kurrenti 27

24
F’DIN IL-ĦARĠA ĦARĠA 27 | NOVEMBRU 2012 F’DIN IL-ĦARĠA... LC ST MSSP IL-KEBBIES MAGIC MOMENTS ĠURNATA FIL-ĦAJJA L-ISTURANT ATTIVITAJIET – Carol singing f’Mater Dei… ESPERJENZI – Brothers ta’ l-MSSP... AROUND THE WORLD EU OPPORTUNITAJIET VRUM! RITRATTrakkont ĊY goes FACEBOOK! FIL-JIEM LI ĠEJJIN… EDITORJAL | L-2013 magħna ukoll... Ħbieb, Kurrenti reġa’ magħkom għall-ewwel ħarġa tal- 2013. Għalkemm forsi xi ftit tard, nispera li kellkom tmiem is-sena sabiħa u li l-2013 bdiet bit-tajjeb ukoll. Nispera ukoll li gawdejtu xi ftit il-Karnival u kiltu ħafna prinjolata filwaqt li Valentinu ġabilkom ħafna mħabba minagħnd in-nies kollha li għandkom għal qalbkom. Kurrenti ħa jibda s-sena b’numru ta’ artikli ġodda. NAGĦTU ĦARSA LEJN... IS-SENA TAL-FIDI... p.5 >> ESPERJENZI VARJI... p.14 >> ARTIKLI ĠODDA... VRUMM!... L-ISTURANT… AROUND THE WORLD… >> Din is-sena se nikkuntentaw ftit lil dawk li jiddilettaw bil- karozzi u lil dawk li jħobbu jieklu u jduru d-dinja. Fr. Martin Galea se jinfurmana ftit iktar fuq is-sena tal-fidi, kif ukoll se nkunu qed nsegwu mill-viċin il-mixja li qed jagħmlu sħabna il- ‘Brothers’. Aħna l- membri ta’ Konnekxins nisperaw li ssibu dawn l-artikli ta’ interess għalikom u bħal dejjem kemm GERALDINE POWELL jekk tixtiequ tagħddu xi jew jekk anke intom tixtiequ tipparteċipaw fil- ħarġiet ta’ Kurrenti, kemm tibagħtu e- mail fuq: kurrenti@camyouths. com. Nirringrazzja lit-tim kollu ta’ Konnekxins tas-sena ħidma li għaddiet u niskuża ruħi bil-quddiem ta’ kemm se nisturdihom f’din is- sena li ġejja!

Upload: diane-mifsud

Post on 12-Mar-2016

236 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

CAMYouths Newsletter

TRANSCRIPT

Page 1: Kurrenti 27

F’D

IN IL

-ĦA

A

ĦA

A 2

7 |

NO

VEM

BR

U 2

01

2

F’DIN IL-ĦARĠA...

LC

ST

MSSP IL-KEBBIES

MAGIC MOMENTS

ĠURNATA FIL-ĦAJJA

L-ISTURANT ATTIVITAJIET –

Carol singing f’Mater Dei…

ESPERJENZI – Brothers ta’ l-MSSP...

AROUND THE WORLD

EU OPPORTUNITAJIET

VRUM!

RITRATTrakkont

ĊY goes FACEBOOK!

FIL-JIEM LI ĠEJJIN…

EDITORJAL | L-2013 magħna ukoll... Ħbieb,

Kurrenti reġa’ magħkom għall-ewwel ħarġa tal-2013. Għalkemm forsi xi ftit tard, nispera li kellkom tmiem is-sena sabiħa u li l-2013 bdiet bit-tajjeb ukoll. Nispera ukoll li gawdejtu xi ftit il-Karnival u kiltu ħafna prinjolata filwaqt li Valentinu ġabilkom ħafna mħabba minagħnd in-nies kollha li għandkom għal qalbkom. Kurrenti ħa jibda s-sena b’numru ta’ artikli ġodda.

NAGĦTU ĦARSA LEJN... IS-SENA TAL-FIDI... p.5 >> ESPERJENZI VARJI... p.14 >>

ARTIKLI ĠODDA...

VRUMM!...

L-ISTURANT…

AROUND THE

WORLD…

>>

Din is-sena se nikkuntentaw ftit lil dawk li jiddilettaw bil-karozzi u lil dawk li jħobbu jieklu u jduru d-dinja. Fr. Martin Galea se jinfurmana ftit iktar fuq is-sena tal-fidi, kif ukoll se nkunu qed nsegwu mill-viċin il-mixja li qed jagħmlu sħabna il-‘Brothers’. Aħna l-membri ta’ Konnekxins nisperaw li ssibu dawn l-artikli ta’ interess għalikom u bħal dejjem kemm

GERALDINE POWELL

jekk tixtiequ tagħddu xi jew jekk anke intom tixtiequ tipparteċipaw fil-ħarġiet ta’ Kurrenti, kemm tibagħtu e-mail fuq: [email protected]. Nirringrazzja lit-tim kollu ta’ Konnekxins tas-sena ħidma li għaddiet u niskuża ruħi bil-quddiem ta’ kemm se nisturdihom f’din is-sena li ġejja!

Page 2: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

2

LC | X’inhu l-Leadership Committee?

