analiżi tas-sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 situational...

52
Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet relatati mal-istruzzjoni u t-tagħlim tal-LWUTLs fil-livell Ewropew u soluzzjonijiet biex jiġu sodisfatti Verżjoni: Finali

Upload: vuhanh

Post on 10-Mar-2019

231 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet relatati mal-istruzzjoni u t-tagħlim tal-LWUTLs

fil-livell Ewropew u soluzzjonijiet biex jiġu sodisfatti

Verżjoni: Finali

Page 2: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

2

Awtur:

Soros International House

Vilnius, Il-Litwanja

http://www.sih.lt

Dan id-dokument ġie żviluppat mill-konsorzju tan-Network for Social and Market Inclusion through

Language Education (SMILE).

Dan huwa rapport indipendenti. Dan mhuwiex dokument politiku la fil-livell Ewropew u lanqas f'dak

nazzjonali. SMILE huwa netwerk li jaħdem fuq livell provviżorju, u jħares direttament lejn il-prattiki

sabiex jingħelbu d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali fl-Unjoni Ewropea permezz tal-promozzjoni ta'

mudelli li rnexxew għat-tagħlim tal-lingwi.

Ippubbikat fl-2015.

Page 3: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

3

WERREJ: TOC

1. Introduzzjoni ........................................................................................................................................................ 5

2. Il-politika lingwistika tal-UE ................................................................................................................................. 6

3. Il-lingwi inqas użati u mgħallma fl-Ewropa .......................................................................................................... 8

4. Sinteżi tad-dejta tal-pajjiżi ................................................................................................................................... 9

4.1. Id-diversità u l-kuntest tal-politika lingwistika fil-pajjiżi msieħba ................................................................ 9

4.2. Sommarju dwar eżempji ta' prattiki tajbin eżistenti għall-promozzjoni tal-LWULTs identifikati fil-pajjiżi

msieħba ............................................................................................................................................................. 12

4.3. Setturi identifikati fil-pajjiżi msieħba .......................................................................................................... 15

4.3.1. It-turiżmu ............................................................................................................................................. 17

4.3.2. L-edukazzjoni għall-adulti .................................................................................................................... 19

4.3.3. L-integrazzjoni tal-migranti .................................................................................................................. 22

4.3.4. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali................................................................................................... 24

4.3.5. In-negozju u l-kummerċ ....................................................................................................................... 26

4.3.6. L-industriji tal-kostruzzjoni u oħrajn .................................................................................................... 28

4.3.7. L-edukazzjoni skolastika u t-taħriġ tal-għalliema ................................................................................ 29

4.3.8. L-anzjani ............................................................................................................................................... 31

4.3.9. Persuni żvantaġġati.............................................................................................................................. 32

4.3.10. Is-swieq tax-xogħol ............................................................................................................................ 33

4.3.11. Is-settur tal-kura tas-saħħa................................................................................................................ 34

4.4. Modi u metodi għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-LWULTs ......................................................................... 36

4.4.1. Logħob u attivitajiet lingwistiċi ............................................................................................................ 36

4.4.2. Il-lingwi permezz ta' rappreżentazzjonijiet viżwali .............................................................................. 37

4.4.3. Tagħlim bejn il-pari .............................................................................................................................. 37

4.4.4. It-tagħlim tal-lingwi permezz ta' laqgħat ma' persuni oħrajn ............................................................. 38

4.4.5. Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL) .................................................................................. 39

4.4.6. Tagħlim imħallat .................................................................................................................................. 40

4.4.7. It-tagħlim lingwistiku interġenerazzjonali ........................................................................................... 41

4.4.8. It-tagħlim tal-lingwi permezz tal-komunikazzjoni onlajn .................................................................... 42

4.4.9. It-tagħlim tal-lingwi fuq il-post ............................................................................................................ 42

4.4.10. Simulazzjonijiet ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali ............................................................................... 42

4.4.11. Approċċ awdjoviżwali għat-tagħlim tal-LWUTLs barra mill-klassi ..................................................... 43

Page 4: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

4

4.4.12. Metodu ta' tagħlim konġunt .............................................................................................................. 44

4.4.13. Ikkowċjar kunfidenzjali ...................................................................................................................... 44

4.4.14. Għodda ta' tagħlim tal-lingwi bbażati fuq l-ICT, riżorsi onlajn għat-tagħlim awtonomu .................. 45

5. Konklużjoni ........................................................................................................................................................ 46

6. Referenzi ............................................................................................................................................................ 48

Page 5: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

5

1. Introduzzjoni In-Network for Social and Market Inclusion through Language Education (SMILE, Netwerk għall-inklużjoni

soċjali u fis-suq permezz tal-edukazzjoni lingwistika) għandu l-għan li jġib flimkien organizzazzjonijiet impenjati

f'industriji u setturi differenti tal-ekonomija biex jesploraw flimkien l-opportunitajiet biex ikabbru l-

kompetittività, itejbu l-impjegabilità u jsaħħu l-inklużjoni soċjali permezz ta' ħiliet lingwistiċi mtejba b'enfasi

fuq il-LWUTLs.

In-netwerk SMILE għandu l-għan li jappoġġja l-politiki lingwistiċi Ewropej u nazzjonali permezz tar-riċerka, l-

identifikazzjoni u t-tifrix tas-suċċessi tal-prattiki tajbin għall-promozzjoni tad-diversità lingwistika b'attenzjoni

partikolari fuq it-tagħlim tal-LWUTLs.

L-iskop tal-Analiżi Sitwazzjonali huwa li tippreżenta s-sejbiet aġġornati tan-netwerk SMILE dwar il-ħtiġijiet tat-

tagħlim tal-LWUTLs (less widely used and taught languages, il-lingwi inqas użati u mgħallma) relatati mal-

inklużjoni fis-suq tax-xogħol u soċjali fi 15-il pajjiż Ewropew rappreżentati f'dan il-proġett - il-Bulgarija, Ċipru, ir-

Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, in-Netherlands, il-

Portugall, Spanja, l-Iżvizzera u t-Turkija.

Dan id-dokument huwa bbażat fuq il-Ħarsiet Ġenerali lejn il-Pajjiżi żviluppati mill-imsieħba tal-proġett mill-

pajjiżi rispettivi bħala riżultat tar-riċerka mwettqa matul il-proġett. Dan jipprovdi informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

relatati mal-LWUTLs tas-setturi identifikati fil-livell Ewropew u s-soluzzjonijiet biex jiġu ssodisfatti permezz ta'

metodoloġiji mhux tradizzjonali applikati għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi sitwazzjonali.

L-Analiżi għandha l-għan li tenfasizza l-benefiċċji tal-approċċ sitwazzjonali għall-promozzjoni tal-LWUTLs fir-

rigward tat-tijib tal-kompetenzi, l-impjegabilità u l-kompetittività. Din tirrifletti fuq is-sitwazzjoni fi 15-il pajjiż

Ewropew u tagħmel referenza għal prattiki tajbin li rnexxew, l-impatt tagħhom fuq il-gruppi fil-mira differenti,

b'mod partikolari dawk vulnerabbli għall-esklużjoni (bħall-migranti, il-persuni b'diżabilità, l-anzjani, eċċ) u l-

potenzjal għat-trasferibbiltà.

L-Analiżi Sitwazzjonali tagħti ħarsa ġenerali lejn il-politiki ewlenin Ewropej fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi u l-

promozzjoni tad-diversità lingwistika għall-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u soċjali. Barra minn hekk, id-dokument

jiċċara x'inhu mifhum bit-terminu "lingwi inqas użati u mgħallma" fil-livell tal-UE, u jagħti wkoll interpretazzjoni

kif iddefinita min-netwerk SMILE.

It-taqsima li jmiss tal-Analiżi tiffoka fuq il-politiki u l-prattiki lingwistiċi nazzjonali fil-pajjiżi msieħba fl-

edukazzjoni formali u mhux formali u tagħti ħarsa ġenerali lejn id-diversità lingwistika eżistenti. Imbagħad

issegwi l-preżentazzjoni tas-setturi ewlenin identifikati minn SMILE bħala dawk li probbabilment ser

jibbenefikaw l-aktar mir-riżultati tal-proġett kif ukoll tagħti deskrizzjoni tal-ġabra ta' prattiki tajbin, l-

applikazzjoni prattika tagħhom fis-setturi identifikati fil-pajjiżi msieħba kif ukoll il-metodoloġiji u l-approċċi li

rnexxew għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-LWUTLs. Din it-taqsima tispiċċa b'ħarsa ġenerali lejn il-modi u l-

metodi l-aktar użati għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-LWUTLs appoġġjati minn dawk proposti min-netwerk

SMILE bħala l-aktar effettivi għall-inklużjoni soċjali u fis-suq.

L-aħħar kapitolu tad-dokument jasal għal konklużjonijiet fuq l-opportunitajiet u l-isfidi għall-promozzjoni tal-

LWUTLs u l-importanza tagħhom għall-isferi ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-ħajja fl-Ewropa.

Fl-aħħar tad-dokument tingħata lista ta' referenzi.

Page 6: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

6

2. Il-politika lingwistika tal-UE Is-sħubija SMILE wettqet analiżi fuq diversi dokumenti prinċipali ppubblikati mill-istituzzjonijiet tal-UE u korpi

leġiżlattivi fuq l-oqsma prijoritarji u l-miri għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi fil-livell Ewropew, b'attenzjoni

speċifika mogħtija lill-importanza tal-lingwi għall-inklużjoni fis-suq tax-xogħol u soċjali.

L-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi l-miri tat-tkabbir tal-UE biex l-Unjoni ssir “ekonomija intelliġenti,

sostenibbli u inklużiva” sas-sena 2020 u tgħin l-Istati Membri jiksbu livelli għoljin ta' impjieg, produttività u

koeżjoni soċjali. Għall-kisba ta' dawk il-miri l-UE tistabbilixxi ħames objettivi ffukati fuq azzjonijiet konkreti biex

jitwettqu fil-livelli Ewropej u nazzjonali fl-oqsma tal-impjieg, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, it-tibdil fil-

klima u s-sostenibbiltà fl-enerġija u l-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali.

Informazzjoni dettaljata dwar Ewropa 2020 tinsab fuq http://ec.europa.eu/europe2020/index_en.htm

Qafas strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (‘ET 2020’), ippubblikat mill-Kunsill tal-

Unjoni Ewropea fl-2009, jiffoka fuq erba' għanijiet komuni li jindirizzaw l-isfidi fl-edukazzjoni u t-taħriġ sal-

2020, jiġifieri:

Li t-tagħlim tul-il-ħajja u l-mobilità jsiru realta;

Li jitjiebu l-kwalità u l-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

Li jkunu promossi l-ugwaljanza, il-koeżjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva;

Li jitjiebu l-kreattività u l-innovazzjoni, inkluża l-intraprenditorija, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-

taħriġ;

It-test sħiħ tad-dokument huwa disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-UE fuq http://eur-lex.europa.eu/legal-

content/EN/ALL/?uri=CELEX:52009XG0528(01)

F'termini ta' tagħlim tal-lingwi, il-programm il-ġdid Erasmus+ (2014-2020), jaġġorna l-għan ta' Barċellona ta'

"lingwa materna u żewġ lingwi barranin" u jpoġġi enfasi espliċita fuq l-importanza tal-kompetenzi u l-ħiliet

prinċipali għall-ħtiġjiet tas-suq tax-xogħol. L-għanijiet lingwistiċi ta' Erasmus+ ikopru:

it-titjib tal-livell tal-kompetenzi u l-ħiliet prinċipali, fir-rigward tar-rilevanza tagħhom għas-suq tax-

xogħol, b'mod partikolari permezz taż-żieda fl-opportunitajiet għall-mobilità għat-tagħlim;

it-titjib tal-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika u l-għarfien

interkulturali;

l-iżvilupp ta' ħiliet bażiċi u trasverali, inluż il-multilingwaliżmu, bl-użu ta' approċċi pedagoġiċi

innovattivi u ċċentrati l-istudent u l-iżvilupp ta' metodi ta' valutazzjoni u ċertifikazzjoni xierqa.

Ħarsa ġenerali lejn il-programm Erasmus+ tinsab fuq https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus_en

L-importanza tal-lingwi għas-suq tax-xogħol hija enfasizzata aktar f'Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea

ppubblikata fl-2012 bħala Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jittratta l-Language

competences for employability, mobility and growth (Kompetenzi lingwistiċi għall-impjegabilità, il-mobilità u t-

tkabbir). Skont il-konklużjonijiet mid-dokument, il-kompetenzi lingwistiċi jridu jrawmu l-mobilità tal-ħaddiema

u tal-istudenti, jtejbu l-impjegabilità tal-forza tax-xogħol Ewropea, jkunu utli fil-ħajja reali u jaqblu mal-ħtiġijiet

tas-suq tax-xogħol. F'dan ir-rigward it-tagħlim tal-lingwi huwa stabbilit biex jappoġġja l-impjegabilità, il-

mobilità u t-tkabbir kif ukoll ikun ibbażat fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiż u jibni fuq l-aħjar prattika.

Għal aktar informazzjoni ara http://eur-lex.europa.eu/legal-

content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52012SC0372&from=EN

Page 7: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

7

F'dokument ippubblikat fl-2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jasal għal konklużjonijiet dwar il-kompetenzi

lingwistiċi biex itejbu l-mobilità u jindirizza, fost oħrajn, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kummissjoni

Ewropea u l-Istati Membri:

Li tiġi appoġġjata l-mobilità għat-tagħlim tal-lingwi;

Li jiġu skambjati l-esperjenzi u l-aħjar prattiki għall-promozzjoni tal-lingwi u l-akkwiżizzjoni ta' ħiliet

ġodda;

Li jiġi promoss kontenut lingwistiku speċifiku għal skopijiet professjonali (b'mod partikolari fil-VET u l-

HE);

Li jitjiebu r-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi lingwistiċi miksubin permezz tal-edukazzjoni

mhux formali u informali;

Li tkun ipprovduta konnessjoni bejn il-kwalifiki tal-VET li jinkludu l-ħiliet lingwistiċi u l-QKERL;

Li jingħata appoġġ permezz tal-programmi tal-UE;

Li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta' materjali tal-istruzzjoni u t-tagħlim għal-LWUTLs.

Il-Kunsill jirrikonoxxi l-oqsma prijoritarji li ġejjin għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi:

Il-mobilità għat-tagħlim għat-titjib tal-impjegabilità, l-għarfien interkulturali, il-kreattività u l-iżvilupp

personali;

Konoxxenza tajba ta' lingwi barranin bħala kompetenza prinċipali għas-suq tax-xogħol u l-koeżjoni

soċjali;

Metodoloġiji innovattivi għat-titjib tal-impjegabilità u l-mobilità tal-ħaddiema;

Taħriġ tal-għalliema (b'mod partikolari fil-VET);

Għażla usa' ta' lingwi, inklużi l-LWUTLs u l-lingwi tal-pajjiżi tal-viċinat;

Il-kompetenzi lingwistiċi tal-gruppi żvantaġġati għal inklużjoni soċjali aħjar u l-iżvilupp professjonali fil-

ġejjieni (b'mod speċjali tat-tfal);

L-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi għal skopijiet speċifiċi;

It-tagħlim tal-lingwi tul il-ħajja, inkluż għall-anzjani;

It-test sħiħ tad-dokument huwa disponibbli fuq:

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/educ/126373.pdf

Il-konklużjonijiet ġenerali fuq id-dokumenti analizzati jistgħu jaffermaw li l-importanza tal-kompetenzi u l-ħiliet

lingwistiċi għas-suq tax-xogħol qed tiżdied dejjem iżjed u għandhom isiru sforzi akbar biex jiġu ssodisfatti l-

ħtiġijiet ta' dan is-suq billi t-tagħlim tal-lingwi jsir aktar iffukat fuq l-istudent, ikun orjentat b'mod prattiku u

japplika iżjed fil-kuntesti professjonali. Id-domanda u l-offerta tal-ħiliet lingwistiċi għalhekk għandhom jiffokaw

fuq it-tagħlim tal-lingwi relatat mal-impjieg b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-impjegaturi jeħtieġu kompetenzi

lingwistiċi mhux biss fil-lingwi l-aktar użati (bħall-Ingliż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, eċċ), iżda wkoll f'lingwi inqas

mgħallma meħtieġa għas-swieq niċċa.

Fuq il-bażi tad-dokumenti analizzati, in-netwerk SMILE identifika l-oqsma prijoritarji li ġejjin għall-promozzjoni

tal-LWUTLs:

Id-diversità lingwistika u kulturali;

Il-lingwi tal-viċinat / Ir-reġjuni transfruntieri;

Il-lingwi speċifiċi għax-xogħol;

Il-lingwi tal-imsieħa fil-kummerċ;

Il-mobilità (għall-istudju jew għax-xogħol).

Page 8: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

8

F'dan ir-rigward, l-LWUTLs jiffaċċjaw kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet biex iżidu r-rwol tagħhom bħala atturi

importanti fil-ħajja lingwistika, kulturali u soċjoekonomika Ewropea u għandhom jitpoġġew fil-kuntest tal-

kompetittività, id-domanda tas-suq, l-importanza soċjali u dik kulturali.

3. Il-lingwi inqas użati u mgħallma fl-Ewropa L-UE issa għandha 500 miljun ċittadin, 28 Stat Membru, 3 alfabeti u 24 lingwa uffiċjali, uħud minnhom

b'kopertura dinjija. Hemm madwar 60 lingwa oħra li huma parti wkoll mill-wirt tal-UE u huma mitkellma

f'reġjuni speċifiċi jew minn gruppi speċifiċi. Barra minn hekk, l-immigranti ġabu firxa wiesgħa ta' lingwi

magħhom; huwa stmat li tal-anqas 175 nazzjonalità issa huma preżenti fil-konfini tal-UE. Id-diversità

lingwistika hija stabbilita fl-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea , u fl-Artikolu 3

tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea . ll-protezzjoni tal-lingwi minoritarji fl-Ewropa hija assigurata permezz tal-

Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji (ECRML) - konvenzjoni mfassla minn naħa waħda biex

tipproteġi u tippromwovi l-lingwi reġjonali u minoritarji bħala aspett mhedded tal-wirt kulturali tal-Ewropa u

min-naħa l-oħra biex tippermetti lil dawk li jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja biex jużawha fil-ħajja

privata u pubblika. Din tkopri l-lingwi reġjonali u minoritarji, il-lingwi mhux territorjali u l-lingwi inqas użati.

B'analoġija mad-definizzjoni fl-Artikolu 1.a.i tal-Karta, lingwa inqas użata tista' tingħad li hija lingwa mitkellma

minn grupp ta' persuni li huwa numerikament iżgħar mill-bqija tal-popolazzjoni ta' stat jew reġjun.

Billi ma jistgħux jinstabu definizzjonijiet oħra formali tal-LWUTLs, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-proġett,

is-sħubija SMILE ddiskutiet u laħqet qbil dwar il-fehim komuni tat-terminu "lingwi inqas użati u mgħallma"

(LWUTLs) u liema lingwi jistgħu jiġu inklużi f'din id-definizzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-opportunitajiet

u l-prattiki tajbin għall-promozzjoni tagħhom. Ma setgħet tinstab l-ebda definizzjoni uffiċjali u konkreta għal-

LWUTLs fi kwalunkwe wieħed mid-dokumenti tal-UE uffiċjali li ġew analizzati. Id-definizzjoni adottata

tikkunsidra l-għanijiet tan-netwerk SMILE u l-applikazzjoni prattika tiegħu mal-gruppi fil-mira u ma

tirrappreżentax dikjarazzjoni uffiċjali għat-tifsira tal-LWUTLs.

Wara d-diskussjonijiet tal-imsieħba dwar opportunitajiet u oqsma problematiċi għall-promozzjoni tal-LWUTLs,

id-definizzjoni li ġejja tal-LWUTLs hija mifhuma li hija: "lingwi nazzjonali, strateġiċi, reġjonali jew minoritarji" li

jistgħu jiġu indirizzati taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Tingħata prijorità lil-lingwi uffiċjali tal-UE, jiġifieri l-parti kbira tal-prattiki tajbin magħżula huma ffukati

fuqhom:

L-Unjoni Ewropea għandha 24 lingwa uffiċjali. Dawn huma l-Bulgaru, il-Franċiż, il-Malti, il-

Kroat, il-Ġermaniż, il-Pollakk, iċ-Ċekk, il-Grieg, il-Portugiż, id-Daniż, l-Ungeriż, ir-Rumen, l-

Olandiż, l-Irlandiż, is-Slovakk, l-Ingliż, it-Taljan, is-Sloven, l-Estonjan, il-Latvjan, l-Ispanjol, il-

Finlandiż, il-Litwan u l-Iżvediż.

Il-lingwi l-aktar użati (l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Ispanjol) huma esklużi

sakemm ma jipprovdux valur miżjud u potenzjal ta' trasferibbiltà ta' prattiki tajbin u metodi

applikabbli għal-LWUTLs. Il-lingwi l-oħra kollha uffiċjali huma meqjusin LWUTLs (fl-Ewropa).

Il-lingwi reġjonali u minoritarji (inklużi l-lingwi transfruntieri), bħal pereżempju l-Katalan fi Spanja u

f'każijiet speċifiċi ħafna t-Taljan fl-Iżvizzera, jistgħu jiġu inklużi meta jkunu rilevanti għall-għanijiet tal-

proġett (is-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali) u l-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira.

Il-lingwi tal-imsieħba strateġiċi tal-UE jew b'importanza strateġika għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku

tal-Unjoni, bħal pereżempju ċ-Ċiniż, ir-Russu, l-Għarbi, eċċ.

Page 9: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

9

Fuq il-bażi ta' din id-definizzjoni l-imsieħba ta' SMILE wettqu riċerka dwar prattiki tajbin għall-promozzjoni u t-

tagħlim tal-LWUTLs u l-akkomodazzjoni tagħhom f'setturi differenti identifikati bħala ambjent tajjeb għal-

lingwi f'kull wieħed mill-pajjiżi msieħba.

4. Sinteżi tad-dejta tal-pajjiżi F'dan il-kapitolu niddeskrivu d-differenzi u s-similaritajiet bejn il-pajjiżi msieħba ta' SMILE relatati mad-diversità

lingwistika u l-politiki dwar it-tagħlim tal-lingwi tagħhom. Imbagħad nipprovdu ħarsa ġenerali lejn eżempji ta'

prattiki tajbin miġburin fil-pajjiżi msieħba u nippreżentaw is-setturi prinċipali li jistgħu jibbenefikaw b'mod

sinifikanti mill-applikazzjoni tal-eżempji ta' prattiki tajbin ta' SMILE. Fl-aħħar ta' dan il-kapitolu niddeskrivu l-

modi u l-metdi proposti minn SMILE bħala dawk l-aktar effettiva għall-inklużjoni soċjali u fis-suq tax-xogħol.

4.1. Id-diversità u l-kuntest tal-politika lingwistika fil-pajjiżi msieħba

F'dan il-kapitolu niddeskrivu d-differenzi u s-similaritajiet bejn il-pajjiżi msieħba ta' SMILE relatati mad-diversità

lingwistika u l-politiki dwar it-tagħlim tal-lingwi tagħhom.

Is-sitwazzjoni lingwistika u legali tvarja minn pajjiż għal ieħor: ċertu pajjiżi ta' SMILE għandhom iżjed minn

lingwa uffiċjali tal-istat waħda rikonoxxuta (eż. CH, CY, FI, MT, PT). Dawn il-pajjiżi ġeneralment jirrikonoxxu l-

lingwi reġjonali jew barranin li huma mitkellma minn parti sinifikanti tal-popolazzjoni. Dan mhuwiex il-każ

speċifiku tal-Portugall, fejn il-lingwa reġjonali tiegħu, il-Mirandese, minkejja li hija mitkellma biss f'reġjun

konfinat u speċifiku tal-pajjiż, mill-popolazzjoni tagħha biss (jiġifieri, minn madwar 15-il elf kelliem), spiċċat tiġi

rikonoxxuta politikament pjuttost reċentement bħala lingwa kouffiċjali, l-aktar minħabba l-importanza storika

u reġjonali tagħha.

Ħafna pajjiżi oħra għandhom partijiet sinifikanti tal-popolazzjoni tagħhom li titkellem lingwi minoritarji. Dawn jinkludu lingwi reġjonali kif ukoll lingwi barranin mitkellma mill-migranti. Kultant huwa diffiċli li wieħed jiddistingwihom minħabba li l-lingwi reġjonali ħafna drabi jinkludu lingwi mitkellma fil-pajjiżi tal-viċinat u l-lingwi barranin jinkludu lingwi oħra Ewropej kif ukoll lingwi mitkellma f'partijiet oħra tad-dinja.

