awwissu 2020 - signumfideimalta · jitħallas lura bil-martirju! is-sultan, mill-banda l-oħra,...

66
AWWISSU 2020 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi Santu Wistin Isqof ta’ Ippona

Upload: others

Post on 28-Jan-2021

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • AWWISSU 2020

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

    Santu Wistin Isqof ta’ Ippona

  • SIGNUM FIDEI 1

    S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Il-Fehma tal-Papa għax-xahar ta’ Awwissu:

    Tema: Għal dawk li jaħdmu fuq il-baħar Nitolbu: Nitolbu għal dawk kollha li jaħdmu jew jaqilgħu l-għixien

    tagħhom mill-baħar, fosthom il-baħrin, is-sajjieda u l-familji tagħhom.

    Dati importanti għax-xahar ta’ AWWISSU: 4 ta’ Awwissu: Il-Festa ta’ San Ġwann Marija Vianney 6 ta’ Awwissu: Il-Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej 8 ta’ awwissu: San Duminku 10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, Levita u Martri 15 ta’ Awwissu: Il-Verġni Marija Mtellgħa s-Sema 22 ta’ Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina 28 ta’ Awwissu: Santa Monika 29 ta’ Awwissu: Santu Wistin Nota importanti: Din il-ħarġa t’Awwissu issa hija wkoll aċċessibbli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

    - AWWISSU 2020 -

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

    u ta’ Fidi

    NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH

    San Ġwann Battista de La Salle

    http://signumfideimalta.wordpress.com/

  • 2 SIGNUM FIDEI

    Is-Sibt, l-1 t’Awwissu San Alfons Marija de’ Liguori - isqof u duttur tal-knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġeremija 26: 11-16.24 Hu tassew il-Mulej li bagħatni għandkom biex insemmgħalkom f’widnejkom dawn il-ħwejjeġ kollha. 2. Salm 68: 15-16.30-31.33-34 O Alla, fil-kobor ta’ tjubitek weġibni. 3. Mattew 14: 1-12 Erodi bagħat jaqta’ ras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru jagħtu l-aħbar lil Ġesù. SAN ALFONS MARIJA DE’ LIGUORI (1696-1787) - isqof u duttur San Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb id-dottorat kemm fil-liġi ċivili kif ukoll dik ekkleżjastika mill-Università ta’

    Napli meta kellu biss sittax-il sena u pprattika ta’ avukat b’suċċess kbir sa tmien snin wara, meta abbanduna l-karriera, minħabba li bi żvista tilef kawża importanti li kien qed jiddefendi.

    Hu ddeċieda li jsir saċerdot u daħal mal-Oratorjani. Ordna saċerdot fl-1726, meta kellu qrib it-30 sena.

    Għal sentejn ħadem bħala missjunarju madwar Napli, għallem għal sena, u fl-1730, fuq stedina tal-Isqof Tumas Folcoia, mar f’Castellamare. Meta kien qed jagħti rtir f’kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa’ ma’ Swor Marija Celeste u għarrfitu b’viżjoni li kellha dwar twaqqif ta’ ordni reliġjuża ġdida - u li kienet taqbel ma’ viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f’Ruma.

    Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina. Alfons għalhekk, sena wara (1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha fil-viżjoni, u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.

    Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-twaqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-Kongregazjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi. Dawn huma ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati. L-ordni tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-kunsill ġenerali għażel lil Alfons bħala superjur.

    Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta’ ħajtu, San Alfons kellu vot li ma jaħlix mument żmien. Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u fl-irħula, iddedika ruħu għall-kitba.

    Irrifjuta li jsir isqof ta’ Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir isqof ta’ S. Agata dei Goti ħdejn Napli.

    Min-nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista’ tintrebaħ l-indulġenza tal-Porzjunkula bi żjara f’xi knisja parrokkjali jew f’xi knisja tal-Franġiskani. Biex wieħed jirbaħ l-indulġenza jrid jgħid il-Kredu u l-Missierna u jkun qerr u tqarben u talab għall-Papa.

  • SIGNUM FIDEI 3

    Huwa inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri, u d-djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u tal-injoranza.

    Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f’Nocera.

    Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta’ għajnejh, sofra ħafna minħabba l-ordni tiegħu. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ, il-lejl mudlam tar-ruħ. Imma mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta’ paċi u dawl mis-sema, u esperjenza viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.

    Miet Noċera fl-1 ta’ Awwissu 1787, ta’ 91 sena. Kien ikkanonizzat fl-1839 u ddikjarat duttur tal-knisja fl-1871, minn Piju IX.

    Riflessjoni: Fil-Vanġelu tal-lum hemm kunflitt bejn il-poter politiku u dak spiritwali/morali. L-ewwel waħda hija rrappreżentata minn Erodi, u tal-aħħar minn Ġwanni l-Battista. Għalkemm Erodi jidher li hu qawwi u Ġwanni bla ħila, ir-realtà hi mod ieħor! Ġwanni, b’saħħtu bil-kuraġġ u l-verità, jaffronta lis-sultan għall-ħajja immorali tiegħu u jitħallas lura bil-martirju! Is-sultan, mill-banda l-oħra, taħt il-pressjoni ta’ bint ħuh, qatel lil Ġwanni. Persuni dgħajfin bħal Erodi jistgħu jiġu mmanipulati faċilment mill-ħżiena biex iħossu il-kuxjenza tagħhom nadifa. Waqt li Erodi huwa lest li jissagrifika persuna umana u onesta minflok ma jieqaf għall-verità, Ġwanni huwa lest li jmut għall-verità. Kif nifforma l-kuxjenza tiegħi biex inkun b’saħħti f'nofs sitwazzjonijiet kuntrastanti? My Daily Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, silta mill-1 punt Because the purpose of the sojourn of Jesus Christ on earth was for the sanctification of all people, it also seems that the purpose the Savior had in choosing Saint John the Baptist as his prophet and precursor was to bring about the destruction of sin. In this sense the saint came to prepare the way for Jesus Christ. Because we cannot be sanctified except after sin has been destroyed through sorrow for it and through penance, that is what Saint John the Baptist did. To enable him to do this as much for himself as for others and to fulfill in this his ministry more effectively and solidly, Jesus Christ began by visiting him before his birth, while Jesus was still in his holy mother’s womb. He delivered John from original sin, something which can only be accomplished by the unaided grace of Jesus Christ, without any action by the one afflicted with this sin. Jesus Christ wanted Saint John to come into this world free from sin, so that he might be able all the more easily to destroy it in those for whose conversion he would labor.

  • 4 SIGNUM FIDEI

    TALBA ulej, fis-skiet ta’ din l-għodwa li qed titwieled, ġejt nitolbok il-PAĊI, l-GĦERF u l-QAWWA. Illum irrid inħares lejn id-dinja, b’għajnejn kollha mimlijin IMĦABBA, li nuri sentiment

    ta’ paċenzja, mogħdrija u ħlewwa. Għinni nara lil hinn minn dak li jidher lil uliedek, bħalma tħares lejhom INT u b’hekk nagħraf biss dak it-tajjeb u s-sabiħ li hemm fihom. Soddli widnejja għall-qlajjiet kollha li jgħidu fuqi, żommli lsieni mill-kliem li jagħmlu ħsara lill-proxxmu tiegħi. Nebbaħni biex fil-menti tiegħi ma jgħammar l-ebda ħsieb u xewqa ħlief dak li ngħid, Ikun imbierek Alla fil-bnedmin kollha. Għinni biex inkun tant lest biex ngħin, u kuntent li dawk kollha li jiltaqgħu miegħi llum jħossu l-PREŻENZA tiegħek. Libbisni b’dik id-dehra sabiħa tiegħek Mulej, u li matul dan il-jum jien NIRRIVELAK ma’ kulħadd.

    Bro. Louis

    Matul Awwissu għid din it-talba ta’ filgħodu kuljum. Missierna ...

    Il-Ħadd, it-2 t’Awwissu It-18-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 55: 1-3 Isimgħu minni u tieklu tajjeb. 2. Salm 144: 8,9,15-18 Mulej, inti ttaffi x-xewqat tagħna. 3. Rumani 8: 35,37-39 Xejn ma jista’ jifridna mill-imħabba ta’ Alla fi Kristu

    Ġesù Sidna. 4. Mattew 14: 13-21 Kulħadd kiel u xeba’.

    M

  • SIGNUM FIDEI 5

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    M’hemmx studjuż tal-Bibbja li ma jinnutax is-suċċess kbir ta’ dan il-miraklu. Fil-fatt huwa l-feneomenu li hu l-iktar irrakkuntat fil-vanġeli, dak li l-iktar qanqal entużjażmu fl-opinjoni pubblika ta’ dak iż-żmien, dak li l-iktar impressjona u baqa’ jissemma’ saħansitra iktar mill-qawmien mill-mewt ta’ Lazzru. Min jistagħġeb daqshekk bilfors ikun nesa x’kien ifisser il-ħobż għall-foqra! Qegħdin nitkellmu fil-passat għax lilna, in-nies tal-lum, ġratilna d-diżgrazzja li aħna mxebbgħin; ngħid disgrazzja għax illum it-tfal quddiem l-ikel minflok “jekk jogħġbok” u “grazzi”, jgħidu “jaqq”. Meta naraw li l-ikel sar problema għal min jiekol iżżejjed, tant li ma dan id-don t’Alla, sar għandu konflitt flok gratitudni. Għan-nanniet tagħna kien sagrileġġ tarmi l-ħobż, illum mhux biss narmu l-ħobż imma li jkun hemm fih ukoll.

    Għalhekk bir-raġun naħseb li kieku Ġesù kellu jirrepeti l-miraklu llum, kien ikun hemm min jgħid li qiegħed jhedded is-saħħa tan-nies. Iżda għal terz tan-nies tad-dinja, li għalihom il-kelma ħobż għada tfisser il-ħajja u mhux il-biża’ li jeħxienu; li għalihom li jieklu ħafna hija festa u mhux xi ħaġa tal-biża’; li għalihom l-ikel hu sinjal tal-providenza ta’ Alla, tal-imħabba tiegħu għal uliedu, għax kif ifakkarna Bernanos, l-ifqar fosthom li, jieklu minn idejh.

    Aħna li żaqqna mimlija, ulied il-kumditajiet, li fid-doni t’Alla ma tantx nemmnu, għax kull ħaġa saret kwistjoni ta’ dritt, nimtlew bir-rabja quddiem l-iskandlu tal-ġuħ u norganizzaw manifestazzjonijiet u kunċerti biex nuru s-solidarjetà ma’ dawk li huma sfruttati u nipprotestaw kontra dawk li jisfruttawhom. Illum propju lilna Ġesù jfakkarna li l-ħobż hu don li nitolbuh lil Alla b’rikonoxximent, nimmeritawh bix-xogħol ta’ jdejna, nikkunsmawh bil-galbu u naqsmuh b’ġenerożità kif tfakkarna t-talba tal-Missierna.

    Meta jkattar il-ħobż, Ġesù jikkonferma li Alla ħanin, jara l-ġuħ u l-miżerja ta’ wliedu qabilna u aħjar minna, u tiġih ħniena kbira: imma jfakkarna wkoll li dan il-miraklu Alla ma jistax jagħmlu mingħajrna: “agħtuhom intom x’jieklu” (Mt. 14:16) jgħidilhom Ġesù u jgħaqqadhom miegħu fil-miraklu. Għalhekk jekk minn naħa waħda l-Mulej jistedinna biex ma nġibux skuża mill-iskarzezza tal-ħobż u l-ħut biex ma naqsmux ma’ ħutna fil-bżonn, min-naħa l-oħra jwissina li l-ħobż jibqa’ don t’Alla anke għal din is-soċjetà li m’għadhiex taf kemm hemm tbatija biex takkwistah.

