syntagma - laikos · qaddis tal-milied kienet tiġbor lis-sorijiet u flimkien magħhom kienet...

4
Fil-bidu tal-Enċklika tiegħu, il- Papa Franġisku, filwaqt li jisħaq li “oħtna l-art qed tipprotesta kontra l-ħsarat li għamilnilha u l-abbuż irresponsabbli tagħna ...” iħeġġiġna “biex nagħtu widen għall-protesti kemm tad-dinja kif ukoll tal- fqar”. *San Benedittu jistedinna biex nagħtu widen b’mod iktar profond “... iftaħ il widnejn ta’ qalbek;” (RB, Prol., 1) Huwa smiegħ li jġiegħelek tkun sensibbli miegħek innifsek, ma’ dawk kollha ta’ madwarek, u tesperjenzja b’xeħta kontemplattiva il-ġmiel u l-ferħ tan-natura, tal- ħolqien. Iġiegħelek tistaqsi: kif qed inwieġeb jien għall-pjan ta’ Alla u nifhem li il-ġmiel u l-paċi huma parti minn ħajti? Papa Franġisku huwa kontra INDIRIZZ: Monasteru San Pietru, Triq Villegaignon Mdina MDN 1193 - MALTA SAN BENEDITTU, PAPA FRANĠISKU, U L-ENĊIKLIKA “LAUDATO SI’...” SYNTAGMA Għadd 9 ħarġa 36 OTTUBrU / dIĊEMBrU 2015 SILTIET MIR-REGOLA Aħna nemmnu li Alla jinsab kullimkien u li “Kullimkien iħarsu għajnejn il-Mulej, jgħassu fuq il-ħżiena u fuq it-tajbin”. Fuq kollox imma nemmnu bla dubju ta’ xejn, fil-preżenza ta’ Alla. (Kap 19,1-2) L-Abbati... fuq kollox għandu jimxi u jġiegħel lill-ħaddieħor jimxi skont din ir-Regola. (Kap 64, 20) li “l-medja u d-dinja diġitali li jidddominaw u jinfluwenzaw lil bniedem tant, li ma jkomplix jaħseb bil-għaqal, jiddistingwi dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin, u jħobb bla kundizzjonijiet...” *Il-karatteristiċi tal-ħajja Bene- dittina huma il-paċi u s-silenzju “Il- monaċi jridu jżommu s-skiet kull ħin...” (RB, 42,1) u il-monaku “ jrid irażżan ilsienu u jħares is-skiet, ma jitkellimx għajr jekk mistoqsi.” (RB, 7:56). Mhux faċli li wieħed jimxi fuq dak li jgħid San Benedittu “żammejt ruħi fis-skiet” (RB,7:4). Papa Franġisku jisħaq li “l-fatt li jkollok dar ifisser sens ta’ dinjità u jgħin it-tkabbir tal-familji”. L-indifferenza, in-nuqqas ta’ ġustizzja u l-problemi ambjentali jolqtu l-aktar in-nies vulnerabbli. Għalhekk il-Papa jkompli “Ejjew ma nintilfux biss fuq il-fqar tal- futur, imma nagħtu każ tal-fqar tallum. Ħajjithom hija qasira wisq u ma nistgħux nistennew”. *San Benedittu kiteb “Għin lill- fqar. Iċħad id-drawwiet tad-dinja. Tippreferi xejn għall-imħabba ta’ Kristu.” (RB, 4:14, 20-21). F’kapitlu ieħor tar-Regola, jisħaq mal- Maħżnier (Ċellerarju/Ekonomu) biex “...jieħu ħsieb speċjalment il-morda, it-tfal, il-mistednin, il- fqar...” (RB, 31:9) “It-tniġġiż, l-iskart anki dak perikoluż huma strettament marbutin mal-qagħda gravi li qed jiffaċċjaw il-ġnus u saħħet id-dinja” igħid il-Papa, u ġustament jinnota li “... biex nieħdu ħsieb l-ekosistemi hemm bżonn ta’ ħarsa li tmur lil hemm mill-immedjat, għax meta nfittxu biss il-profitt ekonomiku mgħaġġel u ħafif ħadd ma jinteressah tassew fil-preservazzjoni tiegħu.” *L-għaqal huwa ċentrali fir- Regola Benedittina, fejn il-binja monastika, in-nies li jgħixu fiha u l-idwar jissejħu “id-Dar ta’ Alla”. Mal-Maħżnier jisħaq li”...fid-dar tal-Mulej ħadd m’għandu għalfejn jitħawwad jew jitnikket”. (RB, 31:19). Għal San Benedittu l-oġġetti kollha tal-Monasteru huma indaqs u l-Maħżnier irid “iqis l-oġġetti u l-ġid materjali tal-Monasteru daqs li kieku oġġetti sagri ta’ fuq l-altar. Xejn m’għandu jqis ta’ bla kont”. (RB, 31:10-11) Lil min jgħażel li jidħol fil- Monasteru, San Benedittu, jgħidlu ċar u tond “Jekk trid tikseb il-ħajja vera u dejjiema... fittex is-sliem u imxi warajh”. (RB, Prol:17) *Ara McDonald, M., Common threads: Francis’ Encyclival and Benedict’s Rule

