gwida dwar il-karta tal-eżami · l-iskema tinkludi tweġibiet tajbin u dawk li mhumiex...
Post on 06-Nov-2020
2 Views
Preview:
TRANSCRIPT
Gwida dwar il-karta tal-eżami
Il-karta tal-eżami L-assessjar summattiv huwa ġudizzju; rapport fuq
il-kisba ġenerali tal-istudent; ġeneralment fl-aħħar ta’ kors.
Il-test tal-karozza, l-eżamijiet pubbliċi, l-eżamijiet annwali tal-iskola, l-eżamijiet annwali.
L-assessjar summattiv jista’ jsir f’forom differenti: Eżami bil-miktub, sessjoni prattika, oral/smigħ/intervista, proġett li jinvolvi riċerka.
L-assessjar summattiv jintuża biex “jagħżel” u anke għal ċertifikazzjoni. Ġeneralment isir eżami ta’ sagħtejn. Jista’ jsir fuq perjodu ta’ żmien u r-riżultat aħħari jkun il-marka medja tal-marki kollha miġbura.
L-assessjar summattiv kultant jintuża ħażin. Dan jiġri meta l-assessjar ma jintużax biex jagħti rispons “feedback” lill-istudenti u ma jintużax mill-għalliema biex jirriflettu fuq il-metodi tat-tagħlim tagħhom.
Il-karta tal-eżami
L-iktar forma komuni tal-assessjar summattiv hija l-karta tal-eżami bil-kitba.
Il-mistoqsijiet f’karta tal-eżami nirreferu għalihom bħala items.
Idealment, l-għażla tal-items issir minn grupp ta’ setters u mhux minn setter wieħed.
Validità u Kredibilità Validità għandha x’taqsam mat-tfassil tal-karta. Karta
tkun valida jekk teżamina dak li suppost.
Kredibilità (reliability) hi marbuta mal-konsistenza fil-korrezzjoni tal-karta. Il-kredibilità tfisser li l-marka mogħtija lill-istudenta hi ġusta vis a vis il-karta tal-eżami.
Il-validità u l-kredibilità jiddependu minn xulxin. Karta li hi nieqsa mill-validità se tkun nieqsa wkoll mill-kredibilità.
Il-Validità fil-karta tal-eżami
Il-validità hija l-iktar karatteristika importanti ta’ karta tajba.
Tkun valida meta tkun qed teżamina dak li suppost.
Biex tkun taf jekk xi ħadd jafx isuq rota ssaqsih isuq rota. Li ssaqsih biex jikteb kif isuq rota huwa assessjar invalidu għax ir-riżultat ma jurix verament dak li int xtaqt teżamina.
Il-karta tal-eżami jrid ikollha firxa wiesgħa mis-sillabu tal-eżami.
Tajjeb li nagħmlu differenza bejn is-sillabu tat-tagħlim u s-sillabu tal-eżami.
Meta nfasslu l-karta rridu nżommu f’moħħna l-oġġettivi tas-sillabu.
Il-karta trid tkun ...
Gradata kemm jista’ jkun.
Bla mistoqsijiet vagi biex l-istudenti jifhmu x’inhu mistenni minnhom.
Istruzzjonijiet ċari. L-aħjar jingħata eżempju.
Stampi u illustrazzjonijiet ikunu ċari u marbutin direttament mal-mistoqsijiet. L-istampi ma jintużawx biex il-karta tkun attraenti.
Il-bilanċ Il-karta tal-eżami trid tkun bilanċjata f’dak li qed jiġi
eżaminat bħala għarfien, fehim, kunċetti, u ħiliet. Qed nirreferi għal-livelli fil-ħiliet konoxxittivi.
Dan il-bilanċ isir billi t-tfassil isir bit-tabella ta’ speċifikazzjoni.
Il-ħiliet fid-dominju konoxxittiv Bloom’s Taxonomy of Cognitive Levels
http://tep.uoregon.edu/resources/assessment/multiplechoicequestions/blooms.html
Tagħrif
Għarfien
Applikazzjoni
Analiżi
Sinteżi
Evalwazzjoni
Tagħrif - knowledge
Il-ħila li tiftakar (recalling) informazzjoni memorizzata. Dan il-livell huwa l-iktar wieħed baxx bħala learning outcomes fid-dominju konoxxittiv.
Learning objectives f’dan il-livell: għarfien ta’ termini komuni, għarfien ta’ fatti speċifiċi, għarfien ta’ metodi u proċeduri, għarfien ta’ kunċetti bażiċi, għarfien ta’ prinċipji.