    Mhux biss, anke jekk il-vanġelu tal-lum jinqara bl-għaġla, anke min ma jkunx attent jinnota tixbieħa ċara mal-Ewkaristija: “ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli...” (Mt. 14:19) Fi żmien bħal tagħna, fejn hu permess li tifred il-bżonn tal-ġisem minn dak tar-ruħ u ma jsirx kollegament tal-ħobż mal-ħajja, din tidher xi ħaġa purament klerikali. Imma mhux hekk, b’dan il-miraklu Alla jippermettilna li ma jħallix li jonqosna l-ħobż li jaqtgħalna l-ġuħ, jekk nafdaw fih u nkunu nafu naqsmuh ma’ min hu fil-bżonn, imma jfakkarna li fina hemm ġuh li ebda ħobż ma jista’ jaqta’, ħlief Hu stess, li għalhekk jingħata f’ikel fl-Ewkaristija (kelma li tfisser ringrazzjament) ikel li joħloq komunjoni (kelma li tfakkarna fil-qsim).

  • 6 SIGNUM FIDEI

    Kif nistagħġbu allura li l-bniedem tal-lum, li tant mhux kapaċi jkun rikonoxxenti għad-don tal-ħobż u jaqsmu ma’ ħutu, ma jafx x’jaqbad jagħmel bl-Ewkaristija?

    Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 20, it-3 punt After we have abandoned ourselves to God…, it usually happens that God makes us experience very extraordinary effects of his goodness and protection, as he shows us in the Gospel today: after he multiplied the five loaves and the two fishes offered to him and five thousand people—not counting the little children—had eaten their fill, there still remained a large quantity. Be assured, then, that once you have placed yourself in God’s hands, willing to suffer whatever and as much as he may desire, although he still leaves you in sorrow, he will help you by his grace to endure this trial, perhaps in a way that is not obvious, or else he will deliver you from it by surprising means and at a time when you least expect it. This is what David assures us he experienced in his own difficulties, when he says: I waited on the Lord with great patience, and finally he heard me; he granted my prayers and withdrew me from the depths of misery and from the deep pit. He set my foot upon a rock and guided my steps. Many people, on seeing this marvel, have learned to revere God and to place all their confidence in him.

    TALBA

    L-Ewkaristija Mulej, hija l-għajn li ssaqqi u twarrad il-fidi tagħna.

    L-Ewkaristija li nilqgħu fi qlubna hija l-ikel li jagħtina s-saħħa għal ruħna.

    Alla tal-ħajja, Alla tal-verità,

    Alla tal-Imħabba. Agħmel Mulej li ma nonqsu qatt li nżommu rwieħna disposti

    li nmantnu ruħna b’dan l-ikel. Ammen.

    Anonimu

    Missierna …

    Nitolbu għal Bro. Francis Muscat (1987) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...

  • SIGNUM FIDEI 7

    It-Tnejn, it-3 t’Awwissu Santa Lidja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 11. Ġeremija 28:1-17 Ħananija, ma kienx il-Mulej li bagħtek, imma int

    ġgħelt lil dan il-poplu jittama f’gidba. 2, Salm 118: 29.43.79.80.95.102 Għallimni, Mulej il-kmandamenti tiegħek 3. Mattew 14: 22-36 Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma. SANTA LIDJA (l-1 seklu) Din il-qaddisa tissemma fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli (Kap. 16, v. 14-15). Kienet

    minn Tijatira, post fil-provinċja Rumana tal-Asja, imsemmi ħafna għaż-żebgħa tad-drapp bil-porpra (lewn aħmar). Kienet tgħix fil-belt ta’ Filippi tinnegozja f’dan id-drapp meta San Pawl wasal l-ewwel darba f’din il-belt għall-ħabta tas-sena 55.

    L-Atti jgħidulna li Lidja “kienet tqim lil Alla”, espressjoni li tfisser konvertita għar-reliġjon Lhudija. Darba, f’jum is-Sibt, San Pawl mar jipprietka f’dar fejn kienu jiltaqgħu jitolbu. “Lidja kienet tisma’, il-Mulej fetħilha moħħha biex tixrob kull ma kien jgħid Pawlu. U tgħammdet hi u darha.”

    Hekk kienet l-ewwel mara li saret Nisranija fl-Ewropa. Jidher li Lidja kienet mara għanja, u għalhekk talbet, anzi insistiet, biex Pawlu u sħabu, Silas u Luqa, jidħlu joqogħdu għandha tul il-waqfa tagħhom fil-Filippi.

    Fil-Filippi, lil Pawlu u ’l Silas, wara li ċarrtulhom ilbieshom u sawtuhom bl-oħtra (bsaten), tefgħuhom il-ħabs, mnejn ġew meħlusin minħabba li kienu ċittadini Rumani, bil-patt li jitilqu minn hemm.

    Qabel telaq minn Filippi, Pawlu mar mill-ġdid għand Lidja jsellem lill-Insara tal-post u jħeġġiġhom iżommu sħiħ fil-fidi (Atti 16, 11).

    Barra minn dan it-tagħrif li nsibu fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli dwar Santa Lidja, ma nafu xejn aktar fuqha. Hi patruna ta’ dawk li jiżbgħu d-drappijiet.

    Riflessjoni: Mattew jippreżentanha tliet vjaġġi fil-Vanġelu tal-lum. L-ewwel vjaġġ hu dak ta’ Ġesù mill-muntanja għall-baħar. Minflok baqa’ hemm u ngħalaq għalih innifsu jitlob, Ġesù mal-ewwel mar biex jeħles lill-appostli mill-periklu. Fit-tieni vjaġġ naraw lill-appostli jgħajjtu bil-biża’ meta jaraw lil Ġesù għax jaħsbu li hu fantażma, iżda mbagħad jistqarru li Ġesù hu Iben Alla. Pietru, miexi fuq wiċċ il-baħar, kif ma jibqax jafda fil-Mulej, jitwerwer kif jara dawk il-ħalel kbar, u jibda nieżel. Għalhekk it-tielet vjaġġ, mixja, hi dik ta’ Pietru minn ilmijiet għarqa għas-sigurtà tad-dgħajsa, b’fiduċja f’Ġesù. Dan hi l-mixja ta’ fidi tal-appostli, mil-biża’ għal stagħġib, imbagħad għal fidi qawwija. Minn dawn it-tliet kategoriji ta’ nies, ma’ min nista’ nqabbel lili nnifsi?

    My Daily Gospel, 2020.

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7, silta mill-1 punt What an admirable lesson for all those responsible for teaching Christian truth to others! Jesus Christ made himself ready by submission and obedience to carry out the great task of the redemption and conversion of souls, because he knew that nothing can ensure the success of this mission more certainly and more effectively than preparing himself for it by a long practice of a humble and submissive life. This is why, in the early Church, especially in the East, it was customary to choose as bishops people who had lived for a long time under obedience. You whom God has called to a ministry that requires you to labor for the salvation of souls must prepare by the practice of obedience over a long period of time to be worthy of so holy a role and to be able to achieve great good in your exercise of it. The more faithful you are to the grace of Jesus Christ, who wishes to see you become perfect in this virtue of obedience; the more will God bless your efforts, because whoever obeys his superior obeys God.

    TALBA

    Mulej Ġesù! Tant insibha diffiċli li nimxi warajk, u nippersevera bil-fedeltà kollha!

    U Inti tgħidli: ‘intefa’ b’salt wieħed, u ntelaq f’dirgħajja,

    u tiskopri kemm Alla jħobbok! U inti tiskopri lilek innifsek

    mħeġġeġ bi mħabba kbira!’ Meta tasal f’dan l-istadju,

    inti tkun għaddejt mill-bieb li hu JIEN, u jien inkun warajk.

    Bro. Louis Camilleri Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 9

    It-Tlieta, l-4 t’Awwissu San Ġwann Marija Vianney - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 30: 1,2,12-15,18-22 Għax kibru ħtijietek jien ġibt dan fuqek. Araw,

    inbiddel ix-xorti ta’ tined Ġakobb. 2. Salm 101:16-23,29 Il-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ

    tiegħu. 3. Mattew 15: 1,2,10-14 Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis- smewwiet tinqala’ SAN ĠWANN M. VIANNEY (1786-1859) - saċerdot Ġwann Marija kien ir-raba’ fost sitt ulied ta’ familja ta’ bdiewa, f’Dardilly, fi

    Franza. Kien jirgħa l-merħla ta’ missieru u attenda ftit xhur biss skola fi tfulitu. Ta’ 18-il sena beda jieħu lezzjonijiet privati għand kappillan ta’ parroċċa qrib, biex jidħol is-Seminarju.

    Billi ma kienx jaf bil-Latin biżżejjed, ma tħalliex ikompli l-kors fis-Seminarju Maġġuri, iżda s-surmast antik tiegħu tah kors privat fit-Teoloġija b’manwal bil-Franċiż. Ta’ 23 sena (1809) kien maqbud suldat bil-lieva, imma ħarab.

    Seta’ jmur lura d-dar meta Napuljun ta amnestija lil dawk kollha li ħarbu fl-1810. Is-sena ta’ wara rċieva t-tonsura u mar is-Seminarju f’Lyons fl-1813. Minkejja bosta diffikultajiet, huwa ġie ordnat saċerdot ta’ 29 sena u f’inqas minn tliet snin intbagħat f’Ars, raħal b’230 ruħ xi 40km fit-tramuntana ta’ Lyons.

    Is-superjuri tiegħu billi kienu jafu kemm moħħu ma jtihx, bagħtuh f’Ars għax qalu li hemm żgur ma setax jagħmel ħsara.

    F’dan il-post, il-knisja kienu jmorru xi ftit nisa xjuħ, in-nies kienu jaħdmu nhar ta’ Ħadd, jiskru u jħobbu jiżfnu. Wara għaxar snin, dan ir-raħal inbidel, saru konverżjonijiet u fejqan tal-għaġeb. Il-kurat kien iħabbar il-ġejjieni u jaqra l-qlub tan-nies.

    Huwa kien jitlob, isum u jqarar ħafna – kien jgħaddi minn 16 sa 18-il siegħa fil-konfessjonarju. Qaddisin u midinbin kienu jmorru għandu għall-pariri. Kien jorqod biss xi tlieta jew erba’ sigħat. Kienu jiġu għall-pariri tiegħu bosta u bosta nies minn kull naħa ta’ Franza, tant li l-gvern kellu jwassal il-linji tal-ferrovija sa hemm.

    Minkejja li kien miżmum b’qaddis minn ħafna, kien hemm oħrajn li kienu jippruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt minħabba n-nuqqas ta’ għerf tiegħu. Għal 30 sena kien ukoll immolestat spiss minn attakki tax-xitan li żgur ma kienx jaħmel jara dawk il-konverżjonijiet kollha jsiru f’riġlejn il-qaddis.

    Kien miġbud ħafna għall-ħajja iebsa tal-Kartużjani, u tliet darbiet ittanta jaħrab mill-parroċċa biex imur magħhom. Irrifjuta l-unuri kollha li riedu jagħtuh fl-aħħar snin ta’ ħajtu.

  • 10 SIGNUM FIDEI

    Meta ġabulu l-vjatku qal: “Kemm hija ħaġa ta’ niket li titqarben għall-aħħar darba!” San Ġwann M. Vianney miet fl-4 ta’ Awwissu 1859, ta’ 73 sena. Piju XI fl-1925 ddikjarah qaddis, u erba’ snin wara ħatru patrun tal-kappillani.

    Riflessjoni: Aħna l-bnedmin aħna hekk imsejkna u hekk miġbuda lejn il-ħwejjeġ ta' din l-art, illi min minna ma jagħrafx li għandu fih xi rahan tal-ħwejjeġ tas-sema, isibha bi tqila biex jistmell il-ħwejjeġ ta' hawn u jiċċaħħad minnhom. Huwa permezz ta' dawn id-doni li l-Mulej jagħtina dik il-qawwa li nkunu tlifna minħabba dnubietna. U min ma għandux xi rahan tal-imħabba li biha Alla jħobbu, kif ukoll fidi tassew ħajja, ma tantx jista' jasal biex jixtieq li jkun immaqdar u miżmum ħażin minn kulħadd, jew li jikseb il-virtù ta' min hu perfett. U dan jiġri, għax aħna l-bnedmin hekk magħġuna fl-għama tagħna li niġru biss wara dak li jkun quddiemna. Għalhekk iridu jkunu dawn id-doni li jqajmu u jsaħħu fina l-fidi. Santa Tereża ta’ Ġesù Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.52, silta mit-3 punt A person does not fall all of a sudden into such a detestable crime, but if he does commit one, it is only after he has, little by little, closed his heart firmly against grace by keeping it shut to those whom God has commissioned to lead him to heaven. Such a heart is blinded and does not know the path that leads to God, unless someone shows the way. Woe, then, to those who guide themselves, because they are not capable of sustaining themselves! If they fall, they will have no one to help them rise.

