opinjoni/ittra il-Ġimgħa 11 ta’ jannar 2019 l-istorja tal ... · lejliet il-milied. fil-fatt...

Post on 22-Jun-2020

3 Views

Category:

Documents

0 Downloads

Preview:

Click to see full reader

TRANSCRIPT

L-ISTORJA TAL-MILIED U L-IMMIGRANTI IRREGOLARI

Il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar 2019 11OPINJONI/ITTRA

L-ISTORJA TAL-MILIED U L-IMMIGRANTI IRREGOLARI

EDWARD SCICLUNA /Ministru għall-Finanzi

Jingħataw kenn f’pajjiżna [Ritratt: thelocal.it]

Għaddew il-festi u bdiet is-sena l-ġdida. Nistgħu ngħidu li

kellna festi tajba bħala pajjiż b’konsum ferm ikbar mis-soltu.

Madankollu ħaġa morra kellna wkoll matul dawn il- festi. Din kienet il-kwistjoni tal-immigranti fuq żewġ va-puri li daħħalniehom jist-kennu fl -ibħra Maltin. Aħna l-Maltin tajniehom il-pro-tezzjoni. Madankollu xorta waħda hi ironija kbira li fi l-Milied fejn nirrakkontaw l-istorja ta’ Ġesù Bambin li ħadd ma sablu fejn joqgħod, elfejn sena wara 49 persuna bejn sema u ilma l-Ewropa kollha, l-Ewropa sinjura ma sabitilomx fejn joqogħdu lejliet il-Milied.

Fil-fatt fi l-messaġġ tiegħu l-Papa tkellem dwar din il- kwistjoni, u anke l-Knisja Maltija għamlet dan u anke indirizzat kif għandu jkun il-messaġġ lejn l-Ewropa sħiħa. Tajjeb li niftakru

wkoll li fi l-ġranet tal-Milied aħna tajna kenn lil 250 im-migrant ieħor li kienu fi l- periklu kbir fl -ibħra Maltin għax ħassejna li dak huwa dmir tagħna. Fil-fatt ġibnie- hom f’darna. B’arranġament dawn il-persuni jibdew jiċċaqalqu lejn pajjiżi oħra Ewropej u jinqassmu kif xieraq skont ftehim ma’ xi ftit pajjiżi. Hemm numru ta’ pajjiżi li wkoll ma jridux jisi-mgħu u bl-ebda mod ma jri-du immigranti f’pajjiżhom. Din il- kwistjoni qed tikber mhux biss fl -Ewropa iżda anke fi d-dinja.

Nieħdu l-Awstralja, pajjiż li twieled u sar pajjiż minn fuq l-immigranti fosthom Maltin li emigraw ’l hemm-hekk. Illum f’dan il-pajjiż qed ikun hemm protesti dwar l-immigranti irrego-lari. Fl-Awstralja bħal pajjiżi oħra qed jinqalgħu movi-menti, bħalma kont għidt drabi oħra popolisti u tal- lemin estrem, bis-salut tan-

Nazi eċċ. F’dawn il-pajjiżi dawn il-movimenti huma kontra l-immigranti speċjal-ment irregolari.

Fl-Amerika wkoll waqt il-festi tal-Milied rajna kjass kbir fi l-kungress bejn id-Demokratiċi Amerikani li jridu jgħaddu liġi tal-Gvern biex jiġi aċċettat għas- s ena d-dieħla u l-President Donald Trump qed jimpika u mhux lest jiffi rma dak il-baġit. Jekk Trump ma jiffi r-max, il-baġit ma jiġix appro-vat u dan qed jagħmlu għax il-baġit ma jinkludix il-ħajt bejn l-Amerika u l-Messiku li jiswa l-biljuni ta’ dollari. Trump irid jagħmlu biex jis-sodisfa l-wegħda tiegħu li jibni ħajt li jżomm l-im-migranti barra. Għalhekk wieħed ma jis tax ma jinnu-tax li din il- kwistjoni tal- immigrazzjoni qed tinfi rex mad-dinja kollha, inkuż l- Ewropa, l-Ame -rika, l-Aws-tralja, il-Ġappun u oħrajn. Issa jekk l-immigrazzjoni

hijiex kawża tal- popoliżmu jew inkella l- popoliżmu hux riżultat tal- immigrazjoni wieħed jista’ joqgħod jiddi-bati. Madan kollu ejja nit-kellmu fuq il- kwistjoni ta’ Malta.

Malta għamlet il-pożizz-joni tagħha ċara li fejn jidħlu l-ibħra Maltin u jkun hemm in-nies fi l-periklu fuqu, aħna fi d-dmir tagħna li nsal-vawhom. Iżda bħala pajjiż żgħir nistennew li l-Unjoni Ew ropea tgħina, bħalma aħna dejjem għinna pajjiżi oħra fi problemi ta’ kriżijiet fi nanzjarji fi spirtu ta’ soli-darjetà. Nistennew issa li l-istess spirtu ta’ solidarjetà wkoll jintwera lejn pajjiżna b’hekk tqassam il-piż tal-immigraz zjoni. Dan ma jfi s-sirx li meta għandek bċejjeċ tal-baħar qrib l-Italja jew inkella qrib il-gżejjer Taljani, għax għan dek partit popo-lista fi l-gvern li jipprova jib-bulja pajjiż żgħir bħal tagħ-na għandna nċedu għaliha.

