studji soĊjali sillabu ta’ l-iskejjel...

33
STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarji Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana

Upload: others

Post on 21-Sep-2020

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

STUDJI SOĊJALI

Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarji

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana

Page 2: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

105

IS-SITT SENA

Page 3: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

106

MIRI TA’ TAGĦLIM

Fl-Ambjent Ġeografiku Għas-Sitt Sena

Page 4: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

107

6.1 IT-TEMP U L-KLIMA 6.2 IL-PAJSAĠĠ U L- PROĊESSI FIŻIĊI

6.3 L-UŻU TA’ L-ART U TAL-BAĦAR, RIŻORSI U TIBDIL

6.4 L-ISTILI TA’ ĦAJJA U ĦARSIEN AMBJENTALI

6.1.1 It-temperatura ta’ l-arja f’Malta: il-kejl bl-użu tat- termometru

6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni tagħhom fil- Mediterran

6.3.1 Bliet, irħula jew inħawi Maltin:

• Il-Belt Valletta • Il-Birgu • Il-Gudja • Ir-Rabat (Malta) • Iċ-Ċirkewwa • Victoria • Ix-Xlendi • Tas-Sliema • Bormla • Marsaxlokk • Il-Mellieħa • L-Imġarr(Għawdex) • Marsalforn

6.4.1 Id-differenzi ewlenin bejn ħajja fil-kampanja u ħajja fl-ibliet Maltin

6.1.2 Ir-rappreżentazzjoni grafika tat-temperatura permezz ta’ line-graphs

6.2.2 Il-pajsaġġ Malti: kif issawwar il-blat ta’ Malta

6.3.2 Il-Biedja: Kif tinqasam il- biedja, jiġifieri xogħol fir- raba’ u t-trobbija tal- bhejjem

6.4.2 Il-ħajja tal-bdiewa fil- kampanja Maltija

6.1.3 Ix-Xita: il-kejl ta’ l- ammont ta’ xita f’Malta permezz tar- rain gauge

(pluvjumetru)

6.2.3 Liema huma l-ħames saffi tal-blat

6.3.3 Xi problemi fix-xogħol tal- bidwi u tar-raħal

6.4.3 Tniġġis li jsir minħabba ċerti fabbriki

6.1.4 Ir-rappreżentazzjoni grafika bl-użu ta’ bar-graphs

6.2.4 X’inhuma fossili u kif ġew fis-saffi tal-blat f’Malta

6.3.4 Razzett u qasam modern tal-biedja

6.4.4 X’ikun riċiklaġġ u ftit eżempji ta’ kif jista’ jsir (metalli, karta u ħġieġ)

6.1.5 Ir-riħ: nagħrfu d-direzzjoni permezz tal-pinnur

6.2.5 It-tifsira elementari ta’ l- ambjent fiżiku Malti: għoljiet, widien, irdumijiet bajjiet, għerien, daħliet

6.3.5 L-Oqsma Industrijali: tifsira 6.4.5 It-tniġġis ta’ l-arja u t- traffiku

schools_home
Highlight
schools_home
Highlight
schools_home
Highlight
schools_home
Highlight
schools_home
Highlight
Page 5: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

108

6.1.6 Ir-riħ: il-Warda ta’ l-Irjieħ bil-Malti

6.2.6 Eżempju wieħed ta’ kull karatteristika ġeografika msemmija f’6.2.3

6.3.6 Il-fabbriki: tifsira 6.4.6 Is-sigurtà fit-toroq u l- imġiba tagħna

6.1.7 Ir-riħ: nagħrfu l-qawwa tar- riħ permezz ta’ l- anemometru

6.2.7 Il-Baħar Mediterran: it- tliet fetħiet : il-Fliegu ta’ Ġibiltà, il-Kanal tas- Swejz, id-Dardanelli

6.3.7 Il-fabbriki: importazzjoni ta’ materja prima u esportazzjoni ta’ prodotti lesti

6.2.8 Nagħrfu dawn il-gżejjer tal-Mediterran: • Il-Gżejjer Baleariċi • Korsika • Sqallija • Sardenja • Kreta • Ċipru

6.3.8 Nagħrfu fejn huma tnejn minn dawn l-oqsma industrijali: • Ta’ San Ġwann • Tal-Marsa • Ta’ Kordin • Tar-Rikażli • Ta’ l-Imrieħel • Ta’ Ħal Far • Ta’ Bulebel • Tax-Xewkija

6.2.9 L-Ibħra li jinfdu miegħu: il-Baħar l-Iswed, il-Baħar l-Aħmar, l-Oċean Atlantiku

6.3.9 Trasport fuq l-art: mezzi ta’ trasport illum, bħal ma huma karozzi privati u mezzi pubbliċi jew kummerċjali bħal tal- linja, kowċis, taxis, minibuses, trakkijiet

6.2.10 Nagħrfu l-pajjiżi kollha li jmissu mal-Mediterran u ninkludu l-Portugal

6.3.10 Toroq moderni: bypasses, flyovers

schools_home
Highlight
Page 6: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

109

MIRI TA’ TAGĦLIM

Fl-Ambjent Soċjali Għas-Sitt Sena

Page 7: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

110

6.1 JIEN U L-OĦRAJN

6.2 KOMUNIKAZZJONI

6.3 JIEN U L-AMBJENT

6.1.1 Jagħrfu kif huma jagħmlu parti minn grupp u kif għandhom rwol fil-grupp

6.2.1 Jifhmu kif il-komunikazzjoni soċjali tgħin liċ-ċittadin jgħix f’aktar demokrazija

6.3.1 Jibdew jagħrfu u jifhmu kif is- soċjetà hi organizzata

f’arranġamenti soċjali jew istituzzjonijiet

6.1.2 Juru ħiliet differenti meħtieġa għall- ħajja tal-grupp

6.2.2 Jifhmu kif id-demokrazija għaċ- ċittadin tissaħħaħ b’komunikazzjoni effettiva u kif il- komunikazzjoni tgħin u ssaħħaħ il- ħajja taċ-ċittadin fis-soċjetà

6.3.2 Jagħrfu u jifhmu kif dawn l-istituzzjonijiet insibuhom f’Malta, fl-Ewropa u fid-dinja

6.1.2 Jibdew jifhmu kif is-sens ta’ solidarjetà jagħmilna aktar qrib ta’ l-oħrajn

6.2.3 Jesperimentaw bl-e-mail u l-Internet biex jikkomunikaw ma’ tfal oħra fl-Ewropa u jsaħħu l- valuri ta’ ħbiberija u solidarjetà

6.3. 3 Jaraw l-Unjoni Ewropea bħala istituzzjoni li tħares id-drittijiet tal- bniedem