F’din il-ħarga, xtaqna naqsmu magħkom il-mixja

li għamilna bħala tim fejn għandhom x’jaqsmu kwistjonijiet ta’ natura sensittiva u soċjali. Fil-bidu tat-tliet snin fil-Leadership Committee, fost il-ħafna xogħol amministrattiv, irrealizzajna kemm ĊAMYouths jiltaqa’ ma’ realtajiet sensittivi u individwali, li fl-istess ħin jirriflettu realtajiet ikbar fis-socjeta’. Kien minħabba din ir-raġuni li għażilna li niddedikaw ammont ta’ laqgħat fissi biex jiġu ddedikati biss għal dawk il-kwistjonijiet ta’ din in-natura.

Kif tistgħu timmaginaw, mhux dejjem faċli tiddedika nofs ta’ nhar sħiħ għal tema wahda partikolari. Biss, b’dixxiplina, konna nħallu l-aġenda amministrattiva għal ħin tagħha, u naħsbu b’mod iktar formattiv fuq it-temi li għażilna biex naħsbu fuqhom. Ħsibna, fost oħrajn, fuq temi bħaż-żwieg u relazzjonijiet, missjoni, orjentazzjonijiet sesswali differenti, kif ukoll ħdimna fuqna nfusna bħala tim. Bl-ebda mod ma nħossu li kkonkludejna għal kollox dawn it-temi. Biss, il-proċess kien wieħed li kabbar ‘il kull wieħed u waħda minna. Li nixtiequ ngħaddu lilkom hawnhekk hu, mhux biss l-interess u l-istedina biex anke intom taħsbu fuq dawn it-temi fil-laqgħat tal-komunitajiet tagħkom,

imma xtaqna wkoll naqsmu l-mod ta’ kif dan għamilnieh, għaliex il-proċess fih innifsu għallimna ħafna. L-ewwel nett, bdejna biex kull wieħed minna jaqsam il-mod ta’ kif it-temi li tkellimna dwarhom, jolqotna b’mod personali. Il-mod kien wieħed ta’ sharing, sharing b’mod li kull wieħed minna jgħid x’jaħseb, xi jħoss u forsi xi ftit ukoll l-isfond ta’ mill-liem biċċa minn ħajjitna qeghdin nitkellmu. Rajna li hu mportanti li mhux biss ikun spazju fejn nagħtu l-opinjoni tagħna – ma xtaqniex li nagħmlu laqgħat ta’ argumenti. Kull wieħed minna kien jitkellem mingħajr interruzzjonijiet. Jekk xi ħadd xtaq jibni fuq xi punt li xi ħadd minna jkun semma’, għaliex ikun laqtu, għaliex xtaq jiċċara

aħjar jew forsi ried iżid xi ħaga, kien isir wara li dak li jkun spiċċa mis-sharing tiegħu. F’dan iċ-ċirku ta’ sigurta’, stajna naqsmu temi sensittivi u qawwija, fejn mhux neċessarjament wasalna għal qbil. Il-fatt li missejna u fhimna l-isfond personali minn fejn qed nibnu d-diskors u l-opinjonijiet tagħna, għinna naċċettaw iktar b’rispett u sensittivita’ l-ħsieb ta’ xulxin. >>

Page 3: Kurrenti 27

Nħoss li din kienet id-differenza biex dawn il-laqgħat ma jkunux dibattitu argumentattiv. Hawn, ħafna drabi, ma tasalx għal konklużjonijiet jew jiġu espressi emozzjonijiet wisq qawwija li jekk wieħed jieqaf biss sal-argument, jispiċċaw ma jigux indirizzati, bir-riżultat li jħallu ħafna frustrazzjoni fil-persuni. Wara, rajna li importanti nispiċċaw b’dak li ħadna lkoll mill-proċess u minn xulxin. Din it-tip ta’ konklużjoni rajna li kienet siewja biex wara s-siegħat li għamilna naqsmu u nifhmu, noħorġu anke b’xi ħaga biex inkomplu naħsbu u nibnu fuqha anke fil-ħajja tagħna.

KU

RR

ENTI

p

age

3

Biex inkunu għidna kollox, ġieli kellna mumenti wkoll fejn stedinna xi persuni biex jgħinuna nifhmu aktar ċertu realtajiet. Iktar dettalji ngħadduhomlkom fir-rapport annwali li qed inħejju. Dan isir mhux biss bħala obbligu amminstrattiv, imma nittamaw ukoll bħala spunt ta’ iktar ħsieb fostkom.

Hekk kif resqin lejn it-tmiem tax-xogħol tagħna bhala Leadership Committee, nawguralkom f’isem sħabi wkoll, sabiex fil-laqgħat u fil-mumenti fil-komunitajiet tagħkom, toħolqu dejjem spazji fejn kull wieħed minnkom jista’ jkun miftuħ biex jaqsam u jagħmel sens mill-ħajja tiegħu jew tagħha,

b’metodi li jinkoraggixxu sharing u mhux argumenti u dibattiti u li dawn isiru b’attitudni mhux biss ta’ rispett, imma fuq kollox b’ imħabba lejn id-diversitajiet ta’ xulxin. Kif tghidilna Madre Tereża: “What can you do to promote world peace? Go home and love your family.” Allura ejja nibdew minn xi mkien: minna stess fil-komunitajiet u l-familji tagħna.

