Ħajja ta’ xhieda u ta’ fidi Ħajja ta’ xhieda u ta’ fidi ... › 2018 › ...missierha...

69
OTTUBRU 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 03-Feb-2021

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • OTTUBRU 2018

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

  • SIGNUM FIDEI 1

    S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Intenzjonijiet tal-Papa għax-xahar t’Ottubru: Evanġelizzazzjoni: Il-Missjoni tar-Reliġjużi Biex ir-reliġjużi kkonsagrati, irġiel u nisa, iħeġġu lilhom infushom biex ikunu preżenti qalb il-fqar, l-emarġinati u dawk li m’għandhomx vuċi fis-soċjetà.

    Dati importanti għax-xahar t’Ottubru: 2 t’Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa 9 t’Ottubru: Martri t’Ottubru Turon 11 t’Ottubru: San Ġwanni XXIII – Papa 13 t’Ottubru: L-Aħħar Dehra t’Ottubru Fatima 14 t’Ottubru: Il-Papa Pawlu VI u L-Arċisqof Oscar Romero ser jiġu kanoniżżati 18 t’Ottubru: San Luqa – Evanġelista 21 t’Ottubru: ĠURNATA MISSJUNARJA 22 t’Ottubru: San Ġwanni Pawlu II – Papa 23 t’Ottubru: Il-Beatu Brother Arnold Reche

    Talba għall-għalliema għas-sena skolastika ġdida fil-bidu t’Ottubru: O kbir Alla,

    aħna niġu għandek llum u nirringrazzjawk għall-għalliema kollha. Grazzi għall-mod li bih huma jagħtu lilhom infushom, kuljum, fil-klassi,

    waqt li jaqdu u jidderieġu l-ġenerazzjonijiet futuri. Missier, jekk jogħġbok bl-għajnuna tal-ispirtu tiegħek,

    imlihom bil-kuraġġ. Imlihom bil-qawwa tiegħek, biex ma jċedu għall-ebda sfida.

    Imlihom bil-għerf tiegħek, sabiex ikunu kapaċi jagħmlu ġudizzju tajjeb fit-tmexxija u l-għajnuna li jagħtu lil kull student.

    Imlihom bil-paċi tiegħek, biex ikunu jistgħu jegħlbu kull tensjoni u ansjetà. Imlihom bil-ferħ tiegħek, biex kull min jiltaqa’ magħhom jittieħed mill-passjoni li huma juru

    għas-suġġetti tagħhom. Dan nitolbuh f’isem Ġesù Kristu ibnek.

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

    u ta’ Fidi

    Fidi

    - OTTUBRU 2018-

    EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH

    San Ġwann Battista De La Salle

  • 2 SIGNUM FIDEI

    Ammen.

    It-Tnejn, 1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġob 1: 6-22 Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej! 2. Salm 16: 1-3,6,7 Ressaq widintek lejja Mulej, isma’ kliemi. 3. Luqa 9: 46-50 Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dan hu l-kbir. SANTA TEREŻA TAL-BAMBIN ĠESÙ (1873-1897) – verġni Marie-Francoise-Therese Martin, twieldet fit-2 ta’ Jannar, 1873, f’Alencon,

    Franza. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.

    Missierha kellu daqsxejn ta’ negozju tal-ġojjelli u ommha kienet taħdem il-bizzilla. Meta kellha erba’ snin u nofs, tilfet ’l ommha u t-telfa tagħha ħassitha ħafna u baqgħet tħossha sew għal tmien snin, avolja waħda miz-zijiet tagħha u ż-żewġ ħutha l-kbar kienu jieħdu ħsiebha ħafna.

    Wara l-mewt ta’ ommha, missierha ħa l-familja f’Lisieux. Ta’ tlettax-il sena, Tereża bdiet tħoss ħerqa kbira li tmur għall-missjoni.

    Hija żiedet fil-ħin tat-talb u bdiet titħajjar tidħol mas-sorijiet Karmelitani f’Lisieux, fejn ħutha l-kbar, Marija u Pawlina, kienu ġa daħlu.

    B’permess speċjali, wara ħafna taħbit, Tereża daħlet mal-Karmelitani fid-9 ta’ April 1888, u pprofessat fit-8 ta’ Settembru, 1890, ta’ 17-il sena.

    Fit-tmien snin li ġew wara, jiġifieri sakemm mietet, hija għexet ħajja ta’ talb, tagħmel id-doveri tagħha bl-ikbar fedeltà u mħabba.

    Qatt ma gemgmet, qatt ma lmentat, qatt ma kkritikat, qatt ma użat kliem iebes. Kienet taf iżżomm is-skiet , kienet kapaċi ssofri, kienet taf iżżomm kalma, iżda din l-attitudni tagħha kienet tfawrilha qalbha bil-paċi u bil-ferħ.

    Hija saret il-Majjistra tan-Novizzi fl-aħħar erba’ snin ta’ ħajjitha. Mietet fit-30 ta’ Settembru 1897, bil-marda tat-tuberkolożi, meta kellha 24

    sena u 9 xhur. L-awtobijografija tagħha, “L-Istorja ta’ Ruħ”, li hi kitbet b’ubbidjenza tal-

    konfessur, irrivelat lid-dinja s-sbuħija meraviljuża tal-ħajja interjuri li fil-każ tagħha, lanqas is-sorijiet sħabha ma kienu ndunaw biha.

    Kienet ikkanonizzata mill-Papa Piju XI, fis-17 ta’ Mejju 1925. Flimkien ma’ San Franġisk Saverju, hija l-Patruna tal-Missjonijiet.

    Riflessjoni: Darba, irċevejt dawl hekk qawwi minn din l-esperjenza tat-Tliet Persuni li dejjem inġorr f’ruħi … u għedt bejni u bejn ruħi: “Mulej, agħtini xi mezz li bih inkun nista’ niflaħ għal din il-ħajja.” Hu qalli: “Aħseb ftit, binti, li wara li tintemm din il-ħajja ma tkunx tista’ taqdini bħalma tista’ issa. Kul għalija u orqod għalija, u qis li dak

  • SIGNUM FIDEI 3

    kollu li tagħmel tagħmlu għalija, bħallikieku mhux int tkun qiegħda tgħix, imma jien”. Santa Tereża tal-Bambin Ġesù Meditazzjoni ta San Ġwann Battista De La Salle: Med. 12, silta mit-2 punt We can attribute to obedience what Solomon says of Wisdom, that all good things come to us along with it. Indeed, whoever obeys in a spirit of religion possesses all the virtues: he is humble, because he must be humble to submit to another; he is gentle, because no matter how irksome the thing commanded may be, he does not complain; he is silent, because the truly obedient man has lost the use of his tongue and knows only how to do what is ordered without making any reply; he is patient, because he endures everything and bears all the burdens imposed on him; he is charitable beyond measure, because obedience makes him undertake all things for the good of his neighbor... We ought to consider ourselves happy to be in a state that requires obedience of us; we ought to regard this virtue as the mother and the support of all the other virtues. But if you wish this to be true in your case, you must practice it with all possible perfection, for God gives this grace only to those who have renounced self-will and who regard his will as the rule and the principle of everything they do.

    TALBA

    Tiegħek jien, għalik jiena twelidt: Mulej, xi trid minni? Maestà l-aktar għoli,

    Għerf bla qies u minn dejjem, tjieba hekk ħelwa għal dir-ruħ, Alla, l-Għoli, wieħed fit-tjieba,

    ħares lejn din il-bniedma baxxa, li mħabbitha trid tgħannilek:

    Mulej, xi trid minni? Tiegħek jien, għax inti ħlaqtni,

    għax inti fdejtni, għax inti stabart bija,

    għax inti ssejjaħli għax inti stennejtni; għax inti ma ntliftx: Mulej xi trid minni?

    Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

    Missierna ...

  • 4 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, 2 t’Ottubru L-Anġli Kustodji Mqaddsa

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 23: 20-23 L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek. 2. Salm 90: 1-6,10,11 L-anġli tiegħi jibgħatlek, biex iħarsuk. 3. Mattew 18: 1-5,10 L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il- Missier.

    L- ANĠLI KUSTODJI MQADDSA L-Anġli Kustodji għandhom id-dmir li jqimu ’l Alla, li jkunu l-messaġġiera

    tiegħu u li jħarsu ’l-bnedmin mid-deni. Huma persuni, bħall-bnedmin, iżda spirtu safi, bla ġisem.

    L-awtur tas-Salmi jiżgurana li huma jħarsuna mill-ħażen (90: 11) u mill-għedewwa tagħna (34: 5-6). Ġesù jwissina biex ma niskandalizzawx liż-żgħar, għax l-anġli tagħhom jitolbu ħaqq minn Alla kontra dawk li bl-għemil ħażin tagħhom ġarrfu dawk l-erwieħ li kienu taħt il-protezzjoni tagħhom (Mt. 18: 10).

    Meta Pietru ġie meħlus mill-ħabs u deher quddiem id-dixxipli, dawn, mistagħġba, ħasbuh li kien l-Anġlu tiegħu (Atti 12: 15). Il-Liġi l-Qadima għandha tagħlim mitmum dwar l-Anġlu Kustodju (Eżodu 23: 19-23).

    San Bernard iwissina li għandna nqimu l-Anġlu Kustodju tagħna, inkunu devoti tiegħu u nafdaw fih u fl-għajnuna tiegħu: “Kullimkien, f’kull kamra, f’kull rokna, qim lill-anġlu tiegħek. Kif jista’ jkollok l-ardir li tagħmel quddiem l-anġlu tiegħek dak li tistħi tagħmel quddiemi?” “Kull meta tħoss ruħek imġarrab, itlob lill-kustodju tiegħek, lill-mexxej tiegħek, lil dak li qiegħed biex jgħinek fil-periklu u fil-ħin tal-bżonn.”

    L-arti Nisranija, pittura u skultura, tagħti lill-anġli: o sura ta’ bniedem, biex turina li huma jieħdu ħsieb il-magħżulin

    (Hebr. 1: 4); o ġwienaħ, biex bihom iħarsuna mill-perikli (Salm 90: 11); o inċensier, skont il-kliem tal-Apokalissi (8: 3-4); o iż-żgħożija, biex tfissrilna ż-żgħożija eterna tal-ġenna; u o libsa bajda, simbolu tas-safa.

    Il-kult tal-anġli hu antik ferm: fl-Umbrija nsibu skrizzjoni fit-tempju ta’ Klitunna – opra tas-seklu ħamsa – li tgħid Il-Wisq Qaddis Alla tal-Anġli, li għamel il-qawmien mill-mewt), u Peruġja nsibu l-knisja qadima ta’ Sant’Anġlu, tas-seklu ħamsa, imwaqqfa fuq kolonni.

    Alkwinu, li miet fit-804, isemmi darbtejn fl-ittri tiegħu quddiesa votiva biex nitolbu l-għajnuna tal-anġli. Spanja bdiet tqim l-Anġli Kustodji mhux biss tal-persuni, iżda wkoll tal-ibliet u tal-provinċji u uffizzju għal dan l-iskop deher fil-belt ta’ Valenzja fl-1411.

  • SIGNUM FIDEI 5

    L-ewwel approvazzjoni tal-festa tal-Anġli Kustodji, għal Spanja biss, saret mill-Papa Pawlu V, mitlub minn Ferdinandu tal-Awstrija, għamel festa obbligatorja għall-Imperu kollu u libera għal barra mill-Imperu (1608).

    Fl-aħħar, il-Papa Klement X estenda l-festa bħala obbligu għad-dinja kollha u ffissaha għall-ewwel jum liberu wara l-festa ta’ San Mikiel, li jaħbat illum. Ljun XIII għolla l-festa billi għamilha “doppju maġġuri”.

    It-talba magħrufa tal-“Angele Dei qui custos es mei”, x’aktarx ġejja minn Reginald of Canterbury, li għex fis-seklu tnax.