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: SYNTAGMA - Laikos · Qaddis tal-Milied kienet tiġbor lis-Sorijiet u flimkien magħhom kienet tgħid il-”Fjuretti tal-Milied” li hija stess kienet kitbet. Dan huwa wieħed minnhom:

Fil-bidu tal-Enċklika tiegħu, il-Papa Franġisku, filwaqt li jisħaq li “oħtna l-art qed tipprotesta kontra l-ħsarat li għamilnilha u l-abbuż irresponsabbli tagħna ...” iħeġġiġna “biex nagħtu widen għall-protesti kemm tad-dinja kif ukoll tal-fqar”.

*San Benedittu jistedinna biex nagħtu widen b’mod iktar profond “... iftaħ il widnejn ta’ qalbek;”(RB, Prol., 1) Huwa smiegħ li jġiegħelek tkun sensibbli miegħek innifsek, ma’ dawk kollha ta’ madwarek, u tesperjenzja b’xeħta kontemplattiva il-ġmiel u l-ferħ tan-natura, tal-ħolqien. Iġiegħelek tistaqsi: kif qed inwieġeb jien għall-pjan ta’ Alla u nifhem li il-ġmiel u l-paċi huma parti minn ħajti?

Papa Franġisku huwa kontra

INDIRIZZ: Monasteru San Pietru, Triq Villegaignon Mdina MDN 1193 - MALTA

SAN BENEDITTU, PAPA FRANĠISKU,U L-ENĊIKLIKA “LAUDATO SI’...”

SYNTAGMAGħadd 9 ħarġa 36 OTTUBrU / dIĊEMBrU 2015

SILTIETMIR-REGOLA

Aħna nemmnu li Alla jinsab kullimkien u li “Kullimkien iħarsu għajnejn il-Mulej, jgħassu fuq il-ħżiena u fuq it-tajbin”. Fuq kollox imma nemmnu bla dubju ta’ xejn, fil-preżenza ta’ Alla. (Kap 19,1-2)

L-Abbati... fuq kollox għandu jimxi u jġiegħel lill-ħaddieħor jimxi skont din ir-Regola. (Kap 64, 20)

li “l-medja u d-dinja diġitali li jidddominaw u jinfluwenzaw lil

bniedem tant, li ma

j ko m pl i x jaħseb bil-għaqal, jiddistingwi dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin, u jħobb bla kundizzjonijiet...”

*Il-karatteristiċi tal-ħajja Bene-dittina huma il-paċi u s-silenzju “Il-monaċi jridu jżommu s-skiet kull ħin...”(RB, 42,1) u il-monaku “ jrid irażżan ilsienu u jħares is-skiet, ma jitkellimx għajr jekk mistoqsi.”(RB, 7:56). Mhux faċli li wieħed jimxi fuq dak li jgħid San Benedittu “żammejt ruħi fis-skiet”(RB,7:4).