AUDREY ANN FALZON A-TEENS

Page 4: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

4

ST | Is-sena 2013…

SHARON VASSALLO AMISTAD

Ħbieb,

Nispera li tinsabu tajbin. Min jaf x’se ġġib magħha din is-sena għalina l-membri ta’ ĊAMYouths!...Studju, xogħol, żwiġijiet, tfal ..iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd! F’dan iż-żmien tas-sena ħafna minnkom tkunu għaddejjin bl-istudji taghħkom, oħrajn bdew id-dinja tax-xogħol u oħrajn ix-xogħol sar parti minn ħajjithom. Għal dawk li għadhom qegħdin jistudjaw, taqtgħux qalbkom f’dan iż-żmien għax iservi għal quddiem biex ikollkom futur u karriera li tkunu għal qalbkom fiha

Nixtieq nibda billi nfakkarkom fi Fusion li ser isir fil-23 ta’ Marzu 2013 u li bħas-sena l-oħra ser jigi organizzat ġewwa Dar San Ġużepp, Santa Venera. Infakkarkom li tistgħu timlew il-Formola ta' Reġistrazzjoni billi tidħlu hawn: http://go.camyouths.com/fusion u għal min jixtieq isaqsi xi ħaga tistgħu tibgħatu email fuq: [email protected]. Il-ħlas isir dakinhar stess. Nħeġġiġkom biex tattendu sabiex, apparti li nqattgħu ftit ħin flimkien, nisimgħu xi ħaġa bis-sens u differenti milli nisimgħu kuljum. Huwa mportanti li f’ħajjitna nibbilanċjaw u nsibu ħin għal kollox, speċjalment sabiex niżviluppaw aktar l-aspett spiritwali personali tagħna.

X’hemm isbaħ milli tagħmel dan u taqsmu mal-komunita’ tiegħek u mal-kumplament tal-membri ta’ ĊAMYouths. Għalhekk nixtieq li nara ħafna minnkom biex bħas-soltu tkun ġurnata oħra bis-sens għalina lkoll flimkien. Nfakkarkom ukoll li ftit jiem wara Fusion hemm l-Assemblea Ġenerali Annwali (AGA), u li bħalissa għaddejjin bl-għażla tan-nominazzjonijiet tal-membri li nixtiequ li jservu fil-Leadership Committee għat-tliet snin li ġejjin. Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

F’isem Support Team nixtieq nieħu din l-opportunita’ sabiex nirringrazzja lil dawk kollha li ħadu inizjattiva u organizzaw xi event għal ĊAMYouths tul dawn t-tliet snin li għaddew. Nħeġġeġ lil kul min ikun interessat jorganizza xi ħaġa għal ĊAMYouths, sabiex jibgħatilna fuq [email protected]. Narakom u nselli għalikom,

Page 5: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

5

MSSP | X’inhi l-fidi?

Kif naħseb kulħadd jaf,

fil-11 ta’ Ottubru, 2012, il-Papa nieda dik li qed tissejjaħ is-Sena tal-Fidi. Din id-data kienet il-50 anniversarju mill-bidu tal-Konċilju Vatikan II, konċilju li ġab bidliet kbar fil-ħajja tal-Knisja, meta bgħat lill-Knisja kollha lura lejn l-egħruq u l-għejjun tal-fidi tagħha. Huwa xieraq li aħna, matul din is-sena, nieħdu din l-okkażjoni biex nirriflettu fuq ir-rigal tal-fidi li rċevejna u li msejħa napprofondixxu. Nixtieq illum nibda billi nirriflettu fuq dawn il-mistoqsijiet: x’inhi l-fidi? Jagħmel sens li temmen illum? Biex jigwidana fit-tfittxija għal tweġiba ħa nieħu xi spunti mid-diskorsi li l-Papa qed jagħmel matul din is-sena fuq dan is-suġġett.

FR.MARTIN GALEA mssp

Dan jinħass speċjalment quddiem ċirkustanzi li jġibu lill-bniedem wiċċ imb’wiċċ mal-limiti ta’ din id-dinja materjali - bħal meta jgħaddi minn xi esperjenza ta’ falliment jew inkella meta jiltaqa’ mal-esperjenza tal-mewt innifisha. Il-bniedem jibqa’ iħoss il-bżonn li jemmen f’xi ħaġa jew xi ħadd li jagħti sens lil dak kollu li jiġri u dak kollu li l-bniedem jistinka għalih. Barra minn hekk, kif jgħid il-Papa, fil-qalb tal-bniedem hemm miktuba ix-xewqa għal Alla. Diversi drabi l-bniedem ma jkunx konxju għal xiex qed jixxennaq, imma fil-verità ix-xewqat l-iktar profondi li kull bniedem iġorr huma tant kbar li l-ebda realtà umana ma’ tista’ tissodisfhom. Kif jgħid Santu Wistin, “Int ħlaqtna għalik, O Alla, u qalbna ma’ ssib qatt kwiet jekk mhux fik.”