    Riflessjoni dwar l-Eżistenza tal-Anġli – Verità tal-Fidi: 328 L-eżistenza ta’ ħlejjaq spiritwali, mingħajr ġisem li l-Iskrittura Mqaddsa s-soltu ssejjaħ anġli, hi verità tal-fidi. Ix-xhieda tal-Iskrittura hi ċara daqs kemm hi unanimi t-tradizzjoni. 329 Dwarhom Santu Wistin jgħid: “Anġlu hu isem ta’ uffiċċju u mhux ta’ xi natura. Jekk trid taf l-isem ta’ din in-natura, l-isem hu spirtu, jekk trid taf x’inhu l-uffiċċju u d-dmir ta’ dan l-ispirtu, l-uffiċċju hu ta’ anġlu: hu spirtu f’dak li hu, u anġlu f’dak li jagħmel.” Min-natura kollha tagħhom, l-anġli huma qaddejja u messaġġiera ta’ Alla. Għaliex “dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet” (Mt. 18:10) huma “jagħmlu l-ordni tiegħu, malli jisimgħju l-kelma tiegħu.” (Salm 103:20)

    Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.172, l-1 punt Let us admire God’s goodness and thank him for the grace he has given us in assigning an angel to take care of us, protect us, and serve us. God was not satisfied to give us his only Son to rescue us from sin and to send us his Holy Spirit to fill us with his holy grace. To omit nothing of all his care that could advance our interests and keep us in piety and in his holy love, he also sends the holy angels to be with us on earth. He sends these blessed spirits, who rejoice before him in heaven, to be near us always, to help us, and to serve us in every kind of situation. He orders them to watch over us on his behalf, to guide us, and to enlighten us in all our ways, so that we maybe able to go straight to heaven in safety without wandering astray. This is truly a marvelous effect of his goodness, says Saint Bernard, and one of the greatest proofs of his love. Let us, then, show our gratitude for this by carrying out exactly what the angels inspire us to do.

    TALBA Reġina tal-Anġli, b’umiltà nitolbok,

    ibgħat il-kori tal-anġli biex ikeċċu ’l satana u lis-segwaċi tiegħu,

    biex jifgaw il-kburija u l-arroganza tagħhom, u jkeċċuhom ġewwa l-infern.

    O Anġli qaddisa, idħlu għalina u ħarsuna.

    Ammen. San Ġwanni Pawlu II, Papa Missierna ...

  • 6 SIGNUM FIDEI

    L-Erbgħa, 3 t’Ottubru San Franġisk Borgia – presbiteru

    San Ġerardu – abbati Il-Beatu Kolumba Marmion – abbati

    Illum jiftaħ is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ ġewwa Ruma

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 9: 1-12.14-16 Kif jista’ l-bniedem jieħu raġun ma’ Alla? 2. Salm 136: 1-6 Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik Ġerusalemm. 3. Luqa 9: 57-62 Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.

    SAN FRANĠISK BORGIA (1510-1572) – presbiteru Kien it-tielet ġeneral tal-Ġiżwiti, pro-neputi tal-Papa Alessandro VI u tar-

    Re Ferdinandu l-Kattoliku u twieled Gandia, Spanja. Wara edukazzjoni Nisranija tajba fil-familja, mar isib kenn għand zijuh,

    arċisqof, Saragossa, waqt rewwixta f’pajjiżu. Tħarreġ fl-istudji tal-mużika u l-armi. Bejn l-1523 u l-1525 mar Valladolid,

    bħala paġġ ta’ Ġovanna, omm Karlu V. Fl-1528, l-imperatur sejjaħlu fil-qorti tiegħu u ħajjru biex jiżżewweġ. Iżżewweġ lil Leonora de Castro, id-dama preferita tal-imperatriċi, sena wara.

    Sa minn dan iż-żmien il-qaddis kien magħruf għat-tjubija u għall-onestà tiegħu. Maħtur viċi-re tal-Katalonja (1539-1543) u duka ta’ Gandia rieġa b’għaqal kbir is-sudditi tiegħu sa mewt martu (1546).

    Meħlus mix-xkiel tad-dinja talab lil Sant’Injazju biex jilqgħu fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Il-Loyola laqgħu bil-ferħ; iżda qallu biex jistenna sakemm ikun ħaseb għal uliedu u għat-twaqqif ta’ kulleġġ universitarju Gandia, waqt li fl-istess ħin jibda l-kors tat-teoloġija f’pajjiżu. Għamel l-ewwel voti fl-1548 fil-kappella tal-kulleġġ, Gandia.

    Libes ta’ patri u ordna saċerdot fit-23 ta’ Mejju 1551. Beda jipprietka fil-Guipuzcoa minn belt għal oħra u jgħallem il-katekiżmu lit-tfal. L-ubbidjenza ġegħlitu jnaqqas il-mortifikazzjoni tiegħu. Ħafna bdew jieħdu l-parir tiegħu. Sant’Injazju, fl-1554, ħatru kummissarju ġenerali ta’ Spanja u tal-Portugall.

    Fil-1565, ġie maħtur it-tielet ġeneral tal-ordni. Matul il-ġeneralat tiegħu (1565-1572), hekk kabbar il-ħidma tal-kumpannija mad-dinja kollha, li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tal-ordni.

    Bena knisja għall-istudenti tal-Collegio Romano u rranġa l-programm tal-istudji tiegħu. Bena wkoll il-knisja ta’ Sant’Andrea al Quirinale, bid-dar tan-novizzjat u kabbar il-Ġermaniku li jħejji l-missjonarji għal pajjiżi protestanti.

    Taħtu l-ordni kiber fl-Ewropa u daħal il-Polonja. Kibru wkoll il-missjonijiet tal-Ġiżwiti u nfetħet il-missjoni ġdida fl-Indja tal-Punent. Kien meqjum ħafna mill-Papa Piju V.

  • SIGNUM FIDEI 7

    Fl-1571 il-Papa, bagħtu mal-Kardinal Bonelli Franza, Spanja u l-Portugall, fejn ġie milqugħ minn folol kbar li “riedu jaraw il-qaddis” u jisimgħuh jipprietka: anki r-Re Filippu laqgħu bil-ferħ, bħall-poplu.

    Lura mill-vjaġġ, ħassu ħażin Ferrara u d-duka, kuġinuh, bagħtu Ruma ġo katalett. Miet Ruma jumejn wara li wasal, f’nofsillejl bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru tal-1572.

    Ġie kkanonizzat minn Klement X fl-1671. Riflessjoni: Kull Nisrani, skont kemm jitqaddes, jagħmel iżjed frott fid-dinja. L-isqfijiet tal-Afrika tal-Punent għallmuna: “Aħna msejħin, fl-ispirtu tal-evanġelizzazzjoni ġdida, biex niġu evanġelizzati u nevanġelizzaw permezz tat-trawwim tal-imgħammdin kollha, biex intom tħaddnu r-rwoli tagħkom bħala melħ tal-art u dawl tad-dinja kull fejn tinsabu.” (Konferenza Episkopali 2016) Tibżgħux timmiraw iżjed fil-għoli, li tħallu lil Alla jħobbkom u jeħliskom. Tibżgħux tħallu lill-Ispirtu s-Santu jmexxikom. Il-qdusija ma tagħmlekx inqas bniedem milli int, għax hi l-laqgħa tad-dgħufija tiegħek mal-qawwa tal-grazzja. Fl-aħħar mill-aħħar, kif qal León Bloy, fil-ħajja “m’hemmx ħlief niket wieħed, […] dak li ma nkunux qaddisin.”

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazjoni Appostolika, Gaudete et Exsultate

    Meditazzjoni ta San Ġwann Battista De La Salle: Med. 139, silta mill-1 punt It is true, as Saint Jerome says, that Saint Peter gave up little, if we consider what he possessed; he left only a fishing boat and some nets. But if we pay attention to the fact that he gave up at the same time the desire to possess anything, he did indeed give up much, as this saint observes, because he renounced what is most important in this world, what is most capable of attracting and absorbing people’s hearts. The faith with which he was already filled enabled him to make this generous act. Because Jesus Christ was then just a common man in the eyes of the world, without any acclaim, nothing but a strong faith could have enabled anyone to leave everything to follow him, because to all appearances there was nothing to be hoped for from him. Have you truly renounced everything with all your heart’s desire? Have you put yourself under the protection of God alone, with an entire abandonment to his Providence? Make this generous act in imitation of Saint Peter and through his intercession.

    TALBA Mulej Ġesù! Tant insibha diffiċli li nimxi warajk,

    u nippersevera bil-fedeltà kollha! U Inti tgħidli: intefa’ b’salt wieħed,

    u ntelaq f’dirgħajja, u tiskopri kemm Alla jħobbok! U inti tiskopri lilek innifsek mħeġġeġ bi mħabba kbira!

    Meta tasal f’dan l-istadju, inti tkun għaddejt mill-bieb li hu JIEN, u jien inkun warajk.

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

    http://www.laikos.org/GE_mt.htm#_ftn31

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħamis, 4 t’Ottubru San Franġisk ta’ Assisi - djaknu

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġob 19: 21-27 Jien naf li d-difensur tiegħi ħaj. 2. Salm 26: 7-9abċ.13-14 Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-

    ħajjin. 3. Luqa 10: 1-12 Jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu. SAN FRANĠISK TA’ ASSISI (1182-1226) San Franġisk twieled f’Assisi fl-1182, meta missieru kien barra l-pajjiż.

    Ommu semmietu Ġwanni. Iżda meta missieru li kien kummerċjant għani tad-drappijiet ġie lura, sejjaħlu “Franġisk” għal Franza li hu tant kien iħobb.

    Franġisku tela’ jgawdi mis-suċċess ta’ missieru u għalhekk kellu ikel, ilbies, divertiment u ħajja soċjali mill-aħjar. Il-ġibda għall-avventura qanqlitu biex jieħu sehem fi gwerer li dak iż-żmien kienu jinqalgħu bejn l-ibliet u bejn ir-reġjuni tal-Italja.

    Darba waħda, fl-1205, kien sejjer biex jieħu sehem f’battalja, iżda hekk kif wasal fi Spoleto marad u ma setax ikompli fi triqtu. Meta kien marid sema’ xi jgħidlu: “Aqdi lill-imgħallem u mhux lill-qaddej”.

    Meta rritorna f’Assisi għamel bidla kbira fih, hekk li meta ltaqa’ ma’ lebbruż għannqu miegħu u tah karità. Beda jkun iktar miġbur u jitlob, iżur lill-morda u jgħin lill-fqar.

    Ġurnata waħda, fl-1206, kien qed jitlob quddiem kurċifiss fi knisja żgħira ta’ San Damjan, abbandunata fil-kampanja, u sema’ leħen jgħidlu: “Franġisku, sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf.” Mar biegħ dak li kellu u beda jiġbor biex isewwi l-ħsarat li kien hemm fi tliet knejjes żgħar, ta’ San Damjan, ta’ San Pietru u dik tal-Porzjunkola ddedikata lil Santa Marija tal-Anġli.

    Meta missieru rah jgħix f’dik il-ħajja sejjaħlu quddiem l-isqof u nsista miegħu biex jibdel ħajtu inkella ma jkollux x’jaqsam iktar miegħu. Franġisk neħħa ħwejġu minn fuqu, tahom lil missieru u qal: “Sa issa sejjaħtlek missier; mil-lum ’il quddiem nibda’ ngħid ‘Missierna li inti fis-smewwiet’.”

    Fl-1208, meta kien fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli sema’ l-qari tal-Vanġelu (Mt .10: 7-10) u ħass li dawk il-kelmiet kienu għalih. Mar libes ċoqqa griża fqira li rabat b’ħabel ma’ qaddu u beda jimxi ħafi.

    Xi żgħażagħ bdew jingħaqdu miegħu biex jgħixu l-istess ħajja li kien qed jgħix hu, u fl-1209, meta kienu tnax ħadhom Ruma, u l-Papa Innoċenzu II tahom l-approvazzjoni tiegħu. Hekk beda l-ordni tiegħu tal-“Frati Minori”.

    Fl-1212, bil-għajnuna ta’ Santa Klara waqqaf it-tieni ordni li kien dak tas-sorijiet li ġew imsejħa Klarissi.

  • SIGNUM FIDEI 9

    Fl-1219 bagħat l-ewwel missjunarji f’Tuneż u l-Marokk. Hu mar fl-Art Imqaddsa u fl-Eġittu fejn ipprietka lis-Sultan tal-Eġittu Malek al-Kamil bla ma rnexxielu jikkonvertih.

    Fl-1220 reġa’ lura l-Italja, u meta kien Firenze waqqaf it-Tielet Ordni tal-Penitenti, it-Terzjarji Franġiskani.

    Fl-24 ta’ Diċembru 1223 laqqa’ xi nies u għamel presepju ħaj li għalkemm ma kienx l-ewwel presepju li sar, San Franġisk qanqal l-imħabba tan-nies lejn il-presepju.

    Fil-festa tas-Salib, ta’ Settembru 1224, daħal f’estasi waqt li kien qed jimmedita fuq il-passjoni u t-tbatija ta’ Kristu u rċieva l-pjaġi ta’ Ġesù magħrufa bħala l-istigmati.