    TALBA (Salm 8)

    Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

    Int qgħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Int, li s-sebħ tiegħek jgħannuh fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib.

    Int, li bnejt sur kontra l-għedewwa biex iġġib fix-xejn l-għadu.

    Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li inti qgħedt fihom!

    X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, Bin il-bniedem, biex taħseb fih?

    Ftit inqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu,

    qgħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! Kollox taħt riġlejh qgħedtlu,

    in-nagħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri; l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,

    dak kollu li jterraq fil-baħar. Mulej sid tagħna,

    kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 11

    L-Erbgħa, il-5 t’Awwissu Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ S. Marija Maggiore f’Ruma.

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġeremija 31: 1-7 Bi mħabba ta’ dejjem ħabbejtek. 2. Salm - Ġeremija 31:10-13 Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu. 3. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira! Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka ta’ Santa Marija Maggiore f’Ruma. Il-festa tal-lum bdieha Sistu III (432-440) u għall-ewwel kienet waħda lokali,

    sakemm fl-1586 iddaħħlet fil-Kalendarju Ruman. Hemm leġġenda qadima popolari li tgħid li fi żmien il-Papa Liberju fis-seklu 4

    il-Madonna dehret lil wieħed patrizju (nobbli) jismu Ġwanni u talbitu li tinbena knisja ddedikata lilha fuq il-post li kellha turih hi, permezz ta’ nżul ta’ silġ fi żmien mhux soltu peress li fis-sajf, bejn il-lejl tal-5 u s-6 ta’ Awwissu.

    Minn hawn ġej li l-festa tal-lum popolarment tissejjaħ ukoll il-Madonna tas-Silġ.

    Sa mis-seklu 7 din il-knisja bdiet tissejjaħ Sancta Maria ad Praesepe billi jingħad li fiha kien hemm il-maxtura li fiha twieled Ġesù f’Betlem.

    Il-Konċilju ta’ Efesu fis-sena 431 wettaq it-tagħlim li Marija hi tabilħaqq Omm Alla (Theotokos). Biex ifakkar din l-okkażjoni, il-Papa Sistu III xi erba’ snin wara (madwar is-sena 435) rrestawra l-bażilka Liberjana antika u ddedikaha lil Marija Omm Alla.

    Il-bażilka ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma hi hija l-akbar knisja fid-dinja ddedikata lil Marija Santissma. Hija wkoll waħda mill-erba’ knejjes patrijarkali li fihom il-Papa jmur jiċċelebra f’xi okkażjonijiet speċjali, u li fihom hemm altar, riservat għalih biss.

    It-tliet bażiliċi l-oħra huma San Pietro fil-Vatikan, San Ġwann Lateran u San Paolo Fuori le Mura.

    Riflessjoni: Il-fidi ttina direzzjoni ċara f’ħajjitna. Jekk inti trid tmur post partikulari tieħu ċerta karozza u mhux oħra. L-istess għal student: meta jidħol l-Università jrid ikun ċar f’moħħu x’degree jrid jakkwista wara kors ta’ erba’ snin jew iktar. Inkella jaħli żmien prezzjuż u fl-aħħar jispiċċa b’idu f’idu. Inti għandek idea ċara fejn inti sejjer, jew miexi bla direzzjoni? Taf xi trid minn ħajtek, jew tagħmel bħall-mogħoż, timxi wara ħaddieħor li hu stess ma jafx fejn hu sejjer? Il-ħarsa tagħna lejn is-sema tista’ tgħinna mhux ftit, waqt it-tentazzjonijiet, jew meta l-liġi t’Alla tidher iebsa wisq. Allaħares nitilfu l-karozza finali li għandha twassalna lejn il-veru pajjiżna, fi ħdan it-Trinità qaddisa li ħalqitna għaliha, għax minflok, insibu ruħna fl-“għajb u l-istmerrija għal dejjem”.

    Fr. Harry Formosa, “Sibt ’l Alla fid-deżert”

  • 12 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, l-1 punt We are not in a position to offer temporal gifts to the Most Blessed Virgin, for we have renounced the world and left all to consecrate ourselves to the service of God. All she asks of us, the reason why the Church seems to have instituted this feast today to honor the holy Mother of God, is to encourage us to have a very special devotion to her and to procure it for those whose guidance God has entrusted to us. The Church calls your attention to the great grace she gave on this day to these two people who were so eager to promote her honor, which was that she willed that they be remembered in the Church and that what they did to honor her, and what she did in their favor, be proclaimed until the end of time by all the faithful. Let us be convinced that everything we do to honor the Most Blessed Virgin or to cause her to be honored will be very richly rewarded by God through her. Let us always acknowledge her as our good Mother, for Jesus Christ gave her as such to all those who would be devoted to her. He did this in the person of Saint John, when, at the point of death, he said to him, My Son, behold your Mother.

    TALBA

    Mulej għinni biex inkun mimli bil-fidi matul ħajti, kuljum.

    Agħmel li din il-fidi ssir “iż-żerriegħa tal-mustarda” jekk din tkun biżżejjed biex

    taqla’ siġra li nkun nista’ neħodha ġol-baħar.

    Iva Mulej, nemmen li dan jista’ jsir.

    Imma li din il-ħaġa nagħmilha ta’ kuljum,

    insibha iebsa u diffiċli biex inwettaq il-kmandamenti tiegħek.

    Nitolbok Mulej, ħallini nintelaq fuq spallejk

    f’din it-taqbida kontra dawk l-atteġġjamenti negattivi

    li jinsabu ġo fija. Grazzi Mulej!

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 13

    Il-Ħamis, is-6 t’Awwissu It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Danjel 7, 9-10.13-14 Ilbiesu abjad silġ. jew

    2. Pietru 1, 16-19 Smajna dan il-leħen ġej mis-sema.

    3. Salm 96, 1-2.5-6.9 Il-Mulej isaltan, hu ’l fuq mill-art kollha.

    4. Mark 9, 2-10 Dan hu ibni: isimgħu lilu.

    IL-FESTA TAT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ Meta Ġesù kien fil-Galilija, xi sena qabel ma ġarrab il-passjoni, huwa wera l-

    glorja tiegħu lit-tliet appostli maħbubin tiegħu, Pietru u ż-żewġ aħwa Ġwanni u Ġakbu. Tradizzjoni qadima tgħid li din it-trasfigurazzjoni seħħet fuq il-muntanja Tabor.

    Ir-rakkont jagħtuhulna l-ewwel tliet evanġelji, Mattew, Mark u Luqa. Huma jgħidulna kif il-wiċċ ta’ Ġesù sar jiddi bħax-xemx u lbiesu bojod bħas-silġ. Dehru wkoll miegħu Mosè u Elija li tkellmu miegħu fuq dak li kellu jġarrab f’Ġerusalemm. Għal dehra bħal din l-appostli baqgħu mistagħġbin u Pietru qal lil Ġesù: “Kemm hu tajjeb għalina li qegħdin hawn!” u ppropona li jibnu tliet tined, waħda għal Ġesù, u l-oħrajn għal Mosè u Elija. Imma, waqt li kien qed jitkellem, sħaba kollha dija għattiethom, u minnha nstema’ leħen: “Dan hu Ibni l-maħbub li fih insib l-għaxqa tiegħi. Lilu isimgħu.”

    L-appostli waqgħu wiċċhom fl-art bil-biża’, imma Ġesù messhom u qalilhom biex iqumu. Meta qamu d-dehra kienet intemmet, u Ġesù reġa’ deher kif kien jidher qabel. It-trasfigurazzjoni setgħet ġrat f’xi wieħed mill-iljieli li Ġesù għadda fit-talb.

    Din kienet dehra minn qabel tal-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù u l-Vanġeli jgħaqqdu ż-żewġ ġrajjiet meta jgħidulna li Mosè u Elija tkellmu ma’ Ġesù fuq il-passjoni tiegħu u li d-dixxipli kienu ordnati minn Ġesù biex ma jgħidu xejn minn dak li raw ħlief wara l-qawmien mill-mewt tiegħu. Ix-xena żgur għenet lill-appostli biex jaċċettaw lil Ġesù bħala l-mibgħut tal-Missier minkejja li aktar tard jarawh umiljat u msallab.

    Il-festa tat-trasfigurazzjoni ilha tiġi ċċelebrata b’solennità kbira fil-Lvant sa mis-seklu sitta. Kienet iċċelebrata wkoll f’xi nħawi fil-Punent fil-medjuevu, sakemm ġiet estiża għall-knisja kollha fl-1457 minn Kallistu III biex tfakkar ir-rebħa tal-Insara fuq it-Torok f’Belgrade s-sena ta’ qabel.

    F’Malta, il-parroċċa ta’ Ħal Lija hija ddedikata lit-trasfigurazzjoni li fostna nsejħulha l-Festa tas-Salvatur.

    Riflessjoni: Dan il-Vanġelu tat-Trasfigurazzjoni, inkwadrat bejn taħbiriet tal-passjoni u tal-qawmien li jintisġu flimkien, irid ifakkar li Kristu hu gglorifikat mhux wara mewtu iżda fuq is-salib stess. Fil-passat, kull patri ikonografu kien jibda l-“arti divina” tiegħu billi

  • 14 SIGNUM FIDEI

    l-ewwel ipitter l-ikona tat-Trasfigurazzjoni. Diffiċli għalina, bħal ma kien għall-appostli, li nifhmu l-paradoss ta’ “glorja u salib”. Tiġini f’moħħi l-ikona li hemm fil-mużew tal-arti Tretjakov f’Moska. Fin-naħa ta’ fuq hemm Kristu fuq it-Tabor wieqaf fil-glorja tiegħu, li qiegħed jifforma ċ-ċirku perfett tal-ħajja l-oħra, waqt li mill-quċċata tal-muntanja jidhru qed jaħarbu t-tliet xhieda, imwerwrin bid-dehra li tgħammex. Fil-mixja tagħna lejn Ġerusalemm – mixja li tifliġna – hu f’wiċċ il-Mulej li nifhmu s-sinifikat tal-ġrajja tagħna, li niskopru s-sinifikat tas-salib li jinġarr fuq l-eżempju tiegħu. Għalina li ngħixu fil-lejl mingħajr ma aħna tal-lejl (ara 1 Tess. 5: 5-8), it-Trasfigurazzjoni ta’ Kristu tibqa’ l-fuklar minn fejn nieħdu d-dawl tagħna.

    Il-Kardinal Roger Etchegaray, ‘Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar’

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, it-2 punt Although the purpose that the Son of God set before himself on coming into this world was to suffer for us, he willed to show for a short time, as it were in passing, some rays of his glory to three of his Apostles. With this in view, he led them to a solitary place on a high mountain. There he first gave himself to prayer and, while praying, was transfigured in their presence. His face became as bright as the sun, his garments all shining with light and as white as snow. Saint Peter, who was present at this mystery, when giving testimony to what he had seen, says, We ourselves were witnesses of the majesty of Jesus Christ, for he received from God the Father a testimonial to his honor and glory when we were together with him on the holy mountain. Moses and Elias also were there and joined with him to do him homage. Because Jesus Christ always possessed this glory within himself, when he was transfigured, the change that appeared in him was only external. It is not the same with us. The change that must take place in us is interior; we must be entirely transformed by the light and the fulness of grace and by the possession of the Spirit of God. If there were to follow, later on, some change in our exterior, this would come about only as an overflowing of the happiness that we enjoy in the depths of our soul, because we will then be taken up with God alone and with what we must do for love of him.

