milied fix-xaghra booklet 2014

12
1 ‘IL-MILIED FIX-XAGĦRA’ 2014 Ħarġa Nru. 11 Għaqda ‘Il-Milied fix-Xagħra’ Imwaqqfa 2004

Upload: milied-fghawdex

Post on 06-Apr-2016

269 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Milied fix-xaghra booklet 2014

1‘IL-MILIED FIX-XAGĦRA’2014

Ħarġa Nru. 11

Għaqda‘Il-Milied fix-Xagħra’

Imwaqqfa 2004

Page 2: Milied fix-xaghra booklet 2014

“Hodie Christus Natus Est.”

Ritratt tal-fa``ata: Presepju ta’ Raymond Bonello b’pasturi ma]duma [ewwa Napli.Ritratt ta’ Anthony Grech

Publikazzjoni Hodie Christus Natus Est.Għaqda ‘Il-Milied Fix-Xagħra’ Edizzjoni Numru 11 - Milied 2014

Ippubblikat bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Xagħra

RitrattiLawrence Camilleri, John Attard, Mario George Vella, Charles E. Attard, Anthony Grech, Josette Pace, Alain Salvary, Matthew Vella.

KuntattGħaqda ‘Il-Milied fix-Xagħra’, c/o Domus Curialis, Pjazza l-Vitorja, Xagħra Għawdex.

Email: [email protected] | www.xaghraparish.orgfacebook.com/ghaqdamiliedxaghra

disi

nn ta

’ Pau

l Ste

llini

Cavalcata tas-Slaten Maġi fl-Epifanija fi Pjazza l-Vitorja. Organizzata mill-Għaqda ‘Il-Milied fix-Xagħra’ bil-kollaborazzjoni tax-Xagħra Historical Re-enactment Organisation. Il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015 bejn l-10.30am u l-11.00am

Page 3: Milied fix-xaghra booklet 2014

1

IL-MILIED TA’ ĠESÙ !Messaġġ tal-Arċipriet

Messaġġ mis-Sindku Joe Cordina

Iċ-ċentru ta’ kull presepju huwa l-għar bil-Bambin. Kważi jrid ifakkarna li l-Milied huwa ta’ Ġesù. Il-Milied huwa t-twelid ta’ Ġesù! Tidher daqshekk sempliċi imma hija verità li kull ma jmur qed tintesa....

30 Presepju f’Raħal wieħedF’raħal qiegħed issib madwar 30 presepju maħduma b’tant impenn, tant sagrifiċċju u tant spejjeż minn Presepisti żgħażagħ, u oħrajn li għandhom esperjenza ta’ diversi snin. Messaġġ ta’ ħila u kapaċità fl-arti tal-Presepju ispirata minn waħda mill-isbaħ paġni Evanġeliċi. Sib ftit ħin u ieqaf quddiem ix-xena tal-presepju u TBAXXA ftit billi tilbes l-umiltà u tara xi tħoss.

Ix-Xagħra ir-raħal tal-PresepjuNieħu l-opportunità sabiex nistiedek tiġi żżur il-lokalità tax-Xagħra u żżur id-diversi wirjiet presepistiċi li qed jiġu organizzati filwaqt li nerġa’ nfakkrek fil-Milied ta’ Ġesù.

Nawguralek Milied Qaddis u Sena Tajba u lill-Għaqda Milied fix-Xagħra awguri għall-10 anniversarju u grazzi tal-ħidma kbira li twettqu b’risq il-Milied fix-Xagħra.

Dun Karm RefaloArċipriet

Ninsabu fil-jiem sbieħ tal-festi tal-Milied. F’dinja kummerċjalizzata fejn l-ispirtu veru tal-Milied qed jintilef, qiegħed nistiednek sa-biex tagħmel esperjenza

ta’ Milied nisrani fil-lokalita’ tax-Xagħra; ir-raħal tal-presepju.

