m&t diliĠenza dovuta dwar miŻuri restrittivi gĦal … · l-islamic republic news agency...

21
M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL NEGOZJI TAL-UE LI JITTRATTAW MAL- IRAN Il-konklużjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran wassal għat-tneħħija tas- sanzjonijiet tan-NU kollha kif ukoll ta’ sanzjonijiet multilaterali u nazzjonali relatati mal-programm nukleari tal-Iran 1 . L-Unjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ favur li titkompla l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-PAKK, dment li l-Iran jirrispetta l-impenji tiegħu relatati man-nukleari. It-tneħħija tas-sanzjonijiet relatati man-nukleari, li jippermettu li jkun hemm normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Iran tikkostitwixxi parti essenzjali mill-PAKK. Dawn il-mistoqsijiet u tweġibiet huma maħsubin biex jappoġġaw lin-negozji Ewropej, partikolarment Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs), li jixtiequ jagħmlu n-negozju mal-Iran. 1. L-OPERATURI TAL-UE GĦALA GĦANDHOM BŻONN JAGĦMLU VERIFIKI DWAR IL-MIŻURI RISTRETTIVI GĦALL-IRAN? Minkejja t-tneħħija f’fażijiet tas-sanzjonijiet skont il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal- Iran, għad fadal għadd ta’ miżuri restrittivi tal-UE fis-seħħ (aktar tagħrif dwar is-sanzjonijiet applikabbli tal-UE jinsab fin-nota ta' informazzjoni tal-UE dwar il-PAKK hawnhekk). L-operaturi tal-UE 2 li huma interessati li jkollhom x’jaqsmu mal-Iran iridu jqisu jekk l-attivitajiet tagħhom humiex se jaqgħu taħt il-miżuri restrittivi applikabbli tal-UE. Qabel ma jidħlu f’xi attività kummerċjali, l-operaturi tal-UE jridu jiżguraw li jsiru l-miżuri xierqa ta’ diliġenza dovuta. 2. FEJN NISTA’ NSIB AKTAR INFORMAZZJONI DWAR IL-MIŻURI RESTRITTIVI LI GĦADHOM JAPPLIKAW GĦALL-IRAN? Fil-Mappa tas-Sanzjonijiet tal-UE ssib ħarsa ġenerali tas-sanzjonijiet tal-UE applikabbli kollha 3 . 3. FEJN NISTA’ NSIB LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET LI HUMA SOĠĠETTI GĦALL-MIŻURI RESTRITTIVI FINANZJARJI TAL-UE? Fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea hemm lista konsolidata ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-UE. Kun af li jkollok bżonn toħloq login tal-UE biex taċċessa l-lista sħiħa. 1 Dikjarazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Federica Mogherini u l-Ministru għall- Affarijiet Barranin Iranjan Javad Zarif, Vjenna, l-14 ta’ Lulju 2015. 2 Dawn il-miżuri applikati mill-operaturi tal-UE huma mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet marbutin b’obbligu skont id-Direttiva (UE) 2015/843 (“id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal- Flus”, Anti-Money Laundering Directive, AMLD). L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw ir- rekwiżiti speċifiċi għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu skont l-AMLD. Dan id- dokument mhuwiex maħsub biex jagħti gwida lill-entitajiet marbutin b’obbligu dwar l-applikazzjoni tal- leġiżlazzjoni AML rilevanti. 3 Is-sanzjonijiet li jikkonċernaw lill-Iran li fadal huma mmirati lejn: ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, il- proliferazzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji restritti, appoġġ għar-reġim ta’ Assad fis-Sirja u appoġġ għat- terroriżmu.

Upload: others

Post on 30-Jan-2020

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL NEGOZJI TAL-UE LI JITTRATTAW MAL-IRAN

Il-konklużjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran wassal għat-tneħħija tas-sanzjonijiet tan-NU kollha kif ukoll ta’ sanzjonijiet multilaterali u nazzjonali relatati mal-programm nukleari tal-Iran1. L-Unjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ favur li titkompla l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-PAKK, dment li l-Iran jirrispetta l-impenji tiegħu relatati man-nukleari. It-tneħħija tas-sanzjonijiet relatati man-nukleari, li jippermettu li jkun hemm normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Iran tikkostitwixxi parti essenzjali mill-PAKK. Dawn il-mistoqsijiet u tweġibiet huma maħsubin biex jappoġġaw lin-negozji Ewropej, partikolarment Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs), li jixtiequ jagħmlu n-negozju mal-Iran.

1. L-OPERATURI TAL-UE GĦALA GĦANDHOM BŻONN JAGĦMLU VERIFIKI DWAR IL-MIŻURI RISTRETTIVI GĦALL-IRAN?

Minkejja t-tneħħija f’fażijiet tas-sanzjonijiet skont il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran, għad fadal għadd ta’ miżuri restrittivi tal-UE fis-seħħ (aktar tagħrif dwar is-sanzjonijiet applikabbli tal-UE jinsab fin-nota ta' informazzjoni tal-UE dwar il-PAKK hawnhekk).

L-operaturi tal-UE2 li huma interessati li jkollhom x’jaqsmu mal-Iran iridu jqisu jekk l-attivitajiet tagħhom humiex se jaqgħu taħt il-miżuri restrittivi applikabbli tal-UE. Qabel ma jidħlu f’xi attività kummerċjali, l-operaturi tal-UE jridu jiżguraw li jsiru l-miżuri xierqa ta’ diliġenza dovuta.

2. FEJN NISTA’ NSIB AKTAR INFORMAZZJONI DWAR IL-MIŻURI RESTRITTIVI LI GĦADHOM JAPPLIKAW GĦALL-IRAN?

Fil-Mappa tas-Sanzjonijiet tal-UE ssib ħarsa ġenerali tas-sanzjonijiet tal-UE applikabbli kollha3.

3. FEJN NISTA’ NSIB LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET LI HUMA SOĠĠETTI GĦALL-MIŻURI RESTRITTIVI FINANZJARJI TAL-UE?

Fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea hemm lista konsolidata ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi finanzjarji tal-UE. Kun af li jkollok bżonn toħloq login tal-UE biex taċċessa l-lista sħiħa.

1 Dikjarazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Federica Mogherini u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan Javad Zarif, Vjenna, l-14 ta’ Lulju 2015. 2 Dawn il-miżuri applikati mill-operaturi tal-UE huma mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet marbutin b’obbligu skont id-Direttiva (UE) 2015/843 (“id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus”, Anti-Money Laundering Directive, AMLD). L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu skont l-AMLD. Dan id-dokument mhuwiex maħsub biex jagħti gwida lill-entitajiet marbutin b’obbligu dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni AML rilevanti. 3 Is-sanzjonijiet li jikkonċernaw lill-Iran li fadal huma mmirati lejn: ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, il-proliferazzjoni ta’ prodotti u teknoloġiji restritti, appoġġ għar-reġim ta’ Assad fis-Sirja u appoġġ għat-terroriżmu.

