il˛qorti ewropea tal˛awdituri · (iv) eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi...

74
MT Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal- arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku Analiżi panoramika 2014 ILQORTI EWROPEA TALAWDITURI

Upload: others

Post on 29-Jul-2020

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

MT

Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal- arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku

Analiżi panoramika

2014

ILQORTIEWROPEA TALAWDITURI

Page 2: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

IL‑QORTI EWROPEA TAL‑AWDITURI 12, rue Alcide De Gasperi 1615 Luxembourg LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

E-mail: [email protected]: http://eca.europa.eu

Twitter: @EUAuditorsECAYouTube: EUAuditorsECA

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2014

ISBN 978-92-872-0964-1doi:10.2865/19760

© L-Unjoni Ewropea, 2014 Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.

Il-permess għall-użu jew għar-riproduzzjoni tal-Figura 1 għandu jintalab direttament mingħand id-detentur tad-dritt tal-awtur.

Printed in Luxembourg

Page 3: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

MT 2014

Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal- arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku

Analiżi panoramika

Page 4: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

02Werrej

Paragrafu

Abbrevjazzjonijiet

I–IX Sommarju Eżekuttiv

1–6 Introduzzjoni

2–5 L-iskop tal-analiżi panoramika

6 L-istruttura ta’ dan ir-rapport

7–24 Parti I – Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

7–10 Obbligu ta’ rendikont pubbliku

11–14 Kontribut tal-awditu pubbliku għall-obbligu ta’ rendikont

15–18 Obbligu ta’ rendikont u awditu għall-baġit tal-UE

19–24 Obbligu ta’ rendikont tal-UE lil hinn mill-baġit tal-UE – skrutinju fuq entitajiet, strumenti, miżuri tal-politika, implimentazzjoni u riżultati

25–149 Parti II – L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

25–27 Is-sejħa għal titjib fl-obbligu ta’ rendikont tal-UE

28–29 L-isfidi prinċipali għall-obbligu ta’ rendikont u l-awditjar tal-UE

30–42 1. Azzjoni kkoordinata mill-UE u l-Istati Membri

34–36 Koordinazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020

37–38 Koordinazzjoni fiskali u ekonomika taħt is-Semestru Ewropew

39–42 Strumenti intergovernattivi

43–65 2. Fondi ġestiti fi sħab ma’ oħrajn

45–50 Sħubijiet esterni

51–65 Ingranaġġ ta’ finanzi mis-settur privat

66–76 3. L-UE b’veloċitajiet differenti u arkitettura varjabbli tal-politika

68–69 Livelli differenti ta’ integrazzjoni bejn l-Istati Membri f’oqsma varji ta’ politika

70–76 L-euro, il-governanza fiskali u s-sorveljanza demokratika

Page 5: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

03Werrej

77–114 4. Arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

78–82 Proċedura ta’ kwittanza għall-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħra tal-UE

83–86 Istituzzjonijiet u korpi tal-UE mhux koperti mill-proċess ta’ kwittanza tal-Parlament

87–102 Obbligu ta’ rendikont u awditu tal-Bank Ċentrali Ewropew

103–110 Arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Fond Ewropew tal-Investiment

111–114 Skrutinju u awditu sproporzjonati fir-rigward ta’ entitajiet u baġits iżgħar

115–139 5. Arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji tal-UE

116–117 L-affidabbiltà tal-kontijiet

118–132 Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

133 Ġestjoni Finanzjarja Tajba

134–139 Qafas Legali li jirregola l-baġit tal-UE

140–149 6. Impatt u riżultati tal-politika tal-UE

142–147 Sfidi tal-kejl tal-impatt u r-riżultati tal-baġit tal-UE

148–149 L-isfida tal-kejl tal-impatt ta’ strumenti regolatorji

150–183 PartI III – Sfidi assoċjati mar-rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja

151 Il-katina tal-avvenimenti u tar-risponsi tal-UE

152–160 Regolamentazzjoni u superviżjoni tas-settur finanzjarju

161–169 Mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri

170–183 Sorveljanza ekonomika u fiskali mtejba

172 Miżuri mqawwa ta’ koordinazzjoni fiskali u ekonomika fil-livell tal-UE

173 Semestru Ewropew

174–183 Kontijiet u statistika nazzjonali affidabbli

184–186 Parti IV – Konklużjonijiet u riflessjonijiet

Anness - Lista tal-aġenziji tal-UE

Page 6: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

04Abbrevjazzjonijiet

AIEA (IAEA): Agence Internationale de l’énergie Atomique (Aġenzija Internazzjonali tal‑Enerġija Atomika)

AQM: Armi ta’ Qerda Massiva

ASE: Awtorità Superviżorja Ewropea

BĊE: Bank Ċentrali Ewropew

BEI: Bank Ewropew tal‑Investiment

BERS: Bord Ewropew dwar ir‑Riskju Sistemiku

BtP: Mekkaniżmu tal‑Bilanċ tal‑Pagamenti

CRD IV: Direttiva IV dwar ir‑Rekwiżiti ta’ Kapital

CRIS: Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir‑Relazzjonijiet Esterni

CRR: Regolament dwar ir‑Rekwiżiti ta’ Kapital

CTBTO: Organizzazzjoni tat‑Trattat dwar il‑Projbizzjoni Totali ta’ Provi Nukleari

DAS: Déclaration d’assurance (Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni)

DĠ DEVCO: Direttorat Ġenerali Żvilupp u Kooperazzjoni–EuropeAid

DĠ ECFIN: Direttorat Ġenerali Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

EBA: Awtorità Bankarja Ewropea

EDA: Aġenzija Ewropea għad‑Difiża

EDP: Programm għall‑Iżvilupp tal‑Intraprenditorija

EFSF: Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja

EFSM: Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja

EIOPA: Awtorità Ewropea tal‑Assigurazzjoni u l‑Pensjonijiet tax‑Xogħol

EPSAS: Standards Ewropej tal‑Kontabbiltà għas‑Settur Pubbliku

ESMA: Awtorità Ewropea tat‑Titoli u s‑Swieq

EUISS: Istitut tal‑Unjoni Ewropea għall‑Istudji fuq is‑Sigurtà

EUSC: Ċentru Satellitari tal‑Unjoni Ewropea

FEŻR: Fond Ewropew għall‑Iżvilupp Reġjonali

FMI: Fond Monetarju Internazzjonali

FSB: Bord għall‑Istabilità Finanzjarja

FSE: Fond Soċjali Ewropew

IPSAS: Standards Internazzjonali tal‑Kontabbiltà għas‑Settur Pubbliku

ISA: Standards Internazzjonali tal‑awditjar

ISSAI: Standard Internazzjonali tal‑Istituzzjonijiet Supremi tal‑Awditjar

IT: Teknoloġija tal‑Informatika

KE: Komunità Ewropea

KESE: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

KtR: Kumitat tar‑Reġjuni

MES: Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà

MS: Stat Membru

MSU: Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

NAI: Istituzzjoni Nazzjonali tal‑Awditjar

NSA: Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali

NU: Nazzjonijiet Uniti

ODA: Għajnuna Uffiċjali għall‑Iżvilupp

PDG: Prodott Domestiku Gross

PE: Parlament Ewropew

PNR: Programm Nazzjonali ta’ Riforma

PPP: Sħubija Pubblika‑Privata

Page 7: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

05Abbrevjazzjonijiet

PŻM: Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku

QEA: Qorti Ewropea tal‑Awdituri

QEĠ: Qorti Ewropea tal‑Ġustizzja

QFP: Qafas Finanzjarju Pluriennali

QSK: Qafas Strateġiku Komuni

R&Ż: Riċerka u Żvilupp

RAL: Reste à Liquider (Impenji Pendenti)

RF: Regolament Finanzjarju (applikabbli għall‑baġit ġenerali dwar l‑Unjoni u r‑regoli ta’ applikazzjoni tiegħu)

RQF: Regolament dwar il‑Qafas Finanzjarju

RRD: Direttiva dwar l‑Irkupru u r‑Riżoluzzjoni

SAI: Istituzzjoni Suprema tal‑Awditjar

SEAE: Servizz Ewropew għall‑Azzjoni Esterna

SEBĊ: Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali

SESF: Sistema Ewropea tas‑Superviżuri Finanzjarji

SF: Strument Finanzjarju

SK: Strument Ikkombinat

SKK: Strument għall‑Konverġenza u l‑Kompetittività

SMART: Speċifiku, li jista’ jitkejjel u jinkiseb, rilevanti u f’waqtu

SME: Intrapriżi żgħar u medji

TFUE: Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea

TSKG: Trattat dwar l‑Istabbiltà, il‑Koordinazzjoni u l‑Governanza

UE: Unjoni Ewropea

UEM: Unjoni Ekonomika u Monetarja

UNFCC: Konvenzjoni Qafas tan‑Nazzjonijiet Uniti dwar it‑Tibdil fil‑Klima

UNSCR 1540: Riżoluzzjoni 1540 tal‑Kunsill tas‑Sigurtà tan‑Nazzjonijiet Uniti

US: Stati Uniti

WB: Bank Dinji

Page 8: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

06Sommarju Eżekuttiv

IDin hija l‑ewwel “analiżi panoramika” prodotta mill‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri (QEA). Analiżijiet panoramiċi huma tip ġdid ta’ pubblikazzjoni tal‑QEA. Iqisu temi wesgħin fuq il‑bażi tar‑riċerka u l‑esperjenza akkumulata tal‑Qorti, fir‑rigward ta’ kwistjonijiet relatati direttament mal‑mandat tal‑QEA. Din l‑analiżi panoramika tittratta l‑“arranġamenti tal‑UE fir‑rigward tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar” u analiżi pano‑ramika oħra, li tittratta r‑“riskji għall‑baġit ġenerali tal‑UE”, se jiġu ppubblikati fix‑xhur li ġejjin.

IIArranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar għall‑politiki, l‑istrumenti, l‑entitajiet u r‑riżorsi finanzjarji pubbliċi relatati u l‑isfidi relatati tal‑Unjoni Ewropea (UE) qed jitqiesu f’din l‑analiżi. Għal dan il‑għan, l‑obbligu ta’ rendikont jirreferi prinċipalment għal sorveljanza demokratika (speċjalment parlamen‑tari) tal‑politiki u l‑attivitajiet ta’ korpi pubbliċi, filwaqt li l‑awditu pubbliku jirreferi għall‑awditi finanzjarji u tal‑prestazzjoni tal‑politiki u l‑fondi pubbliċi rela‑tati u r‑rabta tagħhom mal‑proċess tal‑obbligu ta’ rendikont.

IIIDin l‑analiżi għandha l‑għan li tqajjem kuxjenza ta’ u trawwem ir‑riflessjoni dwar l‑isfidi għall‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑UE. Għaldaqstant ma hemm l‑ebda “rakkomandazzjoni tal‑awditjar” f’dan il‑każ iżda, minflok, l‑analiżi tinkludi indikaturi għal kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati minn dawk li jfasslu l‑politika Ewropea, leġiżlaturi u l‑komunità tal‑awditjar.

IVId‑dokument għandu erba’ partijiet relatati: il‑Parti I tiddeskrivi r‑rabtiet bejn l‑obbligu ta’ rendikont u l‑awditu pubbliku. Din tidentifika sitt elementi ewlenin għal katina b’saħħitha tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar; il‑Parti II tiddeskrivi sitt oqsma importanti li jiffaċċjaw sfidi tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar pubbliku fil‑livell tal‑UE; il‑Parti III tittratta l‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar li japplikaw għal strumenti ġodda varji tal‑UE u intergovernattivi, li żviluppaw malajr bħala rispons għall‑kriżi finanzjarja. L‑aħħar parti fiha l‑konklużjonijiet minn din l‑analiżi.

VIs-sitt elementi għal katina b’saħħitha tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar huma:

(i) Definizzjoni ċara tar‑rwoli u tar‑responsabbiltajiet;

(ii) Aċċertament tal‑ġestjoni dwar l‑ilħuq tal‑ob‑jettivi tal‑politika (rappurtar finanzjarju u tal‑prestazzjoni);

(iii) sorveljanza demokratika sħiħa;

(iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib;

(v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti biex jiġu vverifikati l‑kontijiet, il‑konformità u l‑prestazzjoni; u 

(vi) Implimentazzjoni tar‑rakkomandazzjonijiet tal‑awditjar u tas‑segwitu tal‑awditjar.

Dawn l‑elementi jiddeskrivu r‑rabta bejn l‑obbligu ta’ rendikont u r‑rwol tal‑awditu pubbliku biex dan il‑proċess usa’ jkun appoġġat. Dawn jistgħu jik‑kontribwixxu għal “pjan ta’ azzjoni” għall‑ittestjar ta’ arranġamenti ġodda tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar fil‑futur.

VIIs-sitt oqsma importanti fil-livell tal-UE li jiffaċċjaw sfidi ta’ obbligu ta’ rendikont huma kif ġej:

(i) Azzjonijiet ikkoordinati tal-UE u tal-Istati Membri jieħdu l‑forma ta’ strumenti li huma jew fi ħdan il‑qafas legali tal‑UE, jew inkella bbażati fuq ftehimiet intergovernattivi, jew kombina‑ment tat‑tnejn. Tali strutturi jirriżultaw għal var‑jetà ta’ raġunijiet iżda jistgħu jserrħu fuq sistema frammentata ta’ skrutinju parlamentari u awditjar pubbliku.

(ii) Fondi tal-UE huma ġestiti fi sħubija ma’ oħrajn, bħal organizzazzjonijiet internazzjonali, pajjiżi terzi, u sħab privati. Ma jistgħux ikunu suġġetti għall‑proċess demokratiku u tal‑awditjar tal‑UE bl‑istess mod u bl‑istess firxa bħall‑infiq dirett mill‑baġit tal‑UE. Is‑sistemi tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tas‑sħab stess iridu jkunu suffiċjenti u affidabbli sabiex jikkumpensaw.

Page 9: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

07Sommarju Eżekuttiv

(iii) Il‑politiki jiġu applikati minn sottosett ta’ Stati Membri tal‑UE (Ewropa b’veloċitajiet dif-ferenti). Iż‑żona tal‑euro tipprovdi eżempju ta’ arkitettura tal‑politika kumplessa u ta’ arranġamenti ta’ governanza kumplessi li fihom ma jipparteċipawx l‑Istati Membri kollha tal‑UE.

(iv) L-istruttura istituzzjonali tal-UE tinkludi għadd dejjem jikber ta’ korpi. Arranġamenti differenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar japplikaw għal gruppi ta’ korpi tal‑UE skont pereżempju is‑sorsi ta’ introjtu. Differenzi fl‑arranġamenti tal‑kontabbiltà, tal‑awditjar u tal‑kwittanza jistgħu jwasslu għal livelli sproporzjonati ta’ skrutinju, lakuni u duplikazzjonijiet.

(v) Il-ġestjoni finanzjarja u tal-prestazz-joni tal-baġit tal-UE hija suġġetta għal dispożizzjonijiet numerużi għall‑iskrutinju parlamentari u għall‑awditu. Għad fadal sfidi għas‑simplifikazzjoni tal‑proċessi ta’ governanza, tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar ewlenin imwettqa fil‑livell tal‑Istati Membri ‑ kemm għad‑dħul u partikolarment għall‑infiq taħt il‑ġestjoni kondiviża. Il‑kontrolli tal‑livell primarju f’xi Stati Membri għadhom dgħajfa u, minkejja duplikazzjonijiet għaljin fl‑awditjar, dawn ma jidentifikawx u ma jikkoreġux żbalji.

(vi) L-outputs, l-impatt u r-riżultati tal-politika jserrħu fuq strumenti mhux baġitarji. Il‑baġit tal‑UE huwa komponent wieħed biss ta’ riżorsi użati biex jikkontribwixxu għal riżultati ta’ inizjat‑tivi tal‑politika tal‑UE (oħrajn jinkludu l‑finan‑zjament mill‑baġit nazzjonali tal‑Istati Membri u ingranaġġ ta’ finanzjament privat). Barra minn hekk, il‑politiki għandhom mnejn ukoll iserrħu biss fuq strumenti legali u regolatorji. Jeħtieġ li sistema komprensiva tal‑awditjar u tal‑obbligu ta’ rendikont iffukat fuq ir‑riżultati tivvaluta dawn il‑komponenti kollha tal‑politika flimkien.

VIIIr-rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja aċċellera l‑ħolqien ta’ strumenti ġodda tal‑UE jew intergovern‑attivi b’arranġamenti speċifiċi tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar. Ċerti strumenti b’bażi intergovernat‑tiva huma ffinanzjati direttament mill‑Istati Membri (BĊE, BEI, MES, MSU) u għalkemm huma ta’ inqas importanza minn perspettiva tal‑baġit tal‑UE, jeħtieġu skrutinju demokratiku u awditu pubbliku komprensivi fil‑livell xieraq f’termini tal‑ interrelazzjoni bejn tali strumenti u r‑rwol u l‑funzjonijiet ta’ ċerti istituzzjoni‑jiet u korpi tal‑UE, il‑livell ta’ fondi pubbliċi rregolati minn tali strumenti sovranazzjonali u r‑rabta tagħhom ma’ objettivi u riskji sistemiċi tal‑UE.

VIIIXi konklużjonijiet ġenerali dwar kif għandhom jittejbu l‑obbligu ta’ rendikont u l‑awditjar pubbliku fil‑livell tal‑UE jinkludu:

— Sistema aktar kollaborattiva ta’ skrutinju (sorveljanza parlamentari u awditu pubbliku) tista’ tkun meħtieġa għall‑istrumenti koordinati jew intergovernattivi bejn l‑UE u l‑Istati Membri.

— Sett aktar konsistenti u komprensiv ta’ arranġamenti huwa meħtieġ fost il‑politiki, l‑istrumenti u l‑fondi kollha tal‑UE ġestiti mill‑is‑tituzzjonijiet u l‑korpi tal‑UE. Il‑parlamenti u l‑awd‑ituri pubbliċi għandhom ikunu kapaċi jivvalutaw l‑aspetti kollha ta’ ġestjoni finanzjarja tajba relatati mal‑attivitajiet tagħhom u l‑finanzi u r‑riżorsi pubbliċi kollha taħt ir‑responsabbiltà tagħhom.

— Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll aħjar fir‑rigward tal‑attivitajiet u l‑fondi tal‑UE huma prerekwiżit għal trasparenza, governanza tajba u għoti ta’ rendikont. Artikulazzjoni aħjar tal‑objettivi, kontrolli għall‑konformità mar‑regoli, kejl aħjar tal‑eżiti u tar‑riżultati, u titjib fis‑sistemi relatati ta’ kontroll intern u ta’ rappurtar huma meħtieġa biex jitjieb l‑obbligu ta’ rendikont għall‑baġit tal‑UE. Dan jeħtieġ li jiġi indirizzat mill‑partijiet kollha involuti fil‑ġestjoni u l‑kontroll tal‑fon‑di tal‑UE, b’mod partikolari l‑Istati Membri għar‑responsabbiltà tagħhom mill‑infiq tal‑fondi tal‑UE (b’mod partikolari dawk taħt ġestjoni kondiviża).

Page 10: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

08Sommarju Eżekuttiv

— Huwa meħtieġ li jkun hemm fokus fuq il-kejl tal-impatt u r-riżultati tal-politika tal-UE fejn il‑baġit tal‑UE għandu rwol relattivament żgħir, iżda fejn hemm dispożizzjoni regolatorja jew leġiżlattiva sinifikanti fil‑livell tal‑UE. L‑obbligu ta’ rendikont għall‑politiki tal‑UE, għalhekk, jeħtieġ li l‑Parlamenti kemm fil‑livelli tal‑UE kif ukoll dawk nazzjonali jipprovdu skrutinju komprensiv tal‑istrumenti Ewropej. Dan jista’ jeħtieġ livell ta’ kooperazzjoni msaħħa li mhuwiex previst mill‑arkitettura eżistenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑istrumenti tal‑UE u dawk Ewropej b’bażi intergovernattiva.

— It-tnaqqis ta’ duplikazzjonijiet għaljin fl-aw-ditjar għall‑politiki u l‑fondi tal‑UE jeħtieġ li jiġu esplorati l‑opportunitajiet kollha għall‑evitar ta’ duplikazzjonijiet għaljin fl‑awditjar, primarjament billi jiġi żgurat li l‑awdituri f’kull livell jkunu jistgħu jserrħu b’mod xieraq fuq ix‑xogħol ta’ awdituri oħrajn. Il‑QEA u l‑awtoritajiet tal‑awditjar pubbliku fl‑Istati Membri jkunu jeħtieġu jsaħħu l‑kooperazz‑joni tagħhom biex jintlaħaq dan il‑għan.

IXDin l‑analiżi tenfasizza aġenda għal djalogu poten‑zjali u aktar elaborazzjoni ta’ soluzzjonijiet possibbli fil‑futur.

Page 11: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

09Introduzzjoni

01 Bħala l‑awditur estern indipendenti tal‑Unjoni Ewropea (UE), il‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri (QEA) tfittex li tikkontribwixxi għat‑trasparenza u l‑obbligu ta’ rendikont tal‑governanza tal‑UE. Dan l‑impenn jinsab fil‑qalba tal‑awditi rego‑lari tal‑QEA fir‑rigward tad‑dħul u l‑infiq tal‑UE. Wara l‑kriżi finanzjarja, huwa mument opportun li jittieħed kont tal‑arranġamenti eżistenti tal‑UE fir‑rigward tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar pubbliku bil‑ħsieb li dawn jissaħħu fil‑futur.

L-iskop tal-analiżi panoramika

02 Analiżijiet panoramiċi huma tip ġdid ta’ prodott tal‑QEA. Iqisu temi wesgħin fuq il‑bażi tar‑riċerka u l‑għarfien u l‑esperjenza akkumulata tal‑Qorti.

03 Din hija waħda miż‑żewġ tali analiżijiet panoramiċi. Din l‑analiżi tittratta s‑siste‑ma ta’ “arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑UE” waqt li l‑oħra tittratta “Riskji għall‑ġestjoni finanzjarja tal‑baġit tal‑UE”.

04 Dawn l‑analiżijiet iservu bħala bażi importanti għal konsultazzjoni u djalogu mal‑partijiet interessati tal‑QEA u għal xogħol futur tal‑awditjar tal‑QEA. Jip‑permettu lill‑Qorti tippreżenta osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet li mhumiex neċessarjament suxxettibbli għall‑awditu per se iżda huma xorta waħda impor‑tanti għall‑obbligu ta’ rendikont pubbliku u l‑missjoni tal‑awditjar tal‑QEA.

05 Fil‑valutazzjoni tal‑arranġamenti attwali tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑UE u fl‑identifikazzjoni tal‑isfidi relatati, din l‑analiżi timmira li trawwem iktar konsiderazzjoni u dibattitu dwar suġġett li huwa ta’ importanza reali għal‑leġittimità demokratika tas‑sistema istituzzjonali tal‑UE. Għalhekk ma teżisti l‑ebda “rakkomandazzjoni tal‑awditjar” speċifika, iżda jeżistu ħafna indikaturi għal kwistjonijiet li għandhom jiġu mqajma u indirizzati minn dawk li jfasslu l‑politika Ewropea, leġiżlaturi u l‑komunità tal‑awditjar.

Page 12: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

10Introduzzjoni

L-istruttura ta’ dan ir-rapport

06 Dan ir‑rapport qiegħed f’erba’ partijiet:

ο Il‑Parti I tiddeskrivi l‑karatteristiċi essenzjali ta’ qafas tal‑obbligu ta’ rendikont, ir‑rwol tal‑awditu pubbliku fit‑tisħiħ tal‑obbligu ta’ rendikont, u l‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar attwalment stabbiliti fil‑livell tal‑UE.

ο Il‑Parti II tirreferi għad‑dibattitu pubbliku dwar ir‑rinfurzar tal‑obbligu ta’ rendikont fil‑livell tal‑UE u tiddeskrivi l‑isfidi prinċipali għall‑obbligu ta’ rendikont u l‑awditjar pubbliku kif identifikati mill‑QEA. Dawn jinkludu l‑obbligu ta’ rendikont u l‑awditjar ta’: azzjoni intergovernattiva mill‑Istati Membri tal‑UE; impatt tal‑politika tal‑UE u riżultati miksuba; kooperazzjoni mas‑sħab esterni; ingranaġġ ta’ finanzjament privat biex jiġi kkomplementat l‑investiment pubbliku; entitajiet jew responsabbiltajiet ġodda tal‑UE.

ο Il‑Parti III tiddeskrivi l‑isfidi ffaċċjati bħala riżultat tal‑kriżi finanzjarja u r‑rispons tal‑UE sal‑lum, b’mod partikolari fir‑rigward ta’: l‑iżgurar tal‑istab‑biltà finanzjarja; it‑tqawwija tas‑superviżjoni tas‑settur finanzjarju; u t‑tisħiħ tas‑sorveljanza fiskali u ekonomika.

ο Il‑Parti IV tippreżenta sommarju tal‑isfidi u riflessjonijiet meħtieġa għall‑futur.

Page 13: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

11Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubblikuObbligu ta’ rendikont pubbliku

07 F’mudell ġenerali (ara l‑Figura 1), l‑obbligu ta’ rendikont huwa deskritt bħala r‑relazzjoni bejn “atturi” u “forum”, li fiha l‑atturi jinformaw lill‑forum dwar l‑imġiba u l‑prestazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il‑forum għandu l‑awtorità li jiġġudika lill‑atturi, u jobbligahom jieħdu azzjonijiet korrettivi jekk ikun meħtieġ.

Obbligu ta’ rendikont bħala relazzjoni soċjali: dimensjonijiet ewlenin

Figu

ra 1

Attur Forum

Jinforma dwarl‐imġiba Jiddibatti Jiġġudika

KonsegwenziInformali

Formali

© Prof. Mark A.P. Bovens (Ara l‑Figura 1, “Analysing and Assessing Accountability: A Conceptual Framework”, European Law Journal, Vol. 13, Nru 4, Lulju 2007, p. 454)

08 Dan il‑mudell jgħin biex jiġu vvalutati xi sfidi importanti rigward oqfsa ta’ obb‑ligu ta’ rendikont inġenerali:

— Atturi f’istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jiffaċċjaw il‑problema li jittrattaw ma’ ħafna saffi u dimensjonijiet ta’ governanza b’fora multipli għall‑iskrutinju ta’ azzjonijiet — “bosta għajnejn” li joperaw fir‑rigward tas‑sorveljanza.

— Il‑parlamenti u awtoritajiet oħrajn responsabbli għall‑iskrutinju ta’ korpi pubbliċi jiffaċċjaw l‑isfida ta’ strutturi eżekuttivi b’ħafna partijiet jew b’ħafna saffi, li tagħmilha diffiċli li jiġi ddeterminat min għandu l‑obbligu ta’ rendikont. Din ta’ spiss tissejjaħ il‑problema ta’ “ħafna idejn”.