Il-fidi hija r-risposta tal-bniedem għall-proposta li jagħmel Alla biex nafdawh u nintelqu f’idejh. Hija dik ir-relazzjoni miegħu li l-Mulej jistedinna għaliha, li fid-dawl tagħha nistgħu nifhmu aħjar is-sens ta’ ħajjitna. Hija relazzjoni li tatina sigurtà minkejja d-dlam u s-skiet li l-Mulej iżommna fih. Forsi, biex nagħlqu, ta’ min jistaqsi: Jien fhiex nemmen? X’qiegħed jagħti sens lil ħajti? Jista’ jkun li l-Mulej qed jistedinni biex nibni jew insaħħaħ ir-relazzjoni tiegħi miegħu? Mhux darba u tnejn li propju l-Mulej jippermetti li ngħaddi minn xi terremot biex jurini li dak li qed nibni ħajti fuqu mhux b’saħħtu biżżejjed. Qed ninduna bis-sinjali li qed jibgħatli Alla?

Minkejja l-avanzi kollha li għamlu x-xjenza u t-teknoloġija, jidher biċ-ċar li l-bniedem fihom għadu ma sabx dak is-serħan il-moħħ, dik il-paċi u sens fil-ħajja li għaliha jaspira.

Page 6: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

6

Il-KEBBIES |L-akbar rigal hu s-Silenzju

FR.KARM DEBATTISTA mssp

Naf li dan l-artiklu ser joħroġ waqt ir-Randan, u

bħalissa qed nipprepara ħafna għall-eżerċizzi li għandi, għal Fusion, u l-attivitajiet kollha ta’ qabel l-Għid. Meta ġejt biex naħseb x’ser nikteb din id-darba għidt: fejn iwasslu dawn il-preparamenti u d-diskorsi kollha, inkluż dan l-artiklu?

Fil-fond ta’ qalbi nemmen li int tasal fejn trid tasal. Ħadd mhu ser jieħdok fejn ma tridx tmur. B’mod ġenerali, int ma tismax dak li ħaddieħor jgħidlek. Int tisma’ dak li trid li jidħof f’ħajtek. L-unika kliem li jbiddlek hu l-kliem li jkun risposta għad-domandi li diġà għandek f’moħħok. U allura jekk issaqsi l-istess domandi, tirċievi l-istess risposti (bħalma nibża’ li jagħmlu ħafna). U jekk issaqsi domandi banali u stupidi, probabli tirċievi biss risposti banali u stupidi.

Allura dak li xtaqt li ngħinek tagħraf fil-Kebbies ta’ din il-ħarġa hu: fil-fond ta’ qalbek, xi trid? F’dak kollu li tagħmel, x’qed tfittex? L-agħar ħaġa li jista’ jiġrilek f’dan ir-rigward hu li ma tafx x’qed tfittex u xi trid. Dan ifisser li aħna mitlufa u ma nafux. Għax jekk ma tafx xi trid allura ser taċċetta kull ma jiġi. U jekk ma tafx x’qed tfittex, allura ser taħseb li kulma tiltaqa’ miegħu hu li ser jimlilek il-vojt intern. Kif tkun taf xi trid u x’qed tfittex? Din id-diffikultà hi tant essenzjali li tiskanta kif aħna u nikbru ħadd ma jgħallimna jew jgħinna naslu għaliha. Ħafna nies kulma jagħmlu hu li jagħtuna l-iskoperti tagħhom, ir-risposti tagħhom, ir-riżultat tagħhom. Imma dawn mhumiex tagħna. Jien irrid naf dak li hu għalija, mhux għalik.

Naħseb li d-diffikultà qiegħda kollha fil-fatt li ma nafux nisimgħu lilna nfusna. Ma nafx għalfejn “ruħi hi bil-għatx” (Salm 63). Ħadd ma nsista magħna li l-unika mod kif tasal għal dan hu billi ssib il-kwiet u tħossok komdu mal-kwiet. Ħadd ma ħarriġna għalih. Ħadd ma uriena li s-silenzju jkellmek aktar profond minn ħafna kliem li jqanqal. U li tfittex li tkun waħdek miegħek innifsek kuljum, mhux ħela ta’ ħin anke jekk ma tarax riżultati malajr. Allura l-akbar diskors li tista’ tisma f’dan ir-Randan hu dak li hemm f’qalbek. Dan jitlob skiet perfett għal ħafna ġranet, jew aħjar, għal ħajtek kollha. Ibda mil-lum u tieqafx. Imma anke jekk tieqaf, erġa’ ibda meta tinduna. Ifhem li dan is-silenzju jista’ jkun l-akbar rigal li tista’ tagħti lilek innifsek.

Page 7: Kurrenti 27

Aqra iktra f’paġna 21 >>>

Page 8: Kurrenti 27

A-TEENS

L-Ateens jaraw l-oriġini tagħhom lura fl-1999 meta 5 mill-membri tagħhom kienu ssieħbu

f’ĊAMKamp, fis-sajf. Minn hemm, il-grupp kiber u sa laħaq fuq l-għoxrin membru sew. L-ewwel live-in tal-Ateens bħala grupp iffurmat kien sar is-Sagħjtar fin-Naxxar. Wara dik l-avventura, il-membri tal-grupp naqsu, però maż-żmien kien hemm xi żieda okkażjonali. Bħalissa il-membri tal-grupp huma: Steve u Audrey Falzon, Jeffrey u Graziella Zammit, Victor Zammit, Joseph Spiteri, Lorraine Galea, Maria Caligari, Ruth Muscat u Krystle Attard. Il-guides ukoll inbidlu maż-żmien, bl-ewwel żewġ guides ikunu Adrian Francalanza u Claudine Micallef, segwiti minn Fr. Stephen Mifsud mssp u l-guide preżenti Darren Micallef.