Page 2: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Is-Segretarjat tan-NU jagħmel ukoll disponibbli l-listi tas-sanzjonijiet kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fis-sitt lingwi uffiċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Bosta fornituri privati joffru aċċess bi ħlas għal bażijiet ta’ data li jippermettu tiftix tal-listi tas-sanzjonijiet (bħal DowJones, Refinitiv (Worldcheck), Lexis Nexis (World Compliance), Arachnys jew Dun&Bradstreet)4.

4. FEJN NISTA’ NSIB INFORMAZZJONI UFFIĊJALI DWAR IS-SIEĦEB TAN-NEGOZJU TIEGĦI IRANJAN?

Is-sorsi domestiċi Iranjani li ġejjin jipprovdu xi kontenut tas-siti web bl-Ingliż; madankollu, il-funzjoni tat-tiftix ġeneralment tkun limitata għall-Farsi. L-informazzjoni storika dwar il-maniġment u l-azzjonisti hija disponibbli parzjalment.

Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Iran

Il-Gazzetta Uffiċjali tal-Iran tippubblika aġġornamenti fir-reġistru uffiċjali tal-kumpaniji. Dan is-sors ifittex skont l-isem tal-kumpanija għal avviżi li jsemmu lil dik l-entità. Fis-sit innifsu, l-utenti jistgħu wkoll ifittxu skont in-numru tal-kumpanija, jew jirrestrinġu t-tiftixa għal sena jew belt partikolari. Il-Gazzetta Uffiċjali hija s-sors ewlieni għall-kontrolli tal-isfond ta’ entitajiet legali.

L-uffiċċju tar-reġistrazzjoni

L-Uffiċċju Ġenerali tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet f’Awwissu 2013 introduċa portal ġdid biex jiġu rreġistrati l-entitajiet legali. L-informazzjoni bażika dwar l-entitajiet legali tista’ titfittex skont l-ID u / jew l-isem.

Il-Kamra Iranjana tal-Kummerċ, l-Industrija, il-Minjieri u l-Agrikoltura

Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Iran tagħti lista online, bil-Farsi, ta’ madwar 400 membru individwali tal-Kamra tal-Kummerċ Iranjana, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt, id-dati tat-twelid u l-edukazzjoni tagħhom.

Il-Borża ta’ Tehran Is-sit web tal-Borża ta’ Tehran jippermetti li jsir tiftix għal dettalji dwar entitajiet elenkati.

Codal L-Iranian Securities and Exchange Organisation tmantni l-bażi ta' data Codal, li tospita avviżi u dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ kumpaniji Iranjani negozjati. Fiha informazzjoni dwar l-azzjonisti u l-maniġment.

4 Il-lista ta’ hawn fuq tirrifletti l-informazzjoni li għandha disponibbli l-Kummissjoni fuq il-fornituri tad-data privati. Mhijiex maħsuba li tkun eżawrjenti. Il-Kummissjoni mhijiex tirrakkomanda, u lanqas tapprova dawn il-fornituri tad-data privati.

Page 3: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Depożitorju Ċentrali tat-Titoli (“CSD Iran”)

Is-sit web tad-Depożitorju Ċentrali tat-Titolu Iranjan jipprovdi informazzjoni bażika dwar titoli depożitati għal investituri (barranin).

5. LIEMA SORSI TA’ INFORMAZZJONI DISPONIBBLI GĦALL-PUBBLIKU NISTA’ NIKKONSULTA BIEX NIKSEB INFORMAZZJONI DWAR IS-SIEĦEB TAN-NEGOZJU IRANJAN TIEGĦI?

Il-portali tal-aħbarijiet ewlenin Iranjani spiss ikun fihom funzjoni tat-tiftix u jippermettu li jsiru domandi għal kumpaniji, maniġment jew azzjonisti.

Uħud mill-aktar portali tal-aħbarijiet rilevanti fl-Iran huma:

Isem Deskrizzjoni

farsnews.com

Fars News Agency spiss tiġi deskritta mill-mezzi tal-aħbarijiet bħala aġenzija tal-aħbarijiet “semiuffiċjali” tal-Gvern tal-Iran5.

yjc.ir

Il-Young Journalists Club (YJC) hija aġenzija tal-aħbarijiet fl-Iran. Ġiet stabbilita mill-uffiċċju tal-affarijiet politiċi tal-Islamic Republic of Iranian Broadcasting (IRIB).6

asriran.com

Asrisan jiddeskrivi lilu nnifsu bħala l-portal tal-aħbarijiet indipendenti ewlieni tal-Iran7.

tasnimnews.com Tasnim hija aġenzija privata tal-aħbarijiet fl-Iran8.

isna.ir

L-Iranian Students News Agency (ISNA) hija organizzazzjoni tal-aħbarijiet immexxija minn studenti universitarji Iranjani9.

mehrnews.com

Mehr News hija aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana tal-Islamic Development Organisation (IDO)10.

tabnak.ir Tabnak huwa portal tal-aħbarijiet mhux governattiv.

5 https://www.reuters.com/article/us-iran-security-missiles/iran-can-expan.... 6 https://www.yjc.ir/en/about. 7 http://www.asriran.com/fa/about. 8 https://www.tasnimnews.com/en/about. 9 https://www.isna.ir/news/95031711051/. 10 https://www.mehrnews.com/news/2408725/.

Page 4: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

khabaronline.ir

Khabar Online huwa portal tal-aħbarijiet indipendenti, skont is-sit web tiegħu11.

mashreghnews.ir Mashreghnews huwa portal tal-aħbarijiet mhux governattiv.

irna.ir

L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija ffinanzjata mill-gvern u kkontrollata mill-Ministeru Iranjan tal-Kultura u tal-Gwida Iżlamika. 12

Informazzjoni possibbilment utli għall-verifiki tad-diliġenza dovuta li tinsab fuq il-portali tal-aħbarijiet hija marbuta ma’ kwistjonijiet bħal:

Rabtiet mal-kriminalità organizzata jew it-traffikar tal-armi;

Il-Ħasil tal-flus;

Investigazzjoni regolatorji u litigazzjoni materjali;

Assoċjazzjoni mal-finanzjament tat-terroriżmu jew attivitajiet terroristiċi; u

Investigazzjonijiet jew sanzjonijiet regolatorji.