Fil-maġġoranza tal-pajjiżi msieħba, il-kunċett tal-lingwa/i uffiċjali/tal-istat huwa integrat fil-Kostituzzjonijiet jew

atti legali oħra (eż. BG, CY, FI, GR, LV, LT, MT, PT, ES, CH, TR), filwaqt li ma hemmx dispożizzjonijiet legali spefiċi

li jikkonċernaw il-lingwa nazzjonali fil-Ġermanja, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u n-Netherlands. Fl-istess ħin is-

sitwazzjoni fi Spanja hija eċċezzjonali minħabba l-lingwi kouffiċjali tal-komunitajiet awtonomi "storiċi" (il-

Katalonja, il-Pajjiż Bask u l-Galicia).

Fil-pajjiżi kollha hemm d-dispożizzjonijiet legali prinċipali fis-seħħ rigward l-użu u l-protezzjoni tal-lingwi

reġjonali jew minoritarji

Sabiex jinkiseb l-objettiv "lingwa materna u żewġ lingwi barranin" tal-politika lingwistika tal-UE qed isiru sforzi

kbar mill-pajjiżi msieħba kollha biex itejbu l-kompetenzi fil-lingwi barranin taċ-ċittadini tagħhom. Matul dawn l-

aħħar snin, il-maġġoranza tal-pajjiżi għamlu passi biex itejbu d-disponibbiltà tat-tagħlim ta' lingwi barranin. Xi

eżempji jinkludu:

It-tnaqqis tal-età tal-bidu obbligatorja għat-tagħlim tal-ewwel lingwa barranija bħar-Repubblika Ċeka,

il-Litwanja u l-Greċja;

It-tnaqqis tal-età tal-bidu għat-tagħlim tat-tieni lingwa barranija, bħall-Italja;

Li t-tagħlim ta' tieni lingwa jsir obbligatorju (bħar-Repubblika Ċeka);

Li l-iskejjel ikunu mħeġġa jipprovdu l-istruzzjoni ta' lingwi barranin f'etajiet aktar bikrin fl-ISCED 1 u/jew

f'aktar lingwi barranin, bħal-Litwanja u l-Greċja.

Page 10: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

10

F'ħafna pajjiżi msieħba, it-tagħlim u l-istruzzjoni ta' lingwi barranin inbidlu jew qed jinbidlu bħala parti minn

riformi edukattivi usa'. Pereżempju:

Fil-Greċja, ir-riforma "New School" li seħħet fl-2009 kienet tinkludi l-għan li jiżdid it-tagħlim ta' lingwi

barranin;

Fil-Finlandja, il-Pjan ta' Żvilupp għall-Edukazzjoni u r-Riċerka 2011-2016 jagħti attenzjoni lill-ħtieġa għal

Strateġija Nazzjonali għal-Lingwi, firxa ikbar ta' kompetenzi lingwistiċi, u l-istruzzjoni lingwistika fl-

edukazzjoni integrata;

F'Malta, qed jiġi mħejji pjan nazzjonali biex jirrevedi u jtejjeb il-ħiliet fil-matematika, l-Ingliż u l-Malti;

Fi Spanja, l-Att Organiku tad-9 ta' Diċembru 2013 għat-Titjib tal-Kwalità fl-Edukazzjoni jappoġġja l-

multilingwaliżmu, u jżid l-isforzi biex l-istudenti jsiru aktar fluwenti tal-anqas fl-ewwel lingwa barranija.

Huwa impenjat lejn l-inkorporazzjoni fil-kurrikuli ta' tieni lingwa barranija;

Ir-riforma li għaddejja tal-kurrikuli tal-iskola sekondarja għolja (ISCED 3) fl-Italja hija fil-ħames sena ta'

implimentazzjoni tagħha (u tkun ikkompletata fl-2015). Mill-etajiet ta' 14 sa 19-il sena, l-istudenti

huma obbligati jitgħallmu lingwa barranija waħda biss, għalkemm dawn jistgħu jagħżlu mogħdijiet

edukattivi/tipi ta' skejjel fejn iridu jistudjaw sa tliet lingwi barranin sakemm jilħqu d-19-il sena;

Fin-Netherlands, sa mill-2008 'il quddiem ġew implimentati diversi programmi ta' azzjoni suċċessivi

biex iżidu r-riżultati tal-edukazzjoni obbligatorja. Dawn il-programmi koprew l-edukazzjoni obbligatorja

b'mod ġenerali, iżda ffukaw fuq is-suġġetti ewlenin tal-Olandiż, l-aritmetika/matematika u l-Ingliż. L-

Ispettorat Olandiż tal-Edukazzjoni osserva li bħala konsegwenza ta' dawn il-programmi ta' azzjoni u

fatturi oħra, ir-riżultati tal-istudenti Olandiżi fl-eżamijiet nazzjonali fl-aħħar tal-edukazzjoni sekondarja

tagħhom tjiebu;

Fir-Repubblika Ċeka strateġija ġdida għall-2015-2020 ser tpoġġi enfasi fuq tieni lingwa u l-edukazzjoni

lingwistika fl-iskejjel vokazzjonali.

Il-maġġoranza tal-politiki u l-inizjattivi fil-pajjiżi msieħba ffukaw fuq iż-żieda fil-parteċipazzjoni fit-tagħlim ta'

lingwi barranin matul l-edukazzjoni obbligatorja. Pereżempju:

Inizjattivi pilota biex il-lingwi barranin ikunu disponibbli bħala parti mill-kurrikulu meta ma jkunux

obbligatorji (GR);

Inizjattivi pilota li jbaxxu l-età tat-tagħlim ta' lingwa barranija (PT);

Miżuri biex il-lingwi barranin ikunu obbligatorji f'età bikrija (GR, TR, CZ, CH);

Żieda fil-firxa ta' lingwi barranin offruti lill-istudenti (CZ, FI, NL, PT);

Miżuri għall-kontinwazzjoni tat-tagħlim ta' lingwi barranin fl-edukazzjoni sekondarja għolja b'attenzjoni

fuq il-lingwi tal-pajjiżi tal-viċinat (NL);

L-istabbiliment ta' miri u standards tad-dħul għall-progress (LT).

F'ħafna pajjiżi twettqu bidliet fil-valutazzjoni tal-lingwi barranin:

Fil-Greċja, is-"Sistema Nazzjonali għall-Eżamijiet tal-Lingwi Barranin" (KPG) kienet introdotta għall-

eżamijiet fl-Ingliż, il-Franċiż, it-Taljan u l-Ġermaniż fl-2003/04 u inizjattiva parallela, is-"Sistema ta'

Eżamijiet u Ċertifikazzjoni tat-Tagħlim tal-Lingwi (SAPIG)" bdiet fl-2007.

Fil-Litwanja, il-Qafas tal-Kurrikuli Ġenerali jistabbilixxi ambizzjonijiet għal kisbiet fil-lingwi barranin li

jikkorrispondi għall-QKERL. Sabiex jiġi żviluppat ittestjar lingwistiku validat sistematiku, qed jintużaw il-

Fondi Strutturali tal-UE. Fl-aħħar tal-edukazzjoni sekondarja aktar baxxa (Form 10) l-istudenti jpoġġu

għal test nazzjonali mhux obbligatorju fil-lingwi barranin biex jivvalutaw il-livell miksub fit-tliet ħiliet

lingwistiċi (is-smigħ, il-qari u l-kitba) fil-livelli A2-B1. It-testijiet u l-kriterji tal-gradazzjoni huma

Page 11: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

11

mmaniġġjati b'mod ċentrali iżda l-valutazzjoni hija lokali. It-taħdit mhuwiex inkluż. Fl-aħħar tal-

edukazzjoni sekondarja għolja (Form 12) l-istudenti jagħmlu eżami estern fil-livelli B1-B2. It-testijiet

huma ppilotati u validati mal-QKERL f'konsultazzjoni mal-esperti tal-Valutazzjoni ta' Cambridge. Qed

jiġu żviluppati wkoll kompiti tat-taħdit miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Eżamijiet, iżda dawn qed jiġu

vvalutati lokalment bħala kredit. It-taħdit ser jiġi inkluż fl-eżami u l-valutazzjoni tiegħu ser ikun

ċentralizzat fl-2015.

Wara l-2012, il-Portugall introduċa sensiela ta' miżuri biex itejjeb il-kompetenzi fl-Ingliż bħala l-ewwel

lingwa barranija. Minkejja li din hija rikonoxxuta bħala l-vera lingua franca użata għall-komunikazzjoni

xjentifika, it-turiżmu jew in-negozju, l-Ingliż kien introdott biss fl-iskola Primarja bħala kurrikulu

obbligatorju fil-Portugiż fl-2012. Id-Digriet Liġi Nru 176/2014, tat-12 ta' Diċemrbu, stabbilixxa l-

istruzzjoni obbligatorja tal-Ingliż kemm fit-tielet kif ukoll fir-raba' sena skolastika. Dawn il-miżuri

għandhom jagħtu lill-istudenti Portugiżi seba' snin konsekuttivi ta' studju obbligatorju ta' din il-lingwa

ta' komunikazzjoni internazzjonali. Huwa maħsub li, fl-aħħar tal-edukazzjoni obbligatorja tal-Ingliż, l-

istudenti jkunu jistgħu jiksbu profiċjenza ta' livell ferm ogħla ta' din il-lingwa internazzjonali, kif ukoll

biex din tkun armonizzata aktar mal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKERL).

Uħud mill-pajjiżi msieħba ta' SMILE għandhom politiki appoġġjati biex jestendu t-tagħlim lingwistiku bi

programmi nazzjonali biex jiżviluppaw materjali tat-tagħlim biex jgħinu l-għalliema u l-istudenti tal-lingwi:

F'Ċipru, it-tagħlim mill-bogħod qed jiġi ppilotat biex jgħin fit-tagħlim tal-lingwi fi skejjel primarji żgħar

f'postijiet imbiegħda;

Fil-Greċja, ir-riformi tal-2009 jinkludu l-iżvilupp tal-KPG e-school li tipprovdi għodda tat-tagħlim

b'awtogwida għall-istudjenti tal-lingwi - kif ukoll għodda u informazzjoni għall-ġenituri, l-għalliema, l-

edukaturi u l-eżaminaturi;

Fi Spanja, hemm diversi programmi li jinkludu l-użu ta' għodda interattiva għat-tagħlim li jeħtieġu l-użu

tal-ICT fil-lingwi, sponsorizzati kemm mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll dawk reġjonali;

Fl-Italja, Divertinglese huwa proġett multimodali sponsorizzat mill-Ministeru biex jippromwovi t-

tagħlim tal-Ingliż. Dan jikkonsisti fi stazzjon televiżiv bl-Ingliż u websajt indirizzati lejn l-istudenti tal-

livelli kollha skolastiċi;

Fil-Litwanja u l-Latvja, l-għodda tal-ICT jintużaw fit-tagħlim tal-lingwi minħabba li ħafna materjali u

riżorsi onlajn huma offruti kemm bħala parti mill-kotba tal-iskola kif ukoll materjali addizzjonali għall-

akkwiżizzjoni ta' ċerti ħiliet lingwistiċi speċifiċi. L-għalliema huma mħeġġa biex jużaw l-ICT fil-korsijiet

tat-taħriġ fis-servizz li joffru programmi għax-xogħol b'white boards interattivi, sistemi ta' votazzjoni,

tablet PCs, materjali tal-internet, eċċ.

Fin-Netherlands, diversi programmi fil-livell nazzjonali u reġjonali ġew mibdija biex itejbu l-ħiliet

lingwistiċi tal-impjegati illitterati fuq il-post tax-xogħol. Ġew żviluppati approċċi ġodda għall-istruzzjoni

tal-Olandiż lill-migranti minn voluntiera, li jikkontribwixxu b'dan il-mod għall-integrazzjoni u l-

parteċipazzjoni tal-migranti fis-soċjetà u għall-fehim reċiproku bejn l-Olandiżi u l-migranti.

Fil-maġġoranza tal-pajjiżi msieħba, it-tagħlim integrat tal-kontenut u l-lingwi (CLIL) kien imħeġġeġ b'mod wiesa'

biex jiżdiedu l-kompetenzi lingwistiċi permezz tal-istabbiliment ta' għażliet bħal dawn għall-istudenti, l-offerta

ta' inċentivi lill-iskejjel biex joffru s-CLIL, u billi l-għalliema mhux lingwistiċi jkunu permessi jgħallmu f'lingwa

barranija (BG, ES, NL, LT). Dawn il-pajjiż jirrikonoxxu li s-CLIL itejjeb il-komptenzi lingwistiċi tal-istudenti.

Page 12: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

12

L-offerta tal-lingwi kemm fl-edukazzjoni lingwistika formali kif ukoll dik mhux formali fil-maġġoranza tal-pajjiżi

msieħba tiffoka fuq il-lingwi popolari tal-UE, jiġifieri, l-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż, u żżid ir-Russu, it-Tork, id-

Daniż, iċ-Ċiniż, l-Għarbi eċċ bħala lingwi ta' importanza strateġika jew storika skont il-pajjiż.

4.2. Sommarju dwar eżempji ta' prattiki tajbin eżistenti għall-promozzjoni tal-LWULTs

identifikati fil-pajjiżi msieħba Is-sħubija SMILE wettqet riċerka dwar proġetti u inizjattivi lingwistiċi li rnexxew li jipprovdu metodi innovattivi

għall-promozzjoni u t-tagħlim tal-LWUTLs f'kuntesti sitwazzjonali u ħolqot dejtabejż ta' prattiki tajbin li tkopri

34 pajjiż. L-għażla ta' prattiki tajbin kienet ibbażata fuq sett ta' kriterji relatati mal-implimentazzjoni u mal-

kontenut li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-setturi identifikati għall-akkomodazzjoni tal-LWUTLs u l-politiki kurrenti

Ewropej u nazzjonali fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi, jiġifieri:

L-inklużjoni soċjali permezz tal-Edukazzjoni Lingwistika

L-inklużjoni fis-Suq tax-Xogħol permezz tal-Edukazzjoni Lingwistika

Il-Multilingwaliżmu

Il-lingwi inqas użati u mgħallma

Metodoloġiji mhux tradizzjonali għall-istruzzjoni u t-tagħlim tal-lingwi

Metodoloġiji għat-tagħlim tal-lingwi fil-kuntest sitwazzjonali

It-tagħlim tal-lingwi għal skopijiet speċifiċi

Approċċi ġodda lejn l-istruzzjoni għall-istudenti tal-lingwi mhux tradizzjonali

Prodotti u materjali lingwistiċi għal skopijiet ta' studju awtonomu

Materjali tat-tagħlim tal-lingwi bbażati fuq l-ICT

L-adattabilità u t-trasferibbiltà tal-metodoloġiji għal gruppi fil-mira differenti

Metodoloġiji innovattivi għat-taħriġ tal-għalliema

Il-mobilità għat-tagħlim tal-lingwi

Ir-rikonoxximent tal-ħiliet lingwistiċi miksuba permezz tal-edukazzjoni mhux formali u informali

L-applikazzjoni tal-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKERL)

Id-diversità lingwistika u d-djalogu interkulturali

Prattiki tajbin għall-użu tal-lingwi fuq il-post tax-xogħol

Ir-riċerka mwettqa għandha l-għan li toħloq konnessjonijiet bejn id-dinjiet tal-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħol

u tidentifika opportunitajiet biex jiġu akkomodati l-LWUTLs f'ambjenti tat-tagħlim tal-lingwi amikevoli. Il-ġbir

tal-prattiki tajbin ikopri varjetà wiesa' ta' setturi ekonomiċi, edukattivi u soċjali u jipprovdi mudelli ta' ħidma

għall-applikazzjoni tal-metodoloġiji u l-prodotti f'ambjenti prattiki. Il-prattiki tajbin jista' jkollhom impatt dirett

fuq xi ftit gruppi ta' partijiet interessati:

Organizzazzjonijiet li huma attivi fil-qasam tas-swieq tax-xogħol – it-trejdunjins, l-assoċjazzjonijiet

tal-impjegaturi, il-fornituri ta' taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni, il-fornituri tal-prekwalifiki, eċċ, li

jistgħu jsiru familjari ma' metodi alternattivi ta' tagħlim tal-lingwi u prodotti multilingwali biex iżidu l-

kompetenzi, il-kompetittività u l-impjieg f'setturi differenti u b'hekk itejbu l-kompetenza u s-servizzi

tagħhom lill-persuni li qed ifittxu li jirrealizzaw ruħhom aħjar fis-suq tax-xogħol.

Organizzazzjonjiet minn setturi ekonomiċi speċifiċi (kostruzzjoni, turiżmu, enerġija rinnovabbli,

ambjent, eċċ.) – Dawn jistgħu jibbenefikaw minn metodi u prodotti mhux tradizzjonali għat-tagħlim u l-

promozzjoni tal-lingwi sitwazzjonali fil-kuntest speċifiku tal-qasam ta' kompetenza u interess tagħhom.

Dan ser itejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti u l-kwalifiki tal-fornituri.

Page 13: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

13

Organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim għal persuni fir-riskju ta' esklużjoni soċjali

(migranti, persuni b'diżabilitajiet, anzjani, eċċ) – Il-persuni żvantaġġati jingħataw appoġġ biex jintegraw

aħjar fis-soċjetà u jiġu mmotivati biex jiżviluppaw kwalitajiet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-

xogħol

Organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' edukazzjoni lingwistika formali u mhux formali –

skejjel, universitajiet, ċentri lingwistiċi, fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti, edukazzjoni u taħriġ fil-

lingwi vokazzjonali, il-pubbliku b'mod ġenerali, eċċ huma mħeġġin japplikaw il-metodoliġiji identifikati

għat-tagħlim sitwazzjonali tal-LWUTLs mal-istudenti tagħhom. Prattiki tajbin li jipprovdu metodoloġiji

bħal dawn huma disponibbli għall-4 setturi edukattivi - l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni għolja, l-

edukazzjoni għall-adulti, it-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali.

Fil-preżent, id-dejtabejż tinkludi aktar minn 300 prattika tajba minn 34 pajjiż u hija disponibbli fuq il-websajt

tal-proġett www.smile-network.eu permezz ta' magna tat-tfittix li faċli tużaha. L-utenti jistgħu jirranġaw il-

preferenzi tat-tfittix tagħhom u jfittxu l-prattiki tajbin skont kriterji, lingwi fil-mira, setturi, pajjiżi, kliem ewlieni,

eċċ. Kull prattika tipprovdi informazzjoni dwar l-inizjattiva magħżula, il-gruppi fil-mira u s-setturi konċernati, l-

għanijiet, il-metodoloġija użata, ir-riżultati, il-benefiċċji għall-gruppi fil-mira, il-premjijiet riċevuti kif ukoll il-

potenzjal għat-trasferibbiltà.

Il-kollezzjoni ta' prattiki tajbin tkopri 46 lingwa li jistgħu jiġu ggruppjati fil-kategoriji li ġejjin:

Hawn taħt hawn rappreżentazzjoni grafika tal-lingwi separati inklużi fil-ġabra ta' prattiki tajbin skont il-

kategoriji u n-numru ta' prattiki disponibbli għal kull lingwa:

• Il-lingwi inqas użati u mgħallma (LWUTLs):

Il-parti kbira tad-dejtabejż tittratta mal-LWUTLs li jirrapprentaw il-lingwi tal-istat uffiċjali fl-Ewropa, minbarra l-

ħames lingwi l-aktar użati – l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ispanjol u t-Taljan.

24

5

11

5 1

Lingwi koperti mill-prattiki tajbin ta' SMILE

LWUTLs uffiċjali

Lingwi popolari

Lingwi reġjonali/minoritarji

Lingwi strateġiċi

Oħrajn (Latin)

Page 14: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

14

• Lingwi popolari:

Il-lingwi "popolari" huma inklużi bħala parti mill-prattiki tajbin li jippromwovu l-LWUTLs jew li jipprovdu

potenzjal ta' trasferibbiltà speċifiku li jista' jkun ta' benefiċċju għas-setturi identifikati u l-gruppi fil-mira.

• Lingwi reġjonali u minoritarji:

0

10

20

30

40

50

60

70

80

90

Alb

aniż

Bo

snja

n

Bu

lgar

u

Kro

at

Ċek

Dan

Ola

nd

Esto

nja

n

Fin

lan

diż

Gri

eg

Un

geri

ż

Irla

nd

Latv

jan

Litw

an

Mal

ti

No

rveġ

Po

llakk

Po

rtu

giż

Ru

men

Serb

Slo

vakk

Slo

ven

Żved

Tork

LWUTLs uffiċjali fil-prattiki tajbin ta' SMILE

0

20

40

60

80

100

120

Ingliż Franċiż Ġermaniż Taljan Spanjol

Lingwi popolari fil-prattiki tajbin ta' SMILE

Page 15: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

15

Il-lingwi reġjonali u minoritarji (inklużi l-lingwi transfruntieri), bħal pereżempju l-Katalan fi Spanja u l-Occitane

fl-Italja, Franza u Spanja, huma inklużi meta jkunu rilevanti għall-għanijiet tal-proġett (l-inklużjoni fis-suq tax-

xogħol soċjali) u l-ħtiġijiet tal-gruppi fil-mira.

• Lingwi strateġiċi:

Il-lingwi strateġiċi jkopru l-lingwi tal-imsieħba strateġiċi tal-Unjoni Ewropea jew tali b'importanza strateġika

għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Unjoni, bħal pereżempju ċ-Ċiniż, ir-Russu, l-Għarbi, eċċ.

4.3. Setturi identifikati fil-pajjiżi msieħba

In-netwerk SMILE identifika s-setturi li jistgħu jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta' approċċi għat-tagħlim tal-

lingwi mhux tradizzjonali ffukati fuq l-LWUTLs u stabbilixxa kanali għall-involviment tal-partijiet interessati

minnhom. L-attenzjoni hija poġġuta fuq il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-użu tat-tagħlim u l-promozzjoni tal-

0

5

10

15

20

25

Bask Katalan Galizjan Saami Sorbian t'Isfel

Gaelic Skoċċiż

Welsh

Lingwi reġjonali/minoritarji fil-prattiki tajbin ta' SMILE

0

5

10

15

20

25

30

35

Għarbi Ċiniż Ħindi Ġappuniż Russu

Lingwi strateġiċi fil-prattiki tajbin ta' SMILE

Page 16: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

16

lingwi bħala mezz għat-titjib tal-kompetittività, l-impjegabilità u l-inklużjoni soċjali fl-isferi differenti permezz

tal-esplorazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet lingwistiċi speċifiċi.

Is-setturi ewlenin ta' ekonomija moderna għall-akkomodazzjoni tal-LWUTLs koperti matul il-proċess tal-għażla

fil-pajjiżi msieħba jinkludu:

L-edukazzjoni għall-adulti

L-edukazzjoni lingwistika mhux formali

Il-lingwi minoritarji

L-edukazzjoni skolastika (ta' qabel il-primarja, il-primarja, is-sekondarja)

L-edukazzjoni universitarja

Studenti barranin u persuni li qed ifittxu xogħol

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Gwida u konsulenza vokazzjonali

Il-kummerċ u l-industrija

Il-konsulenza

L-organizzazzjonijiet kulturali

L-intrapriżi l-kbar (> 500 impjegat)

L-intraprenditorija u l-SMEs

L-istudenti bi bżonnijiet speċjali

L-integrazzjoni tal-migranti

Ir-re-emigranti u d-Diaspora

L-anzjani

Il-persuni żvantaġġati

L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ

Il-fornituri tal-kura tas-saħħa

It-taħriġ tal-għalliema

Is-soċjetà ċivili

Il-volontarjat u l-voluntiera

Il-ħabsijiet

L-arti u l-artiġjanat

In-negozju u l-kummerċ

Is-servizzi ta' pubblikazzjoni

Il-midja u r-reklamar

It-trejdunjins

Is-swieq tax-xogħol

It-turiżmu u l-ospitalità

L-agrikoltura

Il-kostruzzjoni

Il-komunikazzjoni

L-ekoloġija

Għoxrin sieħeb tan-netwerk SMILE minn 15-il pajjiż Ewropew iffukaw l-attivitajiet ta' riċerka tagħhom fis-

setturi magħżula tagħhom, analizzaw id-domanda settorjali għal-LWUTLs u identifikaw strateġiji effettivi biex

Page 17: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

17

jakkomodaw l-LWUTLs fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi formali u mhux formali f'dawk is-setturi. Il-passi li jmiss

tal-proġett ser ikunu direzzjonati lejn it-tifrix ta' metodoloġiji innovattivi mill-prattiki tajbin magħżula fost ir-

rappreżentanti tal-gruppi fil-mira fil-pajjiżi msieħba kollha. Dan ser jinkiseb permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib

mal-partijiet interessati rilevanti mis-setturi inkwistjoni, avvenimenti nazzjonali u transnazzjonali li

jippromwovu s-sejbiet tan-netwerk, workshops, konnessjonijiet ma' netwerks oħrajn nazzjonali u Ewropej,

proġetti u inizjattivi, attivitajiet ta' promozzjoni, eċċ.

Is-setturi magħżula fil-pajjiżi msieħba ta' SMILE jirrappreżentaw ambjenti importanti għall-promozzjoni ta'

opportunitajiet u għaż-żieda tal-motivazzjoni għat-tagħlim tal-lingwi. Dawn jinkorporaw il-prijoritajiet tal-

pajjiżi, fost oħrajn, għat-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis fil-qgħad, opportunitajiet ta' xogħol ġodda u aħjar u

żieda fil-kompetittività taċ-ċittadini tagħhom. Fl-istess ħin, f'dawn l-aħħar snin, il-flussi tal-migrazzjoni lejn u

ġewwa l-Ewropa intensifikaw u poġġew pressjoni addizzjonali fuq l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet

rilevanti li ħafna drabi ma għandhomx kapaċitajiet u riżorsi speċifiċi biex jimplimentaw miżuri effettivi għall-

integrazzjoni tal-migranti fis-soċjetà.

Il-maġġoranza tal-prattiki tajbin magħżulin jindirizzaw fl-istess ħin aktar minn qasam prijoritarju wieħed u

jistgħu jipprovdu mudelli għal kollaborazzjonijiet transettorjali effiċjenti u joħolqu konnessjoni bejn id-dinjiet

tal-edukazzjoni lingwistika, is-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali. Il-mudelli u l-approċċi tat-tagħlim tal-lingwi

estratti ħafna drabi jistgħu jiġu applikati f'setturi differenti u l-metodoloġiji pprovduti jistgħu jkunu ideat

innovattivi għat-titjib tal-kwalità u tat-tagħlim tal-lingwi f'ambjenti prattiċi u jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi ta'

setturi differenti.

Id-dejtabejż tipprovdi prattiki tajbin li jindirizzaw is-setturi identifikati u li joriġinaw kemm minn kull pajjiż

imsieħeb kif ukoll minn pajjiżi oħrajn Ewropej. Din hija prekondizzjoni tajba għall-estrazzjoni ta' mudelli li

jirnexxu minn pajjiżi oħrajn kif ukoll għall-iskambju ta' esperjenzi bejn il-partijiet interessati fis-setturi rilevanti.

Hawn taħt hija deskrizzjoni tas-setturi ewlenin magħżulin mill-pajjiżi msieħba ta' SMILE għall-akkomodazzjoni

tal-LWUTLs u l-gruppi fil-mira li jistgħu jibbenefikaw mill-ġabra tal-prattiki tajbin.

4.3.1. It-turiżmu

Is-settur tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu qed jiżdid gradwalment fl-importanza tiegħu bħala ambjent faċli tużah

għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi minħabba l-fruntieri miftuħa, l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozju u

s-suq tax-xogħol, in-numru miżjud ta' programmi ta' mobilità għall-istudenti u ż-żieda fl-interess fl-edukazzjoni

għolja barra mill-pajjiż. Illum il-ġurnata n-nies jivvjaġġaw għal negozju, rikreazzjoni, skopijiet edukattivi u

jiffaċċjaw il-ħtieġa li jikkomunikaw f'lingwi barranin li jagħmel dan il-kuntest motivazzjoni importanti għat-

tagħlim tal-lingwi.

Il-prijoritajiet tal-UE fuq perjodu twil fis-settur tat-turiżmu huma relatati ma' l-iżvilupp tal-Qafas ta' Kompetenzi

u Ħiliet għat-Turiżmu (Tourism Skills Competences Framework) bi tqabbil aħjar tal-ħiliet u l-ħtiġijiet tas-suq

tax-xogħol. F'dan ir-rigward il-gwidi turistiċi jeħtieġu opportunitajiet ġodda biex itejbu l-ħiliet tagħhom

f'konformità mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu b'rata mgħaġġla tas-suq modern fis-settur tat-turiżmu. Il-kompetenzi

prinċipali tal-gwidi turistiċi jeħtieġu jiġu estiżi għall-ħtiġijiet diffiċli u li qed jinbidlu tal-viżitaturi fil-kuntest tal-

globalizzazzjoni u l-livell għoli ta' kompetittività tal-offerti turistiċi.

Is-settur tat-turiżmu huwa ambjent estremament favorevoli għall-akkomodazzjoni tal-LWUTLs u l-promozzjoni

tal-metodoloġiji għat-titjib tal-kompetenzi lingwistiċi, iż-żieda fil-kompetittività u fil-motivazzjoni għat-tagħlim

tal-lingwi. Tmien pajjiżi tan-netwerk SMILE (BG, CY, CH, GR, IT, MT, PT, TR) identifikaw eżempji ta' prattiki

Page 18: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

18

tajbin li jindirizzaw dawk il-ħtiġijiet u jipprovdu riżorsi mhux formali, informali u ta' tagħlim elettroniku għat-

tagħlim awtodirett u awtonomu f'firxa wiesa' ta' lingwi. Dawn jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Gwidi turistiċi

• Aġenziji tal-ivvjaġġar u operaturi turistiċi

• Professjonisti mis-settur tal-ospitalità

• Vjaġġaturi (il-pubbliku ġenerali)

• Fornituri ta' servizzi lingwistiċi

• Voluntiera, pensjonanti u persuni qiegħda

• Studenti tal-lingwi mhux tradizzjonali

Eżempji ta' prattiki tajbin għas-settur tat-turiżmu:

Mill-Bulgarija:

“Tell Me a Story” jfittex li jtejjeb l-impjegabilità u l-kompetittività tal-gwidi turistiċi permezz ta' għodda tat-tagħlim awtonomu bbażata fuq l-ICT u multilingwali fi 8 lingwi. L-ispazju elettroniku għat-tagħlim tal-lingwi fih materjali sempliċi strutturati b'eżempji u eżerċizzji għas-smigħ, it-taħdit u l-qari, ibbażati fuq rakkontar ta' stejjer u marbutin mill-qrib ma' temi bħal postijiet lokali, monumenti, direzzjonijiet għal żjarat fl-ibliet, eċċ. www.tellmeastory.eu

Minn Ċipru:

“Light Me Up! – Language Lessons for Abroad” stabbilixxa l-għan li jakkomoda 5 lingwi Ewropej inqas użati u mgħallma fil-kuntest tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż. Minħabba li s-settur tal-ivvjaġġar u t-turiżmu kiber f'dawn l-aħħar snin, huwa importanti li tingħata kunsiderazzjoni lill-karattru multilingwali tal-Ewropa u li jingħata appoġġ lin-nies fil-komunikazzjoni f'lingwi barranin permezz tal-promozzjoni magħhom tal-benefiċċji tat-tagħlim tal-lingwi. Light Me Up! ġie ppremjat bl-inizjattiva tal-UE għal proġetti innovattivi "Il-Marka tal-Lingwa Ewropea" fl-2010. http://www.lightmeup.cz/en/Homepage

Mir-Repubblika Ċeka:

Langevo hija logħba fuq il-web għall-akkwiżizzjoni ta' vokabularju, li tikkombina l-logħob u t-tagħlim tal-lingwi. Din il-forma ta' tagħlim tal-lingwi timmotiva aktar lin-nies biex jirrevedu l-għarfien tagħhom. Langevo huwa metodu modern, interattiv, attraenti, divertenti u onlajn ta' tagħlim tal-lingwi. Inti tista' titgħallem 7 lingwi (l-Ingliż, iċ-Ċek, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Pollakk, l-Ispanjol). Hemm il-livelli 1-5 (minn elementari sa esperti). www.langevo.com

Mill-Greċja:

English for Training and Mobility ippropona firxa wiesa' ta' Programmi ta' Tagħlim tal-Lingwi għal professjonijiet differenti mill-inqas f'żewġ LWUTs. www.eftam.com

Mill-Italja:

L-Occitania tkopri tliet pajjiżi: l-Italja, Franza u Spanja. Din ma għandha l-ebda entità politika, iżda għandha kultura komuni u lingwa komuni, l-Occitan. Sa mill-2008 Chambra Òc identifikat mogħdijiet għall-hiking għall-interazzjoni mal-popolazzjoni lokali Occitana. Mill-2014, flimkien mal-Kooperattiva għat-turiżmu sostenibbli Waldenviaggiapiedi, ġew imfassla u mmaniġġjati mogħdijiet għall-hiking li fihom il-parteċipanti jista' jkollhom kuntatt mal-lingwa Occitana, u

Page 19: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

19

jiffamiljarizzaw ruħhom magħha permezz tal-interazzjoni tagħhom mal-popolazzjoni ospitanti. http://www.waldenviaggiapiedi.it/walden-adotta-occitania-pe/

Minn Malta:

“Be My Guest” huwa kors qasir ta' tagħlim elettroniku fil-lingwa Russa elementari li jiffaċilita l-komunikazzjoni ma' persuni li jitkellmu bir-Russu f'pajjiżi differenti Ewropej. Dan jindirizza l-aktar lil persuni li jaħdmu jew qed ifittxu impjieg fit-turiżmu, in-negozju, jew qed jivvjaġġaw lejn u mir-Russja jew pajjiżi li jitkellmu r-Russu. http://www.russianonline.eu

Mill-Portugall:

L-ikel u x-xorb jilgħabu rwol important fil-kultura Portugiża. L-idea tal-proġett "Taste the Language" jibbenefika minn din is-sitwazzjoni, u b'hekk jassoċja l-promozzjoni tal-lingwi lil settur strateġiku bħat-turiżmu fil-pajjiż. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jippromwovi l-lingwi permezz tal-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' tidwiq b'xejn, ta' prodotti tipiċi reġjonali. Dawn il-prodotti kienu relatati kemm mal-ikel kif ukoll max-xorb. L-ikel u x-xorb intużaw bħala katalista għat-tagħlim tal-lingwi. L-enfasi prinċipali kienet fuq il-lingwa mitkellma. Is-sessjonijiet tat-tidwiq seħħew fil-kuntest ta' festivals tal-ikel eżistenti, fieri tal-ikel, il-fieri tat-turiżmu u avvenimenti simili. Permezz ta' dawn l-avvenimenti, il-promoturi attiraw lil kull min kien interessat li jiffamiljarizza ruħu ma' kulturi differenti.

Mit-Turkija:

MLARG huwa proġett Ldv li għandu bħala għan li juża t-teknoloġiji tat-tagħlim mobbli (MLT) għat-tfassil ta' materjali u metodoloġija tal-istruzzjoni tal-lingwi għaż-żgħażagħ (tal-etajiet ta' 16-17) b'riżorsi finanzjarji limitati li qed jistudjaw fi skejjel postsekondarji vokazzjonali tat-turiżmu. www.mlarg.boun.edu.tr

4.3.2. L-edukazzjoni għall-adulti

L-Edukazzjoni għall-Adulti bħala settur jista' jkopri sa ċertu punt, iżda mhux kompletament, is-setturi l-oħra

msemmija f'dan id-dokument. Adult fl-edukazzjoni huwa meqjus persuna li għandu 16-il sena jew iżjed, li

mhuwiex involut fis-sistema edukattiva formali. Dan jifforma grupp verament vast li jinkludi l-gruppi

professjonali kollha, iżda wkoll, persuni involuti f'attivitajiet ta' tagħlim jew għall-iżvilupp personali jew għal

proġetti oħrajn tal-ħajja bħaż-żwieġ, il-migrazzjoni, l-ivvjaġġar, eċċ. Minħabba li l-iskopijiet tat-tagħlim tal-

lingwi jistgħu jvarjaw ħafna, dan jagħti firxa verament vasta ta' mezzi biex jingħata t-taħriġ rispettiv. Dan jista'

jvarja minn korsijiet qosra ħafna fejn il-parteċipanti jduqu l-lingwa, għal korsijiet komprensivi ħafna fit-tul għal

gruppi jew privati li jilħqu livelli għoljin ta' akkwiżizzjoni lingwistika.

L-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' materjali għall-istruzzjoni u t-tagħlim tal-LWUTLs huma popolari ħafna

f'attivitajiet ibbażati fuq proġetti fejn l-adulti jistgħu jipparteċipaw fl-ittestjar ta' materjali, fit-tagħlim ta' lingwa

barranija b'xejn kif ukoll fil-mezzi żviluppati speċifikament għal grupp fil-mira speċifiku. Il-fornituri l-aktar

popolari tat-taħriġ lingwistiku għall-adulti jibqgħu iċ-ċentri lingwistiċi, iċ-ċentri kulturali, il-libreriji, iċ-ċentri tal-

VET, l-NGOs, eċċ.

L-eżempji ta' prattiki tajbin ta' SMILE identifikati fi ħdax-il pajjiż imsieħeb (BG, CY, DE, ES, FI, GR, LT, MT, NL, PT,

TR) huma relatati kemm mal-istudenti bħala l-benefiċjarji finali kif ukoll mal-fornituri ta' servizzi lingwistiċi u

dawn jittrattaw mat-tagħlim awtonomu, l-adulti bi bżonnijiet speċjali, l-anzjani, it-tagħlim interġenerazzjonali,

il-mobilità, l-integrazzjoni tal-migranti, l-ivvjaġġar rikreattiv, eċċ. Il-gruppi fil-mira li jistgħu jibbenefikaw mill-

prattiki tajbin fis-settur edukattiv għall-adulti jinkludu:

Page 20: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

20

• Studenti adulti

• Fornituri ta' servizzi lingwistiċi

• Fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti

• Ċentri tal-VET

• Studenti tal-lingwi mhux tradizzjonali

Eżempji ta' prattiki tajbin għas-settur tal-edukazzjoni għall-adulti

Mill-Bulgarija:

Il-proġett JOY FLL għandu l-għan li jqajjem l-għarfien tan-nanniet dwar il-vantaġġi tat-tagħlim ta' lingwa barranija billi jimmotivawhom jingħaqdu man-neputijiet tagħhom biex jagħmlu dan. Il-proċess tal-involviment tagħhom fit-tagħlim ta' lingwi barranin b'enfasi fuq is-similaritajiet u d-differenzi kulturali jista' jipprovdi wkoll eżempji prattiċi għall-iżvilupp ta' ħiliet soċjali bħar-rispetti għall-oħrajn, it-tolleranza u l-fehim ta' kulturi u tradizzjonijiet oħra.

Minn Ċipru:

Il-proġett għandu l-għan li joħloq għodda għat-tagħlim tal-lingwi bbażata fuq il-web skont il-ħtiġijiet tal-utent. Ġew identifikati l-ħtiġijiet ta' 3 gruppi: L-istudenti tal-edukazzjoni għolja, l-adulti u l-professjonisti. L-għodda tuża struttura ta' piramida b'4 livelli: Lingwa - Ħtieġa - Taqsima Tematika - Għodda metodoloġika Il-filosofija tal-għodda hija li l-utent għandu ħtieġa speċifika li jrid jissodisfa f'lingwa speċifika, eż li jmur vaganza jew li jagħmel in-negozju ma' pajjiż ieħor jew li jara dokumentarju. Meta din il-ħtieġa tiġi identifikata, l-għodda ser tuża taqsimiet tematiċi speċifiċi relatati direttament mal-ħtieġa. http://www.sltool.eu/

Mill-Ġermanja:

The School for Lower Sorbian Language and Culture (Skola għal-Lingwa u l-Kultura tas-Sorbjan t'Isfel) kienet iddedikata għall-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-lingwa reġjonali tas-Sorbjan t'Isfel permezz tal-offerta ta' klassijiet, lekċers, u miżuri oħra edukattivi. Il-materjali tat-tagħlim tagħhom jrawwmu t-tagħlim awtonomu u huma mfassla biex jakkomodaw b'mod partikolari l-adulti u studenti mhux tradizzjonali, fost oħrajn. Il-materjali u l-metodoloġiji jiffokaw fuq ir-reġjun tal-Lusatia t'Isfel u jinkludu dizzjonarji, żjarat, u avvenimenti kulturali. www.sorbische-wendische-sprachschule.de

Minn Spanja:

Kxo! Applikazzjoni tas-Smartfown biex titgħallem il-Bask fejn l-utent jista' jinnaviga fiha bl-Ispanjol, bl-Ingliż u bil-Franċiż. Din l-applikazzjoni hija l-ewwel approċċ lejn il-Lingwa Baska, u għandha l-għan li tipprovdi għodda għal sitwazzjonijiet ta' kuljum fil-Bask għal dawk b'għarfien limitat jew l-ebda għarfien tal-lingwa Baska. Din tinkludi eżerċizzji ta' smigħ, u eżerċizzji ta' taħdit, qari u kitba għall-prattika. https://www.elhuyar.eus

Mill-Finlandja:

Place of work as a learning environment for Finnish

Il-proġett jipprovdi appoġġ professjonali fil-lingwa Finlandiża għall-istudenti migranti li għandhom bżonnha għal perjodi ta' tagħlim fuq il-post tax-xogħol. Il-proġett ħoloq u uża metodi differenti għall-produzzjoni ta' materjali u mudelli ta' appoġġ speċifiċi għas-settur. Dawn ir-riżultati kienu mbagħad sfruttati minn istrutturi vokazzjonali, kif ukoll minn rappreżentanti tal-ħajja tax-xogħol għal skopijiet ta' struzzjoni, konsulenza u evalwazzjoni. http://https//www.amiedu.fi/tietoa-amiedu/projektit/suomeksi-

Page 21: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

21

tyopaikalla(in%20Finnish%20only)

Mill-Greċja:

English for Training and Mobility ippropona firxa wiesgħa ta' Programmi ta' Struzzjoni Lingwistika għal professjonijiet differenti mill-inqas f'żewġ LWUTLs. www.eftam.com

Mil-Litwanja:

Lingu@net World Wide huwa ċentru tar-riżorsi onlajn multilingwi għat-tagħlim ta' lingwi barranin. Dan jipprovdi informazzjoni dwar, u konnessjonijiet ma' riżorsi tajbin onlajn minn madwar id-dinja relatati mat-tagħlim u l-istruzzjoni ta' kwalunkwe lingwa barranija moderna. Lingu@net World Wide huwa bbażat fuq l-idea li jekk inti qed titgħallem jew tgħallem lingwa inti tista' tkun interessat f'riżorsi rilevanti fi kwalunkwe lingwa li tifhem - mhux biss ir-riżorsi li tista' ssib billi tfittex fil-lingwa materna tiegħek. http://www.linguanet-worldwide.org/lnetrest/#/selectPublicLanguage/32

Minn Malta:

EU-EVERYPLACE joffri riżorsa onlajn miftuħa edukattiva, li tinvolvi ħin tat-tagħlim flessibbli, fil-lingwi nativi tal-5 nazzjonijiet, joffri opportunitajiet għat-tagħlim tal-LWUTLs meta ma jkunx hemm biżżejjed għalliema u materjal onlajn tal-LWUTLs u, jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika, u jappoġġja l-iżvilupp ta' kontenut ibbażat fuq l-ICT. Il-proġett jiddependi fuq il-kooperazzjoni mill-qrib tal-imsieħa, l-istudenti jew l-istudenti adulti minn SMEs, u kunsilli lokali jew aġenziji tat-turiżmu biex jipprovdu materjali tat-tagħlim, għat-tagħlim ta' lingwi inqas użati, ikkombinati ma' elementi interkulturali mmirati biex itejbu l-kompetenzi fil-komunikazzjoni.

Min-Netherlands:

Taal Dichtbij huwa parti mill-programm Taaloffensief żviluppat mill-muniċipalità ta' Rotterdam bil-għan li jiżdied il-benessri taċ-ċittadini migranti li ma jitkellmux bl-Olandiż billi jipprovdihom bl-opportunità li jattendu kors fl-Olandiż fil-viċinat tagħhom. Il-Fondazzjoni "Bij Corrie" tmexxi dan il-programm fiż-żona ta' Rotterdam ta' Hillesluis sa mill-bidu nett tal-inizjattiva. Websajt: http://bijcorrie.org/activiteiten/activiteit/taal-dichtbij/

Mill-Portugall:

Ciberdúvidas hija pjattaforma onlajn, li għandha l-għan li tiddefendi u tippromwovi l-lingwa u l-kultura Portugiża li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri kulturali tal-pajjiżi li jitkellmu bil-Portugiż. L-utenti jistgħu jistaqsu mistoqsijiet ta' kuljum dwar il-lingwa Portugiża billi jużaw sempliċement u ta' malajr app b'xejn għall-ismartfowns. Il-kontenut huwa pprovdut mill-websajt www.ciberduvidas.com - ir-riżorsa ewlenija dwar l-użu korrett tal-lingwa Portugiża li ilha twieġeb għal mistoqsijiet dwar il-lingwa għal dawn l-aħħar 16-il sena. www.ciberduvidas.pt

Mit-Turkija:

Il-proġett Divis (Digital video streaming and multilingualism) huwa proġett ffinanzjat mill-Ewropa li għandu l-għan li jħeġġeġ, jimmotiva u jgħammar kemm l-istrutturi tal-għalliema kif ukoll għalliema li jipprattikaw il-lingwa biex jinkludu l-produzzjoni ta' vidjows fl-istruzzjoni tagħhom. http://divisproject.eu/

Page 22: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

22

4.3.3. L-integrazzjoni tal-migranti

Il-migrazzjoni u l-mobilità fl-UE jibqa' suġġett prinċipali fid-dibattiti pubbliċi u politiċi madwar l-Ewropa li

jiffokaw fuq l-immigrazzjoni ekonomika, il-migranti irregolari u l-integrazzjoni ta' dawk li għadhom jaslu. Il-

migrazzjoni hija influwenzata minn kombinazzjoni ta' fatturi ekonomiċi, politiċi u soċjali, li jbiddel il-kuntest

tad-"diversità" f'kuntest ta' "superdiversità". Ħafna migranti mhumiex integrati kompletament, uħud m'huma

integrati xejn affattu, u ħafna drabi jiffaċċjaw il-faqar, l-esklużjoni soċjokulturali u forom differenti ta'

diskriminazzjoni. Barra minn hekk, l-ostakli eżistenti lingwistiċi u kulturali jipprevjenu l-migranti milli jirċievu l-

kwalità tas-servizzi meħtieġa u opportunitajiet indaqs meta mqabbla mal-komunitajiet li qed jilqawhom u

dawn normalment jiżolaw ruħhom dejjem iżjed fil-komunitajiet lokali tagħhom.

Dan is-settur jirrappreżenta kuntest importanti għat-tixrid tal-prodotti u l-metodoloġiji lingwistiċi direzzjonati

lejn l-iżvilupp u l-aġġornament tal-ħiliet bażiċi lingwistiċi tal-migranti u t-titjib tal-kapaċitajiet tal-

organizzazzjonijiet li jaħdmu għall-integrazzjoni u l-benessri tal-migranti. Ħafna organizzazzjonijiet tal-migranti,

b'mod speċjali dawk fl-Istati Membri tal-UE l-ġodda, jesperjenzaw diffikultà biex jittrattaw mal-flussi ta'

migranti mħallta u huma nieqsa mill-kapaċitajiet u r-riżorsi nazzjonali speċifiċi biex jittrattaw mal-

popolazzjonijiet barranin.