Bħala grupp l-Ateens dejjem ippruvajna nimxu fuq il-binarji taċ-ĊAMYouths; ħbiberija, missjoni u spiritwalità. Fost xogħol volontarju li wettqu membri differenti tal-grupp kien hemm il-mawra sa Napli ta’ Audrey fl-2003 u 2008, ta’ Lorraine fl-2009, ta’ Joseph fl-2010 u ta’ Ruth fl-2011, kif ukoll xogħol volontarju mas-subien li jgħixu f’Dar San Ġużepp minn Lorraine fl-2009 u minn Steve fis-sajf tal-2010. Steve kien parti mill-ewwel grupp elett tal-Leadership Committee (LC) u Audrey qed tagħmel parti minnu bħalissa. Bħala grupp kien hemm okkażżjonijiet fejn wettaqna xogħol volontarju per eżempju it-tindifa f’Dar San Ġużepp, Santa Venera, bħala parti minn live-in. Bħala laqgħat isiru darba kull ħmistax, normalment nhar ta’ Tnejn, f’Santa Venera, jew inkella ġo xi dar ta’ xi ħadd mill-membri. Nemmnu li s-socials huma mezz importanti biex inżommu u nkabbru l-ħbiberija ta’ bejnietna. Ikun hemm okkażżjonijiet fejn xi membri ma jkunux disponibbli, però xorta niltaqgħu informalment f’xi bar jew ristorant minħabba r-raġuni li semmejna. Wieħed mis-socials l-iktar riċenti li kellna kien f’lejlet il-Milied li għadda (2012) u li qattajnieh fid-dar ta’ Steve u Audrey.

KU

RR

ENTI

p

age

8

Page 9: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

9

|Ġurnata fil-ħajja ta’... KINDERGARTEN TEACHER REEL TIME

AJMA ĦEJJ!!! X’ġurnata

dik… Ta’ kuljum inqum għax-xogħol kemmxejn bla aptit ….taf int…normali li ma jkollokx aptit toħroġ mis-sodda biex tlesti u ssuq f’dak it-traffiku kollu. Pero` jiena naf li kull darba li nasal ix-xogħol ser insib ma wiċċi 14 il-tifel u tifla jidħkuli u jgħannqu fija. Naf ukoll li malli jdoqqu it-8.15 ta’ filgħodu jtirli n-ngħas (ħafna drabi) u nkun ġa lesta bil-kmiem imxammrin biex nibda il-ġurnata ta’ ħidma u tagħlim!

Il-ġurnata mżewqa b’ħafna affarijiet. Ikollna ċans fejn nagħmlu introduzzjoni tal-ġurnata billi nkantaw u niżfnu u niddiskutu dwar is-suġġett ta’ dak ix-xahar partikolari. Imbagħad nagħmlu xi craft jew attivita’ fuq l-Interactive Whiteboard jew insajru. L-għan li nagħżlu suġġett hu biex it-tagħlim ikun dejjem mdawwar ma’ xi tema partikolari. Jekk irrid ngħallimhom ċertu valuri jew forsi xi skills jew xi lezzjoni essenzjali għal ħajja nagħmluha b’dan il-mod. Per eżempju, din il-ġimgħa ser insajru Prinjolata għaliex it-tema hija l-Karnival.

Minn prinjolata joħorġu aspetti ta’ tagħlim differenti bħal Matematika (weight, measurements eċċ). Jitgħallmu wkoll affarijiet ta’ tagħrif u sens komun, li għalkemm hu sens komun, it-tfal ma jkunux jafuħ u jiena nkun l-ewwel persuna apparti l-familja tagħhom li nwasslilhom dan it-tagħlim siewi. Hija responsabbilta’ u sfida kbira...speċjalment meta jkollok tfal li bl-ebda mod ma jkunu jridu jagħtu każ dak li qed tgħid. Wara dawn l-attivitajiet imbagħad ikollna xi logħob u eżerċizzju fil-bitħa u kif ukoll lezzjonijiet interessanti tal-matematika jew lettura. >>

Il-ġurnata għalkemm nasal id-dar fis-2.30 ta’ wara nofsinhar, hija twila mmens. It-tfal jgħajjuk mentalment u fiżikament, ilkoll nafuħ dan, imma is-sodisfazzjon huwa enormi u għalhekk ix-xogħol hu għal qalbi. Ħafna jisimgħuni ngerger dwar xi ġurnata tal-babaw li jkolli, imma meta l-għada filgħodu terġa taffaċċja uċuħ friski u tfal lesti biex jitgħallmu, malajr terġa tiġik il-ħeġġa.