6. MINN FEJN NISTA’ NĠIB L-GĦAJNUNA BIEX NAGĦMEL VERIFIKI TAD-DILIĠENZA DOVUTA?

Xi Kmamar tal-Kummerċ tal-Istati Membri joffru appoġġ għall-verifiki tad-diliġenza dovuta lil operaturi tal-UE li jittrattaw ma’ sħab fin-negozju Iranjani (pereżempju Advantage Austria għal negozji Awstrijaċi jew il-Kamra tal-Kummerċ Ġermaniża-Iranjana). Iċċekkja mal-ambaxxata jew il-ministeru kompetenti tal-Istat Membru tiegħek biex tara jekk tali servizz huwiex disponibbli għan-negozju tiegħek.

Sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni huma disponibbli permezz tal-ingaġġ ta’ konsulenti u aġenziji lokali li jkollhom netwerk wiesa’ fl-Iran li jkunu jistgħu jiksbu aktar informazzjoni billi jagħmlu intervisti.

7. LIEMA PASSI NISTA’ NIEĦU BIEX INWETTAQ KONTROLLI TAD-DILIĠENZA DOVUTA GĦALL-KONFORMITÀ MAL-MIŻURI RESTRITTIVI TAL-UE?

Mod wieħed possibbli biex isiru l-verifiki tad-diliġenza dovuta għall-konformità mal-miżuri restrittivi tal-UE jista’ jikkonsisti f’wieħed minn dawn il-passi ewlenin li ġejjin:

Valutazzjoni tar-riskji (ara l-mistoqsijiet minn 8 sa 12);

Diliġenza dovuta fuq diversi livelli (ara l-mistoqsijiet minn 13 sa 20 ); u

Monitoraġġ kontinwu (ara l-mistoqsija 21).

11 https://www.khabaronline.ir/news/822035. 12 http://www.irna.ir/.

Page 5: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Kun af li l-iskrinjar tas-sanzjonijiet għall-entitajiet maħturin huwa rekwiżit assolut. Dan huwa obbligu bbażat fuq ir-regoli li japplika għal kulħadd: persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, u hemm bżonn li jiġi segwit irrispettivament minn xi valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju ta’ tranżazzjoni.

8. X’INHI VALUTAZZJONI TAR-RISKJU U LIEMA FATTURI JENĦTIEĠ LI TQIS?

Valutazzjoni tar-riskju hija proċess li fih jiġu identifikati r-riskji potenzjali billi tiġi evalwata l-probabbiltà li jseħħ event u l-ħsara potenzjali kkawżata minnu. L-ambitu u d-daqs tal-valutazzjoni jistgħu jqisu l-punti li ġejjin:

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju għandu jkun ir-riskju mistenni (baxx, medju jew għoli). Il-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju jista’ jkun parti minn proġett biex jiġu mmitigati r-riskji kumplessivi għan-negozju fil-partijiet kollha tal-organizzazzjoni u l-portafoll tal-prodott.

9. X’PASSI JISTA’ JKUN JINKLUDI PROĊESS TAL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU?

Proċess tal-valutazzjoni tar-riskju ssimplifikat jista’ jkun fih il-passi li ġejjin:

9.1. L-identifikazzjoni tar-riskji

Il-proċess tal-identifikazzjoni tar-riskji jippreċedi l-valutazzjoni tar-riskji u jipproduċi lista komprensiva ta’ riskji (u spiss opportunitajiet ukoll). Din il-lista tista’ tiġi organizzata skont il-kategorija tar-riskji

Page 6: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

(finanzjarji, operazzjonali, strateġiċi, ta’ konformità) u s-sottokategorija (suq, kreditu, likwidità, eċċ.) għal unitajiet tan-negozju, funzjonijiet korporattivi, u proġetti kapitali.

9.2. L-iżvilupp ta’ kriterji tal-valutazzjoni

L-ewwel attività fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju hija li jiġi żviluppat sett komuni ta’ kriterji ta’ valutazzjoni. Ir-riskji u l-opportunitajiet tipikament jiġu vvalutati f’termini tal-impatt u l-probabbiltà tagħhom.

9.3. Il-valutazzjoni tar-riskji

Il-valutazzjoni tar-riskji tikkonsisti f’li jiġu assenjati valuri għal kull riskju u opportunità bl-użu tal-kriterji definiti. Skrinjar inizjali tar-riskji jista’ juża tekniki kwalitattivi segwiti minn analiżi aktar kwalitattiva tal-aktar riskji importanti.

9.4. Il-valutazzjoni tal-interazzjoni bejn ir-riskji

Ir-riskji ma jeżistux f’iżolament. Għaldaqstant, in-negozji jistgħu kulma jmur jieħdu perspettiva integrata jew olistika tar-riskji bl-użu ta’ tekniki bħall-matriċijiet tal-interazzjoni tar-riskji, dijagrammi bow-tie, u distribuzzjonijiet tal-probabilità aggregati.

9.5. Prijoritizzazzjoni tar-riskji

Il-prijoritizzazzjoni tar-riskji tqabbel il-livell tar-riskju ma’ livelli ta’ riskju fil-mira predeterminati u livelli limiti ta’ tolleranza. Ir-riskju ma jitqiesx biss fit-termini tal-impatt tiegħu fuq il-finanzi u fuq il-probabbiltà li jseħħ, iżda wkoll kriterji suġġettivi bħall-impatt li riskju jkollu fuq is-saħħa u sigurtà, fuq l-impatt fuq ir-reputazzjoni, kemm entità tkun vulnerabbli għal dan ir-riskju, u l-veloċità li biha jibda.

9.6. Rispons għar-riskji

Ir-riżultati tal-proċess tal-valutazzjoni tar-riskji huma l-input primarju għar-rispons għar-riskji. Ir-rispons għar-riskji jeżamina l-għażliet għal rispons (aċċettazzjoni, tnaqqis, tqassim, jew evitar), iqis l-analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji, jifformula strateġija ta' rispons u jiżviluppa pjanijiet ta’ rispons għar-riskji.

10. XENARJU B’RISKJU BAXX KIF IKUN JIDHER?

Eżempju tipiku u bażiku ħafna ta’ kostellazzjoni li fiha valutazzjoni tar-riskju tkun tindika riskju baxx jista’ jkun dan li ġej:

Eżempju: Xenarju b’riskju baxx: SME bbażata fl-UE (intrapriża ta’ daqs żgħir jew medju)13 beħsiebha tidħol f’kuntratt għall-bejgħ ta’ prodotti għall-kura personali. Il-konsumatur Iranjan, kumpanija b’responsabbiltà limitata, huwa entità Iranjana ta’ daqs medju bi sjieda familjari, bi strutturi u azzjonisti ċari, li tiddikjara li ma għandha l-ebda rabtiet ma’ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE.

Il-volum tal-kuntratt huwa ta’ EUR 50 000. Il-konsenja tal-merkanzija se tkun f’idejn intermedjarju, entità ġuridika bbażata f’pajjiż terz (mhux fl-UE). Il-kuntratt se jkun jinkludi t-termini ta’ ħlas (f’EUR) permezz ta’ bank fil-pajjiż terz (mhux fl-UE) għal bank fl-UE.