Ir-raħal tax-Xagħra huwa magħruf fost l-oħrajn għan-numru kbir ta’ presepji statiċi u mekkaniċi bi tradizzjoni li tmur lura mi-jiet ta’ snin. Ta’ min ifakkar li kien fir-raħal tagħna li f’Għawdex ingħata bidu għat-tradizzjoni tal-Presepju Ħaj. Dan ilu jsir fl-inħawi tan-Nazzarenu għal dawn l-aħħar erbatax -il sena.

Kienet ukoll l-Għaqda ‘Il-Milied fix-Xagħra’ li tat bidu għall-attivita’ ‘La Cavalcata dei Magi’, attivita’ li ssir f’Jum l-Epifanija fi pjaz-za l-Vitorja. Din hija is-sitt sena li ser titella’ din l-attivita’ li kull sena tattira folla mdaqq-sa biex tgawdi dan l-ispettaklu. L-Għaqda

‘Il-Milied fix-Xagħra’ tinsab fl-għaxar anni-versarju ta’ ħidma volontarja f’dan ir-raħal b’risq il-Milied Xagħri. Huwa nkoraġġanti li t-talent ta’ bosta individwi jiġi manifestat f’diversi wirjiet u attivitajiet li jsaħħu l-iden-tita’ kulturali u reliġjużi tar-raħal tagħna.

Filwaqt li nistiednek biex iżżur ix-Xagħra għal esperjenza unika f’dan il-Milied, inħeġġek sabiex tattendi wkoll għall-Kunċert tal-Milied ‘Puer Natus Est’ li ser jorganizza l-Kunsill Lokali bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali flimkien mal-Awtorita’ Malt-ija għat-Turiżmu. Dan ser isir nhar il-Ħadd 28 ta’ Diċembru 2014 fis-7pm fil-Knisja Kolleġġjata, Bażilika u Santwarju ta’ Marija Bambina. Id-dħul ikun b’xejn pero’ matul din l-attivita’, jinġabru fondi b’riżq il-Malta Community Chest Fund.

Għan-nom tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, nixtieqlek Milied hieni u sena ġdida mimlija b’kull riżq u hena!

Page 4: Milied fix-xaghra booklet 2014

2

11:00pm: Għanjiet tal-Milied fil-Bażilika bis-sehem tal-Kor Voci Angeliche.

11:30pm: Ċelebrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari tal-Milied.12:00am: Ix-xbieha ta’ Ġesu’ Bambin titwassal fuq l-altar tal-

Bażilika. Isir il-Kant tal-Glorja. Dan hu l-aktar mument solenni ta’ dawn iż-żminijiet ta’ festi!

Konċelebrazzjoni Solenni tal-lejl tal-Milied immexxija minn Mons. Arċipriet Carmelo Refalo bis-sehem tal-Kor Voci Angeliche. Wara l-Quddiesa, inkomplu naqsmu l-ferħ tal-Milied waqt agape. Ħadd m’għandu jibqa’ f’postijiet tad-divertiment waqt il-quddiesa ta’ Nofsillejl.

Il-Lejl Qaddis Miliedtal-

Quddies fil-Bażilika: 5.00am, 6.00am, 7.00am, 8.30am, 9.45am, 11.00am, 5.00pm, u 7.30pm.8:00am: Kant tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata.8:30am: Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-Milied immexxija minn Mons.

Carmelo Refalo Arċipriet tal-Parroċċa.10:45am: Għanjiet tal-Milied fil-Bażilika minn Schola Cantorum Jubilate.11:00am: Quddiesa għaż-żgħażagħ bis-sehem tal-kor Schola Cantorum Jubilate.4:15pm: Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Għasar (bil-Malti) bis-sehem tal- poplu u

Barka Sagramentali.5:00pm: Mill-M.U.S.E.U.M. tas-Subien titlaq il-Purċissjoni Tradizzjonali tal-

Bambin bis-sehem tal-Banda Victory tax-Xagħra. Mistiedna li nattendu u nimxu lejn il-Knisja.