Page 10: Kurrenti 27

Dan it-tagħlim kollu jsir b’logħob imżewwaq b’kollox. Ħafna drabi nispiċċaw ma nagħmlu xejn minn dak li nkun ippjanajt għax xi tifel joħroġ b’xi idea brillanti u nispiċċaw nadattaw il-lezzjoni madwar din l-idea...qas ħaqq kemm tkun ilek tippjana : ) Imma dan kollu incidental learning u hu ta’ valur għal ħajja!

LISA CAMILLERI CROSSROADS

KU

RR

ENTI

p

age

10

Imsomma,dak hu li nagħmlu bejn wieħed u ieħor.....il-ġenn ma jieqafx – ġurnata wara l-oħra. Imma xogħol għal qalbi u li jagħtini sodisfazzjon kbir.

........Miss Lisa : - D

Page 11: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

11

|KAFE’, SUSHI U BURGER REEL TIME

Għall-ewwel darba,

nintroduċu lilna nfusna... Renzo, ex atleta, llum lecturer, coach u couch potato! Il-biżgħa hi li nibqa’ nżid il-piż, imma l-ikel inħobbu wisq! u Sarah il-wikkiela! Naħseb kull min jafni jaf li l-ikel għalija huwa rigal kbir tal-ħajja!

CAFE CUBA (Sliema) Il-Ħadd 08:00

Inqerr magħkom, inġorr guilt feeling enormi. Diffiċli nsib ħin sew biex noħorgu jien u Sarah. Allura, nipprova nagħmel tajjeb għal dan il-Ħdud filgħodu. L-għazla bejn tnejn - kafé għand in-nanna Karmena, jew Cafe Cuba, post fil-qalba tax-xatt ta' Sliema. RENZO – L-hena tiegħi nieħu americano (il- kafé tan-nanna itjeb), 2 pastizzi u nofs it-toast li tħalli Sarah (rari!). Nintefa niċċassa lejn in-nies għaddejjin u naqra xi żewġ artikli fuq il-logħob tal-weekend. SARAH – Cafe Cuba jgħoġobni ħafna l-Ħadd filgħodu, fejn id-dieta ma tibqax tgħodd u nista’ nibda l-ġurnata b’li rrid! Għandhom offerta tal-ġenn fuq breakfast bagel, li hija biss €1, u jkun fiha bajda u bacon. Bħala kafé skont jien diffiċli ssib wieħed tajjeb Malta, però il- kafé tagħhom tajjeb ta’ veru. Overall mhux l-irħas post fejn tista’ tieħu kafé u pastizz f’Malta, però l-atmosfera u s-servizz (tal-ġenn) jgħamluh worth it.

CLUB SUSHI (Paceville) It-Tlieta 18:45

It-Tlieta ħadtha off mill-futbol filgħaxija. Wasal iż-żmien li nduru għall-kċejjen! Kċina wara l-oħra, ma jistax jonqos li qabadna l-ġuħ. Qatt ma mort niekol barra daqshekk kmieni matul il-ġimgħa. Sarah saret taf b'ħanut tas-Sushi. RENZO – Is-sushi mhux l-iktar ikel li nħobb, però nammetti li beda jgħoġobni u biex nikkuntentaha (tifhmuni intom l-irġiel) immorru xi darba kultant.

Taparsi qed nieklu healthy - irħilu li nofsu moqli fiż-żejt xorta waħda! Ic-chopsticks ma qbadtx tarfhom, però malajr solvejtha; l-idejn mgħaref tal-fidda. Fuq l-ikel tgħidilkom hi! SARAH – Jiena ffissajt fuq sushi! U qed nibża mill-mument li jiftaħ wieħed fis-south peress li naħdem hemm. Smajt bi Club Sushi, u fl-aħħar sibna ċans li mmorru.

Ordnajt ħafna affarijiet differenti, fosthom crispy prawn roll u spicy tuna roll. >>

Page 12: Kurrenti 27

It-tnejn kienu tajbin ħafna u vera friski. Imbagħad ġibna temaki salmon and avocado li jkunu qishom sushi wrap, u yakitori chicken, li huma qishom chicken kebabs bl-asparagus. Ordnajna wkoll chicken udon, u kont diġà avżata li dan platt kbir ħafna allura qsamnieh bejn tnejn. Dan kien l-itjeb platt għalija; udon huwa noodles ħoxnin ħafna, u s-sauce kien tajjeb wisq. Kollox kien preżentat sabiħ, u domna forsi 15-il minuta nistennew. Kont bejn tnejn ġie €32 u konna sodisfatti biżżejjed.

KU

RR

ENTI

p

age

12

Erġajna ma konniex ser niltaqgħu llum, u allura ddeċidejna mmorru lunch flimkien. Ħrabna mill-uffiċċju, u ġirja sas-Summer Nights (aħħ xi żminijiet għaddejna x-xatt ta' Wied il-Għajn...ftit minkom tiftakruhom). Fl-12:10 tlaqt mill-MCAST, fis-13:30 kelli l-aħħar lecture. Xi ħaġa tal-iskantament wasalt lura 10 minuti qabel il-ħin ukoll.