    TALBA

    Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien fil-bidu, issa u dejjem u jibqa għal dejjem ta’ dejjem.

    Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 15

    It-Tlieta, is-7 t’Awwissu San Sistu II - Papa u sħabu - martri

    San Gejtanu - presbiteru San Albertu ta’ Trapani - presbiteru

    Il-Beatu Agatanġlu u l-Beatu Kassjan - presbiteri martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Naħum 2: 1.3; 3, 1-3.6-7 Ħażin għal belt id-dmija. 2. Salm - Dewteronomju 32, 35ċd-36ab.39abċd.41 Il-Mulej imewwet u l-Mulej jaħji. 3. Mattew 16: 24-28 Xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? SAN GEJTANU TA’ THIENE (1480-1547) - saċerdot Dan il-qaddis twieled f’Viċenza u kien iben il-konti Venezjan Kaspar ta’ Thiene

    u Marija di Porto. Ta’ sentejn tilef lil missieru waqt il-ġlieda tal-Venezjani kontra r-Re Ferdinandu ta’ Napli. Rabbietu f’għożża kbira ommu. Studja fl-Università ta’ Padova u ħa d-dottorat fil-liġi ċivili u kanonika.

    Sar senatur f’Viċenza u fl-1506 mar Ruma, serva fl-amministrazzjoni taħt il-Papa Ġulju II bħala protonotarju. F’Ruma huwa reġa’ ta l-ħajja lill-konfraternità tal-Imħabba Divina, magħmula minn qassisin devoti.

    Mal-mewt ta’ Ġulju II fl-1513, irriżenja minn protonotarju u beda jaħseb bis-serjetà fuq il-ħajja spiritwali. Huwa sar qassis fl-1516 ta’ 36 sena, u rritorna f’Viċenza. Hemmhekk ingħaqad mal-Oratorju ta’ San Ġlormu, ħadem mal-fqar u l-morda, speċjalment l-inkurabbli, u waqqaf oratorju simili f’Verona.

    Fl-1520 mar Venezja, fejn kompla l-ħidma tiegħu ma’ persuni fil-bżonn. Mar mill-ġdid Ruma fl-1523 u ma’ tliet qassisin oħra, fosthom Ġwann Pietru Caraffa (li aktar tard sar Papa Pawlu IV) beda l-Kjeriċi Regolari Teatini, li kienu jwettqu l-ministeru iżda kienu marbutin bil-voti reliġjużi solenni u ddedikati għal grad għoli ta’ axxetiżmu u ministeru pastorali.

    Huma kienu jirrifjutaw benefiċċji u bla ma jittallbu, kienu jiddependu fuq id-donazzjonijiet volontarji li l-providenza t’Alla kienet tibgħat. Il-motto fuq l-arma tagħhom kien: “Fittxu l-ewwel is-saltna t’Alla.” Fost il-prattiċi piji li tradizzjonalment ġew imxerrda mill-Kjeriċi Regolari nsibu l-“att erojku” li bih wieħed iċedi mhux biss il-valur satisfatorju tal-opri tajba li jwettaq f’ħajtu iżda wkoll is-suffraġji, favur l-erwieħ tal-Purgatorju.

    San Gejtanu, flimkien mal-Beatu Ġwanni Marinoni, waqqaf il-montes pietatis biex jgħin fis-self għall-foqra u jikkumbatti l-użura.

    Miet f’Napli fis-7 ta’ Awwissu 1547 u kien ikkanonizzat fl-1671. Gejtanu kien wieħed mir-riformaturi kbar Kattoliċi u ħafna mir-riformi li wettaq il-Konċilju ta’ Trentu kienu antiċipati minn San Gejtanu u mqegħdin fil-prattika minnu ħafna qabel ma tlaqqa’ l-konċilju.

    Waħda miż-żewġ parroċċi tal-Ħamrun hija ddedikata lill-“Qaddis tal-Providenza”, San Gejtanu Thiene.

  • 16 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Il-Feddej, f'aktar minn okkażjoni waħda u minn aspetti diversi, tkellem fuq is-salib. Meta pprietka fuq il-passjoni u l-mewt tiegħu, huwa kellu ċar quddiem għajnejh l-injam tal-istrument tat-tortura li kellu jtemmlu ħajtu. Iżda s-salib kien simbolu tat-tbatija kollha marbuta miegħu meta qal: “Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux jissejjaħ dixxiplu tiegħi,” jew, “Min irid jiġi warajja għandu jiċħad lilu nnifsu, jaqbad salibu u jimxi warajja”. Is-salib hu diffiċli, imur kontra n-natura, hekk li min jerfgħu, ikun qisu qabad it-triq tal-mewt. U dan il-piż, id-dixxiplu ta' Ġesù jrid jitqanna bih fuq spalltu kuljum. Santa. Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein)

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 153, l-1 punt What Holy Scripture tells us about the ancient Patriarchs can also be said of Saint Cajetan, namely, that his days were full and that he died full of days,for as soon as he had received Holy Orders, he devoted himself to procure the salvation of souls in such a way that the day and the night did not seem enough for him to do his work, so ardent and so all embracing was his zeal for his neighbour. He spent all day administering the sacraments, visiting and encouraging the sick, and in other acts of piety; then he spent nearly all night in penance, study, and prayer. In this way what he did at night helped him to prepare for what he had to do during the day. Because you are obliged to work for the salvation of your neighbor, bring to the exercise of your work the same preparation that Saint Cajetan brought in order to fulfill well his ministry. Therefore, study your catechism, read good books, pray fervently, and in accord with the spirit of your Institute, mortify your mind and your senses. You must learn the truths of religion thoroughly by study, for ignorance in you would be criminal, because it would cause ignorance in those who are entrusted to you. Prayer and mortification are needed for you to draw down the graces of God on you and on those whom you instruct.

    TALBA

    Ħa jfaħħru dawn kollha isem il-Mulej: għax hu kkmanda, u huma nħolqu;

    hu waqqafhom għal dejjem ta’ dejjem; tahom ordni li qatt ma tgħaddi. Faħħru ’l-Mulej minn fuq l-art,

    mostri tal-baħar u abbissi kollha. In-nar u s-silġ, il-borra u ċ-ċpar,

    l-irwiefen, li jisimgħu kelmtu, il-muntanji u l-għoljiet kollha,

    is-siġar tal-frott u ċ-ċedri kollha, il-bhejjem selvaġġi u l-annimali kollha,

    il-bhejjem li jitkaxkru u l-għasafar li jtiru. Salm 148: 5-10

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 17

    Is-Sibt, it-8 t’Awwissu San Duminku - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ħabakkuk 1: 12 – 2, 4 Il-ġust jgħix bil-fedeltà tiegħu. 2. Salm 9: 8-9.10-11.12-13 Int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek. 3. Mattew 17: 14-20 Kieku għandkom il-fidi ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir. SAN DUMINKU (1170-1221) - presbiteru San Duminku twieled f’Calaruega, f’Kastilja, Spanja, fl-1170. Meta kellu 14-il

    sena daħal l-Università ta’ Palencia biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija. Waqt li kien għadu student sar kanonku tal-katidral ta’ Osma. Wara l-ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-kanonċi skont ir-Regola ta’ S. Wistin. Fl-1201, sar il-pirjol tal-kapitlu.

    Fl-1204, kien mal-isqof tiegħu li kien qed jivvjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-Albiġiżi (minn Alby, Franza) li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb u l-materjali huwa ħażin u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija. F’Languedoc, iltaqa’ ma’ wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa’ jħaddan it-twemmin Kattoliku.

    Minn din il-laqgħa, San Duminku ra ċar li l-missjoni tiegħu kienet li jipprietka l-vanġelu u jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi. Għalhekk ġabar madwaru grupp ta’ għalliema biex jgħinuh iwettaq il-ħsieb tiegħu, u b’xi nisa minnhom waqqaf il-kunvent ta’ Prouille fl-1206. Huwa baqa’ f’Languedoc għal kważi għaxar snin jipprietka bla serħan.

    Fl-1214 mar Toulouse u sena wara ħa sehem fir-raba’ Konċilju Lateran, f’Ruma.

    Meta reġa’ lura f’Toulouse waqqaf l-ordni tal-Predikaturi jew kif saru magħrufin “tad-Dumnikani”, fil-25 ta’ April 1215. L-għan prinċipali tal-ordni kien li l-membri tiegħu jgħaqqdu l-għerf mal-qdusija u s-sempliċità tal-ħajja u jippritkaw il-vanġelu ħalli jikkumbattu l-ereżija tal-Albiġiżi. Il-Papa Onorju III approva l-ordni f’Diċembru 1216.

    F’qasir żmien l-ordni nxteret fi Spanja, Franza, l-Ingilterra, l-Italja u f’pajjiżi oħra. Fl-1220, il-Papa Onorju III, ħatar lil San Duminku bħala s-superjur ġenerali tal-ordni. F’dik l-istess sena, San Duminku sejjaħ l-ewwel Kapitlu Ġenerali f’Bolonja.

    San Duminku kien ikun spiss ħsiebu f’Alla, jekk ma kienx jitkellem fuq Alla bil-prietki tiegħu, kien jitkellem ma’ Alla fit-talb. Ma kienx jgħaddi mument bla ma jaħseb f’Alla.

    F’Bolonja marad u wara xi tliet ġimgħat miet, fis-6 ta’ Awwissu 1221. Il-Papa Girgor IX pproklamah qaddis fl-1234.

  • 18 SIGNUM FIDEI

    Huwa għamel ir-rużarju devozzjoni mill-iktar popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.

    Riflessjoni: Il-Beatu Jordan ta’ Saxony kiteb hekk fuq S. Duminku: “Xejn ma kien ifixkel l-ekwanimità tiegħu, il-paċi u s-serenità tar-ruħ, jekk mhux is-simpatija lejn il-batuti. Wiċċu kien jirriffletti l-vera ferħ li kien iħoss. Duminku kien ħabib u ferrieħi. Kont tara fih dik il-paċi ġenwina tar-ruħ.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 150, l-1 punt In his youth Saint Dominic attained such great perfection that his bishop, desiring to reform his cathedral chapter and to make it more faithful to its regulations, named him a canon and, later, an archdeacon. In these two positions, he led a very exemplary life and gave proof of extraordinary fervor. One of his main virtues was his compassion for his neighbor, especially for the poor. This virtue led him to do penance for the sins of others as well as for his own. It likewise led him to sell all his property to assist the poor, and when he was unable to assist them any further, he wept with compassion. Seeing a woman who was in great sorrow because her son had been captured by the Moors, he offered himself to her to be sold or exchanged for her son. You know that you are responsible for the instruction of the poor. Imitate the tenderness of this saint toward them, and overcome nature when it suggests that you ought to have more consideration for the wealthy. Jesus Christ will look at the good you do to the poor as done to him.

    TALBA

    Mulej, Alla tagħna u re tagħna, il-kobor tiegħek

    narawh mad-dinja kollha. Meta nagħti ħarsa lejn is-smewwiet

    li l-id tiegħek għamlet, u nara l-qamar u l-kwiekeb

    li int qassamt fis-sema, jien nagħraf kemm jiena ... jien,

    żgħir f’dan il-ħolqien tiegħek. Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 19

    Il-Ħadd, id-9 t’Awwissu Id-19-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 19: 9a.11-13a Oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej. 2. Salm 84: 9 -14 Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek. 3. Rumani 9: 1-5 Nixtieq li jiena nnifsi kont maqtugħ minn Kristu

    minħabba f’ħuti. 4. Mattew 14: 22-33 Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Alla tagħna deher fostna permezz ta’ Ibnu Ġesù. Dan Alla ma nsibuhx fil-meravilji li jimpressjonaw il-bniedem. Alla tagħna huwa Alla umli u ċkejken, iħobb dak li hu dgħajjef u moħbi, mhux dak li jimpressjona. Huwa bħal żiffa ħelwa li biex tħossha trid tkun wieqaf u sieket, mhux imxerred u eċċitat.