13 Kun af li l-eżempji prattiċi kollha huma fittizji u mhumiex relatati ma’ persuni jew negozji eżistenti.

Page 7: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

L-SME fl-UE twettaq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tkun tinkludi l-aspetti kollha tan-negozju mal-klijent Iranjan. Saħansitra b’intermedjarju involut għal-loġistika u l-ħlas, l-ewwel valutazzjoni tar-riskju tista’ tindika riskju baxx, minħabba li strutturi bħal dawn huma komuni fil-kummerċ mal-Iran.

11. XENARJU B’RISKJU MEDJU KIF IKUN JIDHER?

Eżempju ta’ kostellazzjoni li fiha valutazzjoni tar-riskju tkun tindika riskju medju jista’ jkun dan li ġej:

Page 8: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Eżempju: xenarju b’riskju medju SME bbażata fl-UE14 beħsiebha tidħol f’kuntratt ta’ bejgħ ta’ tagħmir tal-ospitalità għal-lukandi, b’volum tal-kuntratt ta’ EUR 500 000. Ix-xerrej huwa kumpanija privata b’ishma konġunti fl-Iran (PJSC), kumpanija magħrufa sew fis-suq tal-lukandi b’linji ta’ distribuzzjoni għat-tagħmir tal-ospitalità fl-Iran. L-aġent, individwu f’pajjiż terz (mhux fl-UE), huwa responsabbli għal-loġistika u li jżomm ir-relazzjoni ta’ negozju mal-klijent Iranjan. L-aġent jirċievi kummissjoni mingħand l-SME fl-UE. Il-merkanzija se tiġi konsenjata mill-pajjiż terz u l-kundizzjonijiet tal-konsenja huma “ex works” (mill-fabbrika fl-UE tal-kumpanija bbażata fl-UE). Il-klijent Iranjan jibqa’ responsabbli għal-loġistika. Sussidjarju tal-klijent Iranjan, li jinsab f’pajjiż terz, se jirrilaxxa l-pagament minn kont bankarju fil-pajjiż terz lill-kont bankarju fil-pajjiż terz tas-sussidjarju tal-SME bbażata fl-UE.

Il-valutazzjoni tar-riskju tal-SME bbażata fl-UE tirriżulta f’riskju ta’ livell medju għall-kumpanija, partikolarment minħabba l-istruttura legali tal-klijent Iranjan, li huwa rreġistrat bħala Kumpanija Privata b’ishma konġunti (“PJSC”).

14 Kun af li l-eżempji prattiċi kollha huma fittizji u mhumiex relatati ma’ persuni jew negozji eżistenti.

Page 9: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

F’dan il-każ, it-tip ġuridiku tal-kumpanija ma jippermettix lil terza persuna li taċċessa l-informazzjoni dwar l-azzjonisti. L-informazzjoni dwar l-azzjonisti mhijiex disponibbli pubblikament u l-SME bbażata fl-UE se jkollha toqgħod fuq l-informazzjoni pprovduta mill-klijent Iranjan tagħha. Il-ħlas tal-kummissjoni lill-aġent iżid ir-riskju għall-SME bbażata fl-UE. Għaldaqstant, kontroll tal-isfond tal-aġent tista’ tevita riskji ta’ konformità.

12. XENARJU B’RISKJU GĦOLI KIF IKUN JIDHER?

Eżempju ta’ kostellazzjoni li fiha valutazzjoni tar-riskju tkun tindika riskju għoli jista’ jkun dan li ġej:

Eżempju: Xenarju b’riskju għoli Produttur ta’ muturi tal-elettriku bbażat fi Stat Membru A15 beħsiebu jbigħ sett ta’ muturi tal-elettriku lil klijent Iranjan, linja tal-ajru tal-Istat. Il-kuntratt jinkludi l-garanzija u konsenja tal-ispare parts. It-tiswijiet tal-garanzija se jsiru f’fabbrika fi Stat Membru B. Il-volum kuntrattwali jammonta għal EUR 5 miljun. Il-linja tal-ajru Iranjana topera ajruplani għall-merkanzija u t-trasport ċivili. Il-muturi huma meħtieġa biex jiġu installati fl-ajruplani tal-passiġġieri. Il-merkanzija għandha tiġi konsenjata “ex works” u l-ħlas se jsir lill-kont tal-bank (fl-Istat Membru C) tal-produttur tal-muturi tal-elettriku (ibbażat fl-Istat Membru A). L-inġiniera tekniċi mill-produttur tal-muturi tal-elettriku se jipprovdu taħriġ u jassistu fil-każ ta’ kwistjonijiet tekniċi. Tul iż-żmien li fih ġiet stabbilita relazzjoni kummerċjali u ta’ bosta żjarat fl-Iran, il-produttur tal-muturi tal-elettriku sema’ xnigħat li wieħed mill-membri tal-bord tal-linja tal-ajru Iranjana għandu rabtiet mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, li huwa elenkat taħt il-miżuri restrittivi tal-UE.

15 Kun af li l-eżempji prattiċi kollha huma fittizji u mhumiex relatati ma’ persuni jew negozji eżistenti.

Page 10: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Ix-xnigħat li l-linja tal-ajru Iranjana hija potenzjalment konnessa ma’ entità li hija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-UE, it-tip ta’ merkanzija (b’użu doppju) u l-valur tal-kuntratt (aktar minn EUR 1 miljun) ikunu jindikaw tranżazzjoni ta’ riskju għoli għall-produttur tal-muturi tal-elettriku. Barra minn hekk, l-entità fil-mira hija proprjetà tal-Istat u l-istrutturi huma kkumplikati. Persuni b’kontroll maġġuri fuq l-operat tal-kumpanija ma jistgħux jinstabu faċilment. Qabel ma titkompla t-tranżazzjoni, ikun meħtieġ li ssir diliġenza dovuta bir-reqqa.

13. APPROĊĊ POSSIBBLI GĦALL-KONTROLLI TAD-DILIĠENZA DOVUTA KIF IKUN JIDHER?

Skont il-valutazzjoni tar-riskju, jista’ jkun maħsub li jintuża approċċ bi tliet livelli għad-diliġenza dovuta. Il-Livell I ikun ikopri d-diliġenza dovuta għal tranżazzjonijiet bażiċi jew b’riskju baxx, il-Livell II ikun jinkludi l-ewwel livell flimkien ma’ tiftix bil-Farsi għal informazzjoni b’sors miftuħ u t-tielet livell ikun jinkludi l-ewwel u t-tieni livelli flimkien ma’ kontrolli tal-isfond lokali bbażati fuq intervisti.