RENZO – Poġġejna fil-bar mhux fir-restaurant. Ibqgħu ċerti li kien quality time tal-ġenn. X’hemm aħjar minn bjonda fit-tazza (CISK) u burger tas-Summer Nights, ma tispiċċa qatt. Dħaltilha l-isfida. Għalaqt il-ħobża, biriktha, ftaħt ħalq daqsiex u ppruvajt nara jekk inhix kapaċi nikolha magħluqa bil-burger fin-nofs. Aħħħħ... posted on facebook, back to the office, and start the lecture (emmm!!! fejn hi s-sodda?). SARAH – Jien ma flaħtx inżomm dieta u ħadt burger biċ-chips ukoll. Kienet tajba wisq u l-ġobon u l-bacon kellhom togħma tajba ħafna. B’xi mod swew biss €6.50 il-waħda!

Illum nagħlqu hawn it-tour bromatoloġiku tagħna. Naċċertawkom li sal-ħarġa li jmiss inkunu dorna xi 2 isturanti oħra, u hemm ċans ukoll li wara s-sajf inġibulkom ftit kċina minn barra mill-ewropa...suspense!

RENZO KERR CUMBO – JOVENES SARAH PACE – EQUINOX

SUMMER NIGHTS (Marsaskala) Il-Ġimgħa 12:30

CAFE CUBA Renzo: Service 7, Food 7, Coffee 5, Ambience 8. Sarah: Service 8, Food 7, Coffee 7, Ambience 7. CLUB SUSHI Renzo: Service 7, Food 6, Ambience 6.Sarah:Service 7, Food 7, Ambience 7 SUMMERNIGHTS Renzo: Service 6, Food 7, Ambience 7. Sarah:Service 6, Food 7, Ambience 5.

Page 13: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

13

ATTIVITAJIET | Għanjiet tal-Milied ġewwa Mater Dei Fejn normalment il-volontarjat jieħu xejra ta’

għajnuna fl-istudju mat-tfal matul is-sena, fi żmien il-Milied tkun storja oħra. Il-Milied, għall-maġġoranza tan-nies huwa żmien ta’ ferħ u ċelebrazzjonijiet, iżda mhux għal kulħadd. Għal ċertu nies huwa żmien delikat, li miegħu jġib iktar niket milli ferħ, minħabba li dawn in-nies ma jistgħux iqattgħuh id-dar mal-familja.

Grupp ta’ ħaddiema li jaħdmu fit-taqsima tal-“Biomedical” ġewwa l-isptar Mater Dei waqqfu dik li tissejjaħ “Kampanja Milied Hieni”, li ilha ssir għal dawn l-aħħar tmienja u għoxrin sena. Dan il-grupp jgħin biex iferraħ in-nies li jkunu ġewwa Mater Dei permezz ta’ għanjiet tal-Milied li bl-istrumenti u bil-kant jimlew is-swali u l-kurituri għal nofs ta’ nhar sħiħ. Persuna minnhom saħansitra tilbes ta’ Father Christmas biex tqassam ir-rigali lit-tfal u lill-anzjani.

Fil-Milied tal-2008 kelli l-opportunità li nattendi għal din l-attività ma’ sħabi tal-kors, u l-esperjenza kienet waħda tal-ġenn. Meta reġgħet resqet l-attività tas-sena ta’ wara u bħala ĊAMYouths konna qed naħsbu fl-attivitaijiet tal-Milied ġietni l-idea biex inressaq din l-opportunità lil ĊAMYouths ukoll. L-attività ssir filgħodu allura l-għadd ta’ nies li jkunu jistgħu jattendu huwa żgħir iżda fl-istess ħin huwa ideali għaliex huwa impossibli li jkollok għadd kbir ta’ nies iduru fis-swali ta’ Mater Dei. B’kollox ilna erba’ snin nieħdu sehem bħala CAMYouths fejn persuni differenti jduqu din l-esperjenza.

L-attività hija ħelwa ħafna u fl-istess ħin sempliċi, iżda tinduna bis-sinifikat ta’ din l-attività meta tara tfal żgħar jifirħu bir-rigali jew meta l-anzjani jqumu jkantaw ukoll u ġieli bid-dmugħ f’għajnejhom. Dawn in-nies kollha għandhom stejjer differenti, ftit minnhom b’mard serju u jkun hemm minnhom anke jkunu waħedhom. Għalhekk verament japprezzaw dan il-ġest zgħir ta’ ftit sigħat fejn jifirħu magħna u jħossu tassew l-ispirtu tal-Milied. Nixtieq nirringrazzja lil kull min attenda din l-attività xi darba jew oħra fejn ninsab ċerta li ħa gost u li ħalliet impatt fuqu. Nieħu pjaċir meta xi nies li jkunu ġew sena qabel ifakkruni u jsaqsuni meta se terġa’ issir għaliex ifisser li verament fissret xi ħaġa għalihom ukoll.

DORIANNE GALEA TAKARA

Page 14: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

14

ESPERJENZI | Il-bidu tal- vjaġġ...

Nixtieq naqsam magħkom il-mixja tiegħi biex

dħalt mal-MSSP u l-esperjenza tiegħi fil-formazzjoni. Il-mixja tiegħi bdiet wara esperjenza li għamilt fl-Etjopja; esperjenza li fetħitli orizzonti ġodda f’ħajti. Fejn qabel kont iffukat fuq il-karriera tiegħi biss, skoprejt li ħajja mingħajr semplicità u imħabba hija ħajja b’ ħafna vojt.