    Alla tagħna ma nsibuhx fl-istraordinarju, imma fl-ordinarju – is-sbuħija ta’ sema miżgħud bi kwiekeb iteptpu, tarbija tat-twelid, warda miftuħa, farfett imelles wiċċ ta’ tfajjel ċkejken, tbissima ta’ missier iħares lejn ibnu rieqed, tgħanniqa ta’ bint ma’ ommha meta tmur tiġborha mill-iskola.

    Wara l-għaġeb tat-tkattir tal-ħobż, Ġesù tela’ fuq il-muntanja waħdu, jitlob. Donnu li wara l-għagħa li nqala’ bil-miraklu tal-ħobż ħass il-bżonn li jerġa’ jidħol fis-skiet ta’ qalbu biex jiltaqa’ mal-Missier tiegħu tas-sema. Tgħid beża’ mill-popolarità li jġibu magħhom il-mirakli? Tgħid kien jaf li jagħmel kemm jagħmel mirakli l-baħar tal-ħajja xorta se jibqa’ mqalleb? Tgħid għalhekk għamel tabirruħu li abbanduna lid-dixxipli fid-dgħajsa ċkejkna tagħhom fil-maltemp? Forsi ried jgħidilhom li l-ħajja sfida kienet u sfida se tibqa’?

    U propju meta l-maltemp kien se jibla’ d-dgħajsa, rawh miexi fuq il-baħar imqalleb. L-anqas l-akbar maltemp ma jista’ jegħleb lil Dak li hu Vera Ħajja. L-akbar miraklu mhux li l-baħar jikkwieta, imma li hu jiġi jfittixna fil-maltemp li nkunu fih.Għalhekk twieled u sar bniedem bħalna biex ikun qribna u magħna mhux fil-bnazzi biss. Hekk biss seta’ jurihom li hu ma kienx fantażma imma Alla fidil mal-bniedem fit-tajjeb u l-ħażin. U jekk hu jkun fid-dgħajsa magħna, kull maltemp jinbidel fi bnazzi kbir tal-qalb.

    Mhux li konna, bħal Pietru, aħna wkoll inkunu tant imġienen bl-imħabba lejh li meta narawh ninsew il-gwaj li nkunu fih, nieqfu neqirdu biex isolvilna l-problemi u nersqu lejh minkejja l-problemi u l-maltemp! Mhux li konna nisimgħuh isejħilna minn ġo nofs l-irwiefen tal-ħajja u għalih naqbżu fl-ikreh baħar.

    Jekk jirnexxielna nżommu għajnejna fuqu u mhux fuqna, aħna wkoll nimxu fuq il-ħalel tal-ħajja. Basta ma naqalgħux għajnejna minn fuqu u ma nerġgħux, bħal Pietru, nibdew nitħassru lilna nfusna. Alla qatt ma jisparixxi. Aħna biss nistgħu ndawru wiċċna banda oħra biex ma narawhx.

    Fr. Paul Chetcuti S.J., Musbieħ għal Riġlejja

  • 20 SIGNUM FIDEI

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 10, silta mil-1 punt To live in a community that is faithful to the Rule is to live in the boat with Jesus and his disciples, because those who live there have left the world to follow Jesus, have put themselves under his guidance, and have become his disciples. There they are protected from the waves of the stormy sea of this world, that is, from a great many occasions that are found there for offending God. Still, they are not entirely safe from all difficulties and temptations. Of these the most dangerous and most hurtful are those which lead us to fail in obedience or to obey in a faulty manner. Because we have entered the community only to obey, as soon as we separate ourselves from obedience, we forfeit the graces we need to persevere in this state of life. This is why it is so important that people living in community have at their disposal the means needed to protect themselves against temptations of this sort. It is, therefore, very appropriate for you, who are exposed to such temptations every day, to have remedies to keep you from their evil consequences. Take great care about this, and give it your whole effort, because your faithfulness to your vocation ordinarily depends on this. What you ought, therefore, to beg most often of God is that he teach you how to obey and to obey well, in spite of the obstacles and difficulties that the demon will stir up in you to give you a dislike for obedience.

    TALBA

    Ibqa’ miegħi Mulej, ħalli nibda niddi, bħal ma tiddi int,

    u hekk inkun ta’ dawl għal ħaddieħor. Dan id-dawl, O Ġesù, ikun kollu mingħandek. Kun inti d-dawl minn ġo fija għal fuq l-oħrajn.

    Agħti d-dawl, lilhom u lili. Agħmel li nipprietka bla ma nitkellem,

    mhux bil-kliem imma bl-eżempju tiegħi. Ammen.

    Il-Beatu John Henry Newman

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 21

    It-Tnejn, l-10 t’Awwissu San Lawrenz - djaknu u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Korintin 9,6-10 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.

    2. Salm111, 1-2.5-9 Hieni l-bniedem li jħenn u jislef.

    3. Ġwanni 12, 24-26 Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġah.

    IL-FESTA TA’ SAN LAWRENZ († 258) - djaknu, levita u martri Wara l-appostli San Pietru u San Pawl, San Lawrenz l-aktar martri Ruman

    magħruf ta’ Ruma. Ma għandniex wisq dettalji ċerti fuqu ħlief li kien djaknu tal-Knisja ta’ Ruma. Jingħad li hu kien minn Huesca ta’ Aragona (Spanja) u ħadu miegħu Ruma l-Arċidjaknu Sistu meta dan kien għaddej fuq qadja minn Huesca t’Aragona.

    Meta aktar tard Sistu sar Papa bl-isem ta’ Sistu II, fil-257 għażel lil Lawrenz bħala djaknu, u għalkemm kien għadu żagħżugħ, qiegħdu l-ewwel wieħed mis-seba’ djakni li kienu jservu ’l-Knisja ta’ Ruma.

    Fis-6 ta’ Awwissu 258 l-Papa Sistu, waqt li kien fiċ-ċimiterju ta’ San Kallistu ma’ xi djakni tiegħu, ġie maqbud u kkundannat għall-mewt. Jingħad li Lawrenz mar jilħqu u staqsieh kif kien sejjer għall-aħħar sagrifiċċju tiegħu mingħajr id-djaknu tiegħu. Il-Papa Sistu jingħad li ħabbar lil Lawrenz li kellu jmut mewta ħarxa ftit jiem wara. Fil-fatt Lawrenz ġie hu wkoll maqbud mis-suldati Rumani.

    San Ambroġ ħalla miktub li, skont tradizzjoni orali, Lawrenz qabel ma arrestawh, ġie mogħti tlett ijiem żmien biex inewwel lill-Imperatur Valerjanu t-teżori tal-knisja, iżda d-djaknu biegħhom biex jiġu mgħejuna l-foqra u ppreżenta lill-imperatur dawn l-istess foqra bħala teżori tal-knisja.

    Lawrenz ġie għalhekk ikkundannat għal mewta l-aktar ħarxa billi kien mixwi fuq gradilja. Il-qaddis ingħata difna xierqa fuq il-Via Tiburtina.

    Prudentius, madwar is-sena 400, jgħid li l-konverżjoni ta’ Ruma saret minħabba t-talb ta’ San Lawrenz u jgħid ukoll li folol kbar kienu jmorru fil-knisja ta’ dan il-qaddis f’Ruma u li ħafna grazzji kienu jinqalgħu bl-interċessjoni tiegħu. Fis-seklu erbgħa dan il-qaddis mhux biss kellu festa iżda wkoll vġili.

    L-Imperatur Kostantinu bena bażilka fuq il-qabar ta’ San Lawrenz. Għall-ewwel kienet knisja żgħira li mbagħad kienet imkabbra u msebbħa mill-Papa Pelaġju II (579-590) u saret waħda mis-seba’ knejjes l-aktar importanti ta’ Ruma, imsejħa San Lawrenz Barra s-Swar.

    Il-parroċċa tal-Birgu hi ddedikata lil dan il-qaddis, u f’Għawdex hemm raħal imsemmi għalih u l-parroċċa tiegħu hi ddedikata lilu wkoll.

    Riflessjoni: Lill-Isqof Ċiprijanu ta’ Kartaġni xi ħadd kitiblu hekk: Għadu kemm wasal editt ta’ Valerjanu li fih iħabbar il-qtil tal-isqfijiet u tad-djakni, fost dawn hemm id-djaknu Lorenzu.

  • 22 SIGNUM FIDEI

    Skont l-Isqof Ċiprijanu, il-ħsieb ta’ Valerjanu ma kienx biss li joqtol lil dak u lill-ieħor, imma li f’kolp wieħed inaddaf lis-soċjetà ta’ żmienu mis-saċerdozju. Valerjanu ried joħloq l-instabbilità fi ħdan il-Knisja billi mhux biss ifieri imma saħansitra joqtol lil kull saċerdot. Nibża’ li dan l-ispirtu ta’ Valerjanu jista’ jerġa’ jibda jqajjem rasu ... Hemm bżonn li fil-Knisja jkollna kommunità li kapaċi tqum fuq riġlejha u tagħmel id-difiża tagħha mhux lil dik il-persuna (is-saċerdot individwali) imma l-ministeru afdat lil dik il-persuna. L-Isqof Mario Grech – mill-omelija f’jum il-festa tad-Djaknu San Lawrenz Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 154, l-1 punt It is impossible to understand how much Saint Lawrence loved and esteemed the poor. His love for them was such that when Saint Sixtus, whose deacon he was, was being led to martyrdom and told him to give to the poor all the wealth he had placed in his hands, he executed the assignment and completely emptied the treasury of the Church. Again he showed his extraordinary regard for the poor when the emperor, having learned that he had been given charge of all that belonged to the Church, demanded that he hand over the treasure entrusted to him. The saint gathered all the poor and presented them to the emperor, telling him, Here are the treasures of the Church. Let us admire how great the faith of this saint was, for it led him to look upon the poor as the treasure of the Church, that is, as being the most precious and most valuable part in the Church, having the closest relationship with Jesus Christ. Let us share this saint’s attitude, we to whom God has entrusted the most valuable portion of his treasure.

    TALBA

    Nirringrazzjak Missier, għal dawk in-nies kollha li mal-medda ta’ elfejn sena nebbħu lil ħaddieħor

    u għamlu l-parti tagħhom biex iwasslu l-wirt ħaj tal-fidi taghom, ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.

    Nirringrazzja speċjalment lil dawk li għexu l-fidi tagħhom fi żminijiet iebsa u ta’ persekuzzjoni.

    Nitolbok, Missier, biex jien nikber fil-fidi u fl-imħabba, fiż-żmien tajjeb u ħażin.

    Ammen. Br. Nicholas Hutchinson

    Missierna …

    Nitolbu għal Bro. William Xavier Seychell (1947) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

  • SIGNUM FIDEI 23

    It-Tlieta, il-11 t’Awwissu Santa Klara - verġni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Eżekjel 2: 8 – 3, 4 Jien kilt il-ktieb, u f’ħalqi ħassejtu ħelu għasel. 2. Salm 118: 14.24.72.103.111.131 Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek, Mulej! 3. Mattew 18: 1-5,10,12-14 Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed

    minn dawn iż-żgħar. SANTA KLARA T’ASSISI (1194-1253) Klara twieldet fil-belt t’Assisi, fl-1194, tnax-il sena wara San Franġisk. Ta’ 18-il sena, nhar Ħadd il-Palm, it-18 ta’ Marzu 1212, imsaħħra mill-qdusija

    ta’ Franġisku, telqet lejn il-kappella tal-Porzjunkola, biex tkun dixxipla tiegħu, u tgħix bħalu l-ħajja tal-faqar evanġeliku.

    Għall-ewwel għexet fil-kunvent tas-Sorijiet Benedittini ta’ San Pawl ħdejn Bastia, u wara f’dak ta’ Sant’Anġlu in Panzo.

    Wara però, Franġisku tahom jgħixu mal-knisja ta’ San Damiano, barra minn Assisi. Ma’ Klara, ingħaqdu ħutha, Sant’Anjeże u Beatriċe, u saħansitra ommha Ortolana.