    San Franġisk, li minħabba l-mard kien kważi tilef id-dawl ta’ għajnejh, miet meta kellu biss qrib il-45 sena, fit-3 ta’ Ottubru 1226, filgħaxija, waqt li kienet qed tinqara l-ġrajja tal-Passjoni ta’ Ġesù mill-Vanġelu ta’ San Ġwann. San Franġisk imqanqal mill-umiltà tiegħu qatt ma aċċetta li jsir saċerdot.

    Il-Papa Benedittu XV ipproklamah: “L-iktar xbieha perfetta ta’ Ġesù li qatt għexet”.

    Riflessjoni: Mnejn titlaq il-mixja ta’ Franġisku lejn Kristu? Titlaq mill-ħarsa ta’ Ġesù fuq is-salib. Inħalluh iħares lejna fil-mument li fih jagħtina ħajtu u jiġbidna lejh. Franġisku din l-esperjenza daqha b’mod partikulari fil-knisja ċkejkna ta’ San Damjan, hu u jitlob quddiem il-Kurċifiss, li jiena wkoll il-lum sa nkun nista’ nqim. F’dak il-Kurċifiss Ġesù ma jidhirx mejjet, imma ħaj! Id-demm jidher nieżel mill-ġrieħi ta’ jdejh, ta’ riġlejh u tal-kustat, imma dak id-demm jesprimi l-ħajja. Ġesù m’għandux għajnejh magħluqin, imma miftuħa beraħ: ħarsa li tkellem lill-qalb. U l-Kurċifiss ma jkellimniex dwar telfa, dwar falliment; paradossalment, ikellimna dwar mewt li hi ħajja, li tagħti l-ħajja, għax ikellimna dwar l-imħabba, għax hi l-Imħabba ta’ Alla inkarnata, u l-Imħabba ma tmutx, anzi, tirbaħ fuq il-ħażen u l-mewt. Min iħalli lil Ġesù mislub iħares lejh jiġi maħluq mill-ġdid, isir “ħolqien ġdid”.

    Silta mill-Omelija tal-Papa Franġisku waqt żjara pastorali f’Assisi fl-2013

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, silta mill-1 punt So great was the love of Saint Francis for the poor that he gladly gave them alms on every occasion and was unable to turn down anyone who asked him for anything, because he saw Jesus Christ in them and was convinced that whatever good he did for them, he did for Jesus Christ. This same love for the poor led this great saint to devote himself to instruct them, rather than the rich, because he knew that this was what Jesus Christ did when he was on earth with his holy Apostles. This led Jesus to reply to the disciples of Saint John, when they asked him what they ought to report about him to their master, Tell him that I am preaching the Gospel to the poor.

  • 10 SIGNUM FIDEI

    TALBA

    ta’ San Franġisk (Noffru din it-talba għall-paċi fid-dinja) Mulej agħmilni strument tal-paci tiegħek.

    Fejn hemm il-mibegħda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba; fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra; fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi;

    fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama; fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl;

    fejn hemm in-niket; ħallini nxerred il-ferħ. La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ milli nfarraġ jien;

    la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor milli nifhem lil ħaddieħor jien; la tħallix li iżjed inkun maħbub, milli nħobb jien.

    Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu. Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura.

    Għax meta mmutu, inqumu għall-ħajja ta’ dejjem. Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 11

    Il-Ġimgħa, 5 t’Ottubru Santa Marija Fawstina Kowalska - verġni

    Il-Beatu Pietru Pattarini ta’ Imola Il-Beatu Raymond ta’ Capua - presbiteru

    Il-Beatu Albertu Marvelli

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 38: 1,12-21; 40: 3-5 Qatt ikkmandajt is-sebħ, qatt wasalt sa għejun il-

    baħar? 2. Salm 138 :1-3,7-10,13,14 Mexxini, Mulej, fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10: 13-16 Min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni. SANTA MARIJA FAWSTINA KOWALSKA (1905-1938) - verġni Santa Marija Fawstina Kowalska twieldet fl-1905, minn familja kbira ta’

    raħħala fi Glogowiec qrib Lodz, fil-Polonja. Għal xi żmien għamlet xogħol ta’ qaddejja ma’ xi familji għonja.

    Imbagħad daħlet fil-kongregazzjoni tas-sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena. Fil-kunvent tal-kongregazzjoni fi Krakovja, Plock, fil-Polonja, u f’Vilnius fil-

    Litwanja, qdiet b’ħerqa kbira l-uffiċċji ta’ koka, purtinara jew xogħol ieħor fil-ġnien.

    Għexet ħajja tassew qaddisa u Alla taha ħafna doni. Il-missjoni tagħha kienet li tħeġġeġ lill-bnedmin ħalli jiftakru li Alla jħobbhom u jħenn għalihom, u għal dan inqdiet b’forom ġodda ta’ devozzjoni lejn il-ħniena ta’ Alla u ħabirket biex il-ħajja spiritwali tiġġedded bl-għajnuna ta’ dik id-devozzjoni.

    Din il-qaddisa tissejjaħ l-“Appostlu tal-Ħniena ta’ Alla.” Hija kienet qalbha tajba u karitattiva, imma tul ħajjitha ftit fehmu l-grazzji

    profondi spiritwali interni. Fawstina esperjenzjat viżjonijiet, profeziji u stigmati interni.

    Fil-lejl tal-22 ta’ Frar 1931 hija esperjenzjat viżjoni bħal qatt qabel: rat lil Ġesù liebes l-abjad b’idu l-waħda maħruġa ’l barra qiegħda tbierek u l-oħra tmiss sidru. Minn sidru kienu ħerġin żewġ raġġi, wieħed aħmar u l-ieħor bajdani. Hu qal lil Fawstina biex tpinġi xbieha fil-forma li kienet qed tara u bil-kliem taħt: Ġesù, jiena nafda fik. Fawstina ma kinitx taf tpinġi. Wara li tħabtet biex tiġi emmnuta, id-direttur spiritwali tagħha, Dun Mikiel Sopocko (ibbeatifikat fl-2008), għen biex jinstab pittur biex jagħmel it-tpinġija; ix-xbieha ta’ Ġesù tal-Ħniena Divina kienet murija lill-pubbliku għall-ewwel darba fit-28 ta’ April, 1935.

    Id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina baqgħet tikber kif Fawstina kompliet tikber fl-għaqda tagħha ma’ Kristu. Biex timxi mal-istruzzjonijiet ta’ Dun Sopocko, Fawstina niżżlet bil-miktub il-viżjonijiet u l-profezija tagħha fi djarju u dawn il-kitbiet mistiċi ġew tradotti f’ħafna lingwi.

    Fawstina ħabbret bil-quddiem id-data ta’ mewtha li seħħet bil-marda tat-

  • 12 SIGNUM FIDEI

    tuberkolożi fil-5 ta’ Ottubru 1938. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, iddikjaraha beata fit-18 ta’ April 1993; u

    seba’ snin wara ddikjaraha wkoll bħala l-ewwel qaddisa tat-tielet millenju. Riflessjoni, għaqda intima ta’ ruħ flimkien ma’ Alla: Alla jersaq lejn ruħ b’mod speċjali, li jkunu jafu bih biss hu u r-ruħ. Ħadd ma jara din l-għaqda misterjuża. Hija l-imħabba li tippresiedi f’din l-għaqda, u hija l-imħabba biss li jirnexxielha takkwista kollox. Ġesù jagħti lilu nnifsu lir-ruħ b’mod ġentili u ħelu, u fil-profondità tiegħu tinsab il-paċi. Huwa jagħti ħafna grazzji lir-ruħ u jagħmilha kapaċi li hija taqsam miegħu l-ħsibijiet eterni tiegħu. U spiss, huwa juriha l-pjanijiet divini tiegħu. Santa Marija Fawstina Kowalska Meditazzjoni ta San Ġwann Battista De La Salle: Med. 85, silta mit-2 punt You often receive Jesus Christ in your heart, but is he not there as though in a stable, finding there only dirt and corruption, because you have affection for other things rather than for him? If you looked upon him as your Savior and your Redeemer, what honor would you not pay him? Would you not keep him company, regarding him as God by paying attention to his holy presence and as man by meditating on his sufferings and his Passion? To find out whether you profit by the coming and dwelling in you that Jesus desires very much, consider whether you are more reserved, more recollected, and better behaved than you are on other days. On Communion days, do you watch more carefully not to lose control and give way to any ill humor or disorderly impulse? If you wish to profit by the coming of Jesus Christ in you, let him be the master of your heart, and be docile to whatever he might require of you, often saying to him with the Prophet Samuel, Speak, Lord, for your servant is listening, and with David, I will hear what the Lord God will say in me

    TALBA lil Santa Fawstina

    Għażiża Santa Fawstina, inti għidtilna li l-missjoni tiegħek fuq din l-art tibqa’ anke wara mewtek, u li ma tinsiniex.

    Il-Mulej, tak il-privileġġ kbir li tqassam il-grazzji kif tixtieq, lil min tixtieq u meta tixtieq.

    Għalhekk, nitolbuk, biex bl-interċessjoni tiegħek, tidħol għalina, biex naqilgħu l-grazzji li għandna bżonn.

    Fuq kollox, għinna nintelqu kompletament f’idejn Ġesù kif għamilt int

    u b’hekk nigglorifikaw il-Ħniena Divina tiegħu kull mument ta’ ħajjitna.

    Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 13

    Is-Sibt, 6 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

    San Bruno - presbiteru Santa Marija Franġiska tal-ħames pjagi - verġni

    Il-Beatu Diegu Lwiġi di San Vitores - presbiteru martri Il-Beatu Bartilmew Longo - lajk

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 42: 1-3,5,6,12-17 Issa b’għajnejja rajtek, għalhekk inċedi u nindem. 2. Salm 118: 66,71,75,91,125,130 Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, Mulej. 3. Luqa 10: 17-24 Ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis- smewwiet

    SAN BRUNO (ċ1030-1101) - fundatur tal-Kartużjani Twieled f’Kolonja, fil-Ġermanja. Meta kien għadu żgħir mar jistudja fl-

    iskola tal-Katidral ta’ Reims, waħda mill-aħjar fl-Ewropa. Għamel passi kbar fl-istudji klassiċi u sagri.

    Lura Kolonja tawh kanonikat u sar saċerdot. Fl-1056, mar lura Reims bħala professur u s-sena ta’ wara, meta l-magħruf Herimanus, rettur tal-iskola, irtira u sar reliġjuż, Ġervasju, isqof ta’ Reims, ħatru rettur.

    Għal kważi għoxrin sena (1057-1075) żamm għoli l-isem tal-iskola, li kienet saret hekk magħrufa taħt Gerbert u Heriman, predeċessuri tiegħu.

    Imbagħad Bruno, flimkien ma’ sitta oħra, ħalla warajh kulma kellu u nġabar fis-solitudni. Għall-ewwel marru taħt it-treġija ta’ San Robertu, abbati ta’ Molesmes; iżda fl-aħħar qatgħuha li jmorru jitolbu l-parir ta’ Sant’Ugo, isqof ta’ Grenoble. L-isqof ħadhom f’post deżert, imsejjaħ Chartreuse, fuq l-Alpi tad-Delfinat, xi erba’ mili ’l-bogħod minn Grenoble, f’nofs preċipizzji u muntanji.

    San Bruno, ma’ sitta minn sħabu, bnew monasteru (1084), fejn għexu fis-solitudni u l-faqar, jitolbu, jistudjaw, jaħdmu jikkupjaw opri prezzjużi, u josservaw fejn jistgħu r-regula ta’ San Benedittu. Infatti San Bruno ma kellu l-ebda ħsieb jistitwixxi ordni ġdid.

    Dan twettaq meta l-Providenza sejħitlu barra mid-Delfinat sitt snin wara. Il-Papa Urbanu II, dixxiplu tiegħu, sejjaħlu Ruma (1098) biex jgħinu bil-pariri tiegħu fit-tmexxijja tal-Knisja.

    Il-qaddis talab li jerġa’ lura biex jgħix fis-solitudni. Sa fl-aħħar il-Papa semgħu, iżda bil-patt li ma jirritornax Chartreuse.

    Il-Konti Ruġġieru tah il-wied għalliel ta’ La Torre, fid-djoċesi ta’ Skwillace, fejn mar jgħammar ma’ xi dixxipli li kien ġabar miegħu Ruma.

    Bit-twaqqif tat-tieni Certosa (S. Stiefnu) fil-Kalabrija (1095), u bil-ġenerożità tal-Konti Ruġġieru, il-ħajja Kartużjana ħarġet mill-muntanji tad-Delfinat.