6.3.4 Ikunu jafu li l-Unjoni Ewropea għandha regoli (direttivi) fl-interess ta’ l-ambjent

Page 8: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

111

MIRI TA’ TAGĦLIM

Fl-Ambjent Storiku Għas-Sitt Sena

Page 9: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

112

TEMA IKOLLHOM

TAGĦRIF DWAR IL-PASSAT

JIFHMU GĦALA ĠARA HEKK FIL-QEDEM

JIFHMU T-TIBDIL U L-KONTINWITÀ FL-ISTORJA

L-UŻU TA' SORSI BL-INTERPRETAZZJONI TAGĦHOM U L-IŻVILUPP TA' SENS TA' EMPATIJA

6.1 Iż-Żmien Preistoriku u l- ewwel nies li għexu f'Malta

Ikunu jafu fuq l-ewwel nies f'Malta, ix-xogħol tagħhom u t-twemmin reliġjuż

Jifhmu għala Għar Dalam hu importanti fl-istudju tal-preistorja ta’ Malta u l-vantaġġi li sab l-ewwel bniedem f'Malta

Jaraw u jifhmu kif il-bniedem bil-mod il-mod beda jagħmel progress kbir minn dak iż-żmien meta ma kellu l-ebda kumditajiet

Ikunu esposti għall-fdalijiet preistoriċi li nstabu, u jkunu jafu jinterpretaw dawn il-fdalijiet

6.2 Il-Miġja ta' San Pawl f'Malta

Ikunu jafu l-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl

Jifhmu għala San Pawl kellu jagħmel dan il-vjaġġ u l-importanza għalina l-Maltin ta' din il-ġrajja

Jaraw kif din il-ġrajja għadha ħajja fostna billi Malta baqgħet tħaddan it-twemmin Nisrani sal-lum

Ikunu konxji tal-postijiet marbuta mal-miġja ta' San Pawl f’Malta; jempatizzaw kif ħassew ruħhom il-Maltin meta laqgħu fosthom lil San Pawl

6.3 L-Assedju l- Kbir ta' l-1565

Ikollhom tagħrif dwar il-fortifikazzjonijiet li kienu jeżistu f'Malta qabel l-Assedju l-Kbir. Ikunu jafu l-ġrajjiet ewlenin ta’ l-Assedju l-Kbir

Jifhmu għala t-Torok attakkaw lil Malta. Jifhmu d-diffikultajiet li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żewġ naħat

Janalizzaw x'kienet tfisser għal Malta u għall-Ordni ta’ San Ġwann din ir-rebħa; ikunu konxji li dawn il-fortifikazzjonijiet għadhom wieqfa sal-ġurnata tal-lum

Jaraw u jifhmu l-fortifikazzjonijiet li kienu jeżistu minn pjanti u stampi

6.4 Il-bini tal-Belt Valletta

Ikunu jafu dwar il-preparamenti li saru minn qabel u dwar il-bini ta’ din il-belt innifisha; ikunu jafu dwar ix-xogħol ta’ l-arkitetti Laparelli u Ġlormu Cassar

Jifhmu għala nbniet din il-belt

Ikollhom tagħrif dwar il-bini importanti li hemm f'din il-belt li għadu jeżisti sal-lum Jifhmu u japprezzaw is-sbuħija ta’ din il-belt.

Ikunu esposti għall-belt kapitali ta’ pajjiżna jew bi żjara għal hemmhekk inkella permezz ta’ varjetà kbira ta' sorsi viżwali.

Page 10: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

113

6.5 Malta u t-Tieni Gwerra Dinjija

Ikollhom tagħrif dwar x'kien jiġri fil-gwerra u l-għajnuna li waslet; ikunu jafu dwar l-għotja tal-George Cross lil Malta u x’wassal għal din l-għotja

Jifhmu x’kienet tfisser din il-gwerra għal Malta; janalizzaw il-qagħda ta’ Malta matul din il-gwerra

Jifhmu t-tibdil li sar fil-mentalità f’pajjiżna wara l-gwerra

Jaraw sorsi viżwali tas-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha Malta u jinterpretaw kif kienu jħossu ruħhom in-nies f'dak iż-żmien

6.6 Il-Jiem Nazzjonali ta' Malta.

Ikollhom tagħrif dwar il-jiem nazzjonali (Jum il-Vittorja, is-‘Sette

Giugno’, Jum l-Indipendenza, Jum ir-Repubblika u Jum il-Ħelsien)

Jifhmu x’wassal għal dawn il-kisbiet u janalizzaw l-importanza tal-ġrajjiet li l-Jiem Nazzjonali jirrappreżentaw

Jifhmu l-iżvilupp kostituzzjonali ta' Malta u t-tibdil u l-kontinwità li kien hemm matul iż-żmien

Jifhmu kif il-Maltin ħassew irwieħhom f'dak iż-żmien u x’aspirazzjonijiet oħra kellhom

Page 11: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

114

PROGRAMM

Is-Sitt Sena L-Ambjent Ġeografiku

Page 12: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

115

6.1 It-Temp u l-Klima

Miri tat-tagħlim Noti 6.1.1 It-temperatura ta’ l-arja f’Malta: il-kejl bl-użu tat-termometru

Ħiliet: Jagħrfu jużaw direttament dan l-istrument u jafu jiġbru tagħrif minn fuqu. Riżorsi: It-Termometru

6.1.2 Ir-rappreżentazzjoni grafika tat-temperatura permezz ta’ line-

graphs Ħiliet: Isiru jafu kif it-tagħrif miġbur mill-qari tat-termometru; jissarraf fi grafs.

6.1.3 Ix-xita : il-kejl ta’ l-ammont ta’ xita f’Malta permezz tar-rain-

gauge (pluvjumetru) Ħiliet: Jagħrfu jużaw direttament dan l-istrument u jafu jiġbru tagħrif minn fuqu. Riżorsi: Pluvjumetru magħmul mit-tfal stess

6.1.4 Ir-rappreżentazzjoni grafika ta’ l-ammont ta’ xita bl-użu ta’ bar-

graphs Ħiliet: Isiru jafu kif it-tagħrif miġbur mill-qari tal-pluvjumetru; dan jissarraf fi grafs.

6.1.5 Ir-riħ: nagħrfu d-direzzjoni permezz tal-pinnur Ħiliet: Jagħrfu jużaw direttament dan l-istrument u jafu jiġbru tagħrif minn fuqu.

6.1.6 Ir-riħ: il-Warda ta’ l-Irjieħ bil-Malti Għerf: Biżżejjed jekk, f’dan l-istadju, jkunu jafu biss id-direzzjonijiet primarji u sekondarji (Tramuntana, Grigal, Lvant, Xlokk, Nofsinhar, Lbiċ, Punent, Majjistral).

6.1.7 Ir-riħ: nagħrfu l-qawwa tar-riħ permezz ta’ l-anemometru Ħiliet: Jagħrfu jużaw direttament dan l-istrument u jafu jiġbru tagħrif minn fuqu. Riżorsi: L-anemometru

Page 13: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

116

6.2 Il-Pajsaġġ u l-Proċessi Fiżiċi

Miri tat-tagħlim Noti 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il-Gżejjer Maltin u l-pożizzjoni tagħhom fil- Mediterran

Ħiliet: Tajjeb li t-tfal jitgħallmu jużaw il-ħiliet fl-użu tal-Warda ta’ l-Irjieħ biex jagħrfu jindikaw il-pożizzjoni tal-Gżejjer Maltin fil-Baħar Mediterran imqabbla ma’ gżejjer u pajjiżi oħra f’dan il-Baħar. Riżorsi: Mappa tal-Mediterran, Mappa tal-Gżejjer Maltin

6.2.2 Il-pajsaġġ Malti: kif issawwar il-blat ta’ Malta Fehma: Importanti t-tifsira ta’ ‘sedimenti’ u ‘sedimentarju’ u ‘saffi’ Riżorsi: Kitba u stampi

6.2.3 Liema huma l-ħames saffi tal-blat Ħiliet: Tpinġija tal-ħames saffi tal-blat Malti Fehma: Għarfien tal-blat Malti Riżorsi: Kitba u stampi ta’ kampjuni differenti ta’ blat f’Malta

6.2.4 X’inhuma fossili u kif ġew fis-saffi tal-blat f’Malta Fehma: It-tifsira ta’ ‘fossila’ Jagħrfu x’tip ta’ kreatura jew parti minn kreatura (arzell, rizza, bebbuxu, sinna, rukkell tad-dahar, ħuta, xitla). Riżorsi: Kitba u xi stampi ta’ fossili tipiċi Maltin

6.2.5 It-tifsira elementari ta’ l-ambjent fiżiku Malti: • Għoljiet • Widien • Irdumijiet • Bajjiet • Għerien • Daħliet

Fehma: Jagħrfu elementi ewlenin ta’ l-ambjent fiżiku Malti. Jagħrfu xi forzi li setgħu fasslu dawn il-forom jew elementi ġeografiċi (ġeneralment bl-ilma, bil-qawwa tal-baħar jew bit- terremoti) ; kif ukoll xi drabi bit-tibdil fit-temperatura ta’ l-arja u saħansitra bil-qawwa tar-riħ.

6.2.6 Eżempju wieħed ta’ kull karatteristika ġeografika msemmija f’6.2.5

Għerf: Biżżejjed jkunu jafu jsemmu eżempju wieħed ta’ kull wieħed jew waħda li jeżistu fil-Gżejjer Maltin. Riżorsi: Stampi u ritratti mill-ambjent fiżiku Malti

6.2.7 Il-Baħar Mediterran: it-tliet fetħiet : il-Fliegu ta’ Ġibilta`, il- Kanal tas-Swejz; id-Dardanelli

Ħiliet: Jagħrfu jaqraw u jiktbu dawn l-ismijiet u jindikaw sewwa dawn id-daħliet fuq il-mappa. Riżorsi: Mappa tal-Mediterran

schools_home
Highlight
Page 14: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

117

6.2.8 Nagħrfu dawn il-gżejjer tal-Mediterran: • Il-Gżejjer Baleariċi • Korsika • Sqallija • Sardenja • Kreta • Ċipru

Ħiliet: Jagħrfu jaqraw u jiktbu dawn l-ismijiet u jindikaw sewwa dawn il-gżejjer fuq il-mappa. Riżorsi: Mappa tal-Mediterran

6.2.9 L-Ibħra li jinfdu miegħu: il-Baħar l-Iswed, il-Baħar l-Aħmar, l- Oċean Atlantiku

Ħiliet: Jagħrfu jaqraw u jiktbu dawn l-ismijiet u jindikaw sewwa dawn l-ibħra jew oċeani fuq il-mappa. Riżorsi: Mappa tal-Mediterran

6.2.10 Nagħrfu l-pajjiżi kollha li jmissu mal-Mediterran u ninkludu l- Portugal

Ħiliet: Jagħrfu jaqraw u jiktbu dawn l-ismijiet u jindikaw sewwa dawn il-pajjiżi fuq il-mappa. Riżorsi: Mappa tal-Mediterran

Page 15: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

118

6.3 L-Użu ta’ l-Art, Riżorsi u Tibdil

Miri tat-tagħlim Noti 6.3 L-Użu ta’ l-Art u tal-Baħar, Riżorsi u Tibdil Attitudnijiet: Importanti li jifhmu l-kunċett li l-bniedem jibdel u juża’

l-ambjent naturali biex ikun jista’ jgħix aktar b’saħħtu, f’aktar kumdità u b’tama ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar.

6.3.1 Bliet, irħula jew inħawi Maltin: • Il-Belt Valletta • Il-Birgu • Il-Gudja • Ir-Rabat (Malta) • Iċ-Ċirkewwa • Victoria • Ix-Xlendi • Tas-Sliema • Bormla • Marsaxlokk • Il-Mellieħa • L-Imġarr (Għawdex) • Marsalforn

Ħiliet: Ikunu jafu jaqraw u jiktbu dawn l-ismijiet u jafu wkoll jindikawhom fuq il-mappa. Jagħrfu jgħidu f’liema raħal jew belt ikun jinsab bini indikat b’ritratt jew stampa. Riżorsi: Mappa tal-Gżejjer Maltin, stampi u ritratti ta’ bini importanti ħafna f’dawn l-ibliet u l-irħula

6.3.2 Il-Biedja: Kif tinqasam il-biedja, jiġifieri xogħol fir-raba’ u trobbija tal-bhejjem

Ħiliet : Jitgħallmu jagħrfu jiddistingwu dawn iż-żewġ setturi tal-biedja. Riżorsi: Kitba, stampi jew ritratti

6.3.3 Xi problemi fix-xogħol tal-bidwi u tar-raħħal Għerf: M’hemmx għalfejn dettalji żejda: biżżejjed jissemmew problemi ewlenin bħal spejjeż kbar għall-għodda, trasport, mard ta’ l-annimali u tal-ħxejjex, ħsarat mill-maltemp, ħamrija fqira, nuqqas ta’ ilma għall-annimali jew għat-tisqija u kompetizzjoni mal-barranin. Ħiliet: Ikunu jafu jsemmu dawn il-problemi, jiddiskutu dwarhom u jiktbu fil-qosor fuqhom. Riżorsi: Kitba, stampi u filmati

6.3.4 Razzett u qasam modern tal-biedja Ħiliet: Xi tfal ikunu kapaċi jwasslu l-esperjenzi tagħhom dwar xi razzett jew qasam tal-biedja, jew għax qrib darhom jew għax membri tal-familja jaħdmu dan it-tip t’ambjent. Riżorsi: Kitba, stampi, ritratti jew vidjow dwar razzett jew qasam modern f’Malta.

schools_home
Highlight
Page 16: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

119

6.3.5 L-Oqsma Industrijali: tifsira Fehma: M’hemmx għalfejn tifsira riġida u sterjotipata: wara li jkunu ddiskutew il-kunċett mal-għalliem, jitħallew ftit ħielsa biex jagħtu l-interpretazzjoni tagħhom. Ħiliet: Ikunu jafu jiddiskutu dan it-terminu u jkunu kapaċi jiktbu fil-qosor dwaru.