6:00pm: Programm imtella’ mis-Soċjeta’ tal-M.U.S.E.U.M. bil-priedka tradizzjonali tat-tifel.

Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru 2014Jum is-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

PROGRAMM TAL-VĠILI U JUM IL-MILIED

L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru 2014

Page 5: Milied fix-xaghra booklet 2014

3

Miftuħa mis-19 ta’ Diċembru 2014 sal-4 ta’ Jannar 2015.Fost il-ġimgħa mill-5.00pm sat-8pm.

Ħdud u Festi mill-10.00am sa’ 12.00pm u mill-4.00pm sat-8.00pm

PRESEPJI U WIRJIET tal-Milied fix-Xagħra 2014

1. Aaron Agius: Presepju Kbir Statiku, Triq tal-Qaċċa, Tel.79420486

2. Ħdejn il-Knisja ta’ Sant Anton Abbati, Triq Sant’ Anton: Presepju kbir mekkaniku u Wirja ta’ Presepji żgħar u Grotti maħduma mill-abbatini tal-komunita’ ta’ San Anton Tel. 99826350

3. Ħdejn il-Knisja ta’ Sant Anton Abbati, Triq Sant’ Anton Presepju kbir Statiku maħdum minn Fabio Azzopardi Tel. 99826350

4. Andre Cassar : Presepju Kbir Statiku, ‘Il-Gallerija’, Block A Maisonette 1, Triq Sruġ, Tel. 79451232

5. Matthew Borg: Presepju Kbir Statiku. 12 Triq L-Ispiera Tel. 77607807

6. Joshua Vella : Presepju Kbir Statiku. Our Nest, Triq Liberat Grech Tel. 79551996

7. Fabio Azzopardi Presepju Statiku armat f’tieqa. 1, Triq L-Arċipriet Ġużepp Diacono, (Maġenb il-Knisja) Xagħra Tel. 99826350

8. Ċentru Vokazzjonijiet: Presepju Kbir Statiku. Triq L-Arċipriet Ġużepp Diacono Tel. 21559481

Incarnatus Est: Wirja ta’ sittin bambin devoti u artistiċi tal-Milied. Xogħol li jvarja minn skultura antika fix-xemgħa, kartapesta u materjali oħra. Ċentru Vokazzjonijiet Triq L-Arċipriet Ġużepp Diacono Tel. 21559481

9-13. Knisja Bażilika: Ħames Presepji Kbar artistiċi maħduma mill-Kan. Mgr. Anton Refalo flimkien maż-żgħażagħ kif ukoll oħrajn maħduma minn John Attard, Paul Stellini, Lawrence Camilleri u Elvin Borg. Pjazza Il-Vitorja Tel. 21557881

14. Każin tal-Banda Victory: Presepju Kbir Statiku maħdum minn Ezekiel Grima. Triq Marija Bambina Tel. 21560608, 79560608

15. John Agius Presepju Statiku armat f’tieqa. ‘Sol’ Vjal it-Tmienja ta’ Settembru, Xagħra

16-17. Charlon Said: Żewġ Presepji Kbar Statiċi. Francvic, Triq Parisot Tel. 99561286

18-22. Museum Subien : Presepju Kbir Mekkaniku, Presepju Kbir Statiku, Presepju Life Size fil-kartapesta skolpit mill-presepista John Attard, Wirja ta’ Presepji żgħar, Presepju ta’ Beatrix Cini fuq stil Naplitan, Presepju ta’ Marvic Muscat u l-Wirja ta’ Krafts tal-Milied. Triq Dun Ġorġ Preca Tel. 21563662

23 Fabio Azzopardi Presepju Kbir Statiku 50, Triq it-Tiġrija, Xagħra Tel. 99826350

24. Tonio Caruana: Presepju Kbir Statiku. Triq Vestru. Tel.79557207

25. Matthew Farrugia: Presepju Mekkaniku. Triq Għonqa. Tel.79055057

26. Ċentru Ġesu’ Nazzarenu: Presepju Kbir Statiku. Triq Ġnien XiblaTel. 21560813, 79539721