  • 14 SIGNUM FIDEI

    F’Settembru tal-1101 ħass li s-siegħa tiegħu kienet waslet. Qabel ma miet ġabar ’l uliedu madwaru u għamel quddiemhom professjoni tal-Fidi Kattolika fuq il-misteri tat-Trinità u tal-Ewkaristija li kienu attakkati dik il-ħabta minn Roxxellinu (tri-tejiżmu) u minn Berengarju.

    Miet fil-5-6 ta’ Ottubru, 1101. Il-mewt tiegħu ġiet imħabbra fil-knejjes u l-monasteri prinċipali tal-Ewropa tal-Punent.

    Riflessjoni: Dan li għedna sa issa ma jfissirx li jkollna spirtu magħluq, imdejjaq, qares, malinkoniku, jew b’geddum sal-art u bla ħeġġa. Il-qaddis kapaċi jgħix bil-ferħ u b’sens ta’ umoriżmu. Mingħajr ma jitlef ir-realiżmu, idawwal lill-oħrajn bi spirtu pożittiv u mimli tama. Li nkunu Nsara hi “grazzja fl-Ispirtu s-Santu” (Rum. 14:17), għax “wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ. Għax min iħobb dejjem se jgawdi mill-għaqda mal-maħbub […] Għalhekk li wara l-karità jiġi l-ferħ.” Aħna rċivejna l-ġmiel ta’ kelmtu u nilqgħuh “fost ħafna taħbit bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu” (1 Tess 1:6). Jekk inħallu lill-Mulej jaqlagħna minn ġol-qoxra tagħna u jibdlilna ħajjitna, allura nkunu nistgħu naslu għal dak li talab minna San Pawl: “Ifirħu dejjem fil-Mulej; nerġa’ ngħidilkom, ifirħu” (Fil. 4:4).

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika, Gaudete et Exsultate

    Meditazzjoni ta San Ġwann Battista De La Salle: Med. 174, silta mill-1 punt Piety by itself is ordinarily useful only for the people who possess it, but when learning is united with piety, it makes for a great person very useful to the Church. Such was Saint Bruno, at once a burning and a shining light: burning, because of his love for God, and shining, because of the excellent lessons he gave to others. You must try to share the interior and exterior graces of this great saint. You will share his interior graces if you procure the piety appropriate to your state, by vigilance over self, by your good works, and by your prayers. You will share his external graces, as far as they are part of your duty, if you are dedicated to knowing thoroughly the Christian doctrine that you have to teach to your students and if you work to inspire them with piety through your sound teaching. Be diligent, then, to acquire both of these graces.

    TALBA Missier Etern, Missier Infinit,

    inti tafni aktar minn ħaddieħor għax Inti tagħmel kollox bi mħabba.

    Il-ħolqien kollu jfaħħar il-kobor u l-qawwa tiegħek, li nħossha preżenti f’kull mument ta’ ħajti.

    O Missier li ħlaqt is-sema u l-art, Inti ma tafx ħlief imħabba

    u li ma tixtieqx ħlief l-hena u l-ferħ u li tarani nfaħħrek, inqimek u nadurak.

    Grazzi Missier Etern għas-sbuħija li tridni ngħix fiha! Għall-glorja ta’ ismek.

    Bro. Louis Camilleri Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 15

    Il-Ħadd, 7 t’Ottubru Is-27 Ħadd ta’ Matul is-Sena

    L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 2: 18-24 Isiru ġisem wieħed. 2. Salm 127: 1-6 Iberikna l-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajjitna. 3. Lhud 2: 9-11 Kemm dawk li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin,

    ilkoll huma mill-istess wieħed. 4. Mark 10: 2-16 Dak li għaqqad Alla, m’għandux jifirdu l-bniedem Riflessjoni:

    “Jista’ jitlaq lil...?”. Minn mistoqsijiet bħal dawn , innoċenti u bla ħażen fl-apparenza tagħhom, li jinbtu tant gwajjijiet li jifnu lil qalb tad-dinja u tal-umanita: “taf int, nixtieq inkun ċert li minix niżbalja, li minix nagħmel dnub”, iżidu ftit wara biex jimmotivaw il-mistoqsija . Hekk magħmulin: ngħaddu ħajjitna nħażżu l-fruntieri u nistabbilixxu l-limiti u nipprevedu eċċezzjonijiet għal kull sitwazzjoni. Taqa’ taħt dan l-iskrutinju saħansitra r-regola evanġelika l-iktar sempliċi, dik li tirregola r-rapporti bejn il-bnedmin u li Ġesù jiġbor fi ftit kliem ċar: “ħobb lill-għajrek bħalek innifsek”. Minbarra hekk, il-ħajja prekarja u inċerta ta’ żmien Ġesù, fi żmienna saret tqila u stressanti tant li sar diffiċli li l-qalb ma tibbiesx u tingħalaq fiha nnifisha. M’aħniex kapaċi nissaportu kollox u anqas nilqgħu lil kulħadd... inkunu qegħdin nippretendu wisq.

    Il-ħajja spiss iġġiegħelna nagħmlu għażliet, nagħmlu limiti, neskludu lil min jista’ jkun jagħmlilna l-ħsara, nitilfu lil min ibeżżgħana jew iġiegħelna nistħu (għax hekk fil-fatt tfisser “jitlaq”). L-esperjenza konkreta ma turiniex spiss, li x-xewqa t’Alla li r-raġel u l-mara jkunu ġisem wieħed u ruħ waħda, m’hijiex possibbli? Ma narawx kif, waqt li Alla jibgħat lil Ibnu fid-dinja biex jerġa’ jagħti n-nifs – dak tal-Ispirtu – lin-nifs tqil tal-bniedem mgħaffeġ taħt it-toqol tal-liġi, dan tal-aħħar, imbeżża’ minn dan il-ftuħ infinit tal-imħabba t’Alla u minn din il-liberta imprevedibbli li tinbet minnu, jkompli jistaqsi jekk ikunx aħjar li jibqa’ fuq ġewwa ta’ dawk il-fruntieri bejn leċitu u illeċitu, fejn kollox hu iktar faċli u iktar ċar?

    Dan hu l-mod ta’ kif taħseb id-dinja, li issa sar ukoll komuni fost dawk l-Insara li għalihom ir-rejalta’ konkreta saret iktar evidenti mill-volonta t’Alla u l-verita divina hi għadu tal-miserikordja umana: u jiġġustifikaw ruħhom billi jgħidu “ il-bniedem maħluq hekk”, m’hemm xejn x’tagħmel u għalhekk trid taċċettah kif inhu, anke minħabba l-fatt li ħadd m’għandu dritt jitlob iktar minn dak li wieħed kapaċi jagħti.

    Din ir-rassenjazzjoni għar-regoli tad-dinja, dan l-adattament għall-istil tagħha, mhux biss iġiegħel il-messaġġ evanġeliku tallum jidher

  • 16 SIGNUM FIDEI

    opprimenti, saħansitra diżuman, imma jċekken il-Vanġelu ta’ Ġesù għal liġi, jew regola - dik tal-indissolubbilta taż-żwieġ, b’dak kollu li ġġib magħha. Ma kinitx din l-intenzjoni ta’ Ġesù, li ma ġiex biex jistabbilixxi iktar regoli, imma biex iwassal kollox lura lejn il-bidu lejn dak il-prinċipju li għax Alla ħalaq kollox tajjeb, jara lill-umanita bħala l-għarusa tiegħu, iħobbha bħalu nnifsu, u ma jirrassenjax ruħu li jitlef imqar lil xi ħadd wieħed: il-prinċipju li jiġbor il-liġijiet fl-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. It-tagħlim ta’ Ġesù jieħu tifsira biss jekk il-kelmiet il-kbar tal-ħajja u tal-imħabba – fedelta, uniċita,imħabba esklussiva u għal dejjem, fertilita, kastita – ikunu mgħixa bħala don u sejħa t’Alla.

    Mhijiex kumbinazzjoni li t-test jagħlaq b’Ġesù li jħaddan miegħu lit-tfal u jgħid: “min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha”. Spiss minflok, anke aħna li nemmnu inħossu fina l-qrusa tar-rabta, in-nixfa taċ-ċaħda u jogħlew fuq il-gost tal-iskoperta ta’ dak it-teżor awtentiku li hu l-imħabba infinita li Alla waddab fil-qalb tagħna.

    Ħafna drabi fl-għażliet tagħna ta’ kuljum iktar jinħassu togħma ta’ staġnar, rabta mal-passat u l-għeluq taċ-ċertezzi ta’ ħajjitna, milli t-tiġdid u l-awdaċja tat-tama f’sema ġdida u art gdida li wiegħdna Alla. Tiġi mwarrba liġi u minnufih nintrabtu b’ oħra, nevitaw dik l-isfida li Bernanos jiġbor bil-motto “ jeħtieġ li nerġgħu nagħmlu bnedmin ħielsa”, bnedmin li flimkien ma ħarsa u qalb safja bħal tat-tfal, jafu jgħaqqdu l-entużjażmu ġovanili u r-responsabbilta adulta; li ma jibżgħux isiru dak li huma: xbiha t’ Alla.

    Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota

    IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAR-RUŻARJU. Il-festa tal-lum inbdiet fl-1571 mill-Papa Piju V b’radd il-ħajr lill-

    Madonna tal-għajnuna li tat għar-rebħa kbira tax-xwieni Nsara fuq it-Torok f’Lepanto, sitt snin wara l-Assedju kbir ta’ Malta, u preċiżament fis-7 ta’ Ottubru tas-sena 1571. Din il-festa ġiet estiża għall-Knisja Universali fl-1716 meta l-Prinċep Ewġenju rebaħ rebħa oħra importanti fuq l-istess għadu fl-Ungerija.

    Ir-Rużarju Mqaddes ħa spinta kbira bid-dehriet tal-Madonna f’Lourdes u f’Fatima u bl-appelli ta’ ħafna qaddisin u Papiet.

    Ir-Rużarju hu wieħed mill-aktar devozzjonijiet lejn ommna Marija approvata mill-Knisja. Anzi hu d-devozzjoni prinċipali Marjana fil-Knisja tal-Punent matul l-aħħar 500 sena. Jikkonsisti fir-reċita tal-isbaħ talbiet li għandna, jiġifieri l-Missierna, is-Sliema u l-Glorja, kif ukoll meditazzjoni dwar il-misteri ewlenin tal-ħajja ta’ Ġesù u ommu Marija.

    Il-papiet għanew din id-devozzjoni tar-Rużarju b’bosta indulġenzi, u ħabirku biex jingħad regolarment mill-Insara, possibilment kuljum, għax iġib grazzji kbar fuq min jirreċitah bid-devozzjoni. Kien il-Papa San Ġwanni Pawlu II li kompla żejjen ir-rużarju meta mal-misteri tal-ferħ, tat-tbatija u tal-glorja żied il-misteri tad-dawl.

  • SIGNUM FIDEI 17

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 150, silta mit-3 punt One of their main practices for promoting piety among the faithful is to inspire them with devotion to the Most Blessed Virgin, especially to her rosary, which they recite daily in choir with much piety. How fortunate you are to have for your purpose to teach children their religion and to do so by teaching them catechism every day! One of the best means you can use to succeed in your work is to have a very special devotion to the Most Blessed Virgin and to communicate this devotion to the hearts of those entrusted to you. Do you recite the rosary every day? Do you lead your students to do the same? With what piety do you recite it and have them recite it? Doyou offer this prayer as a tribute that we in our Institute pay to the Most Blessed Virgin and as a powerful way to draw down her help and protection on our Institute and on your work?

    TALBA

    O rużarju mbierek ta’ Marija, katina ħelwa li tgħaqqadna ma’ Alla,

    rabta ta’ mħabba li sseħibna mal-anġli, qawwa għall-ħelsien meta jaħbtu għalina d-dlamijiet, port żgur mit-tempesti tal-ħajja, aħna ma nħalluk qatt.

    Int tkun l-hena tagħna fis-siegħa tal-agunija u lilek nagħtu l-aħħar bewsa tal-ħajja li tintemm.

    U l-aħħar kelma li toħroġ minn fommna, ikun l-isem ħelu tiegħek,

    O sultana tar-rużarju, O Madonna ta’ Pompej, O omm għażiża tagħna,

    O kenn tal-midinbin, O faraġ tal-imnikktin.

    Tkun imbierka, illum u għal dejjem fl-art u fis-sema.

    Supplika lis-Sultana tar-Rużarju Mqaddes

    Missierna ...