— Sfida oħra li tirriżulta hija f’termini ta’ dak li għalih għandu jingħata kont. Il‑parlamenti jistgħu jiffaċċjaw għażla li jpoġġu l‑enfasi fuq l‑iskrutinju pjut‑tost milli fuq l‑inputs— speċjalment inputs finanzjarji — jew jiffukaw fuq l‑impatti u r‑riżultati.

— Fl‑aħħar nett, l‑isfida li jiġi żgurat l‑obbligu ta’ rendikont testendi lil hinn mill‑iskrutinju statutorju u parlamentari. Entitajiet pubbliċi jiffaċċjaw l‑isfida tal‑ġestjoni ta’ relazzjonijiet mal‑pubbliku inġenerali, kif ukoll mal‑impjegati tagħhom, il‑klijenti prinċipali, u partijiet interessati oħra.

Page 14: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

12Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

1 ISSAI 12: The value and benefits of Supreme Audit Institutions – making a difference to the lives of citizens (Il‑valur u l‑benefiċċji tal‑Istituzzjonijiet Supremi tal‑Awditjar – nagħmlu differenza fil‑ħajja taċ‑ċittadini); INTOSAI; Marzu 2013; Preambolu, il‑paragrafu 2.

2 ISSAI 1: id‑Dikjarazzjoni ta’ Lima.

3 ISSAI 12: The value and benefits of Supreme Audit Institutions – making a difference to the lives of citizens; Preambolu, il‑paragrafu 1; adottat minn XXI INCOSAI 2013.

09 Dawn il‑kwistjonijiet u l‑problemi assoċjati huma saħansitra aktar kumplessi fil‑livell tal‑UE. Kif qed jintwera fil‑Partijiet II u III hawn taħt, fis‑sistemi istituzz‑jonali kumplessi tal‑UE jinqalgħu sfidi kull fejn ikun hemm nuqqas ta’ ċarezza tar‑rwoli, funzjonijiet duplikati, jew lakuni f’termini ta’ skrutinju u kontroll.

10 Fil‑preambolu ta’ Standard Internazzjonali reċenti għall‑Istituzzjonijiet Su‑premi tal‑Awditjar (ISSAI) Nru 12, l‑obbligu ta’ rendikont huwa deskritt kif ġej: F’demokrazija, l‑istrutturi huma maħluqa u r‑rappreżentanti eletti jingħataw is‑setgħa li jimplimentaw ir‑rieda tal‑poplu u jaġixxu f’isimhom permezz ta’ korpi leġiżlattivi u eżekuttivi. Riskju li għandu jitqies fir‑rigward tal‑istituzzjonijiet tas‑settur pubbliku f’demokrazija huwa li s‑setgħa u r‑riżorsi jistgħu jiġu ġestiti ħażin jew użati ħażin, li jwassal għal erożjoni fil‑fiduċja li jista’ jdgħajjef l‑essenza tas‑sistema demokratika. Għalhekk huwa kritiku li ċ‑ċittadini ta’ pajjiż ikunu kapaċi jżommu lir‑rappreżentanti tagħhom responsabbli li jagħtu rendikont. Rappreżentanti eletti demokratikament jistgħu jinżammu responsabbli li jagħtu rendikont biss jekk, min‑naħa tagħhom, jistgħu jżommu responsabbli lil dawk li jimplimentaw id‑deċiżjonijiet tagħhom, għall‑għoti ta’ rendikont1.

Kontribut tal-awditu pubbliku għall-obbligu ta’ rendikont

11 L‑istituzzjonijiet tal‑awditjar pubbliku huma komponent importanti tal‑obbligu ta’ rendikont. L‑objettiv prinċipali tagħhom huwa li jipprovdu skrutinju indip‑endenti, effettiv u kredibbli tal‑użu tar‑riżorsi pubbliċi2.

12 L‑ISSAI 12 jispjega r‑rwol tal‑awditu pubbliku f’termini ta’ obbligu ta’ rendikont kif ġej: Awditjar tas‑settur pubbliku, kif appoġġat mill‑Istituzzjonijiet Supremi tal‑Awditjar (SAIs), huwa fattur importanti biex issir id‑differenza fil‑ħajja taċ‑ċittadini. L‑awditjar tal‑entitajiet tal‑gvern u tas‑settur pubbliku minn SAIs għandu impatt pożittiv fuq il‑fiduċja fis‑soċjetà peress li jiffoka l‑imħuħ tal‑gwardjani tar‑riżorsi pubbliċi fuq kemm jużaw tajjeb dawk ir‑riżorsi. Tali sensi‑bilizzazzjoni tappoġġa l‑valuri mixtieqa u ssostni l‑mekkaniżmi ta’ obb‑ ligu ta’ rendikont, li mbagħad iwassal għal deċiżjonijiet imtejba. Ladarba r‑riżultati tal‑awditjar tas‑SAIs ikunu saru pubbliċi, iċ‑ċittadini jkunu jistgħu jżommu lill‑gwardjani tar‑riżorsi pubbliċi responsabbli li jagħtu rendikont. B’dan il‑mod, is‑SAIs jippromwovu l‑effiċjenza, l‑obbligu ta’ rendikont, l‑effettività u t‑trasparenza tal‑amministrazzjoni pubblika. Għalhekk SAI indipendenti, effet‑tiva u kredibbli hija komponent essenzjali f’sistema demokratika fejn l‑obbligu ta’ rendikont, it‑trasparenza u l‑integrità huma partijiet indispensabbli ta’ demokrazija stabbli3.

Page 15: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

13Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

13 L‑istruttura, b’ħafna saffi, ta’ governanza tal‑UE teħtieġ kooperazzjoni u koor‑dinazzjoni bejn l‑UE u l‑Istati Membri, u bejn livelli ulterjuri tal‑gvern fi ħdan l‑Istati Membri. Teħtieġ ukoll kooperazzjoni u koordinazzjoni proporzjonati bejn il‑parlamenti u l‑awdituri pubbliċi fil‑livelli kollha. Tali kooperazzjoni għandha twassal għal skrutinju sħiħ tar‑riżorsi finanzjarji pubbliċi, inklużi aċċertamenti dwar il‑preċiżjoni tal‑kontijiet finanzjarji, il‑valutazzjoni tal‑konformità tat‑tranżazzjonijiet mar‑regoli applikabbli u l‑valutazzjoni tal‑prestazzjoni tar‑riżultati miksuba (ekonomija, effiċjenza u effettività).

14 Il‑QEA identifikat sitt elementi ewlenin ta’ obbligu ta’ rendikont u awditjar pubbliċi (ara t‑Tabella 1). Kull wieħed minn dawn l‑elementi jirrappreżenta ħolqa f’katina ‑ fejn dgħufija fi kwalunkwe punt thedded li timmina l‑effettività kumplessiva.

Sitt elementi ewlenin għall-obbligu ta’ rendikont u l-awditu pubbliċi

Tabe

lla 1

1. Rwoli u responsabbiltajiet →Ir‑rwoli u r‑responsabbiltajiet assenjati lill‑korpi kollha tal‑UE u lil korpi oħra involuti fl‑implimentazzjoni tal‑poli‑tiki u fil‑ġestjoni tal‑fondi.

2. Informazzjoni u rappurtar →Rekwiżiti għall‑maniġers pubbliċi biex jipprovdu informazzjoni suffiċjenti, rilevanti, preċiża u f’waqtha u rappurtar dwar l‑implimentazzjoni u r‑riżultati għal skopijiet ta’ obbligu ta’ rendikont.

3. Skrutinju demokratiku u awditjar

→Arranġamenti u opportunitajiet għal sorvel‑janza u skrutinju demokratiċi tal‑maniġers pubbliċi mill‑parlamenti.

4. Konsegwenza u feedback → Mekkaniżmi biex jiżguraw li r‑riżultati tas‑sorveljanza u l‑iskrutinju pubbliċi jitqiesu fil‑proċeduri leġiżlattivi u tal‑istabbiliment tal‑baġit.

5. Mandat tal‑awditjar pubbliku →

Ħatra ta’ awdituri esterni indipendenti b’setgħat biex iwettqu firxa wiesgħa ta’ awditi pubbliċi (awditi finanz‑jarji, ta’ konformità u tal‑prestazzjoni), id‑dritt ta’ aċċess għall‑informazzjoni meħtieġa, u rekwiżiti għal rappurtar lill‑parlamenti u lill‑pubbliku.

6. Rappurtar u segwitu tal‑awditjar

→ Dispożizzjonijiet għal segwitu u rappurtar dwar ir‑riżultati tal‑awditu pubbliku.

Sors: Il‑QEA.

Page 16: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

14Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

Obbligu ta’ rendikont u awditu għall-baġit tal-UE

15 Il‑qafas tal‑obbligu ta’ rendikont għall‑ġestjoni u l‑kontroll finanzjarju tal‑UE jinkludi tliet funzjonijiet ewlenin: il‑Parlament Ewropew u l‑Kunsill, li jipprovdu sorveljanza demokratika; il‑Kummissjoni u korpi oħra tal‑UE li jwettqu funzjonijiet eżekuttivi; u l‑QEA bħala l‑awditur tal‑UE (ara l‑Figura 2).

Qafas tal-obbligu ta’ rendikont għall-ġestjoni u l-kontrolli finanzjarji tal-UE

Figu

ra 2

Rapp

urtar

tal-aw

ditjar

:

inform

azzjon

i indip

ende

nti

u oġġ

ettiva

It-Tra

ttati j

agħtu

rrespo

nsabb

iltà għ

all-aw

ditjar

It-Trattati jagħtu rresponsabbiltà

għall-implimentazzjoni

tal-baġit tal-UE

Rappurtar b’rabta mal-obbligu

ta’ rendikont: Trasparenza

Il-Qorti Ewropeatal-Awdituri

Awditu Il-Kummissjoni Ewropeau l-Amministrazzjoni tal-Istati Membri

Il-Parlament Ewropewu l-Kunsill (Stati Membri)

Sors: Il‑QEA.

Page 17: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

15Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

16 Skrutinju estern indipendenti mill‑QEA jipprovdi aċċertament dwar:

— l‑affidabbiltà tal‑kontijiet tal‑UE;

— il‑legalità u r-regolarità tal‑introjtu u l‑infiq ta’ bażi tal‑baġit tal‑UE;

— il‑ġestjoni finanzjarja tajba tal‑fondi tal‑UE f’termini ta’ ekonomija, effiċjenza u effettività.

17 L‑awditu tal‑Qorti huwa parti waħda minn katina itwal ta’ arranġamenti tal‑ ob‑bligu ta’ rendikont finanzjarju fil‑qasam tal‑ġestjoni kondiviża. L‑awditi fil‑livell tal‑UE jivverifikaw ir‑rendikont tal‑Kummissjoni lill‑Parlament Ewropew. Il‑Kum‑missjoni min‑naħa tagħha tiddependi minn sistema ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ ġestjoni u awditjar fil‑livell tal‑Istati Membri. L‑użu ta’ fondi tal‑UE mill‑Istati Membri huwa suġġett ukoll għall‑iskrutinju mill‑Parlamenti rispettivi tagħhom.

18 It‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi mekkaniżmu speċifiku ta’ obbligu ta’ rendikont fir‑rigward tal‑baġit tal‑UE li huwa magħruf bħala l‑“proċedura ta’ kwittanza”. Dan jinvolvi erba’ istituzzjonijiet prinċipali tal‑UE: il‑Parlament Ewropew; il‑Kunsill; il‑Kummissjoni; u l‑QEA (ara l‑Figura 3).

Figu

ra 3 Il-proċedura ta’ kwittanza għall-baġit tal-UE

L-Artikolu 319 TFUE:

Il-Kummissjoni Ewropea Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri Il-Kunsill tal-UE Il-Parlament Ewropew

tagħti rendikont tawditja jagħti pariri jagħti l-kwittanzau jirrakkomanda

“Il-Parlament Ewropew, [li jaġixxi…] għandu

jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni rigward

l-implimentazzjoni tal-baġit....”

L-Artikolu 319 TFUE:

“Il-Parlament Ewropew,li jaġixxi fuq

rakkomandazzjoni mill-Kunsill .... ”

L-Artikolu 318 TFUE: L-Artikolu 287 TFUE:

“Il-Qorti tal-Awdituri għandh teżamina

l-kontijiet tad-dħul kollha tal-Unjoni….”

“Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena

lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-kontijiet

tas-sena preċedenti….”

Sors: Il‑QEA.

Page 18: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

16Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

Obbligu ta’ rendikont tal-UE lil hinn mill-baġit tal-UE — skrutinju fuq entitajiet, strumenti, miżuri tal-politika, implimentazzjoni u riżultati

19 L‑obbligu ta’ rendikont mhuwiex limitat biex jipprovdi rendikont tal‑użu tal‑flus tal‑kontribwenti permezz tal‑baġit ġenerali tal‑UE iżda jinkludi wkoll il‑provvedi‑ment ta’ rendikont ta’:

— deċiżjonijet meħuda dwar il‑politika, u objettivi stabbiliti;

— riżultati u eżiti tal‑politiki tal‑UE;

— l‑użu tal‑fondi minn sorsi privati jew internazzjonali li huma mobilizzati għall‑implimentazzjoni tal‑politiki tal‑UE u l‑konformità ta’ dawn il‑proġetti mal‑istrateġiji tal‑UE; u

— l‑effettività tar‑risponsi tal‑UE għal riskji sistemiċi li jinħolqu għall‑interessi finanzjarji tal‑Unjoni u l‑Istati Membri tagħha.

20 Jeżistu għadd ta’ mezzi li permezz tagħhom jista’ jinkiseb l‑obbligu ta’ rendikont f’sens wiesa’. L‑ewwel mezz huwa l‑obbligu ta’ rendikont demokratiku — l‑obbli‑gu ta’ rendikont tal‑Kummissjoni tal‑UE lill‑Kunsill — li jikkonsisti f’rappreżentanti tal‑Istati Membri fil‑livell ministerjali, li għandhom obbligu ta’ rendikont lejn il‑parlamenti nazzjonali tagħhom — u l‑Parlament Ewropew. It‑tieni mezz huwa l‑obbligu ta’ rendikont lejn iċ‑ċittadini tal‑UE. Għal dawk eletti, dan ifis‑ser l‑aċċettazzjoni tal‑verdett tal‑votanti permezz ta’ elezzjonijiet u metodi varji oħra ta’ parteċipazzjoni demokratika għall‑għażliet pubbliċi. Iżda mhux il‑korpi pubbliċi kollha jiġu eletti, u anke dawk li jiġu eletti, jibqgħu b’obbligu ta’ rendikont bejn l‑elezzjonijiet. It‑tielet forma ta’ obbligu ta’ rendikont hija r‑rispett għall‑istat tad‑dritt — obbligu ta’ rendikont legali, li huwa stabbilit mill‑qrati tal‑ġustizzja. Ir‑raba’ forma ta’ obbligu ta’ rendikont hija l‑obbligu ta’ rendikont amministrattiv u finanzjarju — il‑fokus prinċipali tal‑awdituri pubbliċi inkluża l‑QEA.

21 L‑awtoritajiet politiċi u eżekuttivi tal‑UE għandhom obbligu ta’ rendikont poli‑tiku għall‑objettivi stabbiliti u d‑deċiżjonijiet meħuda dwar il‑politika. B’mod ġenerali, l‑awdituri pubbliċi inkluża l‑QEA joqogħdu lura milli jixħtu dubju fuq il‑merti tal‑objettivi ta’ politika stabbiliti permezz tal‑proċess politiku tal‑UE. Dawn ġeneralment jiġu indirizzati biss mill‑QEA sa ċertu punt meta tiġi mitluba formalment opinjoni minn waħda mill‑istituzzjonijiet l‑oħra involuti fil‑proċess leġiżlattiv tal‑UE.

Page 19: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

17Parti I — Obbligu ta’ rendikont u awditu pubbliku

22 Wieħed mill‑interessi tal‑awditu pubbliku huwa li jiġu eżaminati l‑effetti ta’ poli‑tiki kif dawn jiġu implimentati u jekk dawn l‑effetti jirrelatawx mal‑intenzjonijiet iddikjarati ta’ tali politiki. Madankollu, l‑evalwazzjoni tal‑effettività tkun ta’ spiss diffiċli u d‑diffikultà tista’ tiġi aggravata meta l‑objettivi ddikjarati jkunu vagi jew possibbilment inkonsistenti mal‑intenzjonijiet reali tal‑politika.

23 Huwa għalhekk diffiċli li b’mod preċiż tinqata’ linja bejn l‑implimentazzjoni tal‑politiki, li huwa interess leġittimu ta’ awditi tal‑prestazzjoni, u l‑merti tal‑poli‑tika, li fil‑prinċipju għandhom jitħallew barra mill‑ambitu tal‑awditjar. Huwa diffiċli ħafna li tiġi vvalutata l‑effettività tal‑politiki f’termini ta’ eżiti mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l‑punt sa fejn ir‑riżultati tal‑politika dgħajfa jiġu influ‑wenzati minn tfassil tal‑politika. Għadd ta’ rakkomandazzjonijiet f’dan ir‑rigward jistgħu jinstabu fir‑Rapporti Speċjali tal‑QEA.

24 Il‑kwistjonijiet deskritti hawn fuq huma indirizzati f’aktar dettall fil‑bqija ta’ din l‑analiżi. L‑intenzjoni hi li jkunu enfasizzati l‑kwistjonijiet fir‑rigward ta’ arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑UE.

Page 20: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

18

Is-sejħa għal titjib fl-obbligu ta’ rendikont tal-UE

25 Wara bosta snin ta’ kriżi finanzjarja, ir‑reputazzjonijiet ta’ ċerti gvernijiet u is‑tituzzjonijiet ġarrbu ħsara severa. Il‑kwalità tal‑governanza tal‑ekonomiji inter‑dipendenti ħafna tal‑UE u nxeħet dubu fuq ir‑rwol relatat ta’ ċerti istituzzjonijiet tal‑UE li ġie estiż f’ċerti ċirkostanzi. Il‑fiduċja pubblika fl‑istituzzjonijiet u l‑politiki tal‑UE naqset matul dan il‑perjodu — fil‑Ħarifa tal‑2007, 48 % taċ‑ċittadini kell‑hom fiduċja fl‑UE4. Ħames snin wara fir‑Rebbiegħa tal‑2012, il‑livell ta’ fiduċja kien waqa’ għal 31 %5.

26 Il‑QEA u SAIs tal‑Istati Membri enfasizzaw l‑importanza tal‑applikazzjoni tal‑prinċipji tat‑trasparenza u l‑obbligu ta’ rendikont b’mod koerenti u konsistenti għall‑fondi pubbliċi kollha użati b’rispons għall‑kriżi6.

27 Din is‑sejħa saret ukoll mill‑Presidenti tal‑Kunsill Ewropew, tal‑Kummissjoni, tal‑Grupp tal‑euro u tal‑Bank Ċentrali Ewropew fil‑konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2012, fejn huma ddeskrivew viżjoni għal unjoni ekono‑mika u monetarja ġenwina bbażata fuq erba’ elementi kostitwenti. L‑ewwel tliet elementi kostitwenti jikkonċernaw l‑iżvilupp ta’ strutturi finanzjarji, fiskali u ekonomiċi tal‑UE, filwaqt li r‑raba’ speċifikament jagħraf il‑ħtieġa li jiġu żgurati l‑leġittimità demokratika u l‑obbligu ta’ rendikont. S’issa, il‑komponenti tar‑raba’ element kostitwenti ġew indirizzati fuq bażi ta’ każ b’każ għall‑istrumenti diffe‑renti ta’ politika proposti.

Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

4 Ara l‑Ewrobarometru Standard, edizzjonijiet tar‑Rebbiegħa 2007, tar‑Rebbiegħa 2012; Il‑Kummissjoni Ewropea, id‑Direttorat Ġenerali għall‑Komunikazzjoni; (link: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb77/eb77_publ_en.pdf).

5 60 % ta’ dawk li rrispondew għall‑istħarriġ tal‑Ewrobarometru (Rebbiegħa 2012) qalu li ma kellhomx fiduċja fl‑UE (kontra 31 % li kellhom fiduċja fl‑UE). Ġie nnutat titjib marġinali fl‑istħarriġ tal‑Ħarifa 2012 (57 % ta’ nuqqas ta’ fiduċja kontra 33 % ta’ fiduċja) iżda madankollu f’20 mis‑27 Stat Membru tal‑UE kien għad hemm maġġoranza ta’ ċittadini li kien għad ma kellhomx fiduċja fl‑UE.

6 Ara d‑dikjarazzjoni 2013 tal‑Kumitat ta’ Kuntatt tal‑Istituzzjonijiet Supremi tal‑Awditjar tal‑UE dwar “L‑importanza ta’ arranġamenti xierqa għall‑awditjar u għall‑obbligu ta’ rendikont fl‑Unjoni Ekonomika u Monetarja u fil‑governanza ekonomika tal‑UE”; (www.contactcommittee.eu).

Page 21: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

19Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

L-isfidi prinċipali għall-obbligu ta’ rendikont u l-awdit-jar tal-UE

28 B’riflessjoni dwar is‑sejħa għal titjib fl‑obbligu ta’ rendikont, il‑QEA identifikat għadd ta’ sfidi speċifiċi (ara t‑Tabella 2).

Sitt oqsma li qed jiffaċċjaw sfidi għall-obbligu ta’ rendikont u l-awditjar

Tabe

lla 2

Oqsma In‑natura tal‑isfida Paragrafi

1. Azzjonijet ikkoordinati UE‑Stati Membri

→L‑iżgurar ta’ skrutinju pubbliku u awditu kkoordi‑nati fil‑livell tal‑UE u dak nazzjonali għall‑azzjonijiet ikkoordinati

30–42

2. Fondi ġestiti fi sħubija ma’ oħrajn

Obbligu ta’ rendikont għall‑fondi ġestiti fi sħubija ma’ oħrajn (sħab esterni jew privati) L‑issodisfar tal‑ħtiġijiet tat‑trasparenza u tal‑obbligu ta’ rendikont kemm tal‑partijiet interessati pubbliċi kif ukoll ta’ oħrajn involuti fi sħubijiet

43–65

3.Arkitettura ta’ politika b’veloċitajiet differenti/var‑jabbli tal‑UE

→Il‑provvediment ta’ skrutinju demokratiku u l‑awditu pubbliku komprensiv għal sottosetti ta’ Stati Membri u pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl‑oqsma jew l‑istrumenti ta’ politika differenti

66–76

4. Struttura tal‑UE (istituzzjoni‑jiet u korpi)

→ L‑iżgurar ta’ sorveljanza effiċjenti u effettiva u awditu tat‑totalità tal‑istituzzjonijiet u l‑korpi tal‑UE 77–114

5. Ġestjoni finanzjarja u tal‑prestazzjoni

→ It‑titjib tal‑obbligu ta’ rendikont għall‑kwalità kumples‑siva tal‑ġestjoni finanzjarja u tal‑prestazzjoni tal‑UE 115–139

6. Impatt u riżultati tal‑politika → Il‑monitoraġġ u l‑evalwazzjoni tal‑impatti u r‑riżultati tal‑politika tal‑UE 140–149

Sors: Il‑QEA.

29 It‑taqsimiet tal‑Parti II hawn taħt jeżaminaw dawn l‑oqsma fid‑dettall.

Page 22: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

20Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

1. Azzjoni kkoordinata mill-UE u mill-Istati Membri

30 F’ħafna mill‑oqsma ta’ politika koperti mit‑Trattati tal‑UE, il‑kompetenzi huma kondiviżi bejn l‑UE u l‑Istati Membri tagħha. Pereżempju, politiki varji tal‑UE jiddependu fil‑parti kbira mir‑riżorsi baġitarji tal‑Istati Membri (il‑baġit tal‑UE jirrappreżenta inqas minn 1 % tal‑PDG meta mqabbel ma’ 49 % tal‑PDG tal‑UE li ntnefaq mill‑gvernijiet fl‑20137; l‑ilħuq ta’ objettivi wesgħin tat‑Trattat permezz ta’ strateġiji u miri (pereżempju miri tal‑Ewropa 2020) jiddependi prinċipalment minn azzjonijiet tal‑Istati Membri ffinanzjati mill‑baġits nazzjonali tagħhom; l‑arranġamenti l‑ġodda ta’ koordinazzjoni fiskali u ekonomika tal‑UE jkopru t‑totalità tal‑infiq pubbliku fl‑UE, iżda l‑azzjonijiet kollha f’dan il‑qasam huma suġġetti għal sistema kumplessa ta’ kooperazzjoni. F’tali każijiet tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill‑UE sabiex jintlaħqu l‑objettivi komuni.

31 Dan joħloq linji paralleli ta’ obbligu ta’ rendikont. Il‑Kummissjoni għandha obb‑ligu ta’ rendikont lejn il‑Parlament Ewropew u l‑Kunsill għall‑miżuri ta’ koordi‑nazzjoni taħt ir‑responsabbiltà tagħha u tista’ tiġi awditjata mill‑QEA8. L‑awtori‑tajiet nazzjonali huma responsabbli lejn il‑Parlamenti tagħhom għall‑azzjonijiet meħuda taħt il‑liġi nazzjonali, għall‑użu mill‑baġits nazzjonali, u jistgħu jiġu awditjati mill‑istituzzjonijiet supremi tal‑awditjar tagħhom.

32 L‑isfida li qed tiġi ffaċċjata hija li l‑obbligu ta’ rendikont għall‑biċċa l‑kbira mill‑azzjonijiet ikkoordinati għadu frammentat. Ir‑responsabbiltajiet huma dispersi fost il‑parlamenti rispettivi u l‑awtoritajiet tal‑awditjar tal‑Istati Membri. Barra minn hekk, fejn l‑azzjoni ta’ politika hija intenzjonata biex tittratta r‑riskju sistemiku sovranazzjonali iżda l‑intervent tal‑politika jseħħ permezz ta’ koordi‑nazzjoni tal‑UE bejn l‑Istati Membri, l‑UE tiffaċċja sfida fil‑koordinazzjoni tal‑aw‑ditu u l‑iskrutinju parlamentari tagħhom.

33 Il‑provvediment ta’ ħarsa ġenerali sħiħa lejn il‑finanzi u l‑politiki kkoordinati bejn l‑Istati Membri u l‑UE jeħtieġ ukoll il‑koordinazzjoni u l‑kooperazzjoni bejn is‑SAIs u l‑parlamenti kollha. Il‑koordinazzjoni meħtieġa tmur sostanzjalment lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall‑awditu tal‑baġit tal‑UE.

7 Data tal‑Eurostat fuq l‑infiq tal‑gvern ġenerali totali bħala perċentwal tal‑PDG (http://epp.eurostat.ec.europa.eu/tgm/table.do?tab=table&init=1&plugin=1&language=en&pcode=tec00023)

8 Kemm jekk il‑Kummissjoni tonfoq fondi indirettament, permezz tal‑Istati Membri, jew direttament, dawn in‑nefqiet huma suġġetti għal awditu mill‑QEA.