In-netwerk SMILE identifika eżempji ta' prattiki tajbin fi ħdax-il pajjiż imsieħeb (BG, CH, CY, DE, FI, GR, LT, LV,

MT, TL, PT) li jipprovdu metodoloġiji u riżultati li rnexxew għat-tagħlim tal-lingwi u l-integrazzjoni soċjali aħjar

tal-migranti li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Organizzazzjonijiet li jaħdmu għall-integrazzjoni tal-migranti

• Il-migranti u l-komunitajiet tal-migranti

• Fornituri ta' servizzi lingwistiċi

• Ċentri tal-informazzjoni u l-integrazzjoni

• Il-voluntiera u l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat li jaħdmu mal-migranti

• Fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti

Eżempji ta' prattiki tajbin għall-integrazzjoni tal-migranti

Mill-Bulgarija:

Il-proġett “Take Care” għandu l-għan li jgħin il-migranti jiksbu ħiliet lingwistiċi ġodda relatati ma' kwistjonijiet tal-kura tas-saħħa, li jtejjeb il-komunikazzjoni bejn il-fornituri tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti u li jagħti informazzjoni dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa fi 8 pajjiżi tal-UE. Il-proġett żviluppa Healthcare Language Guide for Migrants (Gwida lingwistika dwar il-kura tas-saħħa għall-migranti) li jinkludi Phrase Book, Word Fan, Medical Route, Basic Language Emergency Kit u Interactive Language Learning Book. www.takecareproject.eu

Mill-Iżvizzera:

Il-"HSK-Kurse in heimeitlicher Sprache und Kultur" huma lezzjonijiet tal-lingwa materna u l-kultura ta' oriġini għall-immigranti żgħażagħ tat-tieni ġenerazzjoni, organizzati f'seba' u għoxrin lingwa. Il-korsijiet huma organizzati f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet skolastiċi fl-Iżvizzera, il-pajjiżi ta' oriġini u l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri u għandhom l-għan li jiżguraw li dawn ikollhom l-għarfien tal-lingwa nativa tal-ġenituri u l-kultura tal-pajjiż ta' oriġini. www.vsa.zh.ch/internet/bildungsdirektion

Minn Ċipru:

Language Learning in Action (LLA)- unit 4: in the market

Dan il-programm kien maħluq fl-Esperino Gymnasium-Lyceum ta' Limassol, skola li hija orjentata lejn istudenti adulti li jixtiequ jiksbu diploma skolastika. Studenti li

Page 23: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

23

jitkellmu bl-Għarbi kienu rreġistrati fl-iskola u dan il-programm kien imfassal biex jgħin kemm l-istudenti adulti kif ukoll studenti oħra biex jitgħallmu l-Grieg f'perjodu ta'żmien qasir. It-tagħlim tal-Grieg jippermettihom jsiru membri attivi tas-soċjetà Ċiprijotta u jadattaw għall-kultura ta' Ċipru. Barra minnhekk, il-lingwa Griega tgħin l-istudenti jsegwu l-attivitajiet skolastiċi tagħhom, jattendu l-lezzjonijiet tal-iskola u jtejbu l-għarfien tagħhom fl-istorja, il-kultura, l-ekonomija u

l-ħajja skolastika ta' Ċipru. Dan il-program ingħata l-Marka tal-Lingwa Ewropea fl-2012

http://ec.europa.eu/education/language/label/label_public/index.cfm?fuseaction=project_award&award_id=8640&lang=MT

Mill-Ġermanja:

“Talk to Me and Listen to Me” jikkombina materjali għal studju awtonomu u workshops li huma ta' benefiċċju b'mod speċjali għall-ġenituri migranti li l-għarfien tagħhom tal-Ġermaniż mhuwiex biżżejjed biex jirreferu biss għal materjal edukattiv fil-lingwa Ġermaniża (materjal monolingwu). Il-materjal huwa mfassal biex jakkomoda b'mod speċjali s-sitwazzjonijiet individwali tal-ġenituri u l-mistoqsijiet li jista' jkollhom dwar kif irabbu' t-tfal tagħhom bħala bilingwi jew multilingwi. Barra minn hekk, il-workshop jiffoka wkoll fuq il-modi kif il-lingwa nativa rispettiva tista' tiġi ppreservata u mrawwma filwaqt li tiġi kkombinata mal-lingwa uffiċjali tal-Ġermaniż. http://www.okay-line.at/deutsch/aktuelles/elternratgeber/

Mill-Finlandja:

Kotisuomessa.fi; websajt interattiva għat-tagħlim tal-

Finlandiż u l-Iżvediż

Kotisuomessa.fi hija websajt interattiva għat-tagħlim tal-Finlandiż u l-Iżvediż. Kotisuomessa tfisser Dar fil-Finlandiż jew Għajxien fil-Finlandiż. http://https//www.kotisuomessa.fi/

Mill-Greċja:

Il-proġett MIgrant laNGuage and sociaL intEgration (Mingle) għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u jiffaċilita l-integrazzjoni tal-ħaddiema migranti fis-soċjetà lokali, billi jtejjeb l-aċċess tagħhom għal korsijiet ta' taħriġ fil-lingwi u materjal ieħor ta' gwida u konsulenza, biex jgħinhom isiru membri attivi tas-soċjetà li tospitahom. Dan jinkiseb bl-iżvilupp ta' Applikazzjoni għat-Tagħlim mill-Bogħod ibbażata fuq il-web u faċli tużaha u l-kontenut edukattiv rispettiv għall-istruzzjoni tal-lingwa tal-pajjiż li qed jospita l-migranti. http://mingle.exus.co.uk

Mil-Litwanja:

Il-proġett “Language opens any doors” għandu l-għan li jiffaċilita l-proċess tal-integrazzjoni tal-immigranti mhux tal-UE li jkunu għadhom kemm wasslu fis-soċjetà u s-suq tax-xogħol Litwani, biex jgħinhom jiksru l-ostakli għall-adattament soċjali , personali u kulturali f'ambjent ġdid. L-għan tal-proġett mhuwiex biss it-tagħlim ta' lingwi (livelli A1-B1), iżda li jipprovdi wkoll opportunità għall-migranti biex jiksbu għarfien dwar is-soċjetà, l-istorja, il-liġijiet ewlenin, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u sistemi tas-sigurtà soċjali Litwani. http://www.sih.lt/en/tsp_2

Mil-Latvja:

L2Paths – Pathways to Host Country Languages for

Migrants

L-għan tal-proġett huwa li jgħin lin-nies li jkunu ġejjin f'pajjiż ġdid biex jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż li qed jospitahom. Dan se jgħinhom isibu l-aħjar mod biex jitgħallmu, b'kont meħud tal-istili, il-preferenzi u l-limitazzjonijiet taż-żmien għat-tagħlim tagħhom. Li jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż li qed jospitahom huwa l-kjavi għall-integrazzjoni b'suċċess u l-impjegabilità tagħhom. Il-migranti se jkollhom aċċess għall pariri indipendenti u imparzjali minn konsulenti kwalifikati li se jkunu jistgħu jagħtuhom informazzjoni dettaljata dwar l-għażliet lokali għat-tagħlim tal-lingwi Is-sistema Pathfinder se tippermetti l-istudenti u l-konsulent ifasslu pjan ta' tagħlim personali li jinkludi monitoraġġ tal-progress.

Minn Malta:

Page 24: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

24

Minkejja l-ħiliet ta' awtoevalwazzjoni u l-għanijiet ta' tagħlim, proġett bħal dan kellu l-għan li jwassal il-prinċipji sottostanti tal-UE u jiffaċilita l-isfruttament tal-benefiċċji tagħha bħall-moviment ħieles tal-persuni. Il-pedagoġija lingwistika orjentata lejn il-portafoll toffri possibbiltajiet ġodda għall-għalliema tal-lingwi biex jgħinu l-istudenti tagħhom isiru aktar konxji tar-riżultati tat-tagħlim mixtieqa tagħhom u biex jidderieġu l-attenzjoni konxja tagħhom lejn il-proċessi tat-tagħlim tul l-istudju lingwistiku tagħhom. www.prosper.ro/EuroIntegrELP/EurointegrELP.htm

Min-Netherlands:

Taalwerkt! (Il-Lingwa Taħdem!) Taalwerkt! hija websajt fejn tinstab informazzjoni dwar korsijiet għal persuni li ma jistgħux jaqraw u jiktbu u metodi u taħriġ għall-impjegaturi li jittrattaw ma' impjegati illitterati. Hemm ideat utli għall-impjegaturi dwar kif jersqu lejn dawn il-gruppi u joffrulhom għajnuna biex jitgħallmu jaqraw u jiktbu. L-impjegaturi li jittrattaw ma' impjegati illitterati jistgħu jużaw deskrizzjonijiet ta' taħriġ u esperjenzi differenti fil-kumpaniji bħala eżempji tajbin. Dawn jistgħu jsibu wkoll informazzjoni dwar opportunitajiet ta' finanzjament. www.taalwerkt.nl

Mill-Portugall:

LLE/SPEAK kien proġett indirizzat biex irawwem l-integrazzjoni kulturali u lingwistika, biex jippromwovi laqgħat kulturali. L-Assoċjazzjoni li implimentat il-proġett tilgħab rwol attiv fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tal-immigranti. Il-korsijiet għall-adulti u għat-tfal kienu mmexxija minn kelliema nativi u l-lingwi involuti kienu l-Portugiż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż, il-Franċiż, il-Pollakk, ir-Russu u l-Mandarin Ċiniż. www.speak.social/pt

4.3.4. L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) huwa wieħed mill-oqsma fejn l-LWUTLs jistgħu jintużaw b'mod

wiesgħa. Il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-fatt li l-ħiliet lingwistiċi tajbin isiru parti mir-rekwiżiti biex wieħed

jista' jieħu pożizzjoni kollha qed joħolqu prekundizzjoni għall-ħtieġa tal-akkwiżizzjoni tal-lingwi fi kwalunkwe

mil-LWUTLs.

Il-politika lingwistika tal-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-lingwi barranin huma essenzjali biex jiġi żgurat li ċ-

ċittadini Ewropej jkunu jistgħu jiċċaqalqu, jaħdmu u jitgħallmu liberalment madwar l-Ewropa. Din il-mobilità,

imbagħad, ser tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-impjiegi u t-tkabbir, tnaqqas il-qgħad u żżid l-istandards tal-

għajxien.

Mill-perspettiva tal-impjiegi, il-ħiliet lingwistiċi huma meħtieġa bħala parti mill-ħiliet professjonali u saru parti

mill-profil tal-kwalifiki li jaqbel mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Madankollu, għalkemm il-moviment ħieles tal-

ħaddiema fis-suq uniku tal-UE jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tan-nuqqas ta' tqabbil bejn il-ħiliet tal-forza

tax-xogħol u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, il-mobilità għat-tagħlim u professjonali tkompli tkun ostakolata

b'mod sinifikanti mill-għarfien limitat tal-lingwi barranin. F'dan il-kuntest, id-domanda għal-lingwi barranin,

b'mod speċjali għal dawk inqas mifruxin, qed tikber b'mod stabbli.

Reċentement, dejjem iżjed sistemi ta' kwalifiki nazzjonali bbażati fuq ir-riżultati tat-tagħlim qed jiġu stabbiliti

f'konformità mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK). It-tendenza hija li l-Sistema Ewropea ta' Kredits għall-

Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas Ewropew ta' Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità

(EQARF) ser ikunu wkoll implimentati b'mod wiesgħa fil-futur.

Page 25: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

25

In-netwerk SMILE identifika eżempji ta' prattiki tajbin minn għaxar pajjiżi msieħba (BG, CH, CY, DE, ES, IT, NL,

MT, PT, TR) u pprovda mudelli għat-tagħlim tal-lingwi li jistgħu jiġu applikati mal-istudenti tal-LWUTLs għal

skopijiet ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Dawn jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Istituzzjonijiet tal-VET

• Organizzazzjonijiet tal-impjegaturi

• Kmamar tal-kummerċ

• Alleanzi professjonali

• Kumpaniji u impjegaturi internazzjonali

• Fornituri tal-istruzzjoni lingwistika

Eżempji ta' prattiki tajbin għas-settur tal-VET

Mill-Bulgarija:

Il-Portafoll Ewropew tal-Lingwi huwa dokument personali għall-Ewropej kollha biex jirreġistraw il-kwalifiki, il-ħiliet u l-esperjenzi lingwistiċi speċifiċi tagħhom għal skopijiet ta' mobilità Ewropea, fehim reċiproku u kooperazzjoni użati mill-istudenti, l-impjegaturi u l-għalliema. Il-Portafoll huwa bbażat fuq il-QKERL u jipprovdi bażi għar-rikonoxximent tal-kwalifiki lingwistiċi, il-faċilitazzjoni tal-mobilità edukattiva u okkupazzjonali. http://www.coe.int/t/dg4/education/elp/

Mill-Iżvizzera:

PROGREDIR huwa proġett għan-nisa migranti Portugiżi li qed jaħdmu fis-setturi tal-industriji tat-tindif u tal-ospitalità fil-parti tal-Iżvizzera li titkellem bil-Franċiż. Il-parteċipanti jiksbu għarfien teoretiku u prattiku, meħtieġ biex jivvalidaw il-ħiliet miksubin direttament permezz tal-esperjenza professjonali u biex jiksbu ċertifikat rikonoxxut fl-Iżvizzera u fil-pajjiż ta' oriġini. Progredir huwa l-uniku eżempju fl-Iżvizzera ta' użu u titjib tal-lingwa materna tan-nisa immigranti għat-taħriġ professjonali tagħhom. www.progredir.ch

Minn Ċipru:

Il-proġett ECLAND hija sħubija Ewropea fost 6 organizzazzjonijiet ta' taħriġ. L-għan tal-proġett huwa li jippromwovi l-għarfien u t-tolleranza kulturali fost iċ-ċittadini ta' pajjiżi differenti permezz tat-tagħlim tal-lingwi ta' lingwi inqas mitkellma u mgħallma. Il-gastronomija, l-abitudnijiet tal-ikel u t-tisjir huma l-mezzi użati għat-tagħlim tal-lingwi. http://www.sommercamp.at/ecland/ECLAND/Idea.html

Mill-Ġermanja:

Il-kunċett ta' AGnovel juża novelli grafiċi elettroniċi għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni ġenerali billi jikkollegahom ma' sitwazzjonijiet fil-ħajja reali u l-professjonijiet. L-għalliema u l-istudenti jinvolvu ruħhom f'sitwazzjoni partikolari, jisimgħu il-lingwa fil-mira kif inhi mitkellma mill-kelliema nativi, u fl-istess ħin jiżviluppaw kemm il-ħiliet u l-kompetenzi vokazzjonali tagħhom kif ukoll il-lingwa barranija. www.agnovel.eduproject.eu

Minn Spanja:

Centre Carles Salvador - Academia de Llengues (Akademja tal-Lingwi)

Iċ-Ċentru Carlos Salvador jipprovdi korsijiet ta' tagħlim fil-Valensjan/Katalan li jippreparaw l-istudenti għall-eżamijiet uffiċjali tal-Bord tal-Kwalifiki tal-Lingwa Valensjana. http://www.acpv.cat/web/academia-de-llengues

Mill-Italja:

Page 26: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

26

Piazza Affari/

Al lavoro con il tedesco

Dan huwa proġett immaniġġjat fi sħubija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni Taljan u kumpaniji u assoċjazzjonijiet kulturali Ġermaniżi. Dan għandu l-għan li joħloq konnessjonijiet effettivi bejn is-sistema ta' struzzjoni Taljana u l-intraprentituri Ġermaniżi, u joffri lill-istudenti li jipparteċipaw l-opportunità li jidħlu fid-dinja tax-xogħol. http://www.goethe.de/ins/it/it/lp/lhr/mit/sch/pro.html

Minn Malta:

EuroCatering jipprovdi riżorsa attraenti lil studenti tal-lingwi orjentati lejn il-vokazzjoni u mhux akkademiċi kemm għal studju indipendenti kif ukoll għal sessjonijiet ibbażati fil-klassi. Bis-suċċess ta' EuroCatering, ser jiżdiedu iżjed lingwi fl-estensjoni kontinwa l-ġdida tal-proġett imsejħa EuroCatHos. L-għan prinċipali tal-proġett EuroCatering kien li jipprovdi għodda pedagoġika għall-akkwiżizzjoni ta' ħiliet lingwistiċi għal dawk li qed jitħarrġu fil-VET fis-settur tal-Ospitalità, is-Servizz tal-Kċina u tar-Restoranti. http://www.eurocatering.org/

Mill-Portugall:

EG4VET - EUROPEAN GLOSSARY FOR VOCATIONAL EDUCATION AND TRAINING għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-politika tal-VET f'kull pajjiż involut fil-proġett (il-Polonja, l-Italja, ir-Rumanija, Franza, il-Litwanja, ir-Renju Unit u l-Portugall), biex tiġi żviluppata għodda bħala riżorsa biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali fis-settur tal-VET u tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-istudenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali. www.eticincoming.com/etic-group-projects.php?id=4

Mit-Turkija:

Il-proġett Vintage, sabiex jintegra l-kontenut bbażat fuq ix-xogħol fit-tagħlim tal-lingwi, għandu l-għan li jiżviluppa approċċ innovattiv li jindirizza d-diffikultajiet u l-isfidi tal-għalliema u l-istrutturi biex jissupperaw il-limiti ta' approċċ speċjalizzat għat-tagħlim tal-lingwi li jippermettihom ifasslu attivitajiet didattiċi personalizzati li jivvalutaw l-ambjenti tat-tagħlim tal-VET, u li jirrispettaw fl-istess ħin il-ħtiġijiet individwali, l-awtonomija u r-responsabbiltà tal-istudenti. www.vintage-language.eu

Min-Netherlands:

"Van A tot Zorg" huwa programm komprensiv biex iżid il-litteriżmu u l-ħiliet lingwistiċi kemm għal kelliema nativi mhux daqshekk litterati kif ukoll għall-immigranti. Dan sabiex itejbu l-possibbiltajiet tagħhom u l-mobilità 'l fuq fis-suq tax-xogħol. "Van A tot Zorg" huwa programm imħallat għat-tagħlim tal-lingwi għal impjegati (potenzjali) ta' livell baxx fis-settur tal-kura tas-saħħa. Barra minn hekk, il-programm huwa adattat perfettament għall-voluntiera u l-persuni li jipprovdu kura informali f'sitwazzjonijiet domestiċi jew oħrajn. L-akkwiżizzjoni tal-lingwi offruta fil-programm, tiffoka fuq ċirkostanzi kuntestwali, sitwazzjonali u prattiċi. Il-filosofija tat-tagħlim imħallat tipprovdi approċċ flessibbli ta' "fi kwalunkwe ħin/kullimkien" fl-offerta ta' dan il-programm. www.van-a-tot-z.org

4.3.5. In-negozju u l-kummerċ

Tul dawn l-aħħar deċenji, l-UE stabbilixxiet 10 sħubiji strateġiċi b'firxa ta' pajjiżi importanti: il-Brażil, il-Kanada,

iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti. Il-globalizzazzjoni

qed tbiddel b'rata mgħaġġla l-kuntest għan-negozju u l-kummerċ.

Iċ-Ċina u r-Russja huma tnejn mill-imsieħba tal-kummerċ u s-sorsi ta' importazzjoni l-aktar importanti tal-UE,

filwaqt li l-Għarbi qed jikseb importanza bħala lingwa għall-kummerċ internazzjonali. Is-swieq emerġenti qed

jiksbu iżjed importanza għall-kumpaniji Ewropej u l-ħiliet lingwistiċi adegwati jagħmluha possibbli li jikkompetu

Page 27: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

27

kullimkien fid-dinja. Opportunitajiet tan-negozju u kompetittività aħjar jikkonċernaw mhux biss ir-relazzjonijiet

mal-imsieħba strateġiċi tal-UE iżda wkoll dawk bejn l-Istati Membri tagħha hekk kif l-impjegaturi qed ifittxu

dejjem iżjed persuni b'esperjenza minn pajjiż differenti, kompetenzi lingwistiċi varjati u ħiliet tal-

komunikazzjoni interkulturali sabiex jinbnew relazzjonijiet kummerċjali fit-tul.

Il-kumpaniji issa jużaw varjetà ta' lingwi differenti, jimpjegaw kelliema nativi jew gradwati ta' lingwi inqas użati

jew ħaddiema migranti sabiex jidħlu fi swieq ġodda, jaħtfu opportunitajiet tan-negozju u jibnu relazzjonijiet

tan-negozju. F'dan ir-rigward, il-lingwi jintużaw b'mod strateġiku għall-espansjoni tan-negozju u l-kummerċ u l-

kompetenzi lingwistiċi jitqiesu b'mod wiesgħa.

In-netwerk SMILE identifika eżempji ta' prattiki tajbin f'ħames pajjiżi msieħba ((BG, CZ, GR, MT, PT, TR) li

jipprovdu mudelli għat-tagħlim tal-lingwi fil-kuntest tan-negozju u l-kummerċ, kemm fir-rigward tal-lingwi tal-

imsieħba strateġiċi tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri tal-Unjoni. Dawn jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Kumpaniji tan-negozju u impjegaturi (SMEs, intrapriżi kbar, eċċ)

• Studenti tal-maniġment u tal-amministrazzjoni tan-negozju

• Fornituri tal-VET

• Trejdunjins

• Fornituri ta' servizzi lingwistiċi

• Organizzazzjonijiet kulturali

• Studenti tal-lingwi mhux tradizzjonali

Eżempji ta' prattiki tajbin għas-setturi tan-Negozju u l-Kummerċ u l-SMEs

Mill-Bulgarija:

“Mission Possible: Chinese for Europeans” huwa mmirat lejn il-kumpaniji tan-

negozju, l-organizzazzjonijiet kulturali u l-istituzzjonijiet edukattivi li jittrattaw

maċ-Ċina u jgħinhom jiżviluppaw ħiliet tal-komunikazzjoni bażiċi fiċ-Ċiniż

f'kuntesti sitwazzjonali. Il-proġett żviluppa metodi mhux tradizzjonali għall-

provvista ta' informazzjoni lingwistika fiċ-Ċiniż permezz ta' "ktajjen ġeroglifiċi

assoċjattivi" inklużi fis-settijiet konverżazzjonali bilingwi adattati għal 5 lingwi

Ewropej (BG, NL, PT, IT, LT). www.chinese-for-eu.eu

Mir-Repubblika Ċeka:

L-attraenza tan-netwerks soċjali bbażati fuq il-web hija l-punt tal-bidu għal mod interattiv ta' tagħlim, permezz tal-Pjattaforma Talk with me. Il-pjattaforma tipprovdi kontenut dinamiku għal livell A (utent bażiku) tal-lingwa Ċeka, Slovakka, Ungeriża u Slovena, l-aktar għal persuni li jaħdmu fis-setturi fejn is-servizzi jeħtieġu ċertu livell ta' fehim tal-lingwa tal-klijenti. www.talk-with-me.eu

Mill-Greċja:

Il-proġett MARINA għandu l-għan: Li jżid xi ħaġa utli għat-taħriġ tal-ħaddiema tat-turiżmu kostali; li jifforma netwerks strateġiċi, inkluż l-impjegaturi, il-unjins u l-fornituri tal-opportunitajiet ta' tagħlim, li ser joffru pariri, jittestjaw, ixerrdu u jintegraw ir-riżultati tal-proġetti; li jżid il-kompetenza soċjali; li jiżviluppa l-ħiliet tal-adulti fis-suq tax-xogħol. http://www.marina-project.com/index.html

Minn Malta:

Klassijiet taċ-Ċiniż (Mandarin) fil-Livell MQF 1 inkluż klassi tal-konverżazzjoni joffru punt tal-bidu ewlieni għal opportunitajiet ulterjuri ta' tagħlim fil-lingwa. Dawn huwa kors part-time ta' 32 ġimgħa f'Malta għal dawk li jixtiequ jitgħallmu l-

Page 28: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

28

elementi bażiċi tal-lingwa Ċiniża. Dan huwa kors tal-bidu ideali għal studenti adulti li jixtiequ jesploraw din il-lingwa, jivvjaġġaw u/jew jifformaw konnessjonijiet tan-negozju maċ-Ċina. ww.lifelonglearning.gov.mt

Mit-Turkija:

Il-proġett GABALL ifittex li jindirizza r-rinfurzar tal-ħiliet tal-maniġers tal-intrapriżi

mikro u tal-SMEs fil-proċess ta' internazzjonalizzjoni fis-swieq interni u esterni

permezz ta' pjattaformi tan-negozju elettroniċi. Il-proġett ser ikollu l-għan li jtejjeb

il-lingwi u l-ħiliet kulturali relatati mal-użu tal-għodda tal-kummerċjalizzazzjoni

elettronika u tal-kummerċ elettroniku, l-istabbiliment ta' relazzjonijiet permezz ta'

pjattaformi soċjali appoġġjati b'mod elettroniku u t-tħeġġiġ tal-intraprenditorija.

www.gaball.eu/en/

Mill-Portugall:

The Business Dictionary in CD-ROM in 5 languages (Portuguese, French, English, German and Czech) jikkonsisti minn dizzjonarju multimedjali, kompletament interattiv bħala għodda tax-xogħol kif ukoll bħala riżorsa rilevanti għall-komunikazzjoni fost l-investituri u n-negozjanti fin-negozju internazzjonali.

4.3.6. L-industriji tal-kostruzzjoni u oħrajn

Tul dawn l-aħħar sentejn reġa' ntlaħaq livell ta' stabilità fiż-Żona Ekonomika Ewropea wara snin ta' kriżi,

inċertezza u kontrazzjoni. Is-settur tal-kostruzzjoni Ewropew huwa mistenni li se jikber ukoll skont l-aħħar

tbassir minn Euro-Construct (in-netwerk ewlieni għat-tbassir tal-kostruzzjoni, il-finanzi u n-negozju fl-Ewropa),

għat-tkabbir tar-rendiment tal-kostruzzjoni fl-Ewropa fil-perjodu 2014-2016. Dan probabbilment ser jespandi u

jtejjeb is-suq tax-xogħol u jżid l-impjegabilità tal-persuni li qed ifittxu xogħol barra minn pajjiżhom,

jippromwovi l-mobilità tal-ħaddiema u jħeġġeġ l-integrazzjoni.

It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea jimponi domanda speċifika għall-ħiliet lingwistiċi relatati direttament mal-

impjegabilità, il-moviment ħieles tal-persuni fis-suq tax-xogħol u jpoġġi enfasi ġdida fuq ċerti industriji li huma

fl-aqwa tagħhom. Reċentement, l-industrija tal-kostruzzjoni, l-effiċjenza enerġetika u r-riżorsi ta' enerġija

rinnovabbli, inklużi ċerti suġġetti relatati, reġgħu lura fuq l-aġenda.

Sabiex ikollha suq kompetittiv u effiċjenti, l-Unjoni Ewropea teħtieġ forza tax-xogħol aktar mobbli, filwaqt li l-

ħiliet f'diversi lingwi jżidu l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol. Fi snin reċenti, in-numru ta' ħaddiema tal-

kostruzzjoni, li jaħdmu barra fl-UE żdid, immexxi mill-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, u ż-żieda ta' din

il-mobilità teħtieġ it-titjib u l-espansjoni tal-ħiliet lingwistiċi tal-ħaddiema.

Il-prattiki tajbin ta' SMILE jipprovdu mudelli li rnexxew għat-taħriġ fil-lingwi fis-sistema tal-VET u t-tqabbil tal-

ħiliet lingwistiċi mad-domandi ta' numru ta' industriji. Dawn jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Ħaddiema tal-kostruzzjoni

• Professjonisti marittimi

• Fornituri tal-VET

• Partijiet interessati tal-industrija tal-kostruzzjoni

• Trejdunjins

• Fornituri ta' servizzi lingwistiċi

Page 29: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

29

• Partijiet interessati f'setturi oħrajn ekonomiċi, inkluż riżorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-ambjent, l-

elettriku, l-ICT, eċċ.

• Studenti tal-lingwi mhux tradizzjonali

Eżempji ta' prattiki tajbin għall-Industriji tal-kostruzzjoni u oħrajn

Mill-Bulgarija:

Il-proġett BEST huwa mfassal biex iwieġeb għall-bżonnijiet urġenti ta' taħriġ lingwistiku permezz tat-taqqbil tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mas-setturi tal-ekonomija li qed jiżviluppaw b'rata mgħaġġla. Il-proġett BEST żviluppa glossarju ta' termini bl-istampi fil-Bulgaru, l-Ingliż, l-Ispanjol, it-Tork u r-Rumen li jkopri s-sitt suġġetti prinċipali li ġejjin: il-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-kostruzzjoni, l-effiċjenza enerġetika u r-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-ambjent u l-protezzjoni ambjentali, l-elettriku, u l-ICT. www.best.ruse.bg

Mill-Portugall:

Constructor 2000 - Building communication

Il-proġett kellu bħala mira li jgħin il-ħaddiema tal-kostruzzjoni jiffaċċjaw aħjar l-isfidi tas-settur tagħhom, permezz tal-faċilitazzjoni tal-akkwiżizzjoni tal-ħiliet f'lingwi barranin, permezz tal-iżvilupp ta' taħriġ u kwalifiki aħjar fil-kuntest tat-taħriġ professjonali għas-settur tal-kostruzzjoni ċivili u, sussegwentement, fl-appoġġ ta' kumpaniji biex jiksbu livelli ogħla ta' speċjalizzazzjoni u kompetenza sabiex iwieġbu aħjar għall-bidliet riċenti fis-settur.

Intermar huwa Proġett ta' Kooperazzjoni Ewropew iffinanzjat mill-Lifelong Learning Programme tal-Kummissjoni Ewropea, taħt l-Azzjoni Prinċipali 2 tal-Programm Trasversali. L-għan ta' dan il-proġett kien li joħloq komunità Ewropea ta' istituzzjonijiet marittimi u navali li jikkondividu approċċ ta' interkomprensjoni (IC) lejn il-lingwi barranin, permezz tal-offerta ta' prattiċi innovattivi fit-tagħlim tal-lingwi barranin f'kuntest marittimu. Permezz tal-iżvilupp ta' proċessi tal-IC, dan il-proġett aspira li jipprovdi lill-professjonisti marittimi fl-Ewropa bi strateġiji tal-IC li jassistu t-tagħlim tal-lingwi matul it-taħriġ inizjali jew fis-servizz fil-Forzi Navali jew Merchant Marine.

Mit-Turkija:

L-għan tal-proġett EVLAC kien li jadotta metodoloġija u r-riżultati tal-proġett LANCAM biex jiġu żviluppati materjali tat-tagħlim li jiffokaw fuq il-kultura/kwistjonijiet prattiċi tax-xogħol relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni fit-Turkija, il-Greċja, l-Awstrija u r-Renju Unit. http://bmb.cu.edu.tr/evlac/index.htm

4.3.7. L-edukazzjoni skolastika u t-taħriġ tal-għalliema

Fil-kuntest ta' Ewropa 2020 u ET 2020, u skont "Naħsbuha mill-ġdid dwar is-sistemi edukattivi", sabiex iżidu t-

tkabbir u l-impjiegi l-Istati Membri tal-UE għandhom jirriformaw il-provvista tagħhom tal-edukazzjoni u t-taħriġ

biex jagħmlu s-sistemi iżjed effiċjenti u adattati għall-bżonnijiet tal-istudenti u s-suq tax-xogħol. Fil-kuntest ta'

dan il-qafas strateġiku, fil-qafas tal-politika skolastika l-isfidi globali huma: (a) l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-

kompetenzi, (b) l-ugwaljanza fl-edukazzjoni skolastika (b'mod speċjali t-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola, li hija

mira ewlenija ta' Ewropa 2020, u l-promozzjoni tal-aċċess għal edukazzjoni u indukrar fit-tfulija bikrija ta'

kwalità għolja) u (c) il-professjonijiet tal-istruzzjoni.

Page 30: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

30

L-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet ta' kull wieħed mis-6 miljun għalliem fl-Ewropa huma ta' importanza kbira.

Il-kwalità tal-istruzzjoni tagħhom għandha effett dirett fuq l-akkwiżizzjoni tal-istudenti. L-għalliema huma l-

fattur fl-iskola l-aktar importanti li jaffettwa r-riżultati tal-istudenti. Din hija r-raġuni għaliex ir-riformi ta'

politika nazzjonali biex jappoġġjaw l-għalliema u biex l-edukazzjoni tagħhom stess tkun iżjed effettiva

probbabli jagħtu l-aħjar riżultati f'termini ta' effiċjenza tas-sistemi tal-edukazzjoni.

Id-domandi fuq l-għalliema, il-mexxejja tal-iskola, u l-edukaturi tal-għalliema qed jiżdiedu u jinbidlu. Dawn

huma mitluba jilgħabu rwol prinċipali fil-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni. Biex jagħmlu dan, jeħtieġu

jiżvilppaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom stess L-edukazzjoni tal-bidu u l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ogħla

kwalità, u l-aċċess għall-appoġġ matul il-karrieri tagħhom it-tnejn huma essenzjali.

Il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-pajjiżi tal-UE biex iżid l-istandards tal-istruzzjoni u tal-edukazzjoni tal-

għalliema billi

tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u l-esperjenza bejn dawn li jfasslu l-politika;

tappoġġa proġetti permezz tal-programm Erasmus+.

http://ec.europa.eu/education/policy/school/teacher-training_mt.htm

http://ec.europa.eu/education/policy/strategic-framework/expert-groups/documents/wg-schools-

mandate_en.pdf

In-netwerk SMILE identifika prattiki tajbin li jipprovdu mudelli għat-tagħlim u l-istruzzjoni tal-lingwi fil-kuntest

tat-taħriġ tal-għalliema, kemm fir-rigward tal-lingwi tal-imsieħba strateġiċi tal-UE kif ukoll fl-Istati Membri tal-

Unjoni. Dawn jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Għalliema tal-lingwi

• L-amministrazzjoni tal-għalliema u tal-iskejjel

• Tfal tal-iskola

• Ġenituri

• Ċentri tal-istruzzjoni tal-lingwi

• Istituzzjonijiet tat-taħriġ tal-għalliema

Eżempji ta' prattiki tajbin għall-edukazzjoni skolastika u t-taħriġ tal-għalliema

Mill-Iżvizzera:

L-iskola sekondarja bilingwa Enrico Fermi kienet stabbilita fis-snin sittin minn migranti Taljani L-iskola toffri kurrikulu bilingwi (Taljan u Ġermaniż) rikonoxxut mill-awtoritajiet tal-edukazzjoni Taljani u Żvizzeri. www.enricofermi.ch

Minn Ċipru:

L-għan ġenerali tal-proġett AlphaEU huwa li jippromwovi l-akkwiżizzjoni tal-għarfien multilingwu u l-ħiliet lingwistiċi ta' tfal ta' qabel l-età tal-iskola f'pajjiżi differenti Ewropej, permezz tal-iżvilupp, l-ippilotar u l-implimentazzjoni ta' kotba tal-alfabet diġitali u logħob u attivitajiet interattivi relatati mal-alfabet. http://www.alphaeu.org/

Mir-Repubblika Ċeka:

Page 31: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

31

Multilingual Families huwa proġett tal-edukazzjoni ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea li jappoġġja u jinforma ġenituri immigranti jew multilingwi dwar kif u għaliex għandhom irabbu lil uliedhom jitkellmu diversi lingwi f'ambjent informali. Il-proġett jipproduċi riżorsi għall-familji, l-għalliema u t-tfal bl-Ingliż, iċ-Ċek, il-Ġermaniż, il-Pollakk u l-Ispanjol. Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta' ġenituri, għalliema, skejjel u istituzzjonijiet li jistgħu jużaw il-proġett. http://www.multilingual-families.eu/

Minn Spanja:

“Escola Valenciana" hija organizzazzjoni ċivika ffurmata minn 29 assoċjazzjoni fil-livell reġjonali, iggruppjati fil-Federació d'Associacions per la Llengua (FEV) (Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet għal-Lingwa). Din bdiet l-attività tagħha fl-1985, bil-għan li tippromwovi l-ħolqien ta' sistema edukattiva fil-Valenciano/Catalán bħala lingwa prinċipali. https://www.escolavalenciana.com

Mill-Portugall:

An Approach to Intercultural Awareness - Portuguese and French in

the Primary School

L-għan tal-proġett huwa t-tagħlim bikri ta' lingwi barranin, l-edukazzjoni

multikulturali u l-aċċettazzjoni tad-differenzi personali u soċjali. L-aspett divertenti

kien dejjem preżenti fl-esperjenza li tinvolvi studenti tal-iskejjel primarji. Il-

kurjożità naturali ta' dan il-grupp ta' etajiet u r-relazzjoni emozzjonali/affettiva

tajba ħafna bejn l-għalliema rriżultat f'komprensjoni orali progressiva u mgħaġġla

tal-lingwa barranija.

4.3.8. L-anzjani

L-Ewropa qed tesperjenza fenomenu ta' soċjetà li qed tixjiħ. Skont ir-riċerka demografika, mwettqa min-

Nazzjonijiet Uniti (2013), il-proċess ta' tixjiħ kien wieħed mill-avvenimenti demografiċi l-aktar distintivi tas-

seklu għoxrin u sar aktar mgħaġġel fis-seklu wieħed u għoxrin. L-anzjani huma parti importanti u kbira tas-

soċjetà tagħna, għalhekk dawn jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-iżvilupp soċjali permezz tal-

parteċipazzjoni attiva fil-proċess ta' tagħlim tul il-ħajja.

Wieħed mill-oqsma komuni fejn l-anzjani għandhom tendenza li jtejbu l-ħiliet tagħhom huwa t-tagħlim tal-

lingwi. Permezz tal-akkwiżizzjoni tal-għarfien ta' lingwa barranija, l-anzjani jistgħu jinvolvu ruħhom f'diversi

attivitajiet soċjali aktar attivament li bħala konsegwenza jwassal għal kwalità aħjar tal-ħajja soċjali tagħhom.

Barra minn hekk huwa maħsub li l-bilingwaliżmu jista' wkoll jibbenefika l-funzjonament mentali tal-anzjani.

L-anzjani ħafna drabi jagħżlu li jitgħallmu l-Ingliż, il-Ġermaniż jew il-Franċiż. Skont l-istudenti, it-tagħlim ta'

lingwa barranija mhux biss huwa utli, iżda jsibu wkoll il-proċess tat-tagħlim interessanti u motivanti ħafna. Fil-

kuntest tal-LWUTLs huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-maġġoranza tal-anzjani llum il-ġurnata fl-istati eks

Sovjetiċi jafu r-Russu sew ħafna minħabba li matul iż-żmien tal-istudji u l-ħajja professjonali tagħhom il-pajjiżi

tagħhom kienu taħt l-influwenza tal-Unjoni Sovjetika, li ddetermina l-użu u t-tagħlim mifrux tar-Russu. It-

tagħlim tal-LWUTLs għall-anzjani huwa konduttiv jekk ikun konness mal-ħajja ta' kuljum jew l-interessi

personali tal-istudent - ikollu motivazzjoni interna b'saħħitha, pereżempju interess tal-ivvjaġġar jew ikollu

qraba jew ħbieb f'pajjiżi oħrajn. L-anzjani meta mqabbla mal-adulti, li għadhom involuti attivament fil-ħajja

professjonali, għandhom iżjed żmien għall-ivvjaġġar. Żjarat fil-pajjiżi tal-viċinat u oħrajn jew lil persuni familjari

li jgħixu f'pajjiżi oħrajn huwa wieħed mill-aħjar modi biex igawdu l-ħiliet miksuba fil-lingwa barranija kif ukoll

biex itejbuhom. Għalhekk is-settur tal-anzjani jsir ambjent tajjeb għall-promozzjoni u ż-żieda fl-għarfien tal-

LWUTLs.

Page 32: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

32

Normalment l-anzjani Ewropej jitgħallmu lingwa billi jattendu l-korsijiet organizzati f'ċentri edukattivi

differenti, libreriji, u Universitajiet tat-Tielet Età. Ma nstabitx ħafna informazzjoni dwar il-metodi ta' tagħlim,

għalkemm l-aktar li jippredominaw huma ċertu forom bħal lekċers, seminars u workshops L-anzjani, li jiksbu

livell aktar avvanzat ta' lingwa barranija, normalment jużaw ukoll materjali għat-tagħlim awtonomu.

L-eżempji ta' prattiki tajbin miġbura jipprovdu modi, metodi u għodda differenti għat-tagħlim tal-LWUTLs u

jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Anzjani;

• Istituzzjonijiet tat-tagħlim tal-lingwi differenti li jaħdmu mal-anzjani;

• Komunitajiet ta' anzjani;

• Istituzzjonijiet differenti mhux governattivi u pubbliċi li jaħdmu mal-anzjani

Eżempji ta' prattiki tajbin għaċ-ċittadini anzjani

Mil-Litwanja:

Loecsen joffri metodu ta' assimilazzjoni mgħaġġla ta' lingwi barranin li wieħed jista' jitgħallem fuq l-internet jew fuq tagħmir ieħor mobbli. Dan huwa maħsub għal persuni li jridu jimmaniġġjaw fil-maġġoranza tas-sitwazzjonijiet tal-ħajja ta' kuljum mingħajr ma jridu jgħaddu minn proċess ta' tagħlim fit-tul. Il-websajt fiha espressjonijiet reali, ta' kuljum, tajbin għall-ivvjaġġar. Il-websajt tgħin wieħed jiskopri l-isfumaturi ta' kull lingwa. Waqt li qed jużaw il-websajt, l-istudenti ser ikunu jistgħu jimmemorizzaw espressjonijiet aktar faċilment permezz ta' illustrazzjonijiet. http://www.loecsen.com/

4.3.9. Persuni żvantaġġati

Is-settur ta' persuni żvantaġġati huwa qasam vast u jinkludi sett varjat ta' membri. Li wieħed ikun żvantaġġat,

skont id-definizzjoni, jiddeskrivi persuni li

• għandhom bżonnijiet speċjali (diżabilitajiet fiżiċi jew mentali)

• jiġu minn sfond ta' dħul baxx u jridu jiffaċċjaw problemi finanzjarji u/jew ma għandhomx l-appoġġ

(jiġifieri huma żvantaġġati ekonomikament/foqra)

• huma meqjusin politikament li ma għandhomx biżżejjed setgħa jew mezzi oħra ta' influwenza

• ma għandhomx aċċess ugwali għall-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, eż. ħabsin kurrenti u eks ħabsin

Għalkemm il-pajsaġġ edukattiv Ewropew joffri ħafna programmi u proġetti differenti għal dawn il-grupp

żvantaġġati, il-maġġoranza tagħhom huma mfassla biex jippromwovu t-tagħlim u l-istruzzjoni tal-lingwi

uffiċjali/tal-istat sabiex jirnexxilhom jintegraw fil-kultura tal-pajjiż u għadhom ma' jagħtux prijorità lill-provvista

ta' taħriġ fil-lingwi Ewropej inqas użati u mgħallma lil membri tal-gruppi żvantaġġati differenti.

Il-faċilitajiet ta' detenzjoni, pereżempju, joffru opportunitajiet ta' karriera fil-forma tal-VET. Il-ħabsin jistgħu

jiddeċiedu dwar karriera li jixtiequ jsegwu u li jqiesu bħala utli għalihom wara li jiġu liberati. Skont il-karriera li

jagħżlu, t-taħriġ jista' jinkludi l-edukazzjoni fil-lingwi ewlenin Ewropej, iżda mhux fl-LWUTLs.

L-eżempji ta' prattiki tajbin identifikati mill-imsieħba tan-netwerk SMILE jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Persuni fiżikament żvantaġġati

• Utenti tal-lingwa tas-sinjali madwar id-dinja

Page 33: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

33

• Ċentri tal-edukazzoni għall-adulti

• Fornituri tal-VET

• Alleanzi professjonali

Eżempji ta' prattiki tajbin għal persuni żvantaġġati

Mill-Ġermanja:

Il-kunċett ta' "Spread the Sign" juża dizzjonarji viżwali onlajn għal 17-il varjetà ta' lingwa tas-sinjali nazzjonali differenti sabiex jappoġġa kemm persuni neqsin mis-smigħ kif ukoll li mhumiex fit-tentattivi tagħhom li jitgħallmu jew itejbu l-lingwi tas-sinjali tagħhom permezz tat-tagħlim elettroniku. Il-proġett irawwem teknoloġiji tal-komunikazzjoni ċellulari ġodda u jipprovdi materjali tat-tagħlim indipendenti tul il-fruntieri kulturali u lingwistiċi. www.spreadthesign.com

Mill-Greċja:

Il-proġett E.T.O.S. – Effective Training for the Outsiders of the Society jiżviluppa mudell ta' taħriġ li ser jitwettaq fuq ix-xogħol u mhux fil-klassijiet permezz ta' attivitajiet prattiċi u interrelazzjonali grazzi għall-intraprendituri (sidien uniċi żgħar) li jsiru persuni li jħarrġu l-adulti u appoġġjati minn istrutturi privati esperjenzati. Il-proġett żviluppa wkoll ċertifikazzjoni tal-ħiliet tal-UE ġdida bbażata fuq mudell ta' evalwazzjoni innovattiv f'konformità mar-rekwiżiti tas-sistema tal-ECVET, mogħtija fl-aħħar tat-taħriġ. http://www.etosproject.eu/

Min-Netherlands:

Goed gevoel en

Nederlands (Kif Tħossok

Tajjeb u Olandiż)

Żewġ organizzazzjonijiet, il-Fondazzjoni LOV u Context (parti mill-Grupp Parnassia)

jagħqdu l-isforzi tagħhom fil-proġett "Kif Tħossok Tajjeb u Olandiż" biex joffru

gwida lil persuni li jsofru minn sintomi ta' depressjoni (ħafifa) u ma jitkellmux

biżżejjed bl-Olandiż u jgħinuhom b'mod individwali jew fi gruppi biex jiżviluppaw

ħiliet lingwistiċi prattiċi u jtejbu l-benessri psikoloġiku tagħhom. Il-proġett jiffoka

fuq gruppi fil-mira li huma diffiċli li jintlaħqu u ħafna drabi iżolati - migranti li kieku

jitħallew barra mis-soċjetà. Għal aktar informazzjoni:

www.stichtinglov.nl

4.3.10. Is-swieq tax-xogħol

Wieħed mill-għanijiet politiċi ċentrali tal-Unjoni Ewropea jiffoka fuq ir-reklutaġġ ta' ħaddiema b'ħafna kwalifiki

minn swieq tax-xogħol internazzonali, u speċifikament, Ewropej. L-ostakoli interni Ewropej li jfixklu l-mobilità

tas-suq tax-xogħol Ewropew - bħall-ostakli lingwistiċi jew kulturali - jistgħu jiġu ssuperati permezz ta'

konoxxenza aħjar tal-lingwi u l-istandardizzazzjoni tas-sistema tas-sigurtà soċjali. Fil-proċess kontinwu tal-

globalizzazzjoni, il-ħiliet tal-lingwi barranin huma l-kjavi għall-integrazzjoni b'suċċess fis-suq tax-xogħol

Ewropew. L-impjegaturi jivvalutaw il-profiċjenza fil-lingwi barranin u huma lesti jħallsu pagi tajbin għaliha.

Huwa importanti kemm għall-migranti kif ukoll għaċ-ċittadini tal-pajjiżi kollha Ewropej li jkunu fluwenti f'diversi

lingwi Ewropej, b'mod speċjali dawk l-inqas użati u mgħallma.

Il-ħiliet fil-lingwi barranin huma partikolarment importanti għal ċerti attivitajiet u gruppi professjonali f'reġjuni

tal-fruntieri, eż. pompieri, pulizija, u personal tal-ambulanza.

Is-settur tas-suq tax-xogħol huwa ambjent favorevoli b'mod speċjali għall-promozzjoni ta' metodoloġiji għat-

titjib tal-ħiliet fil-lingwi barranin u l-akkomodazzjoni tal-LWUTLs. Dan huwa partikolarment importanti fir-

Page 34: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

34

reġjuni tal-fruniteri fejn hemm preżenti diversi influwenzi lingwistiċi li huma meħtieġa għas-suċċess fis-suq tax-

xogħol. Il-ħtieġa tal-professjonisti li jiksbu lingwi inqas użati u mgħallma żdiedet, għaliex dawn issa huma

meħtieġa fit-taħriġ kollaborattiv u f'każijiet ta' sforz konġunt. Bħala konsegwenza, il-kontenut tat-tagħlim

jeħtieġ ikun prattiku u applikabbli fir-rutini ta' kuljum ta' varjetà ta' gruppi fil-mira. In-netwerk SMILE identifika

prattiki tajbin li jindirizzaw dawn il-ħtiġijiet u li jipprovdu riżorsi mhux formali għall-istudju indipendenti u t-

tagħlim awtonomu li huma ta' benefiċċju għal:

• Impjegati/impjegaturi fir-reġjuni tal-fruntieri

• Ċentri u skejjel lingwistiċi

• Migranti

• Trejdunjins

• Studenti mhux tradizzjonali

• Ċentri tal-edukazzjoni għall-adulti

• Fornituri tal-VET

Eżempji ta' prattiki tajbin għas-swieq tax-xogħol

Mill-Ġermanja:

Il-proġett "Czech for Firemen" ikkordinat minn Euroregio Egrensis għandu l-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn il-pumpiera Ċeki u Ġermaniżi fir-reġjuni tal-fruntieri permezz tal-provvista ta' materjal għall-istudju indipendenti lill-pumpiera Ġermaniżi li jixtieq jitgħallmu jew jibnu fuq il-ħiliet eżistenti tagħhom fil-lingwa Ċeka. www.euregio-egrensis.de/feuerwehr.htm

Mill-Greċja u l-Italja:

Il-proġett Agricultural Alliance for Competence and Skills based Training – ACT jikkontribwixxi biex inaqqas in-nuqqas ta' tqabbil bejn l-impjiegi l-ġodda u l-ħiliet eżistenti. Dan jirreferi għas-swieq tax-xogħol b'attenzjoni fuq is-settur agrikolu u għandu l-għan li jtejjeb id-disinn u t-twassil tal-kurrikulu agrikolu permezz ta' servizzi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali innovattivi u t-tixrid b'mod wiesgħa madwar l-Ewropa. ACT huwa mistenni li jżid in-numru ta' impjegati bi kwalifiki għoljin u għandu l-għan li jipprovdi strumenti innovattivi u taħriġ f'moduli. http://www.act-now.eu/

Mill-Finlandja:

Integrating German studies in Marketing in Finland

Proġett pilota li fih l-istruzzjoni tal-Ġermaniż kienet integrata bħala lingwa teknika mal-istudju tal-Kummerċjalizzazzjoni. L-istruzzjoni u t-tagħlim seħħew fl-istess żmien f'kuntest awtentiku lil mikroimpriżi Finlandiżi, li għandhom bħala għan li jistabbilixxu ruħhom fis-suq Ġermaniż. Il-proġett kien ippjanat u mmaniġġjat minn Satakunta University of Applied Sciences/Faculty of Service Business, Pori, il-Finlandja

4.3.11. Is-settur tal-kura tas-saħħa

Fi snin riċenti, is-settur tal-kura tas-saħħa ffaċċja sfidi ġodda li jistgħu jiġu attribwiti liż-żieda fil-mobilità u l-migrazzjoni. Ħafna mill-migranti tal-ewwel ġenerazzjoni fil-pajjiżi tal-UE laħqu l-età tal-pensjoni, fatt li kien jeħtieġ attenzjoni u ħiliet speċjali mill-indokraturi f'dawn l-aħħar snin. L-interkonnessjoni globali u l-konsegwenzi kollha tagħha teħtieġ għarfien interkulturali u interreliġjuż, b'mod speċjali b'kont meħud tal-għajnuna soċjali, l-indukrar tal-morda u l-anzjani, u x-xogħol ma' persuni b'diżabilità. Kien hemm domanda għolja ta' għarfien speċifiku kulturali fil-kura tal-pazjenti.

Page 35: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

35

Barra minn hekk, in-numru ta' persunal li għandhom sfond ta' migrazzjoni jew li ġejjin minn barra mill-pajjiż żdid, b'mod speċjali fl-Istati Membri tal-UE li ilhom iżjed. Minbarra l-aġġustament madwar l-UE ta' taħriġ vokazzjonali, huma meħtieġa kompetenzi lingwistiċi u interkulturali speċjalizzati għall-akkwiżizzjoni tal-aħjar riżultati tax-xogħol possibbli fis-sistema tal-kura tas-saħħa ta' kull pajjiż tal-UE.

L-ispeċjalisti ilhom li talbu kunsiderazzjoni mill-qrib tal-importanza ta' programmi ta' kura kulturalment sensittivi. Dawn frekwentement jikkonkludu li għad hemm ħafna lok għal titjib rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ ulterjuri fis-settur.

Is-settur tal-kura tas-saħħa jirrapreżenta kuntest sinifikanti għall-iżvilupp u t-tixrid ta' prodott u metodoloġiji lingwisti li jiffokaw fuq l-espansjoni tal-ħiliet lingwistiċi bażiċi għall-prattika professjonali. Il-persunal mħarreġ lingwistikament u kulturalment jgħin jiffaċilita l-kura globali u l-inklużjoni soċjali tal-morda, l-anzjani, u l-persuni b'diżabilità bi sfond ta' migrazzjoni u nuqqas ta' ħiliet fil-lingwi maġoritarji.

In-netwerk SMILE identifika eżempji ta' prattiki tajbin li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal:

• Persunal tal-kura tas-saħħa (persunal tal-isptar, persunal tal-indukrar) • Fornituri tal-kura tas-saħħa • Fornituri tal-edukazzjoni għall-adulti • Sptarijiet konfessjonali • Organizzazzjonijiet kulturali • Ċentri soċjali • Ċentri tal-kura tal-komunità • Fornituri tal-VET • Pazjenti

Eżempji ta' prattiki tajbin għas-settur tal-kura tas-saħħa

Mill-Ġermanja:

Il-“Intercultural Language Classes for Professional Practice“ ta' Bikup jippreżenta t-tagħlim tal-lingwi b'mod kulturalment sensittiv. Minbarra li jintroduċu l-istudenti għal lingwa barranija jew jestendi l-għarfien tagħhom ta' din, il-korsijiet jagħtu ħarsa fil-fond siewja lejn l-istrutturi speċifiċi għall-kultura u l-pajjiż, kif ukoll għarfien speċjalizzat u professjonali li huwa meħtieġ fis-settur tal-kura tas-saħħa. www.bikup.de/de/angebote/schulung-zum-laenderreferenten.html

Minn Ċipru:

Il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa għodda moderna għat-taħriġ lingwistiku, li

ser jippermetti l-operaturi tal-kmamar tal-kontroll jiksbu biżżejjed kompetenza

lingwistika f'lingwa barranija

http://www.multicom112.org/

Min-Netherlands:

"Begrijp je lichaam" huwa metodu li jgħin l-infermiera jikkomunikaw aktar faċilment mal-pazjenti li ma jistgħux jaqraw u jiktbu sew. Dawn il-pazjenti ħafna drabi ma għandhomx l-għarfien bażiku dwar ġisimhom, dwar sintomi komuni u l-metodi ta' trattament. Il-funzjonament tal-organi huwa spjegat b'mod aċċessiv sabiex persuni illitterati jew migranti li ma jistgħux jaqraw l-Olandiż jistgħu jifhmuh faċilment. Dan jgħin pazjent li mhuwiex tant litterat u tabib biex jitkellmu bl-istess lingwa. Dan mhux biss iwassal għal fehim reċiproku, iżda jikkontribwixxi wkoll biex inaqqas l-ispejjeż tal-kura. Il-metodu huwa applikat ukoll għal tagħlim faċli tal-lingwi. www.cbo.nl

Page 36: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

36

4.4. Modi u metodi għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-LWULTs

In-netwerk SMILE identifika prattiki tajbin li żviluppaw jew qed jiżviluppaw prodotti u metodi innovattivi mhux

tradizzjonali għall-promozzjoni u t-tagħlim tal-LWUTLs f'kuntesti sitwazzjonali relatati mas-swieq tax-xogħol u

l-inkużjoni soċjali. Id-dejtabejż tirrapreżenta varjetà ta' setturi tajbin biex jakkomodaw l-LWUTLs fejn jintużaw

metodoloġiji differenti għal skopijiet differenti.

Fil-kuntest tal-LWUTLs , il-fattur ta' importanza prinċipali huwa stabbilit fuq il-livell ta' motivazzjoni tal-

istudenti li huwa riżultat tal-karatteristiċi personali u l-ħtiġijiet speċifiċi. Ir-riċerka tissuġġerixxi li l-motivazzjoni

tista' tinfluwenza r-riżultati tat-tagħlim tal-lingwi aktar mill-aptitudni lingwistika. F'dan ir-rigward l-LWUTLs

għandhom jinġiebu fil-kuntesti prattiċi u l-motivazzjoni għandha tqum mill-bżonnijiet u l-benefiċċji personali

tal-istudenti. Huwa mifhum li sabiex jiġu ssuperati l-isfidi tat-tagħlim tal-LWUTLs f'termini ta' motivazzjoni,

dawn għandhom jitpoġġew f'ambjent ta' tagħlim inqas formali u aktar amikevoli, b'mod speċjali jekk

ippreżentati b'opportunitajiet ta' tagħlim informali u mpoġġija f'ambjent prattiku. L-attenzjoni għandha

titpoġġa fuq il-ħolqien ta' ambjent faċli għat-tagħlim, kuntest familjari u siewi tal-materjali lingwistiċi,

attivitajiet u materjali tat-tagħlim tal-lingwi multisensorjali u applikazzjoni prattika u diretta tal-materjal

mgħallem.

Minbarra numru ta' riżorsi tradizzjonali utli żviluppati fl-LWUTLs, bħal settijiet ta' konverżazzjoni, kotba ta'

frażijiet tematiċi u dizzjonarji, kits ta' sopravivenza, eċċ, il-ġabra ta' prattiki tajbin taħt SMILE tinkludi wkoll

metodoloġiji inqas tradizzjonali għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-setturi

msemmija hawn fuq. Dawn jistgħu jiġu ggruppjati kif ġej:

4.4.1. Logħob u attivitajiet lingwistiċi Il-prattiki tajbin magħżula jinkludu ħafna materjali lingwistiċi żviluppati f'varjetà wiesgħa ta' LWUTLs, bħal

pereżempju logħob tal-bord, materjali tat-tagħlim viżwali, logħob tal-karti, logħob u attivitajiet lingwistiċi

sitwazzjonali, logħob tal-kompjuter onlajn, eċċ.

Il-logħob lingwistiku juru l-ispirtu tal-motivazzjoni li huwa essenzjali fiż-żieda fl-għarfien tal-lingwi barranin u fil-

każ tal-LWUTLs l-attenzjoni għandha tkun fuq il-promozzjoni u ż-żieda fl-għarfien aktar milli t-tagħlim tal-lingwi

formali. Il-logħob joħolqu atmosfera ta' tagħlim aktar motivanti u rilassanti; dawn iwasslu l-istudenti biex

jitgħallmu aktar malajr u jiftakru l-materjali tat-tagħlim aħjar f'ambjent ħieles minn tensjoni u komdu. Waqt li

jilgħab il-logħob, l-attenzjoni tal-istudent hija fuq il-messaġġ, mhux biss fuq l-istruttura tal-lingwa. F'kuntest

orjentat lejn il-logħob, l-istudenti huma inqas anzjużi, aktar spontanji u fluwenti u jilħqu livell tajjeb ta'

kompetenza komunikattiva.

L-użu tal-logħob jista' jkun għodda ta' tagħlim tal-lingwi potenti ħafna anke għaliex il-maġġornaza tal-logħob

huma bbażati fuq il-mudell tar-ripetizzjoni ta' sett ta' kliem jew frażijiet u huma utli ħafna fit-tagħlim ta'

vokabularju ġdid. Il-vantaġġi tal-użu tal-logħob fit-tagħlim tal-lingwi huma mogħtija fil-punti li ġejjin. Dawn:

• huma ċċentrati fuq l-istudent

• jippromwovu l-kompetenzi komunikattivi

• joħolqu kuntest siewi għall-użu tal-lingwa

• iżidu l-motivazzjoni tat-tagħlim

• inaqqsu l-ansjetà tat-tagħlim

• iħeġġu użu kreattiv, flessibbli u spontanju tal-lingwa

• jibnu ambjent ta' tagħlim kooperattiv

• jiżviluppaw attitudnijiet parteċipatorji tal-istudenti

Page 37: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

37

• jagħmlu l-memorizzazzjoni tal-kontenut aktar faċli

• jgħinu fl-iżvilupp ta' kunċetti lingwistiċi, vokabularju u ħsieb kritiku

Il-logħob tal-lingwi jistgħu jintużaw mill-fornituri lingwistiċi kif ukoll mill-istudenti tal-lingwi bħala għodda

aċċessibbli u pjaċevoli għat-tagħlim sitwazzjonali. Vantaġġ ieħor huwa li dawn jistgħu jiġu adattati għall-

ħtiġijiet partikolari tal-istudenti ta' gruppi ta' etajiet kif ukoll ta' sfondi soċjali u etniċi differenti. Metodi bħal

dawn huma trasferibbli faċilment biex jippromwovu lingwi Ewropej differenti u joffru għodod universali li

jistgħu jiġu applikati għal kuntesti differenti.

Eżempju: prattika tajba għal-logħob tal-lingwi

SHOPLANG 2.0 jippromwovi l-benefiċċji tat-tagħlim tal-LWUTLs permezz ta' sett ta'

logħob u attivitajiet lingwistiċi relatati mat-tema tax-xiri u ffukati fuq it-tikketti tal-

prodotti. Il-materjali żviluppati kienu ppilotati fil-kampanji lingwistiċi fis-

supermarkits kif ukoll ma' studenti elementari għand fornituri lingwistiċi.

Applikazzjoni tal-web li tixbaħ supermarket tal-lingwi onlajn tippermetti n-nies

jitgħallmu kliem u jittestjaw l-għarfien tagħhom fi 8 lingwi.

www.shoplang2.com

4.4.2. Il-lingwi permezz ta' rappreżentazzjonijiet viżwali

Approċċ mhux tradizzjonali lejn il-promozzjoni tal-lingwi, u b'mod speċjali l-LWUTLs, jista' jinstab fl-użu ta'

materjali viżwali bħall-fotografija, multimidja, films, klips tal-vidjow, is-sinjali tal-ibliet, wirjiet, l-arti

kontemporanja u d-disinn, eċċ. L-aspett viżwali tal-promozzjoni tal-lingwi jikkontribwixxi għaż-żieda fl-għarfien

tad-diversità lingwistika, kulturali u storika b'mod attraenti u interattiv ħafna u għaż-żieda fil-komunikazzjoni u

d-djalogu interkulturali bejn il-persuni. Mudelli edukattivi u promozzjonali bħal dawn jistgħu jiġu ttrasferiti u

adattati għal ambjenti oħrajn tat-tagħlim u l-lingwi inklużi l-lingwi reġjonali u minoritarji, il-lingwi użati fir-

reġjuni transfruntieri u l-komunitajiet bilingwi, l-LWUTLs minn gruppi lingwistiċi differenti.

Il-promozzjoni tal-lingwi effiċjenti u sostenibbli permezz tal-viżwalizzazzjoni tista' tintuża minn komunitajiet

żgħar li jirrappreżentaw l-LWUTLs, l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet kulturali, il-midja, l-iskejjel, l-SMEs u l-partijiet

interessati mis-settur tat-turiżmu.

In-netwerk SMILE inkluda prattiki tajbin li jipprovdu mudelli li rnexxew għall-promozzjoni tal-LWUTLs permezz

ta' tipi differenti ta' rappreżentazzjonijiet viżwali tal-lingwi.

Eżempju: prattika tajba għall-viżwalizzazzjoni tal-lingwi

“Beyond Signs in the City” iżid l-għarfien tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea permezz tar-rappreżentazzjonijiet viżwali tal-belt - "the city signs" (is-sinjali tal-ibliet), bl-użu ta' arti kontemporanja u disinn kif ukoll ta' teknoloġiji ġodda. Il-proġett jiffoka fuq BG, CT (Katalan), DE, ES, GR, MT, PL, RO, SI, TR u HU u jissodisfa l-bżonnijiet lingwistiċi bażiċi li jirriżultaw miż-żieda fil-mobilità (professjonali, ġeografika, tat-turiżmu), il-komunikazzjoni interkulturali u l-kooperazzjoni transnazzjonali fl-UE. www.signsinthecity.net

4.4.3. Tagħlim bejn il-pari

It-tagħlim bejn il-pari jirrappreżenta attività reċiproka u bidirezzjonali li għandha tkun ta' benefiċċju reċiproku

u tinvolvi l-kondiviżjoni tal-għarfien, ideat u l-esperjenza bejn il-parteċipanti. Dan jista' jiġi deskritt bħala mod

Page 38: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

38

ta' tagħlim interdipendenti jew reċiproku bbażat fuq interazzjoni kostanti tal-istruttur u l-istudent u ta' student

ma' studenti oħrajn. L-interazzjoni sseħħ fil-forma ta' komunikazzjoni li tista' tikkonsisti minn sinjali, ħsejjes,

kliem, dehriet, frażijiet, stejjer, kuntatt tattili, ittri u ħafna speċifikazzjonijiet oħrajn.

It-tagħlim bejn il-pari jinkludi mudelli ta' tagħlim differenti; inkluż dawk fejn l-istudenti avvanzati jgħallmu l-

istudenti inqas avvanzati jew studenti mill-istess sena jgħinu l-xulxin kemm fil-kontenut tal-kors kif ukoll fi

kwistjonijiet personali. Mudelli ta' tagħlim bejn il-pari oħrajn jinkludu seminars ta' diskussjoni, gruppi ta' studju

privati, konsulenza, skemi ta' valutazzjoni bejn il-pari, xogħol ta' proġetti kollaborattiv, xogħol fi grupp,

mentoring fuq il-post tax-xogħol u attivitajiet komunitarji.

B'mod ġenerali, it-tagħlim bejn il-pari jista' jiġi applikat b'suċċess f'attivitajiet ta' tagħlim lingwistiku, b'mod

speċjali għall-iżvilupp ta' ħiliet lingwistiċi komunikattivi u prattika verbali. Dan huwa mudell tajjeb għat-tagħlim

tal-LWUTLs għaliex jippermetti approċċ personalizzat u appoġġ għal lingwi aktar rari li għalihom ma hemmx

materjali tat-tagħlim xierqa u l-opportunità għall-prattika verbali.

It-tagħlim bejn il-pari huwa xieraq kemm f'ambjent edukattiv formali kif ukoll f'kuntesti inqas formali li jinvolvu

l-gradwati u voluntiera bl-għarfien tal-LWUTLs. F'dan ir-rigward, it-tagħlim bejn il-pari jista' jkun ta' benefiċċju

wkoll għal persuni minn sfondi etnokulturali differenti, u jappoġġja l-integrazzjoni tal-migranti u l-inklużjoni

soċjali.

Eżempju: prattika tajba għat-tagħlim bejn il-pari

Il-proġett "5x5" jgħin żewġ gruppi ta' żgħażagħ minn sfondi etnokulturali differenti, iżda li

qed jgħixu fl-istess pajjiż u soċjetà, biex jappoġġjaw lil xulxin biex jiżviluppaw ħiliet tal-

komunikazzjoni aħjar fil-Bulgaru u l-Għarbi u jiffaċilitaw l-inklużjoni soċjali. Il-proġett huwa

bbażat fuq il-metodi ta' "tagħlim bejn il-pari" u "tagħlim tandem" fejn l-immigranti Għarab

jitgħallmu l-Bulgaru u l-istudenti universitarji jew il-gradwati Bulgari jtejbu l-ħiliet u l-

kompetenza tagħhom fl-Għarbi.

http://www.arabis-bg.org/-2013.html

F'dan il-proġetti, it-tfal kitbu parti minn storja, fil-lingwa skolastika tagħhom, u mbagħad

għaddewha lill-iskola li jmiss, f'katina ta' ħames skejjel f'ħames pajjiżi. Bl-involviment

tagħhom fil-Proċess ta' Storja b'Katina, l-istudenti żgħar kisbu għarfien tal-lingwi użati fil-

ħolqien ta' partijiet oħrajn tal-istorja tagħhom, u użaw strateġiji ta' indovinar biex biex

jifhmu l-avvenimenti. Il-viżjoni tal-Istejjer b'Katina kienet li tħeġġeġ lit-tfal żgħar u anke l-

familji tagħhom biex japprezzaw il-karattru komuni tal-familji ta' lingwi Ewropej (ir-

Rumanz, il-Ġermaniku u s-Slaviku). Dan il-proġett ħoloq ambjent faċli għal-lingwi li fih l-

istudenti tal-lingwa żgħar kienu mmotivati biex jifhmu u jiktbu stejjer f'lingwi relatati. L-

għanijiet tiegħu kienu li jtejjeb kemm il-motivazzjoni għat-tagħlim tal-lingwi u l-espressjoni

miktuba, kif ukoll biex iħeġġeġ għarfien ta' pajjiżi oħrajn Ewropej.

www.chainstories.eu

4.4.4. It-tagħlim tal-lingwi permezz ta' laqgħat ma' persuni oħrajn

Metodu effettiv ħafna ta' tagħlim ta' lingwa huwa li wieħed jiltaqa' ma' persuni, preferibbilment kelliema

nativi, u jitgħallem f'kuntest informali. Lil hinn mit-tagħlim tal-pedamenti teoretiċi ta' lingwa, huwa importanti

li wieħed jifhem u jkun kapaċi jikkomunika f'lingwa barranija.

Sprachcafé jipprovdi post fejn jiltaqgħu nies ta' nazzjonalitajiet differenti, li huma interessati jitgħallmu lingwa

u kultura barranija. It-tagħlim fi Sprachcafé jista' jkun strutturat, jiġifieri animat minn moderatur, jew b'xejn.

Page 39: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

39

Fil-bażi ta' kollox hemm il-prinċipju tal-komunikazzjoni u l-konverżazzjoni. Il-lezzjoni, kultant meqjusa

esperjenza diffiċli u ta' tensjoni, tista' ssir spontanja u kreattiva.

Il-prattiki tajbin ta' SMILE jagħtu ħafna eżempji ta' tagħlim tal-lingwi f'kuntest mhux formali permezz tal-

iskambju bejn persuni bi sfondi kulturali differenti.

Eżempju: prattiki tajbin għat-tagħlim tal-lingwi permezz ta' laqgħat ma' persuni oħrajn

Die EB Zurich joffri diversi korsijiet lingwistiċi innovattivi fil-Portugiż, il-Grieg, ir-

Russu u ċ-Ċiniż. Sabiex wieħed jitgħallem lingwi barranin b'mod effettiv, lezzjonijiet

tradizzjonali u tagħlim individwali huma kkombinati b'mod intelliġenti: fil-learning

foyer (il-foyer tat-tagħlim) issib l-ambjent tat-tagħlim, l-infrastruttura meħtieġa u

appoġġ selettiv rilassat permezz ta' tagħlim privat. Parallel mal-korsijiet lingwistiċi,

il-proċess ta' tagħlim huwa ssupplimentat b'kafés lingwistiċi. Il-Language Café huwa

mod divertenti kif wieħed jitgħallem lingwa: Dawk interessat f'lingwa u kultura

barranija jiltaqgħu fi ġranet speċifiċi f'atmosfera rilassanti biex jipprattikaw u jtejbu

l-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Il-parteċipanti jitkellmu, jiddiskutu jew jiddibattu dwar

kwistjonijiet kurrenti, affarijiet kulturali, postijiet sbieħ, il-gastronomija, eċċ. Espert

moderatur jagħti impetu u informazzjoni kif ukoll feedback dwar aspetti tal-lingwa,

tat-tagħlim kulturali u metodoloġiċi. www.eb-zuerich.ch

4.4.5. Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL)

It-Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL, Content and Language Integrated Learning) huwa terminu li

nħoloq fl-1994 minn David Marsh u Anne Maljers bħala metodoloġija simili għal iżda distinta mill-istruzzjoni

bbażata fuq l-immersjoni lingwistika u l-kontenut. Dan huwa approċċ għat-tagħlim tal-kontenut permezz ta'

lingwa addizzjonali (barranija jew sekondarja) li jippermetti tagħlim kemm tas-suġġett kif ukoll tal-lingwa. L-

idea tal-proponenti tiegħu hija li jinħoloq "terminu ġeneriku" li jinkludi forom differenti tal-użu tal-lingwa bħala

mezz ta' struzzjoni.

Ir-riċerka dwar l-immersjoni lingwistika bbażata fuq prinċipji metodoloġiċi tifforma l-bażi tas-CLIL. Dan it-tip ta'

approċċ kien identifikat bħala importanti ħafna mill-Kummissjoni Ewropea minħabba li: "Jista' jipprovdi

opportunitajiet effettivi għall-istudenti biex jużaw il-ħiliet lingwistiċi ġodda mill-ewwel, aktar milli

jitgħallmuhom issa biex jużawhom aktar tard. Jiftaħ il-bibien fuq lingwi għal firxa usa' ta' studenti, irawwem l-

awtokunfidenza fi studenti żgħar u dawk li ma kellhomx riżultati tajbin mill-istruzzjoni lingwistika formali fl-

edukazzjoni ġenerali. Dan jipprovdi esponiment għal-lingwa mingħajr il-ħtieġa għal ħin addizzjonali fil-

kurrikulu, li jista' jkun ta' interess partikolari f'ambjenti vokazzjonali." Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk

iddeċidiet li tippromwovi t-taħriġ tal-għalliema biex "jitjiebu l-kompetenzi lingwistiċi b'mod ġenerali, sabiex

tkun promossa l-istruzzjoni ta' suġġetti mhux lingwistiċi f'lingwi barranin".

Eżempju: Prattika tajba għat-Tagħim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa

Il-motivazzjoni ta' studenti tal-iskejjel sekondarji biex jitgħallmu l-lingwi permezz tal-mużika tagħhom. PopuLLar huwa proġett ta' edukazzjoni innovattiv iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea maħsub biex jisfrutta l-mużika, l-interess soċjali primarju tal-istudenti tal-iskejjel sekondarji, fit-tagħlim tal-lingwi tagħhom. L-użu tal-mużika fil-prattika edukattiva tagħhom ser jimmotiva u jinvolvi l-istudenti f'qasam li huwa parti importanti ta' ħajjithom. http://www.popullar.eu/index.html

Page 40: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

40

4.4.6. Tagħlim imħallat It-tagħlim imħallat huwa metodu ta' tagħlim - li jikkombina l-klassi u l-edukazzjoni onlajn, programm edukattiv

li fih student jitgħallem tal-anqas parzjalment permezz tat-twassil tal-kontenut u l-istruzzjoni permezz tal-midja

diġitali u onlajn b'xi element ta' kontroll mill-istudent fuq il-ħin, il-post, il-mod jew il-pass. Il-metodi tal-klassi

diretti huma kkombinati ma' attivitajiet bl-għajnuna tal-kompjuter.

It-Tagħlim Imħallat jista' ġeneralment jiġi kklassifikat f'sitt mudelli:

Tmexxija wiċċ imb' wiċċ - fejn l-għalliem imexxi l-istruzzjoni u jżid l-użu ta' għodda diġitali.

Rotazzjoni - l-istudenti jiċċiklaw permezz ta' skeda ta' studju onlajn indipendenti u ħin fil-klassi wiċċ

imb' wiċċ.

Flex - Il-maġġoranza tal-kurrikulu jitwassal permezz ta' pjattaforma diġitali u l-għalliema huma

disponibbli għall-konsultazzjoni u l-appoġġ wiċċ imb' wiċċ.

Labs - Il-kurrikulu kollu jitwassal permezz ta' pjattaforma diġitali iżda f'post fiżiku konsistenti. F'dan il-

mudell l-istudenti normalment jattendu wkoll klassijiet tradizzjonali.

Self-Blend – L-istudenti jagħżlu li jissupplimentaw it-tagħlim tradizzjonali tagħhom b'xogħol ta' kors

onlajn.

Online Driver - Il-kurrikulu u t-tagħlim kollu jitwassal permezz ta' pjattaforma diġitali u laqgħat wiċċ

imb' wiċċ li huma skedati jew magħmula disponibbli skont il-bżonn.

It-tagħlim imħallat jiddependi ħafna fuq ir-riżorsi tekniċi li permezz tagħhom titwassal l-esperjenza tat-tagħlim

imħallat - dawn l-għodod iridu jkunu affidabbli, faċli tużahom, u aġġornati sabiex l-użu tal-Internet ikollu impatt

siewi fuq l-esperjenza tat-tagħlim.