  • 18 SIGNUM FIDEI

    It-Tnejn, 8 t’Ottubru San Ugo - konfessur

    Santa Pelaġja – verġni u martri Santa Tajde - penitenti

    L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 8: 22-23.27-30 Ħarstek taqlagħhiex minn fuq din id-dar 2. Salm 83: 3-5, 10-11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! 3. Luqa 19: 1-10 Illum ’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni. L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina Skont it-tradizzjoni, meta n-Normanni ħadu lil Malta mill-Għarab, ħasbu għall-bini tal-katidral l-antik tal-Imdina u għanuh b’ħafna renti. Il-katidral qadim ġarrab ħsarat kbar fit-terrimoti tal-1693, u minfloku nbena ieħor ikbar u isbaħ, ikkonsagrat fit-8 ta’ Ottubru, 1702. SANTA TAJDE (Seklu 4) - penitenti Jingħad li Tajde għexet fis-seklu 4. Skont il-leġġenda tagħha, hija kienet

    imrobbija bħala Nisranija imma saret magħrufa f’Lixandra, l-Eġittu, minħabba li bi ġmielha kienet tipprova tiġbed u twaqqa’ fid-dnub lil diversi rġiel.

    Il-fama tal-ħażen tagħha wasal ukoll f’widnejn Pafnuzju, li kien jgħix fid-deżert qrib, li ħalla l-ħajja rtirata tiegħu biex jgħinha tbiddel ħajjitha.

    Meta wasal fid-dar tagħha talabha li jkellimha fejn żgur ma kien jarahom u josservahom ħadd. “Jekk inti qed tibża’ li jarawk in-nies”, qaltlu Tajde, “hawn ma jarana ħadd; imma jekk qed tgħid għal Alla, inti taf tajjeb li hu jinsab kullimkien.”

    Pafnuzju ħa spunt minn dak li kienet qalet u kellimha fuq it-tmiem tagħha meta jkollha tagħti kont ta’ għemilha kollu. L-eremit irnexxielu bil-grazzja t’Alla, ibiddlilha ħajjitha.

    Hi għamlet ħuġġieġa u ħarqet fiha l-ilbies u l-ġawhar li bihom kienet tiżżejjen u tiġbed in-nies lejha u Pafnuzju ħadha f’kunvent ta’ reliġjużi nisa fid-deżert.

    Wara li għalaqha f’ċella qalilha biex tgħid spiss it-talba: “Inti li ħlaqtni, ikollok ħniena minni.” Għaddiet tliet snin f’din iċ-ċella titlob u tpatti għal ħtijietha, u hemm fl-aħħar sabet tassew il-paċi tal-qalb.

    Wara dan Pafnuzju, bil-parir ukoll ta’ eremit famuż ieħor, San Anton Abbati u rħieb oħra sħabu, fosthom Pietru s-Sempliċi, ħariġha miċ-ċella u reġa’ taha l-libertà.

    Imma Tajde l-penitenti talbet li tingħaqad mas-sorijiet ta’ dak il-kunvent fejn mietet ġimagħtejn wara.

  • SIGNUM FIDEI 19

    Riflessjoni: Żakkew salvatu l-kurżità. Kien jiġbor it-taxxi. Kien tat-tajjeb minn fuq il-commission li kien jiġbor u anke minn dak li kien jeħel ma’ jdejh. Ried jara lil Ġesù, kurżità biss? Jista’ jkun, iżda kienet kurżità fatali għalih għax Ġesù ried jiekol għandu! Żakkew inħakem mill-qawwa tal-imħabba divina tal-leħen il-maħbub, obda, niżel u mar iħejjilu l-ikla. In-nies, li jridu jtaqtqu fuq kollox, li jippretendu li jiġġudikaw huma u mhux Alla, li mhumiex jaċċettaw li Alla jħobb il-midneb, li huma bħall-iben il-kbir fil-parabbola tal-iben il-ħali, bdew igergru kontra Ġesù għax kien sejjer jiekol għand midneb. Żakkew inbidel u wiegħed pubblikament li ser ipatti s-serq kollu tiegħu. Ġesù ma qallu xejn biex jagħmel dan, iżda l-preżenza tal-Mulej f’daru bidlitu u għaraf li kien fid-dlam meta d-dawl daħal f’daru. Kemm lest inti li tagħmel bħal Żakkew?

    Publikazzjoni Dumnikana “Mitt Minuta mal-Mulej”

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 62, silta mill-1 punt Entering the Temple of Jerusalem, Jesus Christ found people there who were selling and buying, thus profaning the Temple of the living God. He drove them out, telling them that his house is a house of prayer and that they are making it a den of thieves. You are here in a house of prayer, and prayer ought to be your principal occupation. God’s Spirit will not reside here, and God will not pour out his blessings here, except insofar as it will be a house of prayer. When you lose the spirit and the love of prayer, God will look upon you with displeasure as someone who is both unworthy of a work that is his own work and like those who make his house a den of thieves.

    TALBA O Alla,

    la tinsinix int meta ninsiek jien. La tħallinix int meta nħallik jien.

    La ċċanfarnix meta nidneb. Sejjaħli jekk naħrablek.

    Iġbidni lejk jekk ma nkunx irrid naf bik. Erfagħni jekk naqa’.

    Erġa qegħedni fuq riġlejja u mexxini fit-triq tiegħek.

    Ammen. San Tumas ta’ Aquino

    (Kliem ta’ Fidi ... Pubblikazzjoni ĊAK)

    Missierna ...

  • 20 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, 9 t’Ottubru San Jaime Hilario u San Cirillo Bertran u sħabu, martri ta’ Turon - frères

    San Djonisju - isqof u sħabu, martri San Ġwann Leonardi - presbiteru San Ludovik Beltran - presbiteru

    Il-Beatu Antonju Patrizi – presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 1: 13-24 Alla għoġbu jirrivelali lil ibnu biex inħabbru fost il-ġnus. 2. Salm 138 :1-3,13-15 Mexxini Mulej fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10: 38-42 Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem.

    IL-QADDISIN BROTHERS MARTRI Il-Brothers martri kienu:

    Bro. Cirillo Bertvan – id-direttur

    Marciano Jose

    Victoriano Pio

    Julian Alfredo

    Benjamin Julian

    Augusto Andres

    Aniceto Adolfo

    Benito de Jesus, li kien mill-Arġentina

    Br. Jaime Hilario minn Catalonia Dawn kienu l-ewwel vittmi mill-villaġġ ta’ Turon, fil-proninċja ta’ Asturia, li

    ġew maqtula flimkien mal-kappillan tal-kommunità, Patri Inocencio de la Immaculada, Passjonista.

    Dawn inqatlu quddiem l-iskola fejn kienu jattendu t-tfal ta’ xi wħud mill-qattiela. Dan kien id-dewqien tat-tempesta li kienet ser taqa’ bil-għadab fuq il-pajjiż fl-erbgħa u għoxrin xahar li ġew wara.

    Ilkoll mietu fl-aħjar żmien ta’ ħajjithom, kuraġġużi quddiem il-mewt, jagħrfu fiċ-ċert li meta qed jagħtu ħajjithom għall-fidi kienu ser jakkwistaw il-ħajja eterna.

    Wieħed minnhom, Brother Jaime Hilario minn Catalonia, miet f’ċirkustanzi li werwru lil dawk li sparawlu. Il-Brother baqa’ bilwieqfa wara li sparawlu l-ewwel balal. Reġgħu sparawlu u l-brother baqa’ bilwieqfa. Is-suldati twerwru, xeħtu l-azzarini fl-art u ħarbu. Il-kaptan beda jitkellem ħażin, beda jisħtu u mar maġenbu u sparalu bil-pistola. Il-kaptan kien student tal-istess brother.

    Il-Brothers flimkien ma’ Brother Jaime Hilario ġew ibbeatifikati nhar id-29 t’April, 1990 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II. Filwaqt li ġew ikkanonizzati mill-istess Papa nhar il-21 ta’ Novembru 1999.

  • SIGNUM FIDEI 21

    Nhar il-beatifikazzjoni ta’ dawn il-Brothers seħħ il-miraklu ta’ fejqan ta’ Auxiliadora Bravo Jiron, minn Leon, fin-Nigarakwa, li ma setax jitfisser, u li kien studjat u approvat mill-Vatikan.

    Riflessjoni: Xi jfisser mela, li nitolbu, li nkunu miġbudin jekk mhux li ningħaqdu b'mod intimu mal-oġġett li jaħkem il-qalb? Li kieku n-nar u l-ħadid kellhom ir-raġuni, u dan tal-aħħar kellu jgħid lill-ieħor: “iġbidni”, ma jkunx qiegħed juri forsi li jixtieq jidentifika ruħu man-nar b’tali mod li jinfdu u jimlieh kollu kemm hu bis-sustanza tikwi tiegħu u donnu jsir ħaġa waħda miegħu? Maħbuba Madre, ara din hija t-talba tiegħi: nitlob lil Ġesù li jiġbidni fil-fjammi ta' mħabbtu, li jgħaqqadni miegħu hekk bis-sħiħ illi jgħix u jaħdem fija hu. Inħoss li iktar ma’ n-nar tal-imħabba jqabbadli qalbi, iktar ngħid: Iġbidni, u iktar ukoll l-erwieħ li se jersqu lejja (imsejken fdal ċkejken ta’ ħadid bla siwi li kieku kelli nitbiegħed mill-ħuġġieġa divina) dawn l-erwieħ iktar se jiġru bil-ħeffa wara r-riħa tal-fwejjaħ tal-maħbub tagħhom, għax ruħ mixgħula bl-imħabba ma tistax tibqa' inattiva; bla dubju, bħal Santa Marija Maddalena, hija tibqa' f'riġlejn Ġesù, tisma' l-kelma ħelwa u mħeġġa tiegħu. Għalkemm tidher li mhi qed tagħti xejn, hija tkun qiegħda tagħti ħafna iktar minn Marta li tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ u trid li oħtha tagħmel bħalha. Bl-ebda mod mhuma l-ħidmiet ta' Marta li Ġesù sab tort fihom: dawn il-ħidmiet, l-Omm Divina tiegħu qagħdet għalihom bl-umiltà tul ħajjitha kollha, għax kien meħtieġ li tħejji l-ikel għall-Familja Mqaddsa. Huwa l-inkwiet biss tal-mara mħeġġa li kienet qed tilqgħu għandha, illi huwa ried jikkoreġi (Lq. 10, 41). Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

    Meditazzjoni ta San Ġwann Battista De La Salle: Med. 60, silta mit-2 punt You must produce two kinds of fruit. The harvest of grace in your own regard consists in the holiness of your actions. Because you wear a habit entirely different from that in the world, you ought to be a new man, created in justice and holiness, as Saint Paul says. Everything about you, within and without, ought to reveal the holiness to which your profession obliges you. Your exterior must be holy because it must be edifying. You must be so recollected, selfcontrolled, and reserved that it is clear that God dwells in you and that you have only God in view in all your conduct.

    TALBA Mulej Alla tiegħi!

    Int ħlaqtni skont ix-xbieha tiegħek. Iżda Mulej, id-dnub għadda minn ġo fija,

    Mulej Alla tiegħi! X’fadalli? Veru Mulej, fadalli l-kliem ta’ Ġesù ibnek,

    li jiena nibqa’ fidil lejh. U matul il-ġurnata tiegħi nżommu f’qalbi

    biex inkun ta’ eżempju għall-oħrajn. Agħmel li tinbet f’qalbhom ix-xewqa li jgħixu ta’ Nsara tassew,

    u li huma wkoll isiru qaddisin. Mulej Alla imla ’l qalbi bl-Ispirtu tiegħek ħalli jqaddisni.

    Bro. Louis Camilleri Missierna ...

  • 22 SIGNUM FIDEI

    L-Erbgħa, 10 t’Ottubru San Tumas ta’ Villanova - isqof Santa Ġustina - verġni u martri

    San Danjel u sħabu - martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 2: 1,2,7-14 Għarfu l-grazzja li kienet mogħtija lili.

    2. Salm 85: 3-6,9,10 Il-Mulej kollu tjieba u fedeltà.

    3. Luqa 11: 1-4 Mulej, għallimna nitolbu.

    SAN TUMAS MINN VILLANOVA (1488-1555) San Tumas twieled Fuentellana, fil-Kastilja, Spanja u ħa ismu minn

    Villanueva, xi żewġ mili bogħod, fejn trabba fil-prattika tar-reliġjon u tal-karità.