Page 6: Milied fix-xaghra booklet 2014

4

27. Nazzarenu: Presepju Ħaj. Farmhouse Triq Ġnien Xibla, quddiem il-Knisja tan-NazzarenuTel. 99826350Ħinijiet tal-ftuħ 24-12-2014 - 7.00pm to 9.00pm, 25-12- 2014 - 4.00pm to 9.00pm, 26-12- 2014 - 6.00pm to 9.00pm , 27-12- 2014 - 6.00pm to 9.00pm, 28-12- 2014 - 4.00pm to 8.00pm, 01-01- 2015 - 4.00pm to 9.00pm Info : 99248780

28 – 29. Raymond Bonello: Presepju Kbir Statiku u Presepju artistiku Naplitan b’Pasturi tal-pied maħdumin ġewwa San Gregorio Armeno, Napli. Qasam ta’ Dun Anton fin-Nazzarenu Tel. 99450523

Il-grupp the guiding light jippreżenta l-erbatax -il edizzjoni

Ħdejn il-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu ix-Xagħra, Għawdex | L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru fis-7.00pm tberik u ftuħ uffiċċjali Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru mill-4.00pm sad-9.00pm • Il-Ġimgħa 26 u s-Sibt 27 ta’ Diċembru mis-6.00pm sad-9.00pmIl-Ħadd 28 ta’ Diċembru mill-4.00pm sat-8.00pm • Il-Ħamis l-1 ta’ Jannar mill-4.00pm sad-9.00pm

“Dawl veru, li jdawwal kull bniedem”Ġw 1,9

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur is-sit elettroniku tal-grupp www.kgnxaghra.orgjew ċempel fuq dawn in-numri: Tel: 2156 0813 | Mob: 9924 8780

tal-PRESEPJU ĦAJPRESEPJU ĦAJPRESEPJU ĦAJ

Page 7: Milied fix-xaghra booklet 2014

5

Page 8: Milied fix-xaghra booklet 2014

Fabio Azzoppardi Joshua Vella

Ċentru Vokazzjonijiet Fabio Azzopardi

Aaron AgiusSant’ Anton Abbati,Presepju Mekkaniku

Presepju Knisja John Attard

Każin Banda Victory - Ezekiel Grima John Attard

Page 9: Milied fix-xaghra booklet 2014

Beatrice Cini

Mużew Subien Presepju Mekkaniku Tonio Caruana

Matthew Farrugia

Charlon Said

Mużew Subien Presepju Statiku

Ċentru Nazzarenu

Presepju Ħaj, Nazzarenu Ray Bonello Presepju Statiku

Charlon Said

Page 10: Milied fix-xaghra booklet 2014

8

Ray Bonello Presepju Naplitan

Page 11: Milied fix-xaghra booklet 2014

Ritratti tal-qoxra ta wara:Ritratt tal-Kor Voci Angeliche meħud minn Matthew Vella

Seminar tal-Presepju

gozo

pres

s

Is-seminar annwali tal-Presepju ta’ din is-sena tmexxa mill-presepista’ Paul Stellini dwar il-kostruzzjoni ta’ presepju fuq skala ta’ minjatura nhar il-Ħadd 30 ta’ Novem-bru fiċ-Ċirklu taż-żgħażagħ. Folla mdaqqsa attendiet inkluż numru ta’ Maltin. Kellna wkoll viżta mill-Eċċ. Mons Isqof M Grech.Dan is-seminar sar bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għawdex-Malta Sezzjoni Għajnsielem.

9

Page 12: Milied fix-xaghra booklet 2014

Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru 2014 - 7.00pmPUER NATUS EST - Kunċert tal-Milied organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Il-Kor tal-Parroċċa Voci Angeliche flimkien mal-orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Ivan Attard A.MusTCL (choir leader: Grace Vella Refalo). Id-dħul huwa b’xejn. Matul il-Kunċert, jinġabru donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund.

PUER NATUS EST