    Matul ħajjitha, Klara rat is-sorijiet tagħha jinxterdu fl-Italja, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Boemja. Fi Praga, il-kunvent twaqqaf minn Sant’Anjeże, bint ir-Re Ottokar I tal-Boemja.

    Klara, maħtura kontra qalbha badessa ta’ San Damiano minn San Franġisk innifsu, damet tmexxi l-monasteru għal 40 sena. Kienet hekk magħrufa li saħansitra isqfijiet, kardinali u anke Papiet, fittxew il-parir tagħha.

    Mietet fil-11 ta’ Awwissu 1253, fil-kunvent ta’ San Damiano, u ġiet ikkanonizzata mill-Papa Alessandro IV, fil-katidral ta’ Anagni fl-1255. Il-ġisem tagħha jinsab meqjum fil-bażilika ddedikata lilha, fil-belt t’Assisi, fejn qabel kien hemm il-knisja ta’ San Ġorġ.

    Il-Papa Piju XII ħatar lil Santa Klara patruna tat-televiżjoni fl-14 ta’ Frar 1958. Anke oħtha Anjeże hija meqjuma bħala qaddisa. Interessanti l-ittri li Santa Klara kitbet lil Sant’Anjeże ta’ Praga dwar l-

    osservanza tal-vot tal-faqar.

    Riflessjoni, kliem Santa Klara ta’ Assisi: Jekk tbati miegħu, issaltan miegħu, jekk tibki miegħu jkollok il-ferħ miegħu;

    jekk tmut miegħu fuq is-salib tat-tribulazzjoni jkollok l-għamara tas-sema fid-dawl tal-qaddisin b’ismek jinkiteb fil-ktieb tal-ħajja. Ikun glorjuż fost il-bnedmin.

    Insiru dak li nħobbu u dak li nħobbu jfassal dak li ser inkunu. Jekk inħobbu l-affarijiet insiru oġġetti. Jekk ma nħobbu xejn, insiru xejn. L-imitazzjoni mhux dehra litterali ta’ Kristu iżda tfisser issir ix-xbieha tal-maħbub, xbieha

  • 24 SIGNUM FIDEI

    magħluqa permezz ta’ bidla. Ifisser li nsiru ġarar tal-imħabba kompassjonali ta’ Alla għall-oħrajn.

    Il-ħidma tagħna hawnhekk hija qasira, il-premju huwa etern. Titfixkilx fl-għajjat tad-dinja li tgħaddi bħal dell. Tħallix pjaċiri foloz tad-dinja mqarrqa, jidħku bik.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 33, it-3 punt It is, then, your duty to teach the children entrusted to you; this is your duty every day. Because they must understand what you say, you must give them instructions that are adapted to their capacity; otherwise, what you say will be of little use. For this purpose, you must prepare and train, so that your questions and answers during the catechism lessons are understood well and so that you can explain the text clearly and use words that will be easily understood. In your exhortations to your students, explain their faults simply, and show them how to correct them. Make known to them the virtues they ought to practice, and help them see how easy this is. You must inspire them to have a very great horror for sin and to avoid bad companions. In a word, speak to them of everything that can lead them to piety. This is how your disciples ought to hear the voice of their teacher.

    TALBA

    O qaddisa Santa Klara, li l-isem tiegħek stess ifisser dawl,

    dawwal id-dlam ta' moħħna u ta’ qalbna sabiex inkunu nistgħu naraw

    dak li Alla jridna nagħmlu u nwettquh bil-qalb kollha u ferrieħa.

    Qabel it-twelid tiegħek, vuċi mis-sema bassret

    li inti ser tkun dawl li jdawwal id-dinja. Kun dawl għalina fin-niket u l-ansjetajiet

    ta' din il-ħajja fuq l-art, u wassalna fid-dawl ta' dejjem

    ġewwa darna fil-Ġenna. Ammen.

    Monasterio De Santa Clara

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 25

    L-Erbgħa, it-12 t’Awwissu Santa Ġovanna Franġiska de Chantal - verġni

    Santa Feliċissima - martri Il-Beatu Isidor Bakanja - martri Il-Beatu Innoċenz XI - Papa.

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 9: 1-7; 10, 18-22 Għamel il-marka tiegħu fuq ġbin dawk li ssibhom jitniehdu u jitbikkew minħabba l-qżiżijiet kollha li jsiru f’Ġerusalemm. 2. Salm 112: 1-2.3-4.5-6 Ogħla mis-smewwiet u sebħ il-Mulej. 3. Mattew 18: 15-20 Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk.

    SANTA GIOVANNA FRANĠISKA FREMOIT DE CHANTAL (1572-1641) Twieldet fil-Belt ta’ Dijon fit-28 ta’ Jannar 1572. Missierha kien il-president tal-

    parlament tal-Burgundie, Benigne Fremyot. Ta’ 20 sena, iżżewġet lil Christopher de Rabutin, Baruni de Chantal, u kellhom sebat itfal, li tlieta minnhom però mietu trabi.

    Wara disa’ snin, il-Baruni miet wara li sparaw fuqu aċċidentalment. Wara tliet snin li romlot, wasal Dijon San Franġisk de Sales biex jipprietka l-Kwareżima, u l-Barunissa għażlitu bħala d-direttur spritwali tagħha.

    Tħajret tidħol Karmelitana, imma San Franġisk talabha biex flimkien miegħu twaqqaf ordni ġdid ta’ sorijiet klawstrali, dak tal-Viżitazzjoni.

    Kien nhar il-festa tas-Ssma. Trinità, tas-sena 1610, li fil-belt ta’ Annecy, Giovanna-Franġiska, għamlet il-vestizzjoni flimkien ma’ tliet sorijiet oħra. Imma ma damux ma daħlu oħrajn u l-fundatriċi rnexxielha tiftaħ kunventi f’Lyons, Moulins, Grenoble, Bourges u Pariġi, fejn id-direttur spiritwali kien San Vinċenz de Paul.

    Fl-1622 miet San Franġisk de Sales u ħames snin wara miet binha Celse-Benigne fil-battalja kontra l-Ingliżi, u ħalla tarbija ta’ inqas minn sena, waqt li kellu biss 31 sena, u fl-1632 mietet ukoll martu.

    Fis-snin 1635-1636, żaret il-65 kunvent tal-ordni, u fl-1641 marret Pariġi, fejn ġiet milqugħa mir-Reġina Anna tal-Awstrija. Waqt li kienet sejra lura Annecy, mardet gravament, u mietet fil-kunvent ta’ Moulins fit-13 ta’ Diċembru 1641, fl-età ta’ 69 sena.

    Dakinhar ħalliet 86 kunvent tal-Viżitazzjoni. Il-ġisem tagħha ttieħed Annecy u ndifen ħdejn dak ta’ San Franġisk de Sales, fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni, fejn għadu meqjum sal-lum. Il-Papa Klement XIII ikkanonizzaha fis-16 ta’ Lulju 1767.

    Il-qaddisa qabel mewtha sofriet għal żmien twil minn aridità spiritwali u taħbit kbir ieħor. Megħjuna però minn ħuha l-arċisqof ta’ Bourges, u fuq kollox minn San Franġisk de Sales, li kiteb l-opra tiegħu famuża “Dwar l-Imħabba t’Alla” għaliha u għas-sorijiet tagħha, minkejja li fehmet li kellha tkun martri bla ma

  • 26 SIGNUM FIDEI

    xxerred demmha, ħarġet rebbieħa. Żgur li ma żbaljax San Vinċenz de Paul meta qal li kienet waħda mill-iktar bnedmin qaddisa li qatt ra.

    Riflessjoni, mill-Papa Franġisku, silta mill-Ittra Appostolika Misericordia et Misera: Il-maħfra hija s-sinjal l-aktar viżibbli tal-imħabba tal-Missier, li Ġesù ried jiżvela f’ħajtu kollha. M’hemmx paġna tal-Evanġelju li ma ssegwix dan l-imperattiv tal-imħabba li jwassal għall-maħfra. Saħansitra fl-aħħar mumenti tal-ħajja tiegħu fuq din l-art, waqt li jiġi msammar mas-salib, Ġesù għandu kliem ta’ maħfra: “Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu” (Lq. 23:34). Xejn minn dak li bniedem midneb u niedem ipoġġi quddiem il-ħniena ta’ Alla ma jibqa’ mingħajr it-tgħanniqa tal-maħfra tiegħu. Huwa għalhekk li ħadd minna ma jista’ jpoġġi kundizzjonijiet għall-ħniena; din tibqa’ dejjem att ħieles tal-Missier tas-Sema, imħabba bla kundizzjoni li wieħed ma jistħoqqlux. Għaldaqstant, ma nistgħux nidħlu fir-riskju li nopponu l-libertà sħiħa tal-imħabba li biha Alla jidħol fil-ħajja ta’ kull persuna. Il-ħniena hija din l-azzjoni konkreta tal-imħabba li, meta taħfer, tittrasforma u tibdel il-ħajja. Huwa b’dan il-mod li jintwera l-misteru divin tal-imħabba. Alla huwa ħanin (ara Eż. 34:6), il-ħniena tiegħu hija għal dejjem (ara Salm 136), minn nisel għal nisel jgħannaq lil kull bniedem li jafda fih u jittrasformah, filwaqt li jagħtih il-ħajja tieħu stess.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 72, silta mit-3 punt Another reason why few are chosen to live in community is that few open their hearts entirely to their superiors. Without this openness, it is impossible to avoid the evil consequences that result from the violent temptations with which the devil assails those who are called to live a community life. Such temptations, as a rule, get more and more violent as these people make progress in virtue. For when they labor fervently to attain the perfection of their state, the devil knows that they will persevere and do him much harm by their good example and by the graces they will obtain for others by their prayers. Thus he constantly besieges them, as Saint Peter says, seeking an opportunity to make them fall.

    TALBA

    Salm 148: 5-10 Agħtini qalb dejjem disponibbli

    biex hi tirċievi l-KELMA tiegħek, Mulej, u li nilqagħha b’entużjażmu u niddinamizza ħajti.

    Agħmel li l-għemejjel l-aktar ordinarji li jiġu kuljum ta’ spiss ikunu offerta ta’ tifħir.

    Jalla l-KELMA tiegħek li tixtarr f’qalbi tul il-ġurnata tgħinni ngħix id-diffikultajiet ta’ kuljum b’kuraġġ u b’serenità.

    Agħmel li t-talba tiegħi tkun waħda ta’ qalb ma’ QALB. Mulej, ibgħat l-Ispirtu tal-Verità fuqi. Ammen. Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 27

    Il-Ħamis, it-13 t’Awwissu San Ponzjanu - papa u San Ippolitu – presbiteru u martri

    San Benild Romançon - reliġjuż Il-Beatu Mark minn Aviano - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Eżekjel 12, 1-12 Itlaq binhar quddiemhom għall-eżilju. 2. Salm 77: 56-59.61-62 Ma ninsewx l-għemejjel ta’ Alla. 3. Mattew 18: 21 – ; 19:1 Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet imma sa sebgħa u

    sebgħin darba.

    SAN BENILDU (1805-1862) - reliġjuż Qabel ma daħal mal-Frères u ħa l-isem ta’ Benild, hu kien jismu Pierre

    Romançon. Twieled fir-raħal żgħir ta’ Thuret (Franza) u kien ġej minn familja tgħix mir-raba’. Ommu tatu trobbija tassew Nisranija u nisslet fih imħabba lejn l-ewkaristija u l-Madonna. Lil ommu, wara Alla, kien jaf il-qdusija tiegħu li fiha għex u wasslitu fuq l-altari.

    Ta’ 14-il sena talab li jingħaqad mal-Frères, imma, minkejja li kien magħruf għal tjubitu, ma ġiex aċċettat minħabba li kien ta’ statura qasira ħafna. Kellu jistenna sentejn oħra sakemm fil-ħarifa tal-1820 telaq għan-novizzjat ta’ Clermond-Ferrand u ngħata l-isem ta’ Benild.