Mistoqsijiet użati: Iddefinixxi, iddikjara, identifika,
elenka, semmi, min?, meta? fejn? xiex?
Eżempju konkret: F’liema sena twieled Dun Karm?
Għarfien - Comprehension
Il-ħila tal-fehim tal-kontenut. Traduzzjoni tal-kontenut minn forma għal oħra, interpretazzjoni tal-materjal (tispjega u tqassir), stima/kalkolu ta’ konsegwenzi u effetti. L-għarfien imur pass ieħor minn sempliċi memorizzar u jirrappreżenta l-iktar livell baxx fil-fehim.
Learning objectives f’dan il-livell: fehim ta’ fatti u prinċipji, interpretazzjoni, stima ta’ konsegwenzi implikat fl-informazzjoni, ġustifikazzjoni ta’ metodi u proċeduri.
Mistoqsijiet: Spjega, bassar (predict), interpreta, inferixxi, iġbor fil-qosor, ibdel, fisser, agħti eżempju.
Eżempju konkret: Xi rrid nagħmel biex noħroġ il-mamma ta’ verb?
Applikazzjoni
Il-ħila li tuża kontenut li tgħallimt f’sitwazzjonijiet ġodda. Tapplika regoli, metodi, kunċetti, prinċipji, liġijiet u teoriji. Teħtieġ livell ogħla ta’ għarfien.
Learning objectives f’dan il-livell: applikazzjoni ta’ kunċetti u prinċipji f’kuntest ġdid, applikazzjoni ta’ regoli u teoriji f’sitwazzjonijiet prattiċi.
Mistoqsijiet: Uri, solvi.
Eżempju konkret: Agħti l-mamma tal-verb jisirqu?
Analiżi L-abbiltà li tqassam il-kontenut f’kategoriji differenti. Tidentifika
partijiet, tanalizzahom f’relazzjoni bejniethom, għarfien tal-prinċipji involuti. Il-learning outcomes huma ta’ livell konoxxottiv ogħla mill-għarfien u l-applikazzjoni għax jitolbu l-fehim tal-kontenut kif ukoll il-forma strutturali tal-kontenut.
Learning objectives f’dan il-livell: identifikazzjoni ta’ ipotesi li ma jidhrux fil-wiċċ, identifikazzjoni ta’ loġika żbaljata, distinzjoni bejn fatti u inferenzi, evalwazzjoni tar-rilevanza tad-data, analiżi tal-organizzazzjoni strutturali tax-xogħol (arti, mużika, kitba).
Mistoqsijiet: Iddistingwi, qabbel/ikkuntrasta, uri x’hemm nieqes, għaliex?, kif?
Eżempju konkret: It-titlu ta’ komponiment letterarju jitlob li ssir analiżi.
Sinteżi Is-sinteżi ma tistax tkun assessjata bl-għażla multipla.
L-abbiltà li jitqiegħdu partijiet flimkien biex tifforma xi ħaġa ġdida. Dan jinvolvi l-produzzjoni ta’ xi ħaġa unika. Riċerka li toħloq strutturi ġodda.
Learning objectives f’dan il-livell: tħejji ktiba, taħdita, kitba ta’ storja kreattiva, pjan għal esperiment, integrazzjoni ta’ tagħlim minn oqsma differenti fi pjan wieħed biex issolvi sitwazzjoni, ħolqien ta’ skema ġdida biex issir klassifikazzjoni ta’ ideat.
Mistoqsijiet: Oħloq, żviluppa, ifforma, immaġina, biddel, ikkrea, ikteb, ikklassifika.
Evalwazzjoni L-abbiltà li tiġġudika l-valur ta’ kontenut (dikjarazzjoni, novella,
poeżija, rapport ta’ proġett) għal għan speċifiku. Il-ġudizzju jrid isir fuq kriterji definiti.
Learning outcomes f’dan il-qasam jitlob l-ogħla livell fid-dominju konoxxittiv għaliex jinvolvi l-elementi kollha tal-livelli l-oħra. Barra minn hekk irid ikun hemm il-ġudizzju konxju bbażat fuq kriterji definiti.
Learning objectives fdan il-livell: Ġudizzju tal-konsistenza loġika tal-materjal miktub, ġudizzju tal-adegwità (kompetenza) li l-konklużjonijiet milħuqa huma ssapportjati minn informazzjoni konkreta.