Page 23: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

21Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Koordinazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020

34 Ħafna eżempji ta’ azzjonijiet ikkoordinati jistgħu jinstabu fl‑istrateġija Ewropa 2020. Kif il‑Kummissjoni tinnota, is‑suċċess tal‑istrateġija Ewropa 2020 jiddependi b’mod kruċjali mill‑kapaċità tal‑Istati Membri tal‑UE li jwettqu l‑parti tagħhom fl‑implimentazzjoni tar‑riformi meħtieġa fil‑livell nazzjonali li huma meħtieġa biex tingħata spinta lit‑tkabbir taħt is‑seba’ inizjattivi ewlenin9.

35 Il‑qafas ta’ governanza għall‑istrateġija Ewropa 202010 jistipula li:

— id‑direzzjoni politika hija r‑responsabbiltà tal‑Kunsill Ewropew;

— il‑Kummissjoni tipproponi l‑istrateġija, timmonitorja l‑implimentazzjoni u tir‑rapporta dwar il‑progress;

— l‑Istati Membri huma meħtieġa jipproduċu żewġ rapporti kull sena, fejn jispjegaw dak li qed jagħmlu biex jersqu eqreb lejn il‑miri nazzjonali tal‑Ewropa 2020. Iż‑żewġ rapporti t‑tnejn li huma għandhom jiġu integrati b’mod sħiħ fi ħdan il‑proċedura baġitarja nazzjonali u s‑Semestru Ewropew, li ġie introdott biex itejjeb il‑koordinazzjoni tal‑politika madwar l‑UE.

36 L‑arranġamenti ta’ governanza jeħtieġu mill‑Parlament Ewropew li dan jipparteċipa fid‑djalogu li jwassal għad‑deċiżjonijiet finali mill‑Kunsill u biex jinkoraġġixxi d‑diskussjoni fi ħdan u bejn il‑parlamenti nazzjonali. Madankollu, l‑istrateġija ma tipprevedix espliċitament li xi parlament għandu jissorvelja l‑implimentazzjoni jew ir‑riżultati tagħha, u lanqas ma tipprevedi awditu pubb‑liku kkoordinat bejn il‑livelli rispettivi tal‑UE u tal‑Istati Membri.

Koordinazzjoni fiskali u ekonomika taħt is-Semestru Ewropew

37 Is‑Semestru Ewropew għandu l‑għan li jissimplifika l‑proċessi ta’ koordinazzjoni ekonomika u fiskali nazzjonali u tal‑UE u jinvolvi skeda annwali stretta għall‑ġbir, l‑analizzar u l‑ivvalutar ta’ firxa wiesgħa ta’ indikaturi ekonomiċi. Il‑paragrafi 174 sa 176 u l‑Figura 7 fil‑Parti III hawn taħt jelaboraw dwar l‑implikazzjonijiet ta’ dan ir‑rwol imqawwi għall‑koordinazzjoni tal‑UE.

9 KUMM(2010) 2020 finali tat‑3 ta’ Marzu 2010 “Ewropa 2020 ‑ Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, Sommarju eżekuttiv, p. 5 sa 6, il‑paragrafi 2 u 7.

10 KUMM(2010) 2020 finali, Sommarju eżekuttiv, p. 28, it‑taqsima 5.2.

Page 24: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

22Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

38 L‑effettività tal‑qafas ta’ sorveljanza sserraħ fuq il‑prestazzjoni ta’ atturi differenti fi ħdan il‑proċess: il‑Kunsill għandu r‑responsabbiltà għad‑deċiżjonijiet relatati mal‑koordinazzjoni u l‑governanza ekonomika, il‑Kummissjoni hija responsabbli għall‑funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u sorveljanza. Barra minn hekk, ir‑regolamen‑ti kollha jipprevedu l‑preżentazzjoni ta’ informazzjoni lill‑Parlament Ewropew bl‑għan li jsir djalogu dwar is‑sejbiet u r‑rakkomandazzjonijiet varji.

Strumenti intergovernattivi

39 Bl‑istess mod, uħud mill‑miżuri b’rispons għall‑kriżi ekonomika u finanzjarja wkoll jeħtieġu azzjoni kkoordinata mill‑Istati Membri, li hija rregolata minn ftehimiet intergovernattivi jew trattati. Il‑Parti III ta’ dan ir‑rapport tagħti analiżi aktar kompleta tal‑implikazzjonijiet għall‑obbligu ta’ rendikont u l‑awditu pubbliku tal‑miżuri meħuda mill‑UE bħala rispons għall‑kriżi ekonomika u finanzjarja.

40 Fil‑“Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina”11 tagħha tal‑2012, Il‑Kummissjoni identifikat il‑leġittimità demokratika bħala l‑pedament għal Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina (UEM), li tirrifletti żewġ prinċipji bażiċi:

— L‑ewwel nett, ir‑responsabbiltà tal‑obbligu ta’ rendikont għandha tiġi żgurata f’dak l‑istess livell fejn tittieħed id‑deċiżjoni eżekuttiva rispettiva, filwaqt li jitqies b’mod debitu l‑livell fejn id‑deċiżjoni għandha impatt;

— It‑tieni, fl‑iżvilupp tal‑UEM u l‑integrazzjoni tal‑UE b’mod ġenerali, il‑livell ta’ leġittimità demokratika dejjem irid ikun proporzjonat mal‑livell ta’ trasferi‑ment ta’ sovranità mill‑Istati Membri għal‑livell tal‑UE.

41 F’termini tat‑tieni prinċipju trid issir għażla politika u legali skont iċ‑ċirkostanzi, dwar jekk għandhomx jintużaw mekkaniżmi intergovernattivi barra mill‑ambitu tal‑mekkaniżmi eżistenti ta’ obbligu ta’ rendikont tal‑UE jew le. Madankollu, l‑użu espansiv minn din l‑alternattiva għandu mnejn iwassal għal kwistjonijiet dwar obbligu ta’ rendikont u governanza, li llum jew għada jkunu jeħtieġu li jiġu indirizzati.

42 Il‑Kummissjoni rrakkomandat li strumenti futuri biex jirregolaw l‑UEM għandhom ikunu mfassla fi ħdan il‑qafas legali u istituzzjonali tal‑UE li jipprevedi, fost affari‑jiet oħra, l‑iskrutinju u l‑kontroll mill‑Parlament Ewropew.

11 COM(2012) 777 finali/2 tat‑30 ta’ Novembru 2012.

Page 25: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

23Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

2. Fondi ġestiti fi sħab ma’ oħrajn

43 Fl‑oqsma varji ta’ politika, l‑ilħuq tal‑objettivi tal‑UE jeħtieġ mill‑istituzzjonijiet tal‑UE li dawn jaħdmu fi sħubija ma’ oħrajn: jew permezz ta’ sħubijiet esterni (eż. pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali) jew inkella ma’ sħubijiet mas‑settur privat. F’tali każijiet l‑obbligu ta’ rendikont iserraħ fuq l‑awditu estern, l‑istruttura ta’ governanza tal‑korpi sħab, kif ukoll fuq l‑arranġamenti tal‑awditjar u tal‑obbligu ta’ rendikont tal‑UE stess.

44 Biex jiġu evitati duplikazzjonijiet jew lakuni, is‑sħab għandhom ikunu kapaċi jserrħu fuq sistema ta’ awditu uniku. Dan ikun jeħtieġ li s‑sistemi tar‑rappurtar u tal‑awditjar ikunu suffiċjenti u affidabbli. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ aktar promozzjoni u verifikazzjoni tas‑sistemi tal‑awditjar interni u esterni tas‑sħab stess. It‑taqsimiet li ġejjin jagħtu eżempji ta’ fejn tali sfidi jiġu ffaċċjati.

Sħubijiet esterni

45 L‑UE, pereżempju, għandha għadd ta’ sħubijiet ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali (bħan‑Nazzjonijiet Uniti jew il‑Bank Dinji). Dan spiss ikun il‑każ meta l‑UE u l‑Istati Membri tagħha jkunu jeħtieġu jgħinu biex jindirizzaw sfidi globali, bħall‑ilħuq tal‑għanijiet ta’ żvilupp tal‑millennju tan‑NU, l‑azzjoni fuq it‑tibdil fil‑klima jew il‑ġlieda kontra l‑proliferazzjoni tal‑armi ta’ qerda massiva. Is‑sħubijiet jinvolvu jew il‑provvediment ta’ finanzjament mill‑UE jew inkella azzjonijiet konġunti li jinvolvu l‑korpi tal‑UE.

Page 26: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

24Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

46 Il‑Kummissjoni tirrikonoxxi li l‑iżgurar tat‑trasparenza u l‑obbligu ta’ rendikont fir‑rigward tal‑azzjonijiet imwettqa mas‑sħab jista’ jkun partikolarment ta’ sfida12. L‑awditi tal‑prestazzjoni tal‑QEA relatati mal‑assistenza mill‑UE implimentati permezz tal‑organizzazzjonijiet tan‑NU identifikaw ukoll għadd ta’ sfidi (ara l‑Kaxxa 1).

47 Jekk l‑UE tagħżel li taħdem mas‑sħab u li sserraħ fuq is‑sistemi ta’ kontroll u rap‑purtar tagħhom, għandha tappoġġa u tiżgura livell għoli ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont.

48 L‑appoġġ baġitarju jintuża mill‑UE biex tiġi pprovduta għajnuna lil aktar minn 70 pajjiż permezz tat‑trasferiment ta’ fondi li għandhom jiġu program‑mati u ġestiti mis‑sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni tal‑finanzi pubbliċi. Meta tip‑provdi appoġġ baġitarju, il‑Kummissjoni trid tkun konformi ma’ kundizzjonijiet speċifiċi u turi li l‑kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà huma ssodisfati mill‑istati benefiċjarji.

49 Azzjonijiet multidonaturi kkoordinati min‑Nazzjonijiet Uniti jew mill‑Bank Dinji, jamministraw fondi mingħand donaturi li jinġabru flimkien u ma jkunux assenjati għal użi speċifiċi. F’tali ċirkostanzi, il‑Kummissjoni sserraħ fuq is‑sistemi ta’ kon‑troll finanzjarju tan‑NU13.

Kaxx

a 1 Monitoraġġ dgħajjef tal-implimentazzjoni min-NU u l-kisba tar-riżultati

Fir‑rapport speċjali Nru 15/2009 il‑Qorti rrimarkat li:

ο Għalkemm il‑Kummissjoni tivverifika s‑sistemi ta’ ġestjoni finanzjarja tas‑sħab tagħha tan‑NU (bl‑użu ta’ analiżi tal‑erba’ pilastri), il‑Kummissjoni tiddependi minn rapporti tan‑NU għall‑konferma dwar il‑ħdima prattika tas‑sistemi ta’ kontroll u l‑kisba tar‑riżultati. Fil‑ħin tal‑awditu, il‑Kummissjoni għadu ma kienx irnexxielha tottjeni informazzjoni adegwata min‑NU f’dan ir‑rigward (is‑Sommarju Eżekuttiv IV).

ο Il‑Panel tal‑Awdituri Esterni tan‑NU ma jipprovdix lill‑Kummissjoni b’evidenza sodisfaċenti li l‑proċeduri ta’ kontroll finanzjarju jaħdmu fil‑prattika, u l‑QEA ltaqgħet ma’ sfidi matul l‑awditjar tal‑użu tal‑fondi tal‑UE mwassla permezz tan‑NU (is‑Sommarju Eżekuttiv V).

12 Pereżempju, SEC (2010) 409 finali tal‑1 ta’ April 2010 “Finanzjament innovattiv fil‑livell globali”, p. 14, it‑taqsima 2.5, fil‑kuntest tal‑kooperazzjoni għall‑finanzjament innovattiv, u KUMM(2011) 218 finali tad‑19 ta’ April 2011, “Intejbu r‑Responsabbiltà tal‑UE fil‑Qasam tal‑Finanzjament għall‑Iżvilupp lejn ir‑Reviżjoni minn Pari tal‑UE tal‑Għajnuna Uffiċjali għall‑Iżvilupp”, p. 7, il‑paragrafu 1, fil‑kuntest tal‑finanzi relatati mat‑tibdil fil‑klima.

13 Il‑pagamenti li saru lill‑organizzazzjonijiet internazzjonali mill‑baġit ġenerali fl‑2012 ammontaw għal EUR 1,4 biljun, li aktar minn nofshom kienu implimentati permezz ta’ proġetti ta’ multidonaturi. Ir‑Rapport Annwali 2012 tal‑QEA, il‑paragrafu 7.6, in‑nota 3 f’qiegħ il‑paġna.

Page 27: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

25Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

50 Fir‑rapport annwali tagħha tal‑2012, il‑Qorti identifikat sfidi f’żewġ oqsma par‑tikolari: l‑appoġġ baġitarju u proġetti ta’ multidonaturi.

— Għall‑appoġġ baġitarju, l‑awditu mill‑QEA tar‑regolarità ma jistax imur lil hinn mill‑istadju li fih titħallas l‑għajnuna lill‑pajjiż sieħeb. L‑obbligu ta’ rendikont għal tali fondi minn dak il‑punt ’il quddiem iserraħ fuq l‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑pajjiż riċevitur14.

— Għall‑infiq tal‑UE taħt l‑appoġġ baġitarju, l‑azzjonijiet ta’ multidona‑turi u l‑istrumenti ta’ kooperazzjoni simili, is‑sistema kumplessa ta’ regoli u proċeduri (inklużi dawk għas‑sejħiet għall‑offerti u l‑għoti ta’ kuntratti) tfisser li r‑riskji għar‑regolarità huma għoljin. Madankollu, in‑natura ta’ dawn l‑istrumenti u l‑kundizzjonijiet tal‑pagament jillimitaw l‑estent li għalihom it‑tranżazzjonijiet huma suxxettibbli għal żbalji kif definiti fl‑awditu tar‑rego‑larità tal‑QEA15.

Ingranaġġ ta’ finanzi mis-settur privat

51 Għadd ta’ attivitajiet tal‑UE jinvolvu finanzi privati, jew direttament jew inkella indirettament. Dan jinkludi attivitajiet ta’ għoti ta’ self u ta’ teħid ta’ self ta’ korpi tal‑UE, bħall‑BEI, kif ukoll l‑użu mill‑baġit tal‑UE għall‑ingranaġġ ta’ investi‑ment mis‑settur privat. L‑ingranaġġ ta’ finanzi privati bil‑fondi tal‑UE jidher li se jiżdied. L‑istrateġija Ewropa 2020 tenfasizza li l‑investiment fit‑tkabbir se jeħtieġ il‑mobilizzazzjoni tal‑finanzi privati u li “[l]‑Ewropa għandha tagħmel minn kol‑lox biex tuża l‑mezzi finanzjarji tagħha, taqbad toroq ġodda fl‑użu minn finanzi privati u pubbliċi, u toħloq strumenti innovattivi biex tiffinanzja l‑investimenti meħtieġa”16. Il‑Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall‑perjodu 2014‑2020 ukoll iqiegħed enfasi konsiderevoli fuq ir‑rwol tas‑settur privat fl‑ingranaġġ tal‑in‑vestiment u fuq ir‑rwol tal‑istrumenti finanzjarji fit‑tisħiħ tal‑impatt potenzjali tal‑baġit tal‑UE17.

52 Taħt ir‑Regolament Finanzjarju ġdid18, l‑UE tista’ tikkollabora mas‑settur privat f’qafas ta’ PPPs biex ikun ipprovdut appoġġ finanzjarju alternattiv għall‑attivitajiet tal‑UE u għat‑twassil jew l‑implimentazzjoni ta’ proġetti tal‑UE. L‑isfidi ffaċċjati dawn l‑istrumenti jinkludu l‑ħtieġa li jkollhom livell adegwat ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont għall‑fondi pubbliċi. Barra minn hekk, jinħtieġ ukoll il‑kejl tal‑prestazzjoni ta’ tali strumenti bi tqabbil mal‑objettivi intenzjonati tal‑attivitajiet iffinanzjati.

14 Ir‑Rapport Annwali 2012 tal‑QEA, il‑paragrafi 7.6 sa 7.8.

15 Ir‑ Rapport Annwali 2012 tal‑QEA, il‑paragrafi 7.5 sa 7.6.

16 KUMM(2010) 2020 finali, p. 20.

17 KUMM(2011) 500 finali tat‑28 ta’ Ġunju 2011 “Baġit għall‑Ewropa 2020 – il‑Parti I”, p. 9.

18 Ir‑Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir‑regoli finanzjarji applikabbli għall‑baġit ġenerali tal‑Unjoni u li jħassar ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1) u r‑Regolament ta’ Delega tal‑Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad‑29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir‑regoli tal‑applikazzjoni tar‑Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar ir‑regoli finanzjarji applikabbli għall‑baġit ġenerali tal‑Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

Page 28: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

26Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

53 Il‑fondi tal‑UE użati fl‑Istrumenti Finanzjarji u fil‑PPPs huma awditjati mill‑QEA u skrutinizzati mill‑Parlament taħt il‑proċess ta’ kwittanza ġenerali. Madankollu, dawn l‑istrumenti min‑natura tagħhom stess iġibu magħhom sfidi ta’ governan‑za, ta’ awditjar, u ta’ sorveljanza parlamentari, kif deskritt fit‑taqsimiet hawn taħt.

54 Strumenti Finanzjarji (SF) jistgħu jieħdu l‑forma ta’ strumenti ta’ ekwità/kapital ta’ riskju jew ta’ dejn (bħal selfiet, garanziji jew kondiviżjoni tar‑riskju mal‑is‑tituzzjonijiet finanzjarji sabiex isir ingranaġġ tal‑impatt potenzjali tal‑finanzja‑ment mill‑UE) bil‑għan li jkun indirizzat il‑falliment tas‑suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u li jinkiseb effett ta’ ingranaġġ tal‑finanzjament mill‑UE. SF jistgħu jiġu implimentati taħt ġestjoni ċentrali (ġestjoni diretta jew indiretta) u taħt ġestjoni kondiviża mal‑Istati Membri (ġeneralment imsejħa Strumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja (SIF)).

55 Għall‑SF taħt ġestjoni indiretta,19 il‑Kummissjoni hija responsabbli li tistabbilixxi l‑objettivi ta’ politika u d‑direzzjonijiet strateġiċi tal‑fondi ġestiti b’mod ċentrali. Hija tipparteċipa wkoll fl‑istrutturi ta’ governanza ta’ tali strumenti, u fl‑aħħar mill‑aħħar għandha obbligu ta’ rendikont għall‑użu tal‑fondi tal‑UE.

56 Il‑Kummissjoni identifikat għadd ta’ nuqqasijiet fl‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar relatati mal‑istrumenti finanzjarji taħt il‑QFP preċedenti għall‑perjodu 2007–1320. Il‑QEA identifikat ukoll għadd ta’ sfidi, b’mod partikolari rigward l‑istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja taħt ġestjoni kondiviża mal‑Istati Membri (ara l‑Kaxxa 2).

57 Ir‑regoli li ġew adottati reċentement għall‑SF21 applikabbli taħt il‑QFP attwali jimmiraw li jiżguraw il‑koerenza tar‑regoli, tal‑prattiki ta’ ġestjoni, tar‑rekwiżiti ta’ kontroll u tar‑rappurtar fost l‑istrumenti finanzjarji kollha. Barra minn hekk, il‑Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena dwar il‑prestazzjoni tal‑istrumenti finanzjarji kollha lill‑Parlament Ewropew u lill‑Kunsill22.

19 Skont l‑Artikoli 58(1)(c) u 139.4 tar‑Regolament Finanzjarju applikabbli għall‑baġit ġenerali tal‑Unjoni, il‑KE tista’ tafda l‑implimentazzjoni tal‑SF lil:“(ii) organizzazzjonijiet internazzjonali u l‑aġenziji tagħhom; (iii) il‑BEI u l‑Fond Ewropew tal‑Investiment; (v) korpi tal‑liġi pubblika; (vi) korpi rregolati mil‑liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati”. Dawn l‑entitajiet “jistgħu jafdaw ulterjorment, dejjem fir‑responsabbiltà tagħhom, parti minn dik l‑implimentazzjoni lill‑intermedjarji finanzjarji”.

20 Il‑Kummissjoni Ewropea (2011), Qafas għall‑ġenerazzjoni li jmiss ta’ strumenti finanzjarji innovattivi – il‑pjattaforma tal‑UE tal‑ekwità u tad‑dejn, KUMM(2011) 662 finali.

21 It‑Titolu VIII, l‑Artikoli 139 u 140 tar‑Regolament Finanzjarju (ir‑Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012).

22 L‑Artikolu 140.8 tar‑Regolament Finanzjarju.

Page 29: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

27Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UEKa

xxa

2 Eżempji ta’ nuqqasijiet fil-katina attwali tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar għall-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja

Il‑QEA identifikat id‑dgħufijiet prinċipali li ġejjin23:

ο dispożizzjonijiet insuffiċjenti ta’ ingranaġġ u ta’ rotazzjoni tal‑fondi;

ο il‑possibbiltà li allokazzjonijiet eċċessivi jiġu impenjati għal tali strumenti;

ο il‑possibbiltà ta’ trattament preferenzjali mhux ġustifikat tas‑settur privat; u

ο kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà mhux ċari għall‑kapital operatorju.

Tali strumenti jippreżentaw riskji u problemi, pereżempju fil‑kontabbiltà għall‑użu mill‑fondi tal‑UE, is‑superviżjoni tagħhom, is‑sjieda tal‑istrumenti u l‑kapaċità tal‑Kummissjoni biex timmaniġġjahom.

Il‑QEA identifikat ukoll dgħufijiet fil‑qafas regolatorju.

23 L‑Opinjoni Nru 7/2011.

58 Sabiex tkun konformi mar‑rekwiżiti tar‑Regolament Finanzjarju l‑ġdid, il‑Kum‑missjoni pproċediet biex tiffirma Ftehimiet Qafas Finanzjarji u Amministrattivi (FAFAs) mal‑BEI u mal‑FEI, li stipulaw ir‑rappurtar operazzjonali u finanzjarju, kif ukoll ir‑rekwiżiti tal‑awditjar24 għall‑SF ġestiti ċentralment li għandhom jiġu stab‑biliti għall‑perjodu 2014‑2020 u li għandhom ikunu fdati lill‑BEI u lill‑FEI.

59 Fir‑rigward tal‑SF taħt ġestjoni kondiviża, ir‑Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK)25 jistipula t‑tipi ta’ strumenti u t‑tipi ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ir‑rekwiżiti tar‑rappurtar, fejn jistabbilixxi regoli standardizzati għall‑SF sabiex jiġu żgurati rappurtar u monitoraġġ konsistenti tal‑kisbiet tal‑politika madwar l‑Istati Membri kollha.

60 Huwa kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk l‑implimentazzjoni ta’ dawn ir‑regoli ġodda tkunx biżżejjed biex jiġu indirizzati in‑nuqqasijiet kollha.

24 Il‑FAFA jeħtieġ li awditur estern indipendenti jipprovdi aċċertament dwar ir‑rapporti finanzjarji tal‑istrumenti kif ukoll jistabbilixxi li s‑sistemi ta’ kontroll tal‑istrument jiffunzjonaw kif xieraq u li t‑tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunu legali u regolari.

25 It‑Titolu IV tar‑Regolament (UE) 1303/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il‑Fond Ewropew għall‑Iżvilupp Reġjonali, il‑Fond Soċjali Ewropew, il‑Fond ta’ Koeżjoni, il‑Fond Agrikolu Ewropew għall‑Iżvilupp Rurali u l‑Fond Marittimu u tas‑Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d‑dispożizzjonijiet ġenerali dwar il‑Fond Ewropew għall‑Iżvilupp Reġjonali, il‑Fond Soċjali Ewropew, il‑Fond ta’ Koeżjoni u l‑Fond Ewropew għall‑Affarijiet Marittimi u s‑Sajd u li jħassar ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320) (ir‑Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”).

Page 30: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

28Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

61 Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPPs) huma forom ta’ kooperazzjoni bejn l‑awtorita‑jiet pubbliċi u s‑settur privat. PPPs tradizzjonali normalment jiġu stabbiliti fl‑Istati Membri għat‑twassil ta’ infrastruttura jew servizzi pubbliċi, normalment taħt il‑liġi privata. Għandhom l‑għan li jippromwovu l‑effiċjenza tas‑servizzi pubbliċi permezz tal‑kondiviżjoni tar‑riskji u l‑utilizzazzjoni tal‑għarfien espert tas‑settur privat.

62 Tipi speċifiċi ta’ PPPs jinkludu: Bini‑Proprjetà‑Tħaddim (BOO) mingħajr l‑ebda trasferiment ta’ assi lis‑settur pubbliku; Xiri‑Bini‑Tħaddim (BBO) b’bejgħ ta’ assi pubbliċi lil PPP għat‑titjib u l‑provvediment ta’ servizz; Bini‑Tħaddim‑Trasferiment (BOT) tibni, tħaddem u tittrasferixxi wara żmien speċifiku; u Disinn‑Bini‑Finanzjament‑Tħaddim (DBFO), li hija simili għall‑BOT.

63 Fil‑livell tal‑UE l‑PPPs huma stabbiliti jew biex għall‑ġestjoni ta’ ċerti fondi tal‑UE (bħall‑Impriżi Konġunti stabbiliti prinċipalment għar‑riċerka) jew inkella jkunu huma stess il‑benefiċjarju tal‑fondi tal‑UE. Tali PPPs essenzjalment huma forma ta’ akkwist pubbliku rregolat minn regoli tal‑akkwist pubbliku tal‑UE. Dawn is‑sħubijiet għandhom ikunu kompatibbli mar‑regoli tal‑UE rigward l‑operazzjoni tas‑suq intern; il‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir; il‑leġiżlazzjoni tal‑Unjoni dwar l‑akkwist pubbliku u l‑konċessjonijiet; u r‑regoli tal‑kompetizzjoni.

64 Strumenti Kkombinati (SK) jikkombinaw tipi differenti ta’ assistenza għall‑azzjonijiet esterni, inklużi sussidji tar‑rati tal‑imgħax, assistenza teknika, għotjiet diretti, garanzija ta’ self, spejjeż u pakkett tal‑kapital ta’ riskju. L‑SK huma prinċipalment implimentati permezz tal‑Bank Ewropew tal‑Investiment (BEI). F’okkażjonijiet varji, il‑Parlament talab għal aktar informazzjoni ta’ kwalità aħjar fil‑kuntest tal‑FEŻ jew mill‑Kummissjoni u mill‑BEI (ara l‑paragrafu 107).

