standards nazzjonali għat-trobbija tat-tfal fid-djar...

50
Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali Ottubru, 2009 - -

Upload: hoangtu

Post on 06-Apr-2018

259 views

Category:

Documents


5 download

TRANSCRIPT

Page 1: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster CareDipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali

Ottubru, 2009

- � -

Page 2: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care Ottubru 2009

Ministeru għall-Politika Soċjali Palazzo Ferreria310, Triq ir-Repubblika Il-Belt Valletta VLT 2000MALTA

Tel: +356-2590-3100Fax: +356-2590-3135Email: [email protected]: www.msp.gov.mt

© Ministeru għall-Politika Soċjali 2009

ISBN: 978-99957-803-0-2

Awtur: Grupp ta’ Ħidma “Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care” Pubblikazzjoni: Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali Ministeru għall-Politika SoċjaliTpinġija: Tfal minn Sta Rita Home, Tarxien u minn Dar San Ġużepp, Sta VeneraDisinn u Stampar: Print Right Ltd, Qormi / Sta Venera, Malta

- � -

Page 3: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Rikonoxximent

Id-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali (DSĦS) huwa responsabbli li jniedi l-istandards nazzjonali tas-servizzi soċjali. Id-DSĦS ħoloq working group li jikkonsisti minn dawk li kienu u għadhom jużaw is-servizz, ġenituri u persuni li jaħdmu fil-qasam biex jippreparaw Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali. Il-grupp ta’ ħidma kien immexxi minn Marian Muscat Azzopardi u l-membri kienu Fr Silvio Bezzina, Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn Calleja, Sr Rosette Camilleri, Sr Magdalene Cauchi, Jesmond Debono, Mahmoud El Bakry, Alexia Ellul, Frances Mallia, Francesca Mangion, Elaine Micallef, Annalise Montesin, Carmen Rapinett, Rolando Skodatis, Marie Testa, Sr Denise Vassallo u Charmaine Vella.

Dan il-grupp ta’ ħidma ħareġ abbozz tal-iStandards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali li ġie ppreżentat għall- konsultazzjoni pubblika fil-15 ta’ Frar 2008. Dawn l-istandards huma adattament tal-“iStandards Quality4Children tal-Ewropa” għall-kuntest lokali.

Il-proġett “Quality4Children Standards for Out-of-Home Child Care” tal-Ewropa jirrifletti l-ħidma ta’ tliet organizzazzjonijiet, FICE (International Federation of Educative Communities), IFCO (International Foster Care Organization) u SOS Children’s Villages. F’dan il-proġett ħadu sehem tnejn u tletin pajjiż. John Role kien il-koordinatur Malti li ħejja r-riċerka f’Malta bl-għajnuna ta’ tim nazzjonali li jinkludi Fr Frankie Cini, Sr Magdalene Cauchi, Edwina Gouder u Olivia Galea Seychell. Żgħażagħ, tfal, il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, ġenituri bioloġiċi u nies professjonisti taw is-sehem tagħhom biex jiġu formulati l-iStandards Q4C.

Verżjoni riveduta tal-iStandards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali giet miktuba mill-grupp ta’ ħidma tad-DSĦS f’Lulju 2008. Din il-verżjoni żammet akkont tar-rispons ġeneruż li sar waqt proċess kbir ta’ konsultazzjoni.

Grupp ta’ ħidma ffurmat minn nies li jaħdmu fid-DSĦS u nies li jaħdmu fil-qasam tal-Foster Care, ħadem sabiex din il-verżjoni tinkludi fiha kull tip ta’ out-of-home care. Il-Membri tal-working group huma Marian Muscat Azzopardi, John Role, Jason Zerafa, u Anna Azzopardi.

Mingħajr l-impenn kbir, dedikazzjoni u rieda tajba tan-nies imsemmija hawn fuq, dawn l-istandards ma kinux jistgħu jiġu żviluppati.

Xtaqna nirringrazzjaw lil kwantità numeruża ta’ stakeholders li ħadu sehem f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni. Mingħajr l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom, dan id-dokument żgur ma kienx jirrifletti bis-sħieħ il-bżonnijiet u d-diffikultajiet lokali.

Xtaqna wkoll nirringrazzjaw lill-iScottish National Care Standards Committee li tawna permess fuq id-dritt tal-awtur tal-istandards tagħhom.

Rikonoxximent

- � -

Page 4: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Werrej

Rikonoxximent i

Introduzzjoni iv

Standard Area 1 1Il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu u l-proċess tad-dħul

Standard 1 2Int u l-familja tiegħek tingħataw għajnuna meta jkun hemm bżonn fil-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu

Standard 2 3Inti tingħata l-għajnuna kollha li għandek bżonn biex tieħu sehem f’dan il-proċess

Standard 3 4Il-proċess iseħħ b’mod professjonali u jaċċerta li inti tingħata l-aħjar ħarsien possibbli

Standard 4 6L-aħwa jitħallew jgħixu flimkien

Standard 5 7Il-pass biex tmur fid-dar il-ġdida għandu jkun imħejji b’mod sensittiv

Standard 6 9Waqt li inti ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek għandu jkun hemm pjan ta’ ħarsien għalik

Standard Area 2 11Il-proċess tal-ħarsien

Standard 7 12Il-placement ikun jaqbel mal-ħtiġijiet tiegħek, mas-sitwazzjoni tiegħek u mal-kuntest soċjali fejn trabbejt

Standard 8 14Inti żżomm kuntatt mal-familja tiegħek

- �� -

Page 5: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standard 9 16Min jieħu ħsiebek għandu jkun kwalifikat u għandu jkollu kundizzjonijiet ta’ xogħol xierqa

Standard 10 18Min jieħu ħsiebek jifhmek, jirrispettak u jagħtik attenzjoni individwali

Standard 11 19Inti tiġi ppreparat biex issir kapaċi tagħti sehmek b’mod responsabbli fid-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu dwar ħajtek

Standard 12 21Min jieħu ħsiebek jipprovdilek livell ta’ għajxien xieraq

Standard 13 22Tiġi mgħallem biex meta tikber tkun tista’ tgħix bl-aktar mod indipendenti possibbli

Standard Area 3 25Il-proċess ta’ leaving-care

Standard 14 26Il-proċess ta’ leaving-care huwa mħejji bir-reqqa u implimentat

Standard 15 28Il-komunikazzjoni fil-proċess ta’ leaving-care issir kif inhu xieraq u sservi l-iskopijiet meħtieġa

Standard 16 30Inti tiġi mħeġġeġ/mħeġġa sabiex tieħu sehem fil-proċess ta’ meta titlaq mill-placement

Standard 17 31Ikun assigurat li l-progress tiegħek jiġi segwit, tkompli tirċievi appoġġ u jkun hemm possibbiltà li żżomm kuntatt

Glossarju 36

- ��� -

Page 6: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Introduzzjoni

Tirċievi ħarsien residenzjali barra mid-dar tal-familja tiegħek

Ikun hemm żminijiet meta l-familja tiegħek, għal xi raġuni, ma tkunx tista’ tieħu ħsiebek u għalhekk fil-każ li inti ma tkunx tista’ toqgħod id-dar mal-familja tiegħek l-Istat ikollu jara li jkun hemm xi ħadd responsabbli li jieħu ħsiebek sewwa. Dan il-ħarsien jista’ jingħatalek minn foster care family jew f’dar residenzjali tat-tfal.

Standards għall-ħarsien tat-tfal

Kemm int kif ukoll il-familja tiegħek għandkom tkunu tafu li waqt li tirċievi ħarsien residenzjali inti qiegħed tiġi mħares, tingħata sigurtà u tingħata l-attenzjoni kollha li għandek bżonn biex tikber bl-aħjar mod. Biex nilħqu dan l-iskop id-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali (DSĦS) talab grupp ta’ persuni sabiex ifasslu Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar Residenzjali u fil-Foster Care.

Il-grupp ta’ ħidma li fassal l-istandards kien jikkonsisti minn tfal li qed jużaw is-servizzi ta’ ħarsien, minn tfal li jirċievu ħarsien, minn persuni li kienu jiċievu ħarsien, minn qraba tagħhom u minn nies li jaħdmu fil-qasam. Wara li l-grupp kiteb l-istandards, dawn ġew ippreżentati lill-pubbliku sabiex jinbeda proċess intensiv ta’ konsultazzjoni; l-istandards ġew reveduti b’mod li jirrifletti l-informazzjoni li nġabret waqt il-konsultazzjoni. Dawn l-istandards jiddeskrivu dak kollu li tista’ tistenna mingħand min jagħti s-servizz ta’ ħarsien bħal pereżempju, l-Aġenzija Appoġġ, id-djar tat-tfal u oħrajn. L-istandards ġew miktuba b’mod li tifhimhom. Persuni oħrajn li għandhom esperjenza f’dan it-tip ta’ ħarsien ġew ukoll mitluba jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-istandards.

L-istandards inġabru taħt titli li jsegwu t-triq tiegħek tul is-servizz, kif ġej:

Standard Area 1: Il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu u l-proċess tad-dħul

Din it-taqsima tinkludi dawn l-istandards:

Standard 1: Int u l-familja tiegħek tingħataw għajnuna meta jkun hemm bżonn fil-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħduStandard 2: Inti tingħata l-għajnuna kollha li għandek bżonn biex tieħu sehem f’dan il-proċessStandard 3: Il-proċess iseħħ b’mod professjonali u jaċċerta li inti tingħata l-aħjar ħarsien possibbliStandard 4: L-aħwa jitħallew jgħixu flimkienStandard 5: Il-pass biex tmur fid-dar il-ġdida għandu jkun imħejji b’mod sensittivStandard 6: Waqt li inti ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek għandu jkun hemm pjan ta’ ħarsien għalik

Introduzzjoni

- �v -

Page 7: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standard Area 2:Il-proċess tal-ħarsien

Din it-taqsima tinkludi dawn l-istandards:

Standard 7: Il-placement ikun jaqbel mal-ħtiġijiet tiegħek, mas-sitwazzjoni tiegħek u mal-kuntest soċjali fejn trabbejtStandard 8: Inti żżomm kuntatt mal-familja tiegħekStandard 9: Min jieħu ħsiebek għandu jkun kwalifikat u għandu jkollu kundizzjonijiet ta’ xogħol xierqaStandard 10: Min jieħu ħsiebek jifhmek, jirrispettak u jagħtik attenzjoni individwaliStandard11: Inti tiġi ippreparat biex issir kapaċi tagħti sehemek b’mod responsabbli fid-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu dwar ħajtekStandard 12: Min jieħu ħsiebek jipprovdilek livell ta’ għajxien xieraqStandard 13: Tiġi mgħallem biex meta tikber tkun tista’ tgħix bl-aktar mod indipendenti possibbli

Standard Area 3Il-proċess ta’ leaving-care

Din it-taqsima tinkludi dawn l-istandards:

Standard 14: Il-proċess ta’ leaving-care huwa mħejji bir-reqqa u implimentatStandard 15: Il-komunikazzjoni fil-proċess ta’ leaving-care issir kif inhu xieraq u sservi l-iskopijiet meħtieġaStandard 16: Inti tiġi mħeġġeġ/mħeġġa sabiex tieħu sehem fil-proċess ta’ meta titlaq mill-placementStandard 17: Ikun assigurat li l-progress tiegħek jiġi segwit, tkompli tirċievi appoġġ u jkun hemm possibbiltà li żżomm kuntatt

Introduzzjoni

- v -

Page 8: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Kif inhuma mqassmin l-istandards

L-istandards huma mfassla b’mod li għandu jgħin lil kull min hu involut ikun jaf dak li hu mistenni minnu. F’kull standard, wara li jissemma il-prinċipju ġenerali, hemm imniżżel dak li għandhom jagħmlu l-persuni jew entitajiet responsabbli għal kull aspett tal-istandards. Dawn il-persuni jinkludu dawk responsabbli fil-qasam pubbliku għas-servizz ta’ ħarsien tat-tfal u l-persuni li jipprovdu l-ħarsien. Tingħata gwida ġenerali ta’ kif kull standard għandu jiġi osservat u hemm ukoll lista ta’ fatti li juru, f’kull każ, li l-proċess ma jkunx miexi sew.

L-użu tal-istandards għall-ħarsien nazzjonali

Bħala tifel/tifla jew Żagħżugħ/Żagħżugħa li qed toqgħod jew qed tirċievi ħarsien f’dar residenzjali jew ma’ foster care family se ssib li tkun tista’ tuża dawn l-istandards f’diversi okkażjonijiet. Inti u dawk responsabbli għalik tkunu tistgħu tużawhom sabiex tkunu tafu x’tip ta’ mistoqsijiet meħtieġa għandkom tistaqsu fiċ-ċirkostanzi. Jekk diġà toqgħod f’dar residenzjali jew ma’ foster care family tkun tista’ tuża dawn l-istandards meta tkun qed titħaddet dwar is-servizz li tirċievi ma’ dawk li jieħdu ħsiebek jew ma’ ħaddieħor, bħalma huma l-ħaddiema soċjali.

Tista’ tirreferi għall-istandards meta titkellem dwar x’jinkwetak jew meta tressaq ilment.

Dawk li huma responsabbli għall-ħarsien tiegħek jistgħu jużaw dawn l-istandards biex isiru jafu x’inhu mistenni minnhom huma u joffru s-servizzi ta’ appoġġ u ħarsien. L-istandards jagħmluha ċara li f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien kollox ikun iffukat fuq il-kwalità tal-ħajja li inti tgħix, bħala l-persuna li tirċievi l-ħarsien.

Min hu responsabbli biex ikun hawn biżżejjed postijiet adattati għall-ħtiġijiet ta’ kull min għandu bżonn il-ħarsien fid-djar residenzjali jew ma’ foster care family, għandu juża l-istandards biex dan jiġi assigurat.