6.3.6 Il-fabbriki: tifsira Fehma: M’hemmx għalfejn tifsira riġida u sterjotipata: wara li jkunu ddiskutew il-kunċett mal-għalliem, l-istudenti jitħallew ftit ħielsa biex jagħtu l-interpretazzjoni tagħhom. Ħiliet: Ikunu jafu jiddiskutu dan it-terminu u jkunu kapaċi jiktbu fil-qosor dwaru.

6.3.7 Il-fabbriki: importazzjoni ta’ materja prima u esportazzjoni ta’ prodotti lesti

Fehma: Juru li fehmu l-kunċett elementari ta’ kif suppost taħdem fabbrika. Importanti li jifhmu t-termini: importazzjoni, materja prima, esportazzjoni u prodotti. Ikunu jafu jiddistingwu bejn materja prima u prodott lest. Riżorsi: Kitba u varjetà kbira ta’ stampi bħala eżempji ta’ dawn kollha

6.3.8 Nagħrfu fejn huma tnejn minn dawn l-oqsma industrijali: • ta’ San Ġwann • tal-Marsa • ta’ Kordin • tar-Rikażli • ta’ l-Imrieħel • ta’ Ħal Far • ta’ Bulebel • tax-Xewkija

Ħiliet: Jafu jaqraw u jiktbu dawn l-ismijiet u jafu wkoll jindikaw posthom sewwa fuq il-mappa. (Tnejn minnhom biżżejjed għal skop ta’ assessjar.) Riżorsi: Mappa tal-Gżejjer Maltin, stampi u ritratti

schools_home
Highlight
Page 17: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

120

6.3.9 Trasport fuq l-Art: mezzi ta’ trasport illum, bħal ma huma karozzi privati u mezzi pubbliċi jew kummerċjali bħal tal-linja, kowċis, taxis, minibuses, trakkijiet.

Għerf: Ikunu jafu jsemmu eżempji, bħalma huma karozzi privati u mezzi pubbliċi jew kummerċjali bħal tal-linja, kowċis, taxis, minibuses, trakkijiet, muturi u roti. Riżorsi : Kitba; stampi varji ta’ xi wħud minn dawn il-mezzi li naraw f’Malta. It-tpinġija għandha tkun mezz biex inkunu ċerti li qed jifhmu t-terminu ‘mezz ta’ trasport’

6.3.10 Toroq moderni f’Malta: bypasses, flyovers Fehma: Ikunu jistgħu jqabblu u jifhmu t-terminu ‘modern’. Riżorsi: Kitba, stampi u ritratti b’referenza wkoll għal dak li kien hemm fl-imgħoddi.

Page 18: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

121

6.3 Stili ta’ ħajja u ħarsien ambjentali

Miri tat-tagħlim Noti 6.4 Stili ta’ ħajja u ħarsien ambjentali Attitudnijiet: Marbuta ħafna man-nota f’6.3. It-tibdil li jwettaq il-

bniedem irid ikun imsensel mas-sostenibbiltà, jiġifieri li kull element jew forma ambjentali trid tiġi użata bil-qies biex din titgawda u tintuża mill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Riżorsi: Kitba, stampi u tpinġija

6.4.1 Id-differenzi ewlenin bejn ħajja fil-kampanja u ħajja fl-ibliet Maltin

Fehma: Ikunu jafu jiddistingwu billi jagħrfu l-elementi bażiċi li jwasslu għal dawn id-differenzi fl-istil tal-ħajja. Tajjeb li jkunu jafu ftit vantaġġi u ftit żvantaġġi għal kull għażla minnhom (jekk ngħixu fil-kampanja jew fl-ibliet). Riżorsi: Kitba, stampi, ritratti u vidjows tal-ħajja fl-ibliet u fil- kampanja

6.4.2 Il-ħajja tal-bdiewa fil-kampanja Maltija Fehma: Jafu jesprimu l-ideat tagħhom dwar din l-istil ta’ ħajja permezz ta’ tpinġija, qari, kitba, tifsira orali. Importanti li ma tiffurmax stampa wisq romantika; xi żvantaġġi għandhom jissemmew ukoll. Riżorsi: Kitba, stampi u ritratti, u t-tpinġija tat-tfal stess

6.4.3 Tniġġis li jsir minħabba ċerti fabbriki Fehma: Jafu xi jfisser tniġġis u kapaċi jiddiskutu, jaqraw u jiktbu b’mod ħafif dwar dan is-suġġett. Għandhom ikunu evitati referenzi għal ismijiet xjentifiċi tas-sorsi tat-tniġġis. Għandu jissemma wkoll tniġġis li ma jistax jitwassal grafikament, bħalma huwa dak li jsir permezz ta’ ħoss jew storbju, irwejjaħ, barra pressjoni żejda ta’ xogħol u attività industrijali fi spazji ristretti wisq jew iffullati. Riżorsi: Stampi u ritratti ta’ fabbriki f’Malta fejn jidhru ċari eżempji ta’ tniġġis: skart mitfugħ bl-addoċċ, ċmieni jdaħħnu

X’ikun riċiklaġġ u ftit eżempji ta’ kif jista’ jsir (metalli, karta u ħġieġ) Fehma: Ikollhom tagħrif bażiku kif isir ir-riċiklaġġ u għalfejn isir. Riżorsi: Kitba, stampi u filmati ta’ dawn il-proċessi industrijali

schools_home
Highlight
Page 19: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

122

6.4.5 It-tniġġis ta’ l-arja u t-traffiku Fehma: Jagħtu eżempji ta’ tniġġis bħal duħħan ħiereġ mill-pajpijiet ta’ l-ekżost. Għandu jissemma wkoll tniġġis li ma jistax jitwassal grafikament, bħalma huwa dak li jsir permezz ta’ l-istorbju mill-magni u mill-ħornijiet tal-karozzi. Riżorsi: Kitba, stampi u ritratti tat-traffiku qawwi f’Malta fejn jidhru ċari eżempji ta’ tniġġis bħal duħħan ħiereġ mill-pajpijiet ta’ l-ekżost