Papa Franġisku jisħaq li “l-fatt li jkollok dar ifisser sens ta’ dinjità u jgħin it-tkabbir tal-familji”. L-indifferenza, in-nuqqas ta’ ġustizzja u l-problemi ambjentali jolqtu l-aktar in-nies vulnerabbli. Għalhekk il-Papa jkompli “Ejjew ma nintilfux biss fuq il-fqar tal-futur, imma nagħtu każ tal-fqar tallum. Ħajjithom hija qasira wisq u ma nistgħux nistennew”.

*San Benedittu kiteb “Għin lill-fqar. Iċħad id-drawwiet tad-dinja. Tippreferi xejn għall-imħabba ta’

Kristu.”(RB, 4:14, 20-21). F’kapitlu ieħor tar-Regola, jisħaq mal-Maħżnier (Ċellerarju/Ekonomu)

biex “...jieħu ħsieb speċjalment il-morda, it-tfal, il-mistednin, il-fqar...”(RB, 31:9)

“It-tniġġiż, l-iskart anki dak perikoluż huma strettament marbutin mal-qagħda gravi li qed jiffaċċjaw il-ġnus u saħħet id-dinja” igħid il-Papa, u ġustament jinnota li “...

biex nieħdu ħsieb l-ekosistemi hemm bżonn ta’ ħarsa li tmur lil hemm mill-immedjat, għax meta nfittxu biss il-profitt ekonomiku mgħaġġel u ħafif ħadd ma jinteressah tassew fil-preservazzjoni tiegħu.”

*L-għaqal huwa ċentrali fir-Regola Benedittina, fejn il-binja monastika, in-nies li jgħixu fiha u l-idwar jissejħu “id-Dar ta’ Alla”. Mal-Maħżnier jisħaq li”...fid-dar tal-Mulej ħadd m’għandu għalfejn jitħawwad jew jitnikket”.(RB, 31:19). Għal San Benedittu l-oġġetti kollha tal-Monasteru huma indaqs u l-Maħżnier irid “iqis l-oġġetti u l-ġid materjali tal-Monasteru daqs li kieku oġġetti sagri ta’ fuq l-altar. Xejn m’għandu jqis ta’ bla kont”.(RB, 31:10-11) Lil min jgħażel li jidħol fil-Monasteru, San Benedittu, jgħidlu ċar u tond “Jekk trid tikseb il-ħajja vera u dejjiema... fittex is-sliem u imxi warajh”.(RB, Prol:17)

*Ara McDonald, M., Common threads: Francis’ Encyclival and Benedict’s Rule

Page 2: SYNTAGMA - Laikos · Qaddis tal-Milied kienet tiġbor lis-Sorijiet u flimkien magħhom kienet tgħid il-”Fjuretti tal-Milied” li hija stess kienet kitbet. Dan huwa wieħed minnhom:

Paġna 2 SYnTaGMa Għadd 9 ħarġa 36

Ikompli f’paġna 3

MID-DINJA BENEDITTINATAGĦRIF TA’ INTERESS

*Is-Santa Sede appruvat il-ħatra ta’ Dom Roberto Dotta OSB, bħala it-tieni Abbati tal-Abbazija/Bażilka ta’ San Paolo fuori le Mura - Ruma. Huwa ħa post l-Abbati Edmund Power OSB wara li kien ilu jmexxi l-komunità għal dawn l-aħħar 10 snin. Għal 1300 sena, il-monaċi Benedittini kienu responsabbli ewlenin ta’ San Paolo fuori le Mura, sakemm fl-2005, il-kumpless abbazjali u bażilikali tqegħdu direttament taħt is-Santa Sede. Madankollu l-abbazija għadha dgawdi minn statut speċjali u l-monaċi, minbarra l-ħajja monastika tagħhom huma responsabbli mill-lituġija u l-pastorali. L-amministrazzjoni hija f’idejn amministratur Pontifiċju li jinħatar mill-Papa li għandu ġurisdizzjoni sħiħa, ċivili u reliġjuża fuq il-kumpless kollu inkluż dak extra-territorjali. Fl-Abbazija hemm il-fdalijiet mortali ta’ San Pawl.