Page 11: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

14. LIEMA INFORMAZZJONI GĦANDI NIĠBOR GĦAL VERIFIKI TAL-LIVELL I?

Il-verifiki tal-ewwel livell huma bbażati fuq divulgazzjoni min-naħa tas-sieħeb fin-negozju Iranjan u l-ġbir ta’ informazzjoni b’sors miftuħ.

14.1. Awtodivulgazzjoni

Il-bażi għad-diliġenza dovuta tista’ tkun awtodivulgazzjoni mill-entità fil-mira li jista’ jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

L-isem sħiħ tal-entità.

Il-forma ġuridika;

L-ID tar-reġistrazzjoni;

Governattivi jew bi sjieda statali;

Kuntatt ewlieni, indirizz, telefown u URL tal-paġna ewlenija;

ID tal-maniġment (ismijiet sħaħ, data u post tat-twelid, Numru tal-ID, status ta’ persuna politikament esposta (Politically Exposed Person, “PEP”);

Azzjonisti (ismijiet sħaħ u għadd ta’ ishma, data u post tat-twelid, Numru tal-ID, status ta’ persuna politikament esposta (“PEP”);

Kumpanija omm apikali;

Page 12: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Sid benefiċjarju;

Informazzjoni dwar l-oriġini tal-kapital;

Rabtiet tal-maniġment u tal-azzjonisti ma’ persuni politikament esposti (“PEP”);

Attivitajiet, prodotti;

Rabtiet mal-gvern (atturi tal-kumpanija b’pożizzjoni jew funzjoni f’istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet statali u/jew governattivi);

Rabtiet mal-militar u/jew il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (Iranian Revolutionary Guard Corps, “IRGC”);

Involviment fil-programm nukleari tal-Iran.

Jista’ jkun utli li verżjoni tradotta tal-Gazzetta Uffiċjali u/jew dokumenti oħrajn tradotti jinhemżu mal-awtodivulgazzjoni.

Jista’ jkun rakkomandabbli li tinkiseb l-informazzjoni addizzjonali mill-entità fil-mira, partikolarment meta jkun hemm involuti oġġetti b'użu doppju:

Preżentazzjoni tal-kumpanija;

Is-sitwazzjoni finanzjarja;

Isem l-awditur;

Informazzjoni finanzjarja (l-aħħar żewġ rapporti finanzjarji jew rapporti tal-awditjar);

Inadempjenza fil-ħlas, proċedimenti ta' falliment;

Għadd ta’ impjegati;

Proċedimenti legali;

Sentenzi kriminali tal-maniġment u l-azzjonisti u/jew sidien benefiċjarji;

Każijiet ta’ konformità fl-aħħar 5 snin.

14.2. Intelligence minn sorsi miftuħa

Bħala rekwiżit minimu l-informazzjoni fl-awtodivulgazzjoni jenħtieġ li tiġi kontroverifikata ma’

Is-sit web tal-entità fil-mira; u

Informazzjoni disponibbli fuq l-internet.

Il-verifiki tal-konformità fuq livell bażiku jenħtieġ li jinkludu l-verifika tal-ismijiet (ismijiet simili inklużi) fil-listi tal-miżuri restrittivi tal-UE.

14.3. X’inhu s-“sid benefiċjarju” u għala huwa importanti?

Għal operatur mill-UE, mhuwiex dejjem evidenti min ikollu kontroll dirett jew indirett fuq is-sieħeb fin-negozju Iranjan tiegħu.

Madankollu, l-operaturi tal-UE jridu jiżguraw li ma jagħmlux riżorsi ekonomiċi disponibbli (direttament jew indirettament) lil persuna jew entità li tkun soġġetta għal miżuri restrittivi tal-UE billi jittrattaw ma’ entità li tkun ikkontrollata jew il-proprjetà ta’ tali persuna jew entità.

Page 13: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Sid benefiċjarju huwa kwalunkwe persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar ikollha s-sjieda ta’, jew tikkontrolla, entità korporattiva jew entità ġuridika oħra u/jew il-persuna/i fiżika/ċi li f’isimhom titwettaq tranżazzjoni jew attività. Bħala regola ġenerali (u mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ każ), is-sid benefiċjarju ta’ entità ġuridika jista’ jkun il-persuna fiżika li:

ikollha interessi ta' ekwità ta’ mill-inqas 25 %; jew

ikollha mill-inqas 25 % tad-drittijiet tal-vot; jew

tkun il-benefiċjarju ta’ mill-inqas 25 % tal-ekwità.

Drittijiet legali oħrajn jistgħu jagħtu kontroll fuq is-sieħeb fin-negozju Iranjan tal-operatur tal-UE lil persuna jew entità li tkun soġġetta għal miżuri restrittivi tal-UE. Tali drittijiet jistgħu jinkludu l-possibbiltà li jinħatru l-membri tal-maniġment jew il-bord superviżorju, biex jeżerċitaw influwenza dominanti fuq deċiżjonijiet legali u kummerċjali jew ta’ azzjoni bħala finanzjatur ewlieni.

Operaturi tal-UE jistgħu jikkunsidraw li jirreferu għall-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849 (Id-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus) sabiex isibu aktar dettalji dwar l-identifikazzjoni tas-sidien benefiċjarji ta’ persuni ġuridiċi u arranġamenti ġuridiċi16.

15. X’JISTA’ JKUN EŻEMPJU KONKRET TA’ VERIFIKI TAD-DILIĠENZA DOVUTA F’XENARJU TA’ RISKJU BAXX?

Eżempju: Xenarju b’riskju baxx SME bbażata fl-UE (intrapriża ta’ daqs żgħir jew medju)17 beħsiebha tidħol f’kuntratt għall-bejgħ ta’ prodotti għall-kura personali. Il-konsumatur Iranjan, kumpanija b’responsabbiltà limitata, huwa entità Iranjana ta’ daqs medju bi sjieda familjari, bi strutturi u azzjonisti ċari, li tiddikjara li ma għandha l-ebda rabtiet ma’ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE.

Il-volum tal-kuntratt huwa ta’ EUR 50 000. Il-konsenja tal-merkanzija se tkun f’idejn intermedjarju, entità ġuridika bbażata f’pajjiż terz (mhux fl-UE). Il-kuntratt se jkun jinkludi t-termini ta’ ħlas (f’EUR) permezz ta’ bank fil-pajjiż terz (mhux fl-UE) għal bank fl-UE.

F'dan l-istudju ta’ każ (ara l-mistoqsija 10), jenħtieġ li ssir diliġenza dovuta tal-ewwel livell fuq iż-żewġ targets: il-klijent Iranjan u l-intermedjarju bbażat fil-pajjiż terz. Jekk ikun hemm sinjali ħżiena, tkun neċessarja estensjoni tal-kontrolli tal-isfond.

16 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1561390430105&uri=CE.... 17 Kun af li l-eżempji prattiċi kollha huma fittizji u mhumiex relatati ma’ persuni jew negozji eżistenti.

Page 14: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

F’dan il-każ, l-awtodivulgazzjoni u l-verifiki fuq is-sit web tal-entitajiet fil-mira wrew li l-azzjonisti tal-miri, il-klijent Iranjan u l-intermedjarju bbażat fil-pajjiż terz, huma individwi. Filwaqt li l-klijent Iranjan għandu sid benefiċjarju wieħed bi 80 % tal-ishma, żewġ azzjonisti, kull wieħed b’50 % tal-ishma, jikkontrollaw l-intermedjarju bbażat fil-pajjiż terz. Wieħed mill-azzjonisti huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv. Iż-żewġ azzjonisti għalhekk jitqiesu bħala sidien benefiċjarji. L-SME bbażata fl-UE fittxet l-ismijiet tal-entitajiet fil-mira, il-klijent Iranjan u l-intermedjarju bbażat fil-pajjiż terz, u l-ismijiet tal-azzjonisti u l-maniġment tagħhom fil-lista tas-sanzjonijiet finanzjarji tal-UE mingħajr ma sabu riżultati li jaqblu. Tiftixa bl-internet ikkonfermat l-attivitajiet taż-żewġ kumpaniji bħala distributuri ta’ merkanzija fis-settur ċivili.

Page 15: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

L-SME bbażata fl-UE kkonfermat mal-klijent Iranjan tagħha li kienet wettqet il-verifiki ta’ diliġenza dovuta neċessarji; konsegwentement bagħtet it-talba għall-finanzjament tat-tranżazzjoni lill-bank tagħha. Barra minn hekk, l-SME bbażata fl-UE applikat għal assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni għand aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni bbażata fl-UE.

16. X’JIDDISTINGWI VERIFIKI TAD-DILIĠENZA DOVUTA TAL-LIVELL II U L-LIVELL III MINN DAWK TAL-LIVELL I?

Fil-Livelli II u III, jenħtieġ li jintużaw sorsi domestiċi Iranjani biex jiksbu informazzjoni dwar l-isfond biex tiġi kontroverifikata mal-informazzjoni mill-awtodikjarazzjoni tal-entità fil-mira.

Issir distinzjoni bejn it-tieni u t-tielet livell bħala approċċ globali għall-aħjar prassi. Biex jiġu ddefiniti l-passi għal livelli tar-riskju differenti, miżuri li jirriżultaw f’livell intermedju ta’ sforz u spejjeż (ġimagħtejn sa tliet ġimgħat) huma inklużi fil-Livell II, filwaqt li miżuri b’approċċ estiż u l-akbar sforz u spejjeż (sa sitt ġimgħat) huma inklużi fil-Livell III.

F’ċerti każijiet, kombinazzjoni tal-approċċ tat-tieni u t-tielet livelli tista’ tkun raġonevoli.

17. LIEMA INFORMAZZJONI TISTA’ TINĠABAR GĦAL VERIFIKA TAD-DILIĠENZA DOVUTA TAL-LIVELL II?

Il-verifiki tal-Livell II jistgħu jinkludu, iżda m’hemmx għalfejn ikunu limitati, għat-tipi ta’ verifiki u miżuri li ġejjin.

17.1. Dettalji korporattivi

Ir-riċerka dwar id-dettalji korporattivi għandhom jimmiraw li jiksbu l-informazzjoni li ġejja, li tkun disponibbli bil-Farsi:

17.1.1. Għal kumpaniji privati, elenkati fil-Borża ta’ Tehran:

Dettalji tar-reġistrazzjoni;

Identifikazzjoni tad-diretturi;

Page 16: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Struttura azzjonarja.

17.1.2. Għal kumpaniji privati, irreġistrati mal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet fl-Iran:

Dettalji tar-reġistrazzjoni;

Identifikazzjoni tad-diretturi;

Azzjonisti diretti u

sidien benefiċjarji (disponibbli għall-forma ġuridika limitata).

17.1.3. Għal kumpaniji tal-istat:

L-organizzazzjoni li teżerċita l-kontroll ewlieni;

Identifikazzjoni tar-rappreżentanti.

17.2. Konformità

Biex jiġu identifikati kwalunkwe referenzi għall-entità u l-azzjonisti u d-diretturi identifikati tagħha, relatati mal-ħasil tal-flus, sanzjonijiet, finanzjament tat-terroriżmu, u esponiment politiku, kwalunkwe informazzjoni potenzjalment dannuża ppubblikata mill-bażijiet ta’ data regolatorji għandha tinġabar; tali informazzjoni tista’ tinġabar billi jiġu kkonsultati:

L-elenkar fil-listi tas-sanzjonijiet tal-UE;

L-elenkar ta’ persuni politikament esposti (“PEP”); u

Listi tal-infurzar u ta’ preżentati fil-qorti.

17.3. Midja

Bażijiet ta’ data tal-midja u l-midja ġenerali hemm bżonn li jiġu kkonsultati biex tinqabad informazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet bħal:

Assoċjazzjoni mal-finanzjament tat-terroriżmu jew attivitajiet terroristiċi;

Rabtiet mal-kriminalità organizzata jew it-traffikar tal-armi;

Il-Ħasil tal-flus;

Investigazzjoni regolatorji u litigazzjoni materjali;

Allegazzjonijiet ta’ involviment f’tixħim u korruzzjoni; u/jew

Investigazzjonijiet jew sanzjonijiet regolatorji.

18. X’JISTA’ JKUN EŻEMPJU KONKRET TA’ VERIFIKI TAD-DILIĠENZA DOVUTA F’XENARJU TA’ RISKJU MEDJU?

Eżempju: xenarju b’riskju medju SME bbażata fl-UE18 beħsiebha tidħol f’kuntratt ta’ bejgħ ta’ tagħmir tal-ospitalità għal-lukandi, 18 Kun af li l-eżempji prattiċi kollha huma fittizji u mhumiex relatati ma’ persuni jew negozji eżistenti.

Page 17: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

b’volum tal-kuntratt ta’ EUR 500 000. Ix-xerrej huwa kumpanija privata b’ishma konġunti fl-Iran (PJSC), kumpanija magħrufa sew fis-suq tal-lukandi b’linji ta’ distribuzzjoni għat-tagħmir tal-ospitalità fl-Iran. L-aġent, individwu f’pajjiż terz (mhux fl-UE), huwa responsabbli għal-loġistika u li jżomm ir-relazzjoni ta’ negozju mal-klijent Iranjan. L-aġent jirċievi kummissjoni mingħand l-SME fl-UE. Il-merkanzija se tiġi konsenjata mill-pajjiż terz u l-kundizzjonijiet tal-konsenja huma “ex works” (mill-fabbrika fl-UE tal-kumpanija bbażata fl-UE). Il-klijent Iranjan jibqa’ responsabbli għal-loġistika. Sussidjarju tal-klijent Iranjan, li jinsab f’pajjiż terz, se jirrilaxxa l-pagament minn kont bankarju fil-pajjiż terz lill-kont bankarju fil-pajjiż terz tas-sussidjarju tal-SME bbażata fl-UE.

L-entitajiet fil-mira għad-diliġenza dovuta f’xenarju ta’ riskju medju (ara l-mistoqsija 11) huma l-klijent Iranjan, kumpanija privata b'ishma konġunti fl-Iran (“PJSC”), u l-aġent tan-negozju f’pajjiż terz (mhux fl-UE). L-utent finali reali tat-tagħmir tal-ospitalità hemm bżonn li jiġi identifikat biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm rabtiet ma’ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-SME bbażata fl-UE tirriżulta f’riskju ta’ livell medju għall-kumpanija, partikolarment minħabba l-istruttura legali tas-sieħeb fil-kuntratt Iranjan.

Il-proċess ta’ diliġenza dovuta – wara li tinkiseb awtodivulgazzjoni u l-informazzjoni ppreżentata tiġi kontroverifikata ma’ intelligence minn sorsi miftuħa jew bażijiet ta’ data – tkun tinkludi riċerka dwar dettalji korporattivi permezz tar-reġistru tal-kumpaniji rilevanti. Filwaqt li huwa obbligatorju għall-Kumpaniji b’Ishma Konġunti Privati (“PJSC”) fl-Iran li jkunu rreġistrati (mhux fil-Borża ta’ Tehran iżda fl-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet fl-Iran u/jew il-Gazzetta Uffiċjali), l-informazzjoni disponibbli mhux bilfors tkun dejjem sħiħa jew aġġornata. Normalment, l-informazzjoni dwar l-azzjonisti għall-PJSCs ma tkunx disponibbli mir-reġistri pubbliċi.

Barra minn hekk, partijiet magħrufa li jkunu konnessi mal-entità hemm bżonn li jiġu eżaminati fir-rigward ta’ ħasil tal-flus, sanzjonijiet, finanzjament tat-terroriżmu, u esponiment politiku billi jiġi kkonsultat l-listi rilevanti.

Page 18: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

F’dan il-każ, il-klijent Iranjan qal min huma l-azzjonisti u tiftixa fil-listi rilevanti ma wasslet għall-ebda riżultat negattiv. Verifiki ulterjuri ma qajmux kwistjonijiet oħra rilevanti għall-konformità. L-ismijiet tal-grupp maniġerjali u d-dettalji korporattivi jistgħu jiġu kontroverifikati mad-data disponibbli fil-Gazzetta Uffiċjali. L-SME bbażata fl-UE kienet lesta li tkompli bin-negozju mal-klijent Iranjan tagħha u tat l-informazzjoni lill-bank fil-pajjiż terz (mhux fl-UE).

19. LIEMA INFORMAZZJONI TISTA’ TINĠABAR GĦAL VERIFIKA TAD-DILIĠENZA DOVUTA TAL-LIVELL III?

Il-verifiki tal-Livell III jistgħu jinvolvu żjarat fil-post u intelligence minn sorsi umani.

19.1. Żjarat fil-post

Żjara fil-post tista’ tivverifika l-eżistenza reali tal-indirizz u tal-kumpanija, inkluż il-kapaċità tal-kumpanija u l-kundizzjonijiet tal-faċilitajiet.

19.2. Verifiki tar-reputazzjoni

Diliġenza dovuta tal-Livell III tista’ tinkludi intervisti ma’ esperti u impjegati (bħalma huma kompetituri, eks-impjegati, klijenti) biex tiġi evalwata r-reputazzjoni tal-kumpanija u biex b’hekk

Page 19: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

tinġabar informazzjoni dwar:

L-isfond, ir-rekords ta’ prestazzjoni u l-integrità perċeputa tas-suġġetti, mill-perspettiva tas-suq lokali u taċ-ċrieki kummerċjali internazzjonali;

Rabtiet mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC);

Kwistjonijiet ta’ konformità (fil-passat);

Proċedimenti legali attwali u proċedimenti legali fil-passat;

Interessi fis-suq;

Attivitajiet tal-kumpanija; u

L-eżistenza reali tal-kumpanija.

19.3. Intervista mal-maniġment

F’ċerti każijiet, jista’ jkun rakkomandabbli li jsiru aktar intervisti mal-membri tal-maniġment tal-kumpanija biex jinkiseb aktar tagħrif dwar dawn l-oqsma. Żjara fil-post, partikolarment fil-każ ta’ kumpaniji tal-manifattura, jistgħu jgħinu biex jinġabar għarfien dwar l-għanijiet u l-istrateġija tal-maniġment.

20. X’JISTA’ JKUN EŻEMPJU KONKRET TA’ VERIFIKI TAD-DILIĠENZA DOVUTA F’XENARJU TA’ RISKJU GĦOLI?

Eżempju: Xenarju b’riskju għoli Produttur ta’ muturi tal-elettriku bbażat fi Stat Membru A19 beħsiebu jbigħ sett ta’ muturi tal-elettriku lil klijent Iranjan, linja tal-ajru tal-Istat. Il-kuntratt jinkludi l-garanzija u konsenja tal-ispare parts. It-tiswijiet tal-garanzija se jsiru f’fabbrika fi Stat Membru B. Il-volum kuntrattwali jammonta għal EUR 5 miljun. Il-linja tal-ajru Iranjana topera ajruplani għall-merkanzija u t-trasport ċivili. Il-muturi huma meħtieġa biex jiġu installati fl-ajruplani tal-passiġġieri. Il-merkanzija għandha tiġi konsenjata “ex works” u l-ħlas se jsir lill-kont tal-bank (fl-Istat Membru C) tal-produttur tal-muturi tal-elettriku (ibbażat fl-Istat Membru A). L-inġiniera tekniċi mill-produttur tal-muturi tal-elettriku se jipprovdu taħriġ u jassistu fil-każ ta’ kwistjonijiet tekniċi. Tul iż-żmien li fih ġiet stabbilita relazzjoni kummerċjali u ta’ bosta żjarat fl-Iran, il-produttur tal-muturi tal-elettriku sema’ xnigħat li wieħed mill-membri tal-bord tal-linja tal-ajru Iranjana għandu rabtiet mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, li huwa elenkat taħt il-miżuri restrittivi tal-UE.

F’dan ix-xenarju ta’ riskju għoli (ara l-mistoqsija 12), produttur tal-muturi tal-elettriku bbażat fl-UE jkollu jiċċekkja jekk il-muturi tal-elettriku humiex oġġetti b'użu doppju u jekk ikollux japplika għal ċertifikat fl-awtorità tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun ibbażat. L-awtorità tal-kontroll tal-esportazzjoni tappoġġa lill-produttur tal-muturi tal-elettriku b’informazzjoni dwar l-isfond rigward l-entità fil-mira, linja tal-ajru Iranjana. Il-kombinazzjoni ta’ diversi fatturi (jiġifieri x-xnigħat li l-linja tal-ajru Iranjana hija potenzjalment konnessa ma’ entità li hija soġġetta għal miżuri restrittivi tal-UE, it-tip ta’ merkanzija, u l-valur tal-kuntratt) jistgħu jindikaw tranżazzjoni ta’ riskju għoli għall-produttur tal-muturi tal-elettriku.

19 Kun af li l-eżempji prattiċi kollha huma fittizji u mhumiex relatati ma’ persuni jew negozji eżistenti.

Page 20: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Minħabba r-riskju għoli attribwit għal din it-tranżazzjoni, hija rrakkomandata diliġenza dovuta tal-Livell III, partikolarment fil-każ ta’ rbit potenzjali mal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

Intervisti ma’ esperti u kompetituri fl-ambjent tan-negozju rilevanti Iranjan kif ukoll mal-maniġment tal-entità fil-mira jistgħu jippermettu li tinġabar l-informazzjoni rilevanti. Tali intervisti jistgħu juru informazzjoni dwar ir-reputazzjoni tal-kumpanija u jidentifikaw rabtiet ma’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE. Il-produttur tal-muturi tal-elettriku aktarx ikollu jassenja konsulent terz biex jagħmel il-kontrolli tal-isfond xierqa. Barra minn hekk, l-identifikazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tal-linja tal-ajru Iranjana u l-individwu/i fil-kontroll tal-kumpanija tkun diffiċli.

F’dan il-każ, il-kontrolli tal-isfond urew li membru tal-bord tal-linja tal-ajru Iranjana huwa konsulent fil-bord ta’ entità sanzjonata iżda ma għandu l-ebda pożizzjoni uffiċjali bħala rappreżentant u l-ebda kontroll fuq l-operat ta’ kuljum tal-entità sanzjonata. Diliġenza dovuta u kontrolli tal-isfond ulterjuri ma wasslu għall-ebda riżultat. Xi każijiet ta’ litigazzjoni fil-passat kif ukoll xi kwistjonijiet finanzjarji ħarġu matul il-verifiki iżda dawn ma kellhom l-ebda impatt fuq in-negozju speċifiku mal-produttur tal-muturi tal-elettriku.

B’konsegwenza, il-prodottur tal-muturi tal-elettriku seta’ jkompli bin-negozju u japplika għaċ-ċertifikati u l-garanziji.

21. XI JFISSER MONITORAĠĠ KONTINWU?

L-informazzjoni dwar l-entità fil-mira għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari. L-operaturi tal-UE jistgħu jobbligaw lill-kontroparti Iranjana fil-kuntratt tagħhom li tinforma lill-operaturi tal-UE rigward kwalunkwe bidla fl-maniġment jew l-istruttura azzjonarja.

Page 21: M&T DILIĠENZA DOVUTA DWAR MIŻURI RESTRITTIVI GĦAL … · L-Islamic Republic News Agency (IRNA) hija l-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Hija

Xi fornituri internazzjonali jipprovdu għodod elettroniċi biex jiġu mmonitorjati s-sħab fin-negozju kollha bi ħlas. Alternattivament, huwa rakkomandabbli li r-rapport tad-diliġenza dovuta jiġi rivedut fuq bażi regolari (pereżempju darba fis-sena).

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà Dawn il-Mistoqsijiet u Tweġibiet li ġejjin huma r-riżultat1 ta’ azzjoni tal-Kummissjoni ffinanzjata permezz tal-Istrument ta' Sħubija tal-UE bit-titlu “Diliġenza dovuta għall-operaturi tal-UE b’rabta mal-Iran”. Huma komplementarji għan-nota ta' informazzjoni tal-UE dwar il-PAKK. Il-Kummissjoni Ewropea tħeġġeġ lill-operaturi tal-UE kollha biex jimmonitorjaw l-aħħar żviluppi rigward l-Iran.

Din l-informazzjoni qed tingħata, mingħajr ma tiġi assunta l-ebda responsabbiltà legali, lill-operaturi ekonomiċi tal-UE li huma interessati li jittrattaw mal-Iran. Hija għandha l-għan li tagħti gwida ġenerali u indikattiva ta’ x’jista’ jkun approċċ possibbli bl-aħjar prattika għad-diliġenza dovuta f’dan il-qasam. Kun af li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri (national competent authorities, NCAs) huma inkarigati mill-infurzar tal-miżuri restrittivi tal-UE u tal-penali għall-ksur tagħhom. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi huma mħeġġa jiċċekkjaw jekk hemmx xi gwida jew twissijiet nazzjonali f’dan il-qasam u biex f’każ ta’ dubju jikkuntattjaw lill-NCA tagħhom.

Dawn il-mistoqsijiet u tweġibiet huma relatati biss mal-miżuri restrittivi tal-UE. Mhumiex applikabbli, b’mod partikolari, għal sanzjonijiet extraterritorjali jew l-effetti tagħhom imposti minn pajjiżi terzi kontra l-Iran. L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix l-applikazzjoni extraterritorjali tal-liġijiet adottati minn pajjiżi terzi u tqis li dawn l-effetti jmorru kontra d-dritt internazzjonali. L-Istatut ta’ Mblukkar tal-UE (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96) għandu l-intenzjoni li jħares lill-operaturi tal-UE mill-applikazzjoni extraterritorjali ta’ liġijiet ta’ pajjiżi terzi u jipprojbixxi li l-operaturi tal-UE jkunu konformi ma’ xi rekwiżit jew projbizzjoni bbażati fuq il-liġijiet barranin speċifikati fl-anness tiegħu.

Dawn il-mistoqsijiet u tweġibiet bl-istess mod ma japplikawx għal “entitajiet marbutin b’obbligu”2 fit-tifsira tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (“AMLD”). Kun af li l-AMLD ma jkoprix ir-riskju tal-finanzjament ta’ armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi (“finanzjament tal-proliferazzjoni”, prodotti b’użu doppju, il-fini ċivili jew militari tal-użu, eċċ.) u li tranżazzjonijiet li jinvolvu lil pajjiżi terzi b’riskju kbir dejjem ikunu soġġetti għal diliġenza dovuta msaħħa skont l-AMLD.

1. Konsorzju tan-negozju mmexxi minn Ecorys/Deloitte wettaq il-ħidma sostantiva tul perjodu ta’ bosta xhur li beda f’Settembru 2018. 2. Ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/849.