Kull aġenzija responsabbli għall-ħarsien u kull min jipprovdi servizz ta’ ħarsien residenzjali għat-tfal se jipprovdi lid-DSĦS stqarrija ta’ kif se jaħdem u jilħaq l-għanijiet tiegħu meta japplika biex ikun reġistrat. Il-DSĦS tuża din l-istqarrija biex tispezzjona s-servizz ta’ ħarsien residenzjali tat-tfal.

Il-prinċipji li fuqhom huma bbażati l-istandards

Il-grupp ta’ ħidma li kiteb dawn l-istandards jaf li biex jieħdu ħsiebek, dawk li jagħtuk il-ħarsien iridu jagħtuk dik il-kwalità ta’ ħarsien li ma tista’ tiddeskriviha fl-ebda sett ta’ standards. Il-ħtiġijiet tiegħek, kemm emozzjonali kif ukoll tal-iżvilupp, iridu jiġu mħarsa. L-istandards huma l-livell minimu ta’ dak li hu meħtieġ fl-aħjar interess tiegħek.

L-istandards huma bbażati fuq l-istandards li l-organizzazzjoni internazzjonali Quality4Children ippreżentat lill-Parlament Ewropew f’Ġunju tal-2007 u fuq sett ta’

Introduzzjoni

- v� -

Page 9: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

prinċipji li jinsabu fl-istandards nazzjonali ta’ pajjiżi oħra u li ġew adattati għall-ħtiġijiet ta’ Malta. L-istandards jagħrfu li s-servizzi għandhom ikunu aċċessibbli għal kull min jeħtieġhom, u skont il-ħtiġijiet tagħhom. Jirriflettu l-fatt li inti għandek il-jeddijiet u li l-esperjenza tiegħek waqt li tirċievi ħarsien barra mid-dar tal-familja tiegħek hija importanti ħafna u għandha tkun esperjenza pożittiva.

Il-prinċipji fondamentali

Dawn il-prinċipji huma: id-dinjità, il-privatezza, id-dritt tal-għażla, is-sigurtà, il-jedd li tikseb kull ma tista’ b’mod ġust, l-individwalità u d-diversità.

Id-dinjitàIl-jedd tiegħek li:

tiġi ttrattat b’dinjità u rispett f’kull ħin; uli tgawdi relazzjonijiet soċjali xierqa.

Il-privatezzaIl-jedd tiegħek li:

il-privatezza u l-proprjetà tiegħek jiġu rispettati; utkun ħieles minn indħil bla bżonn.

L-għażlaIl-jedd tiegħek li:

l-għażliet tiegħek ikunu infurmati, waqt li tagħraf il-jeddijiet tal-oħrajn li jagħżlu bl-istess mod;tkun taf dwar dak kollu li tista’ tagħżel;tikseb l-għajnuna biex tifhem tajjeb l-għażliet kollha li jkun hemm quddiemek u tagħżel dik li hija l-aħjar għalik.

Is-sigurtàIl-jedd tiegħek li:

tħossok żgur fl-aspetti kollha ta’ ħajtek u tkun taf li l-kbar huma responsabbli għas-sigurtà tat-tfal;tgawdi s-sigurtà iżda ma tkunx protett aktar milli meħtieġ; utkun ħieles mill-isfruttament u l-abbuż.

It-twettiq tal-potenzjalIl-jedd tiegħek li jkollok l-opportunità li:

tasal fejn tista’ u tixtieq; tuża bl-aħjar mod ir-riżorsi kollha li għandek biex b’hekk tiżviluppa l-potenzjal kollu tiegħek; utgħix ħajtek bil-mod li l-aktar jgħodd għalik.

••

••

••

••

••

Introduzzjoni

- v�� -

Page 10: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

L-ugwaljanza, l-individwalità u d-diversitàIl-jedd tiegħek li:

imxi lejn ħajja indipendenti, b’sens ta’ direzzjoni u bl-opportunità li twettaq ix-xewqat tiegħek;tiġi rrispettata l-etniċità tiegħek, il-lingwa tiegħek, il-kultura tiegħek, l-orjentazzjoni sesswali tiegħek, u twemminek;tkun stmat u ttrattat bħala individwu;tkun ittrattat daqs ħaddieħor u jkun hemm min jieħu ħsiebek f’ambjent ħieles mill-bullying, fastidju u d-diskriminazzjoni; utkun tista’ tilmenta b’mod effettiv u responsabbli mingħajr biża’ li jistgħu jieħduha kontrik.

Responsabbiltajiet

Inti mistenni tipparteċipa b’mod pożittiv f’deċiżjonijiet li jittieħdu dwar il-ħarsien tiegħek skont l-eta tiegħek u kemm inti tista’ tifhem. Huwa fl-aħjar interess tiegħek li ġġib ruħek b’mod responsabbli u trid tagħmel l-aħjar tiegħek biex issegwi l-care plan tiegħek. Għandek tikkopera ma’ dawk li jieħdu ħsiebek meta dawn qed jaħdmu fl-aħjar interess tiegħek. L-imġiba tiegħek mat-tfal l-oħra li qed tgħix magħhom għandha tkun ibbażata fuq rispett u għandha tħares id-dinjità tagħhom.

F’każijiet ta’ emerġenza

F’każijiet ta’ emerġenza mhux se jkun dejjem possibbli li dawn l-istandards jiġu segwiti pass pass kif inhuma miktuba. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dawn l-istandards għandhom jiġu interpretati b’mod intelliġenti.

L-interpretazzjoni tal-istandards

• Dawn l-istandards huma bbażati fuq il-prinċipju fondamentali tal-aħjar interess tat-tfal li għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.

• Il-familja tiegħek hija importanti ħafna għalik. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tal-familja tiegħek u l-komunikazzjoni magħha huma parti importanti minn dawn l-istandards. Iżda hemm ċirkostanzi fejn din il-parteċipazzjoni u komunikazzjoni jew ma jkunux fl-aħjar interess tiegħek jew ma jkunux possibbli kif mixtieq. Kull każ jiġi studjat skont iċ-ċirkustanzi tiegħu.

• Dawn l-standards jagħrfu kemm huwa importanti għalik li ma tinfiridx minn ħutek. F’Malta bħalissa m’għandniex servizzi ta’ ħarsien residenzjali li jippermettu li l-aħwa jibqgħu jgħixu flimkien f’diversi ċirkostanzi. Din hija ħasra kbira u sakemm l-istat jipprovdi r-riżorsi għal servizz fejn l-aħwa ma jkollhomx jinfirdu, dawn l-istandards jagħmlu enfasi li l-kuntatt bejn l-aħwa jkun tajjeb biżżejjed biex dawn jiffurmaw relazzjoni soda bejniethom.

••

Introduzzjoni

- v��� -

Page 11: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

• Fejn l-istandards isemmu ħarsien li jixbaħ lil dak ta’ familja, din ir-referenza hi għall-ħtiġijiet emozzjonali tiegħek u l-ambjent xieraq biex dawn il-ħtiġijiet jintlaħqu.

• It-tielet parti tal-istandards li ssemmi l-importanza li inti tibqa’ tirċievi l-appoġġ li għandek bżonn meta tispiċċa mill-placement imma għadek mhux ippreparat biex tgħix ħajja indipendenti tintroduċi element li sa issa kien qed isir b’mod informali. Dawn l-istandards juru li dan is-servizz għandu jkun rikonoxxut bħala parti essenzjali tal-ħarsien tiegħek u li għandhom jiġu allokati riżorsi għal din il-fażi ta’ ħajtek li fuqha jiddependi l-inklużjoni tiegħek fis-soċjetà u l-futur tiegħek bħala ċittadin indipendenti li tista’ tagħti sehmek fis-soċjetà.

Il-kwalifiki tal-persuni li jieħdu ħsiebek u l-Kodiċi ta’ Kondotta u ta’ Prattika

Biex jiġu implementati dawn l-istandards iridu jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti l-kwalifiki tal-persuni li jieħdu ħsiebek u jrid jiġi assigurat li hemm riżorsi meħtieġa biex jintlahħqu dawn il-kwalifiki. B’hekk id-DSĦS jkun jista’ jassigura li l-persuni li jieħdu ħsiebek, għall-inqas jilħqu l-kwalifiki minimi li għandom bżonn.

Id-DSĦS ħareġ Kodiċijiet ta’ Kondotta u Prattika għall-ħaddiema tas-servizzi soċjali u għal min jimpjega ħaddiema fis-settur. Il-Kodiċijiet jiddeskrivu l-istandards ta’ kondotta u prattika li wieħed għandu jsegwi. Importanti li jkollok informazzjoni biżżejjed dwar dawn il-Kodiċijiet billi dawn juruk ukoll x’servizz mistenni li jingħatalek. Tista’ takkwista dawn il-Kodiċijiet mill-websajt tad-DSĦS (www.welfarestandards.gov.mt).

Kif ser jaħdmu l-istandards

Id-DSĦS huwa responsabbli sabiex iħaddem sistema ta’ regolamentazzjoni fis-settur tal-Ħarsien Soċjali. Id-DSĦS ser jippromwovi l-istandards għall-ħarsien soċjali u jinkoraġġixxi l-aħjar mod kif dawn jiġu mwettqa.

Id-DSĦS se jħares ukoll kif jiġu pprovduti dawn is-servizzi malli l-leġislazzjoni u s-sistema regolatorja jkunu fis-seħħ.

Kummenti

Nieħdu pjaċir b’kummenti kostruttivi dwar dawn l-istandards. Tista’ tibgħat il-kummenti tiegħek bil-miktub jew bil-posta-e lill-Ministeru għall-Politika Soċjali. Il-kummenti jiġu meqjusa meta l-istandards jiġu rriveduti.

Introduzzjoni

- �x -

Page 12: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standard Area 1Il-Proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu u l-proċess tad-dħul

- x -

Page 13: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu għandu żewġ fażijiet:

L-ewwel fażi ta’ dan il-proċess tinkludi primarjament evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħek u tas-sitwazzjoni tal-familja tiegħek u deċiżjoni dwar l-aħjar soluzzjoni għalik. Jekk ikun il-każ li l-alternattiva fl-aħjar interess tiegħek hija li għal xi żmien ma tibqax tgħix fid-dar mal-familja tiegħek, il-fażi li jmiss ta’ dan il-proċess jibda billi jiġi identifikat fejn huwa l-aħjar post fejn inti toqgħod. Din il-fażi tispiċċa meta din id-deċiżjoni tittieħed u, sakemm hu fl-aħjar interess tiegħek, kull min hu involut f’ħajtek ikun qabel magħha.

Il-proċess tad-dħul jinkludi dawk l-affarijiet kollha li jsiru biex inti tħossok kemm jista’ ikun komdu fil-post fejn sejjer/sejra toqgħod. Kull min hu involut b’mod dirett fit-trobbija tiegħek għandu jkollu u jaqsam l-informazzjoni li hemm bżonn biex tittieħed l-aħjar deċiżjoni għalik.

Jekk inti għandek bżonnijiet speċjali u se tgħaddi minn dan il-proċess, il-bżonnijiet speċifiċi tiegħek iridu jiġu kkunsidrati.

Din l-istandard area tinkludi:

Standard 1: Int u l-familja tiegħek tingħataw għajnuna meta jkun hemm bżonn fil-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħduStandard 2: Inti tingħata l-għajnuna kollha li għandek bżonn biex tieħu sehem f’dan il-proċessStandard 3: Il-proċess iseħħ b’mod professjonali u jaċċerta li inti tingħata l-aħjar ħarsien possibbliStandard 4: L-aħwa jitħallew jgħixu flimkienStandard 5: Il-pass biex tmur fid-dar il-ġdida għandu jkun imħejji b’mod sensittivStandard 6: Waqt li inti ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek għandu jkun hemm pjan ta’ ħarsien għalik

Standard Area 1

- � -

Page 14: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Meta inti u l-familja naturali tiegħek tixtiequ bidla fis-sitwazzjoni li fiha qed tgħixu jew tħossu li hemm xi bżonn ieħor, għandkom id-dritt li turu din ix-xewqa tagħkom u jkollkom l-għajnuna professjonali. L-aktar ħaġa importanti hija li inti tkun protett u li l-affarijiet isiru fl-aħjar interess tiegħek. Inti u l-familja naturali tiegħek tridu tiġu rrispettati l-ħin kollu u dak li għandkom xi tgħidu irid jittieħed bis-serjetà.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalMill-ewwel tagħżel persuna (is-soltu ħaddiema soċjali) li tkun responsabbli sabiex tieħu ħsieb il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu u, jekk jista’ jkun, il-proċess kollu sakemm ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek.

B. Gwida

1. Il-persuna responsabbli tkun tista’ tilħaqha faċilment u tagħmel kuntatt miegħek immedjatamentDin il-persuna responsabbli tkun tista’ tilħaqha faċilment matul il-proċess kollu ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu meta jkollok bżonn tiċċara s-sitwazzjoni tiegħek u biex tagħti l-appoġġ meħtieġ lilek u lill-familja naturali tiegħek. Il-persuna responsabbli tara li kollox sejjer sew sakemm ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek u tagħti kull għajnuna li hemm bżonn matul dan iż-żmien.

2. Il-persuni kollha relevanti f’ħajtek jiġu involuti b’mod sensittivIl-persuna responsabbli tieħu interess fl-aspetti kollha tas-sitwazzjoni tiegħek u tinforma lil kull min hu involut dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom. Din il-persuna tinvolvi lil kull min jista’ jgħin biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni tiegħek u sabiex tinstab soluzzjoni għalik. Il-persuna responsabbli tisma’ lil kull min hu involut, tittratta lil kulħadd bir-rispett u tippreżenta l-għażliet li għandek b’mod onest.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

M’għandekx moħħok mistrieħ li inti u l-familja tiegħek ser issibu l-għajnuna kollha li tinħtieġu jew li ssaqsu għaliha.Tibża’ li l-istorja sħiħa tiegħek mhix se tingħata importanza u mhux se jemmnuha.Jisimgħu naħa waħda tal-istorja biss.Mhux kull min hu involut jiġi trattat l-istess jew jiġi ttrattat bl-istess livell ta’ rispett.Ma tingħatax informazzjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tat-tfal b’mod xieraq.

••••

Int u l-familja tiegħek tingħataw għajnuna meta jkun hemm bżonn fil-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu

Standard 1

Standard Area 11

- � -

Page 15: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Inti tiġi rispettat/a, mismugħ/a u fdat/a minn kull min hu involut. Tiġi infurmat/a b’mod xieraq dwar is-sitwazzjoni tiegħek, imħeġġeġ/imħeġġa tagħti l-opinjoni tiegħek u tieħu sehem fid-deċiżjoni skont l-età tiegħek u fil-livell li inti tista’ tifhem.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTħeġġek tipparteċipa fil-proċess kollu ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu.Tipprovdi kull informazzjoni rilevanti u tassigura li inti tieħu sehem fid-deċiżjoni.Tassigura li kull min hu involut fil-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu jiġi rispettat.

B. Gwida

1. Inti tingħata l-informazzjoni kollha b’mod li tista’ tifhimhaIl-persuna responsabbli tara li inti tingħata kull informazzjoni importanti dwar is-sitwazzjoni issa u l-possibbiltajiet fil-futur. Tara wkoll li inti tifhem din l-informazzjoni.

2. L-opinjoni tiegħek tintalab b’mod sensittivIl-persuna responsabbli tagħmillek xi mistoqsijiet b’mod professjonali u b’mod li jkun komdu għalik f’ambjent li joffrilek sigurtà.

3. L-opinjoni tiegħek hija rrispettata u tittieħed bis-serjetàIl-persuna responsabbli tiżen bir-reqqa s-sitwazzjoni tiegħek u tara kif l-ideat tiegħek jistgħu jitwettqu.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Inti m’għandekx informazzjoni biżżejjed dwar x’qiegħed jiġri jew ma tifhimx l-informazzjoni li jagħtuk.L-opinjoni tiegħek hija injorata.Inti ma taqbilx mad-deċiżjoni li tittieħed.

•••

••

Standard 2

Inti tingħata l-għajnuna kollha li għandek bżonn biex tieħu sehem f’dan il-proċess

Standard Area 1 2

- � -

Page 16: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-proċess iseħħ b’mod professjonali u jaċċerta li inti tingħata l-aħħar ħarsein possibbli

Standard 3

Il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu jinvolvi żewġ mistoqsijiet: Liema soluzzjoni hija l-aħjar għalik? Jekk hemm bżonn li inti ma tibqax tgħix mal-familja tiegħek għal xi żmien, fejn hu l-aħjar li titrabba?

Kull min hu involut direttament fl-iżvilupp tiegħek jgħin f’dan il-proċess billi juża l-informazzjoni u l-kapaċitajiet li għandu. Hu jirċievi u jaqsam mal-oħrajn kull informazzjoni meħtieġa dwar il-proċess li bih tittieħed id-deċiżjoni.

Jekk inti għandek bżonnijiet speċjali u trid tgħaddi minn dan il-proċess, il-bżonnijiet speċifiċi tiegħek iridu jiġu kkunsidrati.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTaċċerta li l-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu jkun wieħed professjonali.Taċċerta li l-proċess ikun wieħed miftuħ u li fih jipparteċipa kull min hu involut fl-iżvilupp tiegħek.

Min jipprovdi l-ħarsienJipprovdi l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal bl-informazzjoni kollha li hemm bżonn dwar it-tip ta’ ħarsien li joffri f’dokumentazzjoni kif speċifikat fl-introduzzjoni għal dawn l-istandards.

B. Gwida

1. Il-proċess ikun wieħed miftuħ u li fih jista’ jipparteċipa kull min hu involut fl-iżvilupp tiegħek Il-persuna responsabbli tara li kull min hu involut jieħu sehem fil-proċess. Għandha tiġbor l-informazzjoni kollha u tara wkoll illi din tkun miktuba b’mod ċar. Hi tinforma kull min hu involut fl-iżvilupp tiegħek b’mod sensittiv u tara li dawn il-persuni jifhmu u għandhom aċċess għall-informazzjoni li hemm bżonn, jekk dan huwa fl-aħjar interess tiegħek.

2. Jiġi aċċertat li jkun hemm kooperazzjoni mal-aġenziji l-oħraIl-persuna responsabbli taċċerta li professjonisti minn organizzazzjonijiet differenti li għandhom jew kellhom x’jaqsmu miegħek iqisu bir-reqqa s-sitwazzjoni tiegħek u jagħtu l-parir tagħhom.

3. Tingħata informazzjoni dwar il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm meta inti tmur tgħix fil-post li ntgħażelIl-persuna responsabbli tqis bir-reqqa kull għażla li tista’ tittieħed u li kull min hu involut jifhem sewwa l-konsegwenzi tal-placement.

••

Standard Area 13

- � -

Page 17: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

4. Għandu jiġi kkunsidrat post alternattiv fejn toqgħod jekk jinstab li l-post oriġinali ma jilħaqx il-bżonnijiet tiegħek Il-persuna responsabbli taċċerta li waqt il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, ġie kkunsidrat post alternattiv f’każ illi jkun jidher ċar li l-ewwel għażla mhix tajba biżżejjed.

5. Id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq dawk il-fatti kollha li huma relevantiIl-persuna responsabbli taċċerta li s-sitwazzjoni tiegħek tiġi studjata bir-reqqa u li d-dokumenti bl-informazzjoni li tinġabar jiġu analizzati. Deċiżjoni tajba li tħares l-interessi tiegħek trid tkun ibbażata fuq din l-informazzjoni u miktuba b’mod ċar.

6. L-aħjar post fejn toqgħod jiġi magħżul għalikL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tagħżel l-aħjar placement għalik waqt li tagħti importanza kbira lill-għeruq etniċi, soċjali, reliġjużi u mediċi tiegħek. Flimkien ma’ min jipprovdi l-ħarsien, taċċerta li l-ambjent ta’ dan il-placement ikun wieħed ta’ appoġġ, protezzjoni, għożża u mingħajr diskriminazzjoni. Min se jieħu ħsiebek irid ikollu l-kwalifiki meħtieġa u jingħata kemm riżorsi biżżejjed kif ukoll taħriġ kontinwu sabiex ikun jista’ jieħu ħsiebek u lil ħutek, jekk ikun il-każ.

7. Jekk tinstab il-ħtieġa li inti tmur tgħix f’dar oħra, organizzazzjonijiet li jipprovdu l-ħarsien jikkoperaw bejniethom Jekk ikun hemm bżonn li inti tmur tgħix f’dar oħra, min ikun qed jieħu ħsiebek u l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal jagħtu l-appoġġ meħtieġ lil dan il-proċess u jipprovdu l-informazzjoni kollha li hemm bżonn dwarek.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Id-deċiżjoni li tittieħed ma tkunx fl-aħjar interessi tiegħek.Il-placement ma jkunx qed iqis il-bżonnijiet u s-sitwazzjoni personali tiegħek u/jew l-ambjent soċjali li fih trabbejt.M’hemmx placement ieħor għalik jekk ikun jidher ċar li dak li ntgħażel fil-bidu mhux adattat għalik.Id-deċiżjoni li tittieħed mhix ibbażżata fuq il-fatti.Ma jinżammux dokumenti dwar dak li qed jiġri.Ma jkunx hemm informazzjoni trasparenti.Inti, il-familja tiegħek u kull min hu involut fl-iżvilupp tiegħek m’intomx involuti fil-proċess jew ma tifhmuhx.Id-deċiżjoni tittieħed malajr wisq u ma tkunx mistennija minnek u mill-familja tiegħek (ma tapplikax għall-emerġenzi).M’hemmx kooperazzjoni bejn il-professjonisti.

••

••••

Standard Area 1 3

- � -

Page 18: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Waqt li ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek, inti u ħutek m’għandkomx tiġu separati ħlief jekk ikun fl-interess tagħkom stess. F’dan il-każ min jieħu ħsiebek għandu jara li jinżamm kuntatt regolari bejn l-aħwa kollha.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTagħmel minn kollox sabiex inti u ħutek tibqgħu flimkien.Għandha tfittex placement għat-tfal fejn l-aħwa jibqgħu flimkien.Tippjana kuntatt regolari u spiss bejnek u ħutek jekk ma tkunux tgħixu flimkien.

Min jipprovdi l-ħarsienGħandu jilqa’ aħwa ta’ etajiet differenti.

Min jieħu ħsiebek Jikkollabora biex ikun hemm kuntatt regolari u spiss bejn l-aħwa jekk ma tkunux qed tgħixu flimkien.

B. Gwida

1. L-aħwa jitħallew flimkienL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tagħmel dak kollu possibbli sabiex inti u ħutek tgħixu flimkien. Min hu responsabbli għandu jara x’jixtiequ l-aħwa. L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tagħti appoġġ prattiku lil kull post fejn l-aħwa jgħixu flimkien. Min jipprovdi l-ħarsien jipprovdi struttura u post adattat għall-ħarsien tal-aħwa.

2. Jekk inti u ħutek ma tistgħux tgħixu flimkien għandu jkun hemm kuntatt regolari bejnietkomL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u min jipprovdi l-ħarsien għandhom jipprovdu r-riżorsi (eż. għajnuna finanzjarja) u appoġġ biex jekk ma tkunux tgħixu flimkien, tkunu tistgħu tagħmlu kuntatt bejnietkom.Min ser jieħu ħsiebek ikollu informazzjoni fuq ħutek (jekk ma tkunux flimkien), eż. isem, età, sess, post fejn ser jgħixu u min ser jieħu ħsiebhom.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Inti u ħutek tkunu mifrudin.Ir-raġunijiet għaliex inti u ħutek ma tkunux flimkien ma jkunux ġustifikati jew fl-aħjar interess tagħkom.Min jipprovdi l-ħarsien ma jkollux struttura u post adattat sabiex jieħu ħsieb l-aħwa.Ma jinżammx kuntatt bejnietkom jew ma jkunx hemm kuntatt regolari.Min jieħu ħsiebek ma jkollux biżżejjed informazzjoni fuq ħutek.

•••

••

•••

L-Aħwa jitħallew jgħixu flimkienStandard 4

Standard Area 14

- � -

Page 19: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Wara li jiġi miftiehem il-mod kif u min ser jieħu ħsiebek, min ser jipprovdi l-ħarsien jipprepara l-proċess għad-dħul tiegħek f’din id-dar.

Dan il-process għandu jsir gradwalment u m’għandux ikun hemm tbatija żejda. Id-dħul fid-dar għandu jsir b’mod li jkun fl-aħjar interess tiegħek u jkun imħares ukoll il-ġid ta’ ħaddieħor.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalB’kooperazzjoni ma’ min jipprovdi l-ħarsien u ma’ min ser jieħu ħsiebek, taħdem, tlesti u timplimenta dan il-proċess.

Min jipprovdi l-ħarsienJaċċerta ruħu li min ser jieħu ħsiebek għandu r-riżorsi u l-appoġġ meħtieġ sabiex jilqgħak u jieħu ħsiebek.

Min ser jieħu ħsiebekGħandu jilqgħak u jara li l-proċess tad-dħul ikun implimentat b’mod professjonali.

B. Gwida

1. Il-proċess tad-dħul huwa mħejji u jsir b’mod professjonaliIl-proċess tad-dħul ikun imħejji bil-kooperazzjoni ta’ kull min huwa involut. Għandu jkun hemm ħin u riżorsi biżżejjed sabiex jitwettaq dan il-proċess. L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal taċċerta ruħha li kull min huwa involut jaf sewwa bl-arranġamenti u l-ftehim li jkunu saru u li dawn huma realistiċi u ċari. Kull min hu involut jintrabat b’dawn l-arranġamenti. Qabel ma tibda tgħix f’din id-dar, l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal għandha taċċerta ruħha li kemm min jipprovdi l-ħarsien u kemm min ser jieħu ħsiebek, għandhom biżżejjed riżorsi sabiex inti tkun imħares/imħarsa b’mod tajjeb. Dan għandu jsir sabiex jikkonfermaw li min ser jieħu ħsiebek huwa kkwalifikat f’dan ix-xogħol u li huwa mħarreġ u jingħata superviżjoni b’mod kontinwu.

2. Il-familja tiegħek jew ma’ min kont tgħix s’issa huma involuti f’dan il-proċessL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u min se jipprovdi l-ħarsien jaraw li int, il-familja tiegħek, dawk li jieħdu ħsiebek jew min kien qed jieħu ħsiebek għandhom dak li hemm bżonn biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet li jsiru waqt il-proċess tad-dħul.

3. Inti għandek issir midħla tad-dar fejn ser tmur tgħixIl-persuna responsabbli tara li jkollok l-opportunità li ssir midħla tal-post fejn ser tmur tgħix u anke tiltaqa’ ma’ min ser jieħu ħsiebek.

Standard 5

Il-Pass biex tmur fid-dar il-ġdida għandu jkun imħejji b’mod sensittiv

Standard Area 1 5

- � -

Page 20: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

4. Il-placement jikkawża l-inqas tbatija possibli għalik u għall-familja tiegħekIl-persuna responsabbli tara li l-placement jikkawża l-inqas tbatija possibli għalik u għall-familja tiegħek.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Dan il-proċess mhuwiex imħejji b’mod professjonali.Min ser jieħu ħsiebek ma jkunx lest biex jibda l-placement.Min ser jieħu ħsiebek m’għandux ir-riżorsi meħtieġa.Min ser jieħu ħsiebek ma jikkoperax mal-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal.Inti u l-familja tiegħek m’għandkomx informazzjoni fuq id-dar il-ġdida u m’hemmx raġuni tajba għal dan.L-arranġamenti għad-dħul mhumiex ċari.Min suppost ikun involut fl-affarijiet tiegħek ma jkunx infurmat.Qabel ma jibda l-placement ma jkun hemm ebda kuntatt bejnek u bejn min ser jieħu ħsiebek.Ma tingħatax merħba meta tmur fid-dar il-ġdida.

•••••

•••

Standard Area 15

- � -

Page 21: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standard 6

Waqt li inti ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek, għandu jkun hemm pjan ta’ ħarsien għalik

Dan il-pjan ta’ ħarsien għalik jiġi mfassal matul il-proċess tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu. Dan il-pjan ikompli jiġi żviluppat u mwettaq sakemm ma tkunx qed tgħix mal-familja tiegħek. Dan il-pjan ikopri l-iżvilupp tiegħek minn kull aspett.

Dan il-pjan jara fejn tkun wasalt fl-iżvilupp tiegħek, ifassal l-għanijiet u jidentifika r-riżorsi meħtieġa biex ikollok l-appoġġ neċessarju biex tilħaq il-potenzjal tiegħek. Kull deċiżjoni meħuda sakemm tkun fil-placement tkun iggwidata minn dan il-pjan.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal Hija responsabbli li tieħu ħsieb li tistudja l-potenzjal tiegħek minn kull aspett, kif ukoll biex tfassal pjan apposta għalik li tgħin u tiggwida l-iżvilupp tiegħek.

Min jipprovdi l-ħarsienJara li l-ħarsien li tingħata huwa bbażat fuq dan il-pjan.Jappoġġja lil min jieħu ħsiebek biex jimplimenta u jiżviluppa dan il-pjan ta’ ħarsien.

Min jieħu ħsiebek Huwa responsabbli biex iwettaq u jiżviluppa dan il-pjan ta’ ħarsien.

B. Gwida

1. Il-pjan ikun imfassal apposta għall-bżonnijiet tiegħekWara li tkun ikkonsultat ma’ kull professjonist involut fil-ħtiġijiet tiegħek, u wara li tkun studjajt/fhimt il-kapaċitajiet u l-ambjent kulturali u soċjali tiegħek, l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tfassal pjan għall-ħarsien tiegħek.

2. Inti tieħu sehem fl-iżvilupp ta’ dan il-pjan għall-ħarsienInti tieħu sehem fl-iżvilupp tal-pjan għall-ħarsien skont kemm tkun tista’ tifhem.

3. Dan il-pjan ikun rivedut perjodikamentL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal, min jipprovdi l-ħarsien u min jieħu ħsiebek huma responsabbli biex jimplimentaw u jiżviluppaw dan il-pjan ta’ ħarsien. B’konsultazzjoni ma’ kull professjonist ieħor il-pjan jiġi rivedut u mġedded perjodikament u mhux inqas minn darba kull sitt xhur. Dan iseħħ billi jkun hemm case reviews u fejn hu neċessarju jsiru case conferences.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ma jkunx hemm dokumenti tal-studju li sar u l-anqas pjan għall-ħarsien tiegħek.Il-pjan imħejji ma jkunx imfassal skont il-bżonnijiet tiegħek.Ikun hemm nuqqas ta’ parteċipazzjoni minn kull min hu involut.Ma jkunx hemm qbil dwar il-pjan tal-ħarsien tiegħek.Dan il-pjan ma jiġix rivedut u mġedded perjodikament.

••

•••••

Standard Area 1 6

- � -

Page 22: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

- �0 -

Standard Area 2Il-Proċess tal-Ħarsien

Page 23: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-Proċess ta’ Ħarsien jirreferi għall-perjodu ta’ bejn il-proċess ta’ dħul u l-proċess ta’ leaving-care.

Din l-istandard area tinkludi:

Standard 7: Il-placement ikun jaqbel mal-ħtiġijiet tiegħek, mas-sitwazzjoni tiegħek u mal-kuntest soċjali fejn trabbejt Standard 8: Inti żżomm kuntatt mal-familja tiegħekStandard 9: Min jieħu ħsiebek għandu jkun kwalifikat u għandu jkollu kundizzjonijiet ta’ xogħol xierqaStandard 10: Min jieħu ħsiebek jifhmek, jirrispettak u jagħtik attenzjoni individwaliStandard 11: Inti tiġi ppreparat sabiex issir kapaċi tagħti sehmek b’mod responsabbli fid-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu dwar ħajtekStandard 12: Min jieħu ħsiebek jipprovdilek livell ta’ għajxien xieraqStandard 13: Tiġi mgħallem sabiex meta tikber tkun tista’ tgħix bl-aktar mod indipendenti possibbli

Standard Area 2

- �� -

Page 24: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-Placement ikun jaqbel mal-ħtiġijiet tiegħek, mas-sitwazzjoni tiegħek u mal-kuntest soċjali fejn trabbejt

Standard 7

Inti titrabba f’post li jaċċetta lil kulħadd, jagħtik sapport, protezzjoni u fejn jieħdu ħsiebek. Jintlaħqu dawn il-kriterji jekk l-ambjent fejn tgħix ikun ta’ għożża u ta’ familja.

Fil-placement il-ġdid tingħata ċ-ċans li tibni relazzjoni stabbli ma’ min jieħu ħsiebek u tibqa’ iżżomm kuntatt mal-ambjent soċjali fejn trabbejt.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTibda’ l-proċess biex issib l-aħjar placement fejn jitħarsu l-bżonnijiet tiegħek, u jingħata kas tas-sitwazzjoni tiegħek u l-ambjent soċjo-edukattiv li fih trabbejt.

Min jipprovdi l-ħarsienGħandu jkollu mudell ta’ ħarsien li jilħaq il-bżonnijiet tiegħek u l-kundizzjonijiet ta’ l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal.Jevalwa, flimkien mal-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal, jekk il-placement li ntgħażel għalik jilħaqx il-bżonnijiet tiegħek, jagħrafx is-sitwazzjoni tiegħek u l-ambjent soċjo-edukattiv li trabbejt fih.

Min jieħu ħsiebekJaċċerta li l-ambjent tad-dar fejn sejjer/sejra tgħix jilħaq il-bżonnijiet tiegħek u jagħraf is-sitwazzjoni tiegħek.Jikkopera miegħek u mal-familja tiegħek f’dan il-proċess.

B. Gwida

1. Inti u l-familja tiegħek tiġu infurmati dwar servizzi li joffru l-ħarsien f’ambjent li jixbaħ lil dak ta’ familja Inti u l-familja tiegħek għandkom tiġu infurmati jekk hemmx servizzi oħra li jistgħu joffrulek għajnuna fi placement li għandu ambjent li jixbaħ lil dak ta’ familja. L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tinkoraġġixxi lil kull min jipprovdi dan it-tip ta’ ħarsien li joħloq ambjent li jixbaħ lil dak ta’ familja. Jekk ser ikollok bżonn li tingħata kura jew terapija dan għandu jingħata ġo ambjent ta’ familja.

2. Inti tirċievi l-aħjar placement possibbliL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u min jipprovdi l-ħarsien jaraw li fejn ser tgħix ikun ambjent fejn kulħadd huwa aċċettat, jagħtik sapport, protezzjoni u jieħu ħsiebek.

3. Il-placement jilħaq l-bżonnijiet tiegħek, jagħti kas is-sitwazzjoni tiegħek u l-ambjent soċjali li trabbejt fih Min jipprovdi l-ħarsien jagħmel sforz ġenwin biex jara li l-placement tiegħek jirrispondi għall-bżonnijiet tiegħek, is-sitwazzjoni tiegħek u l-ambjent soċjo-edukattiv li trabbejt fih. Għandha tiġi kkunsidrata d-distanza bejn fejn kont tgħix u l-placement il-ġdid.

Standard Area 27

- �� -

Page 25: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

4. Dan il-placement jagħtik support biex jgħinek tiżviluppa relazzjonijiet soda u stabbli u tħossok li int tifforma parti importanti mal-grupp li tgħix fihMin jieħu ħsiebek jipprovdilek spazju għalik u joħloq ambjent fejn int tista’ tiżviluppa relazzjonijiet u rabtiet sodi u stabbli.

5. Il-Kwalità ta’ ħarsien għandha tiġi evalwata minn żmien għal żmienL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u min jipprovdi l-ħarsien jevalwa l-kwalità ta’ ħarsien minn żmien għal żmien.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ma tingħatax iċ-ċans li jieħdu ħsiebek ġo ambjent li jixbaħ lil dak ta’ familja.Ma jkunx hemm kuntatt bejnek u bejn il-familja u jaqtgħuk mill-ambjent li tkun trabbejt fih.Inti ma titħalliex tuża l-ilsien tiegħek, jew tipprattika r-reliġjon u tħares il-kultura tiegħek.L-arranġamenti mhumiex realistiċi, skont il-ftehim u li joffru stabbilità.Ma tħossx li l-ħarsien li qed tingħata huwa wieħed fejn jiġi aċċettat kulħadd, ma jagħtikx sapport, ma jipproteġikx u ma jiħdux ħsiebek.Ma tħossx li tista’ tistrieħ fuq relazzjoni stabbli u soda ma’ min jieħu ħsiebek.Ma jkollokx privacy.Min jieħu ħsiebek jinbidel ta’ spiss.Min jieħu ħsiebek mhux sensittiv għas-sitwazzjoni tiegħek.Tinbidel l-iskola tiegħek mingħajr raġuni valida.

••

••

•••••

Standard Area 2 7

- �� -

Page 26: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Inti tkun imħeġġeġ/imħeġġa u mgħejjun/a iżżomm kuntatt mal-familja tiegħek jekk dan ikun fl-aħjar interess tiegħek u skont ix-xewqat tiegħek. Dan isir biex tinżamm ir-relazzjoni bejnek u l-familja tiegħek.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal Tara li jinżamm kuntatt bejnek u l-familja tiegħek. Dan il-kuntatt isir sakemm dan ikun fl-aħjar interess tiegħek.Jekk inti tieħu d-deċiżjoni li ma jkollokx kuntatt mal-familja, din id-deċiżjoni trid tiġi esplorata b’mod li jiġi żgurat li dan huwa fl-aħjar interess tiegħek.Tassigura illi jingħata sapport lill-familja tiegħek sabiex fejn hu possibbli tkun tista’ terga’ tmur tgħix mal-familja tiegħek.Tassigura illi inti għandek informazzjoni relevanti dwar il-familja tiegħek.

Min jipprovdi l-ħarsienJaċċerta u jinkoraġġixxi l-kuntatt tiegħek mal-familja.Jagħti sapport f’dan ir-rigward lil min jieħu ħsiebek.Min żmien għal żmien, min jipprovdi l-ħarsien jinforma lill-familja tiegħek dwar kif inti qed tiżviluppa.

Min jieħu ħsiebekJagħti sapport biex il-kuntatt bejnek u l-familja tiegħek jinżamm.Għandu/ha tikkopera mal-familja tiegħek.

Il-familja tiegħek jew min hu legalment responsabbli għalik Iridu jgħinu fil-kuntatti bejnek u l-familja tiegħek. Iridu juru rispett lejn min jipprovdi s-servizz.Juru rispett lejn min jieħu ħsiebek.Jgħinu ukoll fl-iżvilupp tal-pjan ta’ ħarsien.

B. Gwida

1. L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tħejji l-kuntatt bejnek u l-familja tiegħekGħandha wkoll tinkoraġġixxi, tagħti sapport u ssegwi l-kuntatt tiegħek ma’ min jieħu ħsiebek u mal-familja tiegħek. Tħeġġeġ ukoll dan il-kuntatt bejn kull min hu involut. Din l-aġenzija għandha tagħtik l-informazzjoni relevanti dwar il-familja tiegħek. Tagħti counselling lilek, lill-familja tiegħek u lil min jieħu ħsiebek.

2. Min jipprovdi l-ħarsien u min jieħu ħsiebek għandhom jagħtu sapport lill- kuntatt ta’ bejnek u l-familja tiegħekMin jipprovdi l-ħarsien jgħallem u jagħti sapport lil min jieħu ħsiebek biex jaħdem flimkien mal-familja tiegħek. Min jieħu ħsiebek jgħinek tagħraf u tifhem l-istorja ta’ ħajtek u jinkoraġġik biex iżżomm kuntatt mal-familja tiegħek, mal-għeruq soċjali u reliġjużi, u mal-kultura tiegħek.Minn żmien għal żmien min jieħu ħsiebek jinforma lill-familja tiegħek kif qed tiżviluppa.

•••

••

••••

Inti żżomm kuntatt mal-familja tiegħek

Standard 8

Standard Area 28

- �� -

Page 27: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

3. Il-familja tiegħek tkun involuta fil-ħajja tiegħekL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u l-familja tiegħek jiddeċiedu b’mod ċar id-drittijet u r-responsabbiltajiet tagħhom fl-iżvilupp tiegħek. Kull min hu involut fil-ħarsien tiegħek jgħin lill-familja tiegħek tifhem is-sitwazzjoni tiegħek kif ukoll tħeġġiġha biex tgħinek.

4. Kemm-il darba għandek tiltaqa’ mal-familja tiegħek u l-kwalità ta’ dan il- kuntatt jiġu evalwatiDan il-kuntatt għandu jiġi evalwat mill-anqas kull sitt xhur f’laqgħa bejn min jieħu ħsiebek, il-professjonisti, bejnek u bejn il-familja tiegħek.Il-kuntatt għandu jsir skont il-pjan ta’ ħarsien individwali jew/u skont kull arranġamenti formali oħra li setgħu saru dwar il-kuntatt.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ma jinżammx kuntatt bejnek u l-familja tiegħek għalkemm dan ikun fl-aħjar interess tiegħek.Jinżamm kuntatt bejnek u l-familja tiegħek għalkemm dan ma jkunx fl-aħjar interess tiegħek.Il-familja tiegħek taġixxi b’mod kuntrarju għall-interessi tiegħek.Ma jkunx hemm appoġġ għall-kuntatt ta’ bejnek u l-familja tiegħek.Il-kuntatt bejnek u l-familja tiegħek ma jimxix fuq dak li hemm miktub fil-care plan.Ma jkunx hemm raġuni valida għaliex il-kuntatt ta’ bejnek u l-familija tiegħek ma jingħatax l-appoġġ mistħoqq.Ma tingħatax l-informazzjoni relevanti dwar il-familja tiegħek.Il-familja tiegħek ma tikkoperax ma’ dak li hemm miktub fil-pjan ta’ ħarsien tiegħek.

••••

••

Standard Area 2 8

- �� -

Page 28: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Għandha ssir għażla bir-reqqa ta’ min jieħu ħsiebek, u għandu jkun imħarreġ b’mod professjonali qabel ma jibda x-xogħol tiegħu miegħek. Huma għandhom jirċievu taħriġ kontinwu u appoġġ professjonali biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom sabiex jgħinuk tiżviluppa l-potenzjal tiegħek.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal Għandha tara li l-persuni li jieħdu ħsiebek, mill-anqas jilħqu l-kwalifiki minimi li għandhom bżonn.

Min jipprovdi l-ħarsienGħandu jara li l-persuni li jieħdu ħsiebek jilħqu l-kwalifiki minimi li għandhom bżonn.Għandu jara li l-persuni li jieħdu ħsiebek ikollhom taħriġ kontinwu u appoġġ professjonali

Min jieħu ħsiebekJieħu sehem f’taħriġ kontinwu.

B. Gwida

1. Min jieħu ħsiebek għandu jkun magħżul u mħarreġ skont il-kwalifiki meħtieġa li jkunu rikonoxxuti u stabbilitiL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tara li t-tfal ikollhom placement fejn min jipprovdi l-ħarsien ikollu l-liċenzja biex jipprovdi s-servizz u jagħti taħriġ u appoġġ professjonali kontinwu lil min jieħu ħsiebek. Dan it-taħriġ għandu jkun stabbilit u rikonoxxut.Il-kwalifiki ta’ min jieħu ħsiebek għandhom jinkludu l-abbilità li jaġixxu skont il-prinċipji tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda u għarfien fuq l-iżvilupp tat-tfal. Għandu jkun imħarreġ kif jitkellem u jikkomunika miegħek b’mod ta’ rispett u li inti kapaċi tifhem. Min jieħu ħsiebek għandu jibni relazzjoni ta’ fiduċja u mill-qrib miegħek, għandu jkun kapaċi jisimgħek, jifhmek u jempatizza u jkun kalm miegħek. Min jipprovdi s-servizzi għandu jara li min jieħu ħsiebek ikun evalwat, magħżul, imħarreġ kontinwament u appoġġjat professjonalment biex ikun jista’ jagħmel dmiru kif suppost. Min jipprovdi l-ħarsien għandu jaċċerta li min jieħu ħsiebek u kull min ikollu kuntatt miegħek ikollu ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija nadifa.

2 Min jieħu ħsiebek għandu jkollu aċċess għal tagħrif u appoġġ professjonaliMin jieħu ħsiebek għandu jingħata taħriġ u appoġġ professjonali skont kif inhuma l-bżonnijiet u t-talbiet tiegħu. Min jipprovdi s-servizz, joffri lil min jieħu ħsiebek diversi opportunitajiet ta’ taħriġ u appoġġ professjonali, li jkunu jinkludu parteċipazzjoni diversa f’laqgħat li jkunu mħejjija għal dan il-għan.

••

Min jieħu ħsiebek għandu jkun kwalifikat u għandu jkollu kundizzjonijiet ta’ xogħol xierqa

Standard 9

Standard Area 29

- �� -

Page 29: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

3. Min jieħu ħsiebek għandu kundizzjonijiet ta’ xogħol xierqaMin jieħu ħsiebek għandu appoġġ ukoll permezz tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol. Min jieħu ħsiebek għandu jkollu aċċess għal riżorsi kemm finanzjarji kif ukoll umani sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom kif suppost.

4. Min jifforma networks biex jaqsam esperjenzi simili għandu jkun imħeġġeġL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u min jipprovdi s-servizz għandhom jinkoraġġixxu networks kemm formali u oħrajn informali biex min jieħu ħsiebek jingħata l-opportunità sabiex jaqsam esperjenzi prattiċi tajba ta’ xogħol.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ma jkunux definiti u stabbiliti l-kwalifiki minimi li għandu jkollu min jieħu ħsiebek.Min jieħu ħsiebek ma jkollux aċċess għal taħriġ u appoġġ professjonali.Min jieħu ħsiebek jirrifjuta taħriġ u appoġġ professjonali.Taħriġ u appoġġ professjonali mhumiex imħeġġa.M’hemmx support adekwat għal riżorsi umani u finanzjarji.

•••••

Standard Area 2 9

- �� -

Page 30: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Min jieħu ħsiebek jifhmek, jirrispettak u jagħtik attenzjoni individwali

Standard 10

Min jieħu ħsiebek jagħtik attenzjoni individwali. Jagħtik biżżejjed ħin biex tinbena l-fiduċja ta’ bejnietkom. Dejjem ikellmek b’mod miftuħ, onest u bir-rispett.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar l-istorja tiegħek lil min jipprovdi l-ħarsien u lil min jieħu ħsiebek.Tara li jkun hemm kooperazzjoni u kuntatt bejn min jieħu ħsiebek u l-familja tiegħek.

Min jipprovdi l-ħarsienJagħti l-appoġġ lil min jieħu ħsiebek biex jibni u jsaħħaħ ir-relazzjoni miegħek.Jara li min jieħu ħsiebek għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex jibni relazzjoni tajba u ta’ fiduċja miegħek.

Min jieħu ħsiebekDejjem jittrattak bħala individwu u jagħti kas il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tiegħek skont kemm tista’ tifhem.Jara li r-relazzjoni miegħek tkun ibbażata fuq is-sinċerità, il-kunfidenzjalità u l-appoġġ li jingħata lilek.

B. Gwida

1. Min jieħu ħsiebek jirċievi informazzjoni, taħriġ u appoġġ professjonaliL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tgħaddi l-informazzjoni lil min jipprovdi l-ħarsien u min jieħu ħsiebek, dwar il-passat tiegħek sabiex ikunu jistgħu jgħinuk skont kif għandek bżonn.Min jipprovdi l-ħarsien jagħti taħriġ u appoġġ professjonali lil min jieħu ħsiebek ħalli jibni u jżomm relazzjoni pożittiva kif inhu xieraq miegħek.

2. Min jieħu ħsiebek jagħtik l-opportunità li jibni relazzjoni stabbli miegħek Min jieħu ħsiebek joħloq ambjent fejn jista’ jibni relazzjoni ta’ fiduċja u kunfidenzjali miegħek li tilħaq il-bżonnijiet prattiċi u emozzjonali tiegħek.

3. Min jieħu ħsiebek jagħtik attenzjoni individwali Min jieħu ħsiebek jagħtik attenzjoni individwali skont kif għandek bżonn inti u b’mod li tista’ tifhem.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ikun hemm nuqqas ta’ rispett bejnek u bejn min qed jieħu ħsiebek.Tħoss li min qed jieħu ħsiebek mhuwiex qed jifhmek.L-informazzjoni dwarek tingħata lil ħaddieħor bla bżonn.Ir-relazzjoni bejnek u bejn min jieħu ħsiebek ma tibqax b’saħħitha.Ikun hemm bdil ta’ spiss fin-nies li jieħdu ħsiebek.Min jieħu ħsiebek ma jaħdimx b’mod professjonali u/jew imur kontra l-proċeduri ta’ min jipprovdi l-ħarsien.Min jieħu ħsiebek ma għandux l-informazzjoni kollha dwarek.

••

••••••

Standard Area 210

- �� -

Page 31: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Standard 11

Inti tiġi ppreparat biex issir kapaċi tagħti sehmek b’mod responsabbli fid-deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu dwar ħajtek

Kulħadd jagħraf li inti taf l-aktar dwar ħajtek. Inti tkun infurmat/a, mismugħ/a u l-fehmiet tiegħek jittieħdu bis-serjetà. Il-kwalitajiet tiegħek jiġu meqjusa bħala potenzjal. Tiġi inkoraġġut/a biex tesprimi l-emozzjonijiet u l-esperjenzi tiegħek.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalIssegwi l-parteċipazzjoni tiegħek f’kull deċiżjoni li taffettwalek ħajtek direttament.

Min jipprovdi l-ħarsienJaċċerta li l-parteċipazzjoni tiegħek tifforma parti integrali fil-proċess ta’ ħarsien.

Min jieħu ħsiebekJgħinek tieħu deċiżjonijiet li jaffettwawlek ħajtek direttament.Jagħti sapport lill-parteċipazzjoni tiegħek.

B. Gwida

1 Min jipprovdi l-ħarsien jagħtik sapport sabiex inti tipparteċipa fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlek ħajtekMin jipprovdi l-ħarsien

Jipprovdi riżorsi biex jippromwovi l-parteċipazzjoni tiegħek.Jiżviluppa u japplika modi differenti li jassiguraw il-parteċipazzjoni attiva tiegħek.Jippromwovi ambjent ta’ parteċipazzjoni fejn min jieħu ħsiebek ikun imħeġġeġ jinvolvi ruħu.Jaċċerta li kull min hu involut fil-ħarsien tiegħek ikun imħarreġ professjonalment sabiex ikun jista’ jagħtik appoġġ biex tipparteċipa.

2. Min jieħu ħsiebek jagħtik sapport biex tipparteċipa b’mod attivMin jieħu ħsiebek

Jinfurmak dwar id-drittijiet tiegħek u kwestjonijiet relevanti li jikkonċernaw lil ħajtek.Jisimgħek, jinkoraġġik u jagħtik sapport meta tagħmel deċiżjonijiet li jikkonċernawk.

3. Min jieħu ħsiebek jagħtik appoġġ u jemmen li inti kapaċi tipparteċipa b’mod tajjeb u kostruttivMin jieħu ħsiebek

Jagħraf il-potenzjal tiegħek u jinkoraġġik biex tużah, kif ukoll, tiżviluppah.Jirrispetta li inti persuna unika, jagħti kas l-opinjoni tiegħek u jagħtik sapport fix-xewqat tiegħek biex tgħix ħajja indipendenti.Juri li inti importanti billi jieħu interess fil-bżonnijiet tiegħek.

••

•••

••

••

Standard Area 2 11

- �� -

Page 32: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Is-sistemi ta’ parteċipazzjoni mhumiex żviluppati u/jew ma jintużawx.Inti ma tipparteċipax fil-proċess ta’ meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar ħajtek. Inti tħoss li l-potenzjal tiegħek la hu mifhum u lanqas issapportjat.Inti tħoss li m’intix mismugħ/a u/jew lanqas mifhum/a.Inti ma tħossx li qed tiġi infurmat/a biżżejjed dwar affarijiet rilevanti u dwar id-drittijiet tiegħek.Tfal li għandhom nuqqas ta’ abiltà li jikkomunikaw minħabba n-nuqqas ta’ żvilupp mhux qed jiġu mogħtija spazju ta’ parteċipazzjoni.

••

•••

Standard Area 211

- �0 -

Page 33: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-livell ta’ għajxien, kif ukoll, il-bini fiżiku ta’ min jipprovdi l-ħarsien u/jew ta’ min jieħu ħsiebek jilħaq il-bżonnijiet tiegħek li jinkludu wens, sigurtà, kundizzjonijiet ta’ għajxien li jkun mingħajr periklu għas-saħħa, kif ukoll, għandu jkollok aċċess, mingħajr ebda riserva, għall-edukazzjoni u għall-ħajja soċjali fil-komunità.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTassiguralek placement li joffrilek kundizzjonijiet ta’ għajxien xieraq u li jilħaq il-bżonnijiet materjali tiegħek.

Min jipprovdi l-ħarsienJaċċerta li jieħdu ħsiebek f’ambjent li jkun wieħed komdu li joffri protezzjoni u stabbilità, u fejn m’hemmx periklu għas-saħħa.

Min jieħu ħsiebekJipprovdilek dar komda, li toffrilek protezzjoni u stabbilità, u fejn m’hemmx periklu fiżiku u għas-saħħa.

B. Gwida

1. Id-dar fejn ikunu qed jieħdu ħsiebek għandha toffrilek livell ta’ għajxien xieraqL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tara li l-bżonnijiet bażiċi ta’ livell ta’ għajxien tiegħek jiġu milħuqa; dawn jinkludu wens, kumdità, sigurtà, kundizzjonijiet ta’ għajxien li jkun mingħajr periklu għas-saħħa. Tara li jkollok aċċess, bla ebda riserva, għall-edukazzjoni u għall-ħajja soċjali fil-komunità. Għalhekk l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal għandha tassigura placement li jilħaq dawn il-bżonnijiet bażiċi.

2. Min jipprovdi l-ħarsien jilħaq il-bżonnijiet bażiċi li huma meħtieġaMin jipprovdi l-ħarsien ikollu proċeduri bil-miktub li jassiguraw il-kwalità ta’ għajxien li jagħti. Din il-kwalità hija assigurata billi jipprovdi placement li jilħaq il-bżonnijiet bażiċi li huma obbligatorji. Il-proċeduri miktuba għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd.

3. Ikunu żgurati l-bżonnijiet materjali li teħtieġ, kif ukoll, livell ta’ għajxien xieraq Min jieħu ħsiebek joffrilek il-bżonnijiet bażiċi li huma obbligatorji sabiex jiggarantilek kumdità, sigurtà u li l-kundizzjonijiet ta’ għajxien ikunu mingħajr periklu għas-saħħa. Ikollok aċċess bla ebda riserva għall-edukazzjoni u għall-ħajja soċjali fil-komunità.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Mhumiex stabbiliti l-bżonnijiet bażiċi obbligatorji li jassiguraw livell ta’ għajxien xieraq.Il-placement ma jilħaqx il-bżonnijiet bażiċi obbligatorji.Min jipprovdi l-ħarsien m’għandux dikjarazzjoni/proċeduri bil-miktub u/jew ma jagħmilhiex/jagħmilhomx aċċessibbli.

••

Standard 12

Min jieħu ħsiebek jipprovdilek livell ta’ għajxien xieraq

Standard Area 2 12

- �� -

Page 34: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Titgħallem biex meta tikber tkun tista’ tgħix bl-aktar mod indipendenti possibbli

Standard 13

Tingħata l-għajnuna kollha meħtieġa biex tiżviluppa f’adult li tkun kapaċi tieħu ħsieb lilek innifsek u tieħu sehem attiv fis-soċjetà. Għandu jkollok aċċess għall-edukazzjoni u l-opportunità li tiżviluppa kemm il-ħiliet li jgħinuk fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll li jkollok valuri.Inti tiġi megħjun biex temmen fik innifsek. B’hekk trabbi s-saħħa u l-kuraġġ u tkun tiflaħ tiffaċċja diffikultajiet f’ħajtek.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalIssegwi l-iżvilupp tiegħek fir-rigward tal-preparazzjoni għall-ħajja indipendenti kif inhu mniżżel fil-pjan tal-ħarsien tiegħek.Tassigura li għandek aċċess għall-edukazzjoni tal-għola livell.

Min jipprovdi l-ħarsienJipprovdi l-qafas adattat u l-programmi meħtieġa biex jgħin l-iżvilupp tiegħek lejn l-indipendenza.

Min jieħu ħsiebekJappoġġjak fl-iżvilupp lejn l-indipendenza.

L-istatJassigura li s-sistema tal-edukazzjoni tagħti servizz li jaqdi l-bżonnijiet tiegħek u tgħinek tiżviluppa l-kapaċitajiet tiegħek.

B. Gwida

1. Min jieħu ħsiebek jipprovdi taħriġ u appoġġ individwaliMin jieħu ħsiebek irid jassigura li tirċievi t-taħriġ u l-appoġġ biex inti tiżviluppa f’persuna li tkun tista’ tieħu ħsieb tiegħek innifsek kif ikun imniżżel fil-pjan tal-ħarsien tiegħek. Min jieħu ħsiebek irid jiffoka primarjament fuq dan li ġej:

tkun imħeġġeġ tassumi responsabbiltà tal-ħajja ta’ kuljum. Dejjem skont l-età u skont ta’ kemm tista’ tifhem, tingħata għajnuna sabiex tieħu ħsieb tiegħek innifsek u tieħu ħsieb ta’ affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ flus, ma’ ħwejjeġ legali, ma’ poloz ta’ assigurazzjoni u affarijiet oħra prattiċi;tingħata għajnuna biex tintegra ruħek fi gruppi soċjali u żżomm dawn il-kuntatti; umin jieħu ħsiebek irid ifittex x’inhuma l-interessi tiegħek u jippjana attivitajiet li jgħinu fl-iżvilupp tal-għarfien u tal-ħiliet tiegħek.

2. Ikun hemm proċess kontinwu ta’ preparazzjoni għal ħajja indipendentiMin jieħu ħsiebek, bl-appoġġ ta’ min jipprovdi l-ħarsien, jippreparak sabiex tgħix ħajja independenti. Dan il-proċess huwa bbażat fuq il-pjan tal-ħarsien tiegħek.Il-pjan tal-ħarsien iħares lejn il-preparazzjoni tiegħek biex tgħix ħajja indipendenti bħala proċess kontinwu. F’dan il-pjan issib il-qafas ta’ opportunitajiet, kondizzjonijiet u programmi li jistgħu jgħinuk tgħix ħajja indipendenti.

••

Standard Area 213

- �� -

Page 35: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

3. Ikollok opportunitajiet biex tipparteċipa fi programmi ta’ żvilupp personaliMin jipprovdi l-ħarsien u min jieħu ħsiebek joħolqu opportunitajiet ta’ taħriġ għalik biex titgħallem tassumi responsabbiltajiet, tifforma valuri u tiżviluppa ħiliet meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum.Inti tipparteċipa fl-iżvilupp, fit-twettiq u fl-evalwazzjoni tal-programmi mħejjija biex titgħallem tgħix ħajja indipendenti.

4. Inti jkollok aċċess għall-ogħla livell ta’ edukazzjoni• Inti tiġi mħajjar/mħajra u jkollok aċċess għall-aħjar forma ta’ edukazzjoni skont il-potenzjal u l-interessi tiegħek.• Inti tiġi mħajjar/mħajra tattendi skola u tieħu sehem f’attivitajiet barra mill-iskola skont dak li jkun jinteressak.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Il-pjan tal-ħarsien tiegħek ma jinkludix il-preparazzjonijiet għall-ħajja indipendenti.Ma hemmx programmi/opportunitajiet imfassla għall-iżvilupp personali tiegħek.Tiġi mwaqqaf/mwaqqfa milli tipparteċipa fi programmi/opportunitajiet imfassla għall-iżvilupp tiegħek.Inti tħoss illi m’intix ippreparat/a biżżejjed u m’għandekx appoġġ biex tgħix ħajja indipendenti.Ma tiffurmax parti minn grupp soċjali fil-komunità.Ma jkollokx appoġġ biex tieħu benefiċċju mill-edukazzjoni tiegħek.Il-ħin liberu tiegħek ma jintużax b’mod tajjeb.Ma jagħtux kas ta’ dak li għandek xi tgħid.

•••

••••

Standard Area 2 13

- �� -

Page 36: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

- �� -

Standard Area 3Il-Proċess ta’ leaving-care

Page 37: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-proċess ta’ leaving-care jinkludi l-proċess ta’ meta ssir indipendenti bħala żagħżugħ/a jew terġa’ tmur lura mal-familja tiegħek, jew tibqa’ tgħix mal-foster care family wara li tkun għalaqt tmintax-il sena, jew tmur tgħix ġo dar oħra. Dan il-proċess jinkludi l-proċess tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, il-proċess ta’ tluq mid-dar u l-appoġġ li tirċievi wara li titlaq mid-dar fejn għext waqt il-placement tiegħek.

Din l-istandard area tinkludi:

Standard 14: Il-proċess ta’ leaving-care huwa mħejji bir-reqqa u implimentat.Standard 15: Il-komunikazzjoni fil-proċess ta’ leaving-care issir kif inhu xieraq u sservi l- iskopijiet meħtieġa.Standard 16: Inti tiġi mħeġġeġ/a sabiex tieħu sehem fil-proċess ta’ meta titlaq mill- placement.Standard 17: Ikun assigurat li l-progress tiegħek jiġi segwit, tkompli tirċievi appoġġ u jkun hemm possibbiltà li żżomm kuntatt.

Standard Area 3

- �� -

Page 38: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-proċess ta’ leaving-care huwa imħejji bir-reqqa u implimentat

Standard 14

Dan il-proċess huwa importanti ħafna għalik u għandu jkun ippjanat b’mod tajjeb u implimentat. Dan il-proċess isir skont il-pjan tal-ħarsien tiegħek.Inti tiġi kkunsidrat/a bħala l-persuna l-aktar li taf xi trid fil-kwalità ta’ dan il-proċess ta’ ħarsien u l-kummenti u s-suġġerimenti li tagħti jgħinu fl-iżvilupp ta’ sistema tajba u ta’ mudell għall-forma ta’ ħarsien li hemm bżonn.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTara li l-proċess jiġi ppjanat flimkien miegħek u ma’ kull min hu involut.Issegwi u tappoġġja l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċess.Tikkordina l-kooperazzjoni ta’ kull min hu involut.Taċċerta li x-xewqat tiegħek jiġu meqjusa bir-reqqa.

Min jipprovdi l-ħarsienJassigura li l-proċess huwa ppjanat u implimentat skont dak li hemm miktub fil-pjan tal-ħarsien tiegħek.Jagħtik appoġġ professjonali u b’mod sensittiv matul il-proċess.Jikkopera mal-familja tiegħek.

Min jieħu ħsiebekJippjana l-mod li bih se jitwettaq il-proċess, fuq livell prattiku, flimkien ma’ kull min hu involut.Iwettaq il-proċess skont dak li hemm miktub fil-pjan tal-ħarsien.Jikkopera mal-familja tiegħek.

B. Gwida

1. Il-proċess jiġi ppjanat tajjeb u jsir sewwaMin jieħu ħsiebek jagħmel l-arranġamenti prattiċi tal-proċess ta’ leaving-care tiegħek flimkien miegħek skont il-pjan tal-ħarsien tiegħek. L-implimentazzjoni ssir skont l-aħjar interess tiegħek. Inti tipparteċipa fid-deċiżjoni ta’ liema sehem ser tieħu l-familja tiegħek fil-proċess.Il-proċess biex inti tirritorna fil-familja jew tmur fi placement ieħor jiġi ppreparat tajjeb.Min iħoss il-bżonn jitlob li ssir konsultazzjoni mat-tim multiprofessjonali li jkun fassal il-pjan tal-ħarsien tiegħek permezz ta’ case-review.

2. Inti tiġi meqjus/a bħala l-persuna l-aktar li taf xi trid fil-kwalità tal-ħarsien matul dan il-proċessL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal titolbok tevalwa l-kwalità ta’ ħarsien li qed tirċievi. Is-suġġerimenti u kummenti tiegħek għandhom jaslu għand min jipprovdi l-ħarsien sabiex ikunu ta’ għajnuna fl-iżvilupp tal-kwalità tas-servizz.

••••

••

••

Standard Area 314

- �� -

Page 39: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

3. Il-proċess huwa bbażat fuq il-pjan tal-ħarsien tiegħekFil-pjan tal-ħarsien hemm imniżżel fejn wasalt fl-iżvilupp tiegħek, x’hemm bżonn isir sabiex tiġi appoġġjat matul il-proċess u b’liema riżorsi. Dan il-pjan u l-implimentazzjoni tiegħu li jiġu evalwati b’mod regolari, kif diġà hemm miktub f’dawn l-istandards, jagħtu kas tal-futur tiegħek fit-tfassil ta’ linji gwida għall-ħarsien tiegħek.

4. Jekk ser terġa’ tmur lura mal-familja tiegħek jew f’placement ieħor irid ikun hemm preparazzjoni tajbaIrid ikun hemm kooperazzjoni tajba bejn l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal, min jipprovdi l-ħarsien, min jieħu ħsiebek issa, min ser jieħu ħsiebek u l-familja.Skont kemm tista’ tifhem, inti tipparteċipa fid-deċiżjoni u fil-preparazzjonijiet.

5. F’ każ li wara l-età ta’ tmintax-il sena tibqa’ tgħix mal-foster care family, għandu jibqa’ jingħata s-sapport kollu meħtieġIl-ħarsien li tirċievi waqt li tibqa’ tgħix mal-foster care family wara li tkun għalaqt it-tmintax-il sena għandu ikun ppjanat minnek, mill-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal, min jipprovdi l-ħarsien u minn min jieħu ħsiebek. Għandu jkun hemm ir-riżorsi biex dan il-pjan jiġi implimentat.

6. Għandu jkun hemm festin organizzat għalikMeta tkun ser tibda l-ħajja ġdida tiegħek għandu jiġi organizzat festin xieraq għall-okkażjoni u skont dak li tixtieq int. Għandhom jippruvaw jagħmlu dan il-festin skont ix-xewqat tiegħek.

7. Ikollok aċċess għall-appoġġ u counsellingL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal u min jipprovdi l-ħarsien joffru sistema ta’ appoġġ u counselling għat-tfal/żgħażagħ li kienu jirċievu ħarsien barra mill-familja tagħhom jekk ikollhom bżonnu u jekk jixtiequh.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Il-proċess ma jitħejjiex tajjeb u ma jiġix implimentat.Dan il-proċess mhux inkluż fil-pjan tal-ħarsien tiegħek.M’hemmx qbil dwar il-proċess bejn min hu involut.Inti ma tħossokx involut/a fil-proċess.Inti u l-familja tiegħek ma tiħdux sehem fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċess.M’hemmx interess f’dak li taħseb int dwar il-kwalità ta’ ħarsien matul il-proċess.Ma ssirx evalwazzjoni tal-ħarsien.Il-proċess ta’ leaving-care ma jilħaqx il-bżonnijiet tiegħek.M’hemm l-ebda appoġġ għalik meta titlaq mid-dar fejn għixt waqt li ma kontx mal-familja tiegħek jew l-appoġġ mhux biżżejjed.Ma jkollokx iċ-ċans li ssellem kif tixtieq lil dawk li ser tħalli warajk.

•••••••••

Standard Area 3 14

- �� -

Page 40: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Il-komunikazzjoni fil-proċess ta’ leaving-care issir kif inhu xieraq u sservi l-iskopijiet meħtieġa

Standard 15

Kull min hu involut fil-proċess jingħata l-informazzjoni kollha neċessarja dwar is-sehem li għandu fil-proċess. Fl-istess ħin inti u l-familja tiegħek tħossukom protetti u jkollkom il-privatezza tagħkom.L-informazzjoni kollha tingħata b’mod li tinftiehem minnek u mill-familja tiegħek.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTaċċerta ruħha li kull min hu involut jingħata u jifhem l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-proċess isir sewwa.Taċċerta ruħha li tinżamm il-kunfidenzjalità.

Min jipprovdi l-ħarsienJassigura li min jieħu ħsiebek jikkomunika miegħek bl-aħjar mod.

Min jieħu ħsiebekJaċċerta ruħu li inti tirċievi u li tifhem l-informazzjoni meħtieġa għal dan il-proċess.Jikkomunika miegħek b’mod li inti tħossok komdu/a matul dan il-proċess.Jikkopera mal-familja tiegħek.

B. Gwida

1. L-informazzjoni tingħata b’mod professjonali L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal, min jipprovdi l-ħarsien u min jieħu ħsiebek jifhmu li għandhom jagħtu lilek u lill-familja tiegħek l-informazzjoni kollha meħtieġa.L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal iżżomm l-informazzjoni rilevanti b’mod professjonali. Tassigura li d-dokumenti jinżammu konfidenzjali, li jinżammu b’mod professjonali u li l-informazzjoni tkun aċċessibbli għal kull min hu involut skont il-liġi.

2. Inti tiġi infurmat/a tajjeb dwar dan il-proċessL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tassigura li inti għandek l-informazzjoni kollha meħtieġa u li inti tifhem dak li hu rilevanti dwar dan il-proċess. Inti għandek tkun taf dwar il-possibiltajiet li hemm għalik fil-futur u li tagħti l-opinjoni tiegħek dwarhom.

3. Hemm bżonn ta’ dawn l-aspetti biex il-komunikazzjoni tkun tajbaKull min hu involut fl-appoġġ li għandek tirċievi matul il-proċess irid:

ikun jaf juża lingwa adattata għall-bżonnijiet tiegħek;ikun viċin tiegħek billi jkollu l-ħin għalik, ikun jaf jisimgħek u jifhmek;ikellmek b’mod li tifhem u li tħossok tajjeb meta tisimgħu;joħloq ambjent ta’ komunikazzjoni miftuħa; uma jaħbilekx informazzjoni li taf tkun importanti għalik.

•••

•••••

Standard Area 315

- �� -

Page 41: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

4. Int, il-familja tiegħek, min jieħu ħsiebek, min jipprovdi l-ħarsien u l-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal jaħdmu flimkienKooperazzjoni bejn kull min hu involut fil-proċess tissaħħaħ meta t-tqassim tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jsiru f’atmosfera ta’ fiduċja f’xulxin.Dawk involuti jridu:

jaraw li l-liġijiet, id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards jiġu osservati; ujinkludu dan l-istandard fil-proċeduri tal-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal, ta’ min jipprovdi l-ħarsien u ta’ min jieħu ħsiebek.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Tħoss li mhumiex qed jifhmuk.Ma tinżammx il-privatezza tiegħek. Ma tingħatax jew ma tifhimx l-informazzjoni meħtieġa.Tħoss li m’hemmx komunikazzjoni biżżejjed bejnek u min jieħu ħsiebek.Tħoss nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-familja tiegħek jew mal-ambjent soċjali.

••

•••••

Standard Area 3 15

- �� -

Page 42: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Inti tiġi mħeġġeġ/mħeġġa sabiex tieħu sehem fil-proċess ta’ meta titlaq mill-placement

Standard 16

Il-proċess jitmexxa fuq il-pjan imħejji għalik. Tiġi megħjun/a tagħti l-fehma tiegħek, turi kif tixtieq li jsir il-proċess u tieħu sehem fl-istess proċess.

A. Responsabbiltajiet

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTara li inti tieħu sehem fil-proċess.Tikkopera mal-familja tiegħek.

Min jipprovdi l-ħarsienJara li għandek kull ma jinħtieġ biex inti tieħu sehem fil-proċess.Jinvolvik ukoll fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċess.Jikkopera mal-familja tiegħek.

Min jieħu ħsiebekJgħinek tieħu sehem fil-proċess.

B. Gwida

1. Dawn li ġejjin huma meħtieġa biex inti tipparteċipa fil-proċess Kull min hu involut għandu jara:

li inti tieħu sehem fil-proċess ta’ ippjanar u implimentazzjoni tal-proċess;li jiġu meqjusa l-pjanijiet u d-dubji tiegħek u dak li tixtieq int;li tiġi mogħti l-appoġġ biex tieħu deċiżjonijiet skont kemm tkun tifhem; li tiġi kkunsidrat/a bħala l-persuna l-aktar li taf xi trid f’dak li jolqot lilek; li l-familja tiegħek tieħu sehem fil-proċess;li tiddeċiedi kemm tieħu sehem il-familja tiegħek fil-proċess, skont kemm tista’ tifhem u tagħżel; uli tingħata appoġġ fi proċeduri amministrattivi jew tal-Qorti.

2. Inti tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġaL-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfal tara li inti jkollok l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jgħinek tieħu deċiżjonijiet matul il-proċess.Jara li inti tifhem l-informazzjoni kollha li tingħata.

3. L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċess ikun ibbażat fuq il-pjan imħejji għalikInti tieħu sehem fl-iżvilupp tal-pjan li jitħejja għalik. Dan il-pjan jinkludi l-ideat tiegħek, kif ukoll l-għanijiet li jridu jintlaħqu u r-riżorsi kollha meħtieġa biex il-pjan jitwettaq.

Ċ. Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ma jkunx hemm imniżżel il-minimu li jrid isir dwar is-sehem tiegħek fil-proċess.Dan il-minimu ma jiġix implimentat.Tħoss li mhux qed tieħu sehem biżżejjed fil-proċess.Tħoss li l-proċess mhux sejjer fid-direzzjoni li ħsibtu li ser imur.Tħoss li mhux qed tingħata l-informazzjoni meħtieġa.It-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċess ma jkunux imfassla fuq il-ħtiġijiet tiegħek.Tħoss li mhux qed jieħdu l-każ tiegħek bis-serjetà.Jittieħdu deċiżjonijiet mingħajr ma inti tiġi kkonsultat/a.Tingħata aktar responsabbiltà milli tiflaħ.Ma tingħatax appoġġ fi proċeduri amministrattivi jew tal-Qorti.

••••••

•••••••

••

••••••••••

Standard Area 316

- �0 -

Page 43: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Meta titlaq mill-placement ’il bogħod mill-familja tiegħek, jew meta tagħlaq it-tmintax-il sena jista’ jiġri wieħed minn dawn l- affarijiet:

tmur toqgħod f’dar residenzjali jew ma’ foster care family ;tmur toqgħod mal-familja tiegħek;Inti tibqa’ toqgħod mal-foster care family tiegħek meta tagħlaq it-18-il sena; jewtmur tgħix għal rasek.

Tmur toqgħod f’dar residenzjali jew ma’ foster care family

Responsabbiltajiet

L-istatJappoġġja l-iżvilupp tal-benesseru tiegħek

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTrid taċċerta ruħha li l-proċess kollu jimxi skont l-istandards kollha msemmija s’issa.Trid taċċerta ruħha li inti tkun ippreparat/a għal din il-bidla.Trid taċċerta ruħha li l-post fejn sejjer/sejra tgħix għandu l-informazzjoni meħtieġa biex inti tirċievi l-ħarsien li għandek bżonn.Trid tagħtik l-appoġġ meħtieġ matul din il-bidla.Trid tkompli ssegwik meta tkun qed tgħix fil-post il-ġdid.

Min kien qed jipprovdi l-ħarsienIrid jipparteċipa fit-tħejjija għal dan il-proċess.Irid jippreparak għal din il-bidla.Irid jgħaddi l-informazzjoni kollha meħtieġa lid-dar residenzjali jew lill-foster care family. Irid jipparteċipa fil-proċess li bih inti tidra l-post il-ġdid.Irid ikompli jagħtik l-appoġġ sakemm tidra l-post il-ġdid.

Min kien qed jieħu ħsiebekIrid jieħu sehem attiv fil-proċess li jkun qed iwettaq min kien qed jipprovdi l-ħarsien.

Min se jipprovdi l-ħarsienIrid jara li l-post huwa mħejji biex jilqgħek.Irid jara li min qed jgħix fil-post ikun ippreparat li jilqgħek.Irid jara li għandu l-informazzjoni kollha li għandu bżonn biex jagħtik il-ħarsien li għandek bżonn.Irid jikkopera ma’ kull min hu involut biex inti tħossok komdu/a fil-post.Irid jara li tingħata merħba xierqa.Irid ikompli jwettaq il-pjan ta’ ħarsien tiegħek.

Min se jieħu ħsiebekIrid jieħu sehem attiv fil-proċess li jkun qed iwettaq min se jipprovdi l-ħarsien.

1.2.3.4.

1.

•••

••

•••

••

•••

•••

Standard 17

lkun assigurat li l-progress tiegħek jiġi segwit, tkompli tirċievi appoġġ u li jkun hemm possibbiltà li żżomm kuntatt

Standard Area 3 17

- �� -

Page 44: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Tmur toqgħod mal-familja tiegħek

Responsabbiltajiet

L-istatJappoġġja dak kollu li għandu x’jaqsam mal-benesseru tiegħek.

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTrid taċċerta ruħha li l-ambjent fejn sejjer/sejra tgħix ikun wieħed li jilħaq il-bżonnijiet tiegħek.Trid taċċerta ruħha li, b’din il-bidla, int ma titpoġġiex fl-ebda periklu.Trid taċċerta ruħha li l-pjan ta’ ħarsien tiegħek ikun qed jidentifika dak li jrid jitwettaq biex inti tmur tgħix mal-familja kmieni kemm jista’ jkun.Trid taċċerta ruħha li inti tkun ippreparat/a għal din il-bidla u li din il-bidla tkun, kemm jista’ jkun, skont ix-xewqat tiegħek u fl-aħjar interess tiegħek.Trid tikkopera mal-familja tiegħek kemm qabel il-bidla kif ukoll tul il-proċess li bih int tmur tgħix mal-familja.Trid tara li l-bidla ssir bil-pass tiegħek.Trid tagħtik l-appoġġ meħtieġ matul din il-bidla.Trid tara li tibqa’ tirċievi s-servizzi kollha li għandek bżonn u li kont qed tirċievi meta ma kontx qed tgħix mal-familja bħal, pereżempju, l-edukazzjoni.Trid tkompli ssegwik għal xi żmien wara li tkun qed tgħix mal-familja tiegħek.Trid taċċerta ruħha li, jekk int jew il-familja tiegħek ikollkom bżonn, jew tixtiequ, tkomplu tirċievu xi tip ta’ appoġġ, tkunu riferuti għas-servizz/i li jkollkom bżonn, bħal pereżempju, biex issib u tibqa’ żżomm xogħol.Jekk il-familja ma tkunx tista’ tilħaq il-bżonnijiet tiegħek, jew ikun hemm xi livell ta’ periklu fejn sejjer/sejra toqgħod, trid tara li jkun hemm xi ħadd li jibqa’ jsegwi s-sitwazzjoni.

Min kien qed jipprovdi l-ħarsienIrid jipparteċipa fit-tħejjija għal dan il-proċess u fit-twettiq tal-pjan ta’ ħarsien tiegħek.Irid jikkopera mal-familja tiegħek.Irid jippreparak għal din il-bidla, kemm fuq livell prattiku kif ukoll fuq livell emozzjonali.Irid jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa u d-dokumenti kollha dwar il-ħarsien tiegħek, pereżempju dawk dwar is-saħħa u l-edukazzjoni, lill-familja.Irid jipparteċipa fil-proċess li bih inti tidra tgħix mal-familja.Irid ikompli jagħtik l-appoġġ sakemm tidra tgħix mal-familja.Irid ikun lest li, jekk tixtieq matul iż-żmien, tirrikorri hemm għall-appoġġ, jew jagħtik l-appoġġ li tixtieq jew jgħinek tagħmel kuntatt ma’ min jista’ jagħtik dan l-appoġġ.

Min kien qed jieħu ħsiebekIrid jieħu sehem attiv fil-proċess li jkun qed iwettaq min kien qed jipprovdi l-ħarsien.

Il-familja tiegħekTrid tkun ippreparata biex tilqgħek u tibda tipprovdi dak li inti għandek bżonn.Trid tikkopera mal-professjonisti matul il-proċess ta’ leaving-care.Trid tieħu responsabbiltà li l-bżonnijiet tiegħek jiġu milħuqa u li inti ma titpoġġiex fl-ebda periklu.Jekk ikollha bżonn u/jew jekk tkun trid appoġġ, trid tfittex dan l-appoġġ u tikkopera ma’ min qed jipprovdih.

2.

••

•••

••

••

•••

•••

Standard Area 317

- �� -

Page 45: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Inti tibqa’ toqgħod mal-foster care family tiegħek meta tagħlaq it-18-il sena

Responsabbiltajiet

L-istatIrid jipprovdi skemi li jappoġġjaw l-akkommodazzjoni tiegħek waqt li tkun qed toqgħod mal-foster care family meta tkun għalaqt it-18-il sena.Irid jipprovdi skemi ta’ għajnuna soċjali biex jappoġġja l-manteniment tiegħek.Irid jipprovdi skemi ta’ impjieg biex jgħinuk tibda tgħix ħajja indipendenti.Irid jappoġġja l-iżvilupp edukattiv tiegħek.

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTrid taċċerta ruħha li min jieħu ħsiebek jibqa’ jilħaq il-bżonnijiet tiegħek.Trid taċċerta ruħha li dawk li jieħdu ħsiebek ikollhom l-appoġġ meħtieġ.Trid tipprovdi aftercare bħal pereżempju:Trid tara li tibqa’ tirċievi s-servizzi kollha li għandek bżonn u li kont tirċievi meta ma kontx qed tgħix mal-familja bħal, pereżempju, l-edukazzjoni.Trid taċċerta ruħha li, jekk inti jew il-fostercare family tiegħek ikollkom bżonn, jew tixtiequ tkomplu tirċievu xi tip ta’ appoġġ, intkom tkomplu tirċievu dan l-appoġġ u li tkunu riferuti għas-servizz/i li tistgħu tiġu bżonn, bħal pereżempju, biex issib u tibqa’ żżomm impjieg.