    Kull nhar ta’ Ġimgħa missieru, Alonso Tumas Garcia, kien jagħti lill-fqar kull ma jaqla’ dak il-jum mill-mitħna, barra mill-ħobż li kien jagħti kuljum. Fil-festi l-kbar kien iżid ħatab, inbid u flus. Meta miet żewġha, Lucia Martinez Castellanos, ommu, baqgħet tagħti l-istess karità u bdiet tagħti lbies u għajnuna lix-xebbiet fqar tal-inħawi.

    Ta’ 16-il sena, Tumas mar l-università ta’ Alkalà, fejn, wara li kiseb il-grad ta’ M.A. u tat-Teoloġija, beda jgħallem il-loġika u l-filosofija (1514). Sew bħala student, kemm bħala professur, kien xempju ta’ regolarità fid-dmirijiet ta’ Nisrani u kien iqassam il-ħin tiegħu bejn it-talb, l-istudju u l-prattika tal-opri tajba. Fost l-iskulari tiegħu kellu l-magħrufin Encina u Duminku Soto.

    Wara sentejn irrofta l-kattedra ta’ Filosfija fl-Università ta’ Salamanca u daħal mal-Agostinjani (1516) ta’ hemm. Fin-novizzjat wera li kien ġa mrawwem fil-penitenzi, fil-meditazzjoni u fl-ubbidjenza.

    Sena wara ntrabat u wara sena oħra ordna saċerdot. Beda jgħallem it-Teoloġija skolastika fil-kunvent ta’ Salamanka, żied ukoll il-predikazzjoni tal-kelma ta’ Alla fl-ibliet ewlenin ta’ Spanja, bħal Valencia u Valladolid, fejn l-Imperatur Karlu V ħatru predikatur tal-qorti imperjali u kunsillier tal-Istat.

    Tumas kellu bosta karigi importanti fl-ordni: pirjol Salamanka, Burgos u Valladolid; darbtejn provinċjal, ta’ Andalusija u ta’ Kastilja, minn fejn bagħat l-ewwel missjunarji Agostinjani fil-Messiku (1533).

    Waqt li kien pirjol Valladolid ġietu n-nomina ta’ arċisqof ta’ Valencia (5 ta’ Awwissu 1544). L-ewwel ħaġa li għamel, beda żjara tad-djoċesi u daħħal bosta digrieti kontra l-abbużi tal-qtil, tad-divorzju, tal-konkubinaġġ u ta’ bosta privileġġi u eżenzjonijiet eċċessivi.

    Żar ukoll il-ħabsijiet u għalaq dawk li kienu taħt l-art. Reġa’ waqqaf l-isptar, maħruq f’inċendju; bena żewġ kulleġġi wieħed għas-seminaristi u l-ieħor għat-tfal fqar; ħadem ħafna għall-konverżjoni sinċiera ta’ bosta

  • SIGNUM FIDEI 23

    “Moriscos” jew “Insara ġodda” li kienu saru Nsara biex jaħarbu mill-Inkwiżizzjoni; fetaħ “creche” ħdejn il-palazz għall-iltiema u għat-tfal tal-fqar; u b’liġijiet u bl-eżempju ħadem bla mistrieħ għar-riforma tal-kleru u tal-poplu.

    L-idea tiegħu ta’ isqof kienet li hu marbut mad-djoċesi bħalma għarusa tkun marbuta mal-għarus u l-preokkupazzjoni tiegħu kienet li jaqdi dmirijietu kif jixraq.

    Tah kolp ta’ anġina f’Awwissu 1555 u miet fit-8 ta’ Settembru waqt li kien jisma’ l-quddiesa f’kamartu.

    Riflessjoni: Nisimgħu lil xi ħadd jgħidilna: “Jien ma nitlobx mhux għax ma nixtieqx jew għaliex niddejjaq, imma għaliex ma nafx nitlob”. Imma min jitkellem hekk imissu jaf li dan kollu kliem fieragħ. Min tassew jixtieq li jinxteħet f’riġlejn Alla biex iwassallu ħsibijietu, ħtiġijietu u xewqatu, m’għandux għalfejn jgħaddi korsijiet biex jitgħallem kif għandu jitlob u xi kliem għandu jinqeda bih. Alla ma jimpressjonax ruħu bi kliem twil u mżejjen u mingħand il-bnedmin jistenna li jiftħu qalbhom miegħu, kulħadd kif jaf hu. Jekk ma nafux lanqas biss kelma waħda, huwa biżżejjed li nħossu rwieħna quddiemu u nibqgħu siekta, naħsbu biss fil-kobor tiegħu u fl-imħabba tiegħu. Patri Harry Born

    Meditazzjoni ta San Ġwann Battista De La Salle: Method of Interior Prayer Interior prayer is an inner activity in which the soul applies itself to God. It is so called to distinguish it from vocal prayer which is partly an activity of the body, because it is produced by the mouth, but at the same time is an activity of the mind, which should be involved in it. It is called interior because it is an activity not simply of the mind but of all the powers of the soul and because, to be genuine and effective, it must take place in the depths of the soul, that is to say, in the innermost part of the soul.

    TALBA Mulej!

    Qajjimni u għinni nitlob miegħek qabel ma jżernaq, li ma nibżax immur fix-xagħri mwarrab

    biex infittxek fis-skiet, fis-solitudni, biex nitlob miegħek, u naqsam miegħek

    imħabbtek lejn il-Missier, imħabbtek lejn il-midinbin,

    lejn l-imwarrbin. Mulej Ġesù! Int li wara ġurnata tfejjaq

    u tfarraġ lil tant nies minn post għal ieħor, int kont tħoss dak il-bżonn ħerqan

    li twarrab u tmur fis-solitudni tiltaqa’ mal-Missier, qajjimni ħa niġi nitlob miegħek!

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 24 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħamis, 11 t’Ottubru San Ġwann XXIII - Papa

    Il-Beatu Elija tas-Sukkors Nieves - presbiteru u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 1-5 L-ispirtu rċevejtuh mill-opri tal-liġi jew mis-smigħ tal- fidi? 2. Salm Luqa 1: 69-75 Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-

    poplu tiegħu. 3. Luqa 11: 5-13 Itolbu u jingħatalkom. IL-BEATU PAPA ĠWANNI XXIII (1881-1963) Il-Papa li twieled fqir, għex fqir u miet fqir.

    Fil-25 ta’ Novembru 1881, Angelo Giuseppe Roncalli twieled f’Sotto l-Monte - ħdejn Bergamo. Missieru kien Battista Roncalli u ommu kien jisimha Marianna Mazzola. Huwa ġie mgħammed dakinhar stess. Kien minn familja numeruża ta’ bdiewa u ferm fqira.

    Fis-sena 1904 ordna saċerdot. Minn meta qaddes qatt ma naqas li jagħmel irtir kull sena. Kien ikun irtir ta’ tmint ijiem. Ta’ spiss kien jagħmel pellegrinaġġ għal xi santwarju tal-Madonna fl-Italja u f’pajjiżi oħra.

    Matul l-Ewwel Gwerra kien suldat u bħala saċerdot kien il-kappillan tal-isptar ta’ Bergamo.

    Fl-1921, kien inkarigat mill-opri missjunarji tal-Knisja kollha. Fl-1924, laħaq professur tal-Patroloġija fl-Università tal-Lateran. Fl-1925, kien ikkonsagrat isqof għall-knejjes tal-Lvant. Mis-sena 1924 sal-1944, kien viżitatur appostoliku, l-aħħar għoxrin sena kien nunzju appostoliku, f’diversi minn dawn il-pajjiżi tal-Lvant, anke fl-aħħar snin qabel il-Konċilju Vatikan II, fl-Ewropa.

    Il-Papa Piju XII, fl-1952 għażlu bħala patrijarka ta’ Venezja. Fl-1953, ġie nnominat kardinal mill-istess Papa Piju XII. Bejn l-1954 u l-1957 ħa sehem f’diversi laqgħat pastorali u pellegrinaġġi f’diversi pajjiżi.

    Fid-9 ta’ Ottubru tal-1958, miet il-Papa Piju XII. Fit-28 ta’ Ottubru 1958 ġie elett Papa. Huwa kiteb diversi enċikliki. Fil-31

    ta’ Marzu 1961 ħareġ l-enċiklika: Mater et Magistra. Fl-1963 sejjaħ Konċilju Ekumeniku. U ftit wara fl-istess sena tal-1963 ħareġ l-enċiklika: Pacem in Terris.

    Miet fit-3 ta’ Ġunju 1963, imma l-festa tiegħu ssir illum 11 ta’ Ottubru, il-jum meta nfetaħ il-Konċilju Vatikan II – li allura kienet issir festa ta’ Marija Omm Alla li issa ġiet trasferita għall-1 ta’ Jannar. Ġwanni XXIII, magħruf mill-poplu bħala ‘Il Papa Buono’, ġie ddikjarat beatu mill-Papa Ġwanni-Pawlu II fit-3 ta’ Settembru 2000 flimkien mal-Papa Piju IX.

    Il-Papa Ġwanni XXIII kien ikkanonizzat flimkien mal-Papa Ġwanni Pawlu II, nhar is-27 t’April, 2014, mill-Papa Franġisku.

  • SIGNUM FIDEI 25

    Riflessjoni: Ir-ruħ issejjaħ ... lil Alla ... Ħanini biex aktar tqanqlu u tiġbdu għat-talba tagħha, għax meta Alla jkun maħbub, b’ħeffa kbira jisma’ t-talbiet ta’ min iħobbu. Hekk ukoll jgħid f’San Ġwann: “Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom, itolbu kulma tridu u jingħatalkom” (Ġw. 15, 7). Għalhekk ir-ruħ tista’ tassew issejjaħlu Ħanini meta hi tinsab kollha miegħu, billi qalbha mhix marbuta ma’ xi ħaġa oħra barra minnu; u hekk, is-soltu titfa’ ħsiebha fuqu. San Ġwann tas-Salib Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 95, silta mill-1 punt Such is the practice of the saints, which is to avoid conversation with people and to love conversing with God. Do you feel inclined to this practice? Your duty is to pray diligently and affectionately to draw down on you a great number of graces that you need in your state, both for your own sanctification and for the sanctification of others. Be assured that the more you devote yourself to prayer, the more you will also do well in your work. Because you are not able to do anything well for the salvation of souls, you must often turn to God to obtain what your profession obliges you to give to others. For God, says Saint James, is the Father of lights, and from God every perfect gift comes down.This includes everything that is given and is needed to procure our salvation. Earnestly beg of God this spirit of prayer.

    TALBA

    Mulej għal-lum biss, ser inwettaq għall-inqas ħaġa waħda li ma tantx għandi aptit nagħmilha.

    Jekk offendewni nagħmel minn kollox biex ħadd ma jkun jaf. Mulej għal-lum biss,

    nemmen b’fidi ferma anke jekk iċ-ċirkustanzi jkunu kontra, u li l-providenza tal-ħanin Alla tieħu ħsiebi, bħallikieku xejn ma jeżisti aktar fid-dinja.

    Mulej għal-lum biss, ma nibża’ xejn u speċjalment ma nibża’ xejn nuri

    l-apprezzament tiegħi lejn dak li huwa sabiħ, u nemmen fit-tjubija..

    Il-Papa San Ġwanni XXIII Missierna ...

  • 26 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru San Serafin minn Montegranaro - reliġjuż

    San Wilfred - isqof ta’ York Il-Beatu Jan Beyzyn - presbiteru

    Il-Beata Marija Tereza Fasce - verġni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 7-14 Dawk li jemmnu jitbierku ma’ Abraham. 2. Salm 9: 2,3,6; 16:8,9 Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja. 3. Luqa 11: 15-26 Jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’

    Alla dan ifisser li waslitilkom is-saltna ta’ Alla.

    SAN SERAFIN TA’ MONTEGRANARO - reliġjuż (1540-1604) Dan il-qaddis kien iben bennej fqajjar minn Montegranaro, fil-Marche ta’

    Ancona. Hu nnifsu kien qed jistenna li jikber biex bħal ħuh akbar minnu jieħu s-sengħa ta’ missieru, imma sadanittant kien jaqla’ xi ħaġa tal-flus jirgħa n-nagħaġ f’raħal fil-qrib.

    Mal-mewt ta’ missieru, hu kien imsejjaħ lura d-dar; u ħuh ikbar minnu, li allura issa kien beda jaħdem miegħu jgħinu fil-bini bħala assistent, kien jiddieħak bih minħabba t-tjubija tiegħu, kien jumiljah u jheddu, u kien ukoll isawtu u jittrattah ħafna ħażin.