    Fl-1841 (ta’ 36 sena) kien mibgħut biex jiftaħ u jmexxi skola f’Saugues, fil-muntanji Gevedon. Hawnekk kellu jgħaddi l-aħħar 21 sena ta’ ħajtu.

    L-awtoritajiet tal-belt żgħira ħarġu jilqgħuh bil-banda u l-bnadar, imma meta rawh, qsajjar qsajjar, tħassbu u staqsew lil xulxin kif dan is-surmast hekk qasir kien ser jikkontrolla tfal tant sfrattati u mqarbin.

    Mill-ewwel jum tlett mitt tifel marru jiffullaw jgħajtu barra mill-iskola. Uħud minnhom qatt ma kienu marru skola: ġuvintur ta’ 20 sena b’lingwaġġ u manjieri rozzi lesti biex jiżvugaw in-nuqqas ta’ tagħlim fil-vandaliżmu u l-vjolenza. Il-qilla tagħhom kienet xi ħaġa tal-għaġeb. Iżda l-influwenza qaddisa ta’ dan is-surmast-reliġjuż kienet tinħass b’qawwa tal-għaġeb waqt il-lezzjoni tal-katekiżmu. Huwa kien tabilħaqq katekista mill-aqwa.

    Dan stqarrewh it-tfal stess: “Tant kien jinteressana waqt il-katekiżmu li qatt ma konna niddejqu jew nitilfu ż-żmien waqt il-lezzjoni tad-duttrina.”

    Biex irnexxielu jikkontrolla ġuvintur ta’ dix-xorta nqeda bil-mezzi umani, bħal per eżempju, skola organizzata tajjeb fil-programmi u fl-orarju, lezzjonijiet interessanti, dixxiplina intelliġenti, pika meqjusa, premjazzjoni ... Imma qiegħed ukoll pedament ta’ mezzi spiritwali: talb, xogħol iebes u tbatija għal Alla, eżempju tajjeb, paċenzja kbira, tjubija ...

    Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija għall-Ewwel Tqarbina. L-aqwa għodda ta’ San Benild fl-edukazzjoni tat-tfal, tal-ġuvintur u l-irġiel ta’ Saugues kienet il-katekiżmu, il-kelma ta’ Alla.

  • 28 SIGNUM FIDEI

    Frott ta’ din il-ħidma kien it-tiġdid fil-ħajja Nisranija ta’ Saugues, kif ukoll għadd sabiħ – xi 15 kull sena – ta’ ġuvintur li kienu jidħlu s-seminarju jew iħaddnu l-ħajja reliġjuża.

    Meta San Benild miet, kien hemm xi 265 saċerdot u reliġjuż ħajjin, li kollha stqarrew li, wara Alla, kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom lil dan il-Frère qaddis.

    Benild ma għamel xejn straordinarju f’ħajtu. Għex fis-skiet u l-ġabra u kien attent li jogħġob lil Alla fil-qadi ta’ dmirijietu ta’ kuljum mill-aħjar li seta’. Hu miet ta’ 57 sena b’kanċer fil-fwied fit-13 ta’ Awwissu 1862, jitlob maħfra għan-nuqqasijiet tiegħu u għall-eżempji ħżiena li seta’ ta.

    San Pawlu VI Papa ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija ddedikata lil San Benild.

    Riflessjoni: Missier San Benild mar jarah waqt in-novizzjat u biex jeħles minn piż li taqqallu qalbu, qal lil Pierre, “Pierre irridek tiġi lura d-dar.” Brother Benild talab f’qalbu: ġabar il-kuraġġ u l-ħila tiegħu u fl-aħħar wieġeb, “Missier, jien se nibqa’ hawn!” “Jekk ma tiġix lura d-dar inċaħħdek minn sehmek fil-wirt tal-familja.” Imma Brother Benild irrisponda, “jekk ikolli ngħix il-bqija ta’ ħajti fuq qxur tal-patata biss, ma nitlaqx minn din id-dar imbierka!” Waqa’ skiet kbir fil-kamra ... il-missier qalbu mnikkta ħa b’idejn ibnu u tbiegħed b’pass mgħaġġel ... Din il-prova li għadda minnha, għal Brother Benild kienet ta’ barka kbira.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR 16, l-1 punt As St Paul told the Corinthians, "You will be our glory when the Day of Our Lord, Jesus Christ, comes." (2 Cor 1:14) Your pupils are like St Paul's Corinthian converts, because you can say that they will be the cause of your glory on Judgement day if you taught them well and they followed your teachings. Everyone at the judgement will see the good that you have done for them. And all through eternity you will be glorified for teaching them so well. Your glory will reflect the glory you earned for them.

    TALBA LIL SAN BENILD

    O Alla, int għażilt lil San Benild biex jagħti edukazzjoni Nisranija lit-tfal u liż-żgħażagħ;

    qajjem fil-knisja tiegħek Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha

    biex jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

    B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

    flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 29

    Il-Ġimgħa, l-14 t’Awwissu San Massimiljan Marija Kolbe - presbiteru u martri

    Illum l-Vġili tal-Festa ta’ Santa Marija mtellgħa s-sema bir-Ruħ u bil-Ġisem.

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Eżekjel 16: 1-15.60.63 Xejn ma kien jonqsu t-tiżjin li jien qgħedt fuqek, oraklu ta’ Sidi l-Mulej. 2. Salm Isaija 12: 2-6 Il-korla tiegħek reġgħet lura Mulej, u farraġtni. 3. Mattew 19: 3-12 Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosé takom il- permess tibagħtu n-nisa tagħkom. SAN MASSIMILJANU KOLBE (1894-1941) - saċerdot u martri Dan il-qaddis twieled qrib Lodz, fil-Polonja-Russja, minn ġenituri li kienu

    Terzjarji Franġiskani. Ta’ 16-il sena, wara li spiċċa s-seminarju minuri, daħal mal-patrijiet Franġiskani Konventwali.

    Hu għadda minn żmien ta’ skrupli u marad bit-tuberkulożi waqt l-istudji tiegħu għas-saċerdozju f’Ruma. F’din il-belt hu waqqaf il-Milizzja tal-Immakulata li l-appostolat tagħha kien li l-erwieħ jiġu kkonvertiti u mqaddsin bil-medjazzjoni ta’ Marija Santissma.

    Kien iħobb jgħid: “It-tajjeb jittieħed aktar mill-ħażen.” Huwa waqqaf ċentri Marjani fil-Ġappun u fl-Indja. Fl-1936 ġie lura mill-Ġappun biex ikun is-superjur ta’ Niepokalanov ħdejn Varsavja, b’760 Franġiskan, minn fejn kien jippubblika r-rivista tiegħu ta’ kull xahar, il-“Kavallier tal-Immakulata”. Sas-sena 1939 din ir-revista kellha ċirkulazzjoni ta’ miljun kopja u l-kwartier ewlieni tiegħu, Niepokalanov, kien l-akbar dar reliġjuża fid-dinja kattolika.

    Wara l-invażjoni tal-Polonja mill-Ġermaniżi fl-1939, il-komunità tiegħu tat kenn lir-refuġjati Pollakki u Lhud u ppubblikat kitbiet li kienu jikkritikaw lin-Nazi.

    Massimiljanu kien arrestat waqt drive biex jeqirdu l-Intelligentia Pollakka u kien mitfugħ il-ħabs fit-taqsima tax-xogħol iebes tal-kamp tal-konċentrament Ġermaniż ta’ Auswichtz (Oswiecim), post ta’ moħqrija ma titfissirx u ta’ qerda ta’ għadd bla tarf ta’ nies, l-aktar Lhud, imma wkoll Pollakki, żingari u nies oħra ta’ gruppi hekk imsejħa “inferjuri”.

    Massimiljanu ħadem b’mod erojku ma’ sħabu l-patrijiet priġunieri u l-oħrajn. Meta jum minnhom priġunier ħarab mill-grupp li fih kien hemm Massimiljanu, ingħażel raġel żagħżugħ, missier ta’ familja, fost l-għaxra li kellhom jiġu maqtula bi tpattija għal dak li ħarab. Patri Massimiljanu, minn jeddu, offra li jmut minflok dak ir-raġel fil-bunker tal-ġuħ. Billi ma mietx malajr, hu ġie maqtul b’injezzjoni ta’ aċidu karboliku, fl-14 ta’ Awwissu 1941, lejlet is-solennità tal-Assunzjoni.

  • 30 SIGNUM FIDEI

    Huwa ġie kkanonizzat fl-10 ta’ Ottubru 1982 minn San Ġwanni Pawlu II li sejjaħlu l-Qaddis tad-Diffiċli fis-Seklu XX.

    Riflessjoni: Dak il-lejl, tlabt lil Omm ta' Alla x’ser isir minni, tfajjel ta' fidi. Imbagħad ġiet ħdejja, iżżomm żewġ kuruni, waħda bajda u l-oħra ħamra. Staqsieni jekk kontx lest li naċċetta xi waħda minn dawn il-kuruni. L-abjad kien ifisser li għandi nippersevera fis-safa, u l-ħamra li għandi nsir martri. Għedt li se naċċettahom it-tnejn.

    Massimiljanu Kolbe

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, silta mill-1 punt The Most Blessed Virgin, filled with the love of God throughout her life, remained on earth only with reluctance and solely through submission to God’s will. For this reason, death appeared to her pleasant and desirable, and because her soul held on to her body so lightly, as it were, she died without pain. The extreme joy she felt at that moment, caused by the desire to see God, who possessed her, filled her soul with such consolation that she easily went from earth to heaven without any struggle. What blessed detachment from the bonds of her body in the soul of Mary, already detached from whatever could have attached her to earth!

    TALBA

    O San Massimiljano Kolbe, dixxiplu fidil ta’ San Franġisk t’Assisi,

    imħeġġeġ bl-imħabba lejn Alla, inti ddedikajt ħajtek

    fil-virtù u l-ħidma tal-karità. Ħares lejna b’ħarsa ta’ ħniena

    waqt li nafdaw fik dawk il-bżonnijiet li bħalissa għandna bżonn.

    Ammen.

    Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 31

    Is-Sibt, il-15 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija Mtellgħa s-Sema

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Apokalissi 11, 19a; 12, 1-6.10 Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 2. Salm 44, 10bc.11-12ab.16 F’lemintek is-sultana mżejna b’deheb ta’ Ofir. 3. 1 Korintin 15, 20-26 L-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu. 4. Luqa 1, 39-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar: għolla ċ-ċkejknin. IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLGĦA S-SEMA – patruna ta’ Malta Fl-ewwel ta’ Novembru 1950, il-Papa Piju XII, iddikjara li hi verità rrivelata lilna

    minn Alla li meta l-Verġni Mqaddsa Marija għalqilha ż-żmien tagħha f’din id-dinja, ġiet bil-qawwa t’Alla mtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem.

    Din hi d-domma tal-Assunzjoni. Hija differenti mill-Axxenzjoni, it-tlugħ fis-sema, għax Ġesù tela’ bil-qawwa tiegħu stess.

    Sa mill-bidu tal-ħames seklu, f’Ġerusalemm kienet diġà bdiet issir il-festa tat-tlugħ tal-Madonna bir-ruħ u bil-ġisem fis-sema. Bil-mod il-mod din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata fi knejjes oħra.

    Storikament m’hemm xejn fi żgur fejn u meta ġrat il-mewt tal-Madonna. Wara li Ġesù tela’ s-sema, il-Madonna baqgħet Ġerusalemm, u kienet mal-appostli meta niżel fuqhom l-Ispirtu s-Santu.

    Imbagħad flimkien ma’ San Ġwann, marret Efesu. Probabbilment wara xi żmien, reġgħet marret Ġerusalemm, fejn mietet bejn is-sena 5 u 15 wara l-Axxenzjoni ta’ Ġesù.

    Dawk li jmutu fi Kristu, il-ġisem dgħajjef tagħhom għad jieħu s-sura tal-ġisem glorjuż tiegħu fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum. Dan hu t-twemmin tagħna. Din hi t-tama tagħna.

