kelma tal-Ħajja

24
Kelma tal-Ħajja Frar 2012

Upload: jennis

Post on 10-Jan-2016

114 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Kelma tal-Ħajja. F rar 2012. « Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba » ( M k 1,15). Fil-Vanġelu ta’ San Mark, l-aħbar it-tajba ta’ Ġesù lid-dinja u l-messaġġ tiegħu ta’ salvazzjoni, jibda b’dan il-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna t’Alla waslet: indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba”. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja

Frar 2012Frar 2012

Page 2: Kelma tal-Ħajja

«Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba» (Mk 1,15).

Page 3: Kelma tal-Ħajja

Fil-Vanġelu ta’ San Mark, l-

aħbar it-tajba ta’ Ġesù lid-dinja u

l-messaġġ tiegħu ta’

salvazzjoni, jibda b’dan il-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna t’Alla

waslet: indmu u emmnu fil-Bxara

t-Tajba”.

Page 4: Kelma tal-Ħajja

Bit-twelid ta’ Ġesù beda żmien ġdid, iż-żmien tal-grazzja u tas-salvazzjoni. L-ewwel kliem

tiegħu hu stedina biex nilqgħu bil-qalb din l-aħbar ġdida, li hija r-realtà nnifisha tas-Saltna

t’Alla li hu qed iwassal lil kulħadd, għax hu jinsab qrib kull bniedem.

Page 5: Kelma tal-Ħajja

Ġesù mill-ewwel jurina t-triq: din hi li nikkonvertu u nemmnu fil-Vanġelu, jiġifieri li

nibdlu ħajjitna mill-qiegħ u naċċettaw il-Kelma t’Alla li permezz ta’ Ġesù tasal għand il-

bnedmin kollha ta’ kull żmien.

Page 6: Kelma tal-Ħajja

Il-konverżjoni u l-fidi huma żewġ affarijiet li jmorru flimkien; m’hemmx waħda mingħajr l-oħra, imma kull waħda tinbet fina meta niġu f’kuntatt mal-kelma li hi ħajja, mal-preżenza ta’ Ġesù li llum ukoll itenni lill-

folol:

Page 7: Kelma tal-Ħajja

«Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba»

Page 8: Kelma tal-Ħajja

Meta aħna nilqgħu l-Kelma t’Alla u ngħixuha, hi ġġib bidla fil-mod kif naħsbu, jiġifieri

konverżjoni. Hi timla l-qalb ta’ kulħadd: Ewropej, Asjatiċi, Awstraljani, Amerikani,

Afrikani, bis-sentimenti ta’ Kristu quddiem iċ-ċirkustanzi tal-ħajja, kemm fil-bniedem singolu

kif ukoll fis-soċjetà.

Page 9: Kelma tal-Ħajja

Imma l-Vanġelu kif jista’ jagħmel il-miraklu u jibdilna mill-qiegħ, jagħtina fidi ġdida mimlija dawl? Is-sigriet qiegħed fil-misteru li jinsab fi

kliem Ġesù.

Page 10: Kelma tal-Ħajja

Kliemu mhuwiex

sempliċement dak li nistgħu

jew li ma nistgħux nagħmlu,

mhuwiex sett ta’ direttivi

jew ordnijiet. Fil-Kelma ta’

Ġesù nsibu lilU nnifsu

jkellimna. Kliemu hu

Ġesù nnifsu, l-istess persuna

tiegħu.

Page 11: Kelma tal-Ħajja

B’hekk aħna niltaqgħu miegħu f’Kelmtu. Meta nilqgħuha f’qalbna, kif Hu jridna nagħmlu

(jiġifieri meta nkunu lesti li ngħixuha fil-ħajja tagħna) aħna nsiru ħaġa waħda miegħu u Hu

jitwieled jew jikber fina.

Page 12: Kelma tal-Ħajja

Hu għalhekk li kull wieħed minna jista’ u għandu jilqa’ din l-istedina ta’ Ġesù li tant

titlob affarijiet minna.

Page 13: Kelma tal-Ħajja

«Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba»

Page 14: Kelma tal-Ħajja

Jista’ jkun hemm min jaħseb li l-Kliem tal-Vanġelu hu għoli u tqil wisq, li hu wisq ’il

bogħod mill-mod kif is-soltu ngħixu u naħsbu, u għalhekk jew jitħajjar ma jisimgħux, jew inkella jaqta’ qalbu.

Page 15: Kelma tal-Ħajja

Imma dan kollu jiġri jekk naħsbu li l-muntanja tan-nuqqas ta’ fidi rridu

nċaqalquha waħedna.

Page 16: Kelma tal-Ħajja

Filwaqt li jkun biżżejjed li nagħmlu ħilitna u ngħixu Kelma waħda biss mill-Vanġelu biex fiha

nsibu għajnuna li ma tkunx qed tistenniha u forza unika, dawl għall-passi tagħna (ara Salm 118,

105).

Page 17: Kelma tal-Ħajja

Għax dik il-Kelma, li fiha hemm Alla, meta ngħixuha tagħmilna nies ħielsa, issaffina,

tibdilna, iġġibilna l-faraġ u l-ferħ, tagħtina l-għerf.

Page 18: Kelma tal-Ħajja

«Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba»

Page 19: Kelma tal-Ħajja

Kemm tista’ tkun ta’ dawl għalina din il-Kelma matul il-ġurnata!

Page 20: Kelma tal-Ħajja

Kull darba li nħabbtu wiċċna man-nuqqasijiet tagħna jew tal-

oħrajn, kull meta jidhrilna li ma

jistax ikun li timxi wara Ġesù, kull

darba li d-diffikultajiet

iħajruna naqtgħu qalbna, din il-

Kelma tista’ tkun għalina dik il-ħaġa li biha ninqatgħu ’l fuq, tagħmlilna l-qalb u tħeġġiġna biex nibdew mill-

ġdid.

Page 21: Kelma tal-Ħajja

Kull ma trid tagħmel hu li malajr kemm jista’ jkun “tibdel” xi ftit ir-rotta biex

toħroġ mill-għeluq tiegħek u tinfetaħ għal Alla, biex b’hekk tħoss ħajja oħra titwieled

fik, il-ħajja vera.

Page 22: Kelma tal-Ħajja

Jekk imbagħad inkunu nistgħu naqsmu din l-esperjenza ma’ xi ħabib tagħna, li hu

wkoll ikun għażel li jgħix il-Vanġelu bħala r-regola ta’ ħajtu, madwarna naraw tikber il-

komunità nisranija.

Page 23: Kelma tal-Ħajja

Għax meta ngħixu l-Kelma t’Alla u naqsmuha ma’ ħaddieħor iseħħ miraklu: din tagħti bidu għal komunità li tkun il-ħmira u l-melħ għas-

soċjetà, u li tagħti xhieda għal Kristu fil-postijiet kollha tad-dinja.

Page 24: Kelma tal-Ħajja

““Kelma tal-Ħajja”Kelma tal-Ħajja”,, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, 1997

Grafika ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ nies fid-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

jew ċempel f’wieħed miċ-Ċentri tal-Movment f’Malta:

21 38 58 01 jew 21 48 61 12

““Kelma tal-Ħajja”Kelma tal-Ħajja”,, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, 1997

Grafika ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ nies fid-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

jew ċempel f’wieħed miċ-Ċentri tal-Movment f’Malta:

21 38 58 01 jew 21 48 61 12

«Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba»