULĦADD, BASTA NIDĦOL KASTILJA... IMBAGĦAD wARA NARAw

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 18.11.12)

Muscat jagħżel ħażin...Qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, f’Mejju tal-2009, il-leader Laburista Muscat għamel konferenza f’Għawdex u xandar parti minn diskors irrekordjat ta’ Alex Perici Calascione, kandidat tal-PN f’dik l-elezzjoni

Muscat xandar partijiet imbiċċrin mid-diskors ta’ Alex Perici Calascione biex il-kandidat Nazzjonalista jiġi jinstema’ jgħid il-maqlub ta’ dak li fil-fatt qal

Meta xxandret il-parti sħiħa tad-diskors, bil-biċċiet li qata’ Muscat, kien ovvju li l-Labour Party biċċer dak li qal Alex Perici Calascione biex iġibu jgħid xi ħaġa li ma qalx

...u tbati int

Muscat jippreżenta diskors imbiċċer ta’

Alex Perici calascione

Page 7: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Rapport li l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, l-OECD, u l-Unjoni Ewropea ppubblikaw flimkien is-sena l-oħra juri li aħna l-Maltin niġu l-ewwel minn fost l-Ewropej kollha għal kemm ngħixu fit-tul b’saħħitna.

Kejl importanti ħafna għal għaqdiet dinjinIr-rapport tal-OECD u tal-UE jistudja fid-dettall is-saħħa fil-pajjiżi Ewropej kollha u jagħti importanza lil kejl li jqis importanti ħafna: mhux biss kemm ngħixu fit-tul – f’dak aħna l-Maltin diġà qegħdin tajjeb u fost ta’ quddiem – imma f’kemm minn dan it-tul tal-ħajja hu f’qagħda b’saħħitha, bla mard serju jew diżabilità li xxekkilna.

Tul tal-ħajja jiżdied sew f’MaltaQabel naraw kemm qed ngħixu b’saħħitna, tajjeb naraw kemm il-Maltin qed

jgħixu fit-tul. Ir-riżultati tal-aħħar ċensiment juru li l-Maltin qed jgħixu sostanzjalment aktar u l-lonġevità – kemm hu mistenni jgħix Malti jew Maltija tat-twelid bħala medja – żdiedet sew f’dawn l-aħħar 20 sena.

Tifel Malti tat-twelid issa mistenni jgħix medja ta’ 79 sena; żieda ta’ sitt snin fuq 20 sena ilu. U tifla tat-twelid issa mistennija tgħix medja ta’ 83; żieda ta’ ħames snin.

71 sena ta’ ħajja bla mard serju jew xkiel fis-saħħaIr-rapport tal-OECD u tal-UE janalizza ċifri uffiċjali tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, u jsib li aħna l-Maltin l-aktar poplu li jgħix fit-tul b’saħħtu fl-Ewropa b’medja ta’ 71 sena. Warajna jiġu l-Iżvediżi b’70 sena u 8 xhur; u, wara, in-Norveġiżi b’69 sena u 8 xhur. Dawn it-tulijiet ta’ ħajja b’saħħitha f’Malta, l-Iżvezja u n-Norveġja

huma kollha ferm aktar mill-medja Ewropea ta’ 62 sena.

Kejl li jgħaqqad is-saħħa, l-ekonomija u l-edukazzjoniĦajja twila u attiva hi sinjal importanti ħafna ta’ kemm pajjiż jieħu ħsieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tiegħu. L-OECD u l-UE jispjegaw kif ħajja b’saħħitha fit-tul hi r-riżultat tal-kwalità tal-kura tas-saħħa u ta’ fatturi oħrajn ukoll fosthom l-ekonomija tal-pajjiż u l-edukazzjoni.

Aktar ma pajjiż ikun avvanzat ekonomikament, niesu jgħixu aktar fit-tul b’saħħithom, jgħid ir-rapport. Aktar ma jitjieb il-livell tal-edukazzjoni, in-nies jgħixu aktar u aħjar. Aktar ma javvanza l-investiment fil-kura tas-saħħa, naturalment in-nies itulu fil-ħajja b’saħħitha. U aktar ma kura tas-saħħa tajba tkun aċċessibbli għal kulħadd, aktar in-nies jgħixu tajjeb fit-tul.

Għaliex qed ngħixu l-itwal ħajja b’saħħitha fl-EwropaIl-ħajja twila u attiva li l-Maltin qed jgħixu hi riżultat tal-investiment qawwi li qed isir fil-kura tas-saħħa minn Gvern Nazzjonalista fi sptar ġdid, apparat modern, mediċini b’xejn li qed dejjem jiżdiedu, fit-testijiet kmieni għall-mard, fl-operazzjonijiet sofistikati li qed isiru f’Malta, fil-kura u r-riabilitazzjoni tal-anzjani, fi programmi ta’ prevenzjoni jiżdiedu kif ukoll fil-kura tajba aċċessibbli u fil-qabda ta’ kulħadd. B’hekk, il-Gvern qed iwassal kemm jista’ jkun lil kulħadd il-meravilji tax-xjenza u tal-avvanzi fil-mediċina.

Anzjani aktar attivi li jgawdu kura tajbaHawn ukoll ħafna għajnuniet biex l-anzjani jibqgħu jaħdmu tant li issa jistgħu jirtiraw u jaħdmu u b’hekk jibqgħu wkoll attivi fil-komunità. Dan ukoll jgħin għal ħajja itwal.

U bl-investiment li qed

kejl importanti tal-kwalità tal-ħajja u tas-saħħa: il-Maltin l-aktar Ewropej li jgħixu fit-tul b’saħħithom

isir f’ħafna oqsma oħrajn – fl-infrastruttura, fl-ambjent kollu, u fil-komunitajiet fejn ngħixu – it-tul tal-ħajja jkun wieħed bla mard serju jew xkiel qawwi ta’ diżabilità.

Ħajja mimlija b’aktar snin... u snin mimlijin b’aktar ħajjaTa’ dan l-investiment kollu qed naraw il-frott fil-ħajja twila u b’saħħitha li qed jgħixu l-Maltin li f’dan il-kejl importanti jinsabu l-aqwa mill-Ewropej kollha. Għax, kif jgħid ir-rapport tal-OECD, b’aktar xogħol u dħul akbar għall-familji u bl-edukazzjoni wiesgħa, in-nies jgħixu aktar u aħjar.

Dan hu ċertifikat mill-aqwa għal Malta minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OECD – l-għaqda li fiha l-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja – u l-UE li qed juru kif aħna l-Maltin qed ingawdu ħajja mimlija b’aktar snin, u snin mimlijin b’aktar ħajja.

L-organizzazzjoni tal-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja, l-OECD, u l-UE juru kif ekonomija sejra tajjeb u l-investiment fl-edukazzjoni u fis-saħħa jikkontribwixxu biex aħna l-Maltin l-aktar poplu Ewropew li ngħixu fit-tul b’saħħitna

Page 8: Kura mill-aqwa kontra l-kanċer - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Għamilna u se nkomplu nagħmlu l-akbar investiment li qatt sar f’pajjiżna fil-prevenzjoni, fil-kura u fit-trattament ta’ ħafna mard. Fil-leġiżlatura li jmiss se nkomplu ninvestu fil-prevenzjoni u fil-kura tal-kanċer u se nagħtu prijorità wkoll lid-dijabete li jbatu minnha madwar għaxra fil-mija tal-popolazzjoni Maltija. Dan l-investiment se nkomplu nagħmluh biex il-pazjenti jingħataw l-aqwa kura possibbli. Kura tal-ogħla kwalità u mediċini mingħajr ħlas.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi