il- kelma | ir- relazzjoni personali ta' Ġesu fi Ġwanni

105
DUN ÌORÌ DALLI Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni IL-KELMA Sensiela I

Upload: joseph-zerafa

Post on 28-Mar-2016

243 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

Il- Kelma | Ir- Relazzjoni Personali ta' Ġesu fi Ġwanni | Ktieb ta' Dun Ġorġ Dalli

TRANSCRIPT

D U N Ì O R Ì D A L L I

Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni

IL-KELMASensiela

I

iD U N Ì O R Ì D A L L I

Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni

IL-KELMASensiela

I

iii

Editur: Dun Ġorġ Dalli‘Dalli’ Triq il-Qasba,Ta’ l-Ibraġ. Swieqi SWQ 2422. MaltaTel: 21378771Email: [email protected]

Amministratur: Dr. Joseph Tabone‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun,Ta’ l-Ibrag. Swieqi. SWQ 2080. MaltaTel: 21377844.Email: [email protected].

Copyright: © Dun Ġorġ Dalli – il-jeddijiet kollha miżmuma.

ISBN: 978-99957-0-002-7

Ippublikat fis-sena 2011

Printing: Progress Press

iii

Lil Ommi Emma

v

v

Introduzzjoni tas-sensiela vii

Daħla ix

1. Vanġeli mhux vanġelu 12. Id-diversità tal-karatteristiċi ta’ Ġesù mill-Vanġeli Sinottiċi għal dak ta’ Ġwanni 33. X’inhu Vanġelu? 7 I. L-Ewwel Stadju: L-eżistenza tal-Vanġeli tibda ma’ Ġesù ta’ Nażaret 11 II. It-Tieni Stadju: Dawk li semgħuh u emmnu fih, marru jxandruh 15 III. It-Tielet Stadju: Il-Komunità Kristjana li emmnet 30 IV. Ir-Raba’ Stadju: Il-Kitba tal-Kelma Mitkellma 374. Fidi mil-Laqgħa Personali ma’ Ġesù 415. Ġesù figura tal-Preżent 476. L-Istil Letterarju tar-Raba’ Vanġelu 607. Il-Paraklitu 798. Konklużjoni 87

Werrej

vii

vii

Introduzzjoni

“Qari mill-Vanġelu skont San ….”. Din il-frażi nisimgħu kull darba li mmorru nisimgħu quddiesa. Nistħajjel li għal xi whud, titqies bħala l-mużika li tindaqq qabel ma jibdew l-aħbarijiet ta’ kuljum fuq xi stazzjon.

Imma naħseb li rridu mmorru iżjed fil-fond minn hekk u nagħtu stampa ċara u differenti ta’ xi jfisser il-qari tal-vanġeli. L-ewwel nett il-qari ta’ xi vanġelu mhux l-istess bħall-qari ta’ xi rumanz imma għandu jkun laqgħa fiżika mal-Mulej. L-ghan ewlieni ta’ dan il-ktejjeb hu li jfisser b’mod ċar u sempliċi kif wiehed jista’ jdawwar il-qari tal-Vanġelu ta’ San Ġwann f’laqgħa personali ma’ Ġesu. B’hekk il-vanġelu ma jibqax biss xi bulletin ta’ aħbarijiet li jirrakkontalna x’għemmejjel kbar twettqu fi żmien Ġesu jonkella nqisuh bħala xi rakkont storiku li ġara snin ilu, li rridu nibqghu niftakruh bħal gwerer u r-rivoluzzjoniet. Dan il-

viii ix

ktejjeb irid iwasslilna messaġġ waħdieni: stedina mill-Mulej biex niltaqgħu miegħu u mhux biss nibqgħu passivi, billi nisimgħu biss.

Aspett ieħor li joħrog minn dan il-ktejjeb hu li m’għandniex inqisu l-erba’ vanġeli bħala volum wieħed. Importanti li nifhmu li xħin il-qassis ilissen: “Qari mill-Vanġelu skont San Luqa “ jew “Qari mill-Vanġelu skont San Ġwann”, hu jkun qed jagħmel stqarrijiet li bihom jixħetna f’kommunitajiet differenti tal-ewwel Insara. Irridu nidħlu fl-ispirtu tal-kommunità li għaliha nkiteb dak il-vanġelu partikolari. Inkella, m’hemmx raġuni għalfejn ikollna erba’ vanġeli li jinsġulna l-istess storja. Imma l-għan ta’ kull wiehed minnhom, hu li jwassalna eqreb lejn il-Mulej, fil-qafas tal-kommunità tal-evanġelista.

Dawn huma biss żewġ aspetti li joħorġu minn dan il-ktejjeb. Nittama li dan it-tagħlim ikollu l-istess effett fuqek, bħalma kellu fuqi u jqarrbek aktar lejn il-Mulej. Nittama wkoll li jkun l-ewwel wiehed f’sensiela. Bl-għajnuna ta’ kulħadd, inkluż Tony Aquilina tal-Miranda Publishers u tal-qarrej tal-provi Denis Dalli, nittama li jkollna t-tieni ktejjeb fi ftit xhur oħra.

Joseph Tabone

viii ix

Daħla

Il-Bniedem fid-dinja tal-lum għandu bżonn xhieda. Għandu bżonn nar li juri u jsaħħan. Għandu bżonn leħen bil-vuċi. Il-Bniedem tal-lum għandu ħafna vuċijiet imma ħafna drabi kontra xulxin. Għandu ħafna għalliema, imma kultant ifixkluh mhux iwassluh. Għalliem veru hu xhieda qabel għalliem. Inkella huwa wieħed minn dawk li jitkellmu fil-vojt.

Dan hu l-vanġelu ta’ Ġwanni. Vanġelu tax-xhieda. Xhieda tal-Mulej Ġesù ġejja minn nies li ltaqgħu miegħu personalment u emmnu fih. Xhieda li twassal għal fidi f’ismu. Nistgħu nitkellmu dwar Ġesù. Nistgħu nqajmu interess dwaru. Imma mingħajr qalb tħeġġeġ għal Ġesù, ma nistgħux nixhdu għalih. Li jingħad dwar Ġesù fid-dinja tal-lum irid xhieda ħajja, anki jekk din ix-xhieda tfisser martirju.

F’dan il-ktieb mhux se nagħmlu xi studju xjentifiku dwar il-Vanġelu ta’ San Ġwann. Se

x xi

nitkellmu fil-qosor dwar kif dan il-Vanġelu partikolari, b’mod differenti mill-oħrajn, anki llum, jixtieq ilaqqa’ mal-Mulej Ġesù b’mod personali, lil kull persuna li taqrah. U din il-laqgħa personali ma’ Ġesù sservi, biex dik il-persuna li tiltaqa’ miegħu, temmen fih u tibni relazzjoni personali miegħu bil-mod kif jgħix il-kmandament il-ġdid tal-imħabba tiegħu. Tista’ titkellem dwar Ġesù; tista’ tqajjem interess fih u għalih; imma r-raba’ vanġelu jgħidilna li biex tasal u twassal għall-fidi fih, trid tagħmel din il-laqgħa personali ma’ Ġesù. L-istedina ta’ Ġesù hija ‘Ejja u Ara.’ Trid tiġi biex tara. U jekk ma tarax ma tistax turi lill-oħrajn. Ma tistax tkun dawl. Hekk biss jista’ wieħed mhux biss jitkellem dwar Ġesù, imma jkun ukoll xhieda tiegħu.

x xi

xii

1 1

Meta xi ħadd jiddeċiedi li jitkellem dwar wieħed mill-vanġeli b’mod partikulari, nindunaw li ħafna minna qatt ma ġejna mgħallma li naħsbu fuq il-vanġeli bħala xogħol partikulari. Minkejja li anki fil-liturġija, il-knisja tagħtina sena għal kull wieħed mill-vanġeli, xorta waħda tħabbrilna l-partikularità ta’ kull vanġelu. Jiena dejjem inħobb infakkar li aħna għandna bżonn naħsbu fuq il-Vanġeli bħala xogħlijiet partikolari u individwali. Ejjew ma nħallux jaħarbilna l-partikolarità ta’ kull Vanġelu, speċjalment dak ta’ Ġwanni, li huwa ħafna differenti mit-tlieta l-oħra li jissejħu ‘sinottiċi’ għax jixtiebhu.

Fil-Kanoni, fil-lista tal-kotba Mqaddsa spirati, il-Knisja ma tatniex Vanġelu wieħed. Imma għall- grazzja ta’ Alla tatna erba’ Vanġeli. Erba’ Vanġeli li l-iskop li għalih inkiteb kull wieħed minnhom kien biex iwassal għall-fidi fil-persuna tal-Mulej Ġesù. Kull wieħed mill-Vanġeli juri faċċata ta’

1. Vanġelu u mhux Vanġeli

2 3

Ġesù differenti mill-ieħor. Differenti imma komplimentari. Li għandna erba’ Vanġeli u mhux wieħed hija rikkezza kbira li qatt ma apprezzajna biżżejjed. Kristu Ġesù huwa Persuna waħda. Imma aħna m’għandniex Vanġelu wieħed, m’għandniex espressjoni ta’ fidi waħda, imma għandna erba’ tradizzjonijiet differenti ta’ fidi miġbura f’erba’ Vanġeli differenti. Huwa għalhekk li anki fil-qari tal-kelma ta’ Alla fil-liturġija, aħna nitkellmu minn; ‘Qari mill-Evanġelju skont,’ u nsemmu wieħed mill-evanġelisti.

Inkunu qed nitilfu rikkezza kbira li tatna l-knisja jekk nitkellmu minn ‘Vanġelu’ u mhux minn ‘Vanġeli’. Kull Vanġelu huwa xogħol individwali u partikulari. Il-Vanġelu ta’ Ġwanni b’mod speċjali, huwa partikolari aktar minn kull Vanġelu ieħor.

2 3

Hija partikolarità qawwija ħafna fil-Vanġeli Sinottiċi, li Ġesù jwassal it-tagħlim tiegħu billi jitkellem u jagħmel użu mill-parabboli. Huwa bil-parabboli li Ġesù jkellem lin-nies u jgħidulna s-Sinottiċi stess li mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom. Fis-sinottiċi, dan kien il-mod kif Ġesù huwa ppreżentat li qiegħed iwassal l-għerf ta’ Alla biex jifhem kif għandu jgħix dan l-għerf ta’ Alla fil-ħajja ta’ kuljum. Fi Ġwanni mhux hekk. Mhux dan huwa l-metodu biex jasal għall-istess skop. Ġwanni ma jagħmilx użu minn parabboli f’eċċezzjoni ta’ xi parabbola tkun waħda ċkejkna; bħal ‘jekk il-qamħa li tintefa’ fl-art ma tmutx tibqa’ waħedha. Imma jekk tmut tagħmel ħafna frott,’ Ġw 12. Ġwanni jfiehem l-għerf ta’ Alla b’diskorsi twal wara ħafna mistoqsijiet minn dawk li qed jisimgħuh. Nispjegaw aktar ’il quddiem.

Fil-Vanġeli Sinottiċi, Ġesù jitkellem ‘mis-Saltna ta’ Alla,’ bħala l-bażi tat-tagħlim kollu tiegħu.

2. Id-diversità tal-karatteristiċi ta’ Ġesù mill-Vanġeli Sinottiċi

għal dak ta’ Ġwanni

4 5

Pereżempju l-ħames diskorsi tal-Vanġeli ta’ Mattew għandhom bħala skop tagħhom is-Saltna ta’ Alla. Jitkellem fuq x’inhi s-Saltna ta’ Alla fl-ewwel diskors tal-Beatitudni f’kapitli 5 sa 7. Jitkellem kif għandha tiġi mxandra din is-Saltna ta’ Alla fit-tieni diskors f’kapitlu 10, meta jibgħat lit-Tnax biex jipprietkaw. Jitkellem kif tikber din is-saltna fis-seba’ parabboli tas-Saltna li jagħtina fit-tielet diskors f’kapitlu 13. Jitkellem fir-raba’ diskors f’kapitlu 18 kif għandha tgħix il-komunità ta’ wlied is-saltna. U fil-ħames u l-aħħar diskors f’kapitlu 25, jitkellem dwar il-glorja li jikseb min jgħix ta’ iben is-Saltna. Min-naħa tiegħu. Ġwanni jsemmi l-espressjoni; ‘Saltna ta’ Alla,’ darbtejn biss f’kapitlu 3 meta jkun qed jitkellem ma’ Nikodemu. Ġwanni, minflok juża l-espressjoni ‘s-saltna ta’ Alla,’ jitkellem dwar il-ħajja ġdida li ġabilna Ġesù mingħand il-Missier għax kien dak li ġie mill-Missier. Għalhekk jiddikjara lilu nnifsu ‘Jien Hu.’

Fis-Sinottiċi, Ġesù jgħix il-ħajja pubblika tiegħu jagħmel miraklu wara l-ieħor u jgħaddi minn miraklu għal ieħor. Kien bil-mirakli li Ġesù kien juri l-qawwa tiegħu. Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni mhux hekk. Insibu biss seba’ mirakli li jsejħilhom sinjali. Fi Ġwanni, l-iskop ta’ dawn is-sinjali, kif se nitkellmu fit-tul aktar tard, mhuwiex il-miraklu fih innifsu,

4 5

jiġifieri li xi ħadd jitfejjaq jew iqum mill-mewt. Imma l-iskop ta’ dawn is-sinjali huwa li permezz ta’ dan l-għemil straordinarju, aħna naslu li naraw u nifhmu min Ġesù huwa tassew. L-evanġelista jsegwi s-sinjali b’diskorsi twal biex iwassalna għal dak li jrid jurina permezz ta’ kull sinjal partikulari. Anki din hija karatteristika unika fi Ġwanni.

L-eżorċiżmu fis-Sinottiċi hija esperjenza komuni ħafna. Dan kien il-mod kif juri l-qawwa ta’ Kristu fuq ix-xitan u l-ħażen. Mhux biss, imma meta Ġesù jibgħat lill-Appostli biex imorru jkomplu l-missjoni tiegħu, waħda mill-missjonijiet prinċipali kienet li ‘jkeċċu x-xjaten’. Fil-vanġelu ta’ Ġwanni ma nsibu l-ebda esperjenza ta’ eżorċiżmu u allura wisq anqas xi missjoni tad-dixxipli biex jagħmlu dan.

Mhux biss, imma filwaqt li fis-sinottiċi Ġesù jitkellem b’mod l-aktar sempliċi bil-parabboli meħudin mill-ħajja ta’ kuljum biex żgur jifhmu kulħadd, Ġwanni jitkellem b’lingwaġġ astratt bħal ‘Verità u Gidba,’ ‘Dawl u Dlam,’ Ħajja u Mewt,’ ‘ħajja minn fuq u minn hawn isfel,’ ‘ilma li bih ma jaqbdek qatt aktar l-għatx u ħobż li ma jaqbdek qatt aktar ġuħ,’ ‘Tad-Dinja u mhux tad-dinja,’ ‘Ħajja Ġdida,’ L-aktar ħaġa importanti hija li fil-Vanġelu ta’ San Ġwann biss, fost il-Vanġeli, Ġesù jitkellem dwar l-eżistenza tiegħu mal-Missier. Ġesù jitkellem

6 7

li kellu ħajja mal-Missier qabel ma kellu ħajja fuq din l-art bħala bniedem. Ġesù ġie mingħand il-Missier għax kien jgħix mal-Missier bħall-Iben il-Waħdieni tiegħu. Dan huwa lingwaġġ ta’ fidi li ma jinstabx fit-tliet vanġeli l-oħra.

Fis-Sinottiċi, Ġesù jagħmel ħamsa u tmenin fil-mija tal-ministeru tiegħu fil-Galilija. Imma fi Ġwanni, il-maġġoranza kbira tal-ministeru ta’ Ġesù huwa f’Ġerusalemm. Matul l-istudju tagħna, se niltaqgħu ma’ ħafna aktar diversitajiet li se nispjegawhom fil-kuntest tagħhom.

Minħabba dawn il-partikolarijiet u differenzi, il-Vanġelu ta’ San Ġwann dam ħafna, madwar mitejn sena, biex ikun aċċettat bħala Vanġelu ispirat mill-Knisja Universali. Il-knisja mill-ewwel għarfet li dan il-vanġelu huwa differenti ħafna mill-oħrajn. Qabel din l-aċċettazzjoni, ħafna kienu dawk li saħansitra kienu jqisu t-tagħlim ta’ dan il-Vanġelu bħala tagħlim perikoluż kif se niddiskutu aktar ’il quddiem. U dan iġibna għall-mistoqsija fundamentali; ‘X’inhu Vanġelu?

6 7

Fid-dokument ‘Il-Verità Storika tal-Vanġeli’ li ħareġ fil-21 ta’ April 1964, hija l-Knisja nnifisha li tgħidilna x’inhuma Vanġeli. Il-Vanġeli, jgħidilna dan id-dokument, mhumiex testi storiċi fis-sens kif nifhmu l-kelma llum. Dan ifisser li l-Vanġelu mhuwiex testi u rakkonti dwar ‘il-ħajja ta’ Ġesù ta’ Nażaret.’ L-iskop tal-evanġelisti ma kienx li jirrakkontawlna dak li ġara u dak li qal u għamel Ġesù, qisna qed naqraw dak li ġara lbieraħ fil-gazzetta tal-lum. Allaħares huwa hekk. Għax kieku ma kinux jgħaddu elfejn sena minn fuq il-Vanġeli u jibqgħu qishom inkitbu llum għalina. Il-gazzetta tiqdim. Wara ġurnata tispiċċa tajba biss biex taqdi missjoni oħra. Il-Vanġeli altru li mhux hekk. Il-Vanġeli huma l-Kelma ta’ Alla li ma wasslux għall-fidi fil-Mulej Ġesù biss lill-komunitajiet li minnhom u għalihom inkitbu. Imma għadhom iwasslu għall-fidi lil kull min jiftaħ ħajtu għad-dawl tagħhom;

3. X’inhu Vanġelu?

8 9

lil kull min permezz tagħhom jiltaqa’ ma’ Ġesù personalment biex ikun dak il-hieni li jemmen mingħajr ma jara.

Il-Vanġeli, ikompli jgħidilna d-dokument imsemmi, huma l-iżvilupp tat-tagħlim tal-Knisja li minnha ħarġu. Huma frott l-Ispirtu Qaddis, l-Ispirtu tas-Sewwa, li baqa’ jmexxi lil kull komunità Nisranija li minnha ħarġu, biex tifhem dak li qalilna Ġesù. Bil-qawwa tal-Ispirtu, fit-tagħlim u fit-talb, kull komunità Nisranija kienet dejjem tifhem aħjar dak li qalilna Ġesù. Fl-ewwel seklu, kull komunità kienet għaddejja minn dan l-iżvilupp ta’ maturità. Jekk aħna rridu nifhmu l-partikularità ta’ kull vanġelu, allura għandna bżonn nifhmu dan il-proċess ta’ maturità u żvilupp li kien qed iseħħ f’kull komunità. Fil-każ tal-vanġelu ta’ Ġwanni dan huwa ħafna aktar importanti.

Il-Vanġeli huma l-ħajja u t-tradizzjoni tal-Knisja bikrija li ħarġu minnha. Ma setax ikun hemm Vanġelu jekk l-ewwel ma kienx hemm komunità Nisranija li San Pawl u l-ewwel appostli kienu jsejħu ‘Knisja.’ Kull Vanġelu nkiteb frott il-ħajja, l-esperjenza jew tradizzjoni li żviluppat u kif żviluppat f’kull komunità Nisranija partikolari li minnha ħareġ. Għalhekk għandna erba’ Vanġeli u mhux Vanġelu wieħed biss. Huwa għalhekk li

8 9

t-tagħlim tagħna l-Kattoliċi, bir-raġun kollu, kien dejjem jinsisti li ma tista’ qatt tifred l-Iskrittura mit-Tradizzjoni. L-Iskrittura nnifisha ħarġet mit-Tradizzjoni u l-Iskrittura ssaħħaħ u tkompli tibni t-Tradizzjoni.

Il-Vanġeli huma r-riflessjoni tal-ewwel komunitajiet Insara fuq il-Fidi fil-Mulej Ġesù kif għaddewhielhom l-appostli. Għalhekk l-Ittra lill-Efesin kapitlu 2 tgħidilna; ‘mibnija fuq is-sisien tal-profeti u tal-Appostli,’ fuq Kristu Ġesù bħala l-ġebla tax-xewka.

Madwar erbgħin sena wara l-qawmien tal-Mulej Ġesù, fl-aħħar nofs tal-ewwel seklu madwar is-sena sebgħin, fil-ġenerazzjoni ta’ wara l-Appostli, persuna waħda qagħdet bilqiegħda u bdiet tikteb ix-xhieda tal-appostli kif kienet qed tgħixha dik il-komunità li minnha ħareġ. Issa, f’dan iż-żmien, l-appostli l-kbar issa kienu kollha mietu. L-awtur ried jikteb ix-xhieda tagħhom biex ma tintilifx. Biex in-nies tal-komunità tiegħu, u għar-raba’ evanġelista, anki ‘dawk li jemmnu fija bix-xhieda tagħhom,’ u ‘dawk li jemmnu bla ma jaraw,’ ikunu jistgħu jifhmu u jemmnu.

In-Nisrani li jemmen ma jaqrax il-Vanġelu biex ikun jaf x’ġara fl-imgħoddi fi żmien Ġesù. Imma jaqra l-Vanġeli biex jemmen fil-Mulej Ġesù, biex

10 11

jgħix lill-Mulej Ġesù u biex isir xhieda tal-Mulej Ġesù. L-ebda Vanġelu ma hu aktar speċifiku dwar dan minn dak ta’ Ġwanni li jiddikjara l-iskop li għalih inkiteb: ‘U dan inkiteb biex intom temmnu li Ġesù huwa l-Messija Bin Alla u biex bil-fidi tagħkom ikollkom il-ħajja f’Ismu,’ Ġw 20.

F’kitbiet oħra tiegħi, speċjalment fil-ktieb “Kelma u Xbieha – Biex Tħejjilu Triqatu,” tkellimt fit-tul dwar it-tliet tappi fl-iżvilupp tal-kitba tal-Vanġeli. Imma f’dan l-istudju ma nistax ma nerġax insemmi ċertu affarijiet u niftaħ ftit aktar il-perspettiva biex nifhmu dejjem aktar dan it-teżor li għandna. Fir-repetizzjoni nkun qed nippreżenta l-istess ħsibijiet b’mod usa’ u b’aktar relevanza għas-suġġett li nkunu qed niddiskutu.

10 11

Ma setax ikun hemm Ġdid Testment u Vanġeli, kieku storikament ma kienx jgħix Ġesù ta’ Nażaret fil-Palestina fl-ewwel nofs tal-ewwel seklu. Kien hemm nies li għixu ma’ Ġesù, semgħu lil Ġesù u raw lil Ġesù. L-appostli mlaqqgħin flimkien fl-ewwel laqgħa tagħhom wara l-qawmien riedu l-ewwel nett jerġgħu jistabilixxu l-kulleġġ tat-Tnax. Għax in-numru Tnax kien importanti biex ikunu l-kontinwazzjoni ta’ dak li nbena fuq it-Tnax il-patrijarka. Biex jimtela dan il-post, il-Ħdax l-oħra għamlu kundizzjoni waħda biss. Il-kanditat li jintgħażel biex jimla l-post ta’ Ġuda fost il-Ħdax l-oħra, kellu jkun magħhom mill-magħmudija ta’ Ġwanni sal-qawmien tiegħu mill-mewt. Biex jista’ jkun xhieda ta’ Ġesù, ried ikun storikament preżenti għal dak kollu li Ra u Sema’ lil Ġesù jagħmel waqt il-ministeru tiegħu, Att 1.

Matul dan l-ewwel stadju, jiġifieri matul il-

3.I L-Ewwel Stadju: L-eżistenza tal-Vanġeli tibda

ma’ Ġesù ta’ Nażaret

12 13

ministeru, ħadd minn dawn in-nies ma emmen f’Ġesù ta’ Nażaret bħala l-Mulej, jgħidilna d-dokument. U ejjew ngħidu, ma kienx faċli għalihom biex jagħmlu dan. Kien biss wara l-qawmien li dawn l-istess nies li għixu miegħu fuq l-art emmnu fih. Wara l-qawmien id-dixxipli saru nies differenti, bnedmin ġodda. Bil-qawwa tal-Ispirtu nbidlu ta’ taħt fuq. Ġesù sar ‘il-Mulej tiegħi u Alla tiegħi.’ Kienu dawn in-nies li ħarġu jippritkaw lil Ġesù u għaddew ħajjithom kollha jiġru minn post għall-ieħor biex b’Mod Orali jwasslu l-Fidi tagħhom fil-Mulej Ġesù. Il-proklamazzjoni kienet bil-Kelma mitkellma.

Qiegħed ninsisti, ‘b’Mod Orali.’ Għal erbgħin sena sħaħ kien hemm komunitajiet ta’ Nsara li kienu jemmnu u jgħixu l-fidi tagħhom fil-Mulej Ġesù, meta ma kien għad hemm l-ebda kelma miktuba. Meta ma kien għad hemm l-ebda Vanġelu. Fiż-żmien tal-ministeru, iż-żmien li Ġesù kien jgħix fostna, nafu li ma nkiteb xejn, b’eċċezzjoni ta’ żewġ affarijet. L-ewwel kien dak li kiteb Ġesù nnifsu fl-art quddiem l-adultera li sal-lum għadna ma nafux xi nkiteb. Inkitbet ukoll il-kundanna tiegħu għal fuq is-salib minn Pilatu; ‘Ġesù Nazzarenu Sultan tal-Lhud.’

Mhux kulħadd fehem bl-istess mod dak li qal u għamel Ġesù, imma kulħadd fehmu skont

12 13

il-mentalità tiegħu. Pereżempju huwa biss fil-vanġelu ta’ San Ġwann li huwa msemmi li l-ewwel dixxipli kienu wkoll dixxipli tal-Battista. Dawn id-dixxipli għandhom post importanti ħafna f’dan il-vanġelu. Għalhekk it-tagħlim tal-Esseni, li kellhom viżjoni differenti kompletament tal-Ġudaiżmu, u li l-Battista kien membru magħhom qabel ħareġ għall-missjoni tiegħu, huwa parti mill-mentalità ta’ kif din il-komunità fehmet il-Bxara t-Tajba ta’ Ġesù. Dawn in-nies semgħu u fehmu lil Ġesù b’mod differenti. Dan il-vanġelu jgħidilna wkoll li fil-maġġoranza tal-ministeru tiegħu Ġesù kien Ġerusalemm u mhux il-Galilea għax hemmhekk kienet tgħix din il-komunità tal-Esseni.

Allura dawk li wasslu l-Bxara t-Tajba f’din il-komunità kellhom mod ta’ ħsieb kompletament differenti. Dawn kienu nies b’viżjoni differenti anki tal-Ġudaiżmu li fi żmien Ġesù kellu ħafna uċuħ u interpretazzjonijiet. Kellna l-interpretazzjoni tas-Saduċej li kienu l-partit tal-aristokrazija tal-qassisin ġewwa Ġerusalemm. Mill-kotba Mqaddsa kollha huma kienu jaċċettaw biss l-ewwel ħames kotba li nsejħulhom il-Pentawteku għax kienu jgħidu li l-Pentatewku biss huma miktuba minn Mosè. Kienu jimxu skont l-ittra tal-Liġi u kellhom interpretazzjoni legalista tal-Liġi. Kienu jirrifjutaw

14 15

kull tradizzjoni orali u legali u jopponu kull tagħlim li ma kienx jinstab fil-Pentatewku bħall-qawmien mill-imwiet, Lq 20; l-anġli u l-ispirti, Att 23:8. Il-Fariżej kienu jiddistingwu ruħhom bid-devozzjoni li kellhom għal-Liġi, kemm dik miktuba u kemm dik orali. Kienu jemmnu u jaċċettaw il-kotba kollha tal-Iskrittura, imma kienu jemmnu fil-qawmien mill-imwiet. L-Iskribi jew il-Kittieba, kienu l-esperti tal-Liġi u prinċipalment kienu jkunu mill-grupp tal-Fariżej. Iż-Żeloti kienu l-fanatiċi jistennew il-Messija biex jeħlishom minn dak li kienu jqisu l-iskjavitù politiku. Kien hemm l-Esseni li se nitkellmu dwarhom aktar tard, is-Samaritani u ħafna frazzjonijiet oħra.

Jekk il-bażi tal-vanġelu ta’ Ġwanni kienet Ġerusalemm, il-vanġeli Sinottiċi jippreżentaw lin-nies tal-Galilea li semgħu lil Ġesù kkundizzjonat mill-mentalità u l-mod tal-ħajja tagħhom. Anki aħna, lkoll kemm aħna, nifhmu l-vanġelu skont il-mentalità u l-kultura tagħna. Imma dwar dan nitkellmu aktar fit-tul fit-tielet stadju.

14 15

L-appostli u d-dixxipli li kienu jgħixu storikament miegħu waqt il-ministeru, li rawh, semgħuh u emmnu fih, ma marrux jippritkaw sempliċiment dak li jiftakru li Ġesù qalu u għamel fiż-żmien tal-ministeru tiegħu fil-Palestina. Issa, wara l-qawmien, mimlijin bil-qawwa tal-Paraklitu, huma emmnu fih. Għalihom issa ma għadux biss Ġesù ta’ Nażaret. Imma issa għalihom Ġesù kien il-Mulej u Alla tiegħi. Il-Mulej Ġesù biddel ħajjithom bil-fidi f’ismu. Issa setgħu jifhmu dak li qabel ma setgħux jifhmu. Bil-fidi fih, Issa setgħu jifhmu dak li Ġesù kien qal u għamel. Issa setgħu jifhmu x’iġifieri dak li qal Ġesù biex iħottu dan it-tempju u hu jerġa’ jibnih fi tlett ijiem. Issa setgħu jifhmu x’iġifieri ‘Jiena u l-Missier aħna ħaġa waħda.’ Din hija l-fidi li kienet tbaqbaq ġewwa fihom u li huma xandru ma’ kulħadd u kullimkien. Dawk li semgħuh ma marrux ixandruh fuq l-għoljiet fejn ikun hemm ftit nies. Imma ma

3.II It-Tieni Stadju: Dawk li semgħuh u emmnu fih,

marru jxandruh

16 17

ħlewx żmien biex jaqbdu t-toroq twal li kienu bnew ir-Rumani biex iwassluhom fl-ibliet.

Biex ixandru lil Ġesù ma’ kulħadd u kullimkien, kif hija x-xewqa tiegħu, kellhom jaddattaw il-messaġġ ta’ fidi li qed jipproklamaw b’lingwaġġi differenti. B’tali mod li jistgħu jifhmuhom dawk li lilhom il-messaġġ qiegħed jiġi mxandar. Addattament li kien jiddependi minn dawk li magħhom kienu qegħdin jitkellmu. Kellhom jagħmlu dak li llum insejħu ‘Inkulturazzjoni u Traduzzjoni.’ Kellhom ixandru l-vanġelu b’lingwa u lingwaġġ diversi biex jilħqu kulturi differenti.

Pereżempju l-Vanġeli huma miktuba bil-Grieg. Ġesù qatt ma tkellem Grieg. Ġesù tkellem bl-Aramajk. L-appostli qatt ma semgħu lil Ġesù jkellimhom bil-Grieg. Imma biex jilħqu l-iskop tagħhom li jwasslu l-fidi tagħhom lil dinja li titkellem bil-Grieg u jgħixu l-kultura Griega, kellhom jitkellmu u jiktbu bil-Grieg. Din ma kenitx biċċa xogħol ħafifa. Probabbilment li ħadd mit-Tnax ma kien kapaċi jagħmilha. Għalhekk il-providenza sejħet lil Pawlu fit-triq ta’ Damasku, Att 9. Biex ‘imwieled barra miż-żmien,’ ikun l-appostlu tal-ġnus, kif jistqarr Pietru nnifsu fl-ittri tiegħu. Diġà meta Barnaba kien mibgħut mill-appostli biex imur Antijokja biex jara l-komunitajiet ta’ hemmhekk

16 17

kif kienu sejrin, għadda Tarsu biex jieħu miegħu lil Sawlu għax kien jaf li Sawlu kien kapaċi aktar minnu biex jittraduċi u jaddatta l-messaġġ għal dik il-komunità tal-ġentili, Att 11.

Din l-Inkulturazzjoni u Traduzzjoni mill-bidu nett kellha xi oppożizzjoni minn membri tal-Knisja stess. Nafu li l-Insara Fariżej ta’ Ġerusalemm kienu għadhom marbuta ħafna anki mad-drawwiet u tradizzjoni tal-Liġi Ġudajka. Ma kinux lesti għal dan l-addattament. Nafu kemm fixklu lil Pietru għax daħal għand il-pagan Kornelju, kiel miegħu u għammed lil dawk it-tnax-il raġel li kienu miegħu, Att 10. Imma l-Ispirtu kien jaħsibha differenti. Fid-dar ta’ Kornelju, San Luqa jurina li kien hemm esperjenza ta’ Pentekoste ieħor.

Niftakru wkoll li fl-istess kapitlu, San Luqa jgħidilna li ġewwa Ġaffa, l-istess Pietru kellu bżonn id-dehra tal-liżar li kien fih kull kwalità ta’ annimali u ġie mitlub biex jiekol minnhom. Għall-oġġezzjoni tiegħu li dik il-kwalità ta’ ikel qatt ma daħlet ġewwa fommu, il-leħen jgħidlu li dak li ħalaq Alla ma jistax jgħidlu mniġġes. B’dan Pietru fehem li s-salvazzjoni hija għal kulħadd u jrid jaddatta l-proklamazzjoni u l-messaġġ għal kulħadd. U meta kien jonqos li jagħmel dan, kien isib lil Pawlu jiqaflu, kif jgħidlna Pawlu nnifsu fl-

18 19

ittra lill-Galatin fl-ewwel kapitlu, meta jgħidlna li lil Pietru kien waqaflu waħda sew meta b’rispett uman lejn l-Insara Fariżej, naqas li jibqa’ miftuħ għall-pagani u beda jiskarta minnhom.

Fl-istqarrija tal-Konċilju ta’ Ġerusalemm, Kap 15, kien Pietru nnifsu li ddikjara l-bżonn ta’ dan l-addattament tal-messaġġ tal-Bxara t-Tajba fil-predikazzjoni lill-pagani. Pietru stqarr li ma għandniex ngħabbu lill-pagani b’dak li lanqas aħna stess ma konna kapaċi nġorru. U għalhekk talab lill-Insara ġentili kkonvertiti għall-Kristjaneżmu li l-aktar importanti hu li jemmnu fil-Mulej Ġesù u li juru solidarjetà u fraternità mal-fqar u dawk fil-bżonn. Dan kien il-konċilju li ffranka l-ewwel qasma u xiżma fil-Knisja bejn l-Insara ta’ Ġakbu f’Ġerusalemm u dawk ta’ Pawlu u Barnaba fost il-ġentili. Bl-għaqal ta’ Pietru li għix il-ministeru tiegħu li jżomm lill-Knisja fl-Unità minkejja d-diversità, sab it-triq li fiha l-Knisja baqgħet miexja magħquda ħaġa waħda.

Nafu mill-Ittri ta’ San Pawl u mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kemm dawn il-Fariżej Insara baqgħu jagħmlu ħsara lil Pawlu fil-missjoni tiegħu. Jiġru warajh kull fejn jipprietka u jgħidu li t-tagħlim tiegħu ma kienx f’sintonija mat-tagħlim tal-Appostli. Insara li San Pawl isejħilhom messaġġiera

18 19

tax-xitan fl-Ittra lill-Galatin. Probabbilment kien qed jirreferi għalihom ukoll tkellem dwar ‘Ix-xewka f’ġismi,’ f’2Kor 12.

Fil-każ tal-Vanġelu ta’ Ġwanni, dawn ix-xandara tal-Bxara t-Tajba, il-missjunarji, jidher li ħadu rotta differenti minn dawk tas-Sinottiċi. Jidher li dawn il-missjunarji marru n-naħat tas-Samarija, dawk il-bdiewa Lhud li kienu jemmnu f’Alla ta’ Iżrael u f’dak kollu li tgħid il-Liġi ta’ Mosè, imma ma kinux jemmnu fit-tradizzjonijiet tal-bnedmin li saru aqwa mil-Liġi, fl-Istituzzjonijiet Ġudajċi tat-Tempju ta’ Ġerusalemm. Huwa biss fi Ġwanni li Ġesù jikkonverti villaġġ sħiħ ta’ Samaritani li fi kliem il-mara Samaritana wrietna li kellhom viżjoni kompletament differenti minn dik tal-Lhud. Is-Samaritani ma kinux jemmnu dak li ħafna mill-Lhud kienu jemmnu. Għalihom Mosè biss kien il-mibgħut ta’ Alla. Hu biss uriehom l-Għerf ta’ Alla permezz tal-Liġi. Dwar dan il-punt nitkellmu aktar waqt li qed niddiskutu t-tielet stadju.

Fis-Sinottiċi, is-Samaritani huma dawk li ma jaċċettawx lil Ġesù għax kien sejjer Ġerusalemm, Lq 9. Fil-fatt Ġwanni u Ġakbu jitolbu lil Ġesù biex bħal Elija jibgħatilhom in-nar mis-sema. Imma tajjeb insemmu wkoll, li f’San Luqa, l-evanġelista minn fost il-ġentili, is-Samaritan huwa dak li Ġesù jqabbel

20 21

lilu nnifsu miegħu fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb f’kapitlu 10. Jgħidilna wkoll li Samaritan kien dak il-barrani fost l-għaxar imġiddma li mar lura jagħti glorja lil Alla u għalhekk il-fejqan tal-ġisem servih biex jikseb il-fidi li ġabitlu l-vera fejqan u paċi, Lq 17.

Imma meta fil-Vanġelu ta’ San Ġwann Ġesù jidħol is-Samarija u s-Samaritana għarfitu bħala profeta, l-ewwel reazzjoni tagħha kienet li tistaqsih dwar Ġerusalemm u t-Talb fit-Tempju, ħaġa li huma ma kinux jaċċettaw. Ġesù jwieġeb li s-Salvazzjoni hija mil-Lhud. Imma lil Alla li huwa Spirtu, m’għandek bżonn la lil Ġerusalemm u lanqas il-muntanja Ġeresin, imma trid tadurah fl-Ispirtu u l-Verità.

Fost is-Samaritani li lilhom ippritkaw il-Bxara t-Tajba l-missjunarji tar-raba’ Vanġelu, ma kienx hemm dak ir-rispett kbir lejn David li kellhom il-Lhud tal-Galilija li minnhom ħarġu l-Vanġeli Sinottiċi. L-akklamazzjoni ‘Bin David” hija importanti ħafna għall-komunitajiet li minnhom ħarġu l-Vanġeli Sinottiċi. Tant hu hekk li pereżempju San Mattew jibni l-ġeneoloġija tiegħu fl-ewwel kapitlu fuq in-numru erbatax li huwa n-numru ta’ David, (D+V+D = 2+10+2 =14); għax kull ittra tal-alfabet kienet tfisser numru).

Għall-komunità ta’ Ġwanni, minkejja li għandha

20 21

l-addattament għall-komunità Samaritana, Ġesù huwa Bin David. Altru li ma tiċħadx dan. L-addattament ma jfissirx tgħawwiġ tal-messaġġ. Imma kif se ngħid aktar tard f’dan il-ktejjeb, għall-komunità li qed tesprimi u twassal il-fidi tagħha fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, huwa ħafna aktar importanti li tippreżenta lil Ġesù bħal Mosè, il-figura li s-Samaritani kienu verament jemmnu fih u fil-Liġi tiegħu. Huwa Mosè biss li tela’ l-muntanja u tkellem ma’ Alla personalment. Fil-fatt fost ir-rabbini kien hemm diskussjoni taħraq li għadha sejra sal-lum. Mosè verament ra lil Alla jew le? Kien hemm u għad hemm min jgħid iva għax kieku Mosè ma rax lil Alla, isostnu dawn ir-rabbini, allura ma setax jagħraf min hu Alla u jwasslilna l-għerf tiegħu fil-liġi. Min-naħa l-oħra, kien hemm u għad hemm min jgħid le, għax isostnu li kieku ra lil Alla direttament kien imut. Imma lkoll kienu u għadhom jaqblu li ħadd daqs Mosè ma kellu dik l-intimità personali ma’ Alla.

Jekk hemm diskussjoni dwar jekk Mosè rax lil Alla jew le, din id-diskussjoni ma tistax issir fir-rigward ta’ Ġesù. Ġesù ra lill-Missier meta kien mal-Missier. Ġesù ma qalilniex dak li sema’ meta kien fuq il-muntanja, imma qalilna dak li ra u sema’ mingħand il-Missier meta kien mal-Missier minn

22 23

qabel il-Ħolqien tad-dinja. Din hija l-qawwa ta’ dan il-vanġelu; li Ġesù ġie mill-Missier u għalhekk seta’ jagħtina l-Ħajja tal-Missier; li Ġesù ġie mingħand il-Missier u allura dak li qalilna huwa dak li Ra u Sema’ mingħand il-Missier. Ġesù, l-Iben ta’ Alla magħmul laħam, huwa l-uniku wieħed li jista’ jitkellem għall-Missier. Ħafna aħjar milli seta’ jitkellem Mosè li la ġie mill-Missier u lanqas ra lill-Missier.

Bil-predikazzjoni tal-missjunarji li wasslulha l-Bxara t-Tajba tal-fidi, il-Komunità tar-raba’ Vanġelu, fl-istqarrija tal-fidi tagħha, għamlet qabża u bidla minn Mosè għal Ġesù. Kienet temmen; ‘Mhux Mosè imma Ġesù.’ Ġesù huwa l-uniku wieħed li ra u sema’ lil Alla. Jekk inti trid tara u tisma’ lil Alla kull ma trid tagħmel huwa li tħares lejn Ġesù għax huwa rappreżentazzjoni perfetta tal-Missier. Dan huwa dak li trid tfiehem l-Ittra lill-Kolossin meta fl-ewwel kapitlu tistqarr lil Ġesù bħala; ‘ix-Xbieha ta’ Alla li ma jidhirx.’

Dan huwa dak li jagħmel lil Ġesù awtorità. Ġesù ta’ Ġwanni m’għandu bżonn tal-ebda awtorità mingħand l-awtorità umana. L-awtorità tiegħu hija ġejja biss mill-fatt li hu l-mibgħut tal-Missier, li hu kien mal-Missier sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Ġesù huwa l-uniku awtorità. Għall-komunità tar-raba’ Vanġelu, Ġesù mhux biss kontinwazzjoni u

22 23

perfezzjoni ta’ Mosè kif jistqarru s-Sinottiċi. Imma sa mill-bidu nett fil-prologu tistqarru; Mosè jagħti l-Liġi, imma Ġesù jagħti grazzja fuq grazzja.

Mosè tela’ l-muntanja biex iġib l-Għerf ta’ Alla lill-Poplu tiegħu. Permezz tal-liġi, il-poplu kien jaf Alla xi jrid u x’ma jridx. Kien jaf kif għandhom iġibu ruħhom bejniethom u kif se jibqgħu magħqudin bħala poplu wieħed, il-poplu ta’ Alla. Imma Ġesù, l-Għerf divin innifsu, ma kellu bżonn jitla’ l-ebda muntanja biex iniżżlilna l-Għerf ta’ Alla. Ġesù niżel mingħand Alla għax hu kien ma’ Alla sa mill-bidu, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja.

Il-preeżistenza ta’ Ġesù minn qabel ma ġie fostna, hija ċ-ċavetta li biha r-raba’ Vanġelu ħaseb b’mod ġdid u ġedded il-ħsieb tat-tliet tradizzjonijiet tas-Sinottiċi. Ġesù kien mal-Missier minn qabel ma ġie fostna. Ġesù ġie fostna għax Alla hekk ħabb lid-dinja li bagħat lil Ibnu l-Waħdieni. Ġesù huwa l-mibgħut tal-Missier. Din il-fidi ġġagħalna nirriflettu b’mod ġdid.

It-tradizzjonijiet Sinottiċi jitkellmu dwar il-miġja ta’ Ġesù fl-aħħar taż-żmien biex jikseb ir-rebħa tiegħu bħala Bin il-Bniedem. Anki l-mistoqsija tal-qassis il-kbir waqt il-proċess kienet tirrifletti din il-viżjoni meta staqsieh, ‘Għidilna jekk intix il-Kristu l-Iben ta’ Alla.’ Ġesù wieġeb li inti stess qiegħed

24 25

tgħidu u għad tara lil Bin il-Bniedem ġej fil-glorja. Din kienet il-fidi tal-komunitajiet Sinottiċi. Dejjem kienu jitkellmu u jisħqu dwar dak li għandu jiġi. Dejjem iħarsu lejn il-parusia, παρυσια.

Ġwanni jibdel kollox ta’ taħt fuq. Għall-komunità ta’ Ġwanni, Ġesù ma kienx Bin il-Bniedem li se jiġi fil-glorja. Imma l-fidi li wasslu l-missjunarji lil din il-komunità kienet f’Bin il-Bniedem li diġà ġie fid-dinja u għammar fostna 1:14. Il-komunità u l-Vanġelu tad-dixxiplu l-maħbub qatt ma ċaħdu l-parusia, it-tieni miġja ta’ Ġesù. Imma kien ħafna importanti li temmen li Ġesù diġà ġie milli temmen li Ġesù se jiġi. L-aktar importanti għar-raba’ vanġelu kienet l-ewwel miġja. Li dak li kien mal-Missier, li kellu l-ħajja tal-Missier, li ra lill-Missier, li sema’ lill-Missier, ġie fostna u tana l-Ħajja u l-Għerf tal-Missier.

Fil-fidi tar-raba’ Vanġelu, ma nistgħux nifhmu min hu tassew Ġesù jekk ma nibdewx nifhmu li Ġesù kien mal-Missier u għalhekk hu biss jista’ jurina min hu l-Missier. Ġesù kien mibgħut biex jitkellem magħna bil-lingwaġġ tagħna u jurina min hu l-Missier; biex meta jirrivelalna lill-Missier aħna nemmnu f’Alla ħaj u wieħed u f’Ġesù li huwa bagħat u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem f’ismu. Għall-komunità ta’ Ġwanni, ħadd ma jista’ jurina

24 25

min hu l-Missier ħlief dak li ra lill-Missier għax kien mal-Missier. Il-fidi hija kollha mibnija fuq dan il-fatt li Ġesù kien minn qabel mal-Missier. Ir-raba’ Vanġelu kollu jrid jinqara fid-dawl mhux biss li Ġesù se jerġa’ jiġi fl-aħħar taż-żmien bħas-Sinottiċi imma fil-fidi li Ġesù diġà ġie.

Diġà tkellimna li l-komunità li fiha u minnha ssawwar dan il-Vanġelu kienet differenti minn dik tas-Sinottiċi. Fiha kien hemm ħafna Samaritani. Hija xi ħaġa ta’ stmerrija kbira, li meta l-awtoritajiet reliġjuzi tal-Lhud kienu rrabjati għalih, saħansitra qalulu: “Mhux sewwa ngħidu aħna li int Samaritan u li għandek fik Xitan?» 8:48. M’hemm l-ebda indikazzjoni fil-ħajja personali ta’ Ġesù li hu kien Samaritan. Ġesù kien Lhudi mill-Galilija.

Imma anki din l-akkuża tal-Lhud turi li fil-komunità ta’ Ġwanni kien hemm dawk il-bdiewa mis-Samarija tant mibgħuda mil-Lhud. Din il-ħaġa, flimkien mar-rabta mal-Esseni li kellha din il-komunità, kabbret il-mibegħda tal-Lhud għal din il-komunità. Biex inkunu sinċieri, irridu nitkellmu wkoll mill-istmerrija ta’ din il-komunità għall-awtoritijiet tal-Lhud li anki Ġesù jsejħilhom Ulied ix-xitan; ‘Intom ġejjin minn missierkom, li hu x-Xitan, u x-xewqat ta’ missierkom tridu tagħmlu. U dan kien qattiel sa mill-bidu, u qatt ma żamm mal-verità, għax

26 27

il-verità ma tinsabx fih. Meta jigdeb, ikun qiegħed jitkellem ta’ li hu, għax dak giddieb u missier il-gideb,’ 8 :44. Mibegħda u stmerrija li spiċċat f’firda kbira bejn il-Ġudajiżmu u din il-komunità.

Bil-membri tal-komunità mkeċċija ’l barra mis-Sinagoga kif jixhed ir-rakkont tas-sitt sinjal fil-fejqan tal-għama, Kapitlu 9. Rakkont li jgħidilna li l-ġenituri tal-għama beżgħu jgħidu l-verità għax inkella jkunu mkeċċija mis-Sinagoga. Ħaġa li fil-fatt ġrat lill-għama għax għamel l-istqarrija tiegħu li Ġesù huwa l-mibgħut mingħand Alla.

Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni, l-oppożizzjoni għal Ġesù kienet mill-bidu nett. Kien mill-bidu nett li l-Lhud kienu jħarsu lejh bħala periklu u theddida kbira. L-esperjenza tat-tindifa tat-tempju, fil-Vanġelu ta’ Ġwanni nsibuha fil-bidu tal-ministeru, f’kapitlu 2 u mhux fl-aħħar ġimgħa tal-ħajja tiegħu f’Ġerusalemm kif jagħtuhielna s-Sinottiċi. Mill-bidu nett nassistu għal dramm tal-oppożizzjoni bejn Ġesù u l-ġerarkija Ġudajka li kienet tippreżenta l-istituzzjoni. Oppożizzjoni ġejja prinċipalment mill-fatt li Ġesù kien qed jagħmel lilu nnifsu daqs Alla.

Ir-raġuni li għaliha l-Lhud riedu joqtlu lil Ġesù ma kenitx għax ma jħarisx is-Sibt, kif jgħidulna s-Sinottiċi. Imma l-akkuża kienet li hu kien qiegħed jgħid li hu daqs Alla. Id-divinità ta’ Ġesù, li ħafna

26 27

drabi taħt forma jew oħra kien qed jistqarr li “Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda,’ kienet xi ħaġa li huma ma setgħu jittolleraw qatt. Mhux biss fil-ħajja ministerjali ta’ Ġesù, imma anki ħafna snin wara meta kien qed jinkiteb il-Vanġelu. Id-divinità ta’ Ġesù kienet il-fundament tal-fidi tal-komunità ta’ Ġwanni. Għalhekk il-missjunarji tar-raba’ Vanġelu prinċipalment ma wasslux proklamazzjoni tal-Bxara t-Tajba kif inhuma s-Sinottiċi. Imma bnew il-komunità ta’ Ġwanni mhux fuq il-proklamazzjoni imma fuq ix-Xhieda. Huma mhux ippritkaw lil Ġesù imma kienu xhieda ta’ Ġesù.

Fix-xhieda tagħhom li Ġesù hu ‘Il-Mulej u Alla tiegħi,’ kienu jiġu mkaxkra quddiem il-qrati tas-Sinagogi. Minħabba x-xhieda tad-divinità ta’ Ġesù kienu jitkeċċew mis-Sinagogi u maqtugħa minn kull ħajja soċjali u edukattiva tal-poplu, kif kien imkeċċi l-imwieled għama li pprofessa lil Ġesù. Ma ninsewx li l-uniċi skejjel li kienu jeżistu fost il-komunitajiet Lhud kienu biss dawk marbuta mas-Sinagoga. Jekk jemmnu f’Ġesù bħala l-iben il-waħdieni ta’ Alla, allura ma setgħux jissejħu aktar Lhud, b’dak kollu li dan kien jimplika. Pereżempju, apparti edukazzjoni, l-Insara ma kienx ikollhom lil min u fejn ibigħu l-prodotti tagħhom. Maqtugħin mill-komunità, kien jingħalaq kollox għalihom.

28 29

Għax il-prinċipju bażiku tal-fidi Lhudija kien li Alla huwa wieħed: ‘Jien Hu Alla Sidek ma jkollokx Alla ieħor għajri.’ Fl-opinjoni tal-awtoritajiet tal-Lhud, l-Insara kienu qed jgħidu li għandhom alla ieħor.

Minħabba din l-oppożizzjoni u l-persekuzzjoni tal-Lhud, li ħalliet vittmi lil Ġakbu u Stiefnu, il-missjunarji telqu minn Ġerusalemm u xterdu ma’ kullimkien kif xtaq l-Imgħallem. Persekuzzjoni li aktar saħħet il-fidi tal-missjunarji tal-komunità tad-Dixxiplu l-Maħbub fid-divinità ta’ Ġesù. Biex tagħmel din l-istqarrija fid-divinità ta’ Ġesù, ridt tkun vera konvint minn dak li temmen. Għalhekk għidt aktar qabel li din hija komunità ta’ xhieda aktar minn ta’ proklamazzjoni. Fil-fatt l-għama ta’ kapitlu 9, kien meqjus bħala l-eroj tal-komunità Nisranija. Dan għax quddiem il-kapijiet tal-Lhud, anki bil-konsegwenza li jkun imkeċċi ’l barra mis-Sinagoga u mill-komunità, kien kapaċi jistqarr, ‘Dan il-bniedem bilfors li huwa minn Alla.’ Importanti li huwa ta xhieda.

Fil-komunità ta’ Ġwanni ma kienx hemm post għal dawk li bħal Nikodemu, imorru għand Ġesù bil-lejl jew bħal Ġużeppi ta’ Arimateja li kien imur għandu bil-moħbi. Ma kienx post għal min jibża’ jixhed għalih għax għandu x’jitlef. Kemm Nikodemu u kemm Ġużeppi ta’ Arimatea kellhom

28 29

joħorġu u jikxfu wiċċhom taħt is-salib; għax Ġesù kien qal lil Nikodemu li meta ‘nintrefa’ ’l fuq niġbed lil kulħadd lejja’, Ġw 3. Din hija r-relazzjoni li d-dixxiplu jrid ikollu mal-Imgħallem.

Il-Vanġelu kollu huwa organizzat bħala testimonjanza waħda. Vanġelu li jibda mhux bil-predikazzjoni jew bil-magħmudija, imma bix-xhieda ta’ Ġwanni. Ġwanni mistoqsi b’liema awtorità qiegħed jagħmel dak li qed jagħmel ladarba mhux il-profeta Elija. Jiena nixhed, iwieġeb il-Battista, għax f’nofskom, minkejja li intom ma tagħrfuhx, hemm xi ħadd li kien minn qabli. Din hija l-istqarrija li wieħed irid jixhed għaliha anki fil-persekuzzjoni.

Il-vanġelu kollu ta’ Ġwanni huwa xhieda kontinwa. Dixxipli li emmnu f’Ġesù, kienu qed ixerrdu din il-konvinzjoni tagħhom fid-divinità ta’ Ġesù u jixhdu għalija saħansitra anki bil-persekuzzjoni. Minn din il-sitwazzjoni jiġi t-tielet stadju.

30 31

Ix-xhieda tal-missjunarji, dejjem għadha b’mod orali għax għalissa għadu ma nkiteb xejn, xterdet ma’ kullimkien kif xtaq l-Imgħallem. Importanti niftakru li l-Kelma miktuba hija dejjem marbuta u l-prodott tal-kelma mitkellma. Din il-Kelma Orali tal-proklamazzjoni u x-xhieda tal-fidi li taw dawn il-missjunarji, hija ż-żerriegħa li nżergħet f’komunitajiet b’reliġjożità u kulturi differenti. Għalhekk il-Vanġeli huma differenti. Jiddependu ħafna anki mill-kultura tal-komunitajiet (il-ħamrija) li fihom inżergħet iż-żerriegħa. Il-komunitajiet tal-Vanġeli Sinottiċi, li jippreżentaw lill-Galilej, u fejn Ġesù huwa ppreżentat li għamel il-parti l-kbira tal-ministeru tiegħu, semgħu l-Bxara t-Tajba mwassla lilhom fl-isfond tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum fil-Galilija; Għalhekk il-Vanġeli li tawna s-sinottiċi huma marbuta mal-mod kif semgħuh u fehmuh dawk il-komunitajiet li kienu jgħixu fil-Galilija.

3.III It-Tielet Stadju: il-Komunità Kristjana li emmnet

30 31

Imma Ġesù li tippreżentalna l-komunità tad-Dixxiplu l-Maħbub jagħmel il-parti l-kbira tal-ministeru tiegħu f’Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, Ġesù huwa ppreżentat f’battalji u ġlied kontinwu mal-kapijiet tal-Ġudajiżmu. Esperjenza ħajja mhux biss ta’ Ġesù imma wkoll tal-komunità li minnha ħiereġ il-Vanġelu. Niftakru li meta naqraw kull Vanġelu nsiru nafu fuq il-komunità daqs kemm insiru nafu fuq Ġesù. Mhux bilfors hekk la l-Vanġeli huma l-espressjoni tal-fidi ta’ dik il-komunità fil-Mulej Ġesù mgħixa fl-esperjenza tal-ħajja ta’ kuljum.

Għax il-komunità ta’ Ġwanni hija aktar marbuta ma’ Ġerusalemm milli mal-Galilija, huwa l-uniku Vanġelu li jgħidilna li l-ewwel dixxipli kienu dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista qabel ma kienu dixxipli ta’ Ġesù. Id-dixxipli tal-Battista għandhom parti importanti ħafna fir-raba’ Vanġelu. Ma ninsewx li dawn l-ewwel dixxipli huma s-sisien li fuq l-istqarrija u x-xhieda tagħhom hija mibnija l-fidi tagħna, in-nies li b’mod orali wasslulna l-fidi fil-Mulej Ġesù, kif tkellimna fit-tieni stadju.

Ir-raba’ Vanġelu, miktub ġenerazzjoni wara s-Sinottiċi, ħareġ minn komunità Nisranija li kienet diġà maqtugħa kompletament mill-Ġudajiżmu. Niftakru s-sinjal tal-Imwieled Għama kapitlu 9. Il-

32 33

ġenituri tiegħu jibżgħu jgħidu l-verità biex ma jiġux imkeċċija ’l barra mis-Sinagoga. Imma l-imwieled għama jistqarr il-fidi tiegħu f’Ġesù minkejja li jaf li kien se jitkeċċa ’l barra mis-Sinagoga. Dan huwa l-eroj għall-komunità ta’ Ġwanni. Id-dixxiplu li jrid ikun iltaqa’ personalment ma’ Ġesù, irid ikun xhieda tiegħu f’kull sitwazzjoni.

Barra minn dan, il-komunità ta’ Ġwanni, ġejja mid-dixxipulat ta’ Ġwanni l-Battista, allura b’konnessjoni mal-perspettiva li kellhom il-komunità tal-Qumran li kienet tgħix ħdejn il-baħar il-mejjet. Il-membri ta’ din il-komunità huma msejħa Esseni. Din il-komunità Lhudija kellha perspettiva ta’ fidi u reliġjon ħafna differenti minn dik tal-Qassisin il-kbar ta’ Ġerusalemm. Anzi dawn kienu ħallew it-Tempju u l-Istituzzjoni Ġudajka għax kienu jemmnu li l-mexxejja reliġjużi kienu qed jittradixxu l-Ispirtu tal-Liġi li Alla ta permezz ta’ Mosè. Irtiraw mill-poplu, kważi wieħed jista’ jgħid f’eremitaġġ monastiku, u marru jinġabru f’komunità ħdejn il-Baħar il-Mejjet. Hemm kienu jgħixu ħajja komunitarja fit-talb, fit-tagħlim u fix-xogħol. It-tliet prinċipji li aktar tard juża San Benedittu għar-regola monastika tiegħu.

Hija probabbiltà kbira li l-Battista kien membru ta’ din il-komunità tal-Esseni meta naqraw li mar

32 33

fid-deżert qabel ħareġ għall-missjoni tiegħu. Jidher li Ġwanni ma għamilx il-voti f’din il-komunità biex ikun jista’ jaqdi s-sejħa li jipprepara t-triq għall-Feddej. Missjoni li twieled għaliha u li ġiet iddikjarata minnu fil-jum taċ-ċirkonċiżjoni minn Missieru nnifsu fl-innu tal-Benedictus.

Illum bis-sejba tad-‘Dead Sea scrolls’ fl-1948, sirna nafu ħafna aktar dwar din il-komunità li kienet meqruda mir-Rumani fit-triq tagħhom biex jeqirdu Masada, l-aħħar fortifikazzjoni tal-Lhud li ġġarrfet. Minn dak li skoprejna mill-kitbiet tal-Esseni, ma kenitx sorpriża kbira, li rajna l-influwenza kbira ta’ din il-komunità tal-Esseni fuq il-komunità tad-dixxiplu l-maħbub, hu nnifsu dixxiplu tal-Battista. Din il-komunità kienet titkellem ħafna dwar l-Għerf ta’ Alla; dwar il-Ġustizzja. Titkellem b’lingwaġġ duwalista: id-Dawl u d-Dlam, il-Verità u l-Gidba; il-Ħajja u l-Mewt. Dan il-lingwaġġ huwa dak li fuqu huwa mibni l-Vanġelu ta’ San Ġwann. Għax il-Vanġelu ħareġ minn komunità differenti allura għandu viżjoni u espressjoni ta’ fidi fil-Mulej Ġesù differenti minkejja li komplimentari mal-oħrajn.

Biex iwasslu l-fidi tagħhom f’Ġesù, is-sinottiċi jipparagunawh mal-profeta Elija. Kien Elija l-aktar profeta mimli bil-qawwa ta’ Alla; li kien jitkellem bil-qawwa u jġiegħel lil kull min jiltaqa’ miegħu

34 35

jiddeċiedi jekk hux se jiftaħ ħajtu għall-Mulej Alla jew le; li kien iġegħlek tiddeċiedi jekk hux favurih jew kontrih, tiġbor jew ixxerred, magħna jew kontra tagħna. Bħal Elija, Ġesù kien jagħmel il-mirakli, fosthom tal-fejqan, tat-tkattir tal-ħobż u qawmien mill-mewt. Għalhekk meta Ġesù jistaqsi lid-dixxipli min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem, l-ewwel tweġiba tat-Tnax kienet ‘Elija jew wieħed mill-profeti,’ Mk 8, Lq 9, Mt 16.

Imma l-komunità tar-raba’ Vanġelu, fl-espressjoni tal-fidi tagħha fil-Mulej Ġesù, ma kenitx tqabblu mal-profeta Elija imma ma’ Mosè. Sa mill-prologu Ġesù huwa mqabbel ma’ Mosè: Mosè jagħti l-liġi imma Ġesù jagħti grazzja fuq grazzja għax huwa l-Iben ta’ Alla. Mosè kien l-akbar personaġġ tal-Antik Testment. U allura jekk wieħed jista’ jqabbel lil Ġesù ma’ xi ħadd, dan ried ikun Mosè u ħadd aktar.

Mosè tela’ l-muntanja Sinaj biex minn hemm iġib u jwassal l-Għerf ta’ Alla lill-poplu permezz tal-Liġi. Ġesù ma kellux għalfejn jitla’ l-muntanja. Ġesù hu l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla, l-istess Għerf (Logos, λογος) tal-Missier. Dak li kollox bih sar u mingħajru ma sar xejn. Dak li kollox bih qiegħed iżomm. Ġesù mhux tela’ l-muntanja bħal Mosè, imma Ġesù niżel mingħand il-Missier għax huwa l-mibgħut tal-Missier. Hu ħa l-laħam u sar bniedem

34 35

bħalna u għex fostna biex ikun jista’ juża l-kliem tad-dinja biex jurina l-għerf li mhux tad-dinja imma l-għerf tal-Missier. Mosè kien jinterpreta l-Għerf ta’ Alla. Il-poplu kien jemmen li jaf Alla xi jrid għax kellu l-Liġi. Imma Ġesù ma kienx jinterpreta l-Għerf ta’ Alla. Ġesù hu l-istess għerf ta’ Alla. Ġesù jistqarr; ‘Jiena u l-Missier aħna ħaġa waħda.’ Ġesù huwa l-istess għerf tal-Missier. Għalhekk huwa Ġesù biss li jista’ jistqarr, ‘Min jara lili jara lill-Missier.’ ‘Ħabbejtkom bħalma ħabbni l-Missier.’ Ħadd ma jista’ jgħidilkom min hu l-Missier, lanqas Mosè, ħlief dak li kien mal-Missier.’

Iva Ġesù huwa l-Għerf ta’ Alla li bih Alla ħalaq kollox kif insibu minn qabel fil-letteratura tal-kotba tal-Proverbji u tal-kitbiet sapjenzjali. Dak l-Għerf li l-Lhud kienu jemmnu li bih kienet ġiet inkarnata l-Liġi.

Imma Ġwanni jgħidilna li Ġesù huwa l-Għerf ta’ Alla minn qabel il-Ħolqien. Kien ma’ Alla ‘Fil-Bidu’ li hija l-istess l-ewwel kelma tal-ktieb tal-Ġenesi biex jindika li kien jeżisti saħansitra qabel il-ħolqien. Anzi din hija l-istess kelma espressa mill-Għerf ta’ Alla li biha sar kollox. ‘Alla qal u hekk kien,’ Ġen 1. Il-kelma tal-Għerf ta’ Alla hija inkarnata fil-Mulej Ġesù. Il-fidi tal-komunità ta’ Ġwanni fil-Mulej Ġesù ma kenitx li kien Elija ġdid

36 37

jew Mosè ġdid kif ipprova jgħidilna San Mattew. Imma l-fidi għall-komunità tar-raba’ Vanġelu, kienet li Ġesù huwa l-istess rivelazzjoni divina li għex fostna. Xi ġmiel ta’ fidi. X’kobor ta’ fidi. Kemm għandna bżonn li nerġgħu niftħu dan il-Vanġelu biex aħna lkoll inkunu xhieda tal-Mulej Ġesù fis-soċjetà tagħna llum.

Anki l-kapijiet tal-Lhud, kemm fi żmien Ġesù u kemm dawk ta’ żmien il-komunità, fehmu tajjeb dan id-diskors ta’ Ġesù u l-fidi ta’ din il-komunità. Dan huwa l-Vanġelu li jgħidilhom li mhumiex għomja għax kieku m’għandhomx ħtija tar-rifjut tagħhom. Dawn kienu dawk li ġie f’darhom imma ma laqgħuhx, dawk li ppreferew id-dlam biex għemilhom ma jinbidilx; dawk il-kapijiet tal-Lhud li magħhom Ġesù kien f’battalja kontinwa. Fil-fatt l-akkuża li jagħmlulu l-qassisin il-kbar waqt il-passjoni ma kinitx li kien ifejjaq nhar ta’ Sibt bħal tas-sinottiċi. Imma l-akkuża kienet li hu, li ma kienx ħlief bniedem, għamel lilu nnifsu daqs Alla. Fehmu tajjeb dak li ried jgħid meta stqarr, ‘Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.’ Imma dwar dan nitkellmu aktar tard.

36 37

Il-fidi mis-smigħ u s-smigħ tal-kelma ta’ Alla. Dik il-kelma mxandra li wasslet l-fidi, mhux se tibqa’ kelma mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra b’mod orali biss. Issa se tiġi miktuba biex twassal għall-fidi lil dawk li se jemmnu bix-xhieda tagħhom.

Il-Bxara t-Tajba mxandra minn Ġesù waqt il-ministeru storiku tiegħu; l-Ewwel Stadju: imxerrda u mwassla mill-appostli u dixxipli (Luqa jagħtina l-grupp tat-72) li semgħuh u rawh għax kienu jgħixu miegħu waqt il-ministeru; flimkien ma’ dixxipli oħra li dawn l-istess appostli għamlu u saru ministri tal-kelma; it-Tieni Stadju: kibru fin-numru u ffurmaw komunitajiet tal-aħwa li kienu jgħixu l-fidi tagħhom f’Ġesù u jiltaqgħu fl-ewwel jum tal-ġimgħa biex jitolbu u jaqsmu l-kelma u l-ħobż; it-Tielet Stadju: issa wasal il-bżonn li xi ħadd mill-membri ta’ din il-komunità li emmen fil-Mulej Ġesù, joqgħod bilqiegħda u jikteb biex dawk

3.IV Ir-Raba’ Stadju: Il-Kitba tal-Kelma Mitkellma

38 39

li huma mbierka għax se jemmnu bla ma jaraw, dawk li se jisimgħu l-predikazzjoni u x-xhieda tagħhom, jemmnu li Ġesù Kristu huwa l-Messija Bin Alla u biex bil-fidi tagħhom ikollhom il-ħajja f’Ismu, Ġw 20. Mela l-vanġelu ma nkitibx biex aħna sempliċiment inkunu nafu dwaru, jew biex niftakru fih, jew biex inkunu infurmati dwaru. Imma l-vanġelu nkiteb biex aħna nemmnu f’ismu u bil-fidi tagħna niksbu ħajjitna. Għalhekk issa wasalna għar-raba’ stadju. Issa wasal iż-żmien li xi ħadd jikteb din it-tradizzjoni orali ħaġa b’ħaġa u jippreżentaha lill-komunità, cf Lq 1.

Kif jgħidilna tant tajjeb San Luqa fl-introduzzjoni tal-Vanġelu tiegħu, l-evanġelista kien dak li organizza l-materjal kollu u wara li ġabru f’rakkont ippreżentah lill-komunità. L-evanġelista kiteb il-fidi tal-komunità li tagħha kien parti, biex bil-kitba tiegħu jwassal għall-fidi fil-Mulej Ġesù. L-evanġelista ma kitibx biex iżomm ħajja l-memorja ta’ Ġesù qisu xi ħadd qiegħed jikteb xi bijografija. Ma kitibx biex aħna nibqgħu niftakru l-memorja ta’ Ġesù u ma ninsewhx. Imma l-evanġelista kiteb biex aħna li naqraw il-kitba tiegħu fil-Vanġelu nemmnu fih.

L-evanġelista tar-raba’ Vanġelu jrid iwassalna għall-fidi li Ġesù ġie mingħand il-Missier. L-evanġelista kien jaf li qabel Ġesù kien hemm

38 39

profeti li tkellmu dwar Alla u f’isem Alla. Kien jaf li kien hemm oħrajn qabel Ġesù fl-istorja li għamlu mirakli u li kienu xhieda ta’ Alla u għal Alla.

Imma l-evanġelista kiteb għax kien jemmen li Ġesù għamel xi ħaġa li ħadd aktar qatt ma seta’ jew jista’ jagħmel. Din hija l-bażi tal-fidi tiegħu u tal-fidi li ried iwassalna għaliha bil-kitba tiegħu. Din hija l-bażi tal-fidi tagħna anki llum. Din hija r-raġuni ’l għaliex ir-reliġjon Kristjana hija reliġjon missjunarja. Minkejja li naċċettaw u napprezzaw it-tajjeb ta’ kull reliġjon, imma nemmnu li Ġesù tana xi ħaġa li ħadd ħliefu ma jista’ jagħtina. U dan għax Ġesù hu dak li ġie mingħand il-Missier. Għax ġie mingħand il-Missier, Ġesù ma kellux biss il-qawwa li jgħallimna u jiggwidana kif għamlu ħafna oħrajn qablu u warajh, imma għax kien mal-Missier u ġie mingħand il-Missier, Ġesù seta’ jagħtina l-istess ħajja ta’ Alla.

Ġesù tana dik il-ħajja li biha Alla għex sa mill-bidu, sa minn qabel il-ħolqien. Dik il-ħajja li biha aħna mhux biss nissejħu imma aħna verament ulied il-Missier. Ġesù tana dik il-ħajja ġdida li Nikodemu, mgħallem f’Iżrael, ma setax jifhem meta Ġesù kellmu dwarha: dik il-ħajja li tiġi minn fuq, dik il-ħajja tal-Ispirtu li tagħmilna wlied Alla. Ġesù tana xi ħaġa li ħadd aktar ma seta’ jagħtina.

40 41

Iva, Ġesù biss seta’ jagħtina din il-ħajja ġdida għax Ġesù biss kien mal-Missier u ġie mingħand il-Missier. Il-kuntatt personali tagħna ma’ Ġesù hija l-bażi tal-Vanġelu tad-dixxiplu l-maħbub.

Kultant niltaqgħu ma’ Nsara mhux Kattoliċi, u nisimgħuhom jitkellmu b’lingwaġġ: ‘Ġesù salvani’; ‘Iltaqa’ ma’ Ġesù’; ‘iftaħ ħajtek għal Ġesù’; ‘meta ltqajt ma’ Ġesù?’ u diskors ieħor bħal dan. Diskors li għalih aħna l-Kattoliċi nqarrsu wiċċna u nxenglu rasna. Jekk ma nlaqqmuhomx ukoll bħala fundamentalisti. Dan huwa lingwaġġ stramb għalina l-Kattoliċi li trabbejna f’Katekiżmu tad-dommi bil-ktieb tal-Bibbja magħluq għal sekli sħaħ.

Imma fil-fatt dan l-ispirtu, li għall-grazzja ta’ Alla llum qiegħed jinstab ukoll f’gruppi Kattoliċi li fetħu l-Kelma ta’ Alla fil-laqgħat tagħhom, huwa l-ispirtu tal-Vanġelu ta’ Ġwanni. L-evanġelista kien jemmen li l-kelma tqanqlek għall-fidi. Imma biex persuna tasal verament għall-fidi vera f’Ġesù u ssir xhieda tiegħu, dik il-persuna trid tiltaqa’ personalment ma’ Ġesù. Kulħadd irid jiltaqa’ b’mod personali ma’ Ġesù. Temmen fih u tkun xhieda tiegħu jekk int tkun ksibt il-ħajja fih u minnu.

40 41

Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni, l-ewwel kelmiet li Ġesù jindirizza lil dawk iż-żewġ dixxipli li marru warajh wara x-xhieda tal-Battista kienu ‘Xi Tridu?’ Mistoqsija li tibqa’ fundamentali għal min beda jaqra l-Vanġelu biex jimxi wara Ġesù. Ir-risposta tagħhom kienet: ‘Fejn tgħammar Rabbi?’ Int li kont tgħammar mal-Missier u ħadt il-laħam u ġejt tgħammar fostna, fejn tgħammar biex inkunu nistgħu niġu ngħammru miegħek. Ġesù weġibhom, ‘Ejjew u Taraw.’ Ma hemm ebda mod ieħor li tista’ tkun taf lil Ġesù u temmen fih. Trid tmur u tgħammar miegħu. Hekk biss tista’ tara. Jekk ma tmurx tiltaqa’ miegħu personalment tista’ tkun taf fuqu għax ikunu qalulek jew għallmuk. Imma ma tkunx temmen fih. Tibqa’ ma tarax.

U ż-żewġ dixxipli tal-Battista Marru u għammru miegħu. U baqgħu miegħu għax hekk biss jistgħu Jaraw. Għax Ġesù mhux Rabbi bħall-oħrajn. Ġesù

4. Fidi mil-Laqgħa Personali ma’ Ġesù:

42 43

mhux Rabbi li tmur għandu għall-ħin tal-lezzjoni u kif tispiċċa titlaq lura d-dar. Issir taf l-aktar lil Ġesù mhux meta tisma’ fuqu, mhux jekk tistudja dwaru, imma jekk tgħammar miegħu, jekk tinnamra miegħu. Il-Battista emmen f’Ġesù meta ltaqa’ miegħu u Ra s-sinjal mis-sema. Qabel ma kienx jafu. Imma meta ltaqa’ miegħu beda jemmen fih. Għax emmen, il-Battista ried juri dak li ra. Għalhekk qal lid-dixxipli tiegħu biex jaraw. Ix-xhieda ta’ Ġwanni wasslet liż-żewġ dixxipli biex huma wkoll jiltaqgħu personalment ma’ Ġesù u jagħmlu esperjenza personali miegħu. Hekk issa huma stess jemmnu fih u jsiru xhieda tiegħu bħalma kien il-Battista.

U għalhekk l-istorja ma tistax tieqaf hawn. L-istorja kompliet u trid tibqa’ titkompla llum ukoll. Wieħed minn dawk li qagħdu miegħu kien Indrì, ħu Xmun Pietru. L-ewwel ħaġa li Indrì, issa dixxiplu mhux tal-Battista imma ta’ Ġesù, għax kien iltaqa’ personalment ma’ Ġesù u għammar miegħu, kien li mar ifittex lil ħuh Xmun. Sab lil Xmun, ta xhieda tal-fidi li issa kellu f’Ġesù billi qallu, ‘Sibna l-Messija,’ li tfisser il-Kristu, 1:41. Ix-xhieda ta’ Indrì kienet dik li tqanqal għall-fidi. Imma biex Xmun ikun jista’ jemmen, Indrì ħadu personalment għand Ġesù biex anki hu jagħmel l-esperjenza ta’ ‘Jiġi u Jara’. Ma kienx biżżejjed li jkellmu fuq

42 43

l-esperjenza li lejliet għamel ma’ Ġesù. Imma kien importanti li jwassal lil Xmun għand Ġesù. Hekk biss jista’ Xmun jaċċetta lil Ġesù jibdillu ismu biex jagħtih missjoni ġdida. Hekk biss seta’ jsir Pietru u jibda jemmen f’Ġesù u jsir xhieda tiegħu. U Pietru ‘Ġie u Ra.’

L-istess jagħmel Filippu wara li kien iltaqa’ personalment ma’ Ġesù u emmen fih. Filippu mar jagħti x-xhieda tal-fidi tiegħu lil Natanael ta’ Kana tal-Galilea. Imma sa hawn, Natanael kien għadu jemmen li ma jista’ joħroġ xejn tajjeb min-Nażaret. Filippu għamel dak li għandu jagħmel kull dixxiplu. Ħa lil Natanael għand Ġesù personalment. Meta Natanael iltaqa’ ma’ Ġesù u semgħu jgħidlu li kien diġà rah taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmu Filippu. Kien fil-laqgħa personali tiegħu ma’ Ġesù li Natanael emmen f’Ġesù. Natanael mar u ra. Natanael għaraf li Ġesù kien dak li ġie mingħand il-Missier. Għaraf li kien Ġesù li sejjaħlu qabel ma ltaqa’ miegħu Filippu.

L-għażla tal-ewwel dixxipli, hija ħafna differenti mill-mod kif inhi rrakkontata fis-Sinottiċi għall-mod kif hija rrakkontata minn Ġwanni. Is-Sinottiċi jagħtuna ġrajja fejn il-Baħar tal-Galilija b’Ġesù jgħidilhom li se jagħmilhom sajjieda tal-bnedmin għax ħallew kollox u marru warajh. Filwaqt li fil-

44 45

Vanġelu ta’ Ġwanni għandek esperjenza. Għandek proċess sħiħ ta’ laqgħa personali ta’ kull wieħed ma’ Ġesù. Kull wieħed biex isir dixxiplu, kellu jgħaddi mill-esperjenza ta’ ‘Jiġi u Jara.’

Hekk ukoll kellu bżonn jiltaqa’ ma’ Ġesù personalment Nikodemu, anki jekk bil-lejl għax kien għadu marbut li dak li fid-dixxipulat kellu jirrinunzja għalih. Nikodemu Mar b’riġlejh għand Ġesù imma kien għadu billejl. Ma marx biex jgħammar miegħu. Kien għalhekk li ma setax Jara, la f’ħajtu kien għadu billejl. Seta’ jara meta Ġesù kien merfugħ ’il fuq u kixef wiċċu flimkien ma’ Ġużeppi ta’ Arimatea li wkoll kien dixxiplu tal-Mulej bil-moħbi. Kienu dawn li marru jixhdu għal Ġesù quddiem Pilatu.

Hekk ukoll għamlet il-mara Samaritana li wara li ltaqgħet personalment ma’ Ġesù u emmnet fih, marret tixhed għalih fis-Samarija. Imma l-istorja ma tiqafx hawn. Ikompli jgħidilna l-Vanġelu li wara li s-Samaritani semgħu x-xhieda tal-mara, huma marru personalment jiltaqgħu ma’ Ġesù. Wara li Ġew jiltaqgħu ma’ Ġesù u Rawh b’mod personali, jistqarru mas-Samaritana li issa emmnu mhux għax kellmithom dwar Ġesù hi, imma għax issa raw b’għajnejhom huma stess. Wara li ltaqgħu miegħu personalment setgħu jistqarru li ‘Hu s-Salvatur

44 45

tad-dinja.’ Bħall-ewwel dixxipli, anki s-Samaritani setgħu jaslu għal din l-istqarrija tal-Fidi u jkunu xhieda tagħha għax kellhom l-esperjenza ta’ ‘Ejja u Ara.’ Tajjeb li hawnhekk ninnutaw li r-raba’ Vanġelu jippreżenta lill-mara Samaritana bħala l-ewwel appostlu u lis-Samaritani bħala l-ewwel komunità li temmen fih. Anki dan ikompli jikkonferma dak li għidna aktar qabel, jiġifieri li l-komunità tar-raba’ Vanġelu ma kenitx ġejja mill-Galilija bħall-komunitajiet li minnhom ħarġu s-Sinottiċi.

Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, id-dixxiplu jista’ jitkellem mal-oħrajn dwar Ġesù. Wieħed jista’ jqajjem interess f’Ġesù mal-oħrajn. Imma dan mhux biżżejjed. Il-Vanġelu jinsisti li ħadd ma jista’ jemmen f’Ġesù u jsir xhieda u dixxiplu tiegħu jekk ma jkunx iltaqa’ miegħu b’mod personalment. Meta wieħed jiltaqa’ personalment ma’ Ġesù u jibni relazzjoni personali miegħu, imbagħad jibdel ħajtu.

Dan huwa dak li kien speċjali fl-ewwel komunità Nisranija. Meta persuna kienet tiltaqa’ ma’ Ġesù u temmen fih, kienet minnufih tibda tevanġelizza lill-oħrajn. Ma kontx timmaġina li persuna li tkun iltaqgħet ma’ Ġesù se tibqa’ kwieta u ma tibdiex minnufih titkellem dwar Ġesù. L-entużjażmu tagħhom kien jidher u jittieħed. Mimlijin entużjażmu, kienu jridu bilfors jitkellmu dwar

46 47

Ġesù. Kien ikollhom xewqa kbira li jġibu lill-oħrajn jiltaqgħu ma’ Ġesù biex jemmnu fih. Imma din il-laqgħa personali ma’ Ġesù, kif kienet isseħħ anki snin wara l-mewt u l-qawmien tiegħu? Kif kienu jwasslu lin-nies biex jiltaqgħu b’mod personali mal-Mulej Ġesù issa li m’għadux jgħix fid-dinja?

46 47

Minkejja li Ġesù m’għadux jgħix magħna fid-dinja, din il-laqgħa personali ma’ Ġesù għadha possibbli sseħħ anki llum. Dan huwa dak li tgħallimna l-komunità tad-dixxiplu l-maħbub. Għax għal din il-komunità, Ġesù mhuwiex figura tal-passat. Ġesù mhuwiex ‘Jien kont,’ ‘I was.’ Imma Ġesù għadu anki llum ‘Jien HU,’ ‘I am.’ Ġesù mhux ilbieraħ jew għada imma llum. Ġesù mhux kien ir-ragħaj it-tajjeb imma HU r-Ragħaj it-Tajjeb. Ġesù mhux kien it-Triq, il-Verità u l-Ħajja, imma Hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja anki llum. Ġesù mhux kien il-Mulej u Alla tiegħi, imma Hu l-Mulej u Alla tiegħi għal dawk kollha li anki llum jemmnu fih. Ġesù għadu sal-lum jagħti l-ħajja ta’ Alla lil dawk kollha li jemmnu f’ismu.

Hija rikkezza kbira għalina l-Insara li l-knisja ma tatniex Vanġelu wieħed imma tatna kollezzjoni ta’ erba’ Vanġeli. Mill-erba’ vanġeli flimkien jista’

5. Ġesù figura tal-Preżent

48 49

jkollna viżjoni aktar ċara u kompleta ta’ dak li ried jgħallimna Ġesù. Dwar il-Knisja, Is-Sinottiċi, b’mod intelliġenti, jitkellmu dwar il-knisja bl-lingwaġġ ta’ fondazzjoni u istituzzjoni: Inti Pietru u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, jistqarr Ġesù fil-Vanġelu ta’ Mattew kapitlu 16. Il-Knisja hija bini. Diġà tkellimna li anki l-Ittri Pastorali, speċjalment l-Ittra lill-Efesin, jitkellmu mill-knisja bħala bini għax jgħidulna li hija mibnija fuq is-sisien tal-profeti u tal-appostli. Pietru fl-ittri tiegħu, jitkellem minn dan il-bini marbut tajjeb fuq Ġesù bħala l-ġebla tax-xewka. Kienu jitkellmu dwar il-knisja bħala bini li għandu s-sisien u l-bidu tiegħu.

Imma anki dan il-lingwaġġ għandu l-limitazzjoni tiegħu. Jekk inti titkellem fuq bini, pereżempju ta’ xi skola u tistaqsi, ‘Min kienu l-fundaturi ta’ din l-iskola,’ inti tispiċċa qisek qed titkellem dwar il-passat. Inti tiġi mogħti ismijiet ta’ nies li kienu jgħixu snin ilu. Forsi ismijiethom miktuba wkoll fuq xi ġebla fil-pedament jew fuq xi rħama ma’ xi ħajt. Imma r-risposta ta’ min kien il-fundatur jew dan l-edifiċju lil min jaf il-bidu tiegħu, dejjem tieħdok fil-passat.

Ir-raba’ Vanġelu jagħtina viżjoni ta’ Knisja li meta titkellem dwarha ma tieħdok bl-ebda mod lejn il-passat. Inkella jekk tagħmel hekk, ma tistax

48 49

tkun knisja li tlaqqgħek personalment ma’ Ġesù llum. Anki llum, tista’ tikseb il-fidi fih jekk tiltaqa’ miegħu b’mod personali. Importanti li anki għalina llum, Ġesù jibqa’ dejjem ‘Jien Hu.’ Anki llum, Ġesù huwa d-Dielja u aħna l-friegħi. Anki llum l-ħajja tagħna ta’ Nsara rridu nġibuha biss minnu. Ġesù huwa d-dielja li minnu kull fergħa trid tieħu l-ħajja tagħha anki llum. Għalhekk il-Knisja hija l-friegħi kollha marbutin fi Kristu Ġesù għax qed jieħdu l-ħajja minnu.

Dan huwa Ġwanni. Dan jgħodd għal kull definizzjoni u ministeru li Ġesù jagħmel tiegħu nnifsu. Għax meta Ġesù jiddikjara, ‘Jien Hu,’ hu jkun qed jiddefinixxi lilu nnifsu fid-divinità tiegħu. Meta jitkellem minn ‘Dielja,’ ‘Ragħaj.’ ‘Triq,’ ‘Verità,’ ‘Ħajja,’ jkun qed jiddikjara l-ministeru li għadu jaqdi f’kull wieħed minna personalment u anki fil-knisja bħala poplu. Hekk pereżempju meta Ġesù ddikjara, ‘Jien ir-Ragħaj it-Tajjeb,’ Ġesù kien l-ewwel nett qed jgħid li Hu għadu ħaj fid-divinità tiegħu għax ‘Jien Hu.’ Imbagħad kien qed jiddikjara li jekk aħna llum irridu nkunu dixxipli tiegħu, irridu nkunu dawk li nagħrfu leħnu billi nisimgħu mill-kelma tiegħu u rridu nimxu warajh għax hu r-Ragħaj it-Tajjeb.

Għal Ġwanni, Ġesù mhuwiex sempliċiment il-fundatur tal-Knisja li hu ħalla f’idejn l-appostli

50 51

biex jibqgħu jieħdu ħsiebha. Ġesù mhux biss dak li waqqaf il-Knisja. Ġesu għandu preżenza ħajja fil-Knisja tiegħu llum. Ġesù huwa Dak li sal-lum qiegħed jippompja l-ħajja lil dawk kollha li jemmnu f’ismu u għalhekk għandhom il-ħajja fih. Ġesù llum qed jagħti l-ħajja lid-dinja mill-Knisja tiegħu.

Fil-Ġdid Testment niltaqgħu ma’ mudelli oħrajn li jitkellmu dwar din il-ħajja ta’ Kristu fil-Knisja tiegħu. San Pawl, fl-ittri tiegħu lill-Korintin u lir-Rumani, jgħidilna li l-Knisja hija l-Ġisem ta’ Kristu. Fl-esperjenza tal-konverżjoni fit-triq ta’ Damasku, Sawlu sema’ lil Ġesù jistaqsih, ‘għaliex qed tippersegwitani?’ Għal din il-mistoqsija, Sawlu jwieġeb, ‘Min int Mulej?’ Ir-risposta kienet ċara. ‘Jiena l-Knisja li inti qed tippersegwita.’ Ġesù għadu jgħix fil-knisja li Sawlu kien qiegħed jippersegwita. Ġesù jgħix fil-ħajja ta’ dawk li jemmnu f’ismu u għalhekk qed jgħixu fih u bih. Din l-esperjenza fit-triq ta’ Damasku kienet tant qawwija għal Sawlu, li meta kiteb dwar il-ħajja ta’ knisja, hu dejjem tkellem li l-Knisja hija l-ħajja ta’ Kristu fid-dinja; Il-Knisja hija l-‘Ġisem ta’ Kristu’ fid-dinja. Il-kontinwazzjoni tal-ħajja ta’ Kristu fid-dinja.

Tajjeb ninnutaw li San Pawl, fl-ittri li kiteb personalment hu, u mhux dawk li nkitbu wara l-mewt tiegħu u msemmija għalih, fil-ħsieb tiegħu

50 51

tal-Knisja bħala ‘il-Ġisem ta’ Kristu,’ qatt ma għamel id-distinzjoni bejn ir-Ras u l-Ġisem. Pawlu personalment qatt ma għamel din id-distinzjoni. Huma biss l-ittri miktuba warajh, bħall-Efesin u l-Kolossin, li jagħmlu din id-distinzjoni. Huma dawn l-ittri miktuba wara l-mewt ta’ Pawlu, li jitkellmu minn Ġesù bħala r-Ras u aħna l-Insara bħala l-ġisem.

Fil-Korintin l-enfasi hija li l-ħajja tal-Knisja ġejja mir-Ras u mill-Ispirtu tal-Mulej Ġesù li qiegħed jagħti l-ħajja u jmexxi lil kull membru, hi x’inhi l-funzjoni u l-ministeru tiegħu fil-Knisja. Pawlu jagħmel enfasi wkoll dwar id-diversità tal-membri u l-ministeru tagħhom; il-widnejn, l-għajnejn, ir-riġlejn, li kollha għandhom il-funzjoni propja tagħhom imma li kollha importanti fil-missjoni tagħhom għall-ġid tal-ġisem sħiħ.

Ġwanni ma jitkellem qatt b’dan il-lingwaġġ ta’ fondazzjoni tal-Knisja u d-diversità tal-membri. Lanqas biss jgħaddilu minn rasu li jagħmel dan. Pawlu kien jara l-Knisja bħala l-ħajja ta’ Kristu fil-membri tagħha. Imma magħquda wkoll f’istituzzjoni. Pawlu jagħmilha ċara li l-Knisja mhix istituzzjoni, mhix każin, imma hija l-ħajja ta’ Kristu u l-Ispirtu tiegħu li għandha istituzzjoni. Kollox u kulħadd għas-servizz tal-Ispirtu, għas-servizz tal-

52 53

Kariżma. Hu stess kien għamel istituzzjoni f’kull komunità li ħalla warajh meta kellu jitlaq minn kull komunità partikulari jew minħabba persekuzzjoni jew biex ikompli l-missjoni missjunarja tiegħu. Niftakru kemm hu sabiħ id-diskors li Pawlu għamel lill-presbiteri ta’ Efesu qabel ma telaqhom, Att 20. Għalhekk Pawlu bilfors irid jitkellem minn istituzzjoni. Anki llum. Bl-ebda mod ma jista’ wieħed jaħseb li l-Knisja tista’ teżisti fid-dinja mingħajr ma jkollha istituzzjoni. Il-Knisja għandha istituzzjoni u mhux Istituzzjoni. Hekk ifakkarna wkoll il-konċilju Vatikan II fil-Lumen Gentium. Il-Knisja hija l-Poplu ta’ Alla. Importanti li l-Knisja ma ssir qatt istituzzjoni għax inkella tibda tipprietka lilha nnifisha u mhux tlaqqa’ ma’ Ġesù.

La l-Knisja hija l-ġisem ta’ Kristu li għandha istituzzjoni, allura trid titkellem minn diversità ta’ funzjonijiet . Diġà fl-immaġini tal-Knisja bħall-ġisem ta’ Kristu, Pawlu jgħidilna li hemm profeti, mgħallmin, ministeru tal-fejqan, dawk jitkellmu bl-ilsna, amministraturi, nies li għandhom dik il-funzjoni u mhux oħra kif ukoll li jixtiequ li għandhom dik il-funzjoni u mhux l-oħra. Hemm il-widnejn li ma jistgħux jgħidu l-għajnejn jien m’għandix bżonnok għax inkella fejn ikun il-ħars. Knisja li kulħadd irid jifhem l-importanza

52 53

tal-funzjoni tiegħu u japprezza l-importanza tal-funzjoni tal-oħrajn. Knisja li fiha ħadd ma jista’ jgħid li mhux importanti għax l-Ispirtu qiegħed jaħdem fih ukoll. Min-naħa l-oħra ħadd ma jista’ jaħseb li għandu jiddetta, jimponi u jikkondizzjona kollox hu. Għax mhux hu biss għandu l-Ispirtu ta’ Alla. Nuqqas ta’ fiduċja fl-oħrajn hija arroganza u nuqqas u fiduċja fl-Ispirtu li jaħdem f’kulħadd.

L-immaġini ta’ Knisja ‘Dielja u Friegħi’ fi Ġwanni, ma tmurx f’din id-direzzjoni. Il-ġisem għandu s-saqajn u l-idejn. Importanti li hemm min hu s-sieq u min hu l-id. Min hu waħda u min hu l-oħra. Importanti li jkun hemm id-diversità tal-funzjonijiet u ministeri. Ġwanni ma hu interessat assolutament xejn f’din il-viżjoni ta’ diversità fil-Komunità ta’ dawk li jemmnu. Għal Ġwanni ħaġa waħda biss hija importanti. Li kull membru jieħu l-ħajja tiegħu mill-Mulej Ġesù. Li kull membru jkun jemmen f’Ġesù għax ikun iltaqa’ miegħu personalment; li kull membru jkun wasal għall-fidi għax ikun ‘Ġie u Ra.’ Ikun ġie għax jaf x’irid fil-ħajja tiegħu. Ikun ġie għax wieġeb għad-domanda fundamentali, ‘Xi Tridu?’ Li kull membru jkun ra għax ġie għax jekk ma jiġix ma jistax jara. Li kull membru jibqa’ jgħammar mal-Mulej Ġesù u allura jifhem li jrid jibqa’ jieħu l-ħajja minnU. Inti dixxipli

54 55

mhux għax tagħmel xi funzjoni jew ministeru fil-Knisja imma għax tkun tieħu l-ħajja tiegħek minn Ġesù. Jekk ma tiħux il-ħajja tiegħek minnu allura tkun appostlu mingħajr ma tkun dixxiplu. U appostlu li mhux dixxiplu huwa appostata. Tagħmel l-affarijiet għall-glorja tiegħek u mhux għall-glorja tal-Missier.

L-unika kelma li tinteressa lil Ġwanni hija biss il-kelma ‘dixxiplu.’ Fil-Vanġelu tiegħu la qatt isemmi t-Tnax, b‘eċċezzjoni ta‘ kap 6 biex jikkonferma dak li qed jgħid dwar il-preżenza reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija u għalhekk jippreżentalna lil Ġesù jistaqsi lit-Tnax ‘Tridux tmorru intom ukoll?’ din hija dikjarazzjoni li dak li qiegħed jiddikjara l-Vanġelu huwa dak li kienu jixhdu għalih it-tnax. Ġwanni la qatt isemmi l-kelma ‘profeta,’ ‘appostlu,’ ‘mgħallem,’ ‘amministratur,’ ‘doni,’ ‘funzjonijiet,’ ‘ministeri,’ u kliem ieħor bħal dan. L-uniku Mgħallem huwa Ġesù.

Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni tisparixxi kull distinzjoni umana. Kull ma hu importanti huwa Ġesù u Int. L-unika ħaġa importanti huwa li inti bħala individwu tieħu l-ħajja tiegħek minnu. Jekk mhux qed tieħu l-ħajja minnu, allura inti bħal dik il-fergħa maqtugħa li nixfet; bħal dik il-fergħa, li int min int, anki jekk int l-akbar wieħed, ma tistax

54 55

tagħmel frott. Il-ħajja vera tista’ tinkiseb minnu biss. Jekk inti fergħa mwaħħla miegħu u qed tieħu l-ħajja minnu, allura inti qed tagħmel ħafna frott. Int għandek il-vera ħajja, li jista’ jagħti hu biss għax hu mħawwel fid-dinja mill-bidwi, mill-Missier. Għax hu biss dak li ġie mingħand il-Missier. Kollox jerġa’ jsib il-bażi tiegħu fuq din l-istqarrija tal-fidi li Ġesù ġie mingħand il-Missier.

Il-Missier, il-Bidwi, għandu l-Ħajja. Kollox minnu ġej. Hu jrid ikun dak li jħawwel id-dielja fid-dinja. Hu jrid ikun li jibgħat lil Ibnu biex permezz tiegħu jagħti l-ħajja lid-dinja u lil dawk kollha li jemmnu f’ismu. Għax l-Iben għandu l-ħajja mingħand il-Missier. Dan huwa l-istess Iben li ġie mħawwel fid-dinja, u ħa l-laħam u ġie jgħammar fostna. Hekk aħna għandna l-ħajja fl-Iben. Ikollna l-ħajja fih jekk nemmnu fih u nobdu l-kmandamenti tiegħu speċjalment il-kmandament il-ġdid tal-imħabba. Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jien. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi billi tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.

Nikbru u nimmaturaw fil-ħajja tal-fidi fih, jekk nieklu mill-ħobż ħaj li niżel mis-sema. Għax kif Hu għandu l-ħajja mingħand il-Missier, min jiekol ġismu u jixrob demmu jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Il-Ħobż ħaj li ma kienx Mosè li ta lil Lhud imma huwa

56 57

l-Missier li jagħti lil kull min ikollu l-ħajja ta’ Alla għax jemmen fl-Iben. Il-Ħobż ħaj li niżel mis-sema li hu l-‘Kelma li saret laħam u għammret fostna’ u ‘laħmu u demmu’ biex nikluh. Il-Ħobż ħaj li hu l-Kelma u l-Ewkaristija. Kif nistgħu nifirduhom?

Din l-istess ħajja li għadu jagħtina l-Iben hija l-ħajja sagramentali. Ir-rakkonti tas-Samaritana, tal-imwieled Għama u tal-Lażżru li jinqraw fir-Randan huma t-testi li l-Knisja għadha sal-lum tuża għas-sagrament tal-magħmudija. Id-diskors tal-ħobż ħaj li niżel mis-sema huwa d-diskors li l-Knisja tuża għas-sagrament tal-Ewkaristija.

Aħna nieħdu l-ħajja naturali mingħand l-ommijiet tagħna meta niġu konċepiti u umanament nitwieldu. Hekk ukoll nieħdu l-ħajja ta’ dejjem meta nkunu mnissla mill-Missier, meta nitwieldu minn fuq. Kemm ra ħaġa kbira Nikodemu li jerġa’ jitwieled mill-ġdid. Ta’ bniedem li kien, minkejja li mgħallem tal-liġi, ma setax jifhem kif jista’ jerġa’ jidħol f’ġuf ommu u jerġa’ jitwieled. Imma Ġesù, bil-paċenzja kollha, spjegalu li dan it-twieled li qiegħed jitkellem dwaru mhuwiex twelid mill-ġisem imma twelid mill-Ispirtu. Ġesù għandu din il-ħajja mingħand il-Missier. Hu ġabha lilna meta ġie mingħand il-Missier biex hekk aħna lkoll nitnisslu minn din il-ħajja ta’ Alla.

56 57

Wara li nitwieldu mill-ġdid, aħna rridu nkunu mitmugħa. Tarbija li titwieled trid tkun mantnuta. Għalhekk ir-raba’ Vanġelu huwa l-uniku Vanġelu li jagħtina wkoll l-Ewkaristija bħala ikel tassew; “Ġismi huwa ikel tassew u demmi huwa xorb tassew.’ Dikjarazzjoni li lil Ġesù swietlu ħafna dixxipli jitilquh u jħalluh. Imma l-Ewkaristija, għall-vanġelu tad-dixxiplu l-maħbub, mhijiex biss it-tifkira u l-memorja tas-sagrifiċċju tas-Salib. Aħna ma naqsmux il-ħobż biex niċċelebraw biss il-mewt u l-qawmien tal-Mulej u nistennewh sakemm jerġa’ jiġi, kif jgħidilna Pawlu u s-Sinottiċi.

Imma l-Ispiru ta’ Alla, il-Paraklitos, kien wassal lil din il-komunità ħafna aktar minn hekk. Il-Paraklitos, l-Ispirtu tas-sewwa, dak li Ġesù jiddikjarah bħala li ‘jfakkarkom u jfehemkom dak kollu li għidtilkom jien,’ wassal lil din il-komunità tagħraf li l-Ewkaristija hija ħobż tassew. Biex imantni l-ħajja ġdida tal-Ispirtu li ħadna minnu permezz tal-istqarrija tal-fidi fil-magħmudija, irridu nieklu ġisem Bin il-Bniedem u nixorbu demmu. Hekk biss jista’ jkollna l-ħajja ta’ dejjem. Hekk biss nistgħu ma mmutu qatt. Ma ngħaddux minn dak li l-ktieb tar-Rivelazzjoni (l-Appokalissi) jsejħilha t-tieni mewt. L-aspett ta’ Sagrifiċċju fl-Ewkaristija huwa importanti ħafna, imma allaħares nitilfu l-aspett tal-Ikla.

58 59

Il-Konċilju Vatikan II, reġa’ insista li l-artal tas-sagrifiċċju li fuqu niċċelebraw l-Ewkaristija fil-knejjes tagħna, mhuwiex biss altar imma huwa wkoll mejda. L-Ewkaristija hija passat u futur kif jgħidilna San Pawl. Fl-Ewkaristija nagħmlu memorja biex niftakru l-passat meta nġibu preżenti b’mod sagramentali s-sagrifiċċju tal-Mulej. Fl-Ewkaristija nħabbru lill-Mulej sa ma jiġi fil-futur. Imma l-Ewkaristija mhix hekk biss. Kieku l-Ewkaristija hija hekk biss, allura nistgħu nagħmlu ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija darba fis-sena biss, pereżempju f’Ħamis ix-Xirka; bħalna jagħmlu xi wħud minn ħutna l-Protestanti għax huma jifhmu l-Ewkaristija bħala memorja ta’ sagrifiċċju b’mod esklussiv. Nistgħu nibqgħu nistaqsu; ‘Kull meta se niċċelebraw l-Ewkaristija?’ Nistgħu niftehmu li niċċelebrawha darba fix-xahar. Imma permezz tal-Vanġelu ta’ Ġwanni, aħna għandna r-realtà tal-Ewkaristija bħala ikel tassew. L-ikel li flimkien mal-Kelma imantni lil dawk li twieldu mill-ġdid minn fuq. Imantni lil dawk li għandhom il-ħajja minn fuq ta’ wlied. Għax aħna nemmnu li hija ikel tassew, għax aħna nemmnu li l-Ewkaristija hija l-manteniment għall-ħajja tagħna fl-Ispirtu tal-Mulej, allura nistgħu niċċelebrawha almenu darba fil-ġimgħa. U għal grazzja ta’ Alla hawn min jersaq

58 59

għall-ikel tal-Kelma u l-Ewkaristija fil-quddiesa anki kuljum.

Permezz tal-viżjoni Ewkaristika li jagħtina l-Vanġelu ta’ San Ġwann, aħna nagħrfu li dan ‘l-ikel tassew’ huwa bżonn ta’ kuljum biex immantnu l-ħajja ġdida li ħadna mingħand il-Mulej Ġesù. Kemm hi sabiħa t-tradizzjoni li ngħixu aħna l-Kattoliċi, li kull l-ewwel jum tal-ġimgħa, aħna lkoll li ħadna l-ħajja ġdida bil-fidi f’ismu, niltaqgħu flimkien biex immantnu l-ħajja tal-Ispirtu tagħna fl-ikel tal-Kelma u l-Ewkaristija. Mhux dik hija l-quddiesa?

Għal Ġwanni, Ġesù huwa l-Ħobż Ħaj li Niżel mis-sema, fl-istess sens u tifsira li hu l-Għerf ta’ Alla li ġie fid-dinja. Għax hu l-Għerf ta’ Alla li ġie fid-dinja, allura hu biss jista’ jgħidilna min hu l-Missier, għax hu biss ra lill-Missier; għax hu biss kien mal-Missier minn qabel il-ħolqien tad-dinja. Bl-istess mod hu biss jista’ jkun l-ikel ħaj li jinżel mis-sema, mhux fil-passat li niżel imma fil-preżent li jinżel. La hu biss kien mal-Missier, allura hu biss jista’ jagħti lil dawk kollha li jemmnu f’ismu l-ħajja ġdida mill-Missier. Il-ħajja li hu biss kellu mal-Missier sa mill-eternità. Għalhekk Ġesù biss jista’ jkun l-ikel li jmantni l-ħajja ġdida li l-Missier tana permezz tiegħu meta ħa l-laħam u għammar fostna.

60 61

L-evanġelista tar-raba’ Vanġelu, bil-kapaċitajiet kbar tiegħu bħala awtur u anki bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li kien jaħdem fih biex ilaqqagħna ma’ Ġesù b’mod personali, dejjem irnexxielu jsib it-triq kif iwasslilna l-verità tal-fidi fil-Mulej Ġesù. Kif jurina min hu dan il-mibgħut minn fuq, li aħna rridu nemmnu fih biex ikollna l-Ħajja f’ismu. Bl-istil uniku tal-kitba tiegħu, dejjem irnexxielu jirbaħ l-interess tagħna biex idaħħalna parti minn dak li qiegħed jgħidilna.

Is-Sinottiċi jinvolvu lill-qarrej f’dak li qed jgħidu, billi jaqilbu malajr minn xena għal oħra. Jippreżentaw lil Ġesù jagħmel miraklu; kulħadd jibqa’ mbellah u ħalqu miftuħ għal dak li għamel Ġesù; imma mill-ewwel u malajr imorru għal xi diskors jew ġrajja oħra.

Biex nispjega d-differenza fl-istil bejn is-Sinottiċi u Ġwanni, ejjew nieħdu l-miraklu tat-tkattir tal-

6. L-Istil Letterarju tar-Raba’ Vanġelu

60 61

Ħobż li sar f’Tabgħa tal-Galilija. Din hija waħda mill-ftit xeni li hija komuni għall-erba’ Vanġeli u allura aktar faċli li nagħmlu l-kuntrast. Fis-Sinottiċi, in-nies jibqgħu mbellha u mistagħġba b’dak kollu li raw isir quddiem għajnejhom. Mill-ewwel jippreżentaw lil Ġesù mħolli waħdu mid-dixxipli biex ikun jista’ jibgħat lin-nies id-dar. B’dan il-mod is-Sinottiċi jkunu qed jippreparaw ix-xena għal storja oħra. Id-dixxipli jinsabu diġà waħedhom, b’Ġesù mhux magħhom, fuq id-dgħajsa jaqdfu biex jaqsmu għan-naħa l-oħra tal-baħar ta’ Tiberija. Hemmhekk, filwaqt li Ġesù qiegħed jitlob, taqbadhom dik il-maltempata kbira kif jaf jagħmel il-baħar ta’ Tiberija meta jiltaqgħu żewġ irjiħat opposti. Id-dixxipli jinsabu fid-diffikultà. U Ġesù jkun is-salvazzjoni tagħhom anki din id-darba billi jiġi jilħaqhom miexi fuq l-ilma.

Hekk is-Sinottiċi immedjatament jagħtuna storja oħra li m’għandha l-ebda referenza għall-miraklu tal-multiplikazzjoni tal-ħobż. Żewġ stejjer differenti biex juru l-kobor ta’ Ġesù u l-istagħġib tan-nies u tad-dixxipli għal dan il-kobor tant li jistaqsu, ‘Mela dan min hu?’ Imma l-ebda referenza oħra għall-miraklu tat-tkattir tal-ħobż.

Sa hawn, Ġwanni jagħmel dak kollu li jagħmlu s-Sinottiċi. B’differenza li jippreżenta lil Ġesù

62 63

jiddikjara lilu nnifsu ‘Jien Hu’ u ma jagħtix ċans lid-dixxipli jistaqsu, ‘Mela dan min hu?’ Ġwanni mhux se jħalli lil ħadd fil-għama dwar l-identità tal-Mulej Ġesù. Ġwanni ma jemmen fl-ebda sigriet mesjaniku li ma jmorrux in-nies jifhmu ħażin. Imma wara dawn iż-żewġ mirakli, kuntrarju għas-Sinottiċi, Ġwanni ma jiqafx hemm. Ġwanni jkompli r-rakkont billi jippreżentalna lil Ġesù fis-Sinagoga ta’ Kafarnahum. Hemmhekk l-evanġelista se jerġa’ jirritorna għas-sinjal tat-tkattir tal-ħobż. Ġwanni jrid jimplika lilna li llum qed naqraw dan il-Vanġelu. Irid jispjegalna għalfejn ġara dak li ġara; ‘il-għaliex‘ Ġesù għamel dak is-sinjal; x’ried jgħidilna u jurina dwaru nnifsu b’dak is-sinjal tat-tkattir tal-ħobż. Għalhekk, fil-Vanġelu ta’ Ġwanni nassistu dejjem it-tieni parti biex tispjega l-ewwel waħda.

Nibqgħu mat-tkattir tal-ħobż: l-evanġelista jgħidilna li n-nies reġgħu ġew ifittxuh. Lil dak li ġie mingħand il-Missier jistaqsuh; ‘Kif ġejt hawn?’ Mistoqsija li biha riedu jifhmu l-mod tat-traġitt li għamel biex wasal hemm. Imma b’din il-mistoqsija, l-evanġelista, lilna li qed naqraw il-Vanġelu, jitfagħna fuq binarju ieħor. Jibda biex jippreżenta lin-nies li reġgħu ġew ‘għax kiltu u xbajtu’ u mhux għax għaddilhom minn moħħhom li Ġesù għandu xi tifsira x’jispjegalhom. Riedu jerġgħu jieklu xi

62 63

ikla tajba oħra. Għoġobhom ix-xogħol li tiekol ikla ħobż b’mod daqshekk ħafif. Kienu jieħdu gost jaraw l-istraordinarju minkejja li fih innifsu waħdu ma kien iwassalhom għal ebda fidi. Huma riedu lil Ġesù jerġa’ jagħmel miraklu simili.

Imma l-fatt li n-nies jiġu jfittxu lil Ġesù, jagħti ċ-ċans u l-okkażjoni lil Ġesù jiddikjara li hu ma kienx interessat jagħti l-ħobż li jgħaddi bħalma kien tahom Mosè. Hu ma ġiex biex jagħti ħobż li jgħaddi. Imma l-ħobż li jagħti hu, huwa dak li jagħtina l-Missier u għalhekk kull min jiekol minnu jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Mhux Mosè takom (passat) il-ħobż mis-sema, imma Missieri jagħtikom (preżent) il-ħobż mis-sema. Għalhekk kuntrarju għas-Sinottiċi li fl-istil tal-kitba tagħhom, jgħaddu minn ħaġa għal oħra, Ġwanni, jagħtina diskors twil u sħiħ li fih jispjega is-sinifikat u t-tifsira vera tas-sinjal li kien għamel. F’dawn id-diskorsi twal, bi kliem il-bniedem, Ġesù kien jurina l-għerf ta’ Alla. F’dan id-diskors l-evanġelista jrid ilaqqagħna personalment ma’ Ġesù bħala l-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema biex aħna nemmnu fih.

Bħala eżempju ieħor nistgħu nieħdu l-fejqan tal-għama, li nsibuh ukoll rakkontat f’kull Vanġelu. Għas-Sinottiċi, kien biżżejjed li Ġesù juri l-qawwa tiegħu meta jerġa’ jagħti d-dawl lil dak li ma kienx

64 65

jara. Imma għal Ġwanni, li tagħti lura d-dawl lil wieħed għama ma kienx l-aktar ħaġa importanti. In-nies jistgħu jiġu mogħtija d-dawl imma xorta waħda jibqgħu ma jarawx lil Alla; xorta waħda jibqgħu ma jemmnux. Huma ħafna n-nies li jaraw bl-għajnejn tal-laħam imma ma jarawx lil Alla bl-għajnejn tal-fidi. Din hija r-raġuni li għal Ġwanni, li wieħed jagħti d-dawl fiżiku lil xi ħadd li ma jarax hija xi ħaġa kbira. Imma għal Ġwanni dan mhux biżżejjed. Dan id-dawl m’għandux ikun skop fih innifsu. Imma dan id-dawl irid ikun il-preparazzjoni u t-tħejjija biex wieħed jilqa’ l-grazzja tad-dawl spiritwali li bih jista’ jara lil Alla u jgħix il-ħajja tal-Missier. Għalhekk jekk għas-Sinottiċi kien biżżejjed il-miraklu tal-għoti tad-dawl fih innifsu, għal Ġwanni dan ma kienx. Fis-sitt sinjal tal-Vanġelu ta’ Ġwanni, Ġesù mhux biss ta d-dawl lill-imwieled għama, imma wasslu fejn xtaq hu. Wasslu li jistqarr quddiem il-mexxejja Lhud li Ġesù kien ġie mingħand Alla. Stqarrija li għaliha ġie ppersegwitat u mkeċċi ’l barra mis-sinagoga.

L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-qawmien mill-mewt għall-ħajja. Fis-Sinottiċi Ġesù fejjaq it-tifel tal-armla ta’ Najm. Kienet xi ħaġa kbira li mqanqal mill-ħniena, lil dik l-armla, Ġesù ta lura ħaj lill-uniku iben li kellha. Dik l-armla kienet

64 65

tilfet kollox fit-telfa ta’ dak l-uniku iben. Issa bil-qawmien tiegħu mill-ġdid kienet reġgħet kisbet kollox. Min jaf x’ferħ imtliet bih dik il-mara meta Ġesù reġa’ ta lil binha lura. Għas-Sinottiċi dan huwa biżżejjed. Ġesù reġa’ wera l-qawwa tiegħu. Imma dak li kisbet lura kemm dik l-armla u kemm binha seta’ baqa’ biss fuq livell materjali.

Imma dan mhuwiex biżżejjed għal Ġwanni. Għal Ġwanni Ġesù ma ġiex biex iħallina fejn aħna. Ġwanni jrid iwassalna għall-mistoqsija, ‘b’din il-ħajja ġdida li dan il-bniedem kiseb mingħand Ġesù, se jkun persuna aħjar? Se jgħix ħajja aħjar minn dik li kien jgħix qabel? Jew se jerġa’ jkun dak biss li kien qabel? Jew se jerġa’ jibni ħajja b’interess materjalistiku biss, interessat biss fil-kummerċ, fix-xogħol, fid-djun, fid-diffikultajiet u forsi bl-istess vizzji u dnubiet li kien qabel? Aħna kollha għandna l-ħajja. Li terġa’ ġġib bniedem għall-ħajja, fiha nnifisha mhix garanzija li dan il-bniedem se jgħix ħajja aħjar. Il-qawmien mill-mewt fih innifsu ma jfissirx li wieħed se jgħix eqreb lejn Alla. Il-ħajja tal-fidi biss tista’ tbiddlek.

U għalhekk Ġwanni huwa differenti mis-Sinottiċi. Fis-seba’ sinjal tal-qawmien ta’ Lażżru, Ġesù ried jevanġelizza speċjalment lil Marta u Marija li bikkewh minħabba n-nuqqas ta’ fidi

66 67

tagħhom. Ġwanni ried li dawn, f’isem il-komunità li minnha ħiereġ dan il-Vanġelu, jaslu għall-istqarrija tal-fidi li Ġesù huwa, ‘Il-Qawmien u l-Ħajja.’ Fi Ġwanni, Ġesù jwassal lil Marta tagħmel l-istess stqarrija ta’ fidi li fis-Sinottiċi huwa Pietru biss li jagħmilha; ‘Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla l-ħaj, dak li ġie fid-dinja.’

Ninnutaw li f’din l-istqarrija ta’ Marta, ir-raba’ Vanġelu jżid dak li hu partikulari ta’ dan il-Vanġelu. Iżid ‘dak li ġie fid-dinja.’ Iżid il-fidi tal-komunità fil-preeżistenza ta’ Ġesù. Il-fidi li Ġesù kellu ħajja mal-Missier u l-ħajja tal-Missier minn qabel ma ġie jgħammar fostna. Il-fidi li Ġesù biss seta’ jagħtina din il-ħajja ta’ Alla. Seta’ jagħtiha lilna għax kellu hu. Ħadd ma jagħti minn dak li ma għandux.

L-aktar ħajja importanti mhijiex il-ħajja mill-ġdid f’din id-dinja li Lażżru reġa’ kiseb mill-ġdid bil-qawmien mill-mewt. Din il-ħajja li Lażżru reġa’ kiseb, kienet se terġa’ tintemm. Lażżru ħareġ infaxxat bil-faxex għax kien se jerġa’ jużahom. Ara meta Ġesù qam għall-ħajja ta’ dejjem ħalla l-faxex fil-qabar. Dan kien is-sinjal li d-dixxiplu l-maħbub emmen meta Rah. Ġesù ħalla kollox warajh għax ma kienx se jkollu bżonnhom qatt aktar. Ġesù ħalla kollox mitwi għax is-siegħa kienet waslet u temm il-missjoni kollha li l-Missier kien bagħtu biex

66 67

jagħmel. Ġesù qam biex ma jmutx aktar. Il-mewt ma ssaltanx aktar fuqu. Hu rebbieħ fuq il-mewt għal dejjem. Hu l-Qawmien u l-Ħajja.

Din hija l-ħajja vera li Ġesù ried iwassal lil Lażżru, lil Marta u lil Marija u lid-dixxipli li jemmnu fih. Din hija l-ħajja li Hu biss jista’ jagħti għax hu kien fil-bidu ma’ Alla. Il-Ħajja li d-dixxipli jistgħu jiksbu biss mingħandu jekk jibqgħu fergħa mwaħħla mad-dielja. Jekk ninqatgħu mid-dielja, ma jistax ikollna l-ħajja. Immutu bħal fergħa. Le, Ġesù ma ġiex biex iħallina kif sabna. Ġesù ġie biex jibdilna u jagħtina ħajja ġdida. Dik l-istess ħajja li għandu Hu mal-Missier fil-glorja tiegħu.

L-insistenza tar-raba’ Vanġelu hija li Ġesù ġie mingħand il-Missier biex jagħtina ħajja ġdida u dawl ġdid li Ġesù biss seta’ jagħtina għax hu kien jgħix mal-Missier u ra lill-Missier. Għalhekk id-dawl u l-ħajja li qed nitkellmu fuqhom mhumiex id-dawl u l-ħajja tad-dinja. Meta l-għama ġie mogħti d-dawl fiżiku, kien għadu ma jarax dak li suppost kien jara u fuq kollox dak li kellu bżonn jara. Bid-dawl ta’ għajnejh biss ma kienx għadu ġie fil-livell li xtaqu jkun l-Mulej Ġesù meta tah lura d-dawl ta’ għajnejh bil-ħasil fis-Silgħoam li tfisser ‘il-Mibgħut’. Ovvjament il-Mibgħut mill-Missier. Fi Ġwanni Ġesù jwassal il-vera dawl lill-

68 69

imwieled għama. Id-dawl veru li jista’ jikseb biss jekk jiltaqa’ personalment ma’ Ġesù biex jemmen fih u jibni relazzjoni personali miegħu. Għalhekk wara l-miraklu, Ġwanni jagħtina dawk id-djalogi sbieħ f’kapitlu 9 meta Ġesù nnifsu reġa’ mar ifittex u jsib lill-imwieled għama biex iwasslu għall-istqarrija ‘Nemmen Mulej’ u nxteħet jadurah, 9:38. Dan huwa d-dawl li Ġesù jrid iwassal mhux biss lill-imwieled għama, imma lil kull wieħed minna li niltaqgħu personalment miegħu.

Fl-istil tiegħu, San Ġwann irid iwassalna nagħrfu li wara l-miraklu, jew aħjar is-sinjal, in-nies għamlu dak li dejjem jagħmlu. Jitkellmu għal ftit dwar dak li ġara imma wara ftit jerġgħu jibdew jitkellmu dwar dak li għalihom huwa aktar importanti; x’se jieklu, x’se jixtru, x’se jilbsu u kif se jtejbu l-ħajja tagħhom. Li tfisser kif se jgħixu aktar fil-lussu u l-kumdità. Mhumiex ħafna dawk li bħal Marija jagħżlu l-aħjar parti. Il-maġġoranza kbira tan-nies jibqgħu jitkellmu kif ma se jkun jonqoshom xejn u jaqdu l-bżonnijiet kollha tagħhom, li jkunu jifhmu biss il-bżonnijiet materjali. Fi Ġwanni, Ġesù jitkellem dwar dan kollu wkoll. Imma mhux biss. Meta n-nies kienu bil-ġuħ u ’l bogħod mill-ibliet, Ġesù temagħhom il-ħobż ukoll.

Imma hawn jidher il-kobor tal-istil tal-evanġelista.

68 69

Wara kull sinjal, jippreżenta lil Ġesù juża l-istess vokabularju li juża l-poplu. Imma Ġesù ma jkunx qiegħed jifhem l-istess ħaġa li jkun qed jifhem il-poplu. Minkejja li bl-istess kliem, Ġesù ma jkunx qed jifhem dak li nifhmu aħna l-bnedmin. Kliem tad-dinja imma ma jkunx qed jifhem għerf tad-dinja. Bl-istess vokabularju jkun qed iwassal għall-Għerf ta’ Alla. Ġesù verament juża l-kliem tal-art imma bih ikun qed ifisser l-għerf tas-sema. Hija għal din ir-raġuni li kull darba li jitkellem ma jinftehimx. Kull darba jiġi mistoqsi. Kull darba jrid jispjega u jiddjaloga. Il-mistoqsija, ‘Kif jista’ jkun?’ jagħmluha Nikodemu, is-Samaritana, id-dixxipli, il-folla, il-Lhud, il-Fariżej u kull wieħed u waħda oħra li jiltaqgħu miegħu personalment.

Li n-nies ma jifhmux dak li Ġesù qiegħed jgħidilhom hija min-natura tal-istil letterarju tal-evanġelista. Fl-istil tal-evanġelista biex jagħti ċans lil Ġesù jwassal il-messaġġ tal-Għerf ta’ Alla, hemm bżonn li għall-ewwel jinftehem ħażin. Għalina dak li jeżisti huwa biss dak li naraw, inħossu u mmissu. Imma għal Alla, u allura għal Ġesù, ir-realtà hija ħafna differenti, ħafna aktar profonda. Ġesù ħalla lill-Missier u ġie jgħammar fostna biex fil-lingwa tagħna jkellimna dwar l-għerf tal-Missier, dwar il-ħajja tal-Missier, dwar ir-realtà tal-Missier. Ikellimna

70 71

dwar dak li aħna ma nistgħux naraw u nifhmu jekk ma jurihulniex Hu li kien mal-Missier. Naraw u nifhmu dak li għandna bżonn jekk irridu ngħixu l-ħajja ġdida ta’ wlied li ġabilna hu mingħand il-Missier għax kien mal-Missier.

Din hija r-raġuni li l-Vanġelu ta’ Ġwanni huwa magħmul minn rakkonti twal, id-djalogu ma’ Nikodemu f’kapitlu 3, mas-Samaritana f’kapitlu 4, il-Ħobż tal-Ħajja f’kapitlu 6, l-Imwieled għama f’kapitlu 9 u l-qawmien ta’ Lażżru f’kapitlu 11. Rakkonti li fil-quddiesa tal-ħames Ħadd tar-Randan sena A, indumu naqrawhom għaxar minuti. Tul ta’ ħin li fis-Sinottiċi jieħdu biss ir-rakkont tal-passjoni. Fil-fatt nafu li jkun hemm min ikollu t-tentazzjoni li jqassar ir-rakkont ħalli ma jdumx jaqra. Naħseb aħjar jekk is-saċerdot jgħid lin-nies ipoġġu bilqiegħda waqt il-qari biex jikkonċentraw milli jqassar ir-rakkont li l-evanġelista bena b’tant attenzjoni u ħila biex iwasslilna dak li Ġesù biss jista’ jwassal.

Rakkonti li fihom l-evanġelista jippreżentalna nies li jiġu għand Ġesù jew jiltaqgħu miegħu. Pereżempju Nikodemu. Mgħallem f’Iżrael kif isejjaħlu Ġesù stess, jiġi għand Ġesù b’rispett kbir. Anki min-naħa tiegħu jistqarr lil Ġesù bħala, ‘Imgħallem f’Iżrael’. Imma minkejja li kien raġel

70 71

ta’ importanza kbira, wieħed mis-Senhedrin, xorta waħda ma setax jifhem l-għerf ta’ Alla li kien jinsab fil-kliem ta’ Ġesù li wieħed għandu jitwieled mill-ġdid. Kif tista’ titwieled mill-ġdid? Bir-raġuni kollu, Nikodemu kien qed jaraha impossibli għax minkejja li mgħallem f’Iżrael, beda jifhem dak li nifhmu fid-dinja. Beda jifhem li wieħed jerġa’ jidħol f’ġuf ommu u jerġa’ jitwieled. Jekk ma jagħmilx il-mistoqsija, kif kien se jagħti l-okkażjoni lil Ġesù jispjegalu? Kif jista’ jifhem l-għerf ta’ Alla mingħajr l-ispjega ta’ Ġesù? Waħdu ma setax jifhem dak li kien qed jifhem Ġesù; jiġifieri li wieħed irid jitwieled minn fuq, mill-Ispirtu. ‘Titwieled mill-ġdid’ huwa kliem tal-bnedmin; imma t-tifsira ta’ dan il-kliem hija kompletament differenti. Nikodemu kien qed jifhem dak li bl-istess kliem li ntqal lilu nifhem jien illum. Imma Ġesù jifhem kompletament differenti.

Meta Nikodemu ma jifhimx, meta s-Samaritana ma tifhimx, meta l-folla ma tifhimx allura l-livell tal-komunikazzjoni seta’ jikber u jitwessa’. Għad-domanda, ‘Kif jista’ jkun?’ Ġesù seta’ jitkellem u jispjega dak li kien qiegħed jifhem meta tkellem dwar it-twelid mill-ġdid, dwar it-twelid minn fuq. Dwar it-twelid għal dik il-ħajja ġdida li ġabilna hu stess mingħand il-Missier u li jixtieq jagħtiha lil kull bniedem. Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, dan

72 73

huwa l-mod kif nistgħu naslu għall-għerf ta’ Alla li jrid iwasslilna Ġesù. Nistgħu nifhmu biss wara l-mistoqsija għax ma nkunux fhimna jew wara l-oġġezzjoni għax dak li jgħid Ġesù narawh impossibli.

L-evanġelista jwasslilna dawn ir-rakkonti qisu fuq il-palk ta’ teatru. Waqt ir-rakkont, fuq il-palk dejjem ikun hemm żewġ atturi prinċipali biss. Pereżempju Ġesù u persuna oħra; Ġesù u d-dixxipli; Filippu u Natanael. Jekk wieħed jaqra l-istejjer li semmejna, ta’ Nikodemu, is-Samaritana, l-imwieled għama, meta jidħol attur ieħor fuq il-palk, irid ikun ħareġ xi wieħed minn dawk li kien hemm qabel. Nieħdu s-Samaritana: nibdew b’Ġesù u d-dixxipli; joħorġu d-dixxipli u tidħol is-Samaritana, toħroġ is-Samaritana u jidħlu d-dixxipli; fl-istess ħin fil-bogħod qed issir ix-xena tas-Samaritana mas-Samaritani; L-evanġelista jerġa’ jiffoka fuq il-palk prinċipali u jippreżentalna laqgħa oħra personali ma’ Ġesù, din id-darba mhux tas-Samaritana li ħalliet il-ġarra warajha biex tmur tixhed li qalilha dak kollu li kienet għamlet, imma tas-Samaritani li jgħidu lill-mara; ‘Issa mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll rajna u smajna, u sirna nafu li dan huwa tassew is-Salvatur tad-dinja,’4:49. Din hija l-esperjenza ta’ min jiltaqa’

72 73

personalment ma’ Ġesù anki llum.Nieħdu eżempju ieħor; ir-rakkont tal-imwieled

agħma. Ir-rakkont jibda b’Ġesù u d-dixxipli li meta jaraw lill-għama jistaqsi lil Ġesù min kien dineb, jekk hux l-għama jew il-ġenituri tiegħu. Id-dixxipli jingħataw il-ġenb u fuq il-palk jispiċċaw biss Ġesù u l-għama; jingħata l-ġenb Ġesù u jispiċċaw il-ġirien u l-għama; lill-għama joħduh għand il-Fariżej u jispiċċaw il-Fariżej u l-għama; joħroġ l-għama u jispiċċaw il-Fariżej u l-ġenituri; joħorġu mix-xena l-ġenituri u jispiċċaw il-Fariżej u l-għama mill-ġdid; imkeċċi mis-sinagoga r-rakkont jippreżentalna lill-għama ma’ Ġesù; ir-rakkont jispiċċa b’Ġesù u l-Fariżej, li jirrifjutaw id-dawl tal-fidi li kien kiseb l-imwieled għama u li llum irridu niksbu aħna li naqraw dan ir-rakkont billi nitilgħu fuq il-palk u nidħlu nagħmlu parti minn dawk il-karattri kollha li ppreżentalna San Ġwann.

Din hija t-teknika li juża l-evanġelista biex iwasslilna l-fidi f’Ġesù li kellu hu u l-komunità tiegħu. Teknika li biha juri dejjem lil Ġesù jitkellem ma’ xi ħadd jew xi wħud b’mod personali. B’din it-teknika, l-evanġelista jkun qiegħed jurina wkoll li dak li jkun qed jgħid Ġesù huwa importanti ħafna. Għalhekk huwa ta’ min niftħu widnejna beraħ biex nisimgħuh.

74 75

Kif diġà għidna, wara li jitkellem Ġesù, il-persuna jew il-folla, juru li ma fehmux jew inkella joġġezzjonaw għal dak li qiegħed jgħid Ġesù. F’dan id-djalogu ta’ oġġezzjoni li jinħoloq, Ġwanni jkun irid jirbaħ l-attenzjoni tagħna li nkunu qed naqraw il-Vanġelu. Huwa biss jekk jirbaħ l-attenzjoni tagħna li l-evanġelista jkun jista’ jwasslilna l-messaġġ li jrid iwasslilna. L-evanġelista jrid iwassal lill-qarrej jgħid, ‘Għandu raġun Nikodemu jgħid kif jista’ jkun li wieħed jidħol f’ġuf ommu u jitwieled mill-ġdid. Għandha raġun is-Samaritana tgħid kif jista’ jkun li jagħtiha tixrob meta lanqas biex timla’ ma għandu.’ Meta aħna nispiċċaw nistaqsu, allura l-evanġelista jkun ġibdilna l-attenzjoni, ikun tellagħna fuq il-palk, biex imbagħad aħna wkoll nisimgħu dak li jrid iwasslilna u jgħidilna Ġesù.

Meta nkunu qed naqraw il-Vanġelu ta’ Ġwanni, huwa importanti ħafna li anki aħna ma nifhmux mill-ewwel. Importanti li aħna wkoll nagħmlu l-mistoqsijiet u l-oġġezzjonijiet. Dan huwa l-mod kif aħna wkoll inkunu maqbuda mill-evanġelista biex inlestu qalbna u moħħna ħalli nisimgħu u nifhmu dak li jkun se jgħidilna Ġesù. Hekk insiru dawk iċ-ċkejknin li lilhom il-Missier jista’ jgħarraf il-kobor tal-għerf. Għerf li hu moħbi għall-għorrief u l-kbarat tad-dinja, Lq 10 u Mt 11. Ħa nispjega ftit

74 75

aħjar dak li rrid ngħid.Jekk nibdew mixja fit-teknika ta’ Ġwanni,

nibdew naqraw dwar Nikodemu u nibdew ngħidu, ‘Nikodemu mhux qiegħed jifhem it-tip ta’ ħajja ġdida li Ġesù qiegħed jitkellem minnha.’ Wara dan nippruvaw nifhmu dak li Ġesù qiegħed jitkellem dwaru. Fil-pront il-konversazzjoni ta’ Ġesù tieħu żvolta ġdida. Nibdew ngħidu; ‘Stenna ftit, lanqas jien mhu qed nifhem eżattament Ġesù xi jrid jgħid.’ Għax il-lingwaġġ li bih qiegħed jitkellem Ġesù, jibda jsir qisu wieħed misterjuż. Qisu miż-żewġ terzi tax-xena ’l quddiem, l-evanġelista jibda jitkellem, ‘li trid tkun minn fuq.’ Jibda jitkellem bil-lingwaġġ kollu “ta’ minn fuq.” Tant li jkollna ngħidu, ‘stenna ftit ħalli nerġa’ naqra mill-ġdid għax mhux nifhem eżatt.’

Huwa f’dan il-mument li l-evanġelista jkun laħaq l-iskop tiegħu. Ikun irnexxielu jwassalna fejn ried hu. Issa x-xena fuq il-palk m’għadhiex aktar bejn Ġesù u Nikodemu imma saret xena bejn Ġesù u int. F’dan il-mument, l-evanġelista jkun qabdek. Mill-platea jkun tellek fuq il-palk. Inti nnifsek tibda d-djalogu ma’ Ġesù. L-awtur sagru se jibqa’ jgħaddik minn din l-esperjenza darba wara l-oħra ma’ kull personaġġ jew personaġġi li jippreżentalek fuq il-palk: mal-Battista, mal-ewwel dixxipli, mal-

76 77

għarajjes ta’ Kana; ma’ Nikodemu, mas-Samaritana, mal-Lhud li jirrifjutaw lil Ġesù, mal-folla li titilqu; mal-imwieled għama; ma’ Lażżru, Marta u Marija, ma’ Ġuda, ma’ Pilatu, mal-Mara u mad-dixxiplu l-maħbub; ma’ Marija ta’ Magdala; ma’ Tumas u ma’ Pietru jammetti li Ġesù huwa dak li jaf kollox u li jrid jimxi warajh anki waqt il-missjoni li jirgħa lin-nagħaġ u l-ħrief tal-Mulej.

Irridu niftakru li Ġwanni huwa konxju ħafna li l-Vanġelu tiegħu mhux miktub biss għall-komunità li hu parti minnha. Kien jaf li fis-seklu wieħed u għoxrin kien se jkun hemm jien li se nkun qed naqra l-Vanġelu li kitibli hu. Fl-aħħar diskors tiegħu, Ġesù ma talabx ‘għal dawk biss,’ imma talab ukoll ‘għal dawk li għad iridu jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom,’ 17:20. Wara l-istqarrija ta’ Tumas, l-evanġelista jippreżenta lil Ġesù bħal speċi jdur għal fuqna l-udjenza, għax jaf li hemm udjenza li qed issegwi, u jgħid, ‘Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu,’ 20:29. Bl-istil tal-kitba tiegħu, Ġwanni jġegħelna nħossu li qegħdin f’tejatru u f’ħin minnhom xi ħadd jixgħel id-dawl tal-udjenza biex nagħrfu li Ġesù kien il-ħin kollu qiegħed jitkellem magħna, illum, issa.

Dan huwa l-iskop propju tal-istil li bih kiteb il-Vanġelu. L-evanġelista ried jinvolvi lil kull wieħed

76 77

minna f’dan id-djalogu li qiegħed isir ma’ Ġesù u minn Ġesù. Li jġegħelna nifhmu llum x’jiġifieri nitwieldu minn fuq; nifhmu min hu l-ilma li bih ma jaqbadna qatt aktar għatx; nifhmu min hu l-ħobż li niżel minn fuq, nifhmu min hu dak li jista’ jagħtik il-vera dawl u l-vera ħajja. Meta jirnexxilu jdaħħalni b’mod personali f’dan id-djalogu, imbagħad ninduna li Ġesù l-ewwel beda jitkellem fuq laħam u demm, imma wara spiċċa jitkellem dwar l-Ispirtu li jagħti l-ħajja.

Dan naslu għalih meta nagħmlu l-mistoqsija, ‘Imma xi jrid jgħid eżatt?’ Huwa dak il-ħin li nkunu wasalna fejn ikun irid iwassalna l-evanġelista. Inkunu dħalna fid-djalogu personali ma’ Ġesù. Inkunu ltqajna wiċċ imb wiċċ ma’ Ġesù b’mod personali. Hawnhekk l-evanġelista jkun laħaq l-iskop tiegħu, jiġifieri li lkoll kemm aħna niltaqgħu ma’ Ġesù personalment kif kien iltaqa’ miegħu kull attur tad-dramm tiegħu. Id-dramm li jrid jibqa’ għaddej. Kull ma jrid jagħmel huwa biss li jibdel l-atturi. Flok Nikodemu u s-Samaritana issa nkunu jiena u int.

Se niġbor dak li għidt aktar ’il quddiem; id-dixxiplu ma jistax ikun xhieda tal-Mulej Ġesù jekk ma jkunx iltaqa’ ma’ Ġesù b’mod personali. Dan huwa l-iskop ta’ din it-teknika. Li lilna jwassalna

78 79

li niltaqgħu personalment ma’ Ġesù. Bħal kull evanġelista ieħor, Ġwanni kien konxju li qiegħed jikteb għall-komunità tiegħu. Imma ħafna aktar minn kull evanġelista u kittieb ieħor tal-Ġdid Testment, Ġwanni kien konxju li matul is-snin se jkunu oħrajn li se jaqraw l-evanġelu tiegħu. Ġwanni kien verament preokkupat li dawk li se jaqraw il-Vanġelu matul is-snin, aħna llum, kull fejn ninsabu, permezz tal-Vanġelu tiegħu, irridu niltaqgħu ma’ Ġesù biex Naraw u jkollna l-Ħajja. Dan huwa dak li jagħmel lil dan il-Vanġelu wieħed qawwi ħafna. Tant qawwi li kultant jista’ anki jkun perikoluż. Għaliex?

78 79

Fl-aħħar ċena, Ġesù jitkellem li hu kien sejjer għal għand il-Missier. Wieħed jista’ jaħseb li dan id-diskors jista’ jagħmel lil Ġesù personaġġ tal-passat; kien magħna imma issa mhux se jibqa’ aktar magħna. Imma fil-fatt, kif diġà tkellimna, minkejja li l-evanġelju nkiteb sittin sena wara l-qawmien tiegħu, Ġesù qatt ma jitkellem fil-passat. Qatt ma jgħid: ‘Jien kont ir-Ragħaj it-Tajjeb’ jew ‘Jien kont it-Triq, il-Verità u l-Ħajja.’ Ġesù huwa dejjem preżent. Ġesù dejjem jiddikjara l-identità tiegħu bħala ‘Jien Hu.’ Pereżempju, ‘Jiena jien id-dielja l-vera.’ Minkejja li tela’ għand il-Missier, Ġesù mhuwiex personaġġ tal-passat. U dan għax Ġesù għandu xi ħaġa oħra.

Ir-raba’ Vanġelu huwa l-uniku Vanġelu li jitkellem mill-Paraklitu. Il-Paraklitu huwa l-Ispirtu s-Santu; anzi huwa aspett speċifiku tal-Ispirtu s-Santu. Dan huwa l-Ispirtu li ma jistax jiġi qabel ma Ġesù jitlaq. Anzi fil-fatt, Ġesù jinsisti mad-dixxipli fl-aħħar

7. Il-Paraklitu

80 81

ċena, ‘Jaqblilkom li jien immur,’ biex hekk ikun jista’ jiġi Hu. Lingwaġġ verament stramb li, bħas-soltu fl-istil tal-vanġelu, iqajjimlek il-mistoqsija, ‘Mela min hu dan il-Paraklitu li Ġesù qiegħed jgħid li jaqblilna li hu jmur u jħallina għax jekk ma jmurx il-Paraklitu ma jkunx jista’ jiġi? X’jista’ jagħmel dan il-Paraklitu li Ġesù ma jistax jagħmel?’

Ġesù huwa l-Kelma ta’ Alla inkarnata. Il-Kelma ta’ Alla li nkarnat fi bniedem wieħed, f’Ġesù ta’ Nażaret. Imma din il-ħajja li Ġesù ġabilna mingħand il-Missier, b’xi mod jew ieħor, trid tinkarna mhux fil-ħajja ta’ wieħed imma fil-ħajja ta’ kull wieħed. Ġesù ma jistax jagħmel dan la hu nkarna fi bniedem wieħed. Imma l-Paraklitu jista’ jagħmlu dan. Il-Paraklitu ma ġiex inkarnat fi bniedem wieħed bħal Ġesù, jista’ jinkarna f’kull bniedem. Il-Paraklitu jista’ jgħammar f’kull bniedem li jemmen f’Ġesù, li jħobb lil Ġesù billi jħares il-kmandamenti tiegħu.

Il-Paraklitu huwa l-espressjoni finali tal-imħabba ta’ Alla l-Missier. Fl-imħabba tiegħu, il-Missier l-ewwel bagħatilna lil Ibnu biex jgħidilna min hu, imbagħad bagħatilna lill-Paraklitu biex jagħtina l-istess ħajja tiegħu. Il-Paraklitu jgħix f’kull Nisrani li jemmen fil-Missier u f’Ġesù Kristu li huwa bagħat. La għandna l-Paraklitu jgħix fina, allura rridu nixhdu, għax l-Ispirtu jrid jixhed.

80 81

L-Ispirtu jrid jagħti x-xhieda tiegħu permezz ta’ kull Nisrani. Il-Paraklitu huwa l-Ispirtu tal-Verità u jmexxina tul it-triq kollha tagħna. Huwa bil-qawwa tiegħu li aħna nkunu nafu x’għandna ngħidu. U dan għax jurina hu. L-Ispirtu jagħtina l-qawwa biex nagħmlu kuraġġ niffaċċjaw kull problema li jista’ jkollna fil-futur.

Imma tajjeb inkunu nafu li l-Paraklitu ma jista’ jgħidilna xejn ġdid. L-Ispirtu ma jistax jagħtina rivelazzjonijiet ġodda. Il-Paraklitu ma jista’ jgħid xejn minn rajh. Imma jrid jgħid biss dak li sema’ lil Ġesù jgħid. Kif Ġesù qatt ma qal xejn jekk qabel ma semax lill-Missier jgħidha, hekk ukoll il-Paraklitu ma jista’ jgħid xejn jekk qabel ma jkunx sema’ lil Ġesù jgħidha. Ġesù huwa dak li jurina lill-Missier, il-Verità tal-Missier, dak li ma jista’ jgħid xejn minn rajh imma jgħid dak li jisma’ mingħand il-Missier. Il-Paraklitu huwa dak li jfakkarna u jfehemna dak li qalilna Ġesù. Nistgħu ngħidu li l-Paraklitu huwa għal Ġesù dak li Ġesù huwa għall-Missier.

Kif Ġesù huwa l-Unika Triq li biha nsiru nafu lill-Missier u nikkuntattjaw lill-Missier, il-Paraklitu huwa l-unika triq li biha nistgħu nikkuntattjaw lil Ġesù u lil Alla. Bil-qawwa tal-Paraklitu, Ġesù huwa dejjem preżenti fina u magħna. Għalhekk Kristu Ġesù ma jista’ qatt jispiċċa personaġġ tal-

82 83

passat. Għax il-Paraklitu li inkarna u jgħix ġewwa fina, jagħtina l-ħajja tal-Missier u l-Verità tal-Iben. Ġesù nnifsu qalilna li l-Paraklitu huwa l-Ispirtu li jagħti l-ħajja u huwa l-Ispirtu tal-Verità.

Għalhekk jekk Ġesù jista’ jgħid li ‘kull min jara lili jara lill-Missier,’ ‘Kull min iħobb lili l-Missier iħobbu,’ il-Paraklitu jista’ jgħid, ‘kull min jippossiedi lili jippossiedi lil Ġesù.’ Jekk meta kien jgħammar fostna, Ġesù hu t-Triq li biha naslu għand il-Missier fis-sema, issa li Ġesù qiegħed fis-sema mal-Missier, il-Paraklitu huwa t-triq li nkunu nafu lil Ġesù. U hekk insiru nafu t-Triq li biha naslu għand il-Missier.

Għalhekk għidt li Ġwanni, minkejja l-qawwa kollha tiegħu, jista’ jkun perikoluż. Kif fil-fatt ġara. Matul l-istorja, il-Vanġelu tad-dixxiplu l-maħbub kien għajn ta’ movimenti strambi mhux ftit. Kien hemm komunitajiet fit-tieni seklu li ddikjaraw li huma l-Paraklitu. Dawn bdew jgħallmu mingħajr l-ebda rabta mal-komunitajiet l-oħra. Fil-fatt l-Insara fil-komunitajiet l-oħra ġibdulhom l-attenzjoni li huma mhumiex jgħallmu dak li huma semgħu mingħand l-appostli l-kbar u d-dixxipli tagħhom. Il-komunitajiet l-oħra rraġunaw li jekk ilkoll għandna l-Paraklitu ġewwa fina, x’se nagħmlu meta ma naqblux? Ilkoll kemm aħna suppost li għandna

82 83

l-Ispirtu tal-Verità. Min se jiddeċiedi x’inhi u fejn hi l-verità?

Dan huwa dak li ġara matul il-ħajja tal-istess komunità tad-dixxiplu l-maħbub. Dan nafuh għax nistgħu niksbu informazzjoni storika mill-ittri ta’ din il-komunità. Il-Paraklitu wassal lil dawn il-komunitajiet biex jagħrfu l-bżonn ta’ mexxejja li jmexxu anki fit-tagħlim. Fil-komunitajiet tad-dixxiplu l-maħbub kien hemm dan in-nuqqas ta’ qbil. Kien hemm dawk li jaħsbu li għandhom l-ispirtu tal-Verità u allura jaħsbu li l-oħrajn għandhom l-ispirtu tal-gidba. It-tieni ittra ta’ Ġwanni tagħti parir lill-komunità biex ikeċċu ’l barra lil dawk li jiġu jgħidulhom li ‘Ġesù mhux vera ġie jgħix fostna fil-ġisem.’ Allura jinħass il-bżonn li fil-komunità jkun hemm Mexxejja u Għalliema. Ikun dak li aħna llum insejħulu l-Maġisteru tal-Knisja mogħni bl-awtorità tat-tagħlim u tmexxija. It-tielet ittra ta’ Ġwanni tisħaq dwar l-importanza ta’ għalliema u mexxejja umani. Kulħadd jaqbel li anki l-aħħar kapitlu tal-Vanġelu ta’ San Ġwann, fejn għandna l-mandat ta’ Ġesù lil Pietru biex jirgħa lin-nagħaġ u l-ħrief ta’ Ġesù, huwa żjieda għall-vanġelu. Il-Vanġelu kien diġà tana l-konklużjoni f’kapitlu 20 meta stqarr ir-raġuni li għaliha nkiteb.

Biex il-Vanġelu ta’ Ġwanni ma jibqax perikoluż,

84 85

irid jinqara fil-kuntest tal-Vanġeli l-oħra. Issa nistgħu nifhmu aktar l-importanza li tkellimt dwarha fil-bidu ta’ dan il-ktejjeb, li l-knisja ma tatniex Vanġelu wieħed imma tatna erba’ Vanġeli. Kull wieħed bil-messaġġ differenti imma komplimentari mal-oħrajn. Moqri flimkien mal-Vanġeli l-oħra, il-Vanġelu ta’ Ġwanni jinftiehem tajjeb ħafna u jagħtina dak li l-oħrajn ma jagħtuniex. Forsi din hija r-raġuni l-għaliex il-knisja kaxkret xi ftit saqajha sakemm aċċettat il-Vanġelu ta’ Ġwanni fil-Kanoni. Għax fl-istorja tagħha kienu ħafna nies strambi li użaw dan il-Vanġelu u pritkawh maqtugħ mill-oħrajn.

Imma ladarba l-knisja aċċettat dan il-Vanġelu fil-Kanoni, il-qawwa tiegħu fil-komunità ta’ dawk li jemmnu tista’ tkun tremenda. Aħna l-Insara Kattoliċi, għandna Knisja b’istituzzjoni qawwija ħafna. Fil-fatt ħafna drabi ninsew li anki l-istituzzjoni nnifisha trid tkun għall-qadi tal-Paraklitu. Almenu hekk jerġa’ jirrepeti l-Konċilju Vatikan II fil-Lumen Ġentium, il-kostituzzjoni dommatika dwar il-knisja.

Aħna l-Kattoliċi għandna sens qawwi, kif naħseb li suppost għandna ta’ Knisja Maġistra, ta’ Knisja li tgħallem. Imma għandna bżonn inkabbru dan is-sens tal-bżonn ta’ din ir-relazzjoni personali ma’ Ġesù. Ħaġa li fl-opinjoni tiegħi nittraskuraw

84 85

ħafna sa mill-kotba tal-katekiżmu tat-tfal. B’dan in-nuqqas, nistgħu nkunu Kattoliċi mingħajr ma nkunu Nsara. Huwa veru li Alla jsalva lill-poplu tiegħu, u huwa bħala parti minn dan il-poplu li aħna nsibu s-salvazzjoni tagħna. U dan huwa tajjeb li nkunu xhieda tiegħu speċjalment ma’ dawk in-nies li moħħhom biss dwar ir-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù mingħajr il-bżonn tal-Knisja u l-Insara l-oħra.

Min-naħa l-oħra, ma nistgħux ngħidu li Alla jsalva poplu mingħajr ma ninsistu li lkoll kemm aħna rridu jkollna relazzjoni personali ma’ Ġesù. Il-qawwa tal-Imħabba ta’ Ġesù. Il-konvinzjoni li aħna nirċievu l-Ħajja mill-fidi tagħna f’Ġesù. Irridu niskopru l-bżonn tad-Djalogu tagħna ma’ Ġesù. Anki dan huwa parti mit-tradizzjoni tagħna bħala Knisja Kattolika. U din it-tradizzjoni nafuha prinċipalment lill-fatt li l-Vanġelu ta’ Ġwanni huwa parti mill-Kanoni tal-Knisja. Jiġifieri ġie aċċettat mill-Knisja bħala wieħed mill-kotba tal-Ġdid Testment.

Bil-qawwa ta’ dan il-Vanġelu, flimkien mat-tagħlim tal-appostlu San Pawl, fil-komunità Nisranija, aħna nagħrfu ħafna ħidmiet diversi tal-Ispirtu. L-istess Spirtu Paraklitu li jmexxi u jiggwida lill-Magisteru uffiċjali tal-Knisja biex tkun il-kelliema tal-Fidi Nisranija, huwa l-istess Spirtu Paraklitu li jaħdem kollox f’kulħadd. Dan huwa

86 87

l-istess Spirtu Paraklitu li jinkarna u jgħix f’kull mgħammed u jmexxina lkoll fit-Triq tas-Sewwa u l-Verità. Fil-prattika, huma ħafna d-drabi li din il-verità toħloq tensjoni fil-komunità. Imma din hija l-istampa kollha tat-Tagħlim u t-Tradizzjoni tal-Knisja Kattolika. Ma naħsibx li hija ħaġa sewwa li biex inneħħu din it-tensjoni ngħixu biss biċċa verità bi skaptu tal-oħra. Insaħħu l-aspett Istituzzjonali u neqirdu s-sens tal-partiċipazzjoni tal-fidili kollha. Anki jekk tidher aktar komda, din żgur li mhix it-Triq tal-Ispirtu li inkarna f’kulħadd u jaħdem f’kulħadd. Tajjeb niftakru li l-eħfef qatt mhu l-aħjar. U biex niksbu l-aħjar irridu dejjem nagħrfu Kristu wieħed u dan imsallab.

86 87

Bħala konklużjoni rrid nerġa’ ninsisti dwar il-qawwa ta’ dan ir-raba’ Vanġelu fil-ħajja tal-fidi tagħna llum. Fl-esperjenza personali ta’ fidi, il-Vanġeli l-oħra kellmuni u għarrfuni min hu Ġesù. Imma l-Vanġelu ta’ Ġwanni kien l-aktar Vanġelu li wassalni niltaqa’ personalment ma’ Ġesù li jafni b’ismi. Għallimni nemmen u nafda lil Ġesù. Għallimni nħobb lil Ġesù f’relazzjoni personali. Għallimni nagħraf li ħadt il-ħajja ta’ iben il-Missier minn Ġesù. Għallimni mhux biss napprezza din il-ħajja ġdida li ksibt bil-magħmudija tal-Ispirtu imma għarrafni li nista’ u għandi mmantniha bl-Ewkaristija. Għallimni nagħraf ir-responsabbiltà li bl-Ispirtu tal-Verità li huwa inkarnat fija, jiena rrid inkun xhieda tal-Mulej Ġesù.

Jiena konvint li kieku llum bħala Knisja, nerġgħu niftħu l-Vanġelu ta’ Ġwanni u naqrawh fit-teknika u l-Ispirtu tiegħu, inkunu Knisja li tagħti aktar

8. Konklużjoni

88 89

xhieda tal-Imgħallem tagħha. Inkunu aktar dawl għad-dinja u melħ tal-art għax inkunu għarafna li d-dawl ġie fid-dinja biex idawwal lil kull bniedem fil-Għerf tal-Missier.

Minħabba li tlifna din l-insistenza tar-relazzjoni personali tad-dixxiplu ma’ Ġesù li tant jisħaq fuqha dan il-Vanġelu, nistgħu nidhru aktar Knisja istituzzjonalizzata. Nistgħu nkunu aktar preokkupati kif se nsalvaw l-istituzzjoni milli kif se nixhdu għall-imħabba tal-Imgħallem. Kif se nżommu l-liġi milli kif se ngħixu fil-Paraklitu.

Jiġu ħafna ġenituri fuqi jgħiduli li dejjem rabbew lil uliedhom mill-aħjar li setgħu anki fil-qadi tagħhom reliġjuż. Imma llum ma jridux jafu bi Knisja. Jgħiduli li għadhom jemmnu f’Ġesù u għadhom jitolbu wkoll. Filwaqt li lil dawn il-ġenituri qalbhom imnikkta, nurihom l-għafsa ta’ qalb min-naħa tiegħi wkoll, nagħmlilhom kuraġġ billi nfakkarhom meta ngħidilhom; “Jien id-dielja l-vera, intom il-friegħi. Il-ħajja tagħna hija minn Ġesù. L-aktar importanti hu li nkunu nafu lil Ġesù u li nħobbu lil Ġesù. L-aktar importanti hija r-relazzjoni personali tagħna ma’ Ġesù.’’

Relazzjoni li hija wkoll parti mit-tradizzjoni tagħna li ngħixuha fil-Liturġija u t-tagħlim tagħna. Din hija dik li qabel konna nsejħulha l-ħajja

88 89

spiritwali, li tfisser il-ħajja li l-Ispirtu ta’ Alla jsawwab u jsawwar fil-ħajja tagħna. Mingħajr din il-ħajja spiritwali, aħna ma nistgħux ngħixu l-Ispirtu tal-Ġdid Testment kollu. U nkunu wkoll qegħdin ninjoraw il-messaġġ ta’ wieħed mill-aktar kotba qawwija fost il-kitbiet kollha tal-Ġdid Testment. Il-Vanġelu li nkiteb ‘sabiex intom temmnu li Ġesù huwa l-Messija Bin Alla, u biex bit-twemmin tagħkom fih ikollkom il-ħajja f’ismu,’ 20:31.

90 91

Dan il-ktejjeb qed jigi f’idejk mingħajr l-ebda ħlas.Beħsiebna nippublikaw aktar bħalu.Jekk tixtieq tgħin finanzjarjament ibgħat l-offerta tiegħek lil:

Dr Joseph Tabone‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun,Ta’ l-Ibrag. Swieqi. SWQ 2080. Malta

Jekk tixtieq li xi persuna oħra tibda tirċievi din is-sensiela jew xi wieħed mill-kotba li kiteb Dun Ġorġ Dalli ibgħat email bl-indirizz: [email protected]

Kotba Oħrajn miktuba minn Dun Ġorġ Dalli:

1. “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għal Avvent.2. “Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal- mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi. 3. ‘Il-Bibbja kif issawret,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela “Il-Bibbja,” pubblikazzjoni ta’ l-Għaqda Biblika Maltija.

90 91

92

Dun Ġorġ Dalli twieled fl-20 ta’ April 1952 f’Ħal Qormi. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April 1979.

Wara esperjenza ta’ 7 snin ħidma manwali fi ċkunitu, ta’ 20 sena daħal is-seminarju u l-università minn fejn kiseb il-grad ta’ Masters fit-Teoloġija Pastorali bit-tezi ‘Ir-Relazzjoni bejn il-Kappillani u l-Lajċi.’

Dun Ġorġ serva f’diversi ministeri fil-knisja: Viċi Parroku fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan Ħal Qormi; Direttur tal-Istitut Kattoliku u Kappillan tal-Parroċċa ta’ l-Ibraġ.

Bħalissa Dun Ġorġ jagħti korsijiet mal-Għaqda Biblika Maltija u f’ħafna ċentri u gruppi madwar Malta; Direttur Spiritwali fl-iskola San Anton; jaħdem bħala saċerdot fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard speċjalment fil-qasam tal-familja. Hu mfittex ħafna għall-pellegrinaġġi mibnija fuq ħafna tagħlim bibliku, interess spiritwali, kulturali u edukattiv li jmexxi speċjalment dawk lejn l-Art Imqaddsa.

Kitbiet oħra tiegħu huma s-serje ‘Kelma u Xbiha’ li fiha diġa’ ppublika żewġ kotba: ‘Biex inħejjulu Triqatu,’ ktieb ta’ preparazzjoni għal Avvent u ‘Il-Fidi: Esperjenza Personali,’ ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi.; u l-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Bibbja’ bit-titlu, ‘Il-Bibbja kif issawret,’ pubblikazzjoni ta’ l-Għaqda Biblika Maltija.