*Dr. Dom Dominicus Meier OSB, l-Abbati emeritu tal-Abbazija Königsmünster-Ġermanja, inħatar isqof Tit. ta’ Castro di Sardegna u awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ Paderborn. L-isqof Meier għandu 56 sena u kellu 24 meta ssieħeb mal-Kongregazzjoni Benedittina ta’ Sant’Ottilja. L-ordinazzjoni episkopali tiegħu saret fil-

Kattidral ta’ Paderborn fis-27 ta’ settembru 2015.

*Anniversarju importanti kien l-għeluq tal-1400 sena mill-mewt ta’ San Kolumbanu li sar fl-Abbazija ta’ Bobbio li San Kolumbanu kien waqqaf fis-sena 614. Il-monaċi kienu jħarsu ir-Regola ta’ San Benedittu. F’din l-okkażjoni saret ukoll it-18 -il Laqgħa tal-Komunità ta’ San Kolumbanu (Kolumbanjani) li saret fit-30 ta’ Awwissu li għadda. Għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tmexxew mill-Arċisqof ta’ Milan il-Kard. Angelo Scola. Matul il-Medjevu l-Abbazija ta’ Bobbio kienet waħda miċ-ċentri l-iktar importanti fl-Ewropa tant

li bejn is-sekli VII u XII kienet meqjusa bhala Montecassino tal-Italja ta’ fuq. Kellha kollezzjoni

ta’ 700 Kodiċi li minnhom baqgħu biss 25 minn fost -il 150 manuscritt li huma l-eqdem tal-Letteratura Latina li jeżistu fid-dinja. Għamlet żmien bħala

abbazija matriċi tal-monakiżmu tal-punent li jmur lura għall-żmien il-Longobardi. Kellha setgħat ċivili kbar u saret “Fewdu Monastiku ta’ Bobbio” u iktar tard inbidlet f’ “Kontea Veskovili ta’ Bobbio”. Illum l-Abbazija hija waħda mill-parroċċi tal-vikarjat ta’ Bobbio u l-funzjoinijiet reliġjużi isiru biss fil-ħdud u ġranet festivi.

*Il-Kardinal Kurt Koch, president tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-Għaqda tal-Insara, kien il-mibgħut

Page 3: SYNTAGMA - Laikos · Qaddis tal-Milied kienet tiġbor lis-Sorijiet u flimkien magħhom kienet tgħid il-”Fjuretti tal-Milied” li hija stess kienet kitbet. Dan huwa wieħed minnhom:

Għadd 9 ħarġa 36 SYnTaGMa Paġna 3

Ikompli f’paġna 4

ikompli minn paġna 2

speċjali tal-Papa fl-okkażjoni tal-1500 mill-fundazzjoni tal-Abbazija St.Maurice, fl-Iżvizzera. L-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet sar fost solennità kbira fit-12 ta’ Settembru li għadda. Kien ir-Re tal-Burgundja Siġiżmondu li fis-sena 515 ta’ bidu għal din l-Abbazija, l-eqdem waħda fost dawk li għadhom attivi fil-punent. Fil-preżent għadha immexxija minn komunità ta’ Kanoniċi Regulari ta’ Santu Wistin li kienu ngħataw din l-Abbazija fl-1128.

*Il-Kongregazzjoni Benedittina Ingliża(=KBI), fost l-Ordnijiet Reliġjużi ewlenin tar-Renju Unit, appellat lill-membri żgħażagħ tagħha biex jagħtu sehemhom ħalli jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi li ġejjin l-aktar mill-età għolja tal-Komunitajiet u minn nuqqas ta’ vokazzjonijiet.