Mistoqsijiet: Evalwa, assessja, ivvaluta.
Aktar fuq karatterisitiċi li jagħmlu karta valida.
Rubrics (tqassim tal-marki) ikunu fil-qosor imma ċari kemm jista’ jkun. L-aħjar li jkunu aktar skuri mill-bqija tal-kontenut.
Irid ikun hemm spazju biżżejjed fejn l-istudenti jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet.
Il-mistoqsija u l-ispazju tat-tweġiba jitqiegħdu fuq l-istess paġna. Jekk ikollhom bżonn idawru l-paġna biex iwieġbu indika billi tikteb dawwar il-paġna.
Evita li jkollok ħafna kitba f’xulxin. Jekk hemm bżonn uża spazju doppju.
Agħżel tipa tajba u ta’ qies tajjeb.
Aħseb fil-margins eċċ
In-numru tal-paġna trid tkun tidher in-naħa t’isfel tal-paġna u ħdejha jkun hemm in-numru totali tal-paġna. Eż: Paġna 2 minn 6.
Fl-aħħar tal-karta indika li t-tmiem billi tikteb, “tmiem il-karta”.
Jekk qed nużaw materjal meħud minn xi sorsi, dan irid ikun identifikat.
Il-kwotazzjonijiet ikunu bejn virgoletti doppji.
Il-marki allokati għal kull item iridu jkunu korretti u jammontaw għal mija. Dan irid jiġi żgurat bit-tabella ta’ speċifikazzjoni u bl-iskema tal-marki.
X’inhi t-tabella ta’ speċifikazzjoni? It-tabella ta’ speċifikazzjoni (exam's matrix), tiddefinixxi
l-kontenut tal-eżami u l-mistoqsijiet. Din it-tabella tassigura li tingħata l-istess importanza fuq kull topik imniżżel fis-sillabu.
Il-forma tat-tabella għandha żewġ dimensjonijiet. It-topiks (il-kontenut) u l-ħiliet. Kull qasam fit-tabella jitqassam skont il-livell ta’ diffikultà.
It-tabella tassigura li jkun hemm bilanċ fil-ħiliet tad-dominju konoxxittiv.
It-tabella ta’ speċifikazzjoni
Nu
mru
ta
l-
Mis
toq
sija
Qasam fis-Sillabu
Ta
għ
rif
Għ
arf
ien
Ap
pli
ka
zzjo
ni
An
ali
żi
Sin
teżi
Ħil
iet
Ma
rki
Livelli
Bax
x
Med
ju
Għ
oli
TQASSIM TAL-KARTA Tajjeb
Ħafna Adegwat
Mhux daqstant
adegwat
Ma
tapplikax
It-tqassim jgħin lill-kandidati
It-tipa u l-istil jiffaċilitaw il-qari
L-ispazju jiffaċilita l-qari
Hemm biżżejjed spazju fejn il-kandidati jiktbu t-tweġibiet
Kull paġna hi nnumerata
Hemm miktub “Aqleb il-paġna” n-naħa t’isfel ta’ kull paġna u
“tmiem” bħala indikazzjoni li l-karta spiċċat
Il-ħin li juri t-tul tal-eżami huwa mniżżel
L-items huma nnumerati tajjeb tul il-karta kollha
L-istruzzjonijiet huma ċari u konċiżi f’kull taqsima tal-karta
Stampi u illustrazzjonijiet użati huma ċari
Il-kitba takkompanja tajjeb l-illustrazzjonijiet
Il-marki allokati għal kull mistoqsija huma indikati u ċari
Il-marki jgħoddu għall-marka totali
Ċekkjatura għall-Evalwazzjoni tal-Karta tal-Eżami
EVALWAZZJONI TAL-ITEMS Tajjeb Ħafna Adegwat
Mhux daqstant
adegwat Ma tapplikax
L-items jippreżentaw taħriġ li jirrifletti l-kontenut tas-sillabu
L-items u t-taħriġ huma miktubin b’lingwa ċara u sempliċi
L-items qegħdin f’ordni skont il-livell ta’ diffikultà
It-tqassim tal-marki għal kull item jirrifletti d-diffikultà tagħha
It-tul tal-eżami jirrifletti t-tul tal-karta
Il-karta ma fihiex żbalji ortografiċi jew żbalji tat-tipa
M’hemmx ripetizzjoni fl-items b’tali mod li tweġiba tgħin lil oħra
Il-karta hi addattata għal-livell tas-sena li qed jiġi eżaminat
L-għażla bejn il-mistoqsijiet huma tal-istess livell
Fil-karta ssib livelli differenti
Mistoqsija tibda u tispiċċa fl-istess paġna
Ingħatat informazzjoni korretta biex il-kandidat/a jkun jista’ jwieġeb kif suppost
Il-mistoqsijiet m’għandhomx ħjiel ta’ xi preġudizzju ta’ kultura, ġens jew reliġjon
Il-mistoqsijiet m’għandhomx kliem żejjed li jista’ jħawwad lill-kandidati
Hemm bilanċ bejn il-livelli konoxxittivi – tagħrif, għarfien, applikazzjoni, analiżi u
ħiliet
Il-kredibilità Għandha x’taqsam mal-mod kif nimmarkaw
manuskritt.