L-inkorporazzjoni tat-"teknoloġija tal-komunikazzjoni tal-Internet asinkrona" fil-korsijiet lingwistiċi sservi biex

tiffaċilita esperjenza tat-tagħlim simultanja indipendenti u kollaborattiva. L-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni

u l-komunikazzjoni nstab li jtejjeb l-aċċess għal kif ukoll l-attitudnijiet tal-istudenti lejn it-tagħlim.

Eżempju: Prattika tajba għat-Tagħlim Imħallat

L-approċċ mużikali fl-istruzzjoni tal-lingwi barranin fi skejjel sekondarji, l-università u l-korsijiet għall-adulti ġie ttestjat u wera l-effettività tiegħu fl-akkwiżizzjoni rapida tal-kapaċitajiet komunikattivi anke fil-każ tat-tagħlim awtonomu. Dan isaħħaħ ukoll l-għarfien interkulturali tal-istudenti, u jikkunsidra l-kliem tal-kanzunetti li fihom referenzi storiċi u soċjokulturali u jippromwovi l-integrazzjoni tal-immigranti fl-iskejjel u fiċ-ċentri għall-edukazzjoni għall-adulti. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex daqshekk mifrux. L-impatt u l-oriġinalità tal-proġett FADO jinsab fit-tqabbil tal-approċċ mużikali bbażat fuq kanzunetti mal-użu tal-ICT ibbażat fuq l-Internet, YouTube, karaoke u l-whiteboard interattiv. Dan is-sett integrat ikkontribwixxa mhux biss għat-titjib tas-smigħ u t-taħdit, iżda wkoll għal għarfien aħjar ta' aspetti interkulturali permezz tal-vidjow, b'kont meħud tad-diffużjoni mifruxa tal-Internet u YouTube. Il-materjali kienu bbażati fuq lirika b'test poetiku jew letterarju, li huwa l-aħjar mod biex wieħed jikkomunika l-emozzjonijiet u jiżviluppa r-referenzi soċjokulturali li jinsabu fit-testi. Dawn jistgħu jintużaw kullimkien, anke fil-każ ta' tagħlim awtonomu u l-proġett jista' jitqies mudell għall-applikazzjoni ta' lingwi oħrajn ukoll. Il-prodotti ġew imtejba u magħmula aċċessibbli permezz tal-portal tal-web. www.languagesbysongs.eu

Page 41: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

41

4.4.7. It-tagħlim lingwistiku interġenerazzjonali

Il-mod kif persuni tal-etajiet kollha jitgħallmu flimkien u minn xulxin huwa dak li nirreferu għalih bħala tagħlim

lingwistiku interġenerazzjonali (IGLL, intergenerational language learning). IGLL huwa parti importanti tat-

Tagħlim Tul il-Ħajja, fejn il-ġenerazzjonijiet jaħdmu flimkien biex jiksbu ħiliet, valuri u għarfien. Lil hinn mit-

trasferiment tal-għarfien, l-IGLL irawwem ir-relazzjonijiet tat-tagħlim reċiproku bejn ġenerazzjonijiet differenti

u jgħin jiżviluppa l-kapital soċjali u l-koeżjoni soċjali fis-soċjetajiet tagħna li qed jixjieħu. IGLL huwa mod kif tiġi

indirizzata l-bidla sinifikanti demografika li qed nesperjenzaw madwar l-Ewropa u huwa mod kif tissaħħaħ is-

solidarjetà interġenerazzjonali permezz tal-prattika interġenerazzjonali (PI) u l-involviment tal-membri tal-

familja (il-ġenituri, in-nanniet).

It-tagħlim f'ġenerazzjonijiet differenti (mhux biss fost l-akbar iżda anke l-iżgħar) huwa wieħed mill-eqdem

mudelli ta' tagħlim - ta' valur b'mod speċjali qabel l-invenzjoni tal-kitba, u meħtieġ aktar minn qatt qabel fis-

soċjetà kurrenti diġitali. L-Istrateġija Ewropa 2020 teżortana biex insiru aktar ekoloġiċi u intelliġenti. Ma hemm

l-ebda dubju dwar il-ħtieġa li nkunu aktar ekoloġiċi, għas-saħħa tal-pjaneta. Madankollu l-ħtieġa li nsiru aktar

solidari, huwa ugwalment urġenti, għall-umanità. B'kunsiderazzjoni tar-rata mgħaġġla li biha qed jixjieħu l-

popolazzjonijiet, nistgħu nsiru soċjetà intelliġenti jekk ninvestu sew fil-ħolqien ta' konnessjonijiet solidi bejn il-

ġenerazzjonijiet. Soċjetà intelliġenti ser tkun tista' tuża l-potenzjal tal-persuni kollha, irrispettivament mill-età

tagħhom.

Il-ġenituri u/jew in-nanniet jista' jkollhom rwol vitali fit-tagħlim tal-lingwi lit-tfal meta jipparteċipaw attivament

fil-proċedura tat-tagħlim. Jekk dawn ikollhom għarfien tal-lingwa l-ġdida tat-tifel/tifla jistgħu jkunu ta' għajnuna

billi jittrasferixxu dan l-għarfien lit-tfal/neputijiet tagħhom. Fil-każ li ma jkunux utenti profiċjenti huma stess

jistgħu jibbenefikaw mill-istess korsijiet lingwistiċi. L-implimentazzjoni tal-metodoloġiji tal-IGLL fl-istruzzjoni tal-

LWUTLs jista' jkollha impatt multiġenerazzjonali pożittiv.

Eżempju: Prattika tajba għat-Tagħlim Lingwistiku Interġenerazzjonali

“Languages from the Cradle” huwa rispons dirett għall-ħtieġa għaċ-ċittadini Ewropej li

jitgħallmu lingwi oħrajn Ewropej. Il-punt tal-bidu tal-proġett huwa r-rikonoxximent li l-

aħjar mod kif wieħed jitgħallem jew ikun introdott għal lingwa ġdida huwa fid-dar. Il-

proġett ser jispira u jimmotiva tfal żgħar u familji biex jirrealizzaw u japprezzaw is-

sbuħija ta' lingwi oħrajn Ewropej u l-kultura rikka li jirrappreżentaw.

http://www.mosaicartsound.com/#!__lullabies

Programm innovattiv u bbażat fuq il-web ta' materjali multilingwi mfassal

biex jgħallem kif jaħdmu l-lingwi. Irriċerkat u ppruvat f'erbatax-il skola,

dan juża eżempji minn disa' lingwi Ewropej, il-Mandarin u l-Ġappuniż. L-

għan ta' The Languages Bridge (il-pont lingwistiku) huwa li jgħammar l-

għalliema u t-tfal b'sett ta' għodda ta' ħiliet lingwistiċi u tal-

komunikazzjoni permezz tal-istruzzjoni ta' għarfien ċentrali dwar l-

istruttura tal-lingwi fi programm ta' attivitajiet koerenti għat-tfal minn 7

sa 14-il sena. http://www.ilrc.org.uk/languagesbridge/

Page 42: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

42

4.4.8. It-tagħlim tal-lingwi permezz tal-komunikazzjoni onlajn

Ir-riżorsi onlajn itejbu l-implimentazzjoni prattika ta' metodi innovattivi li jikkontribwixxu għat-tagħlim tal-

lingwi. It-tagħlim permezz tal-komunikazzjoni onlajn huwa bbażat fuq l-idea li t-tagħlim tal-lingwi qed jitwettaq

bħala riżultat tal-komunikazzjoni (approċċ komunikattiv lejn it-tagħlim tal-lingwi) u l-interazzjoni soċjali onlajn

mal-oħrajn. Fi kliem ieħor, dan il-metodu huwa bbażat fuq l-informazzjoni tal-komunitajiet onlajn u/jew l-ibliet

fejn l-istudenti jinteraġġixxu u jikkomunikaw ma' xulxin u mal-istrutturi tagħhom. Hemm enfasi fuq il-

komunikazzjoni reali permezz tal-użu ta' kompiti reali f'diversi eżerċizzji lingwistiċi.

Il-materjal tat-tagħlim ħafna drabi jinkludi attivitajiet interattivi, rappreżentazzjonijiet viżwali u mezzi

multimedjali (pereżempju fajls tal-awdjo u tal-vidjow) f'ambjent onlajn ta' komunitajiet tat-tagħlim li jgħinu l-

parteċipanti jiżviluppaw l-erba' ħiliet kollha tat-tagħlim tal-lingwi (taħdit - smigħ - qari - kitba). Barra minn

hekk, f'dan il-mod l-istudenti jiksbu kuntest kulturali komplut kif ukoll viżwali għat-tagħlim tal-lingwa Il-

parteċipanti fil-komunitajiet tat-tagħlim onlajn jiġu introdotti f'sitwazzjonijiet tad-dinja reali u jinteraġġixxu u

jikkomunikaw ma' studenti u istrutturi oħrajn. It-tagħlim onlajn permezz tal-komunikazzjoni jtejjeb is-

soċjalizzazzjoni u l-enkulturazzjoni onlajn u jikkostitwixxi prattika interessanti, motivanti u f'ħafna każijiet

divertenti. Barra minn hekk, l-istudenti jistgħu jipproċedu skont il-pass tagħhom stess, għaliex jistgħu

jaċċessaw il-kontenut onlajn fi kwalunkwe ħin u minn kwalunkwe post.

Eżempju: Prattika tajba għall-komunikazzjoni onlajn

Il-Hellas Alive © żviluppa Spazju tax-Xogħol onlajn għal ħafna skopijiet, il-Virtual City (belt virtwali) u "spazji tal-logħob" virtwali. Il-parteċipanti huma mħeġġa jiltaqgħu, jinteraġġixxu soċjalment u jikkollaboraw mal-istrutturi u studenti oħrajn bl-użu ta' għodda differenti bħal messaġġi tal-awdjo, taħdit u tħabbiriet bil-miktub. Il-Grieg awtentiku huwa ppreżentat f'kuntest permezz ta' vidjows u midja oħra. Hemm ukoll Bar tal-Komunikazzjoni għal feedback u kollaborazzjoni bejn l-istudenti. Il-programm jinkludi wkoll Tagħlim bil-Podkast. 80 podkast jistgħu jitniżżlu fil-forma ta' MP3, CD u

pdf. www.hellasalive.gr

4.4.9. It-tagħlim tal-lingwi fuq il-post Għall-maġġoranza tal-LWUTLs mhuwiex faċli u irħis biex tiżviluppa materjal edukattiv u ta' taħriġ mill-bidu

minħabba n-numru żgħir ta' persuni li jkunu involuti fil-proċeduri tat-tagħlim tradizzjonali.

Mill-banda l-oħra li wieħed jitgħallem LWUTL waħda mhijiex l-ewwel għażla għall-maġġoranza l-kbira tan-nies

u dawn ukoll ma jridux iqattgħu ħafna ħin f'attivitajiet ta' tagħlim. Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq jista'

jkun aktar faċli kienu nkunu nistgħu nikkombinaw "Introduzzjoni teoretika bażika" ma' "Tagħlim fuq il-post tax-

xogħol".

Jekk titgħallem lingwa bl-użu ta' din il-metodoloġija inti tista' tikseb fl-istess ħin l-isfond teoretiku meħtieġ, l-

esperjenza fit-taħdit għall-komunikazzjoni ta' kuljum u l-fehim għal terminoloġja speċifika li hija meħtieġa

għall-professjoni tal-istudenti.

4.4.10. Simulazzjonijiet ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali Il-metodu għat-tagħlim ta' lingwa barranija, fosthom l-LWUTLS, permezz tas-simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet tal-

ħajja reali jippermetti l-istudent jikkomunika b'mod effettiv u adegwat fis-sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja ta'

kuljum li jista' jiltaqa' magħhom. Matul il-lezzjonijiet, l-istudenti jitgħallmu frażijiet u espressjonijiet li jistgħu

japplikaw minnufih fis-sitwazzjonijiet tal-ħajja reali barra mill-klassi. Il-kompiti mogħtija jeħtieġu l-parteċipanti

Page 43: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

43

jsolvu problema ta' xi tip bl-użu tal-esperjenza tal-ħajja u l-karattru tagħhom. Is-simulazzjonijiet huma

attivitajiet utli, motivanti u impenjanti li jipprovdu inċentivi għall-istudenti biex jużaw il-lingwa li tgħallmu

f'sitwazzjonijiet prattiċi u siewja. Dan l-aspett prattiku pprovdut mill-metodu ta' simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet

tal-ħajja reali huwa utli ħafna għall-istudenti kollha tal-lingwi barranin, iżda huwa importanti b'mod speċjali

għall-migranti li qed jitgħallmu l-LWUTLs, għaliex lezzjonijiet bħal dawn jistgħu jipprovduhom mhux biss bil-

ħiliet lingwistiċi, iżda wkoll bl-għarfien tal-kultura, it-tradizzjonijiet u l-pajjiż stess, li l-lingwa tiegħu qed

jitgħallmu.

Dan il-mod mhux formali ta' tagħlim mhux biss inaqqas it-tensjoni tal-istudenti u joħloq atmosfera aktar

rilassanti għall-komunikazzjoni u t-tagħlim, iżda joffri wkoll opportunitajiet għal prattika siewja tal-lingwa

f'kuntesti awtentiċi. Bħala konsegwenza dan jista' jirriżulta fi progress iżjed effiċjenti u sodisfazzjon personali

fil-proċess tat-tagħlim tal-LWUTLs.

Eżempju: eżempju ta' prattika tajba għal simulazzjonijiet ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali

Il-proġett “Lithuanian language training and civic orientation courses for third-country

nationals using real life situation simulation techniques“ (Korsijiet ta' taħriġ fil-lingwa Litwana u orjentazzjoni ċivika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi bl-użu ta' tekniki ta' simulazzoni ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali) għandu l-għan li jiffaċilita l-proċess ta' integrazzjoni ta' immigranti mhux tal-UE li jkunu għadhom kemm waslu fis-soċjetà Litwana permezz tal-ħiliet fil-lingwa Litwana u ż-żieda fl-għarfien tal-istorja, il-kultura, is-soċjetà u s-sistema legali Litwani. It-taħriġ fil-lingwa Litwana jitwettaq kemm fi klassijiet tradizzjonali kif ukoll permezz ta' taħriġ prattiku u interattiv fil-ħiliet lingwistiċi. Il-programm ta' struzzjoni formali huwa bbażat fuq tekniki ta' simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet tal-ħajja reali. Matul it-taħriġ prattiku informali, ġew implimentati metodi ta' klabb lingwistiku.

http://sih.lt/en/tspi

4.4.11. Approċċ awdjoviżwali għat-tagħlim tal-LWUTLs barra mill-klassi

L-użu ta' materjali awdjoviżwali (vidjows, stampi, reġistrazzjonijiet tal-awdjo, eċċ) huwa metodu mhux

tradizzjonali, iżda attraenti u qawwi ħafna għall-promozzjoni tal-LWUTLs. Materjal ġdid huwa ppreżentat fil-

forma ta' djalogu. Fuq il-bażi tal-prinċipju li t-tagħlim tal-lingwi huwa l-formazzjoni ta' abitudnijiet, il-metodu

jrawwem id-dipendenza fuq l-imitazzjoni, il-memorizzazzjoni ta' numru ta' frażijiet stabbiliti u t-tagħlim żejjed.

L-istrutturi huwa f'sekwenzi u mgħallma waħda wara l-oħra. Il-mudelli strutturali huma mgħallma bl-użu ta'

provi repetittivi. Ma jingħataw l-ebda jew jingħataw ftit li xejn spjegazzjonijiet grammatiċi; il-grammatika tiġi

mgħallma b'mod induttiv.

L-approċċ awdjoviżwali huwa flessibbli ħafna fir-rigward tal-ambjent tat-tagħlim, għalhekk jipprovdi l-

possibbiltà ta' tagħlim u promozzjoni tal-lingwi f'żoni verament mhux konvenzjonali u mhux tradizzjonali bħat-

trasport pubbliku, iż-żoni pubbliċi fl-irħula, l-istabbilimenti tal-ħwienet, eċċ. Barra minn hekk, dan l-aspett

jikkontribwixxi wkoll għall-għarfien pubbliku tad-diversità lingwistika u jippromwovi t-tagħlim interkulturali.

Il-benefiċċji l-aktar sinifikanti tar-rappreżentazzjonijiet awdjoviżwali barra mill-klassijiet f'postijiet mhux

konvenzjonali huma dawn li ġejjin:

• Promozzjoni usa' tal-LWUTLs li tinkludi mhux biss l-istudenti, iżda wkoll il-pubbliku ġenerali.

• Tqajjim tal-kurjożità tal-pubbliku ġenerali fl-LWUTLs.

• Dan jista' jkun materjal ta' tagħlim addizzjonali għall-istudenti tal-LWUTLs.

• Jipprovdi aċċess flessibbli għat-taglim ta' elementi bażiċi tal-LWUTLs.

Page 44: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

44

Eżempju: eżempju ta' prattika tajba għal approċċ awdjoviżwali

Il-proġett LANGUAGE ON THE MOVE huwa mmirat lejn persuni li qed jivvjaġġaw lejn u

bejn pajjiżi Baltiċi u Nordiċi biex jaħdmu, jistudjaw u jivvjaġġaw. Sabiex ma jintilfux u jħossuhom aktar komdi f'pajjiż barrani dawn jeħtieġu kitt ta' sopravivenza lingwistiku (frażijiet soċjali, ideat utli). Dawn il-persuni jużaw tipi differenti ta' trasport biex jilħqu d-destinazzjonijiet tagħhom: jużaw il-ferries, kowċis, ferroviji. Għalhekk l-idea ewlenija tal-proġett hija li matul il-vjaġġ fuq il-PT dawn ikunu mgħammra b'kitt ta' sopravivenza li jikkonsisti minn frażijiet soċjali utli u ideat kulturali bl-introduzzjoni ta' metodu ta' struzzjoni lingwistika innovattiv u mhux tradizzjonali.

4.4.12. Metodu ta' tagħlim konġunt Dejjem huwa sfida għal ġenituri ta' minoranzi li għexu f'pajjiż għal ħafna snin u tkellmu biss bil-lingwa nativa

tagħhom biex jippromwovu l-akkwiżizzjoni bikrija tal-lingwa minoritarja tagħhom għat-tfal tagħhom. Il-"Klabbs

tal-Ġenituri" huwa metodu tajjeb biex wieħed ikollu ambjent miftuħ u informali u pjattaforma għall-

kondiviżjoni ta' dubji, tħassib, u problemi li jiffaċċjaw il-ġenituri ta' familji ta' minoranzi. Permezz ta'

diskussjonijiet miftuħa, materjali edukattivi, lekċers u workshops prattiċi tista' tinkiseb żieda fil-profiċjenza

lingwistika u applikazzjoni effettiva tal-lingwa Litwana f'familja ta' minoranza. F'dan il-mod il-lingwa qed tiġi

promossa biex tiġi mitkellma l-ewwel fid-dar u wara dan biss f'ambjenti edukattivi formali jew informali.

Wieħed mill-ikbar benefiċċji huwa li l-ġenituri jinvolvu ruħhom ma' u jgħinu t-tfal tagħhom jitgħallmu l-lingwa li

huma stess jistgħu ma jkunux fluwenti fiha - jitgħallmu flimkien u l-ġenituri juru l-motivazzjoni u r-rieda biex

jgħinu t-tfal tagħhom.

Eżempju: eżempju ta' prattika tajba għal metodu ta' tagħlim konġunt

Klabb tal-ġenituri għal familji ta' minoranzi għall-promozzjoni tal-edukazzjoni bilingwa L-Aġenzija Lingwistika Latvjana

f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet edukattivi ta' qabel l-iskola qed tippromwovi l-akkwiżizzjoni bikrija tal-lingwa Latvjana

għal familji ta' minoranzi etniċi. Il-ġenituri jisimgħu pariri, rakkomandazzjonijiet, metodi u modi kif jista' jirnexxilhom

jitgħallmu l-lingwa Latvjana mat-tfal tagħhom tal-etajiet minn 6 sa 8 snin. Matul is-seminars dawn ikunu involuti

f'workshops prattiċi differenti u jsiru jafu eżerċizzji, logħob didattiku, kif ukoll aspetti teoretiċi li għandhom rwol

importanti fit-trobbija tat-tfal. Il-ġenituri jiddiskutu d-diffikultajiet li jiffaċċjaw u flimkien jipprovaw isibu soluzzjonijiet. Jiġu

pprovduti b'għajnunijiet għall-istruzzjoni li jistgħu jintużaw id-dar.

4.4.13. Ikkowċjar kunfidenzjali

Il-prattiki tajbin ta' SMILE magħżula jiddeskrivu metodoloġiji għat-taħriġ ta' voluntiera/għalliema dwar kif

jiggwidaw il-parteċipanti migranti fil-korsijiet lingwistiċi li jesperjenzaw diffikultajiet fit-tagħlim minħabba

problemi psikoloġiċi u sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika.

Il-metodoloġija għall-ikkowċjar kunfidenzjali tirnexxi ħafna għaliex din tikkombina l-istruzzjoni ta' lingwa ma'

għajnuna lil nisa migranti li jgħixu f'sitwazzjoni ta' vjolenza domestika u huma vulnerabbli u diffiċli li tersaq

lejhom. L-għalliem/voluntier jiġi mħarreġ dwar kif jibni relazzjoni ta' fiduċja ma' nisa bħal dawn u jgħinhom

joħorġu mis-sitwazzjoni.

Jinkisbu l-għanijiet li ġejjin:

• Tisħiħ sostenibbli tal-komunikazzjoni f'lingwa lokali;

• Tisħiħ sostenibbli tal-parteċipazzjoni f'soċjetà lokali;

• Stimulazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' persuni nativi biex jgħinu lil dawn iċ-ċittadini;

• Żieda fl-għarfien u l-fehim reċiproku bejn il-migranti ta' kulturi differenti.

Page 45: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

45

Eżempju: prattika tajba għall-ikkowċjar kunfidenzjali

Metodoloġija ta' kkowċjar kunfidenzjali L-għan tat-taħriġ huwa li jħarreġ voluntiera dwar kif jiggwidaw il-parteċipanti biex joħorġu minn ċiklu ta' vjolenza u jgħinuhom ukoll itejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Għal aktar informazzjoni ara l-websajt ta' Stichting LOV: www.stichtinglov.nl

4.4.14. Għodda ta' tagħlim tal-lingwi bbażati fuq l-ICT, riżorsi onlajn għat-tagħlim

awtonomu L-użu ta' għodda tat-tagħlim tal-lingwi bbażati fuq l-ICT u teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjoni tal-mowbajl,

bħal korsijiet lingwistiċi, dizzjunarji u kotba ta' frażijiet onlajn, applikazzjonijiet tal-mowbajl, logħob tal-

kompjuter, eċċ, jiffaċilita t-tagħlim tal-lingwi mhux formali u indipendenti, b'mod speċjali fl-LWUTLs.

Twettqu ħafna dibattiti dwar l-użu ta' kompjuters u l-internet fl-istruzzjoni tal-lingwi barranin dawn l-aħħar

snin. It-tekniki offruti, l-attivitajiet u l-livell ta' applikazzjoni fis-sillabu tal-istruzzjoni lingwistika għaddew minn

numru ta' bidliet serji flimkien mal-evoluzzjoni tat-teknoloġija. It-teknoloġija saret tagħmir fiss f'ħafna djar

madwar id-dinja, u l-influwenza tagħha daħlet fil-lati kollha ta' ħajjitna, inklużi l-ambjenti edukattivi. Dan il-

fenomenu jitqies minn ħafna bħala l-mewġa tal-futur li fih l-istruzzjoni lingwistika ser tkun immexxija mill-

avvanzi ġodda fil-kompjuters, l-internet u t-teknoloġiji tal-mowbajl.

Ma hemm l-ebda dubju li l-użu tal-ICT għandu effetti pożittivi fuq l-istruzzjoni/tagħlim tal-lingwi barranin. L-

impatt jiddependi ħafna fuq il-mod li jintuża, il-motivazzjoni tal-għalliema u s-“savoir-faire” tiegħu. L-impatti li

ġejjin jidhru li huma dawk l-aktar ovvji meta l-ICT jintuża biex jappoġġja l-istruzzjoni ta' lingwi barranin:

Il-possibbiltà li l-materjali tal-istruzzjoni jiġu adattati faċilment għaċ-ċirkostanzi, il-bżonnijiet u r-rispons

tal-istudent;

L-ICT jippermetti r-reazzjoni fuq u jippermetti l-użu ta' aħbarijiet riċenti/ta' kuljum, joffri aċċess għal

materjali awtentiċi fuq il-web;

Il-possibbiltà li jiġu kkombinati/jintużaw alternattivament il-ħiliet (bażiċi) (test u immaġni, klips tal-

awdjo u tal-vidjow...);

Il-lekċers isiru dejjem iżjed interessanti u inqas ordinarji li jtejjeb l-involviment tal-istudenti;

L-ICT jippermetti li tingħata attenzjoni lil aspett speċifiku wieħed tal-lezzjoni (il-pronunzja, il-

vokabularju...).