    Huwa kellu l-ħsieb li jmur eremit iżda meta sema’ bil-Kappuċċini applika biex jidħol ajk magħhom f’Tolentino. Wara li ġie rrifjutat kemm-il darba, il-provinċjal daħħlu ta’ 16-il sena.

    Serafin għamel progress kbir fil-ħajja spiritwali iżda ma tantx kien tajjeb għax-xogħol ordinarju li jagħmlu l-ajkijiet u kien isir ħafna tgergir dwar li Serafin kien bla grazzja f’għemilu.

    Il-fedeltà tiegħu lejn ir-regola, id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament, il-karità lejn kulħadd u l-mirakli tiegħu għamluh maħbub mill-poplu.

    Għadda żmien twil mill-ħajja tiegħu monastika f’deżolazzjoni interna, spiss kien anki jiddubita mis-salvazzjoni ta’ ruħu.

    Huwa miet f’Ascoli fl-età ta’ 64 sena u sitt snin wara Pawlu V ppermetta li jinxtegħlu l-lampi fuq il-qabar tiegħu.

    Riflessjoni: Ħajjitna hija mixja wara Ġesù u tiġrib qalil kontra l-ħażen. Ġesù jrid jurina li lkoll kemm aħna rridu nitħejjew biex inkunu miegħu u tiegħu iżda fl-istess ħin inxandru li s-saltna ta’ Alla waslet u dan nagħmluh bix-xhieda tagħna. Is-saltna ser nakkwistawha billi nindmu u nemmnu fil-bxara t-tajba. Mhux nindmu biss iżda nxandru bl-għemil dak li aċċettajna fil-qalb tagħna, li s-saltna ta’ Alla waslet.

    Mitt Minuta mal-Mulej, Pub. Dumnikana

  • SIGNUM FIDEI 27

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 19, l-1 punt Today’s Gospel relates that Jesus Christ delivered a man possessed by a dumb demon, that is, one who prevented the victim from speaking. This is a figure of those who remain mute in their relationship with their superiors, who do not open to them the depths of their hearts. This is very harmful, often the most harmful thing an inferior can do. When you are sick, you can scarcely be cured if you cannot explain what is wrong; so too if you do not expose the wound in your soul to your spiritual physician, you run the risk of remaining ill for a long time. What was at first only a slight spiritual difficulty becomes a strong temptation, because the sufferer did not have the courage to discuss it openly with his Director. A fault thus concealed is followed by another still more serious, and in the end the problem becomes incurable because it was not brought to light at the beginning, when nothing would have been easier to remedy.

    TALBA

    fuq il-vers - “Henjin dawk li jħarsu l-Preċetti Tiegħek” (Salm 118.2). Mulej Ġesù,

    għinni ħalli mmut għalija nnifsi, għal dak kollu li qiegħed ifixkilni li nimxi fuq l-eżempju tiegħek,

    l-egoiżmu, l-għażż, dak kollu li qed jimmina r-rieda tiegħi

    biex nosserva l-liġi tiegħek. Mulej, ippermetti li jiena

    nħabrek biex inxandar u nkattar is-saltna tiegħek,

    billi nkun il-messaġġier ta’ għaqda, imħabba u paċi.

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

    Is-Sibt, 13 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

    San Edwardu - re tal-Ingilterra Il-Beatu Gerardu Sasso

    Il-Beatu Onorat Kozminski - presbiteru Il-Beata Alessandra M. da Costa - verġni

    L-Aħħar Dehra ta’ Fatima

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

  • 28 SIGNUM FIDEI

    Qari: 1. Galatin 3: 22-29 Intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi. 2. Salm 104: 2-7 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 11: 27-28 Hieni l-ġuf li ġiebek! Aktar hienja dawk li jisimgħu l-

    kelma ta’ Alla u jħarsuha.

    Il-Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Illum issir ukoll tifkira tal-aħħar fost is-sitt dehriet tal-Madonna ġewwa

    Fatima, fil-Portugall, li seħħew waħda kull xahar bejn it-13 ta’ Mejju u t-13 ta’ Ottubru 1917, lill-aħwa qaddisin Francesco u Giacinta Marto u lil kuġinithom Luċija dos Santos. Fihom il-Madonna reġgħet saħqet għal ħajja aħjar u għar-reċita tar-Rużarju Mqaddes.

    Il-ġrajja ta’ Fatima tibda fix-xahar ta’ Mejju, 1917. L-Ewwel Gwerra Dinjija kienet fl-aqwa tagħha. Żmien ta’ ħerba, imwiet u biża’. Il-Papa Benedittu

    XV talab lit-tfal kollha tad-dinja biex jitolbu għall-paċi. Fit-13 ta’ Mejju, fir-raħal ċkejken ta’ Fatima, qrib Lisbona l-Portugall, tlitt

    itfal kienu jirgħu n-nagħaġ fil-Cova da Iria. Dawn kienu Luċija ta’ ħdax-il sena, Franġisku, il-kuġin tagħha ta’ disa’ snin, u Ġaċinta, oħtu ta’ sebgħa. Luċija kienet imħassba dwar ħuha li kien suldat mibgħut għall-gwerra.

    F’nofsinhar, hekk kif it-tfal temmew ir-Rużarju li kienu jgħidu ta’ kuljum, raw il-leħħa tal-beraq fis-sema u semgħu r-ragħad ikarwat. Dan beżżagħhom ħafna għax l-ajru kien tassew bnazzi! Huma ħaffu jniżżlu n-nagħaġ minn fuq il-għolja u saquhom lejn post għall-kenn.

    Imbagħad, waqt li kienu jħarsu mistagħġba, lemħu sinjura sabiħa wieqfa fuq sħaba li kienet imwieżna fuq balluta tal-liċi. F’idha kellha kuruna tar-Rużarju u l-libsa bajda tagħha kienet tlellex b’dawl tas-sema. Luċija staqsiet lis-Sinjura mnejn kienet ġiet. “Mis-sema,’’ weġbitha s-Sinjura.

    Is-Sinjura talbet lit-tfal biex darba fix-xahar, għal sitt xhur wara xulxin, imorru f’dak l-istess post. Fuq mistoqsija ta’ Luċija, is-Sinjura qaltilha li hi u Ġaċinta kellhom imorru l-ġenna, u Franġisku wkoll, imma hu kien jeħtieġlu jgħid iżjed Rużarju.

    Luċija staqsietha jekk il-gwerra kinitx ser iddum ma tispiċċa. It-tfal iddawlu b’raġġi minn idejn il-Madonna. Qaltilhom li dak il-ħin ma setgħetx tkellimhom dwar il-gwerra, imma setgħet tgħidilhom li huma kellhom ibatu ħafna. "Għidu r-Rużarju kuljum u offruh għall-paċi”, temmet tgħidilhom. Imbagħad id-dehra għebet.

    Kull tlettax ta’ kull xahar, is-Sinjura dehret lit-tlett itfal u qalet lil Luċija li Ġaċinta u Franġisku kellhom imorru l-ġenna fi żmien qasir, iżda hi, Luċija, kien se jkollha tistenna, għaliex “Ġesù jrid ixerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Immakolata Tiegħi permezz tiegħek. Hija tkun ir-refuġju tiegħek.”

    Nhar it-13 t’Ottubru is-Sinjura reġgħet dehret lit-tfal għall-aħħar darba. Kulħadd kien jistenna fi skiet l-aktar profond. Is-Sinjura dehret fil-Cova għall-aħħar darba. Lil Luċija qaltilha: “Jiena l-Madonna tar-Rużarju Mqaddes. Irrid li hawnhekk tinbena kappella għall-ġieħ tiegħi. Il-gwerra issa għoddha ntemmet. Għidu r-Rużarju.” Hija fetħet idejha u bdiet tielgħa ’l fuq bil-mod, lejn is–sema. Wara seħħ fenomenu fis-smewwiet biex dik il-folla ta’ nies li kienu preżenti, jemmnu.

  • SIGNUM FIDEI 29

    Riflessjoni: Marija, hi l-aktar perfetta u l-aktar qaddisa fost il-ħlejjaq; u Ġesù Kristu li ġie fostna b’manjiera perfetta m’għażilx triq oħra ħlief dik ta’ Marija għall-miġja setgħana u tal-għaġeb tiegħu. Mela din id-devozzjoni lejn il-Verġni Mqaddsa, hija triq perfetta biex naslu għand Ġesù Kristu u ningħaqdu miegħu. L-iktar għoli, dak li ħadd ma jista’ jifhmu, dak li ħadd ma jista’ jersaq lejh, dak li hu, ried li jiġi fostna, dud insinifikanti tal-art. Kif ġara dan? Permezz ta’ Marija, l-aktar għoli, niżel perfettament u b’mod divin fostna mingħajr ma naqqas id-divinità tiegħu u l-qdusija tiegħu. U hu permezz ta’ Marija li aħna żgħar irridu nitilgħu perfettament u b’mod divin, u mingħajr biża’ għand l-aktar għoli.

    San Aiwiġi Maria De Montfort

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7, silta mit-3 punt Because we cannot be saved without the grace proper to our state and because the special grace needed by a person living in community is obedience, you ought to make every effort to possess it as nearly perfectly as possible. It is true that there are other virtues that you need to practice in order to fulfill your duty, being involved as you are in exterior work, but be quite convinced that you will never carry out your duty in an adequate manner unless you possess perfectly the virtue of obedience. This is why you ought to apply to you the words of Pope Saint Gregory, in his Dialogues, that the first and principal virtue you ought to claim for your practice is obedience, because it will be in you the source of all the others and also of your sanctification.

    TALBA Qaddisa Vergni Marija,

    minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir

    l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema. Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu.

    Int l-għarusa tal-Ispirtu s-Santu. Itlob għalina ma’ San Mikiel Arkanġlu

    u mal-qawwiet kollha tas-sema u mal-qaddisin kollha

    lill-għażiż ibnek l-aktar qaddis, Mulej u mgħallem tagħna. Glorja lil Missier u ’l-Iben

    u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien fil-bidu, issa u dejjem. Ammen.

    San Franġisk t’Assisi Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Wilfred Albert Gros (1972) Bro. William Raphael Tabone (1977) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

  • 30 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħadd, 14 t’Ottubru It-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena

    Il-Kanonizzazzjoni tal-Papa Pawlu VI u l-Arċisqof Oscar Romero

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 7: 7-11 Intbaħt li l-għana mhu xejn ħdejn l-għerf. 2. Salm 89: 12-17 Imliena bit-tjieba tiegħek, Mulej. 3. Lhud 4: 12,13 Il-kelma ta’ Alla tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb. 4. Mark 10: 17-30 Mur, biegħ li għandek, u ejja imxi warajja.

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    San Mark mhux biss ma jagħtix isem lil dan l-għani li jiġi jiltaqa’ u jitkellem ma’ Ġesù, imma bħal donnu jeħles minnu malajr. Madankollu huwa personaġġ li jistħoqqlu ċerta stima għax għaraf f’Ġesù mgħallem tajjeb u jersaq lejh b’rispett u fiduċja. Jurina kif mhux biss jaf x’inhi l-iktar ħaġa importanti, jiġifieri l-ħajja ta’ dejjem, imma jixtieq jakkwistaha kif jixraq, jixtieqha b’qalbu kollha, u jiġi jistaqsi lill-iktar bniedem li seta’ jurih sew x’għandu jagħmel. Jaf il-Liġi t’Alla minn mindu kien żgħir u għex fidil magħha, dan kollu għamlu bniedem ta’ personalità għolja, tant li Ġesù ammirah, u “Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba” (Mk. 10:21).

    San Mark jiddeskrivihulna bħala żagħżugħ li hu għani ħafna. Il-ġid li kellu kien jeħilsu mill-problemi tal-faqar, iż-żgħożija tispjega l-entużjażmu tiegħu għat-tajjeb. San Luqa jkompli jgħidilna li tassew ma kien jonqsu xejn, kien irrispettat u magħruf minn kulħadd. Imma xħin ġie għall-prova biex ħajtu tkun ta’ kwalità aħjar, xħin kellu t-tweġiba sħiħa għax-xewqat ta’ qalbu, l-għani jingħalaq fih innifsu u jimtela bid-diqa, u jibqa’ mingħajr isem. Meta nqabblu r-rakkont ta’ Bartilmew l-għama, li jiġi ftit wara, naraw kif dan il-karattru goff u fqir tat-tallab ta’ Ġeriko, jirnexxi fejn “wieħed” ta’ livell tant għoli jfalli bil-kbir.

    Niġu għalina; irridu nammettu li n-nanniet tagħna kienu jixbħu lill-għama, u forsi dan il-fatt kien iġiegħlhom jistħu xi ftit: forsi għalhekk li ħadmu biex lilna għamluna nixbħu liż-żagħżugħ għani. Li dan il-persunaġġ anonimu jixbaħna, jurih il-fatt li qatt ma konna f’pożizzjoni ekonomika daqshekk tajba u edukati kulturalment; u nuru li għandna livell ta’ moralità tajjeb. Illum nafu nużaw kliem u modi konvenjenti, uħud jiddedikaw ruħhom għall-volontarjat, ngħidu li aħna kontra l-gwerra, kontra l-kaċċa, kontra t-tipjip ... Fil-qosor żgħażagħ minn tagħna, imġegħlin jgħixu f’dinja kerha mmarkata bir-relattiviżmu, kumplessità u materjaliżmu u jużaw sistemi antiki biex jinterpretaw ir-realtà. L-iktar li huma konvinti huma dawk l-istess żgħażagħ (eterni għax ma jikbru qatt) li jistagħġbu jekk turihom li jonqos xi ħaġa, anzi ħafna affarijiet; li saħansitra jduru lejn Alla, bil-kundizzjoni imma li jisimgħu min jgħidilhom li kollox sew. Li jadattaw ruħhom faċilment għall-opinjonijiet u modi ta’ żmienna tant li jsiru kollha kloni, kollha l-istess, u bħall-għani tal-Vanġelu kollha perfettament “anonimi”, għad-differenza

  • SIGNUM FIDEI 31

    tal-għama li mhux biss għandu isem, identità, imma wkoll paternità: fil-fatt hu iben Timew u, fuq kollox, iben Alla.

    Teżisti kura għal dan it-tip ta’ gwajjijiet? Iva u jurihielna Ġesù stess. Tikkonsisti prinċipalment f’li nkeċċu l-illużjonijiet: mhux ta’ b’xejn Ġesù jfakkar liż-żgħażagħ ftit jew wisq għonja ta’ kull żmien li Alla biss hu tajjeb u li anke lill-aħjar bniedem jonqsu dejjem xi ħaġa. Ġesù jwissi li t-triq għal-libertà tgħaddina mill-ubbidjenza lejn it-Tajjeb Suprem li hu Alla stess u għalhekk hemm bżonn li mill-ġdid nibdew nosservaw il-kmandamenti.

    Ifakkarna mill-ġdid li xejn bħall-ġid – mhux biss materjali – ma joħloq fil-bniedem prospettiva falza ta’ sigurtà u awtosuffiċenza, li huma l-iżjed żewġ ostakli diffiċli biex ngħelbu għall-kisba tas-saltna t’Alla u tal-fidi, u li flimkien huma kawża tal-inġustizzja u d-diżugwaljanza li taqsam id-dinja fi tnejn. Fl-aħħar l-istedina għall-mixja wara Ġesù, li tfaqqar lid-dixxipli minn dak li mhux neċessarju imma tgħanihom għall-mitt darba iktar bil-ġid li joħloq il-libertà u toroq li joħolqu l-fraternita; li jirbaħ id-difikkultajiet u l-persekuzzjonijiet u jiftaħ beraħ quddiemhom il-bibien tas-Saltna.

    Minn “La Realtà é Cristo” – Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, siltiet mit-3 punt It is not enough for us to avoid contradicting the moral precepts of the Gospel. Saint Paul says that he will show us an even more perfect, more excellent way to which Jesus Christ calls us, which he has illustrated for us by his own example. If anyone wishes to follow me, says our Lord, let him renounce himself—that is, let him renounce his own spirit and his own will—let him carry his cross daily and follow me. Who, indeed, does not contradict this divine saying of Jesus Christ, our Master, if not in word at least in heart? How many take to heart the words of Saint Dorotheus: “Let us be faithful in the slightest matters, lest they lead to regrettable consequences and unfortunate results”? To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh? Blessed are the poor in spirit; it is harder for a rich man to enter heaven than for a camel to pass through a needle’s eye. Let us fear that we will be lost if we attach ourselves to maxims that lead to laxity, for we are people whom God has called to live according to the perfection of the Gospel.

    TALBA LIL ĠESÙ

    Ġesù, noffrilek lili nnifsi, dak li jien u dak li għandi, kollox huwa tiegħek.

    Noffrilek ix-xogħol tiegħi u inti tagħtini l-mistrieħ. Noffrilek in-niket tiegħi u inti tagħtini l-faraġ.

    Noffrilek it-tentazzjonijiet tiegħi u inti tagħtini r-rebħa. Noffrilek it-tbatija tiegħi u inti tagħtini s-sabar

    Jien nagħtik iż-żmien tiegħi u inti tagħtini l-eternità. Inħobbok Ġesù!

    Bernard Vaughan

    Missierna ..

  • 32 SIGNUM FIDEI

    It-Tnejn, 15 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Avila - verġni u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 4: 22-24,26,27,31; 5: 1 Aħna m’aħniex ulied l-ilsira, imma wlied il- ħielsa. 2. Salm 112: 1-7 Ikun isem il-Mulej imbierek, minn issa u

    għal dejjem! 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief

    is-sinjal ta’ Ġona.

    SANTA TEREŻA TA’ AVILA (1515-1582) – verġni u duttur tal-Knisja Santa Tereża twieldet f’Avila, Spanja, fit-28 ta’ Marzu 1515, għand familja

    sinjura. Telgħet ta’ natural ħelu u vivaċi. Meta kellha seba’ snin, hi u ħuha iżgħar minnha, wara li qraw xi ħajjiet ta’

    qaddisin martri, ġiethom f’moħħhom li jmorru għall-Missjoni biex imutu martri, iżda ma laħqux tbiegħdu wisq mid-dar meta ltaqgħu ma’ zijuhom u ħadhom lura għand ommhom.

    Meta kellha 12-il sena, ommha mietet. Tliet snin wara, oħtha l-kbira, li kienet tieħu ħsieb id-dar, iżżewġet u l-missier daħħal lil Tereża mas-Sorijiet Agostinjani. Wara sena u nofs, mardet, u kellha tmur lura lejn id-dar. F’dawn is-snin kienet bierda ħafna fir-reliġjon. Imbagħad f’daqqa waħda, fl-1535, iddeċidiet li tidħol soru mal-Karmelitani li kienu f’Avila. Missierha għall-ewwel ma ridhiex, iżda mbagħad ċeda.

    Sena wara li daħlet soru pprofessat. Imbagħad ġie fuqha żmien twil ta’ mard u ta’ nixfa fil-ħajja spiritwali.

    Meta missierha kien marid hi marret iddur bih. Il-mewt tiegħu ġabet bidla ġo fiha għax marret tqerr għand il-konfessur tiegħu u dan ordnalha terġa’ tibda’ titlob. Issa kienet qrib l-erbgħin.

    Imbagħad beda jkollha esperjenzi spiritwali, li nafu bihom għax hi niżżlithom b’mod ċar u b’sengħa l-iktar kbira f’kotba li llum huma meqjusa bħala klassiċi spiritwali: l-Awtobijografija, Mixja tal-Perfezzjoni, u Il-Kastell Ġewwieni.

    Fl-1560, ġieha l-ħsieb li tirriforma l-ordni tagħha u ġġedded l-awsterità u d-dixxiplina ta’ qabel, u fl-1562, bil-għajnuna ta’ San Pietru ta’ Alkantara, minkejja bosta taħbit u tfixkil, rat l-ewwel erba’ Sorijiet Karmelitani Skalzi jilbsu l-libsa ġdida fil-monasteru l-ġdid ta’ San Josè, f’Avila. Sitt xhur wara, meta ġieha l-permess, marret tgħix magħhom. Xahar wara ġiet magħżula biex tkun is-superjura.

    Wara xi snin ta’ ħajja kwieta, bdiet tiftaħ kunventi oħra mxerrdin ma’ Spanja. Fl-1568, bil-għajnuna ta’ San Ġwann tas-Salib, waqqfet l-ewwel monasteru tal-patrijiet. B’kollox hi fetħet 17-il kunvent tas-sorijiet u 15 tal-patrijiet.

  • SIGNUM FIDEI 33

    Fl-aħħar vjaġġ tagħha fl-1582, wara li fetħet monasteru f’Burgos, telqet lejn Alba de Tormes. Meta waslet, fl-20 ta’ Settembru, kienet għajjiena ħafna u marida, inxteħtet fis-sodda u mietet ftit ġranet wara, fl-4 ta’ Ottubru.

    Fl-1622, il-Papa Girgor XV ikkanonizzaha, u fl-1970, il-Papa San Pawlu VI, ipproklamaha duttur tal-Knisja, flimkien ma’ Santa Katerina ta’ Siena.

    Riflessjoni: Fil-fidi tagħna jeżistu dawk li aħna nsejħulhom misteri. Xi wħud quddiem dawn bħal donnhom jitfixklu u jgħidu li fejn il-Knisja ma tasalx tispjega faċilment tgħidlek li dak hu misteru. Iżda hawn ta’ min iqis ħaġa. Madwarna jeżistu tant misteri, anzi ġo fina stess – l-istess bniedem hu misteru wkoll għalih innifsu. Allura għax għandna nippretendu li bil-moħħ limitat tagħna naslu nifhmu lil Alla li hu immens u inkonprensibbli? Dwar dan, il-kittieb Graham Green jgħid hekk: “Jien ma rridx li jkolli Alla li nifhmu.” Fis-sens li jekk ikolli Alla li nifhmu allura ma jibqax Alla. Li tifhem xi ħaġa jfisser li tkun ħkimtha, ma tibqax superjuri għalik. Alla qatt ma naslu nifhmuh totalment, Alla dejjem jibqa’ misterjuż għalina, jibqa’ Alla inkonprensibbli. Nifhmu kemm jippermettilna li nifhmuh, u kemm hu meħtieġ li nifhmuh. Joe Fenech, It-Teżor tal-Fidi

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 21, silta mill-1 punt With good reason Jesus Christ complains... that the Jews did not believe his words, in spite of the fact that he told them nothing but the truth and spoke to them as his Father enjoined him to do, for this was a sign that they did not recognize him as the Son of God. The same complaint can often be made about many religious people who lack confidence in their superiors because they do not consider them as holding God’s place. As a result, they do not profit by the advice given them and do not carry out faithfully what they have been commanded. To remedy this defect, which can have very serious consequences, all those who live under the direction of a superior must believe that his words are the words of God. Jesus Christ requires this in the holy Gospel when he says, in the person of the Apostles to all those who guide others, whoever hears you, hears me.

    TALBA

    lill-Ispirtu s-Santu O Spirtu s-Santu

    kun int li tgħaqqad din ir-ruħ tiegħi m’Alla, kebbes fija xewqat għalik ħerqana

    u ħeġġiġha sħiħ bin-nar ħelu ta’ mħabbtek. Kemm inti twajjeb u bnin, O Spirtu s-Santu divin.

    Ħa tkun dejjem imfaħħar u mbierek għall-imħabba kbira li ssawwab f’din ir-ruħ.

    Santa Tereża ta’ Avila Missierna ...

  • 34 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, 16 t’Ottubru Santa Edwige - reliġjuża

    Santa Margerita Marija Alacoque - verġni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 5: 1-6 Biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma jkun

    jiswa ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba.

    2. Salm 118:41,43-45,47,48 Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej. 3. Luqa 11: 37-41 Agħtu karità, u taraw kif kollox ikunilkom nadif. SANTA EDWIGE (1174-1243) – reliġjuża Santa Edwige twieldet f’Andechs, il-Bavarja, fl-1174. Kienet bint il-Konti

    Bertoldu IV ta’ Andechs. Meta kellha tnax-il sena żżewġet lil Neriku li fl-1202 sar Duka ta’ Silesia, wara l-mewt ta’ missieru, Boleslaw. Kellhom sebat itfal.

    Kienet mara ta’ ħajja qaddisa, imżejna b’fidi u mħabba mill-ikbar. Ħsiebha kien li tagħmel il-ġid lill-foqra, lix-xjuħ u lill-morda, li għalihom bniet djar u sptarijiet. Bniet ukoll numru ta’ monasteri, fosthom dak tas-sorijiet taċ-Ċisterċensi fi Trebnitz, ħames kilometri bogħod minn Breslaw, il-belt ewlenija tas-Silesja (1203).

    Hija ndaħlet biex iġġib il-paċi bejn iż-żewġ uliedha Neriku u Kurradu li kienu qed jiġġieldu fuq il-qsim ta’ art u d