Irid ikun hemm konsistenza.
L-esej L-esej taf tkun diffiċli biex tagħtiha marka minħabba li
l-ġudizzju jaf ikun suġġettiv.
Żewġ markers jagħtu żewġ marki differenti lill-istess esej.
Anke l-istess marker jaf jagħti żewġ marki differenti jekk jikkoreġiha f ’żewġ okkażjonijiet differenti.
The halo effett Jekk studenta tkun magħrufa li hi tajba, l-isforz tagħha
jista’ jgħinha biex tieħu marka ogħla jew marka li tkun ibbażata fuq ix-xogħol tal-imgħoddi li jkun dejjem tajjeb.
Dan jiġri meta l-għalliem jimmarka l-manuskritti tal-istudenti li jkun jgħallem.
Fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw
Il-kalligrafija
Preżentazzjoni pulita
Hemm metodi differenti ta’ kif wieħed
jista’ jimmarka esej.
L-immarkar analitiku Dan il-mod jagħmel użu mill-iskema tal-marki li
jkollha l-kriterji ta’ kif il-marki jitqassmu f’aspetti differenti tal-esej.
Pereżempju: Oriġinalità, kontenut, grammatika u sintassi, idjomatika, ortografija.
Il-metodu tal-punt
Dan jixbah xi ftit il-metodu analitiku. Kull tweġiba titqabbel mat-tweġiba ideali. Il-marki jingħataw skont l-aspetti rilevanti ttrattati mill-istudenta.
Il-marka ta’ impressjoni
Tinqara l-esej u tingħata marka mingħajr analiżi dettaljata.
Il-metodu ta’ klassifika
Taqra l-esejs kollha malajr u tqassamhom f’ħames gruppi skont l-impressjoni ġenerali. Imbagħad tibda timmarka waħda waħda fid-dettall.
L-aħjar li qabel ma nibdew nimmarkaw naqraw xi wħud mill-manuskritti biex niddeterminaw il-livell bażiku. Jista’ jkun li nkunu żbaljati f ’dak li nkunu qed nistennew. Jekk nibdew nimmarkaw mill-ewwel, jista’ jkun li nagħtu marki baxxi.
L-aħjar li timmarka l-istess mistoqsija ta’ kull skript biex il-ġudizzju tiegħek ikun konsistenti.
Prattika tajba hija li għalliema waħda timmarka l-essejs kollha, filwaqt li l-oħra timmarka l-eżerċizzju tat-taħriġ il-fehem.
L-iskema tal-marki
Tkun konsistenti.
Issir waqt it-tfassil tal-karta.
Qabel tiffinalizza l-karta, aħdimha u biddel l-iskema skont il-bżonn. F’dan l-istadju, l-iskema turi xi difetti fil-karta tal-eżami.
Iżżomm l-istandard fil-livell.
Trid tkun faċli biex tużaha, konċiża imma bid-dettalji li hemm bżonn
L-iskema tinkludi tweġibiet tajbin u dawk li mhumiex aċċettabbli.
L-iskema tal-marki trid tkun ċara fid-distribuzzjoni tal-marki.
Meta l-eżami jsir u jibda l-immarkar, jista’ jkun li jkun hemm bżonn xi emendi fl-iskema minħabba tweġibiet li jkunu taw l-istudenti u ma jkunx ħaseb fihom l-eżaminatur.
Ladarba l-iskema hi finalizzata, trid timxi fuqha.
Il-marki allokati jridu jaqblu perfettament mal-impenn mitlub tal-mistoqsija.
Inkludi l-allokazzjoni tal-marki għal kull item u wkoll partijiet mill-mistoqsija, bi tqassim dettaljat fejn hemm bżonn.
top related