65 L‑obbligu ta’ rendikont kemm għall‑PPPs u għall‑SK jiddependi mill‑arranġamenti applikabbli għall‑intermedjarji inkarigati mill‑ġestjoni ta’ tali strumenti kif ukoll l‑arranġamenti fil‑livell tal‑istrument speċifiku nnifsu. Kwistjonijiet tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar għall‑intermedjarji bħall‑BEI u l‑FEI jiġu diskussi aktar tard (ara l‑paragrafi 103 sa 110) filwaqt li l‑obbligu ta’ rendikont fil‑livell tal‑istru‑ment ikun jeħtieġ analiżi fuq bażi ta’ każ b’każ.

Page 31: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

29Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

3. L-UE b’veloċitajiet differenti u arkitettura varjabbli tal-politika

66 Forom varji ta’ integrazzjoni aktar profonda fi ħdan l‑UE u fi ħdan il‑kuntest ekonomiku u politiku Ewropew usa’ qed ikomplu jiżviluppaw iżda l‑Istati Membri mhux kollha jinsabu f’pożizzjoni li jimxu bl‑istess pass jew li jixtiequ jagħmlu dan. B’hekk ċerti inizjattivi jimxu ’l quddiem biss b’sottosett ta’ Stati Membri u/jew pajjiżi terzi parteċipanti. Dan iwassal għall‑hekk imsejħa “Ewropa b’veloċitajiet differenti” (ara l‑Figura 4).

67 Iż‑żona tal‑euro hija eżempju importanti ta’ sottosett ta’ Stati Membri li adottaw arranġament partikolari ta’ politika qabel jew b’mod separat minn Stati Membri oħra, u b’riżultat ta’ dan ħarġu kwistjonijiet ta’ arkitettura politika kumplessa, arranġamenti ta’ governanza, u ta’ skrutinju parlamentari / awditjar.

Unjoni b’veloċitajiet differenti u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

Figu

ra 4

L-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja

L-Unjoni Doganali tal-UE (32)

L-Unjoni Ewropea (28)

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (31)

Iż-Żona Schengen (26)

l-Irlanda,Ċipru

L-Isvizzera

It-Turkija,

Il-Vatikan FtehimMonetarju tal-UE (4)

Iż-żona tal-euro (18)

ir-Repubblika Ċeka, Id-Danimarka, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, l-Isvezja

Il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u il-Finlandja

Andorra, Monako,San Marino,

Il-Bulgarija, il-Kroazja,ir-Rumanija, ir-Renju Unit

Sors: Il‑QEA.

Page 32: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

30Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Livelli differenti ta’ integrazzjoni bejn l-Istati Membri f’oqsma varji ta’ politika

68 Peress li aktar Stati Membri ngħaqdu mal‑UE, sar aktar diffiċli biex tintlaħaq l‑unanimità dwar inizjattivi varji tal‑politika, u huwa aktar probabbli għalhekk li wħud minnhom javvanzaw b’pass differenti minn oħrajn. Bosta sottosetti jistgħu jirriżultaw minn dawn li ġejjin:

— Inklużjonijiet fakultattivi, esklużjonijiet fakultattivi, u Derogi: titħalla l‑għażla f’idejn l‑Istat Membru biex jimplimenta jew ma jimplimentax ċerti politiki tal‑UE26.

— Kooperazzjoni msaħħa: Sett ta’ pajjiżi għandhom mnejn jaqblu li jikkoop‑eraw dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika (pereżempju il‑privattiva tal‑UE27, il‑Liġi tad‑Divorzju28, u t‑Taxxa proposta fuq it‑Tranżazzjonijiet Finanzjarji (TTF)29).

— Trattati relatati: ġew iffirmati bosta trattati barra mill‑qafas legali tal‑UE fost sottosett ta’ Stati Membri tal‑UE. Pereżempju, it‑Trattat ta’ Schengen ġie miftiehem b’dan il‑mod fl‑1985, għalkemm sussegwentement ġie inkorporat fil‑liġi tal‑UE bit‑Trattat ta’ Amsterdam. Eżempji oħra huma l‑Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il‑Konvenzjoni ta’ Prüm, il‑Patt Fiskali u l‑Qorti Unifi‑kata tal‑Privattivi.

— Verifikazzjoni u sospensjonijiet: fuq il‑bażi ta’ punti ta’ riferiment għall‑adozzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet jew kriterji tal‑UE. Il‑Mekkaniżmu għall‑Kooperazzjoni u l‑Verifika (MKV) huwa miżura ta’ salvagwardja li tista’ tiġi invokata mill‑Kummissjoni meta Stat Membru ġdid ikun naqas milli jim‑plimenta l‑impenji li jkun daħal għalihom waqt in‑negozjati għall‑adeżjoni fl‑oqsma tal‑libertà, is‑sigurtà u l‑ġustizzja, jew tal‑politika tas‑suq intern.

— Metodu miftuħ ta’ kooperazzjoni: metodu ta’ governanza tal‑UE bbażat fuq il‑kooperazzjoni volontarja tal‑Istati Membri, li juża liġi mhux vinkolanti bħal linji gwida u indikaturi, standards ta’ referenza u l‑aħjar prattiki (pereżempju l‑Patt Euro Plus).

69 Kif jidher ċar mill‑Figura 4 hemm ukoll politiki li jinvolvu sottosetti differenti ta’ pajjiżi terzi. Ġiet stabbilita arkitettura tal‑politika u l‑governanza kumplessa fl‑ambjenti b’veloċitajiet differenti li, fiha, inizjattivi f’għadd ta’ oqsma ta’ politika japplikaw għal sottosett ta’ Stati Membri tal‑UE. Dan iwassal għal arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar li jkun daqstant ieħor ta’ sfida.

26 Attwalment, ħames Stati Membri għandhom dawn l‑esklużjonijiet fakultattivi: id‑Danimarka (erba’ esklużjonijiet fakultattivi), l‑Irlanda (żewġ esklużjonijiet fakultattivi), il‑Polonja (esklużjoni fakultattiva waħda), l‑Isvezja (esklużjoni fakultattiva waħda, iżda de facto biss) u r‑Renju Unit (erba’ esklużjonijiet fakultattivi).

27 Ir‑Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l‑kooperazzjoni msaħħa fil‑qasam tal‑ħolqien ta’ protezzjoni tal‑privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 1), inkluża kwalunkwe emenda sussegwenti.

28 Ir‑Regolament tal‑Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal‑20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil‑qasam tal‑liġi applikabbli għad‑divorzju u għas‑separazzjoni legali (ĠU L 343, 29.12.2010, p. 10) magħruf ukoll bħala r‑Regolament Ruma III.

29 Ir‑riżoluzzjoni leġiżlattiva tal‑Parlament Ewropew tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar proposta għal Deċiżjoni tal‑Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil‑qasam tat‑taxxa fuq it‑tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2012) 0631 – C7‑0396/2012 – 2012/0298(APP)).

Page 33: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

31Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

L-euro, il-governanza fiskali u s-sorveljanza demokratika

70 Iż‑żona tal‑euro hija sottosett tal‑Istati Membri li adottaw l‑euro bħala l‑munita tagħhom. L‑eżistenza tagħha għandha, bil‑bosta, l‑implikazzjonijiet l‑aktar profondi għall‑UE. Il‑gruppi differenti ta’ Stati Membri mhux biss jipparteċipaw f’patti differenti jew huma suġġetti għal regolamenti differenti (ara l‑paragra‑fu 172), iżda xi wħud minn dawn il‑miżuri huma bbażati wkoll fuq ftehimiet inter‑governattivi bejn l‑Istati Membri aktar milli fuq il‑liġi tal‑UE.

71 Għal dawn il‑miżuri u l‑istrumenti bbażati fuq it‑TFUE, ir‑rwol tal‑PE tqawwa f’termini tal‑proċess leġiżlattiv, iżda għadu dgħajjef f’termini ta’ obbligu ta’ rendikont fuq deċiżjonijiet meħuda mill‑Kunsill. Barra minn hekk, l‑azzjonijiet meħuda taħt strumenti intergovernattivi bħall‑Patt Fiskali jaqbżu kompletament is‑sistema istituzzjonali u proċedurali ta’ kontrolli u bilanċi tal‑UE.

72 Id‑deċiżjonijiet meħuda biex jissalvagwardjaw l‑euro għandhom implikazzjonijiet ta’ obbligu ta’ rendikont demokratiku ta’ importanza kbira għall‑politika fiskali. Il‑Kummissjoni, il‑Kunsill u l‑Parlament Ewropew għandhom livell sinifikanti ta’ setgħa, iżda l‑biċċa l‑kbira mill‑miżuri ta’ emerġenza ġew deċiżi mill‑ministri tal‑finanzi taż‑żona tal‑euro, il‑“Grupp tal‑euro”. Il‑Grupp tal‑euro, li pprovda pjattaforma għall‑kooperazzjoni bejn il‑gvernijiet taż‑żona tal‑euro, tħalla mingħajr livell parallel ta’ sorveljanza demokratika kkoordinata bejn il‑Parlament Ewropew u l‑parlamenti nazzjonali, għall‑kontroll, l‑intervent, u l‑provvediment tal‑leġittimità meħtieġa għad‑deċiżjonijiet u l‑azzjonijiet meħuda.

73 Il‑ministri għall‑affarijiet barranin ta’ 11‑il Stat Membru pproponew li l‑kontroll demokratiku fuq il‑politika taż‑żona tal‑euro għandha tiġi eżerċitata mhux mill‑PE fl‑intier tiegħu iżda biss minn MEPs minn pajjiżi taż‑żona tal‑euro30.

30 Il‑Ministri għall‑Affarijiet Barranin tal‑Awstrija, tal‑Belġju, tad‑Danimarka, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal‑Ġermanja, tal‑Italja, tal‑Lussemburgu, tal‑Pajjiżi l‑Baxxi, tal‑Polonja u tal‑Portugall. Ir‑rapport finali dwar il‑Grupp Futur tal‑Unjoni (ir‑Rapport Westerwelle), 2012.

Page 34: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

32Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

74 Madankollu, l‑euro hija l‑munita tal‑UE u mhux taż‑żona tal‑euro (l‑Artiko‑lu 3 TUE) u l‑Parlament Ewropew huwa l‑parlament tal‑UE (l‑Artikolu 14 TUE). It‑Trattat attwalment jistipula li l‑Istati Membri tal‑UE jkunu rappreżentati fil‑Kunsill tal‑Ministri. Il‑membri tal‑Parlament Ewropew ma jirrappreżentawx lill‑Istati Membri tagħhom iżda huma “rappreżentanti taċ‑ċittadini tal‑Unjoni” (l‑Artikolu 14 TUE).

75 Dawn id‑dispożizzjonijiet iwasslu lill‑Parlament Ewropew31 u lill‑Kummissjoni32 biex jikkonkludu li peress li l‑Parlament Ewropew huwa l‑Parlament għall‑UE u għalhekk għall‑euro, huwa l‑PE li huwa meħtieġ li jipprovdi l‑leġittimità demokratika meħtieġa għal deċiżjonijiet tal‑UE.

76 Il‑fatt li jeżisti dan id‑dibattitu juri r‑rabta bejn il‑mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont demokratiku u l‑leġittimità demokratika perċepita. L‑approċċ b’veloċitajiet differenti, b’mod partikolari fl‑oqsma ta’ politika l‑aktar importanti, jista’ jwassal għal konsegwenzi fit‑tul għall‑obbligu ta’ rendikont.

31 Il‑Parlament Ewropew, ir‑Rapport Thyssen, 2012.

32 COM(2012) 777 finali, p. 35.

Page 35: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

33Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

4. Arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

77 Il‑qafas istituzzjonali tal‑UE jinkludi seba’ istituzzjonijiet tal‑UE, żewġ korpi kon‑sultattivi, is‑Servizz Ewropew għall‑Azzjoni Esterna (SEAE) li huwa meqjus bħala istituzzjoni għall‑finijiet tar‑Regolament Finanzjarju, il‑Bank Ewropew tal‑In‑vestiment, 41 aġenzija33, tmien Impriżi Konġunti u entitajiet oħrajn34 stabbiliti mit‑trattati tal‑UE u l‑leġiżlazzjoni sekondarja. Dawn il‑korpi jwettqu varjetà ta’ funzjonijiet marbuta mal‑ilħuq tal‑objettivi tal‑UE, ħafna drabi f’koordinazzjoni ma’ korpi fl‑Istati Membri. Għalkemm il‑biċċa l‑kbira mill‑korpi tal‑UE huma ffi‑nanzjati bis‑sħiħ mill‑baġit tal‑UE, oħrajn mhumiex. Is‑sorsi differenti ta’ finanzja‑ment għandhom implikazzjonijiet għall‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar li japplikaw.

Proċedura ta’ kwittanza għall-istituzzjonijiet tal-UE u korpi oħra tal-UE

78 Il‑Kummissjoni, il‑biċċa l‑kbira mill‑istituzzjonijiet l‑oħra tal‑UE u għadd ta’ korpi tal‑UE huma suġġetti għall‑proċedura ta’ kwittanza (ara l‑paragrafu 18). Xi korpi tal‑UE li mhumiex koperti mill‑proċedura ta’ kwittanza jistgħu madankollu jkunu suġġetti għal forom oħra ta’ skrutinju mill‑PE. Għadd ta’ korpi tal‑UE għandhom obbligu ta’ rendikont finanzjarju primarjament lejn il‑bordijiet governattivi tagħhom.

79 Il‑Kummissjoni għandha responsabbiltà kumplessiva għall‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑UE u hija suġġetta għall‑kwittanza mill‑PE għal dak il‑baġit. Madankollu, istituzzjonijiet u korpi oħra jonfqu partijiet mill‑baġit tal‑UE taħt l‑awtorità tagħhom stess u f’xi każijiet għandhom sorsi ta’ fondi relatati mal‑baġit mhux tal‑UE. Biex l‑obbligu ta’ rendikont jiġi rispettat, il‑Parlament jagħti deċiżjonijiet ta’ kwittanza individwali.

33 Ara l‑Anness għal lista ta’ 40 aġenzija: 33 aġenzija deċentralizzata, 6 aġenziji eżekuttivi u aġenzija waħda EURATOM inklużi. Din il‑figura tinkludi wkoll il‑Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u l‑Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni li attwalment qed jiġu stabbiliti bħala korp tal‑Unjoni.

34 L‑Ombudsman Ewropew, il‑Kontrollur Ewropew tal‑Protezzjoni tad‑Data, u aġenziji relatati mad‑difiża taħt l‑awtorità tal‑Kunsill.

Page 36: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

34Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Kaxx

a 3 L-Artikolu 94 tar-Regola ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Id‑dispożizzjonijiet li jirregolaw il‑proċedura ta’ kwittanza lill‑Kummissjoni dwar l‑implimentazzjoni tal‑baġit għandhom japplikaw bl‑istess mod għall‑:

ο proċedura ta’ kwittanza lill‑President tal‑Parlament Ewropew dwar l‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑Parla‑ment Ewropew;

ο proċedura ta’ kwittanza lill‑persuni responsabbli mill‑implimentazzjoni tal‑baġits ta’ istituzzjonijiet u organi (korpi) oħra tal‑UE bħal ma huma l‑Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal‑attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il‑Qorti tal‑Ġustizzja, il‑Qorti tal‑Awdituri, il‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l‑Kumitat tar‑Reġjuni;

ο proċedura ta’ kwittanza lill‑Kummissjoni dwar l‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑Fond Ewropew għall‑Iżvilupp;

ο proċedura ta’ kwittanza lill‑organi (korpi) responsabbli mill‑eżekuzzjoni tal‑baġit ta’ entitajiet li huma legalment indipendenti li jwettqu dmirijiet tal‑UE, sa fejn l‑attivitajiet tagħhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet legali li jeħtieġu kwittanza mill‑Parlament Ewropew.

80 Ir‑regoli ta’ proċedura tal‑Parlament jipprevedu li din il‑kwittanza individwali tkun ibbażata fuq l‑istess proċedura bħall‑kwittanza għall‑baġit ġenerali (ara l‑Kaxxa 3).

81 Il‑Kunsill għandu rwol importanti fil‑proċess ta’ kwittanza b’mod partikolari billi jagħmel rakkomandazzjonijiet lill‑parlament dwar il‑kwittanza kull sena (l‑Ar‑tikolu 319 TFUE). Madankollu, għalkemm iffinanzjat mill‑baġit tal‑UE, il‑Kunsill ma jipparteċipax fid‑diskussjonijiet tal‑parlament rigward il‑kwittanza tal‑Kunsill innifsu. De facto, ma hemm l‑ebda proċess separat għall‑obbligu ta’ rendikont tal‑Kunsill u l‑iskrutinju pubbliku fir‑rigward tal‑infiq tiegħu stess.

Page 37: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

35Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Kopertura tal-proċedura ta’ kwittanza

Tabe

lla 3

Grupp ta’ entità Istituzzjoni/korp Sors ta’ finanzjament Proċess ta’ kwittanza

Istituzzjonijiet tal‑UE

Il‑Parlament Ewropew, il‑Kummissjoni Ewropea, il‑Qorti tal‑Ġustizzja, il‑Qorti tal‑Awdituri Baġit tal‑UE Kwittanza tal‑PE1

Il‑Kunsill Ewropew u l‑Kunsill2 Baġit tal‑UE Sui Generis3

Il‑Bank Ċentrali Ewropew Banek Ċentrali Nazzjonali Kunsill Governattiv

Korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra stabbiliti mill‑UE

Korpi konsultattivi (KESE u KtR) Baġit tal‑UE Kwittanza tal‑PE

Aġenziji (iffinanzjati minn baġit) Baġit tal‑UE Kwittanza tal‑PE4

Korpi oħra5 Baġit tal‑UE Kwittanza tal‑PE

Impriżi Konġunti Kontribuzzjoni mill‑baġit tal‑UE Kwittanza tal‑PE

Is‑Servizz Ewropew għall‑Azzjoni Esterna Baġit tal‑UE Kwittanza tal‑PE

Aġenziji (awtoffinanzjati) Awtoffinanzjati Kwittanza tal‑Bord Governattiv

Aġenziji (taħt awtorità tal‑Kunsill relatata mad‑difiża) Kontribuzzjonijiet mill‑Istati Membri

Kwittanza tal‑Bord Governattiv

Il‑BEI Kapitalizzat mill‑Istati Membri6

Kwittanza tal‑Bord Governattiv

1 Ara l‑paragrafi 78 sa 80.

2 Fl‑1 ta’ Diċembru 2009, bid‑dħul fis‑seħħ tat‑Trattat ta’ Lisbona, il‑Kunsill Ewropew sar wieħed mis‑seba’ istituzzjonijiet tal‑Unjoni. L‑Artikolu 13(1) tar‑Regoli ta’ Proċeduri tiegħu jipprevedi li l‑Kunsill Ewropew u l‑President tiegħu għandhom ikunu megħjuna mis‑Segretarjat Ġenerali tal‑Kunsill, taħt l‑awtorità tas‑Segretarju Ġenerali tiegħu.

3 Ara l‑paragrafu 81.

4 Is‑sitt aġenziji “eżekuttivi” ma jkunux suġġetti għal deċiżjoni individwali ta’ kwittanza, iżda jkunu inklużi taħt il‑kwittanza ġenerali lill‑Kummissjoni.

5 Dawn jinkludu l‑Ombudsman Ewropew u l‑Kontrollur Ewropew għall‑Protezzjoni tad‑Data.

6 Kapitalizzat mill‑Istati Membri (ara l‑paragrafu 105) u ffinanzjat mill‑operazzjonijiet tiegħu stess.

Sors: Il‑QEA.

82 Jeżistu għadd ta’ eċċezzjonijiet għall‑proċedura normali ta’ kwittanza b’mod par‑tikolari meta l‑fondi pubbliċi jsiru disponibbli minn sorsi oħra barra l‑baġit tal‑UE (ara t‑Tabella 3).

Page 38: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

36Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Istituzzjonijiet u korpi tal-UE mhux koperti mill-proċess ta’ kwittanza tal-Parlament

83 Għadd ta’ istituzzjonijiet u korpi tal‑UE mhumiex iffinanzjati direttament mill‑baġit tal‑UE:

— il‑Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa kapitalizzat minn banek ċentrali nazz‑jonali u għandu sors ta’ introjtu li ġej mir‑rwol monetarju tiegħu fi ħdan is‑Sis‑tema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). Il‑kontijiet tiegħu jiġu awditjati minn awditur indipendenti, u huwa wkoll awditjat mill‑QEA f’termini tal‑effiċjenza operazzjonali tiegħu u l‑MSU (ara l‑paragrafi 87, 88 u 96);

— il‑Bank Ewropew tal‑Investiment huwa awtoffinanzjat u awditjat minn awdi‑tur indipendenti (ara l‑paragrafu 108).

84 Fir‑rigward tal‑aġenziji tal‑UE: tliet aġenziji huma awtoffinanzjati (OHIM, CPVO35 u CDT) u huma awditjati mill‑QEA. Tliet aġenziji relatati mad‑difiża (EDA, EU‑ISS u EUSC)36, li jaqgħu taħt l‑awtorità tal‑Kunsill, huma ffinanzjati permezz tal‑kontribuzzjonijiet tal‑Istati Membri u huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti. L‑awtorità ta’ kwittanza hija l‑bord governattiv tal‑korp rispettiv. Peress li t‑tali korpi mhumiex iffinanzjati mill‑baġit tal‑UE, dawn ma jiddependux mill‑proċedura Ewropea ta’ kwittanza tal‑Parlament Ewropew. Madankollu, għalkemm is‑sors ta’ dħul mhuwiex il‑baġit tal‑UE, id‑dħul ta’ dawn l‑entitajiet jirriżulta mill‑eżerċizzju ta’ awtorità pubblika fil‑livell tal‑UE u l‑użu tagħhom tar‑riżorsi għandu l‑istess natura pubblika bħal fondi oħra tal‑UE. Għalhekk ma hemm l‑ebda raġuni konvinċenti għal dan it‑trattament differenti.

85 B’kuntrast ma’ dan, il‑leġiżlazzjoni l‑ġdida li tistabbilixxi l‑Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (MUR) bħala korp tal‑UE teħtieġ li l‑QEA tawditja l‑MUR skont l‑Artikolu 287(1) TFUE. Dan jagħti s‑setgħa lill‑QEA biex tawditja l‑kontijiet, il‑le‑galità u r‑regolarità tat‑tranżazzjonijiet ta’ bażi u aspetti tal‑ġestjoni finanzjarja tajba (inklużi l‑ekonomija, l‑effiċjenza u l‑effettività), għalkemm il‑MUR mhuwiex iffinanzjat mill‑baġit ġenerali tal‑UE. Ir‑regolamenti jeħtieġu li l‑QEA tirrapporta wkoll dwar il‑Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni relatat, obbligazzjonijiet kontinġenti li jistgħu jirriżultaw kemm għall‑SRM kif ukoll għall‑Kummissjoni, u dwar kull kwist‑joni oħra li l‑Parlament Ewropew u l‑Kunsill jistgħu jeħtieġu li jiġu indirizzati.

35 L‑Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 40/94 (ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1) u l‑Uffiċċju Komunitarju tal‑Varjetajiet tal‑Pjanti (ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 2100/94 (ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1).

36 L‑Aġenzija Ewropea għad‑Difiża (EDA), l‑Istitut tal‑Unjoni Ewropea għall‑Istudji fuq is‑Sigurtà (EUISS) u ċ‑Ċentru Satellitari tal‑Unjoni Ewropea (EUSC).

Page 39: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

37Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

86 B’mod simili, għalkemm il‑Fond Ewropew għall‑Iżvilupp (FEŻ) mhuwiex iffinan‑zjat mill‑baġit tal‑UE, il‑QEA għandha s‑setgħa li tawditja l‑infiq u l‑prestazzjoni għall‑proġetti u l‑appoġġ tal‑baġit, u l‑Parlament Ewropew jeżerċita l‑kwittanza fuq l‑infiq tal‑FEŻ li huwa mmaniġġjat mill‑Kummissjoni. Reġim differenti japp‑lika għall‑fondi FEŻ immaniġġjati mill‑Bank Ewropew tal‑Investiment (BEI) taħt il‑Faċilità ta’ Investiment, li jirrappreżentaw EUR 1 500 miljun (10 %) tal‑għaxar FEŻ. Il‑QEA ddikjarat fl‑opinjoni tagħha dwar ir‑Regolament Finanzjarju li jir‑regola l‑FEŻ, li jiddispjaċiha mill‑esklużjoni mil‑leġiżlaturi (il‑Kunsill u l‑Parlament) tal‑awtorità ta’ kwittanza tal‑Parlament fuq din il‑Faċilità. Il‑faċilità hija mmexxija f’isem u għar‑riskju tal‑UE. Din l‑esklużjoni tal‑awtorità ta’ kwittanza għalhekk ħolqot lakuna fl‑obbligu ta’ rendikont.

Obbligu ta’ rendikont u awditu tal-Bank Ċentrali Ewropew

87 Skont l‑Artikoli 130 u 282 tat‑TFUE, il‑BĊE u l‑banek ċentrali nazzjonali tal‑pajjiżi taż‑żona tal‑euro huma indipendenti mill‑istituzzjonijiet l‑oħra tal‑UE u mill‑gvernijiet tal‑Istati Membri. Dan l‑istatus għandu konsegwenzi importanti fir‑rigward tal‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar pubbliku għal funzjonijiet differenti tal‑BĊE.

88 L‑Artikolu 127 tat‑TFUE u l‑Protokoll Nru 4 jistabbilixxu l‑objettivi u l‑kompiti tal‑BĊE. L‑objettiv primarju huwa li “żżomm l‑istabbiltà fil‑prezzijiet” u l‑objettiv sekondarju huwa li “tappoġġa l‑linji ta’ politika ekonomika ġenerali fl‑Unjoni bl‑għan li tikkontribwixxi għall‑ksib tal‑oġġettivi tal‑Unjoni kif stipulati fl‑Ar‑tikolu 3 tat‑Trattat dwar l‑Unjoni Ewropea”. Aktar reċentement, il‑BĊE ngħata r‑responsabbiltà għall‑Mekkaniżmu Superviżorju Uniku skont id‑dispożizzjoni tal‑istess Artikolu 127 TFUE, li jippermetti lill‑Kunsill “jagħti missjonijiet speċifiċi lill‑BĊE li jirrigwardaw politika relatata mas‑superviżjoni prudenzjali ta’ istituzz‑jonijiet ta’ kreditu u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra”.

89 Il‑BĊE huwa rregolat mill‑Kunsill Governattiv tiegħu u l‑Bord Eżekuttiv tiegħu. Il‑President tal‑BĊE huwa meħtieġ jirrapporta kull sena lill‑Kummissjoni, lill‑Kun‑sill u lill‑Parlament dwar l‑attivitajiet tas‑Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u dwar il‑politika monetarja tas‑snin ta’ qabel u tas‑sena kurrenti, li dwar‑hom jista’ jsir dibattitu. Fuq talba tal‑Parlament jew tal‑BĊE, il‑President jista’ jiġi mistoqsi mill‑kumitati rilevanti tal‑Parlament dwar kwistjonijiet speċifiċi37.