Fil-fatt f’Lulju li għadda grupp ta’ madwar 30 monaku u sorijiet benedittini tal-KBI, taħt il-55 sena, iltaqgħu f’Buckfast Abbey, f’Devon, biex jesprimu l-opinjoni tagħhom u jgħamlu suġġerimenti. Il-KBI hija l-eqdem waħda fi ħdan l-Ordni Benedittin għaliex egħruqha jmorru lura għas-seklu VII, imma formalment kienet twaqqfet fis-seklu XIII. Hija preżenti fi ħdan iċ-Church of England u anki f’Wales. Id-deċiżjoni li jsiru dawn il-laqgħat kienet ittieħdet fl-2013. Fil-laqgħat saru diversi rakkomandazzjonijiet li ittieħdu b’sens pożittiv. Ingħatat ukoll statistika tal-qagħda preżenti tal-KBI. Issemma’ fost l-oħrajn l-eqdem monasteru tal-KBI, Downside Abbey, f’Sommerset, fejn hemm biss tmien monaċi u postulant. Dan inġieb biss bħala eżempju għaliex l-istess Fergħa Benedittina Ingliża li fl-1973 kienet tgħodd 506 monaċi u 136 Sorijiet fl-2013 kienet tgħodd 279 monaċi u 35 Soru. Issemmiet ukoll Ampleforth Abbey, li attwalment għandha l-akbar komunità, 70 monaku,

li minnhom iktar minn nofs għandhom iktar minn 65 sena. L-Abbazija għandha numru ta’ parroċċi, skola indipendenti, u St.Benet, fl-Università ta’ Oxford. Abbaziji oħrajn għad għandhom l-iskejjel: Downside, Ampleforth, Worth, u Ealing imma l-Kapijiet tal-Iskejjel huma lajċi. Skont l-Abbati

President Dom Richard Yeo OSB, il-laqgħat saru biex “fid-dawl tal-problemi kemm il-monasteri individwalment kif ukoll il-KBI ifittxu is-soluzzjonijiet.” Huwa żied jgħid li “lil hemm mill-etajiet u minn-nuqqas ta’ vokazzjonijiet qed ngħixu f’dinja globali kumplessa u tajjeb li wieħed jifli post il-KBI fl-ambjent tal-ġejjieni.” Ma kienetx eskluża l-possibiltà ta’ koperazzjoni

iktar mill-qrib bejn il-monasteri, u trid tkun iktar stretta minn dak li diġà qed issir bħalissa(Novizzi minn Abbaziji differenti li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien; monaċi li jintbgħatu f’abbazija partikulari meta’ meħtieġ....). Il-monaċi zgħażagħ kienu

deċiżament kontra l-proposta li l-Abbatijiet jinħatru għall-għomorhom. Fost il-persunalitajiet li ħarġu mill-KBI biżżejjed wieħed isemmi il-Kardinal Basil Hume OSB, Bishop Christopher Butler OSB,

Page 4: SYNTAGMA - Laikos · Qaddis tal-Milied kienet tiġbor lis-Sorijiet u flimkien magħhom kienet tgħid il-”Fjuretti tal-Milied” li hija stess kienet kitbet. Dan huwa wieħed minnhom:

TAGĦRIFMONASTERUTel. (0356) 21 451 889 (Madre Badessa) Tel. (0356) 21 454 355 (Monasteru)Fax:(0356) 21 450 902E-mail: [email protected]

Mons.C.ZAMMIT—Koordinatur DjoċesanTel. (0356) 21 245 942 / 3Mob.(0356) 79907904E-mail: [email protected]