Għandna dritt li nieqfu u ngħidu l-verità. Hemm ukoll l-kwistjoni tal-NGOs, li jiġbru l-fl us b’mod vo-lontarju, u bihom imexxu dgħaj jes kbar biex isalvaw l-immigranti. Wieħed ma jis tax ma jaqbilx li wieħed isalva lil xi ħadd mill-għarqa u l-mewt, għax hi xi ħaġa tajba. Iżda meta dan isir b’mod mhux organizzat, in-dipendentment mill-awtori-tajiet sew Libjani u anke Ewropej u tagħmel ta’ rasek, tkun qed tinkoraġixxi in-fl uss kbir ta’ immigranti mill-Afrika. L-Afrika għan-dha 55 stat, hija pajjiż kbir u fi bżonnijiet kbar u hemm bżonn ta’ investiment u għajnuna lil dan il-konti-nent, iżda jekk int tistennie-hom barra l-kosta Afrikana biex issalvahom qisek qed twasslilom messaġġ li int se ġġorhom lejn l-Ewropa.

Il-problema hi li ħadd ma jista’ jagħti garanzija li jsalva lil kulħadd u għalhekk tkun qed tinkoraġixxi lill-persuni

biex jemigraw u li jieħdu sog ru kbir għal ħajjithom u jispiċċaw jegħrqu. Għalhekk l-NGOs huma żbaljati f’dan ir-rigward għaliex qed jagħ-mlu dan mhux b’koperazz-joni mal-Unjoni Ewropea u lanqas ma-awtoirtajiet Lib-jani. Għalkemm f’għajnejn in-nies jidhru li l-ġest tagħ-hom hu li jgħinu, però fuq medda itwal ta’ żmien qed ikomplu jgħarrqu s-sitwazz-joni u qegħdin jipperikolaw ħajjet in-nies li setgħu jib-qgħu f’pajjiżhom.

F’dan ir-rigward l-Unjoni Ewropea ħaditha d-deċiż-joni, u qalet li dawn l- għaqdiet ma għandhomx jiġu inkoraġġiti li jkomplu joperaw għax jekk se jkom-plu b’dan il-mudell mhux qed jgħinu s-sitwazzjoni.

Dwar id-dewmien biex tissolva s-sitwazzjoni tad-49 immigrant, jista’ jkun li waqt il-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena ħafna jkunu mhux fl -uffi ċċju tagħ-hom u allura d-deċiżjoni biex jiftiehmu ħadet iktar żmien. Hemm ukoll proble-ma li Franza qed naraw ukoll il-protesti li qed isiru, qed naraw il-Ġermanja li ukoll qed tiff aċċja din il- problema tal-individwi li qegħdin jorganizzaw ruħ-hom bit-twemmin tan-Naz-iżmu, jiġifi eri qegħdin f’sit-wazzjoni diffi ċli. Ħafna gvernijiet jixtiequ jgħinu lill-immigranti però jibżgħu li jitilfu l-fi duċja tal-poplu u jkun qed jagħtu iktar ruħ, aktar ossiġnu lil dawn il- partiti u gruppi tal-lemin es-trem.

Nisperaw li s-sena 2019 twassal biex dawn il-kwist-jonijiet jiġu riżolti. Se tkun sena diffi ċli għal gvernijiet demokratiċi, tan-nofs, għax jekk mhux se jsibu s-soluzz-jonijiet iżda se jagħtu iżjed riħ lil dawn il-pajjiżi popo-listi li mhux qegħdin biss fl -Ewropa, iżda fl -Amerka u anke pajjiżi ’l bogħod bħall -Awstralja u l-Ġappun.

Sur Editur,Smajt b’interess id-diskor-

si li saru mill-kbarat fi l-festi li għaddew. Kollha sibthom in-teressanti iżda meta qgħadt nirrifl etti sibt li kollha, barra wieħed, kieku saru qabel ma qaleb il-millennju aktarx ftit kienu jbiddlu fi l-kontenut tagħ hom. Kif għidt, kollha

barra wieħed. Id-diskors tal-Prim Ministru barra x-xew-qat sbieħ li jagħti jinkwadra dan f’tema ferm kurrenti: l-intelliġenza artifi ċjal, li turi l-avvanz fi t-teknoloġija tal-bnie dem iżda li tiżboqha hemm l-imħabba li l-ebda tekonoloġija ma tista’ tirrep-lika. Ħsieb li tajjeb inżommu

qud diem għajnejna s-sena kollha fi r-relazzjonijiet sew individwali fi ċ-ċirku żgħir tagħna, kif ukoll fl -akkwati fejn ngħixu u nkunu, mal-pajjiż kollu kif ukoll maċ- ċirkostanza ta’ madwar na u nwessgħu din sa l-ib għad trufi jiet. Nistqarr li mogħmi minn perspettiva politika ma

kontx ħadt pjaċir li fi l-kos-tituzzjoni kienet id daħħlet il-klawsola tan-newtralità, iżda maż-żmien in dunajt kemm din serviet sew lil pajjiżna kif ukoll lilna. Dan tarah meta pereżempju wieħed jirrak-konta li meta kien ħiereġ mill-ajruport ta’ Ateni u waqqfuh għax kellu tagħmir

tal-ossiġnu għax ibati bil-qtugħ tan-nifs u tħassbu dwaru, kif lis-supervisor qalulha li kien Malti tat ordni li jitħalla jmur jaqbad l-ajru-plan. L-is tess meta xi individ-wu jmur għal rasu Iżrael… jew f’xi paj jiż Għarbi.

TAL-QOLLA S-SAFRA,Tas-Sliema

L-intelliġenza artifi ċjali u l-imħabba

top related