6.4.6 Is-sigurta` fit-toroq u l-imġiba tagħna Attitudnijiet: Ikunu kapaċi jiddiskutu dwar l-imġiba ideali fit-toroq, kemm tagħhom stess bħala pedestrijani u kemm dwar l-adulti, bħala sewwieqa. Din il-mira tintrabat ma’ 6.3.9 u mas-sillabu ta’ l-aspett ċiviku. Riżorsi: Kitba, stampi gwida dwar l-edukazzjoni taċ-ċittadini fit-triq

schools_home
Highlight
Page 20: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

123

PROGRAMM

Is-Sitt Sena L-Ambjent Soċjali

Page 21: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

124

6.1 Jien u l-Oħrajn

Miri ta' Tagħlim Noti 6.1.1 Jagħrfu kif huma jagħmlu parti minn grupp u kif

għandhom rwol fil-grupp Dawn l-esperjenzi ta’ tagħlim ikomplu jiżviluppaw fit-tfal l-aspetti soċjali tal-ħajja ta’ l-individwu u r-rabta tiegħu/tagħha mas-soċjetà. Ara wkoll it-tema Insewwu l-Konflitti fit-Tema Ir-Relazzjonijiet u t-tema Insolvu l-Problemi fit-Tema L-Iżvilupp

Spiritwali u Morali fil-PSD. F’din il-mira t-tfal huma mistennija jiddeskrivu bil-kliem u bil-kitba l-esperjenzi pożittivi tagħhom fil-grupp. Huma jiddeskrivu bil-kitba min huma ‘l-oħrajn’— ‘oħrajn’ fil-qrib (familja, sħab tal-klassi), ‘oħrajn’ inqas fil-qrib (ġirien, nies tal-lokalità), oħrajn’ ’il bogħod (nies f’pajjiżi oħra fl-Ewropa u fid-dinja).

6.1.2 Juru ħiliet differenti meħtieġa għall-ħajja tal-grupp

Juru li jafu jisimgħu ’l-oħrajn, jiddiskutu, jaħdmu flimkien bħala grupp, jaraw id-differenzi bejniethom u jaċċettawhom fi kliemhom u bl-imġiba tagħhom, isolvu xi konflitti li jinqalgħu, juru sens ta’ leadership billi jwasslu xi messaġġ lill-grupp, jgħinu biex jissolvew xi konflitti, jorganizzaw xi attività.

6.1.3 Jibdew jifhmu kif is-sens ta’ solidarjetà jagħmilna aktar qrib ta’ l-oħrajn

Iwieġbu mistoqsijiet dwar sitwazzjonijiet ta’ solidarjetà; jirrekordjaw b’kitba f’għamla ta’ paragrafu esperjenzi ta’ solidarjetà, fil-ħajja personali u dik ta’ l-oħrajn. Isemmu eżempji ta’ solidarjetà fl-Ewropa, eż. għajnuniet fi flus waqt diżastri naturali, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, għajnuna umanitarja f’postijiet ta’ konflitt u gwerra, il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità.

Page 22: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

125

6.2 Komunikazzjoni

Miri ta’ Tagħlim Noti 6.2.1 Jifhmu kif il-komunikazzjoni soċjali tgħin liċ-ċittadin jgħix

f’aktar demokrazija Permezz ta’ dawn l-esperjenzi l-istudenti jifhmu aktar kif il-komunikazzjoni ma’ l-oħrajn u ma’ l-istituzzjonijiet fis-soċjetà hija l-bażi ta’ ħajja demokratika għaċ-ċittadini. Irreferi għat-Temi Il-Komunikazzjoni u Ir-Relazzjonijiet fil-programm tal-PSD. Hawnhekk it-tfal huma mistennija jkunu jafu jidentifikaw bil-kliem u bil-kitba simboli ta’ komunikazzjoni, bħal Lingwa. Jiddeskrivu bil-kliem u bil-kitba kif l-istituzzjonijiet soċjali (il-Familja, il-Partiti Politiċi, il-Gvern, il-Kunsill Lokali u l-Media) isaħħu l-komunikazzjoni soċjali.

6.2.2 Jifhmu kif id-demokrazija għaċ-ċittadin tissaħħaħ b’komunikazzjoni effettiva u kif il-komunikazzjoni tgħin u ssaħħaħ il-ħajja taċ-ċittadin fis-soċjetà

Isemmu u jiddeskrivu fatturi li jgħinu l-komunikazzjoni, bħal tisma’ u tifhem aktar ’l-oħrajn, l-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni (ġurnali, kotba, radju, televixin, ċinema), l-espressjoni ta’ ideat differenti u r-rispett lejn dawn l-ideat, id-diskussjonijiet privati u fil-pubbliku, l-aċċettazzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil u konflitti bħala parti mill-interazzjoni soċjali u l-ħila li ssolvi dawn il-konflitti.

6.2.3 Jesperimentaw bl-email u l-Internet biex jikkomunikaw ma’ tfal oħra fl-Ewropa u jsaħħu l-valuri ta’ ħbiberija u solidarjetà

Isemmu eżempji ta’ komunikazzjoni mill-Proġett ta’ l-iskola fil-programm Socrates biex juru l-valuri tal-ħbiberija u paċi bejn it-tfal fl-Ewropa u fid-dinja. Jistgħu jieħdu xi wħud minn dawn l-eżempji u jiktbuhom man-noti ta’ l-Istudji Soċjali.

Page 23: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

126

6.3 Jien u l-Ambjent

Miri ta' Tagħlim Noti 6.3.1 Jibdew jagħrfu u jifhmu kif is-soċjetà hi organizzata f’arranġamenti soċjali jew istituzzjonijiet

It-tfal jifhmu aktar x’inhu l-ambjent soċjali billi jagħrfu kif il-bniedem organizza aħjar is-soċjetà meta waqqaf l-istituzzjonijiet biex jaqduh fil-bżonnijiet differenti tiegħu. Biżżejjed f’dan il-livell deskrizzjoni ħafifa u diskussjoni żgħira fuq dawn it-tliet istituzzjonijiet: il-Familja, l-Edukazzjoni, is-Saħħa. Biex juru li qegħdin jaħdmu ma’ din il-mira ta’ tagħlim, it-tfal jagħtu

deskrizzjoni tal-Familja, l-Edukazzjoni, is-Saħħa u jagħmlu diskussjoni żgħira dwar dawn. Issir ukoll diskussjoni bħala klassi jew fi gruppi dwar ir-relazzjoni tagħna ma’ dawn it-tliet istituzzjonijiet. Tkompli d-diskussjoni bil-kliem u bil-kitba dwar ir-relazzjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet mas-soċjetà: x’qed tieħu s-soċjetà mill-familja? Mis-sistema ta’ l-edukazzjoni? Mis-servizzi tas-saħħa? Hawnhekk tajjeb li tiġi enfasizzata r-rabta ta’ dawn l-istituzzjonijiet mas- soċjetà.