37 L‑Artikolu 284(3) TFUE.

Page 40: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

38Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

90 Il‑Bank Ċentrali Ewropew mhuwiex iffinanzjat mill‑baġit ġenerali tal‑UE, u l‑pro‑tokoll ma jipprovdix għal kwittanza baġitarja mill‑Parlament. L‑istatut tal‑BĊE jirrikjedi li l‑kontijiet tiegħu jiġu verifikati (awditjati) minn awditur estern indi pendenti rakkomandat mill‑Kunsill Regolatorju (Governattiv) u approvat mill‑Kun‑sill38. Il‑QEA tawditja l‑“effiċjenza operattiva tat‑tmexxija tal‑BĊE” skont l‑istess dispożizzjonijiet tal‑Protokoll 4 tat‑TFUE39.

91 Jeżistu dokumentazzjoni u dibattitu konsiderevoli dwar il‑punt sa fejn il‑banek ċentrali għandhom jikkomunikaw u jagħtu kont tal‑attivitajiet tagħhom b’rabta mal‑politika monetarja, ħafna drabi billi jiffokaw fuq l‑importanza ta’ tali ko‑munikazzjoni fir‑rigward tal‑effettività u t‑trażmissjoni tal‑politika monetarja fi swieq finanzjarji u sistemi bankarji. Mhuwiex l‑għan ta’ din l‑analiżi li tidħol f’dan id‑dibattitu, minkejja l‑importanza tiegħu. Minflok, dan id‑dokument jiffoka fuq l‑obbligu ta’ rendikont parlamentari tal‑BĊE u l‑arranġamenti tal‑awditjar applikabbli.

92 Huwa ġust li wieħed jgħid li d‑dispożizzjonijiet tat‑Trattat li jikkonċernaw il‑BĊE u s‑SEBĊ jagħtu grad għoli ħafna ta’ indipendenza lill‑BĊE u lill‑banek ċentrali kostitwenti tas‑SEBĊ, anke meta mqabbla ma’ sistemi oħrajn tal‑Bank Ċentrali. Forsi b’riflessjoni ta’ din l‑enfasi fuq l‑indipendenza, jew b’riflessjoni ta’ fehma li l‑partijiet ikkonċernati jistgħu jaħdmu bl‑aħjar mod fuq l‑arranġamenti tagħhom stess, it‑Trattat huwa relattivament vag fuq kwistjonijiet ta’ obbligu ta’ rendikont parlamentari u pubbliku tal‑BĊE.

93 Il‑BĊE huwa meħtieġ mit‑Trattat li jipprovdi rapporti kull tliet xhur dwar l‑attivita‑jiet tas‑SEBĊ40, u li jipprovdi rapport annwali dwar is‑SEBĊ u l‑politika monetarja lill‑Parlament, lill‑Kunsill u lill‑Kummissjoni. Ir‑rapport għandu jiġi ppreżentat mill‑President tal‑BĊE lill‑Parlament u lill‑Kunsill, għal dibattitu ġenerali. It‑Trattat jippermetti wkoll stediniet oħra (“talbiet”) lill‑membri tal‑Bord Eżekuttiv. Dan ġie elaborat b’mod aktar sħiħ fil‑prattika — ir‑Regoli ta’ Proċedura tal‑Parlament jipprevedu li l‑President tal‑BĊE jiġi mistieden ikellem lill‑Parlament erba’ dar‑biet fis‑sena, u jagħmlu wkoll dispożizzjonijiet għal stediniet ad hoc lill‑membri tal‑bord eżekuttiv, biex ikun hemm skambji regolari ta’ fehmiet mal‑PE, filwaqt li l‑BĊE jwieġeb ukoll għal mistoqsijiet bil‑miktub mill‑MEPs.

94 B’mod ġenerali, il‑punt sa fejn il‑banek ċentrali huma suġġetti għal awditu estern indipendenti minn awdituri esterni pubbliċi jvarja minn pajjiż għal pajjiż. Fir‑rig‑ward tal‑BĊE, il‑kontijiet tiegħu huma awditjati, skont it‑Trattat41, minn awdituri esterni indipendenti, u mhux mill‑QEA. L‑ambitu tal‑awditjar tal‑QEA “[jkun japp‑lika] biss għal eżami tal‑effiċjenza operattiva tat‑tmexxija tal‑BĊE”.

38 L‑Artikolu 27(1) TFUE, il‑Protokoll Nru 4 dwar l‑istatut tas‑Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u l‑Bank Ċentrali Ewropew.

39 L‑Artikolu 27(2) TFUE, il‑Protokoll Nru 4.

40 Fil‑prattika dan ir‑rekwiżit jiġi ssodisfat permezz tal‑pubblikazzjoni ta’ bullettini ta’ kull xahar mill‑BĊE.

41 L‑Artikolu 27 tal‑Protokoll 4, it‑TFUE.

Page 41: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

39Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

95 Din il‑formulazzjoni tassew tagħti lok konsiderevoli lill‑QEA fir‑rigward tal‑awditi ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (l‑ekonomija, l‑effiċjenza u l‑effettività), madankollu l‑impatt tal‑protokoll li jillimita r‑rwol tal‑awdituri esterni għall‑kontijiet min‑naħa waħda u għall‑“effiċjenza operattiva tat‑tmexxija” min‑naħa l‑oħra tassew jam‑monta għal differenza fid‑definizzjoni tar‑rwol tal‑QEA fir‑rigward tal‑BĊE relat‑tiva għal istituzzjonijiet oħra tal‑UE42. Preżumibbilment dan jirrifletti l‑importanza tal‑indipendenza biex jittieħdu d‑deċiżjonijiet fi kwistjonijiet monetarji, u n‑natu‑ra speċjalizzata tal‑funzjonijiet tal‑BĊE.

96 Ir‑regolamenti li jistabbilixxu l‑Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), fdaw lill‑BĊE b’kompiti superviżorji fuq l‑istituzzjonijiet tal‑kreditu fi ħdan iż‑żona tal‑euro u fi Stati Membri oħra parteċipanti43. Reġim partikolari ta’ obbligu ta’ rendikont huwa pprovdut taħt ir‑regolament li jistabbilixxi. Il‑BĊE jibqa’ in‑dipendenti fir‑rigward tal‑funzjonijiet tal‑MSU, iżda r‑regolamenti jispeċifikaw li l‑BĊE għandu obbligu ta’ rendikont lejn il‑Parlament Ewropew u l‑Kunsill għall‑attivitajiet tiegħu relatati mal‑MSU. Jeżistu dispożizzjonijiet għar‑rappurtar lill‑PE u lill‑Grupp tal‑euro (fil‑preżenza tal‑Istati Membri parteċipanti mhux taż‑żona tal‑euro).

97 Ġie konkluż ftehim interistituzzjonali relattivament estensiv44 bejn il‑BĊE u l‑Par‑lament Ewropew, li jelabora dwar il‑mekkaniżmi tal‑obbligu ta’ rendikont li għandhom japplikaw għall‑MSU. Il‑BĊE jipprovdi:

ο Rapport li għandu jiġi ppreżentat kull sena;

ο Rapporti ta’ progress trimestrali fil‑fażi tal‑bidu u sorveljanza fuq l‑eżerċizzju tal‑kompiti konferiti fuq il‑BĊE fi ħdan il‑qafas tal‑Mekkaniżmu Superviżorju Uniku;

ο Attendenza tal‑President tal‑Bord Superviżorju tal‑MSU għal seduti regolari (darbtejn fis‑sena) u seduti ad hoc tal‑Kumitati rilevanti tal‑PE;

ο Laqgħat kunfidenzjali speċjali f’ċerti ċirkostanzi definiti;

ο Rwol għall‑PE fil‑proċess ta’ għażla għall‑President u l‑Viċi President tal‑Bord Superviżorju;

ο Kooperazzjoni f’ċerti investigazzjonijiet.

42 F’korrispondenza b’rabta mal‑funzjonijiet il‑ġodda MSU tal‑BĊE, il‑QEA diġà indikat li l‑eżami tagħha tal‑“effiċjenza operattiva tat‑tmexxija tal‑BĊE” se jinkludi l‑awditu ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, kif japplika għal korpi oħra fil‑mandat tagħha (Ittra tal‑President tal‑QEA lill‑President tal‑Parlament tal‑UE tas‑7 ta’ Frar 2013).

43 Ir‑Regolament tal‑Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal‑15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill‑Bank Ċentrali Ewropew fir‑rigward ta’ politiki relatati mas‑superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

44 Ftehim Interistituzzjonali bejn il‑Parlament Ewropew u l‑Bank Ċentrali Ewropew dwar il‑modalitajiet prattiċi tal‑eżerċizzju tar‑responsabbiltà demokratika u tas‑superviżjoni tal‑eżerċizzju tal‑kompiti mogħtija lill‑BĊE fil‑qafas tal‑Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (2013/694/UE).

Page 42: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

40Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

98 Il‑Bord Ewropew dwar ir‑Riskju Sistemiku (BERS) ma għandu l‑ebda baġit tiegħu stess. Il‑BĊE huwa s‑segretarjat tiegħu u l‑BĊE jiffinanzja l‑attivitajiet tal‑BERS. Filwaqt li l‑BĊE għandu sett tiegħu stess ta’ arranġamenti tal‑awditjar, ma jeżisti l‑ebda arranġament speċifiku tal‑awditjar għall‑prestazzjoni tal‑BERS.

99 Kif joħroġ mid‑diskussjoni ta’ hawn fuq, ir‑rwol tal‑BĊE ilu jinbidel malajr b’reazzjoni għall‑pressjonijiet u t‑tagħlimiet mill‑kriżi finanzjarja, u l‑pożizzjoni u l‑kompetenza speċjali tiegħu wasslu biex il‑BĊE jingħata firxa wiesgħa ta’ kompiti ġodda. Il‑BĊE kellu jassumi funzjonijiet ġodda fi żmien relattivament qasir. Dawn ir‑rwoli ġodda, fil‑biċċa l‑kbira, ġew assenjati formalment permezz ta’ strumenti legali xierqa — f’każijiet oħra r‑rwoli huma inqas formali.

100 Eżempju partikolari huwa r‑rwol tal‑BĊE fl‑interazzjonijiet tiegħu mal‑gvernijiet tal‑Istati Membri taż‑żona tal‑euro matul il‑kriżi ekonomika u finanzjarja. Fi ħdan l‑hekk imsejħa “Trojka” jew “sħab tal‑programm” inkarigati mis‑sorveljanza tal‑programmi ta’ appoġġ tal‑UE/FMI għall‑Istati Membri, l‑UE hija rappreżentata mill‑Kummissjoni “f’kollaborazzjoni mal‑BĊE”. Din il‑formula, fejn il‑Kummissjoni taħdem “f’kollaborazzjoni” jew “f’konsultazzjoni mal‑”BĊE, hija speċifikata f’ċerti strumenti legali (eż. il‑Ftehim Qafas tal‑Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u r‑regolament li jistabbilixxi l‑Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM). Madankollu, ir‑rwol mhuwiex definit b’mod ċar minn dawn l‑istrumenti. Huwa ċar li f’dan ir‑rwol, u b’mod aktar ġenerali, il‑BĊE kien involut aktar direttament u b’mod influwenti mal‑Istati Membri u l‑awtoritajiet politiċi tagħhom milli kien qabel fir‑rigward tal‑ġestjoni tal‑ekonomiji tal‑Istati Membri.

101 F’dan ir‑rigward, il‑BĊE permezz tal‑inkarigi regolari tiegħu mal‑Parlament Ewropew, tabilħaqq iddiskuta dawn ir‑rwoli ġodda u kif dawn qed jitwettqu. Dan huwa importanti, fid‑dawl tan‑natura kumplessa tar‑rwoli varji tal‑BĊE fl‑għoti ta’ pariri lill‑Kummissjoni rigward it‑tali Stati Membri, fl‑interazzjoni mal‑Istati Mem‑bri direttament, fiż‑żamma diretta ta’ bonds sovrani jew bħala kollateral, fil‑prov‑vediment ta’ likwidità lill‑banek fi ħdan l‑Istati Membri, eċċ., filwaqt li fl‑istess ħin jissodisfa l‑funzjonijiet tiegħu b’rabta mal‑politika monetarja taż‑żona tal‑euro, l‑appoġġ ekonomiku u (issa) is‑superviżjoni bankarja. Madankollu, filwaqt li l‑“effiċjenza operattiva tat‑tmexxija” tal‑BĊE b’rabta mal‑funzjonijiet kollha tiegħu hija suġġetta għall‑awditu mill‑QEA, il‑funzjonijiet tal‑inkarigu mal‑gverni‑jiet tal‑Istati Membri u l‑assistenza lilhom, u tal‑parteċipazzjoni fl‑attivitajiet tat‑Trojka għadhom ma ġewx suġġetti għal awditu estern.

Page 43: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

41Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

102 Fid‑dawl tar‑rwoli ġodda li qed jitwettqu mill‑BĊE, u l‑pass meħtieġ li bih dawn ir‑rwoli żviluppaw, l‑istrutturi l‑ġodda u l‑effettività u l‑implimentazz‑joni tagħhom se jeħtieġu li jiġu mmonitorjati u evalwati. Dan il‑monitoraġġ/l‑evalwazzjoni jmisshom jinkludu r‑robustezza u l‑adegwatezza tal‑arranġamenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar fil‑dawl tal‑esperjenza li qed issir. Il‑pass tal‑bidla huwa wkoll sfida reali għall‑komunità tal‑awditjar; il‑QEA hi waħda mill‑awdituri esterni tal‑BĊE u s‑SAIs nazzjonali u awdituri esterni oħra tal‑banek ċentrali fi ħdan is‑sistema tas‑SEBĊ iridu jiżguraw li l‑ħiliet u l‑għarfien jiġu aġġornati biex jaqblu mal‑ħtiġijiet tar‑rwol tal‑awditjar f’kuntest li qed jinbidel b’rata mgħaġġla.

Arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Fond Ewropew tal-Investiment

103 Il‑Bank Ewropew tal‑Investiment (BEI) huwa l‑istituzzjoni ta’ finanzjament tal‑UE li tikkontribwixxi għall‑integrazzjoni, l‑iżvilupp u l‑koeżjoni Ewropej permezz tal‑fi‑nanzjament ta’ proġetti b’appoġġ għall‑politiki tal‑UE. Għalkemm il‑maġġoranza tal‑proġetti ffinanzjati mill‑BEI jinsabu fi ħdan l‑UE, il‑BEI jwettaq ukoll operazz‑jonijiet barra l‑UE.

104 Il‑Fond Ewropew għall‑Investiment (FEI) huwa l‑vettura speċjalista tal‑UE għall‑kapital ta’ riskju u għall‑garanziji, primarjament b’appoġġ għal SMEs u għal teknoloġiji ġodda. Il‑FEI huwa parti mill‑grupp tal‑BEI u huwa parzjalment il‑prop rjetà tal‑Kummissjoni Ewropea. Ir‑regoli għall‑parteċipazzjoni tal‑Kummissjoni fl‑FEI huma stipulati f’Deċiżjoni tal‑Kunsill.

105 F’termini ta’ obbligu ta’ rendikont, il‑BEI huwa “każ speċjali” ieħor f’termini tal‑arranġamenti stabbiliti. Għalkemm stabbilit bħala korp tal‑UE, ir‑riżorsi ta’ kapital tiegħu ġejjin mill‑Istati Membri. Il‑bank huwa għalhekk meħtieġ li jagħti rendikont tal‑attivitajiet tiegħu lill‑Bord tal‑Gvernaturi, kompost mill‑Ministri għall‑Finanzi tal‑Istati Membri.

106 Il‑BEI bħala korp tal‑Unjoni għandu oneru taħt l‑Artikolu 15 tat‑TFUE li jaħdem b’mod miftuħ kemm jista’ jkun. Ma hemm l‑ebda dispożizzjoni speċifika għall‑BEI biex jirrapporta lill‑Parlament Ewropew jew għall‑PE biex dan ikollu xi awtorità diretta fuq il‑Bank u l‑Fond. Madankollu, il‑BEI tassew jirrapporta dwar l‑attivitaji‑et tiegħu u jipprovdi lill‑PE b’informazzjoni annwali fuq bażi volontarja, u l‑Parla‑ment japprova riżoluzzjonijiet annwali dwar il‑prestazzjoni tal‑bank.

Page 44: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

42Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

107 Fi snin reċenti, il‑PE esprima għadd ta’ preokkupazzjonijiet dwar l‑obbligu ta’ rendikont fir‑rigward tal‑BEI, inklużi:

— il‑livell ta’ superviżjoni prudenzjali fuq il‑BEI, li tista’ tiġi pprovduta mill‑BĊE, mill‑EBA jew minn superviżuri nazzjonali;

— l‑esklużjoni ta’ xi oqsma ta’ ġestjoni mill‑BEI ta’ programmi u fondi tal‑UE mill‑proċedura ta’ kwittanza għall‑infiq tal‑UE u r‑rappurtar dwar ir‑riżultati miksuba;

— il‑valutazzjoni ta’ attivitajiet b’effetti multiplikaturi kbar li huma garantiti mill‑baġit tal‑UE;

— l‑ispjegazzjoni tar‑riskji involuti fiż‑żieda tal‑ammont tal‑garanziji pprovduti mill‑baġit tal‑UE għal selfiet mogħtija mill‑BEI u spjegazzjoni dwar kif jintuża d‑dħul iġġenerat minn dawn il‑garanziji;

— il‑ħtieġa għal spjegazzjoni dettaljata tat‑tariffi amministrattivi riċevuti mill‑baġit tal‑UE mill‑BEI.

108 Rigward l‑arranġamenti tal‑awditjar pubbliku għall‑BEI u s‑sussidjarju tiegħu, il‑FEI, is‑sitwazzjoni hija kif ġej:

— il‑BEI għandu Kumitat tal‑Awditjar stabbilit, fejn is‑sitt membri tiegħu huma nnominati skont arranġament ta’ rotazzjoni bejn l‑Istati Membri. Il‑membri jinħatru formalment (b’mod unanimu) mill‑Bord tal‑Gvernaturi, iridu jisso disfaw ċerti kriterji, inkluża l‑kompetenza fl‑awditjar finanzjarju jew il‑kom‑petenza superviżorja bankarja. Il‑Kumitat tal‑Awditjar jiddelega r‑responsab‑biltà għall‑awditu tal‑kontijiet tal‑banek lil ditta esterna, li tirrapporta diretta‑ment lill‑Kumitat tal‑Awditjar. Il‑Kumitat tal‑Awditjar jipprovdi opinjoni dwar il‑kontijiet lill‑Gvernaturi flimkien ma’ rapport u r‑rakkomandazzjonijiet;

— għall‑FEI hemm Bord tal‑Awditjar maħtur minn u li jrid jagħti rendikont lill‑azzjonisti tal‑FEI (bil‑BEI li huwa l‑azzjonist ewlieni). Dan jikkonsisti fi tliet membri, kull wieħed nominat minn wieħed mill‑gruppi ta’ azzjonisti: il‑BEI, il‑Kummissjoni Ewropea u l‑istituzzjonijiet finanzjarji. Il‑ħatriet fil‑Bord tal‑Awditjar huma għal tliet snin finanzjarji konsekuttivi u jistgħu jiġġeddu, bil‑mandat ta’ membru wieħed li jiskadi kull sena. B’mod simili bħall‑BEI, il‑Bord tal‑Awditjar tal‑FEI jserraħ fuq ditta esterna kummerċjali għall‑awditjar tal‑kontijiet tal‑istituzzjoni u s‑sussidjarji tagħha.

Page 45: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

43Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

109 L‑infiq tal‑UE ġestit mill‑BEI jew mill‑FEI u l‑kontribuzzjoni tal‑UE għall‑kapital tal‑FEI huma suġġetti għall‑awditjar mill‑QEA, kif stabbilit fi “ftehim tripartitiku” bejn il‑FEI, il‑QEA u l‑Kummissjoni. Madankollu, l‑infiq tal‑UE li l‑FEI jimmaniġġja f’isem l‑Unjoni mhwiex suġġett għar‑regoli fil‑ftehim tripartitiku, u l‑QEA tawditja tali nfiq sal‑livell tal‑benefiċjarju b’mod simili bħal kwalunkwe nfiq ieħor ffinanz‑jat mill‑baġit ġenerali tal‑UE.

110 L‑attivitajiet tal‑BEI fl‑Ewropa u lil hinn minnha huma ta’ interess qawwi għal firxa ta’ partijiet interessati. L‑isfida prinċipali għall‑partijiet kollha involuti hija l‑kisba u l‑provvediment ta’ informazzjoni preċiża u komprensiva għall‑evalwazzjoni tal‑effettività tal‑istrumenti finanzjarji varji fir‑rigward tal‑objettivi pubbliċi inten‑zjonati tagħhom.

Skrutinju u awditu sproporzjonati fir-rigward ta’ entitajiet u baġits iżgħar

111 It‑Trattat tal‑UE (l‑Artikolu 287 TFUE) jirrikjedi li l‑QEA tawditja l‑implimentazz‑joni tal‑baġit tal‑UE u l‑Fond Ewropew għall‑Iżvilupp kif ukoll il‑korpi, l‑uffiċċji u l‑aġenziji l‑oħra kollha stabbiliti mill‑UE sakemm dan ma jkunx prekluż mil‑leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l‑entità inkwistjoni.

112 Fil‑fatt, dan ifisser li l‑QEA hi meħtieġa li twettaq awditi annwali tal‑impli‑mentazzjoni tal‑baġit tal‑UE u l‑FEŻ, kif ukoll awditi speċifiċi annwali fuq kull waħda mill‑aġenziji (40 aġenzija fl‑2014: 33 aġenzija deċentralizzata, 6 aġenziji eżekuttivi u aġenzija EURATOM waħda45) u impriżi konġunti (6 fl‑2014) irrispetti‑vament mid‑daqs tal‑baġits tagħhom u jekk humiex suġġetti għall‑proċedura ta’ kwittanza.

113 B’riżultat ta’ dan, l‑isforz tal‑awditjar tal‑QEA huwa proporzjonalment ogħla għall‑aġenziji u l‑impriżi konġunti milli għall‑istituzzjonijiet tal‑UE. Fil‑futur, l‑aġenziji se jkunu meħtieġa li jkollhom l‑affidabbiltà tal‑kontijiet tagħhom awdit‑jati minn ditti tal‑awditjar privati qabel is‑sottomissjoni tagħhom lill‑Kummissjoni għall‑konsolidazzjoni. Barra minn hekk, il‑QEA se tipprovdi rapporti annwali speċifiċi għal kull aġenzija.

45 Ara l‑Anness għal lista sħiħa ta’ aġenziji tal‑UE fl‑2014.

Page 46: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

44Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

114 L‑arranġamenti attwali jeħtieġu awditi separati għall‑entitajiet iżgħar iżda jkopru l‑istituzzjonijiet li huma akbar, f’awditu wieħed kumplessiv. Approċċ aktar kon‑sistenti għall‑obbligu ta’ rendikont ikun jeħtieġ li l‑istituzzjonijiet u l‑korpi kollha jippubblikaw kontijiet separati u jkollhom rapporti tal‑awditjar separati jew, alternattivament, l‑aġenziji kollha jkunu koperti f’rapport wieħed tal‑awditjar. Il‑bilanċ bejn dawn l‑alternattivi jiddependi minn ġudizzju dwar l‑importanza ta’ użu aktar proporzjonat minn riżorsi bi tqabbil mal‑importanza li jiġu żgurati arranġamenti separati tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar biex jirriflettu n‑natura tal‑arranġamenti tal‑governanza għall‑korpi kkonċernati.

5. Arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji tal-UE

115 L‑Istati Membri jipparteċipaw fl‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑UE. Madankollu l‑Kummissjoni hija responsabbli b’mod kumplessiv biex tiżgura rappurtar finan‑zjarju affidabbli, operazzjonijiet finanzjarji legali u regolari, u ġestjoni finanzjarja li tkun ekonomika, effiċjenti u effettiva (jiġifieri ġestjoni finanzjarja tajba). It‑tliet elementi lkoll huma essenzjali. Ix‑xogħol tal‑QEA juri li l‑Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi aċċertament pożittiv dwar dawn l‑elementi kollha.

L-affidabbiltà tal-kontijiet

116 Il‑kontijiet issa jitħejjew skont sett ta’ standards maqbul b’mod indipendenti u li jipprovdi stampa kompleta tal‑assi u l‑obbligazzjonijiet tal‑Unjoni. It‑trasparenza tar‑realtà ekonomika ta’ bażi fir‑rigward tal‑finanzi tal‑UE tjiebet b’mod sinifikanti mill‑introduzzjoni tal‑kontabbiltà bbażata fuq id‑dovuti fl‑2005. Pereżempju, il‑kontijiet issa jikkonsolidaw għadd ta’ korpi Ewropej, u b’hekk hemm jagħtu stampa aktar komprensiva tal‑investimenti tal‑UE. Barra minn hekk, dawn juru wkoll l‑obbligazzjonijiet finanzjarji netti tal‑UE, l‑esponiment tal‑baġit għall‑mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju għall‑Istati Membri fil‑bżonn, u sa liema punt l‑impenji fuq terminu twil jeċċedu l‑approprjazzjonijiet annwali ta’ pagament.

117 Mis‑sena finanzjarja 2007 ’l hawn, il‑QEA ħarġet opinjoni mhux kwalifikata li l‑kontijiet ikkonsolidati tal‑Unjoni Ewropea jippreżentaw b’mod ġust, fl‑aspetti materjali kollha, il‑pożizzjoni finanzjarja tal‑Unjoni, ir‑riżultati tal‑operazzjonijiet tagħha, tal‑fluss tal‑flus tagħha u l‑bidliet fl‑assi netti, skont ir‑Regolament Finan‑zjarju u r‑regoli kontabilistiċi bbażati fuq standards tal‑kontabbiltà aċċettati fuq livell internazzjonali għas‑settur pubbliku, jiġifieri li l‑kont huwa affidabbli.

Page 47: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

45Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

118 Il‑QEA tipprovdi dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar il‑legalità u r‑regolarità tat‑tranżazzjonijiet ta’ bażi, li tinkludi opinjoni dwar id‑dħul u oħra dwar l‑infiq. Kemm id‑dħul kif ukoll il‑ġestjoni kondiviża tal‑infiq mal‑Istati Membri jippreżentaw sfidi għall‑obbligu ta’ rendikont u għall‑awditjar.

Dħul tal-UE

119 Id‑dħul tal‑UE jikkonsisti fi dħul nazzjonali gross (DNG) ibbażat fuq ir‑riżorsi proprji, it‑taxxa fuq il‑valur miżjud (VAT) u r‑riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali fuq importazzjonijiet u taxxa fuq il‑produzzjoni taz‑zokkor). Id‑dħul tal‑UE hu meqjus mill‑QEA li ilu ħieles minn żball materjali mill‑1994 ’il hawn, li d‑Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tagħha tispjega l‑karatteristiċi speċifiċi tal‑VAT, tad‑DNG u tar‑riżorsi proprji tradizzjonali46.