    Bi grazzja speċjali, Alla ried li dak li għad jiġri fl-aħħar jum lil dawk li jmutu fi Kristu, iseħħ fil-Verġni Mqaddsa sa mill-bidu tal-mewt tagħha, billi ġisimha bla ma jara t-taħsir jinbidel f’ġisem glorjuż.

    Riflessjoni, silta mill-Kostituzzjoni Appostolika tal-Papa Piju XII:

    L-1 ta’ Novembru, 1950 Għalhekk San Ġwann Damaxxenu, li hu l-aqwa wieħed fost dawk kollha li fissru dan il-misteru, huwa u jqabbel it-tlugħ glorjuż tal-omm ta’ Alla fis-sema, mal-privileġġi u l-grazzji l-oħra kollha li bihom kienet imżejna, bi kliem tassew li jqanqal jgħid:

    “Kien jeħtieġ li dik li fit-twelid ta’ binha żammet bla mittiefsa xbubitha, wara mewtha żżomm bla mittiefes ġisimha.

    Kien jeħtieġ li dik li ġabet fi ħdanha bħala binha ’l dak li ħalaq kollox, ikollha l-għamara tagħha ma’ Alla.

  • 32 SIGNUM FIDEI

    Kien jeħtieġ li dik li rat lil binha msallab, li dakinhar nifdilha qalbha s-sejf tan-niket li ma nifdilhiex fi twelidu, tarah ukoll fil-lemin tal-Missier.

    Kien jeħtieġ li l-omm ta’ Alla, ikollha dak kollu li hu ta’ binha, u tkun miqjuma mill-ħlejjaq kollha bħala omm Alla u qaddejja tiegħu.”

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, it-2 punt The Most Blessed Virgin did not remain in the tomb for long; a few days after her death, she rose. It was quite proper that God granted her such a favor, for without doubt it would not have been fitting that the flesh from which the flesh of Jesus Christ came would suffer corruption. It was, moreover, worthy of God’s goodness that the very special purity of the Most Blessed Virgin would be rewarded by so great a favor. How, O my God, could you have allowed that the body of the Most Blessed Virgin, which had been the tabernacle of your Incarnate Word, the Temple of the Holy Spirit, and the sacred ark of a soul filled with your grace, would be for a long time separated from that soul and not be honored even after death with all the favors it could possibly receive? The special grace we ought to ask of the Most Blessed Virgin on this day is to be removed and to be freed from the corruption of the world and especially to have great purity, which is the true incorruptibility that we ought to procure for our body. Because the Most Blessed Virgin possessed this virtue in all its perfection, she can help us very much to preserve it.

    TALBA

    O Alla, int għażilt il-verġni mqaddsa Marija biex issir omm ibnek il-waħdieni magħmul bniedem,

    u għollejtha fi glorja tassew tal-għaġeb, aħna nfaħħruk u nigglorifikawk.

    Nitolbuk, biex kif int salvajtna bil-misteru tal-fidwa, hekk ukoll teħodna miegħek fil-glorja tas-sema,

    biex mal-Verġni Marija nibqgħu nfaħħruk u nigglorifikawk għal dejjem.

    Ammen. Missierna …

  • SIGNUM FIDEI 33

    Il-Ħadd, is-16 t’Awwissu L-20 Ħadd ta’ Matul is-Sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 56: 1.6-7 Lil ulied il-frustier inwassalhom sal-muntanja

    mqaddsa tiegħi. 2. Salm 67: 2-3.5.6.8 Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla. 3. Rumani 11: 13-15.29-32 Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa li ta lil Iżrael. 4. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Ma nistgħux nifhmu l-atteġġament ta’ Ġesù ma’ din il-mara Kangħanija, għaliex kien daqshekk iebes ma’ din l-omm imsejkna bl-inkwiet kollu tagħha? Drajnih issa, il-Mulej iġib ruħu b’libertà assoluta, u ma jinqabad f’ebda kategorija ta’ għerf uman, imma hawnhekk donnu anqas juża edukazzjoni u rispett meta jsejjaħ lill-pagani “ġriewi”.

    Se nikkonċentraw fuq il-mara, imkissra bil-marda ta’ bintha: kif iġiegħelna nimmaġinaw kliemha “binti għandha fiha xitan” (Mt. 15:22) ninsabu quddiem każ gravi ta’ ossessjoni li – kif jinnota l-psikologu u teologu Ġermaniż, Eugen Drewermann – qata’ l-komunikazzjoni u għalhekk il-ftehim bejn iż-żewġ nisa, tant li l-personalità tal-bint bħal għebet minn dak li setgħet tipperċepixxi ommha. B’dan l-inkwiet kbir tal-marda ta’ bintha quddiem għajnejha, din il-mara ddisprata iddur fuq Ġesù b’determinazzjoni li ma titwemminx u li xejn ma jista’ jwaqqaf: la l-indifferenza tal-bidu ta’ dan it-tawmaturgu famuż; la l-indħil tad-dixxipli rritati b’dik il-fittaġni, u jisperaw li l-imgħallem jeħles lit-tifla u jeħlishom mill-preżenza ta’ din il-mara fitta; u lanqas it-ton kważi offensiv li juża Ġesù meta jgħidilha li ma jistax jintervjeni fil-każ tagħha.

    Imma lanqas Alla ma jista’ jirreżisti d-deteminazzjoni ta’ omm daqshekk mifnija bl-istorja ta’ bintha li ma tibqa’ tibża’ minn xejn, li ma tħares f’wiċċ ħadd; tant determinata li taqla’ l-fejqan, li tobbliga lil Alla jitfa’ ħarstu fuqha u fuq id-dwejjaq tagħha. Mara li fiha l-imħabba u n-niket qerdu kull ħjiel ta’ dinjità, u ħallew biss wisgħa għall-ħasra ta’ min ma jagħtix iktar kas ta’ kif jidher, ta’ min jinsa lilu nnifsu. Hemm xi ħaġa iktar qawwija minn hekk f’għajnejn Alla? Din il-Kangħanija li tinjora l-liġi t’Alla u ma tipprattikax id-doveri tal-Lhud, din il-pagana li l-ossessjoni ta’ bintha kienet sinjal ċar tal-ħakma ta’ Satana fuq l-infidili, ixxejjen il-personalità tagħha f’talba mħeġġa li għandha l-qawwa tasal direttament fil-qalb t’Alla, u ddawwar fuqha l-volontà salvifika divina.

    Meta l-imħabba tkun kapaċi twieġeb b’don totali tal-persuna nnifisha, allura – ifakkarna G. Bernanos – jiġri l-miraklu: il-Ħallieq jingħaqad mal-ħlejqa tiegħu u l-għaqda sseħħ propju fejn hemm it-tbatija, esperjenza komuni tat-tnejn li huma għax Alla f’Ġesù għamel tiegħu dak li hu tipikament tagħna: minn dakinhar “fid-dinja msejkna tagħna, it-tbatija hi Alla l-ħanin. Is-sinjal li jagħraf

  • 34 SIGNUM FIDEI

    Ġesù, l-imħabba tal-mara, u jaqsam magħħa t-tbatija u l-qsim tat-tbatija jwassal għall-ħelsien fiż-żewġ nisa, il-ħelsien mill-ħażen.

    Quddiem in-nuqqas ta’ għarfien tal-misteru ta’ Alla, il-mara Kangħanija ssir mudell straordinarju ta’ fidi għaliex tibqa’ temmen li Alla hu abbundanza ta’ mħabba anke meta s-silenzju tiegħu quddiem l-għajta tat-tbatija tal-bniedem, u d-dehra ta’ indifferenza quddiem it-tbatija tagħna ġġiegħelna naħsbu l-kuntrarju. Mhux biss, hi jistħoqqilha t-tifħir ta’ Ġesù, “Mara, l-fidi tiegħek kbira!” (Mt. 15:28) sempliċement għaliex ma poġġiet l-ebda kundizzjoni jew limitu għall-imħabba tiegħu, tant li xxejjen lilha nnifisha biex issalva lil dik li tħobb. Ġesù bħal donnu jistaqsina - Hemm xi mod ieħor li bih nistgħu insalvaw id-dinja? Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, it-2 punt In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The first is the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer with faith, says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he makes no exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect that we would obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is Truth, had not assured us of this? He not only made this known to you by his words but also gave you a great example of it in the Canaanite woman. She had insistently prayed and entreated with Jesus Christ to deliver her daughter, who was possessed by a demon. Because of her faith, she merited that Jesus Christ give her what she requested. O woman! exclaimed Jesus, how great is your faith! Let it be done as you desire. Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of him with faith and confidence in his goodness.

    TALBA

    Mulej Ġesù Kristu, sawwab fuqna l-grazzja tiegħek,

    biex minnek nitolbu u minnek nirċievu l-milja tal-ħajja vera,

    u b’hekk nidħlu fil-ħajja ta’ dejjem. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek,

    li Int il-bidu u t-tmiem, jistħoqqlok kull tifħir,

    Alla tal-għaġeb, li ħadd ma jista’ jfisser,

    għal kemm itul iż-żmien. Ammen.

    Sant’Antnin ta’ Padova Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 35

    It-Tnejn, is-17 t’Awwissu Santa Kjara ta’ Montefalco - verġni San Ġjaċint tal-Polonja - presbiteru

    Santa Beatrice de Silva - verġni Santa Beatrice de Silva - fundatriċi tal-kongregazzjoni tal-Konċezzjonisti u verġni

    Il-Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Eżekjel 24: 15-24 Eżekjel ikun għalikom sinjal, għax kulma

    għamel hu għad tagħmluh intom ukoll. 2. Salm - Dewteronomju 32: 18-21 Insejt ’l Alla li nisslek. 3. Mattew 19: 16-22 Jekk trid tkun perfett, biegħ il-ġid li għandek, u jkollok teżor fis-sema. SAN ĠJAĊINT (c.1185-1257) - saċerdot Ftit tagħrif għandna dwar San Ġjaċint, u dan il-ftit nafuh l-aktar mill-ewwel

    bijografu tiegħu, Stanislaw ta’ Krakovja, li kiteb madwar mitt sena wara l-mewt tal-qaddis. Ismu bil-Pollakk kien Jaċek (jew Jako) li mbagħad ħa l-forma Latina Ġjaċint. Jaċek twieled f’Kamien, qrib Wroclaw (illum fil-Lbiċ tal-Polonja) lejn it-tmiem tas-seklu 12, u sar kanonku tal-katidral ta’ Krakovja.

    Huwa mar ma’ zijuh Ruma u hemm flimkien ma’ ħbiebu ngħaqad mal-ordni tal-Predikaturi (Dumnikani) li kienet għadha kemm twaqqfet.

    Fl-1221, fil-kapitlu ta’ Bolonja, San Duminku għażel lil Ġjaċint wieħed minn grupp żgħir tal-ewwel patrijiet missjunarji biex imorru l-Polonja. Il-ħeġġa, il-qdusija u l-kwalitajiet sbieħ ta’ Ġjaċint għenu ħafna biex l-ordni ġdid Dumnikan jixtered fil-pajjiżi kbar tat-tramuntana.

    Fl-1228, twaqqfet provinċja awtonoma Dumnikana li kienet tiġbor fiha s-saltniet tal-Polonja u tal-Boemja. Il-ħidma tal-patrijiet kienet mifruxa ħafna.

    Ġjaċint għadda xi żmien fi Gdansk, u meta twaqqfet komunità ta’ patrijiet Dumnikani fi Kiev (Ukraina), hu kien attiv hemm bejn is-snin 1229-1233.

    L-art tal-ħidma tiegħu kienet tabilħaqq wiesgħa, u tinkludi l-Iskandinavja, il-Prussja u l-Litwanja.

    Hu kkonsidrat bħala l-appostlu tal-Polonja. San Ġjaċint miet fi Krakovja fil-15 t’Awwissu 1257 meta kellu madwar 72 sena. Kien iddikjarat qaddis fl-1594.

    Riflessjoni: F'dan id-dawl hekk qawwi li �