6.3.2 Jagħrfu u jifhmu kif dawn l-istituzzjonijiet insibuhom f’Malta, fl-Ewropa u fid-dinja

Ikunu jafu li l-Unjoni Ewropea għandha liġijiet li jħarsu l-familja, l-edukazzjoni, is-saħħa, eż. drittijiet tat-tfal, drittijiet ta’ leave mix-xogħol għall-ommijiet u missirijiet li jkunu għadhom irabbu tfal żgħar, programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ, liġijiet dwar is-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

6.3.3 Jaraw l-Unjoni Ewropea bħala istituzzjoni b’saħħitha li tħares id-drittijiet tal-bniedem

Tassigura l-benefiċċji waqt il-mard; tirregola l-pensjoni għal min jirtira mix-xogħol.

6.3.4 Ikunu jafu li l-Unjoni Ewropea għandha regoli (direttivi) fl-interess ta’ l-ambjent

Biżżejjed insemmu l-eżempju tal-Magħtab u ta’ l-engineered

landfills f’Malta biex infiehmu lit-tfal dwar ir-regoli jew direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent. Tajjeb insemmu hawnhekk ir-rabta bejn l-ambjent, l-iżvilupp, il-wirt storiku u s-saħħa.

Page 24: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

127

PROGRAMM

Is-Sitt Sena L-Ambjent Storiku

Page 25: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

128

6.1 Iż-żmien preistoriku u l-ewwel nies li għexu f'Malta

Miri ta' Tagħlim Noti 6.1.1 Ikunu jafu fuq l-ewwel nies f'Malta u x-xogħol tagħhom Ikunu jafu dwar it-twemmin reliġjuż ta’ l-ewwel nies f'Malta

It-tfal għandhom ikunu jafu li • l-ewwel nies ġew minn Sqallija billi dan kien l-aktar post fil-

qrib. Huma ġew fuq xi ċatra jew speċi ta’ raft. • l-ewwel xogħol tagħhom kien ta’ xi bdiewa, rgħajja, kaċċaturi

jew sajjieda. • l-għanijiet ta’ l-ewwel nies fix-xogħol tagħhom kien li

joħolqu għajxien tajjeb għalihom u għal nieshom, jiksbu tagħrif biex inaqqsu t-tbatija u joħolqu ħwejjeġ sbieħ.

It-tfal għandhom ikunu jafu li • dak iż-żmien in-nies li kienu jgħixu f'Malta kienu jaduraw

allat foloz. • huma kienu bnew ħafna tempji differenti lil dawn l-allat. • huma kienu jużaw ġebel kbir u li dan il-ġebel kienu jeħduh

minn post għall-ieħor billi jġorruh fuq ġebel tond iżgħar. • nstabu fdalijiet differenti ta’ dawn l-imqades f'postijiet

differenti f'pajjiżna. Referenza: Id-Denfil 6, Paġni 32-36, 48-50

Ikunu jafu fuq l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u t-tempju tal-Ġgantija. Dettalji dwar tempji oħra m’hemmx għalfejn jiġu studjati. Huma mistennija li jkunu jafu xi jfissru dawn il-kliem: menħir, dolmen, Neolitiku, Megalitiku, Ipoġew u 'Sancta Sanctorum'.

Page 26: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

129

6.1.2 Jifhmu għala Għar Dalam hu importanti fl-istudju tal- preistorja ta’ Malta Jifhmu l-vantaġġi li sab l-ewwel bniedem f'Malta

It-tfal għandhom jifhmu li: • kien hemm żmien li ma għandna xejn bil-miktub dwaru u li

nafu fuqu biss mill-fdalijiet li nstabu mill-arkeoloġi. • Għar Dalam huwa l-akbar xhieda li Malta mhux dejjem kienet

gżira. Hemmhekk instabu għadam ġebli jew fossili ta’ ippopotami, iljunfanti, ċriev, orsijiet u bhejjem oħra kbar u slavaġ li qatt ma setgħu jgħixu fi gżira hekk żgħira fejn l-ikel u xorb qatt ma kienu biżżejjed.

• għalhekk Malta kienet magħquda ma' l-Ewropa u forsi wkoll ma' l-Afrika.

Huma mistennija li kienu jafu xi jfissru l-kliem ‘preistorja’ u ‘arkeoloġija’. Jifhmu li hawn Malta dawn in-nies sabu vantaġġi kbar. Uħud minn dawn il-vantaġġi kienu li l-klima kienet tajba biex tkabbar l-uċuħ, li kien hemm il-baħar fil-qrib fejn seta’ jsir is-sajd, li setgħu jikkaċċjaw u li l-ġebla tal-franka li sabu hawn Malta kienet tajba għall-bini.

6.1.3 Jifhmu li l-bniedem beda jagħmel progress kbir minn dak iż-żmien meta ma kellu l-ebda kumditajiet

Il-progress li beda jsir • fl-għodda li kien juża • fil-bini tad-djar tiegħu u fil-bini tat-tempji • fil-biċċiet tal-baħar li kien juża

6.1.4 Ikollhom tagħrif dwar il-fdalijiet preistoriċi li nstabu u jkunu jafu jinterpretaw dawn il-fdalijiet

• Il-menħir u d-dolmen • Tinqix u tpinġija • Ġiżirani, fajjenza u statwi li nstabu

Page 27: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

130

6.2 Il-Miġja ta’ San Pawl f'Malta

Miri ta’ Tagħlim Noti 6.2.1 Ikunu jafu l-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl Għandha tingħata importanza lir-rakkont tal-miġja ta’ San Pawl

kif imsemmi fl-Atti ta’ l-Appostli. Referenza: Id-Denfil 4 paġni 52-55

6.2.2 Jifhmu għala San Pawl kellu jagħmel dan il-vjaġġ u l-importanza għalina l-Maltin ta’ din il-ġrajja

Jifhmu kif dan ta l-ewwel spinta lit-twemmin nisrani f'pajjiżna

• L-akkużi li saru kontrieh • It-talba tiegħu biex jitressaq quddiem qorti f'Ruma bħala

ċittadin Ruman • Id-dħul tat-twemmin Nisrani f'pajjiżna • Il-laqgħa tajba li offrew il-Maltin • Il-fejqan ta’ missier Publiju u l-ħatra tiegħu bħala Isqof ta’

gżiritna • Minkejja dan mhux il-Maltin kollha saru Nsara mill-ewwel

billi kien għad baqa' mexxejja pagani. Xhieda ta’ dan huma l-imqades ta’ l-allat tar-Rumani li baqgħu miftuħa għall-qima eż. Tas-Silġ.

6.2.3 Jaraw kif din il-ġrajja għadha ħajja fostna billi Malta baqgħet tħaddan it-twemmin Nisrani sal-lum

It-Twemmin Nisrani baqa’ nieżel sa żmienna u hu wieħed mis-sisien tal-kultura tagħna.