120 Ir‑riżorsi proprji bbażati fuq id‑DNG pereżempju jirriżultaw mill‑applikazzjoni ta’ rata uniformi għad‑DNG tal‑Istati Membri. Id‑data tad‑DNG hija l‑aktar fattur determinanti importanti tal‑kontribuzzjoni ta’ kull Stat Membru għad‑dħul tal‑UE u hija stmata fil‑livell nazzjonali. L‑istimi tad‑DNG huma kumplessi ħafna u l‑QEA ma tista tipprovdi l‑ebda aċċertament dwar il‑preċiżjoni tagħhom. Kwalunkwe dikjarazzjoni insuffiċjenti (jew dikjarazzjoni eċċessiva) tad‑DNG għal Stat Membru partikolari – għandha l‑effett li żżid (jew tnaqqas) il‑kontribuzzjonijiet minn Stati Membri oħra. Id‑distribuzzjoni tal‑kontribuzzjonijiet tal‑UE fost l‑Istati Membri tiddependi għalhekk mill‑kwalità tal‑istimi pprovduti mill‑uffiċċji nazzjonali tal‑istatistika. Filwaqt li l‑Kummissjoni (l‑Eurostat) tipprovdi gwida u tfittex li tikkontrolla l‑kwalità tal‑istatistika tad‑DNG, xogħol reċenti tal‑awditjar mill‑QEA jissuġġerixxi li tali kontrolli huma limitati fin‑natura u l‑firxa tagħhom47.

121 Il‑konsegwenza għall‑obbligu ta’ rendikont tal‑UE hija li l‑awtoritajiet fil‑livell tal‑UE jiddependu ħafna minn kontrolli u verifikazzjonijiet nazzjonali.

46 Ara pereżempju l‑opinjoni tal‑QEA dwar id‑dħul, ir‑Rapport Annwali 2012, p. 11 sa 12, il‑punti VIII u X.

47 Ir‑Rapport Speċjali Nru 12/2012 tal‑QEA “Il‑Kummissjoni u l‑Eurostat tejbu l‑proċess tal‑produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?” (http://eca.europa.eu)

Page 48: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

46Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Ġestjoni Kondiviża mal-Istati Membri

122 L‑arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll finanzjarji tal‑UE għall‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑UE jqajmu għadd ta’ kwistjonijiet tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awd‑itjar, li jirrifletti l‑fatt li r‑responsabbiltà għall‑ġestjoni ta’ ’l fuq minn 80 % tal‑baġit tal‑UE hija kondiviża bejn il‑Kummissjoni u l‑Istati Membri (“ġestjoni kondiviża”).

123 Il‑Kummissjoni timplimenta l‑baġit f’kooperazzjoni mal‑Istati Membri fuq ir‑re‑sponsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni tal‑prinċipji ta’ tmexxija (ġestjoni) finanzjarja tajba. Min‑naħa l‑oħra, l‑Istati Membri jridu jikkooperaw mal‑Kum‑missjoni sabiex jiżguraw li l‑approprazzjonijiet jkunu użati skont il‑prinċipji ta’ tmexxija (ġestjoni) finanzjarja tajba (l‑Artikolu 317 TFUE).

124 Taħt il‑ġestjoni kondiviża l‑Istati Membri għandhom ir‑responsabbiltà għall‑ġestjoni ta’ programmi u skemi tal‑infiq, għall‑eżekuzzjoni ta’ pagamenti lill‑benefiċjarji, u t‑teħid tal‑miżuri kollha meħtieġa (leġiżlattivi, regolatorji u am‑ministrattivi) li jiġu protetti l‑interessi finanzjarji tal‑UE. F’ħafna każijiet, il‑fondi tal‑UE jintużaw ukoll biex jikkofinanzjaw proġetti ffinanzjati minn awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali fl‑Istat Membru. L‑Istati Membri jiffinanzjaw l‑ispejjeż biex jamministraw il‑programmi u l‑iskemi rilevanti tal‑UE taħt ir‑responsabbiltà tagħhom. Jekk awtorità nazzjonali jew reġjonali ma tkunx qed twettaq ir‑rwol tagħha kif meħtieġ, il‑Kummissjoni tista’ timponi korrezzjonijiet finanzjarji u rku‑pri fuq l‑Istati Membri inkwistjoni.

125 Dawn l‑arranġamenti joħolqu linji ta’ obbligu ta’ rendikont li jidħlu f’xulxin u li jitilgħu sal‑livell tal‑awtoritajiet politiċi kemm fil‑livell tal‑UE kif ukoll dak nazz‑jonali. L‑awtoritajiet maniġerjali fl‑Istati Membri għandhom obbligu ta’ rendikont kemm lejn il‑Kummissjoni kif ukoll lejn l‑awtoritajiet nazzjonali tagħhom.

126 Fl‑2004, il‑QEA pproponiet l‑introduzzjoni ta’ sistema integrata ta’ kontroll intern48. Hija identifikat karatteristiċi importanti meħtieġa biex tali sistema tip‑permetti lill‑Kummissjoni tissodisfa l‑obbligu tagħha taħt it‑Trattat b’mod aktar effettiv.

48 L‑opinjoni tal‑QEA Nru 2/2004

Page 49: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

47Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

127 Il‑Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni fl‑2006 għall‑implimentazzjoni ta’ tali qa‑fas integrat ta’ kontroll intern. Miżuri relatati ġew inkorporati fir‑Regolament Fi‑nanzjarju, inklużi s‑sommarji annwali tal‑opinjonijiet tal‑awditjar, id‑dikjarazzjoni‑jiet nazzjonali volontarji mill‑Istati Membri u r‑rapporti volontarji u ċ‑ċertifikati ta’ korpi nazzjonali tal‑awditjar dwar il‑ġestjoni tal‑fondi tal‑UE. B’riżultat ta’ dan, ġew stabbiliti elementi importanti tas‑sistema integrata ta’ kontroll intern, iżda jista’ jinkiseb aktar minn hekk (ara l‑paragrafu 137).

128 Ir‑Regolament Finanzjarju jirrikjedi li l‑awtoritajiet tal‑Istati Membri jipproduċu kontijiet annwali u dikjarazzjonijiet tal‑ġestjoni fir‑rigward tal‑użu tal‑fondi tal‑UE kif ukoll sommarju tar‑rapporti tal‑awditjar u tal‑kontrolli mwettqa. L‑Istati Mem‑bri jistgħu wkoll jiddeċiedu li joħorġu dikjarazzjonijiet nazzjonali fil‑livell politiku. S’issa erba’ Stati Membri (id‑Danimarka, il‑Pajjiżi l‑Baxxi, l‑Isvezja u r‑Renju Unit) għamlu dan.

129 F’oqsma taħt ġestjoni kondiviża, il‑Kummissjoni għandha s‑setgħa li twettaq kontrolli ex post tal‑operat tas‑sistemi ta’ kontroll u tal‑infiq iddikjarati. Imbagħad tkun tista’ timponi miżuri korrettivi kif ġej:

— irkupri mill‑benefiċjarji ‑ azzjoni ta’ rkupru tittieħed mill‑awtoritajiet fl‑Istati Membri (għall‑infiq kopert minn ġestjoni kondiviża) u mill‑Kummissjoni (b’mod partikolari fl‑oqsma ta’ ġestjoni diretta). Il‑benefiċjarju huwa meħtieġ li jħallas lura l‑fondi riċevuti kollha jew parti minnhom;

— l‑applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji lill‑awtoritajiet tal‑Istati Membri – il‑Kummissjoni tista’ tagħti bidu għal korrezzjonijiet finanzjarji fejn l‑Istati Membri jonqsu milli jaqbdu u jikkoreġu nfiq irregolari. Korrezzjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati abbażi ta’ każ b’każ, billi jiġu estrapolati r‑riżultati tat‑testijiet jew bl‑impożizzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa (jekk ma jistgħux jintużaw iż‑żewġ metodi l‑oħra).

130 Fir‑Rapport Annwali tagħha għall‑2012, il‑QEA għamlet għadd ta’ osservazzjoni‑jiet dwar l‑irkupri u l‑korrezzjonijiet finanzjarji49, ir‑rapport ta’ sinteżi annwali tal‑Kummissjoni u dwar il‑valutazzjoni f’dan ir‑rapport ta’ żbalji, u rkupri u kor‑rezzjonijiet finanzjarji relatati50. Il‑QEA spjegat ukoll l‑implikazzjonijiet ta’ tali kor‑rezzjonijiet fuq l‑opinjonijiet tal‑QEA għall‑affidabbiltà tal‑kontijiet u r‑regolarità tat‑tranżazzjonijiet51.

49 Ir‑rapport annwali tal‑QEA tal‑2012, paragrafi 1.19 sa 1.35.

50 Ir‑Rapport Annwali 2012 tal‑QEA, il‑paragrafi 1.41 sa 1.45.

51 Ir‑Rapport Annwali 2012 tal‑QEA, p. 52, Anness 1.1, Parti 3, paragrafu 22.

Page 50: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

48Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

131 Taħt is‑sistema attwali, il‑korrezzjonijiet jistgħu jieħdu sa 10 snin biex isiru miż‑żmien meta saru l‑iżbalji. Huma primarjament immirati biex jipproteġu l‑baġit tal‑UE, u mhumiex iffokati fuq l‑inkoraġġiment tal‑Istati Membri u l‑benefiċjarji biex jikkonformaw mar‑regoli. Ir‑riżultat huwa li l‑infiq ineliġibbli li ma jkunx irkuprat mill‑benefiċjarji finali jiġġarrab xorta mill‑kontribwenti nazzjonali. Barra minn hekk, l‑obbligu ta’ rendikont għall‑infiq żbaljat ma jinki‑sibx għal ħafna snin wara li l‑infiq irregolari jkun seħħ52.

132 L‑introduzzjoni ta’ proċedura ta’ akkreditament fir‑Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni53 għall‑fondi strutturali fil‑perjodu 2014‑2020 se jir‑rinforza r‑responsabbiltajiet tal‑Istati Membri li jikkonċernaw il‑kapaċità am‑ministrattiva tal‑korpi ta’ ġestjoni u kontroll nazzjonali. Madankollu, il‑QEA hi tal‑opinjoni li l‑Kummissjoni, bħala detentur tar‑responsabbiltà finali għall‑implimentazzjoni tal‑baġit, għandu jkollha rwol superviżorju fil‑proċess biex tnaqqas ir‑riskju ta’ detezzjoni tardiva54.

Ġestjoni Finanzjarja Tajba

133 Fir‑rigward ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l‑obbligu ta’ rendikont effettiv għar‑riżultati miksuba bil‑baġit tal‑UE jeħtieġ titjib konsiderevoli. L‑isfidi ffaċċjati huma koperti separatament fit‑taqsima 6 li jmiss hawn taħt.

Qafas Legali li jirregola l-baġit tal-UE

134 Mill‑1 ta’ Jannar 2013 ’il hawn, ir‑Regolament Finanzjarju “il‑ġdid”55 u r‑Regoli tal‑Applikazzjoni tiegħu56 jinsabu fis‑seħħ. Filwaqt li l‑karatteristiċi prinċipali tal‑arranġamenti preċedenti tal‑obbligu ta’ rendikont jibqgħu stabbiliti, ġew introdotti elementi ġodda importanti li huma ta’ min iqishom.

135 Skont ir‑Regolament il‑ġdid, il‑Kummissjoni Ewropea għad għandha obbligu ta’ rendikont lejn il‑Parlament Ewropew u lejn il‑Kunsill — permezz tal‑proċedura ta’ kwittanza — għall‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑UE, bħal qabel.

52 Ir‑Rapport Speċjali Nru 7/2010 tal‑QEA “Verifika tal‑proċedura tal‑approvazzjoni tal‑kontijiet”, p. 5, is‑Sommarju Eżekuttiv, il‑paragrafu V.

53 Ir‑Regolament (UE) Nru 1303/2013.

54 L‑Opinjoni tal‑QEA Nru 7/2011, il‑paragrafu 25.

55 Ir‑Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012.

56 Ir‑Regolament Delegat tal‑Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012.

Page 51: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

49Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

136 Barra minn hekk, l‑arkitettura kumplessiva tal‑kontroll finanzjarju baqgħet fil‑biċċa l‑kbira kif kienet. Hija bbażata fuq qafas ta’ kontroll intern primarja‑ment imfassal biex jippermetti lill‑Kummissjoni Ewropea tieħu r‑responsabbiltà politika kumplessiva għall‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑UE taħt il‑proċedura ta’ kwittanza.

137 Madankollu, ir‑regolament il‑ġdid qawwa l‑arranġamenti li permezz tagħhom dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u sommarji annwali awditjati għandhom jiġu pprovduti mill‑Istati Membri lill‑Kummissjoni iżda, f’konformità mal‑prinċipju tas‑sussidjarjetà, dan ma jkoprix is‑sorveljanza politika ta’ dawk l‑awtoritajiet nazzjonali fl‑Istati Membri. Barra minn hekk, id‑dikjarazzjonijiet nazzjonali jibqgħu fakultattivi.

138 Għadd ta’ elementi ġodda importanti previsti mir‑Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għad iridu jiġu elaborati b’mod sħiħ, bħal kuntratti ta’ sħubija nazzjonali, oqfsa ġodda tal‑prestazzjoni, u riżervi tal‑prestazzjoni57. Dawn u elementi ġodda oħrajn se jkun meħtieġ li jiġu integrati fl‑arranġamenti ta’ kontroll intern. Barra minn hekk, il‑Kummissjoni għad teħtieġ li tipproponi miżuri biex tiżgura l‑kwalità tad‑dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ġodda pprovduti mill‑awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll il‑kwalità tal‑informazzjoni dwar l‑implimen‑tazzjoni ta’ programmi.

139 Meħuda flimkien mar‑riformi mibdija fl‑2006, inkiseb progress lejn sistema integrata ta’ kontroll li se tiżgura obbligu ta’ rendikont akbar fil‑livelli nazzjonali u tal‑UE, għall‑fondi tal‑UE. Madankollu, sistema komprensiva bis‑sħiħ għadha mhijiex stabbilita. L‑awditi annwali tal‑QEA juru li l‑klejms ippreżentati lill‑Kum‑missjoni jinkludu ħafna żbalji li setgħu ġew ikkoreġuti qabel mill‑awtoritajiet nazzjonali. F’ħafna każijiet, il‑QEA ssib ukoll li l‑klejms iċċertifikati mill‑awtori‑tajiet tal‑awditjar jinkludu żbalji. Minħabba din is‑sitwazzjoni, il‑QEA qed tkom‑pli tawditja sal‑livell tar‑riċevitur finali tal‑fondi tal‑UE. Jekk is‑sistemi jitjiebu, għandu jkun hemm aktar ambitu — il‑QEA tkun tista’ sserraħ aktar fuq xogħol awdituri oħrajn fl‑awditu finanzjarju tagħha.

57 L‑oqfsa tal‑prestazzjoni jikkonsistu f’indikaturi finanzjarji, tal‑produzzjoni (output) u tar‑riżultati magħżula kif ukoll passi tal‑implimentazzjoni ewlenin għal kull prijorità, għal programmi ta’ Fondi Strutturali Ewropej. Huma intenzjonati biex jiżguraw li l‑programmi jwettqu dak li hu taħt il‑kontroll tal‑awtoritajiet ta’ ġestjoni (maniġerjali) fl‑Istati Membri. Riżerva għall‑prestazzjoni tirrappreżenta 6 % tal‑Fondi Strutturali allokati bil‑kundizzjoni li jkunu implimentati b’suċċess il‑prijoritajiet tal‑programm. Ara r‑Regolament (UE) Nru 1303/2013 (l‑Artikoli 20 u 21).

Page 52: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

50Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

6. Impatt u riżultati tal-politika tal-UE

140 Il‑politiki tal‑UE jitwettqu parzjalment minn strumenti baġitarji u parzjalment minn strumenti legali u regolatorji (ara l‑Figura 5):

— Strumenti baġitarji: il‑politiki tal‑UE jserrħu fuq il‑baġit tal‑UE għall‑implimentazzjoni tagħhom. Għadd ta’ politiki huma ġeneralment iffi‑nanzjati minn baġits nazzjonali, u b’mod inqas frekwenti minn sorsi oħra ta’ finanzjament (bħal ingranaġġ ta’ finanzi privati).

— Strumenti legali u regolatorji: l‑UE tadotta għadd kbir ta’ liġijiet u ta’ regolamenti kull sena. Ħafna minn din il‑leġiżlazzjoni tinvolvi l‑istabbiliment ta’ regoli jew standards f’oqsma bħas‑suq uniku, il‑protezzjoni ambjentali, il‑politiki soċjali, u l‑kompetizzjoni.

Strumenti għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE

Figu

ra 5

Politiki u programmital-UE

Baġit tal-UE

Strumenti legali u regolatorji

Baġits tal-Istati Membri

Sorsi oħra ta’ �nanzjament

141 L‑obbligu ta’ rendikont fil‑livell tal‑UE huwa qawwi fejn l‑istrument prinċipali huwa l‑baġit tal‑UE u jonqos fejn ikun hemm serħan fuq sorsi oħra ta’ finanzi jew fuq forma ta’ strument. It‑taqsimiet li ġejjin jiddeskrivu l‑isfidi prinċipali għall‑kejl tal‑impatt u r‑riżultati tal‑attivitajiet iffinanzjati mill‑baġit tal‑UE, kif ukoll għall‑kejl tal‑impatt tal‑istrumenti regolatorji.

Sors: Il‑QEA.

Page 53: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

51Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Sfidi tal-kejl tal-impatt u r-riżultati tal-baġit tal-UE

142 Il‑QEA argumentat favur fokus akbar fuq ir‑riżultati f’operazzjonijiet tal‑baġit fil‑perjodu 2014‑2020. Il‑QEA stiednet lill‑Kummissjoni biex terġa’ tikkunsidra s‑sistemi ta’ rappurtar u ta’ obbligu ta’ rendikont tagħha biex jiffukaw mhux biss fuq il‑konformità iżda wkoll fuq il‑kisba tal‑eżiti (riżultati u impatt)58.

143 L‑Istati Membri għandhom itejbu wkoll ir‑rappurtar dwar il‑prestazzjoni. In‑formazzjoni mhux finanzjarja affidabbli trid tkun tal‑istess livell bħal informazz‑joni finanzjarja affidabbli; u l‑fokus fuq ir‑riżultati għandu jkun tal‑istess livell bħall‑fokus tal‑UE fuq il‑konformità.

144 L‑isfidi prinċipali f’dan ir‑rigward jikkonċernaw:

(a) indikaturi tal‑prestazzjoni konsistenti u informazzjoni affidabbli;

(b) sistemi li jipproduċu informazzjoni preċiża dwar ir‑riżultati; u

(c) titjib fir‑rapport ta’ evalwazzjoni tal‑Kummissjoni f’termini tar‑riżultati miksuba.

Indikaturi tal-prestazzjoni u kwalità tal-informazzjoni li huma dgħajfa

145 Il‑QEA identifikat każijiet ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni in‑adegwati, u l‑ħtieġa li jittejbu r‑rilevanza, l‑affidabbiltà u l‑puntwalità tad‑da-ta dwar il‑prestazzjoni pprovduta mis‑sistemi ta’ ġestjoni (ara l‑Kaxxa 4). B’mod saħansitra aktar fundamentali, il‑QEA spiss sabet li l‑programmi ffi‑nanzjati mill‑fondi tal‑UE ma jkollhomx objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu. Fejn il‑leġiżlazzjoni jew id‑dokumenti ta’ gwida jistabbilixxu objettivi mhux ċari jew li ma jistgħux jitkejlu, jew fejn l‑objettivi jkunu moħbija jew impliċiti, ikun diffiċli ħafna għall‑awdituri jew għal oħrajn biex jiddeterminaw jekk l‑infiq tal‑UE kienx ekonomiku, effiċjenti jew effettiv – f’tali każijiet, ir‑rappreżentanti pubbliċi ma jistgħux jobbligaw lill‑Kummissjoni u lill‑Istati Membri biex dawn jagħtu rendikont għall‑infiq magħmul f’isimhom.

58 Ir‑Rapport Annwali 2012 tal‑QEA, il‑Kapitolu 10, il‑paragrafi (10.25 u 10.26). Ara wkoll l‑Opinjoni Nru 4/2012 tal‑QEA, l‑Opinjoni Nru 7/2011, l‑Opinjoni Nru 1/2012, ir‑Rapport Annwali 2010 tal‑QEA, il‑paragrafu 8.54 u r‑risposta tal‑QEA għat‑tieni rapport ta’ evalwazzjoni tal‑Kummissjoni dwar l‑Artikolu 318.

Page 54: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

52Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

Kaxx

a 4 Eżempji ta’ dgħufijiet fid-data tal-prestazzjoni

Indikaturi dgħajfa tal‑prestazzjoni

ο Ir‑rwol ta’ monitoraġġ tal‑Kummissjoni dwar jekk ir‑riforma tas‑suq tal‑inbid hix qed tilħaq l‑objettivi tagħha kien limitat minħabba n‑nuqqas ta’ indikaturi tal‑prestazzjoni ewlenin (ir‑Rapport Speċjali Nru 7/2012 tal‑QEA, il‑paragrafi 50 u 57).

ο Il‑QEA kkonkludiet li fil‑każ ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja kofinanzjati mill‑FEŻR, l‑istrumenti stand‑ard ta’ monitoraġġ tal‑politika ta’ koeżjoni ma kinux adegwati u mhux adattati biex jipprovdu informazz‑joni dwar il‑ġestjoni finanzjarja tajba tal‑istrumenti finanzjarji (ir‑Rapport Speċjali Nru 2/2012 tal‑QEA, il‑paragrafi 82 u 121).

Rilevanza, affidabbiltà u puntwalità tad‑data tal‑prestazzjoni

ο Il‑QEA sabet li fil‑każ ta’ għajnuna għall‑modernizzazzjoni tal‑azjendi agrikoli, il‑Qafas ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni Komuni ma pprovdiex data rilevanti għall‑monitoraġġ tar‑riżultati miksuba bil‑fondi min‑fuqa (ir‑Rapport Speċjali Nru 8/2012 tal‑QEA, il‑paragrafu 70).

ο Fl‑awditu tagħha tas‑Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir‑Relazzjonijiet Esterni (CRIS), il‑QEA identi‑fikat informazzjoni li kienet nieqsa, mhux valida jew mhux aġġornata, u li xejnet l‑affidabbiltà tas‑sistema bħala għodda ta’ ġestjoni (ir‑Rapport Speċjali Nru 5/2012 tal‑QEA, il‑paragrafu 79).

Rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati miksuba

146 Mid‑dħul fis‑seħħ tat‑Trattat ta’ Lisbona, il‑Kummissjoni kienet meħtieġa li tipproduċi rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir‑riżultati ta’ programmi ta’ nfiq tal‑baġit. Ir‑rapport huwa parti mill‑proċedura ta’ kwittanza għall‑implimentazzjoni tal‑baġit tal‑UE59. Madankollu, l‑ewwel żewġ rapporti ta’ evalwazzjoni ma wrewx li l‑elementi kostitwenti għall‑valutazzjoni tal‑pres‑tazzjoni diġà qegħdin stabbiliti. F’Ġunju 2012, il‑QEA ħarġet l‑opinjoni tagħha dwar l‑ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tal‑Kummissjoni u kkonkludiet li kien vag, nieqes mis‑sustanza u bi żied valur limitat60.

147 Ir‑raġunijiet għaliex il‑Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi valutazzjoni kumplessiva f’termini tar‑riżultati miksuba ġew dokumentati mill‑QEA f’rapporti speċjali preċedenti dwar il‑prestazzjoni ta’ politiki u strumenti differenti li jippreżentaw sfidi għall‑evalwazzjoni komprensiva tal‑prestazzjoni.

59 L‑Artikolu 318 TFUE.

60 L‑Opinjoni Nru 4/2012 tal‑QEA dwar ir‑rapport ta’ evalwazzjoni tal‑Kummissjoni dwar il‑finanzi tal‑Unjoni fuq il‑bażi tar‑riżultati miksuba kif stabbilit skont l‑Artikolu 318 tat‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea (ĠU C 179, 20.6.2012, p. 1).

Page 55: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

53Parti II — L-isfida tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar tal-UE

L-isfida tal-kejl tal-impatt ta’ strumenti regolatorji

148 Valutazzjoni tal‑impatt ex ante titwettaq biex jiġu identifikati l‑impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali potenzjali ta’ proposti, kif ukoll il‑piż amministrattiv invo‑lut għall‑awtoritajiet nazzjonali, in‑negozji u ċ‑ċittadini. Il‑valutazzjonijiet tal‑im‑patt ex ante tal‑Kummissjoni huma sors ewlieni ta’ informazzjoni għal‑leġiżlaturi tal‑UE, b’mod partikolari għall‑membri tal‑kumitati speċjalizzati tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill. Madankollu, dawn mhumiex sistematikament akkumpan‑jati minn valutazzjonijiet tal‑impatt ex post. Il‑QEA identifikat dgħufijiet fir‑rig‑ward tal‑valutazzjonijiet tal‑impatt61:

— Għal valutazzjonijiet ex ante:

ο l‑analizzar tal‑impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha hija sfida;

ο il‑paraguni diretti bejn għażliet alternattivi huma spiss diffiċli;

ο id‑disponibbiltà ta’ data għall‑valutazzjonijiet tal‑impatt tibqa’ problema;

ο l‑aspetti tal‑implimentazzjoni mhux dejjem jiġu analizzati biżżejjed.

— Għal valutazzjonijiet ex post:

ο l‑evalwazzjonijiet ma jsirux b’mod sistematiku fost l‑oqsma leġiżlattivi kollha;

ο l‑ispejjeż tal‑infurzar u l‑piżijiet amministrattivi mhumiex kwantifikati biżżejjed.

149 Bħala l‑“gwardjan tat‑Trattat”, il‑Kummissjoni hija responsabbli għall‑monitoraġġ tal‑konformità mal‑liġijiet tal‑UE, billi tirreferi devjazzjonijiet lill‑Qorti Ewropea tal‑Ġustizzja. Hija responsabbli wkoll għall‑evalwazzjoni ex post tal‑attivitajiet tal‑UE, inklużi dawk li b’mod predominanti jinvolvu miżuri regolatorji. Madankol‑lu, it‑twettiq ta’ valutazzjonijiet ex post tal‑impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali huwa ta’ sfida. Pereżempju, ir‑relazzjonijiet kawżali bejn ir‑regolamenti tal‑UE u l‑impatti jistgħu jkunu diffiċli li wieħed jagħti prova tagħhom; id‑data dwar l‑ispejjeż u l‑piżijiet amministrattivi tista’ tkun nieqsa jew għalja biex tinġabar; u l‑koordinazzjoni mal‑awtoritajiet nazzjonali tista’ ma tkunx sempliċi62.

61 Ir‑Rapport Speċjali Nru 3/2010 tal‑QEA “Il‑Valutazzjonijiet tal‑Impatt fl‑Istituzzjonijiet tal‑UE: huma ta’ appoġġ għat‑teħid tad‑deċiżjonijiet?”, il‑paragrafi 57 sa 81.

62 L‑Opinjoni tal‑QEA Nru 1/2010 “It‑titjib tal‑ġestjoni finanzjarja tal‑baġit tal‑Unjoni Ewropea: Riskji u Sfidi”, il‑paragrafi 14 sa 16.

Page 56: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

54Parti III — Sfidi assoċjati mar-rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja

150 Il‑kriżi finanzjarja u l‑miżuri meħuda biex tiġi indirizzata joħolqu sfidi ġodda sinifikanti għall‑awditu u l‑obbligu ta’ rendikont fil‑livelli nazzjonali u Ewropej. Tfaċċaw lakuni, u kwistjonijiet importanti dwar l‑obbligu ta’ rendikont għad iridu jiġu indirizzati mill‑UE u l‑Istati Membri tagħha. It‑taqsimiet ta’ hawn taħt jipp‑rovdu ħarsa ġenerali lejn ir‑rispons għall‑kriżi finanzjarja u ekonomika, u l‑im‑plikazzjonijiet għall‑obbligu ta’ rendikont u l‑awditu pubbliċi.

Il-katina tal-avvenimenti u tar-risponsi tal-UE

151 Il‑kriżi li bdiet fl‑2007 fis‑settur bankarju sussegwentement infirxet għal oqsma oħra b’konsegwenzi negattivi għas‑sostenibbiltà tad‑dejn sovran, l‑istabbiltà tal‑euro, it‑tkabbir, u l‑fiduċja pubblika. Ir‑riżoluzzjoni tal‑kriżi kienet teħtieġ miżuri urġenti u straordinarji fil‑livelli tal‑UE u tal‑Istati Membri. Ir‑riformi kienu meħtieġa wkoll għar‑ristrutturar, fuq terminu itwal, tal‑oqfsa ta’ governanza finanzjarja, ekonomika u politika tal‑Ewropa (ara l‑Figura 6).

Rispons tal-UE għall-kriżi finanzjarja

Figu

ra 6

Kriżi tad-dejnsovran

Kriżi bankarja

Kriżi tal-euro

Kriżi ekonomika

Kriżi ta’ �duċja

Riformi relatati mal-obbligu ta’ rendikontStrateġija Ewropa

2020 u qafas �nanzjarju pluriennaliKoordinazzjoni

ekonomika, sorveljanzau Semestru EwropewAppoġġ �nanzjarju

għall-Istati Membri

Swieq bankarji u �nanzjarji: Appoġġ �nanzjarju, regolamenti ġodda u superviżjoni

Sors: Il‑QEA.

Page 57: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

55Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Regolamentazzjoni u superviżjoni tas-settur finanzjarju

152 L‑ewwel fażi (2007‑2009) kienet kriżi globali fis‑settur finanzjarju. Kombina‑ment ta’ teħid eċċessiv ta’ riskju u żviluppi avversi fis‑swieq finanzjarji rriżultaw f’telfiet konsiderevoli fuq l‑investimenti, li waqqa’ l‑kapital regolatorju tal‑banek taħt il‑livelli meħtieġa. Barra minn hekk, is‑suq interbankarju spiċċa u minħabba l‑interkonnettività, id‑diffikultajiet serji ta’ ċerti istituzzjonijiet finanzjarji kbar poġġew ħafna istituzzjonijiet oħra taħt pressjoni severa (“riskju sistemiku”).

153 Biex jiġi evitat kollass tas‑sistema bankarja, l‑Istati Membri użaw il‑fondi pubbliċi għar‑rikapitalizzazzjoni tal‑banek tagħhom, filwaqt li l‑banek ċentrali pprovdew il‑likwidità għas‑sistema bankarja. Il‑Kummissjoni approvat madwar EUR 5 triljun ta’ għajnuna mill‑Istat għas‑settur finanzjarju u pprovdiet gwida dwar il‑kriterji tagħha għall‑approvazzjoni ta’ għajnuna lill‑banek63. L‑appoġġ tal‑kontribwenti li ġie realment ipprovdut lill‑banek bejn 2007‑2011 ammonta għal EUR 1,6 triljun (12,8 % tal‑PDG tal‑UE)64.

154 L‑UE adottat ukoll sensiela ta’ regoli li jirregolaw l‑operazzjonijiet tal‑operaturi finanzjarji u tas‑swieq, li fil‑biċċa l‑kbira jirriżultaw minn negozjati internazzjonali fil‑G20, fi ħdan il‑Bord għall‑Istabilità Finanzjarja (FSB) u l‑Kumitat ta’ Basel dwar is‑Superviżjoni Bankarja (riforma tar‑regolament finanzjarju). Barra minn hekk, l‑UE ħolqot Sistema Ewropea tas‑Superviżuri Finanzjarji (SESF) li daħlet fis‑seħħ fl‑1 ta’ Jannar 2011 (ara l‑Kaxxa 5).

63 COM(2012) 778 finali tal‑21 ta’ Diċembru 2012, SEC(2012) 443 finali tal‑21 ta’ Diċembru 2012, p. 29.

64 L‑akbar parti ntnefqet fuq il‑garanziji li ammontaw bejn wieħed u ieħor għal EUR 1 085 biljun (8,6 % tal‑PDG), segwiti mir‑rikapitalizzazzjoni (madwar EUR 322 biljun jew 2,6 % tal‑PDG), assi danneġġati (madwar EUR 119,9 biljun jew 0,9 % tal‑PDG) u miżuri ta’ likwidità (EUR 89 biljun jew 0,7 % tal‑PDG).

Kaxx

a 5 Is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF)

L‑SESF tikkonsisti f’żewġ elementi:

ο Is‑sorveljanza makroprudenzjali hija r‑responsabbiltà tal‑Bord Ewropew dwar ir‑Riskju Sistemiku (BERS), magħmul, fost l‑oħrajn, minn bankiera ċentrali u minn rappreżentanti ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

ο Is‑sorveljanza mikroprudenzjali li hija r‑responsabbiltà tal‑Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali fil‑livell naz‑zjonali u ta’ tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) fil‑livell tal‑UE: l‑Awtorità Bankarja Ewropea (EBA); l‑Awtorità Ewropea tat‑Titoli u s‑Swieq (ESMA) u l‑Awtorità Ewropea tal‑Assigurazzjoni u l‑Pensjonijiet tax‑Xogħol (EIOPA).

Page 58: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

56Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

155 F’konformità mal‑konklużjonijiet tas‑summit taż‑żona tal‑euro ta’ Ġunju 2012 u bil‑ħsieb li titqawwa aktar is‑superviżjoni bankarja, f’Ottubru 2013, il‑Kunsill approva l‑proposta tal‑Kummissjoni għal Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) 65. Fi ħdan l‑MSU, il‑BĊE għandu setgħat superviżorji diretti fuq il‑banek l‑aktar “sinifikanti” fi ħdan l‑Istati Membri rilevanti u għandu wkoll drittijiet ta’ monitoraġġ fuq is‑superviżjoni ta’ banek oħra minn superviżuri nazzjonali rile‑vanti. Is‑“sinifikat” għal dan l‑għan huwa ddeterminat mid‑daqs jew minn ċerti kriterji oħra.

156 Bħala pass ulterjuri lejn Unjoni bankarja, u biex issir prevenzjoni ta’ aktar salvataġġi bankarji fil‑futur, il‑Kummissjoni pproponiet fl‑10 ta’ Lulju 2013 il‑ħolqien ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), li huwa mistenni li jiġi adottat dalwaqt66. Taħt l‑SRM, il‑proposta hija li kwalunkwe spiża ta’ riżoluzzjoni l‑ewwel tiġġarrab mill‑azzjonisti u l‑kredituri (“rikapitalizzazzjoni interna”) tal‑bank, u, jekk ikun meħtieġ, bħala l‑aħħar alternattiva minn Fond Uniku Bankarju ta’ Riżoluzzjoni ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mis‑settur bankarju.

157 Il‑kriżi żvelat fallimenti ġenerali fil‑governanza u l‑iskrutinju tas‑sistema finan‑zjarja globali: l‑istruttura ta’ inċentivi għall‑banek biex jieħdu riskji, ir‑regoli kontabilistiċi għall‑valwazzjoni u d‑divulgazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji, u r‑rwol ta’ analisti tan‑negozju, aġenziji ta’ klassifikazzjoni, awdituri, regolaturi u superviżuri li kienu qrib wisq tal‑industrija u mhux iffukati biżżejjed biex jiżguraw l‑istabbiltà tas‑suq u l‑interessi tal‑konsumaturi.

158 Ir‑rispons li inkluda s‑salvataġġ ta’ ħafna banek mill‑Istati Membri, u f’ċerti każijiet n‑nazzjonalizzazzjoni ta’ banek privati , l‑introduzzjoni ta’ regolamenti ġodda tas‑swieq bankarji u finanzjarji, u r‑riformi u l‑istabbiliment ta’ mekkaniżmi superviżorji ġodda fil‑livell tal‑UE, kollha jqajmu kwistjonijiet ta’ governanza, trasparenza u obbligu ta’ rendikont.

159 Waħda mill‑isfidi ffaċċjati matul ir‑rispons kienet dwar kif għandha tkun żgurata l‑leġittimità demokratika fil‑mod kif ir‑regolamenti jiġu żviluppati u adottati, u l‑mod kif joperaw strumenti ġodda. Ingħatat inqas attenzjoni fil‑fażijiet bikrija għall‑arranġamenti meħtieġa tal‑obbligu ta’ rendikont għar‑riżultati li dawn l‑istrumenti huma mistennija li jiksbu.

65 Ir‑Regolament tal‑Kunsill (UE) Nru 1303/2013.

Ara wkoll ir‑Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat‑22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r‑Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir‑rigward tal‑konferiment ta’ kompiti speċifiċi lill‑Bank Ċentrali Ewropew skont ir‑Regolament tal‑Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5).

66 Attwalment fl‑istadju ta’ Deċiżjoni mill‑Parlament, l‑ewwel qari/qari uniku; Ref. T7‑0341/2014, fil‑15/04/2014.

Page 59: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

57Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Azzjonijiet ikkoordinati

160 L‑obbligu ta’ rendikont fl‑arkitettura l‑ġdida tar‑regolamentazzjoni u s‑superviżjoni finanzjarja stabbilita b’rispons għall‑kriżi jserraħ fuq qafas li mhu‑wiex iddefinit kompletament. Pereżempju, xi sistemi fil‑livell tal‑UE huma xi drabi koperti biss parzjalment mill‑mandat tal‑QEA:

— it‑tliet awtoritajiet superviżorji (ASE) huma awditjati mill‑QEA;

— l‑MSU huwa kopert minn dispożizzjonijiet speċifiċi ‑ deskritti qabel ‑li jeħtieġu milll‑BĊE li dan ikollu obbligu ta’ rendikont lejn il‑Kunsill u l‑Parla‑ment Ewropew u li jkun suġġett għall‑awditu mill‑QEA għal ġestjoni finanz‑jarja tajba67; iżda awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl‑MSU mhumiex trat‑tati mill‑QEA; ma hemm l‑ebda dispożizzjoni stabbilita għall‑valutazzjoni mill‑awdituri tas‑sistema superviżorja fl‑intier tagħha. Huwa possibbli li livell aktar profond ta’ kooperazzjoni mas‑SAIs fl‑Istati Membri rispettivi għandu mnejn jagħti lok għal valutazzjonijiet aktar komprensivi, iżda attwalment ma jeżisti l‑ebda tali arranġament.

67 L‑Artikolu 27(2) TFUE, il‑Protokoll Nru 4 dwar l‑istatut tas‑Sistema Ewropea tal‑Banek Ċentrali u l‑Bank Ċentrali Ewropew.

Page 60: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

58Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri

161 It‑tieni fażi tal‑kriżi, li bdiet fl‑2010, kienet relatata mad‑dejn sovran. Sa Jan‑nar 2013, mhux inqas minn 20 Stat Membru tal‑UE kienu suġġetti għal Deċiżjoni tal‑Kunsill taħt il‑proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Ir‑rabta bejn il‑banek u d‑dejn sovran affettwat il‑prestazzjoni fiskali tal‑Istati Membri: fuq in‑naħa l‑waħda xi gvernijiet salvaw bosta banek li kienu qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji filwaqt li min‑naħa l‑oħra, l‑esponiment għoli tal‑bank għad‑dejn sovran kien qed jhedded li joħloq spiral perikoluż li kien jeħtieġ intervent immedjat fil‑livell tal‑UE. Sa nofs l‑2013 kienu ġew stabbiliti mekkaniżmi ta’ stabbiltà makrofinan‑zjarja, fejn ipprovdew EUR 890 biljun kumulattivi li minnhom EUR 313,6 biljun kienu ntużaw sa dak il‑punt68.

162 Il‑kriżi bankarja u tad‑dejn sovran kellha impatt fuq il‑prestazzjoni ekonomika. Miżuri ta’ awsterità, aġġustamenti fiskali, spejjeż tas‑servizzjar tad‑dejn dejjem jiżdiedu, u l‑impatt ta’ settur bankarju f’diffikultà aggravaw l‑impatt reċessjonarju fuq l‑ekonomija tal‑UE:

— id‑defiċits tal‑baġit tal‑gvern kemm fiż‑żona tal‑euro kif ukoll fl‑EU‑27 qabżu s‑6 % tal‑PDG bejn l‑2009 u l‑2010 (aktar minn darbtejn il‑limitu maqbul fit‑Trattat ta’ Maastricht);

— id‑dejn tal‑gvern fiż‑żona tal‑euro żdied minn 66,4 % għal 92,7 % tal‑PDG mill‑2007 għall‑201369;

— it‑tkabbir tal‑PDG kemm fiż‑żona tal‑euro kif ukoll fl‑UE waqa’ taħt il‑potenz‑jal tiegħu fuq terminu twil, fejn sar negattiv fl‑2009 (‑4,4 % għaż‑żona tal‑eu‑ro) u l‑2013 (‑0,4 % għaż‑żona tal‑euro). F’termini reali, il‑PDG fiż‑żona tal‑euro kien aktar baxx fl‑2013 milli qabel il‑bidu tal‑kriżi fl‑2007.

163 L‑UE wieġbet għall‑kriżi tad‑dejn sovran billi pprovdiet appoġġ finanz‑jarju għall‑Istati Membri f’diffikultà permezz ta’ sensiela ta’ mekkaniżmi (ara t‑Tabella 4).

164 L‑inizjattivi meħuda fi ħdan il‑qafas tal‑UE jinkludu:

— il‑Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM), li kien previst li jagħti assistenza finanzjarja lill‑Istati Membri fuq il‑bażi ta’ garan‑ziji tal‑baġit tal‑UE (il‑Kunsill iddeċieda li jabolixxi dan l‑istrument sa tmiem l‑2013); u

— l‑assistenza għall‑Bilanċ tal-Pagamenti (BtP), li tippreċedi l‑kriżi u toffri wkoll selfiet u linji ta’ kreditu garantiti mill‑baġit tal‑UE

68 Aġġornat sat‑30 ta’ Ġunju 2013. Abbażi tal‑kapaċità ta’ self ikkombinata tal‑mekkaniżmu BtP, il‑faċilità ta’ self Griega, l‑EFSM, u l‑limitu kkombinat tal‑EFSF u l‑MES stabbiliti għal EUR 700 biljun (ara t‑Tabella 4).

69 L‑Eurostat, data onlajn, Statistika tal‑Finanzi tal‑Gvern, defiċit tal‑gvern ġenerali (bħala % tal‑PDG) u dejn gross tal‑gvern ġenerali (bħala % tal‑PDG); ara wkoll Eurostat News Release tat‑22 ta’ Jannar 2014.

Page 61: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

59Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Mekkaniżmi tal-UE u intergovernattivi ta’ Appoġġ Finanzjarju

Tabe

lla 4

Strumenti ta’ Appoġġ Finanzjarju

Assistenza fil‑Bilanċ tal‑Paga‑

menti (BtP)

Selfiet intergov‑ernattivi taż‑żona tal‑euro lill‑Greċja

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni

Finanzjarja (EFSM)

Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanz‑

jarja (EFSF)

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES)

Forma legali/ istituzzjonali

Mekkaniżmu tal‑UE Ftehim intergovernattiv Mekkaniżmu tal‑UEKumpanija privata li hija proprjetà ta’ pajjiżi taż‑żona tal‑euro

Organizzazzjoni intergovernattiva

Struttura kapitali Garantita mill‑baġit tal‑UE (jiġifieri l‑Istati Membri kollha)

Xejn, selfiet bilaterali ppuljati mill‑Kummissjo‑ni Ewropea

Garantita mill‑baġit tal‑UE (jiġifieri l‑Istati Membri kollha)

Garanziji u garanziji addiz‑zjonali mill‑pajjiżi taż‑żona tal‑euro

EUR 80 biljun mħallsa f’kapital u EUR 620 biljun ta’ kapital eżerċitabbli

Kapaċità ta’ għoti b’self

EUR 50 biljun EUR 80 biljun EUR 60 biljun EUR 440 biljun EUR 500 biljun

Ammonti mis‑lufa u Stati Membri benefiċjarji

EUR 13,4 biljun (il‑Latvja, l‑Ungerija u r‑Rumanija)

EUR 52,9 biljun (il‑Greċja)

EUR 43,8 biljun (l‑Irlanda u l‑Portugall)

EUR 166,1 biljun (il‑Greċja, l‑Irlanda u l‑Portugall)

EUR 44,3 biljun (Spanja u Ċipru)

Strumenti Selfiet, linji ta’ kreditu Selfiet Selfiet, linji ta’ kredituSelfiet, xiri ta’ bonds fis‑swieq primarji u sekondarji

Selfiet, xiri ta’ bonds fis‑swieq primarji u sekondarji

Tul ta’ żmienMekkaniżmu permanenti

Selfiet li jridu jitħallsu lura seba’ snin u nofs wara d‑data tal‑iżborżament fi 22 pagament ugwali kull tliet xhur

Sa tmiem Ġunju 2013. Wara se jibqa’ operazzjonali sakemm l‑obbligazzjonijet pendenti kollha jitħallsu lura

Sa tmiem Ġunju 2013. wara ser jibqa’ operazzjonali sakemm l‑obbligazzjonijet kollha jitħallsu lura

Mekkaniżmu permanenti minn Ottubru 2012 ’il hawn

Korpi prinċipali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet

Deċiżjoni tal‑Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata b’votazzjoni fuq proposta mill‑Kum‑missjoni Ewropea

Grupp tal‑euro

Deċiżjoni tal‑Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata b’votazzjoni fuq proposta mill‑Kummissjoni Ewropea

Grupp tal‑euro/Bord tad‑Diretturi tal‑EFSF

Grupp tal‑euro/Bord tal‑Gvernaturi tal‑MES

Finanzjament b’bażi legali

L‑Artikolu 143 TFUEDeċiżjoni intergovernat‑tiva u l‑Artikolu 136 TFUE

L‑Artikolu 122 TFUE (Stat Membru li jiffaċċja “ċirkostanzi eċċezzjonali li fuqhom ma jkollux kontroll”)

Deċiżjoni intergovernattivaTrattat intergovernattiv marbut mal‑Artikolu 136 TFUE emendat

Obbligu ta’ rendikont

Suġġett għall‑proċedura ta’ kwittanza tal‑UE

L‑istrument ma jaqax taħt l‑ambitu ta’ kwit‑tanza tal‑UE

Attivitajiet tal‑Kum‑missjoni b’appoġġ għall‑mekkaniżmu suġġetti għall‑proċedura ta’ kwittanza tal‑UE

Suġġett għall‑proċedura ta’ kwittanza tal‑UE

L‑istrument ma jaqax taħt l‑ambitu ta’ kwittanza tal‑UE

Il‑Laqgħa Ġenerali Annwali tal‑Azzjonisti sservi biex twettaq kwittanza tal‑kontijiet

Attivitajiet tal‑Kummissjoni b’appoġġ għall‑mekkaniżmu suġġetti għall‑proċedura ta’ kwittanza tal‑UE

L‑istrument ma jaqax taħt l‑ambitu ta’ kwittanza tal‑UE

Il‑Bord tal‑Gvernaturi huwa l‑awtorità ta’ kwittanza

Attivitajiet tal‑Kummissjoni b’appoġġ għall‑mekkaniżmu suġġetti għall‑proċedura ta’ kwittanza tal‑UE

Awditu pubbliku Awditu tal‑QEA taħt l‑ Artikolu 9a tar‑Regola‑ment (KE) Nru 332/2002

L‑ebda dispożizzjoniAwditu tal‑QEA taħt l‑Artikolu 8 tar‑Regolament (UE) Nru 407/2010

Inħatar awditur privat

L‑MES awditjat minn Bord tal‑Awdituri ta’ ħames mem‑bri, inkluż wieħed mill‑QEA, li jaġixxu fil‑kapaċità personali tagħhom. Previst l‑użu minn awditur privat.

Sors: Il‑QEA.

Page 62: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

60Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

165 Madankollu, ittieħdu xi inizjattivi ewlenin mill‑Istati Membri tal‑UE barra mill‑qa‑fas tal‑UE. Dan kien il‑każ:

— għat‑Trattat dwar l‑Istabbiltà, il‑Koordinazzjoni u l‑Governanza fl‑Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG);

— għall‑Faċilità ta’ Self Griega ‑ strument tal‑pajjiżi taż‑żona tal‑euro, iffinan‑zjat minn selfiet bilaterali u mill‑Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), u ffaċilitat mill‑Kummissjoni Ewropea. Kontribuzzjonijiet nazzjonali għall‑Faċilità ta’ Self Griega jistgħu jiġu awditjati minn SAIs nazzjonali; l‑uffiċċju tal‑awditjar Grieg jista’ jawditja l‑legalità tal‑infiq fil‑Greċja iżda mhux l‑effettività tiegħu, peress li ma jwettaqx awditi tal‑prestazzjoni; il‑QEA tista’ tawditja biss l‑appoġġ tekniku mogħti mill‑Kummissjoni Ewropea;

— għall‑Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), iffinanzjata bi flus pubbliċi, inħolqot mill‑Istati Membri taż‑żona tal‑euro bħala vettura privata, mingħajr dispożizzjonijiet għall‑awditu jew l‑obbligu ta’ rendikont mill‑is‑tituzzjonijiet Ewropej;

— għall‑Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), maħluq biex jipprovdi as‑sistenza lill‑Istati Membri taż‑żona tal‑euro f’diffikultajiet finanzjarji. Uħud mill‑istituzzjonijiet tal‑UE se jimplimentaw dan it‑trattat intergovernattiv: is‑soluzzjoni għal tilwim ġiet iddelegata lill‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea, filwaqt li s‑sorveljanza ta’ wara l‑programm se titwettaq mill‑Kum‑missjoni Ewropea u mill‑Kunsill. L‑ebda rwol ma ġie previst għall‑Parlament Ewropew (obbligu ta’ rendikont), jew għall‑QEA; l‑MES se jkun awditjat minn bord tal‑awditjar ta’ ħames persuni li jservu f’kapaċità personali. Kuntrarja‑ment għall‑Patt Fiskali, ma hemm l‑ebda dispożizzjoni fl‑MES li tipprevedi l‑inkorporazzjoni futura tagħha fit‑Trattat tal‑UE. Madankollu, l‑awtoritajiet politiċi tal‑UE enfasizzaw li għalkemm “inħolqu xi arranġamenti intergover‑nattivi bħala riżultat tad‑difetti tas‑sistema preċedenti. Hemm il‑ħtieġa li dawn jiġu integrati fil‑qafas legali tal‑Unjoni Ewropea”70.

166 Il‑QEA tista’ tawditja dawk il‑mekkaniżmi stabbiliti fi ħdan il‑qafas legali tal‑UE (BtP u EFSM) u r‑rwoli assenjati lill‑istituzzjonijiet tal‑UE (eż. id‑DĠ ECFIN) għall‑mekkaniżmi kollha ta’ appoġġ (inklużi l‑EFSF, l‑MES u s‑selfiet lill‑Greċja) f’termini tal‑valutazzjoni għall‑kwalifikazzjoni għall‑mekkaniżmi differenti ta’ appoġġ, il‑formulazzjoni ta’ kundizzjonijiet, il‑monitoraġġ tal‑prestazzjoni tal‑pajjiż u l‑proċess għall‑formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall‑pajjiż. Ċerti awditi tal‑prestazzjonijiet qed jitwettqu attwalment f’dawn l‑oqsma.

70 “Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina”, Pjan direzzjonali żviluppat mill‑President tal‑Kunsill Ewropew b’kollaborazzjoni mal‑Presidenti tal‑Kummissjoni Ewropea, tal‑Grupp tal‑euro u tal‑Bank Ċentrali Ewropew, il‑5 ta’ Diċembru 2012.

Page 63: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

61Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

167 L‑istrumenti kollha ta’ appoġġ ibbażati fuq ftehimiet intergovernattivi għandhom dispożizzjoni għal awditur estern. Barra minn hekk, uħud mis‑SAIs nazzjonali jawditjaw l‑ishma nazzjonali rispettivi fost l‑istrumenti differenti ta’ appoġġ finanzjarju. Dan l‑approċċ frammentat, ikkombinat ma’ bażijiet legali differenti u l‑arranġamenti diversi ta’ obbligu ta’ rendikont jirriżultaw fi struttura kumplessa ta’ governanza u ta’ obbligu ta’ rendikont.

Azzjonijiet ikkoordinati

168 L‑approċċ frammentat għall‑istabbiliment tal‑mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju u d‑drittijiet parzjali tal‑awditjar tal‑awtoritajiet differenti tal‑awditjar pubb‑liku ma jwasslux għal ħarsa ġenerali komprensiva lejn ir‑rispons fil‑livell tal‑UE. L‑arranġamenti tal‑awditjar ikunu jeħtieġu li jiġu rinfurzati għal dan l‑iskop.

Ġestjoni tal‑prestazzjoni

169 Attwalment, il‑Kummissjoni mhix qed tipprovdi informazzjoni u rappurtar komprensivi dwar jekk il‑miżuri ta’ appoġġ finanzjarju humiex effettivi biex jim‑mitigaw effetti konsegwenzjali u jekk l‑istati benefiċjarji jkollhomx suċċess biex jegħlbu d‑diffikultajiet finanzjarji tagħhom bħala riżultat tal‑konformità tagħhom mal‑kundizzjonijiet u l‑programmi maqbula.

Page 64: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

62Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Sorveljanza ekonomika u fiskali mtejba

170 Ittieħdu bosta miżuri biex tkun żgurata l‑koordinazzjoni ekonomika biex jit‑naqqsu l‑effetti konsegwenzjali negattivi ta’ azzjonijiet implimentati minn Stat Membru wieħed. Dawn jinkludu sett ta’ regolamenti u direttivi (l‑hekk imsejħa “Six‑Pack” u t‑“Two‑Pack”), kif ukoll sett ta’ trattati barra mill‑qafas legali tal‑UE li japplikaw għal Stati Membri firmatarji (il‑Patt Fiskali).

171 Dawn ir‑regoli jimponu limiti massimi fuq id‑defiċit tal‑baġit u tad‑dejn u l‑mekkaniżmi ta’ sorveljanza biex issir prevenzjoni tal‑effetti konsegwenz‑jali primarjament fi ħdan iż‑żona tal‑euro. Dawn jissimplifikaw ukoll l‑iskeda tal‑proċess baġitarju fost it‑28 Stat Membru fi ħdan il‑qafas tas‑Semestru Ewropew, u jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal‑kontijiet u l‑istatistika nazzjonali ta’ bażi.

Miżuri mqawwa ta’ koordinazzjoni fiskali u ekonomika fil-liv-ell tal-UE

172 Wara l‑kriżi finanzjarja, l‑UE ħadet miżuri biex tirriforma l‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. L‑ewwel tentattiv kien il‑patt Euro Plus. Ir‑riforma aktar reċenti hija sett ta’ leġiżlazzjoni msemmi “Six Pack” u “Two Pack”, immirat lejn it‑tqawwija tal‑koordinazzjoni u s‑sorveljanza fiskali u ekonomiċi fil‑livell tal‑UE. It‑Trattat dwar l‑Istabbiltà, il‑Koordinazzjoni u l‑Governanza fl‑UEM (komunement magħruf bħala l‑“Patt Fiskali”) rrinforza wkoll l‑obbligu ta’ rendikont tal‑Istati Membri lejn xulxin.

— Il‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) huwa ftehim, fost it‑28 Stat Membru tal‑UE, li jiffaċilita u jżomm l‑istabbiltà tal‑Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Ibbażat primarjament fuq l‑Artikoli 121 u 126 tat‑TFUE, dan jikkonsisti f’monitoraġġ fiskali tal‑Istati Membri mill‑Kummissjoni Ewropea u l‑Kunsill tal‑Ministri, u mill‑ħruġ ta’ rakkomandazzjoni annwali għal azzjonijiet ta’ politika biex tkun żgurata l‑konformità sħiħa mal‑PST fit‑terminu medju wkoll. Il‑patt ġie definit permezz ta’ riżoluzzjoni u żewġ Regolamenti tal‑Kunsill f’Lulju 1997. L‑ewwel Regolament “dwar it‑tisħiħ tas‑sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s‑sorveljanza u l‑koordinazzjoni ta’ politika ekono‑mika”, magħruf bħala l‑“parti preventiva”, daħal fis‑seħħ fl‑1 ta’ Lulju 199871. It‑tieni Regolament “dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l‑implimentazzjoni tal‑proċedura ta’ defiċit eċċessiv”, magħruf bħala l‑“parti dissważiva”, daħal fis‑seħħ fl‑1 ta’ Jannar 199972. L‑Istati Membri kollha tal‑UE minbarra r‑Renju Unit73 huma awtomatikament membri kemm tal‑UEM kif ukoll tal‑PST, kif dan huwa definit minn paragrafi fit‑Trattat proprju tal‑UE.

71 Ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas‑7 ta’ Lulju 1997 dwar it‑tisħiħ tas‑sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s‑sorveljanza u l‑koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).

72 Ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas‑7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l‑implimentazzjoni tal‑proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

73 Taħt l‑Artikolu 4 tal‑Protokoll 15 (TFUE), dan l‑obbligu ma japplikax għar‑Renju Unit; taħt l‑Artikolu 5 tal‑Protokoll 15 (TFUE), l‑obbligu li jiġu evitati defiċits eċċessivi japplika għar‑Renju Unit.

Page 65: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

63Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

— Is‑“Six-Pack” hija liġi sekondarja tal‑UE u fil‑prinċipju tapplika għat‑28 Stat Membru, kollha kemm huma, iżda tinkludi wkoll xi regoli speċifiċi għall‑Istati Membri taż‑żona tal‑euro biss. It‑“Two‑Pack” tapplika biss għall‑Istati Membri taż‑żona tal‑euro.

— Ir‑Regolamenti fis‑“Six‑Pack” u fit‑“Two‑Pack” jirrinfurzaw aspetti differenti tas‑sorveljanza ekonomika u fiskali. Karatteristiċi komuni importanti jinkludu: (i) l‑adozzjoni permezz tal‑proċess leġiżlattiv ordinarju; (ii) livell ogħla ta’ kon‑sultazzjoni bejn il‑PE u l‑parlamenti nazzjonali fil‑kuntest tad‑Djalogu Ekono‑miku; (iii) analiżijiet perjodiċi tal‑effettività huma meħtieġa mill‑Kummissjoni; u (iv) dispożizzjonijiet dwar linji ta’ obbligu ta’ rendikont bejn il‑partijiet involuti.

— Il‑Patt Fiskali (TSKG)74 huwa trattat separat li jindirizza r‑responsabbiltà tal‑Istati Membri lejn xulxin fir‑rigward tal‑prattiki baġitarji meħtieġa għas‑salvagwardja tal‑euro. Huwa jagħti s‑setgħa lill‑Kummissjoni biex din tieħu l‑każ quddiem il‑QEĠ u biex tali deċiżjonijiet ikunu infurzabbli. It‑trattat jirrinforza wkoll ir‑regoli ekonomiċi u fiskali tal‑UE billi jeħtieġ li tali kundizzjonijiet jiġu integrati fil‑leġiżlazzjoni nazzjonali, u li l‑koordinazzjoni u s‑sorveljanza jserrħu fuq l‑istituzzjonijiet tal‑UE u l‑miżuri stipulati bil‑liġi tal‑UE75. Il‑Kummissjoni tipprovdi l‑monitoraġġ u l‑attivazzjoni ta’ proċessi ta’ korrezzjoni meħtieġa.

74 It‑Trattat dwar l‑Istabbiltà, il‑Koordinazzjoni u l‑Governanza fl‑Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG), imsejjaħ ukoll il‑“Patt Fiskali”.

75 Ara l‑Artikolu 10 u 11 tat‑TSKG.

Page 66: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

64Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Figu

ra 7

Is-Semestru Ewropew

Nov Diċ Jan Frar Mar Apr Mejju Ġun Lul Aww Sett Ott Nov Diċ

Glossarju SAT Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir – RMT Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija – RSP Rakkomandazzjonijiet Speċi�ċi għall-PajjiżAFF Analiżi �l-Fond – PNR Programm Nazzjonali ta’ Riforma – PSK Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza

Opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-abbozzi ta’ baġit taż-Żona tal-Euro; Tbassir tal-Ħarifa

Abbozzi ta’ baġit tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi RSP; Tbassir tar-Rebbiegħa

Gwida dwar Politika tal-Kunsill Ewropew

ibbażata fuq SAT

L-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jadottaw il-baġits

Il-Kunsill Ewropew jadotta RSP

SAT u RMT; tnedija ta’ AFF

L-Istati Membri jissottomettu PNR u PSK; riżultati ta’ AFF

Sors: Il‑Kummissjoni Ewropea.

Skeda tas-Semestru Ewropew

Semestru Ewropew

173 Is‑Semestru Ewropew huwa arkitettura ġdida ta’ governanza maqbula mill‑Istati Membri tal‑UE fl‑201076. Għandu l‑għan li jissimplifika l‑koordinazzjoni ekonomi‑ka u fiskali fil‑livelli nazzjonali u tal‑UE u jinvolvi skeda annwali stretta għall‑ġbir, l‑analizzar u l‑ivvalutar ta’ firxa wiesgħa ta’ indikaturi ekonomiċi. Għandu jagħti lill‑partijiet interessati kollha (il‑Parlament Ewropew u l‑Parlamenti nazzjonali, l‑Istati Membri u l‑istituzzjonijiet tal‑UE) il‑qafas meħtieġ għal sorveljanza u koor‑dinazzjoni mtejba (ara l‑Figura 7).

76 Maqbul mill‑Istati Membri tal‑UE fis‑7 ta’ Settembru 2010 wara l‑proposti tal‑Kummissjoni IP/10/561 u IP/10/859 ta’ Mejju u Ġunju 2010, rispettivament.

Page 67: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

65Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Kontijiet u statistika nazzjonali affidabbli

174 Il‑miżuri meħuda biex jiġu promossi finanzi pubbliċi sostenibbli jippreżentaw sfidi ġodda tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar pubbliku. Il‑koordinazzjoni fiskali u ekonomika sserraħ, fil‑biċċa l‑kbira, fuq stimi kontabilistiċi u statistika ta’ kwalità għolja li jkunu komparabbli madwar l‑Istati Membri. L‑evidenza tissuġġerixxi li n‑nuqqas ta’ trasparenza fiskali tfisser spejjeż reali għall‑Istati Membri u għall‑UE. Il‑falliment min‑naħa ta’ ċerti gvernijiet biex jivvalutaw il‑pożizzjoni fiskali reali tagħhom kien fattur li jaggrava fil‑perjodu l‑aktar qawwi tal‑kriżi77.

175 B’rispons għal dan, il‑Kummissjoni permezz tal‑Eurostat wettqet valutazzjoni fl‑201278 tas‑sitwazzjoni fir‑rigward tal‑istandards tal‑kontabbiltà applikati fl‑Istati Membri. Ir‑rapport qies l‑implikazzjonijiet ta’ standards armonizzati tal‑kontab‑biltà pubblika madwar l‑Istati Membri. IPSAS huma sett ta’ standards tal‑kontab‑biltà tas‑settur pubbliku mfassla biex jiżguraw li kontijiet ibbażati fuq id‑dovuti jipprovdu informazzjoni f’waqtha, preċiża u affidabbli dwar il‑pożizzjoni finan‑zjarja u ekonomika ta’ korp pubbliku. Il‑Kummissjoni (Eurostat) qiegħda tikkon‑sulta l‑partijiet interessati dwar l‑adegwatezza tal‑IPSAS bħala bażi għall‑iżvilupp ta’ Standards Ewropej tal‑Kontabbiltà għas‑Settur Pubbliku (EPSAS), li jistgħu jirregolaw l‑istandards tal‑kontabbiltà tas‑settur pubbliku bbażati fuq id‑dovuti fl‑Istati Membri.

176 Irrispettivament minn liema standard tal‑kontabbiltà jsir qbil dwaru, it‑trasparen‑za jeħtieġ li tinkludi:

— informazzjoni ta’ kwalità dwar ir‑riskji biex tinżamm sensibilizzazzjoni dwar ix‑xokkijiet ekonomiċi potenzjali għall‑finanzi pubbliċi;

— divulgazzjoni xierqa u sħiħa tal‑obbligazzjonijiet eżistenti u potenzjali tas‑settur tal‑gvern u dak relatat (biex jiġi ċċarat l‑ambitu għall‑attività fiskali barra l‑baġit li l‑ispejjeż tagħha aktar tard jista’ jkollhom rikorrenza fuq il‑gvern); u

— rappurtar f’waqtu, effiċjenti u preċiż tal‑avvenimenti ekonomiċi kollha fis‑sistema kontabilistika integrata tal‑entitajiet pubbliċi.

77 Il‑Fond Monetarju Internazzjonali (2012), Fiscal transparency, accountability, and risk (It‑Trasparenza Fiskali, obbligu ta’ rendikont, u riskju), id‑Dipartiment tal‑Affarijiet Fiskali u d‑Dipartiment tal‑Istatistika, is‑7 ta’ Awwissu 2012.

78 Ir‑rapport tal‑Kummissjoni lill‑Kunsill u lill‑Parlament Ewropew – Lejn l‑implimentazzjoni ta’ standards tal‑kontabilità għas‑settur pubbliku armonizzati fl‑Istati Membri – L‑adegwatezza tal‑IPSAS għall‑Istati Membri ‑ (SWD(2013) 57 final), (COM(2013) 114 final.

Page 68: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

66Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

Azzjonijiet ikkoordinati

177 L‑effettività tal‑qafas ta’ sorveljanza sserraħ fuq il‑prestazzjoni ta’ atturi differenti fi ħdan il‑proċess: il‑Kunsill għandu r‑responsabbiltà għal deċiżjonijiet relatati mal‑koordinazzjoni u l‑governanza ekonomika, filwaqt li l‑Kummissjoni hija re‑sponsabbli għall‑operazzjonijiet prinċipali li fuqhom huma bbażati l‑funzjonijiet ta’ koordinazzjoni u sorveljanza tal‑UE.

178 Is‑Six Pack, it‑Two Pack u l‑Patt Fiskali għandhom dispożizzjonijiet inklużi fihom għal konsultazzjoni mal‑Parlament Ewropew: ir‑regolamenti kollha jinkludu dispożizzjonijiet biex l‑informazzjoni tiġi ppreżentata lill‑PE u biex isir djalogu mal‑PE fi ħdan is‑Semestru Ewropew. Ir‑regoli jipprevedu PE aktar infurmat u op‑portunità għall‑PE biex jinfluwenza l‑Kunsill fid‑deċiżjonijiet tiegħu. Mhuwiex ċar jekk (jew kif) is‑Semestru Ewropew u d‑Djalogu Ekonomiku se jieħdu kont tax‑xogħol imwettaq mis‑SAIs fuq il‑kwistjonijiet rilevanti.

179 Iċ‑ċittadini jistennew li l‑awtoritajiet pubbliċi, inklużi l‑awdituri, iwissuhom dwar riskji sistemiċi kbar għall‑interessi finanzjarji tagħhom. L‑awdituri jirrikonoxxu r‑responsabbiltà tagħhom. Matul il‑kungress internazzjonali tal‑2013 (XXI INCO‑SAI) tal‑Organizzazzjoni Internazzjonali tal‑Istituzzjonijiet Supremi tal‑Awditjar (INTOSAI), il‑membri kkonkludew fil‑ftehim tagħhom li s‑SAIs għandhom rwol biex jiġbdu l‑attenzjoni għal kwalunkwe kwistjoni aggregata jew sistemika li hija ta’ importanza tant li jista’ jkollha impatt fuq is‑sostenibbiltà fuq terminu twil tal‑politiki u l‑finanzi tal‑gvern. Bħala l‑istituzzjoni suprema tal‑awditjar tal‑UE, il‑QEA tista’ tkun mistennija li twissi dwar riskji sistemiċi Ewropej potenzjali.

180 Filwaqt li r‑rwol tal‑istituzzjonijiet tal‑awditjar mhux maħsub li jidduplika dak ta’ istituzzjonijiet li huma maħsuba biex jidentifikaw u jittrattaw ir‑riskji sistemiċi kmieni kemm jista’ jkun, huwa r‑rwol tal‑awdituri biex jevalwaw jekk tali entita‑jiet humiex adattati jew le għal tali skopijiet. Kwalunkwe rwol estiż tal‑awdituri kif issuġġerit mill‑konklużjonijiet tal‑Kungress INCOSAI jkun jeħtieġ kunsens usa’ mal‑partijiet interessati l‑oħra u riflessjoni dwar il‑kapaċità meħtieġa għal tali attivitajiet.

Page 69: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

67Parti III – Sfidi assoċjati mar‑rispons tal‑UE għall‑kriżi finanzjarja

181 Is‑sistema attwali, madankollu, hija frammentata u żżid il‑kumplessità tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditu pubbliku. Linji ċari tar‑responsabbiltà huma meħtieġa għall‑awtoritajiet biex dawn ikollhom obbligu ta’ rendikont, inkluża r‑responsab‑biltà għall‑ġestjoni tal‑fondi pubbliċi. Saret progressivament aktar diffiċli biex wieħed jifhem min fl‑UE huwa responsabbli għal xiex fl‑oqsma deskritti hawn fuq. Din il‑kumplessità dejjem tikber toħloq riskji għal‑leġittimità tal‑UE.

182 Kemm il‑Pjan Direzzjonali tal‑President tal‑Kunsill Ewropew kif ukoll il‑Pjan ta’ Azzjoni tal‑Kummissjoni ddeskrivew proposti għal Unjoni Ekonomika u Mon‑etarja u Unjoni Bankarja msaħħa. Elementi li bħalissa qed jiġu diskussi jinkludu l‑possibbiltà ta’ setgħat biex jiġu rreveduti l‑baġits nazzjonali skont l‑impenji Ewropej, aktar influwenza tal‑UE fuq it‑tassazzjoni u l‑impjiegi, u fuq terminu itwal l‑iżvilupp ta’ kapaċità fiskali, fond ta’ tifdija għall‑ġestjoni ta’ sitwazzjoni‑jiet ta’ djun kritiċi, u l‑ħruġ komuni ta’ dejn tal‑gvern mill‑Istati Membri taż‑żona tal‑euro. Bosta minn dawn l‑elementi jkunu jeħtieġu emendar għat‑Trattati. Għandha tingħata attenzjoni biex kwalunkwe wieħed mit‑tali mekkaniżmi jkun ipprovdut b’mekkaniżmi ċari, koerenti u trasparenti għall‑awditu u għall‑obbligu ta’ rendikont.

183 Il‑kriżi finanzjarja aċċellerat il‑ħolqien ta’ strumenti ġodda b’arranġamenti speċifiċi tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar. Tali arranġamenti huma eżempji ta’ sfidi aktar ġenerali identifikati fil‑Parti II hawn fuq. Il‑veloċità li biha tfasslu ċerti strumenti u l‑innovazzjoni tagħhom jissuġġerixxu li l‑obbligu ta’ rendikont u arranġamenti tal‑awditjar applikati s’issa għandhom jinżammu taħt analiżi fis‑snin li ġejjin u kull fejn flejjes pubbliċi jkunu involuti direttament jew indiret‑tament, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti għal trasparenza, awditu u ob‑bligu ta’ rendikont adegwati.

Page 70: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

68Parti IV — Konklużjonijiet u riflessjonijiet

184 Arranġamenti adegwati tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar huma essenzjali għall‑proċess ta’ sorveljanza demokratika. Fl‑analiżi tal‑ambjent istituzzjonali tal‑UE u l‑iżviluppi reċenti tiegħu, il‑Qorti identifikat sitt oqsma (ara t‑Tabella 2) li jippreżentaw sfidi partikolari.

185 It‑titjib tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditu pubbliku fil‑livell tal‑UE jeħtieġ li:

— arranġamenti konsistenti u komprensivi tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awdit‑jar għandhom ikunu stabbiliti għall‑politiki, l‑istrumenti u l‑fondi tal‑UE;

— arranġamenti koerenti u konsistenti tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditu pubbliku jkunu meħtieġa b’mod partikolari għal strumenti koordinati u in‑tergovernattivi. Fid‑dawl tal‑kumplessità, il‑qafas korrispondenti jeħtieġ ikun strutturat sew u jiżgura koordinazzjoni bejn il‑parlamenti u l‑istituzzjonijiet tal‑awditjar pubbliku fil‑livelli kemm nazzjonali kif ukoll tal‑UE;

— sett aktar konsistenti u komprensiv ta’ arranġamenti jkun meħtieġ biex ikopri l‑użu tal‑fondi kollha ġestiti mill‑istituzzjonijiet u l‑korpi tal‑UE;

— il‑partijiet kollha involuti fil‑ġestjoni u l‑kontroll tal‑baġit tal‑UE jkunu jeħtieġu li jtejbu l‑aspetti li ġejjin b’mod partikolari: l‑artikolazzjoni tal‑ob‑jettivi; il‑kontrolli għall‑aderenza mar‑regoli; il‑kejl tal‑eżiti u tar‑riżultati; u s‑sistemi interni ta’ kontroll u rappurtar relatati;

— kooperazzjoni mtejba tkun meħtieġa għall‑parlamenti biex jipprovdu l‑iskrutinju komprensiv tal‑istrumenti Ewropej. L‑arkitettura eżistenti tal‑ob‑bligu ta’ rendikont u tal‑awditjar tal‑istrumenti tal‑UE u ta’ dawk Ewropej b’bażi intergovernattiva teħtieġ li tittejjeb.

186 B’riflessjoni dwar żviluppi li jirriżultaw mill‑kriżi finanzjarja, u b’mod aktar ġenerali, fi ħdan l‑UE u l‑Istati Membri, u l‑livell attwali ta’ integrazzjoni ekono‑mika, baġitarja u monetarja, jidher ċar li kooperazzjoni akbar bejn il‑QEA u s‑SAIs tal‑Istati Membri hija meħtieġa, fuq bażi bilaterali jew usa’ skont il‑kwistjonijiet li qed jitqiesu, sabiex tkun ipprovduta stampa iktar sħiħa u komprensiva. Huwa wkoll il‑każ li teżisti l‑ħtieġa għal riflessjoni u dibattitu konsiderevoli dwar is‑sis‑temi kumplessivi tal‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar fi ħdan l‑UE. Din l‑analiżi indikat lakuni u duplikazzjonijiet varji fl‑obbligu ta’ rendikont u tal‑awditjar f’dawn is‑sistemi u għandha tgħin biex tippromwovi u tiffoka dak id‑dibattitu.

Page 71: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

69Anness

Lista tal-aġenziji tal-UE

33 Aġenzija deċentralizzata

1. Iċ‑Ċentru Ewropew għall‑Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)2. Iċ‑Ċentru Ewropew għall‑Monitoraġġ tad‑Droga u d‑Dipendenza fuq id‑Droga (EMCDDA)3. Iċ‑Ċentru Ewropew għall‑Prevenzjoni u l‑Kontroll tal‑Mard (ECDC)4. Iċ‑Ċentru tat‑Traduzzjoni għall‑Korpi tal‑Unjoni Ewropea (CdT)5. Il‑Fondazzjoni Ewropea għat‑Taħriġ (ETF)6. Il‑Fondazzjoni Ewropea għat‑Titjib tal‑Kundizzjonijiet tal‑Ħajja u tax‑Xogħol (Eurofund)7. L‑Aġenzija Ewropea għall‑Ambjent (AEA)8. L‑Aġenzija Ewropea għall‑Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil‑Fruntieri Esterni tal‑Istati Membri

(FRONTEX)9. L‑Aġenzija Ewropea għall‑Kontroll tas‑Sajd (EFCA)10. L‑Aġenzija Ewropea għall‑Mediċini (EMA)11. L‑Aġenzija Ewropea għas‑Saħħa u s‑Sigurtà fuq il‑Post tax‑Xogħol (EU‑OSHA)12. L‑Aġenzija Ewropea għas‑Sigurtà Marittima (EMSA)13. L‑Aġenzija Ewropea għas‑Sustanzi Kimiċi (ECHA)14. L‑Aġenzija Ewropea għat‑tmexxija operattiva tas‑sistemi tal‑IT fuq skala kbira fl‑ispazju ta’ libertà, sigurtà

u ġustizzja (eu‑LISA)15. L‑Aġenzija Ewropea tas‑Sikurezza tal‑Avjazzjoni (EASA)16. L‑Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (AFE)17. L‑Aġenzija għall‑Kooperazzjoni tar‑Regolaturi tal‑Enerġija (ACER)18. L‑Aġenzija tal‑GNSS Ewropea (GSA)19. L‑Aġenzija Ewropea dwar is‑Sigurtà tan‑Netwerks u l‑Informazzjoni (ENISA)20. L‑Aġenzija tal‑Unjoni Ewropea għad‑Drittijiet Fundamentali (FRA)21. L‑Awtorità Bankarja Ewropea (EBA)22. L‑Awtorità Ewropea dwar is‑Sigurtà fl‑Ikel (EFSA)23. L‑Awtorità Ewropea tal‑Assigurazzjoni u l‑Pensjonijiet tax‑Xogħol (EIOPA)24. L‑Awtorità Ewropea tat‑Titoli u s‑Swieq (ESMA)25. Eurojust26. L‑Istitut Ewropew għall‑Ugwaljanza bejn is‑Sessi (EIGE)27. L‑Istitut Ewropew tal‑Innovazzjoni u t‑Teknoloġija (EIT)28. Il‑Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal‑Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)29. Il‑Kulleġġ Ewropew tal‑Pulizija (CEPOL)30. L‑Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil‑qasam tal‑Asil (EASO)31. L‑Uffiċċju Ewropew tal‑Pulizija (EUROPOL)32. L‑Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis‑Suq Interm (OHIM)33. L‑Uffiċċju Komunitarju tal‑Varjetajiet tal‑Pjanti (CPVO)

Ann

ess

Page 72: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

70Anness

6 Aġenziji eżekuttivi

34. L‑Aġenzija Eżekuttiva għall‑Edukazzjoni, l‑Awdjoviżiv u l‑Kultura (EACEA)35. L‑Aġenzija Eżekuttiva għall‑Innovazzjoni u n‑Netwerks (INEA)36. L‑Aġenzija Eżekuttiva għall‑Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)37. L‑Aġenzija Eżekuttiva għar‑Riċerka (REA)38. L‑Aġenzija Eżekuttiva tal‑Konsumaturi, is‑Saħħa u l‑Ikel (CHAFEA)39. L‑Aġenzija Eżekuttiva tal‑Kunsill Ewropew tar‑Riċerka (Aġenzija Eżekuttiva ERC)

Aġenzija EURATOM waħda

40. L‑Aġenzija għall‑Provvista tal‑EURATOM (ESA)

Ann

ess

Page 73: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

KIF GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIKSEBIL‑PUBBLIKAZZJONIJIET TAL‑UE

Pubblikazzjonijiet bla ħlas:

• kopja waħda: permezz tal‑EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);

• iżjed minn kopja waħda jew posters/mapep: mir‑rappreżentanzi tal‑Unjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/represent_mt.htm), mid‑delegazzjonijiet f’pajjiżi li mhumiex fl‑UE (http://eeas.europa.eu/delegations/index_mt.htm), billi tikkuntatja s‑servizz Europe Direct (http://europa.eu/europedirect/index_mt.htm) jew ċempel 00 800 6 7 8 9 10 11 (numru tat‑telefown bla ħlas minn kullimkien fl‑UE) (*).(*) L‑informazzjoni mogħtija hija b’xejn, kif ukoll it‑telefonati ġeneralment huma b’xejn (għalkemm xi operaturi, kabini

tat‑telefown jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

Pubblikazzjonijiet bi ħlas:

• permezz tal‑EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu).

Abbonamenti bi ħlas:

• mingħand l‑aġenti tal‑bejgħ tal‑Uffiċċju tal‑Pubblikazzjonijiet tal‑Unjoni Ewropea (http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).

Page 74: IL˛QORTI EWROPEA TAL˛AWDITURI · (iv) Eżistenza ta’ ċirkwiti ta’ feedback biex tiġi permessa azzjoni korrettiva/titjib; (v) Mandat b’saħħtu għal awditu estern indipendenti

QJ‑A

B‑14‑001‑EN‑C

ISS7834Q

J‑02‑14‑776‑MT‑C

ILQORTIEWROPEA TALAWDITURI