Hemm evidenza sinifikanti tal-benefiċċji u l-vantaġġi li l-użu tal-ICT jista' jkollu fuq l-istudenti. L-użu effettiv tal-

impatti tal-ICT fuq l-istudenti u l-aspetti differenti tal-proċess ta' tagħlim huma fil-qosor dawn li ġejjin:

L-ICT iżid il-motivazzjoni tal-istudenti u b'hekk itejjeb l-impenn u l-involviment personali tagħhom;

L-ICT jtejjeb it-tagħlim indipendenti;

Il-kollaborazzjoni u l-komunikazzjoni tal-istudenti huma aktar importanti;

L-akkwiżizzjoni u r-riżultati tal-istudenti huma mtejba.

Rigward il-perċezzjonijiet tal-istudenti tal-ICT, l-istudenti jaħdmu b'mod indipendenti bit-teknoloġiji bil-għan li

jaslu għal livell speċifikat ta' padronanza ta' sett ta' għarfien speċifiku. Fl-istess ħin, dan jagħti flessibbiltà lill-

istudenti li hija bżonnjuża għall-padronanza tat-tagħlim u l-kwalità tat-tagħlim.

Page 46: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

46

Il-prattiki tajbin ta' SMILE jipprovdu għodda onlajn f'varjetà ta' LWUTLs għal tagħlim tal-lingwa bl-għajnuna tal-

kompjuter u tal-mowbajl permezz ta' applikazzjonijiet innovattivi li ma jeħtieġux ħiliet informatiċi avvanzati

min-naħa tal-istudent. Dan jippermetti tagħlim iżjed individwalizzat u indipendenti f'termini ta' pass, ħin u post

(id-dar, ix-xogħol, waqt l-ivvjaġġar).

Eżempju: prattika tajba għal riżorsi lingwistiċi onlajn

L-għan ewlieni tal-European CLIL Resource Centre for Web 2.0 Education huwa li jżid l-esponiment tat-tfal għal-lingwi Ewropej u li jtejjeb il-kwalità tal-istruzzjoni permezz tal-implimentazzjoni tal-approċċ tas-CLIL fid-domanda Ewropea tal-akkwiżizzjoni ta' lingwa materja u żewġ lingwi barranin oħrajn. http://e-clil.uws.ac.uk/

5. Konklużjoni L-iskop ta' dan id-dokument huwa li jagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn id-domanda għall-ħiliet fil-Lingwi Inqas

Użati u Mgħallma (LWUTL) f'setturi differenti fir-rigward tal-kompetittività, l-impjegabilità u l-inklużjoni soċjali

kemm fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali, kif ukoll għall-identifikazzjoni tal-isfidi ewlenin u l-opportunitajiet

għat-tagħlim u l-promozzjoni tal-LWUTLs.

Għan-netwerk ta' SMILE, ġiet adottata d-definizzjoni li ġejja ta' Lingwi Inqas Użati u Mgħallma: Il-Lingwi LWUT

huma lingwi li jew huma mitkellma minn numru limitat ta' persuni jew huma ddominati minn lingwi użati aktar

komunement. Madwar 50 miljun persuna fl-Ewropa jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja, li

jirrappreżentaw 10% tal-popolazzjoni tal-Ewropa. Ħafna termini jintużaw biex jirreferu għal "lingwi minuri" u

d-diversità lingwistika fl-Ewropa, li jagħmel l-għoti ta' definizzjoni unika diffiċli. L-LWUTLs jinkludu kemm lingwi

reġjonali u minoritarji u lingwi (żgħar) tal-istat, kif ukoll lingwi transfruntieri u l-hekk imsejħa lingwi strateġiċi

tal-UE bħaċ-Ċiniż, l-Għarbi, ir-Russu, eċċ. Il-lingwi użati komunement (l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ispanjol

u t-Taljan) huma inklużi minħabba li dawn jipprovdu valur miżjud u ċertu potenzjal ta' trasferibilità.

Għal dan id-dokument twettqet analiżi fuq id-dokumenti prinċipali li jittrattaw il-politiki u l-istrateġiji Ewropej

kurrenti fil-qasam tat-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi, li żvelat li l-prijoritajiet tal-UE għas-snin għandhom l-

għan tal-implimentazzjoni ta' miżuri leġiżlattivi u prattiċi għaż-żieda tal-impjegabilità, il-produttività u l-

koeżjoni soċjali fl-Istati Membri kollha. F'dan ir-rigward, għandhom isiru sforzi biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tas-

suq tax-xogħol billi t-tagħlim tal-lingwi jkun iffukat aktar fuq l-istudent, orjentat lejn il-prattika u aktar

applikabbli fil-kuntesti professjonali. Id-domanda u l-offerta tal-ħiliet lingwistiċi għalhekk għandhom jiffokaw

fuq it-tagħlim tal-lingwi relatat mal-impjieg b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-impjegaturi jeħtieġu kompetenzi

lingwistiċi mhux biss fil-lingwi komuni (bħall-Ingliż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, eċċ), iżda wkoll f'lingwi inqas

mgħallma meħtieġa għas-swieq niċċa. Tingħata importanza wkoll lit-tagħlim tal-lingwi ta' gruppi żvantaġġati

differenti sabiex jingħata appoġġ lill-inklużjoni soċjali aħjar u l-iżvilupp professjonali fil-futur tagħhom.

Il-globalizzazzjoni inevitabbilment iżżid id-domanda għall-ħiliet fil-lingwi barranin fis-swieq tax-xogħol Ewropej

fuq terminu qasir sa medju. Madankollu, l-Analiżi Sitwazzjonali mwettqa kkonfermat biss il-livell għoli eżistenti

ta' segregazzjoni fis-suq tax-xogħol bejn l-Istati Membri tal-UE differenti, u wriet ukoll il-frammentazzjoni

reġjonali u settorjali tas-swieq tax-xogħol nazzjonali. Ovvjament kull analiżi tad-domanda mwettqa f'kuntest

multidimensjonali bħal dan tista' tafferma mill-ġdid biss il-kundizzjonalità tal-allokazzjoni skont is-settur, b'mod

Page 47: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

47

speċjali fil-każ tal-prattika tajba fil-qasam tal-istruzzjoni lingwistika, għaliex il-maġġoranza tagħhom jistgħu jiġu

applikati b'suċċess irrispettivament mis-settur.

Barra minn hekk, l-Analiżi Sitwazzjonali mwettqa żvelat li l-qasam tal-lingwi inqas użati juri stampa anke aktar

varjata minħabba d-differenzi kbar f'numru ta' parametri, bħad-demografija, il-kuntest politiku, il-kultura, il-

penetrazzjoni u l-kultura tal-ICT, u s-sistemi edukattivi fost oħrajn. L-analiżi tad-domanda għal-lingwi f'kuntest

varjat bħal dan huwa kompitu estremament kumpless, li jeħtieġ analiżi sistematika li tinvolvi diversi varjabbli,

bħal pereżempju liema lingwi jistgħu jġibu l-aktar benefiċċji, jekk huwiex lin-nies, lill-komunitajiet, lis-soċjetà

b'mod aktar ġenerali jew lill-ekonomija, u dan il-kompitu jmur ferm lil hinn mill-qafas tan-netwerk ta' SMILE.

Għalhekk, ix-xogħol tal-imsieħba fuq din l-analiżi kkonferma biss il-ħtieġa għal riċerka ulterjuri u iżjed dettaljata

fid-domanda għall-ħiliet lingwistiċi fil-livell tal-UE u tal-pajjiżi.

L-attivitajiet konġunti tal-imsieħba ta' SMILE kienu bbażati fuq is-suppożizzjoni li d-domanda għall-ħiliet tal-

LWUTL teżisti u qed tiżdid b'rata stabbli kemm fil-livell tal-UE kif ukoll nazzjonali, li kien ikkonfermat wara li l-

politiki u l-prattiki nazzjonali f'termini ta' tagħlim tal-lingwi kienu analizzati. Il-politiki u l-prattiki diskussi

jissuġġerixxu li l-politika lingwistika fil-pajjiżi msieħba hija influwenzata mill-politiki u l-prijoritajiet edukattivi

ġenerali kif ukoll mill-miri soċjali bħall-koeżjoni, l-inklużjoni, it-toleranza u s-solidarjetà. L-offerta tal-lingwi

kemm fl-edukazzjoni lingwistika formali kif ukoll mhux formali fil-pajjiżi msieħba, tiffoka fuq il-lingwi tal-UE

popolari tal-Ingliż, il-Ġermaniż u l-Franċiż, u żżid lingwi ta' importanza strateġika u storika għal pajjiżi speċifiċi,

bħar-Russu, iċ-Ċiniż, l-Għarbi, it-Tork, lingwi tal-pajjiżi tal-viċinat, il-lingwi tal-migranti dominant, eċċ.

Għalkemm hemm preżenti wkoll lingwi rari fis-sistema edukattiva, ir-rappreżentazzjoni tagħhom hija baxxa u

tiddependi l-aktar fuq il-motivazzjoni personali u professjonali tal-istudenti.

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-analiżi tal-politika nazzjonali mwettqa, l-imsieħba ta' SMILE ffukaw l-isforzi tagħhom

fuq l-għażla ta' eżempji ta' prattiki tajbin li jipprovdu opportunitajiet tajbin għall-akkomodazzjoni tal-LWUTLs

f'ambjenti faċli għat-tagħlim tal-lingwi u li jappoġġjaw is-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali. Il-ġabra żviluppata

ta' prattiki tajbin tipprovdi metodi li rnexxew u innovattivi għall-promozzjoni u t-tagħlim tal-LWUTLs f'kuntesti

sitwazzjonali lill-istudenti tal-lingwi mhux tradizzjonali (persuni żvantaġġati, qiegħda jew persuni li qed ifittxu

prekwalifikazzjoni, organizzazzjonijiet settorjali, fornituri tal-VET, eċċ). S'issa d-dejtabejż tinkludi aktar minn

300 prattika tajba minn 34 pajjiż iffukati fuq 46 lingwa. Din ser tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-lakuna bejn l-

offerta u d-domanda tal-ħiliet fl-LWUTLs u ser tgħin iżżid il-motivazzjoni tal-istudenti, kif ukoll ser tħeġġeġ l-

iżvilupp u t-tixrid ta' metodi ġodda ta' struzzjoni tal-lingwi. Dawn il-metodi huma ffukati fuq l-istudenti,

orjentati lejn il-prattika u applikati iżjed fil-kuntesti professjonali, u wrew li rnexxew fil-maġġoranza tagħhom,

kif ukoll li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-setturi identifikati. Fost oħrajn, il-metodi li rnexxew li jiffukaw fuq l-LWUTLs

jinkludu logħob u attivitajiet lingwistiċi, riżorsi onlajn għat-tagħlim awtonomu, rappreżentazzjoni viżwali tal-

lingwi u tagħlim bejn il-pari. Dawn japplikaw għal diversi setturi u ambjenti ta' tagħlim tal-lingwi (kemm formali

kif ukoll mhux formali) u jistgħu jkunu adattati biex jindirizzaw il-bżonnijiet reali tat-tipi differenti tal-gruppi fil-

mira u l-istudenti.

Is-setturi li jridu jissemgħu kienu identifikati mill-imsieħba tan-netwerk SMILE bħala s-setturi ewlenin

rappreżentati mis-sħubija, li jistgħu jibbenefikw mill-akkomodazzjoni tal-LWUTLs fil-pajjiżi rispettivi, jiġifieri: L-

edukazzjoni għall-adulti, l-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni universitarja, l-edukazzjoni u t-taħriġ

vokazzjonali, il-gwida u l-konsulenza vokazzjonali, il-kummerċ u l-industrija, il-konsulenza, l-organizzazzjonijiet

kulturali, l-intrapriżi l-kbar, l-SMEs, l-istudenti bi bżonnijiet speċjali, il-migranti, l-anzjani, il-persuni żvantaġġati,

l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-fornituri tal-kura tas-saħħa, it-taħriġ tal-għalliema, is-soċjetà ċivili, il-

volontarjat u l-voluntiera, il-ħabsijiet, l-arti u l-artiġjanat, in-negozju u l-kummerċ, is-servizzi ta' pubblikazzjoni,

Page 48: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

48

il-midja u r-reklamar, it-trejdunjins, is-swieq tax-xogħol, it-turiżmu, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, l-ekoloġija u l-

minoranzi. Is-setturi kollha elenkati huma meqjusin ambjent importanti għall-promozzjoni ta' opportunitajiet u

għaż-żieda fil-motivazzjoni għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' appoġġ tal-għanijiet tal-pajjiż għat-tkabbir

ekonomiku u koeżjoni soċjali aħjar.

Id-dejtabejż ta' SMILE miġbura ta' prattiki tajbin tagħti mhux biss riżorsi għat-tagħlim u l-istruzzjoni lingwistika

lesti għall-użu, iżda aktar importanti, mudelli kreattivi, ideat u approċċi lejn l-LWUTLs li jistgħu jiġu ttrasferiti

għal lingwi oħra u kuntesti differenti. Sabiex jiġu ssuperati l-isfidi tat-tagħlim tal-LWUTLS, għandhom isiru sforzi

speċjali biex jiżdid il-livell ta' motivazzjoni tal-istudenti u biex tiġi reklamata l-importanza tal-kompetenza fil-

komunikazzjoni interkulturali u t-tagħlim tal-lingwi għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u politiku f'dinja li qed issir

dejjem iżjed globalizzata.

Fid-dawl tal-kriżi kurrenti ta' refuġjati fl-Ewropa id-dejtabejż ta' SMILE miġbura tidher ferm aktar sinifikati u

pertinenti minn qatt qabel. In-numru li qed jiżdid ta' refuġjati u migranti li ġejjin fl-UE jġib miegħu sfidi ġodda

kemm għas-soċjetà ospitanti kif ukoll għal dawn li jkunu għadhom jaslu, li fosthom is-superazzjoni tal-barriera

għall-komunikazzjoni lingwistika u interkulturali hija fost l-aktar kritiċi. Din is-sitwazzjoni inevitabbilment

tenfasizza l-importanza tal-Lingwi Inqas Użati u Mgħallma, mill-prospetti ta' tagħlim kif ukoll ta' taħriġ, u

b'hekk tiskatta domanda ovvja għal approċċi differenti għall-istruzzjoni u t-tagħlim. Id-dejtabejż ta' SMILE ta'

eżempji ta' prattiki tajbin ser tagħmel kontribuzzjoni sinifikanti lis-sodisfazzjoni ta' din id-domanda, u din ser

tirrappreżenta pass 'il quddiem biex tgħin iddawwar l-isfidi emerġenti f'opportunitajiet.

6. Referenzi • EWROPA 2020, http://ec.europa.eu/europe2020/index_mt.htm

• Il-KUNSILL TAL-EWROPA, Konklużjonijiet tal-Kunsill tat- 12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-

kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (‘ET 2020’) [2009/C 119/02],

• http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52009XG0528(01)

• Il-Programm ERASMUS+, https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus_en

• COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT, Language competences for employability, mobility and

growth; Rethinking Education: Investing in skills for better socio-economic outcomes (20.11.2012,

SWD(2012) 372 final), http://eur-lex.europa.eu/legal-

content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52012SC0372&from=EN

• COUNCIL OF EUROPE, Council conclusions on language competences to enhance mobility (2011),

http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/educ/126373.pdf

• Providing multilingual communication skills for the labour market, Report from the thematic working

group “Languages for Jobs”, ‘ET 2020’,

• http://ec.europa.eu/languages/policy/strategic-framework/documents/languages-for-jobs-

report_en.pdf

• European Commission Language Policy, http://ec.europa.eu/languages/policy/language-

policy/index_bg.htm

• European Bureau for Lesser-Used Languages (EBLUL), http://eblul.eurolang.net/

Page 49: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

49

• Mercator Centre, http://www.mercator-research.eu/home/

• European Charter for Regional or Minority Languages,

http://conventions.coe.int/Treaty/en/Treaties/Html/148.htm

• Strateġija ta’ Qafas Ġdida għall-multilingwiżmu, http://eur-

lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2005:0596:FIN:mt:PDF

• Language Rich Europe, Multilingualism for stable and prosperous societies, http://www.language-

rich.eu/home/welcome.html

• Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza, Ir-Repubblika tal-Bulgarija, http://www.minedu.government.bg/

• Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija, Kostituzzjoni, art. 36, art. 54,

http://www.parliament.bg/en/const

• YELL project, Young Europeans Love Languages, http://www.yell-

project.eu/uploads/documents/DEVELOPMENT%20WP/WP2/End%20products/Bulgaria%20_Identificati

on%20of%20best%20practices.pdf

• Stoicheva, M., 2011, Language Policies “Bulgaria-Europe”

• Stoicheva, M., 2006, European language policy

• OECD Social, Employment and Migration Working Papers N° 128, The labour market integration of

immigrants and their children in Switzerland, Thomas Liebig, Sebastian Kohls u Karolin Krause

• The Swiss Civil Society Sector in a Comparative Perspective, Competence in Non-profit Management,

Institute for Research on Management of Associations, Foundations and Cooperatives (VMI), University

of Fribourg/Switzerland, 2011

• Sprachenpolitik und Bildungsstrategien in der Schweiz, Swiss Coordination Centre for Research in

Education, S. Grossenbacher und U. Vögeli-Mantovani, SKBF Staff Paper 1, 2010

• Language Policy and Practice in Europe. Emerging Challenges and Innovative Responses (CIDREE

Yearbook 2009). Sint-Katelijne-Waver: CIDREE, 2009

• Teaching and Learning less widely spoken languages in other countries; Guide for the Development of

Language Education Policies in Europe, From Linguistic Diversity to Plurilingual Education, Riitta PIRI,

Ministeru tal-Edukazzjoni, Kunsill tal-Ewropea ta' Ħelsinki, Strasburgu, 2002

• Swiss education system, Swiss Conference of Cantonal Ministers of Education (EDK)

www.edk.ch; swisseducation.educa.ch/en/glossary

• Learning through languages, Promoting inclusive, plurilingual and intercultural education, European

Centre for modern languages, Programmi tal-2012– 2015, www.ecml.at/learningthroughlanguages,

• Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura ta' Ċipru, Rapport Annwali tal-2013

http://www.moec.gov.cy/en/annual_reports/annual_report_2013_en.pdf

• CEDEFOP, Trends in VET policy 2010-2012

• http://www.cedefop.europa.eu/en/publications-and-resources/publications/6116

Page 50: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

50

• Cyprus Tourism Organisation, Rapport Annwali 2013

• http://media.visitcyprus.com/media/b2b_gr/CTOAnnualReports/Annual_Report_2013.pdf

• CEDEFOP, Cyprus European inventory on NQF 2014

• http://www.cedefop.europa.eu/en/publications-and-resources/country-reports/cyprus-european-inventory-nqf-2014

• BLK – Bund Länder-Kommission für Bildungsplanung und Forschungsförderung (BLK) (2004): Strategie

für Lebenslanges Lernen in der Bundesrepublik Deutschland. www.blk-bonn.de/papers/heft115.pdf

(28.01.2015)

• BUNDESZENTRALE FÜR POLITISCHE BILDUNG (BPB). Die Soziale Situation in Deutschland – Migration.

(2011) http://www.bpb.de/nachschlagen/zahlen-und-fakten/soziale-situation-in-

deutschland/61911/downloads. (28.01.2015)

• DIE: Volkshochschulstatistik 2013 Online. www.die-bonn.de/doks/2014-volkshochschule-statistik-

02.pdf(28.01.2015)

• ISPHORING, INGO E. Language and Labor Market Success. ftp.iza.org/dp8572.pdf , (28.01.2015)

• WIKIPEDIA CONTRIBUTORS. Disadvantaged. (2014)

http://en.wikipedia.org/w/index.php?title=Disadvantaged&oldid=634339027, (28.01.2015)

• ZIMMERMANN, KLAUS F. Labor Mobility and the Integration of European Labor Markets. (2009)

www.diw.de/documents/publikationen/73/diw_01.c.95910.de/dp862.pdf , (28.01.2015)

• Ministeru tal-Edukazzjoni, il-Kultura u l-Isport, Spanja, http://www.mecd.gob.es/

• L-Akkademja Rjali tal-Lingwa Baska http://www.euskaltzaindia.eus/

• L-Akkademja Rjali tal-Lingwa Galizjana http://www.realacademiagalega.org/

• Akkademja tal-Lingwa Katalana http://www.iec.cat/

• Akkademja tal-Lingwa Valensjana http://www.avl.gva.es/inici.html

• Ministeru tal-Edukazzjoni u l-affarijiet reliġjużi, il-Greċja, www.minedu.gov.gr/

• Dr. Anna Triandafyllidou u Dr. Ruby Gropas. Greek Education Policy and the Challenge of Migration: ‘An

Intercultural View of Assimilation’

https://metranet.londonmet.ac.uk/fms/MRSite/Research/cice/pubs/guidelines/guidelines-15.pdf

• Hellenic American Union, www.hau.gr

• Hellenic Cultural Centre, www.hcc.edu.gr

• DIAN GLOBAL EDUCATION, www.dgelearn.com

• University of Athens, www.en.greekcourses.uoa.gr

• University of Illinois, www.moderngreek.illinois.edu

Page 51: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

51

• CENSIS ITALIA http://www.censis.it/7?shadow_comunicato_stampa=5248EUROPE 2020

• TRECCANI ENCICLOPEDY:

http://www.treccani.it/magazine/lingua_italiana/speciali/minoranze/Toso_minor_ling.html

• SUSTAINABLE TOURISM – PRESS: http://www.infooggi.it/articolo/turismo-e-sostenibilita-istruzioni-per-

l-uso/63429/

• RESPONSIBLE TOURISM - PRESS: http://www.infooggi.it/articolo/franceschini-punta-sul-turismo-

sostenibile-e-segmentato/73873/

• E-LEARNING – PRESS http://www.infooggi.it/articolo/green-learning-la-formazione-che-fa-bene-

allambiente/32783/

• SOCIAL AGRICULTURE.: http://www.aiab.it/index.html?Itemid=29...5..

• A.C.T. projecthttp://www.act-now.eu

• BIO- DISTRICT: http://www.biodistretto.net/index.php/home/9-uncategorised/biodistretti-aiab/71-

inner,-eco-regions,-rete-bio-distretti

• BASTARDAS-BOADA, Albert (2002) "World language policy in the era of globalization: Diversity and

Intercommunication from the perspective of 'complexity'", Noves SL. Revista de Sociolingüística.

• Law Text about Italan minority Languages: Tani, Maurizio (2006), La legislazione regionale in Italia in

materia di tutela linguistica dal 1975 ad oggi, «Lingue e idiomi d’Italia» 1, pp. 115-158.

• Test Soċjoloġiku dwar il-lingwi minoritarji tal-Italja, Toso, Fiorenzo (2008), Le minoranze linguistiche in

Italia, Bologna, il Mulino.

• Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja http://www3.lrs.lt/home/Konstitucija/Constitution.htm

• Evaluation of language policy in Lithuania http://jeful.ut.ee/public/files/Kalediene%2069-85.pdf

• General Curriculum Plans for Secondary Education http://www.smm.lt/uploads/documents/ugdymo-

planai/BUP%2020130519.pdf

• Ramonienė, M. 2011 Cities and languages

http://www.sociolingvistika.lt/failai/vaicekauskiene_globalioji_daugiakalbyste.pdf

• Smetonienė I., 2012 Language learning in formal education system: from primary school to university

http://vlkk.lt/i/u/file/Naujienos/120612_konfSeime_ISmet.pdf

• Nazzjonijiet Uniti, World population ageing 2013

http://www.un.org/en/development/desa/population/publications/pdf/ageing/WorldPopulationAgei

ng2013.pdf

• The Republic of Lithuanian Law on the State Language

http://www3.lrs.lt/pls/inter/www_tv.show?id=91765,6953,30

Page 52: Analiżi tas-Sitwazzjoni - smile-network.eusmile-network.eu/upload/products/02 Situational Analysis/SMILE... · Analiżi tas-Sitwazzjoni Provvista ta' informazzjoni dwar il-ħtiġijiet

52

• The Republic of Lithuania Law on Ethnic minorities

http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=22150

• The Republic of Lithuania Law on Education

http://www3.lrs.lt/pls/inter3/dokpaieska.showdoc_l?p_id=407836

• Report on National Language policy in Latvia (Biedriba Eurofortis, 2014)

• Ministry of National Education www.meb.gov.tr

• “The history of foreign language policies in Turkey” Bayram Küçükoğlu / Procedia - Social and Behavioral

Sciences p.70 ( 2013 ) 1090 – 1094

• “Language Policy and National Unity: The Dilemma of the Kurdish Language in Turkey” Dicle Cemiloglu

• “The history of foreign language policies in Turkey” Bayram Küçükoğlu, Akdeniz Language Studies

Conference 2012

• “Turkey’s Language Revolution and the Status of English Today” David Zok, University of Toronto