6.2.4 Ikunu konxji tal-postijiet marbuta mal-miġja ta’ San Pawl f'Malta. Jempatizzaw kif ħassew ruħhom il-Maltin meta laqgħu fosthom lil San Pawl

Ismijiet ta’ postijiet marbuta ma’ San Pawl li jinsabu f'Malta eż. il-Bajja ta’ San Pawl, Għajn Rażul, San Pawl Milqi, il-Knisja tal-Ħuġġieġa, il-Grotta tar-Rabat

Page 28: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

131

6.3 L-Assedju l-Kbir ta’ l-1565

Miri ta’ Tagħlim Noti 6.3.1 Ikollhom tagħrif dwar il-fortifikazzjonijiet li kienu jeżistu

f'Malta qabel l-Assedju l-Kbir Ikunu jafu l-ġrajjiet ewlenin ta’ l-Assedju l-Kbir

La Vallette ried jibbaża d-difiża l-aktar fuq il-fortifikazzjonijiet ta' madwar il-Port il-Kbir billi l-Imdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex kienu dgħajfa għax kienu ’l bogħod mill-bqija tad-difiża ta' l-Ordni. Il-fortifikazzjonijiet ta' madwar il-Port il-Kbir kienu • l-Isla, imħarsa mill-Forti San Mikiel • il-Birgu, imħares mill-Forti Sant'Anglu • Forti Sant’Iermu, fit-tarf ta’ l-Għolja Xiberras Il-punti prinċipali għandhom ikunu • Il-flotta Torka tasal Malta u titħalla fil-port ta’ Marsamxett • It-Torok jagħmlu l-kamp tagħhom il-Marsa u jibdew l-attakk

fuq Sant'Iermu • Wara huma jattakkaw lill-Birgu u l-fortizza ta’ San Mikiel • It-Torok jirbħu Sant’Iermu • It-Torok ma setgħux jirbħu l-fortizzi l-oħra • Meta ġriet l-aħbar li waslet l-għajnuna minn barra lill-Ordni,

it-Torok qabdu x-xwieni tagħhom u telqu lura lejn pajjiżhom Referenza: Id-Denfil 5, paġni 131-132, Id-Denfil 6, paġni 163-166

6.3.2 Jifhmu għala t-Torok attakkaw lil Malta Jifhmu d-diffikultajiet li kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żewġ naħat

Ir-raġunijiet prinċipali kienu • Il-qagħda stateġika ta’ Malta f’nofs il-Mediterran • Il-kwistjoni tar-reliġjon (dik Nisranija kontra dik Islamika) • L-Ordni ta’ San Ġwann minn dejjem kienet l-għadu kbir tat-

Torok eż. l-attakki fuq ix-xwieni Torok Il-punti prinċipali huma: • It-Torok kellhom iżjed suldati mill-Ordni ta’ San Ġwann. • Il-Kavallieri u l-Maltin kienu magħluqa ġewwa l-fortizzi li

kienu b'saħħithom u armati tajjeb.

Page 29: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

132

• It-Torok riedu jirbħu lil Malta fi żmien qasir għaliex beżgħu mill-maltemp tax-xitwa billi kienu 'l bogħod minn pajjiżhom.

• It-Torok kienu qegħdin jibżgħu li tasal l-għajnuna lill-Ordni mill-pajjiżi Nsara.

• It-Torok ma sabux x'jieklu u x'jixorbu billi l-Maltin qerdu kollox qabel ma ngħalqu fil-fortizzi. B'hekk sabu nuqqas ta’ ilma fi żmien is-sħana kbira tas-sajf.

• It-Torok kellhom jippruvaw jixxabbtu mas-swar. • It-Torok ma setgħux iħaffru mini taħt is-swar tal-

fortifikazzjonijiet minħabba l-blat iebes ta’ Malta. • Kien hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-kapijiet Torok. • It-Torok riedu jieħdu ħsieb il-flotta tagħhom billi din kienet l-

uniku mezz li setgħu jużaw biex imorru lura lejn pajjiżhom. 6.3.3 Janalizzaw x'kienet tfisser għal Malta u għall-Ordni ta’ San Ġwann din ir-rebħa Ikunu konxji li dawn il-fortifikazzjonijiet għadhom wieqfa sal-ġurnata tal-lum

• Malta dehret bħala t-tarka tal-Kristjaneżmu u t-Torok ma reġgħux attakkawna.

• Il-Prinċpijiet Insara fiehmu iżjed l-importanza ta’ Malta u għenu bil-flus fil-bini tal-belt Valletta li beda dritt wara.

• Il-Kavallieri bdew jissejħu Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ Malta u issa ntrabtu iżjed mill-qrib ma' pajjiżna billi ddeċidew li jibqgħu hawn.

• Il-ġid f'pajjiżna beda jikber u Malta bdiet it-triq tal-progress. Jifhmu li ħafna mill-fortifikazzjonijiet li ntużaw matul l-Assedju l-Kbir ġew restawrati u għadhom jidhru sal-lum eż. Sant’Anġlu u Sant’Iermu.

6.3.4 Jaraw u jifhmu l-fortifikazzjonijiet li kienu jeżistu minn pjanti u stampi

Ikunu jafu u jifhmu l-pożizzjoni strateġika tal-postijiet ewlenin li ntużaw matul l-Assedju l-Kbir.

Page 30: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

133

6.4 Il-Bini tal-Belt Valletta

Miri ta’ Tagħlim Noti 6.4.1 Ikunu jafu dwar il-preparamenti li saru minn qabel u dwar

il-bini ta’ din il-belt innifisha Ikunu jafu dwar ix-xogħol ta’ l-arkitetti Laparelli u Ġlormu Cassar

It-tfal għandhom ikunu jafu l-punti prinċipali fil-bini tal-belt Valletta. • Il-pjanta għal din il-belt (forma ta’ grada bi triq dawra mejt

madwarha) • L-għajnuna li ngħatat lill-Ordni • L-għażla ta’ l-isem għal din il-belt • Il-ħaddiema li nġabu biex ix-xogħol isir malajr • Ma saret l-ebda parti riżervata għall-kavallieri biss

(Collachio) • Il-ġebel għal bini inqata’ mill-Mandraġġ • L-Ordni tmur tgħix fil-belt il-ġdida fl-1571. Referenza: Id-Denfil 5, paġni 136-139. • Laparelli fassal il-pjanta tal-belt Valletta. • Ġlormu Cassar kompla x-xogħol fuq il-belt Valletta u fassal

ħafna mill-bini li hemm ġewwa l-belt.