TAGĦRIF IEĦORFil-Knisja tal-Monasteru jiġu ċelebrati

il-Festi u s-Solennitajiet tal-Mulej u ta’ Marija SS.ma, kif ukoll dawk fil-

Kalendarju Liturġiku BenedittinQUddIES

Kuljum: fit-08.00 Ħdud u Festi: fit-08.00

* adOraZZJOnI

L-ewwel Tlieta tax-xahar: 19.00-20.30Viżta lill-ġesù Sagramentat – Talb

f’ġieħ il-Beata M.adeodata Pisani OSB fil-kamra tal-Beata – adorazzjoni fil-

Knisja tal-MonasteruL-ewwel Sibt tax-xahar: 19.30-21.00

(Mill-Grupp l-Imħabba divina)bil-Quddiesa

*LaQGħa GħaLL-OBLaTI

It-tielet Tnejn tax-xahar(Il-Laqgħa tibda fid-09.00 bit-Tifħir ta’

Sbiħ il-Jum)

Paġna 4 SYnTaGMa Għadd 9 ħarġa 36

IT-TWELID TAL-BEATA MARIJA ADEODATA PISANI OSB

Bħal kull sena il familja Benedittina Maltija tinġabar fil-Monasteru San Pietru-Mdina, biex b’ċelebrazzjoni Ewkaristika tfakkar it-Twelid tal-Beata M.Adeodata(209 snin). Hija ġurnata sabiħa għax inkunu għadna fl-Ottava tal-Milied u f l-istess ħin il-Komunità Monastika tieħu l-okkażjoni biex trodd ħajr lil Alla għal dak kollu li għoġbu jagħtina matul din is-sena. Wara kollox ma jistax ikun mod ieħor għaliex il-Beata kellha devozzjoni speċjali lejn iċ-Ċkejkna Tarbija

ta’ Betlehem, devozzjoni li nisslitha fost ħutha s-Sorijiet, devozzjoni li għadha ħajja sallum. Tul in-Novena u fil-Lejl

Qaddis tal-Milied kienet tiġbor lis-Sorijiet u f limkien magħhom kienet tgħid il-”Fjuretti tal-Milied” li hija stess kienet kitbet. Dan huwa wieħed minnhom: Qim lill-meqjum tas-Serafini, li sar Ġesù Bambin ċkejken. Bil-ħeġġa profonda ta’ qalbek, f’dak kollu li tagħmel,

tkun tista’ tissieħeb lis-Serafini, fl-adorazzjoni tal-Imwieled Messija.

Il-Madre Badessau l-Komunita’ Monastika

jawgurawMilied Qaddisu Sena 2016

mimlija hena, riżqu barka mis-sema

Ikompli minn paġna 3

Lord John Hunt Segretraju tal-Kabinett( it-tlieta mejtin) u Lord Chris Patten Kanċillier tal-Università ta’ Oxford. (Riferenza: The Tablet tas-6 ta’ Awwissu 2015) Nixtieq inżid li ħafna Maltin, ħadu u għadhom jiffrekwentaw dawn l-iskejjel tal-KBI.

*F’dan il-qabar sempliċi fil-Kattidral ta’ Durham, jinsab midfun San Beda il-Venerabbli, monaku, kronista, storiku u astronomu Ingliż

ewlieni, magħruf bħala l-”Missier tal-Istorja tal-Ingilterra” minħabba l-opra storiku/letterarja tiegħu Historia Ecclesiastica gentis Anglorum (= l-Istorja Ekkleżjastika tal-Poplu Ingliż). Fiha huwa kiteb fuq l-ewwel 700 sena tal-Kristjanità fl-Ingilterra. Twieled fis-sena 672ċ. Ta’ 7 snin daħal fl-Abbazija ta’ Wearmouth u 10 snin wara mar fl-Abbazija ta’ Jarrow fejn ħa l-edukazzjoni monastika u akkademika tiegħu u ta’ 30 sena sar Saċerdot. Għix ħajtu kollha f’Jarrow sakemm miet fil-

25 ta’ Mejju tas-sena 735. Fl-1899 sar l-ewwel Ingliż likien dikjarat Duttur tal-Knisja. Ta’ min isemmi li l-motto li hemm fuq l-istemma tal-Papa Franġisku Miserando atque eligendo instilet minn waħda mill-Omeliji ta’ Beda il-Venerabbli (Om.21; CCL 122, 149-151).