Min kien qed jipprovdi l-ħarsienIrid jipparteċipa fit-twettiq tal-pjan ta’ ħarsien tiegħek.

Min kien jieħu ħsiebekIrid jipparteċipa fit-twettiq tal-pjan ta’ ħarsien tiegħek.

Tmur tgħix għal rasek

Dan jista’ jiġri f’żewġ ċirkostanzi differenti:4.1 Meta tagħlaq 18-il sena.4.2 Meta ma tkunx għalaqt 18-il sena imma tkun lest/a biex tibda dan il-proċess.

4.1 Meta tagħlaq 18-il sena

Responsabbiltajiet

L-istatIrid jipprovdi skemi ta’ akkomodazzjoni għalik li bihom ikollok akkomodazzjoni xierqa sakemm tkun f’pożizzjoni li tikri jew tixtri l-post tiegħek.Irid jipprovdi skemi ta’ finanzi li jgħinuk tibda l-ħajja indipendenti.Jipprovdi skemi ta’ impjieg li jgħinuk tibda tgħix b’mod indipendenti.Jappoġġja l-iżvilupp edukattiv tiegħek.

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTrid taċċerta ruħha li inti għandek x’imkien fejn tmur toqgħod.Trid taċċerta ruħha li inti għandek dak li hu meħtieġ biex tgħix għal rasek.Trid taċċerta ruħha li l-ambjent fejn sejjer/sejra toqgħod ikun wieħed li jilħaq il-bżonnijiet tiegħek u li ma jpoġġikx fl-ebda periklu.

3.

•••

••••

4.

•••

•••

Standard Area 3 17

- �� -

Page 46: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Trid taċċerta ruħha li l-pjan ta’ ħarsien tiegħek ikun qed jidentifika dak li jrid jitwettaq biex inti tmur tgħix għal rasek.Trid taċċerta ruħha li inti tkun ippreparat/a biex tgħix għal rasek.Trid tara li l-bidla ssir bil-pass tiegħek.Trid tagħtik l-appoġġ meħtieġ matul din il-bidla.Trid tara li tibqa’ tirċievi s-servizzi kollha li għandek bżonn u li tixtieq.Trid tkompli ssegwik għal xi żmien wara li tkun qed tgħix għal rasek, jekk tkun trid u/jew tiġi bżonn.Trid taċċerta ruħha li, jekk tixtieq tkompli tirċievi xi tip ta’ appoġġ, tkun riferut/a għas-servizz/i li għandek bżonn.

Min kien qed jipprovdi l-ħarsienIrid jipparteċipa fit-tħejjija għal dan il-proċess u fit-twettiq tal-pjan ta’ ħarsien tiegħek.Irid jippreparak għal din il-bidla, kemm fuq livell prattiku kif ukoll fuq livell emozzjonali.Irid jagħtik l-informazzjoni meħtieġa u d-dokumenti kollha dwar il-ħarsien tiegħek.Irid jipparteċipa fil-proċess li bih inti tidra tgħix għal rasek.Irid ikompli jagħtik l-appoġġ sakemm tidra tgħix għal rasek.Irid ikun lest li, jekk tixtieq matul iż-żmien, tirrikorri hemm għall-appoġġ, jew jagħtik l-appoġġ li tixtieq jew jgħinek tagħmel kuntatt ma’ min jista’ jagħtik dan l-appoġġ.

Min kien qed jieħu ħsiebek Irid jieħu sehem attiv fil-proċess li jkun qed iwettaq min kien qed jipprovdi l-ħarsien.

4.2 Meta ma tkunx għalaqt 18-il sena imma tkun lest biex tibda’ dan il-proċess

Responsabbiltajiet

L-istatIrid jipprovdi skemi ta’ akkomodazzjoni xierqa għalik li bihom inti tkun kemm jista’ jkun indipendenti imma tkun imħares fil-livell li għandek bżonn fl-età tiegħek.Irid jipprovdi skemi ta’ finanzi li jgħinuk tipprepara għal ħajja indipendenti u li bihom ikollok aċċess għas-servizzi li għandek bżonn.Jappoġġja l-iżvilupp edukattiv tiegħek.

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalTrid taċċerta ruħha li inti għandek x’imkien fejn tmur toqgħod fejn tkun imħares b’mod addattat skont l-età tiegħek u li jkollok dak li għandek bżonn biex tipprepara biex tgħix kompletament għal rasek.Trid taċċerta ruħha li l-ambjent fejn sejjer/sejra toqgħod ikun wieħed li jilħaq il-bżonnijiet tiegħek u li ma jpoġġikx fl-ebda periklu.Trid taċċerta ruħha li l-pjan ta’ ħarsien tiegħek ikun qed jidentifika dak li jrid jitwettaq biex inti, wara din il-fażi, tmur tgħix kompletament għal rasek.Trid taċċerta ruħha li inti tkun ippreparat/a biex tgħix b’dan il-livell ta’ ħarsien u tkun qed tipprepara ruħek biex tgħix kompletament għal rasek.Trid tara li l-bidla ssir bil-pass tiegħek.Trid tagħtik l-appoġġ meħtieġ matul din il-bidla.Trid tara li tibqa’ tirċievi s-servizzi kollha li għandek bżonn.Trid tkompli ssegwik sakemm tkun qed tgħix kompletament għal rasek.

•••••

••••

••••

Standard Area 317

- �� -

Page 47: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Min kien qed jipprovdi l-ħarsienIrid jipparteċipa fit-tħejjija għal dan il-proċess u fit-twettiq tal-pjan ta’ ħarsien tiegħek.Irid jippreparak għal din il-bidla, kemm fuq livell prattiku kif ukoll fuq livell emozzjonali.Irid jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa u d-dokumenti kollha dwar il-ħarsien tiegħek lilek u lil min ikun qed jieħu ħsiebek.Irid jipparteċipa fil-proċess li bih inti tidra tgħix b’din is-sistema.Irid ikompli jagħtik l-appoġġ sakemm tidra tgħix b’din is-sistema.Irid ikun lest li, jekk tixtieq matul iż-żmien, tirrikorri hemm għall-appoġġ, jew jagħtik l-appoġġ li tixtieq jew jgħinek tagħmel kuntatt ma’ min jista’ jagħtik dan l-appoġġ.

Min kien qed jieħu ħsiebekIrid jieħu sehem attiv fil-proċess li jkun qed iwettaq min kien qed jipprovdi l-ħarsien.

Dawn li ġejjin huma sinjali li l-proċess mhux miexi sew

Ma jitħejjiex pjan għal dan il-perjodu.Ma jkunx hemm l-appoġġ meħtieġ.Inti ma tiġix involut/a, jew ma tiġix involut/a biżżejjed, fit-tħejjija tal-pjan.Il-pjan li jitħejja ma jogħġbokx.Il-pjan ma’ jilħaqx il-bżonnijiet tiegħek.Ma ssibx appoġġ wara li tagħlaq it-tmintax-il sena jekk tkun tridu.Ma tingħatax l-opportunità li żżomm il-kuntatt ma’ min kien jagħtik l-appoġġ emozzjonali waqt il-placement.Ma tingħatax sapport finanzjarju biex iżomm il-manteniment tiegħek.Ma tingħatax opportunitajiet biex issib u/jew iżżomm impjieg.Ma tingħatax għajnuna fl-edukazzjoni u/jew t-taħriġ.Tiġi sfruttat fuq il-post tax-xogħol.

•••

•••••••

••••

Standard Area 3 17

- �� -

Page 48: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Glossarju

L-aġenzija responsabbli għall-ħarsien tat-tfalL-istat huwa responsabbli biex jipprovdi ħarsien, sapport u/jew protezzjoni lit-tfal li ma tistax tieħu ħsiebhom il-familja tagħhom. L-istat jagħżel aġenzija, bħal pereżempju l-Appoġġ, biex tkun responsabbli għat-tfal sabiex taċċerta ruħha li jirċievu dan il-ħarsien, sapport u protezzjoni li jkollhom bżonn għall-iżvilupp u l-benesseru tagħhom.

AftercareDan hu sapport mogħti minn aġenzija jew minn min jipprovdi l-ħarsien, sabiex jaċċertaw ruħhom li t-tfal jibqa’ jkollhom għajnuna xierqa anke wara li jagħlqu 18-il sena.

Il-familjaMembri tal-familja li jkunu jiġu mit-tfal b’mod bijoloġiku, bħalma huma l-ġenituri, l-aħwa u qraba oħrajn.

Kuntatt regolariMeta jkun fl-aħjar interess tat-tfal, l-istat għandu jieħu passi biex irawwem relazzjonijiet personali u kuntatt dirett bejn it-tfal u l-membri tal-familja. Ir-relazzjoni ta’ bejn l-aħwa hija importanti biex issawwar l-identità personali tat-tfal u ssostni l-istabilità fil-placements. Meta l-aħwa ma jgħixux fl-istess dar u jkun fl-aħjar interess tagħhom li jżommu kuntatt regolari, għandu jsir kull sforz raġonevoli biex tiġi żviluppata relazzjoni bejniethom li tagħmlilhom ġid. Il-kuntatt għandu tifsira wiesgħa u dan jinkludi laqgħat wiċċ imb wiċċ, ittri, ittri-e, SMS u telefonati, skambju ta’ ritratti, u l-użu ta’ rigali u kartolini. Dan ifisser ukoll li jkollhom l-opportunità li flimkien jinvolvu ruħhom f’attivitajiet bħal logħob u ikliet fil-privat, kif normalment jagħmlu l-aħwa. Waqt il-preparazzjoni jew reviżjoni tal-pjan ta’ ħarsien għat-tfal li jgħixu ’l bogħod minn darhom, l-arranġamenti dwar il-kuntatt mal-familja tat-tfal u oħrajn għandhom jiġu dokumentati. Ir-raġunijiet għandhom ukoll jiġu dokumentati meta l-kuntatt ma jkunx jista’ jseħħ b’mod raġonevoli jew ma jkunx jaqbel għall-ġid tat-tfal.

Meta tagħlaq it-tmintax-il senaIl-persuna li tkun għalqet it-tmintax-il sena però minħabba s-sitwazzjoni partikulari tagħha tkun għadha intitolata għall-ħarsien.

Min jieħu ħsiebekDawk in-nies li jieħdu ħsieb lit-tfal. Dawn jistgħu ikunu qed jagħtu dan il-ħarsien ġewwa familja jew ġo forma oħra ta’ ħarsien residenzjali.

Min jipprovdi l-ħarsienDin hija organizzazzjoni li hija responsabbli għall-ħarsien ta’ kuljum tat-tfal. Dan il-ħarsien jista’ jingħata minn foster carers jew minn forom oħra ta’ ħarsien residenzjali.

- �� -

Page 49: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

Parteċipazzjoni tat-tfalL-istandards jgħidu li t-tfal għandhom jingħataw il-jedd li jieħdu sehem attiv fil-proċess ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw il-ħajja tagħhom. Dan ifisser li jekk ikun fl-aħjar interess tat-tfal, huma jingħataw kull informazzjoni li hemm bżonn b’mod li jistgħu jifhmu, sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu. L-opinjonijiet u x-xewqat tat-tfal jiġu mismugħa u kkunsidrati flimkien mal-fatturi kollha li jaffettwaw ir-riżultat waqt il-proċess ta’ deċiżjonijiet.

Il-persuna responsabbliĠeneralment, il-persuna responsabbli għall-proċess ta’ out-of-home care tkun il-field social worker li tkun responsabbli mill-każijiet tat-tfal. Huwa fid-dmir ta’ din il-persuna biex taċċerta ruħha li jiġi rispettat iż-żmien li fih għandhom isiru xi interventi jew xogħlijiet, u li x-xogħol li jingħata jiġi mwettaq. Din il-persuna hi responsabbli biex taċċerta ruħha li kull ħaddiem involut, flimkien mat-tfal/żgħażagħ u l-familji tagħhom, jaħdmu attivament biex jilħqu ċertu għanijiet partikolari u li jwettqu l-interventi li hemm fil-pjan ta’ ħarsien. Ġewwa postijiet fejn ikun hemm residential social worker, ix-xogħlijiet li normalment isiru għandhom jiġu maqsuma mar-residential social worker, ladarba din il-persuna jkollha iktar possibilitajiet biex iżżomm kuntatt man-nies kollha involuti. Huwa importanti ħafna li l-field u r-residential social workers iżommu kuntatt regolari u frekwenti bejniethom.

Pjan ta’ ħarsien individwaliPjan li fuqu jkun hemm qbil dwar il-ħarsien ta’ tifel/tifla, u kif il-bżonnijiet tiegħu/tagħha se jiġu milħuqa. Dan il-pjan jiġi mfassal waqt il-proċess ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu u jiġi żviluppat u implimentat waqt il-proċess ta’ ħarsien kollu. Kull pjan ta’ ħarsien huwa differenti. Il-pjan ta’ ħarsien jgħid fejn ikun wasal l-iżvilupp tat-tifel/tifla, ifassal l-għanijiet u jidentifika l-miżuri u r-riżorsi meħtieġa biex it-tifel/tifla jkollu/jkollha appoġġ waqt il-proċess ta’ ħarsien.

Profil ta’ kwalifikazzjoni minimaKwalifikazzjoni f’taħriġ formali u/jew informali li jiġi stabbilit mill-istat.

- �� -

Page 50: Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-Djar ...family.gov.mt/en/DSWS/Documents/Out-of-home-child-care/standards... · Pat Bonello, Sarah Borda Bondin, Vicky Bugeja, Roslyn

- �� -- �� -