6.4.2 Jifhmu għala nbniet din il-belt • Il-ħerba kbira li ħalla l-Assedju l-Kbir fuq il-fortifikazzjonijiet ta’ madwar il-Port il-Kbir

• Il-biża’ ta’ attakk mill-ġdid mit-Torok • Il-pożizzjoni strateġika ta’ l-Għolja Xiberras bħala peniżola li

kienet tħares fuq il-portijiet il-kbar 6.4.3 Ikollhom tagħrif dwar il-bini importanti li hemm f'din il- belt li għadu jeżisti sal-lum

• Il-palazz tal-Gran Mastru • Il-bereġ tal-kavallieri • Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann • Is-Sagra Infermerija

Page 31: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

134

Jifhmu u japprezzaw is-sbuħija ta’ din il-belt

• Belt kapitali ta’ mexxejja nobbli u sinjuri • Regoli biex tinżamm is-sbuħija tal-belt eż. tiżjin fil-kantunieri

u skultura • Bini ieħor li jsebbaħ fil-belt eż. il-bini ta’ knejjes, funtani u

monumenti • Spinta lill-kultura eż. il-bini tat-teatru • Il-bini tad-djar privati

6.4.4 Ikunu esposti għall-belt kapitali ta’ pajjiżna jew bi żjara għal hemmhekk inkella permezz ta’ varjetà kbira ta’ sorsi viżwali

Jingħataw l-opportunità li jżuru l-belt Valletta jekk dan ikun possibbli. L-użu ta’ sorsi viżwali għandu jkun inkoraġġut biex jifhmu aħjar l-importanza stateġika u s-sbuħija ta’ din il-belt.

Page 32: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

135

6.5 Sehem Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija

Miri ta’ Tagħlim Noti 6.5.1 Ikollhom tagħrif dwar x'kien jiġri fil-gwerra Ikollhom tagħrif dwar l-għajnuna li waslet

Ikunu jafu dwar l-għotja tal-George Cross lil Malta u x'wassal għal din l-għotja

• It-tbatija kbira u l-ġuħ u l-għaks li sofrew il-Maltin • Il-ħbit mill-ajru u l-ħsara fil-bini • L-użu tax-xelters • Id-difiża ta’ Malta matul il-gwerra Ikunu jafu l-importanza tal-wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija. • Il-kuraġġ kbir tal-Maltin • L-għotja tal-George Cross bħala rikonoxximent tal-qlubija

tal-Maltin u s-sagrifiċċju li kienu qegħdin jagħmlu Referenza: Id-Denfil 6, paġni 202-210

6.5.2 Jifhmu x'kienet tfisser din il-gwerra għal Malta u janalizzaw il-qagħda ta’ Malta matul din il-gwerra

• Għaliex inqalgħet din il-gwerra • Il-pożizzjoni strateġika ta’ Malta • L-effetti li Malta kienet qrib l-Italja • Storja ta’ tbatija u ta’ qtigħ il-qalb

6.5.3 Jifhmu t-tibdil li sar fil-mentalità f'pajjiżna wara l-gwerra Jifhmu li din il-gwerra ġabet tibdil fil-mentalità tal-Maltin li issa kienu tħalltu sew mal-barrani. B’hekk huma ddakkru wkoll mill-istil ta’ ħajja tagħhom u mill-kultura tagħhom.

6.5.4 Jaraw sorsi viżwali tas-sitwazzjoni li kienet tinsab fiha Malta u jinterpretaw kif kienu jħossu ruħhom in-nies f'dak iż-żmien

Jimmaġinaw kif kienet il-qagħda tan-nies differenti f'Malta u l-aspirazzjonijiet tagħhom f'dawk iż-żminijiet diffiċli.

Page 33: STUDJI SOĊJALI Sillabu Ta’ L-Iskejjel Primarjicmapspublic.ihmc.us/rid=1KS9JYWZN-1HMS0FK-31N9/syllab_pr_soc… · 6.2.1 L-Arċipelagu Malti: il- Gżejjer Maltin u l- pożizzjoni

Dipartiment tal-Kurrikulu, Floriana Is-Sitt Sena

136

6.6 Il-Jiem Nazzjonali ta’ Malta

Miri ta’ Tagħlim Noti 6.6.1 Ikollhom tagħrif dwar il-Jiem Nazzjonali Jum il-Vittorja Is-Sette Giugno Jum l-Indipendenza Jum ir-Repubblika Jum il-Ħelsien

It-tfal għandhom ikunu jafu dwar • Il-kontribut tal-Maltin matul l-Assedju l-Kbir u t-Tieni

Gwerra Dinjija • Il-ġrajja tas-Sette Giugno fil-qasir • It-talba tal-Gvern Malti biex Malta ssir pajjiż li jmexxi lilu

nnifsu u kif din it-talba ntlaqgħet mill-Ingliżi • Il-kostituzzjoni l-ġdida li fissret it-tneħħija tar-Reġina ta’ l-

Ingilterra minn Kap ta’ l-Istat u tar-rappreżentant tagħha f'Malta, il-Gvernatur Ġenerali

• It-tmiem tal-ftehim bejn Malta u l-Ingilterra li permezz tiegħu it-truppi Inglizi kienu baqgħu hawn Malta

6.6.2 Jifhmu x'wassal għal dawn il-kisbiet u janalizzaw l- importanza tal-ġrajjiet li l-Jiem Nazzjonali jirrappreżentaw

• Jifhmu l-importanza tat-tmienja ta’ Settembru għal Malta li rnexxielha tirreżisti lill-għadu tagħha. (it-Torok fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 u t-tmiem tat-Tieni Assedju fl-1943)

• Jifhmu kif l-irvellijiet tas-Sette Giugno wasslu għall- kostituzzjoni ta’ l-1921.

• Jifhmu kif Malta saret nazzjon independenti fl-1964 u t-tmexxija ta’ l-affarijiet kollha għaddiet f'idejn il-Gvern Malti.

• Jifhmu kif bil-Kostituzzjoni ta’ l-1974 il-Kap ta’ l-Istat Malti beda jkun Malti li jinħatar mill-Parlament Malti

• Jifhmu kif bit-tmiem tal-bażi militari Ingliża f'Malta fl-1979 l-ekonomija ta’ Malta ma baqgħetx tiddependi min-nefqa tas-servizzi Ingliżi iżda mill-industrija u s-servizzi.

6.6.2 Jifhmu l-iżvilupp kostituzzjonali ta’ Malta u t-tibdil u l- kontinwità li kien hemm matul iż-żmien

Jifhmu kif il-Maltin bdew jiksbu d-drittijiet tagħhom bħala nazzjon bil-mod il-mod u kif il-kisbiet li għamlu l-Maltin kienu mibnija waħda fuq oħra.

6.6.4 Jifhmu kif il-Maltin ħassew irwieħhom f'dak iż-żmien u x'aspirazzjonijiet oħra kellhom

Jiżviluppaw sens ta’ empatija taċ-ċirkustanzi differenti li jirrappreżentaw dawn il-Jiem Nazzjonali.