Alla, esperjenza li hi bbażata fuq l-imħabba u s-sempliċità, li ġġib magħha ħafna ferħ u mhux dwejjaq. Din l-esperjenza bil-mod il-mod bdiet issir parti minni u f’dawn il-mumenti bdejt niskopri iktar il-veru sens tal-ħajja. U bdejt infittex aktar xi jrid Alla minni. Bdiet togħġobni ħafna il-ħajja komunitarja fejn il-Brothers u l-Fathers kienu jgħixu l-fidi u l-esperjenzi kollha flimkien b’ħafna imħabba biex ħajjithom tingħata kompletament għal ħaddieħor. Dak is-sens ta’ komunjoni bdejt ngħożżu ħafna. Bdejt infittex is-silenzju biex inkun naf aktar il-pjan ta’ Alla għalija, tfittxija li wasslitni biex ningħata kompletament għal Alla. U fid-9 ta’ Frar 2012 bdejt l-ewwel pass (il-Prenovizzjat) fi vjaġġ twil għal missjunarju.

CHRIS MINTOFF MSSP BROTHER

Fl-aħħar sibt post fejn għandi ħafna sense of belonging. F’din l-ewwel fażi għadni fi żmien ta’ dixxerniment, fejn qed ngħix mal-komunità formattiva biex nagħraf iktar is-sejħa tiegħi. L-għan prinċipali ta’ dan iż-żmien hu, l-ewwel ħaġa, li inżomm dejjem lil Alla fiċ-ċentru ta’ kollox u li niskopri iktar min jien - esperjenza li tagħtik ċans issir taf lilek innifsek iktar, minħabba li fil-ħajja mgħaġġla ta’ llum ma tantx ikollok ċans tieqaf taħseb fuqek innifsek. Fl-istess ħin il-komunità qed tgħinni wkoll f’din it-tfittxija tiegħi innifsi u fil-mixja ta’ fidi - komunità li taċċettak kif int, fl-affarijiet is-sbieħ, kif ukoll fid-dgħjufijiet. Hija emozzjoni vera sabiħa meta ssib post fejn tkun qed tħossok at home. Din il-mixja tikkonsisti fi skoperta għall-veru sens tal-ħajja.

Kont għaddej minn żmien ta’ ħafna dubji fejn sejra ħajti; ma kontx qed naraha tagħmel ħafna sens. Kont fi żmien ukoll li l-fidi tiegħi kienet nieqsa. Kienet xi ħaga barra minni; li tissarraf biss f’quddiesa tal-Ħadd. L-esperjenza tal-Etjopja ġabet ħafna mistoqsijiet magħha. U mhux b’ kumbinazzjoni li f’dawn id-dubji ltqajt mal-MSSP. Meta bdejt inqatta’ diversi esperjenzi mal-MSSP bdejt niskopri l-fidi b’mod differenti. Il-fidi hija ’l bogħod mit-tradizzjoni li kont imdorri biha. Il-fidi hija esperjenza personali ma’

Page 15: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

15

|Inżuru l-belt ta’ LONDRA REEL TIME

Londra huwa post

popolari ma’ ħafna nies ġejjin mid-dinja kollha. Xi ħaġa li laqtitni f’Londra hu l-fatt li l-post hu wieħed multi-kulturali ħafna. Waħda mill-affarijiet li trid tagħmel meta titla’ Londra hi żgur li taddendi għal xi ‘musical’ li jsiru fit-teatri varji madwar Londra. L-għażla hija vasta u xi wieħed li jolqtok issib żgur. Minkejja li l-prezzijiet huma kemmxejn għoljin, m’huwiex ta’ min jitlifhom. Fl-opinjoni tiegħi aħjar tħallas ftit aktar sabiex jkollok postijiet tajbin milli tieħu l-irħas u tispiċċa f’gallarija fuq nett tat-teatru fejn ikollok tuża tromba biex tara l-uċuh ta’ l-atturi.

Londra ċertament hija popolari ħafna għax-xiri u l-aktar żmien busy ikun meta jibdew dawk li jissejħu il-January Sales għalkemm illum hu aktar addatat li kieku dawn jibdew jissejħu December Sales, għaliex biex tinzerta roħs tajjeb trid tmur hemm l-għada tal-Milied għax in-nies mill-ewwel taħtaf kollox.

Jekk tmur iktar tard ftit issib. L-affarijiet eletroniċi huma ħafna orħos minn Malta. Hemm ħafna postijiet biex tqatta ġurnata tixtri, fosthom Regent Street u Westfield, bl-aktar popolari dejjem tibqa’ l-famuża Oxford Street. Nissuġerixxi li tidħlu fi ħwienet li ssibhom biss ġewwa Londra bħal ma huma John Lewis u Hamleys, fejn il-ħanut innifsu huwa esperjenza minna nnifisha. Ħanut ieħor li sabiħ tara hu M&Ms World. Kumpless li sabiħ tmur tara imma li x’aktarx ma tixtrix wisq minnu huwa Harrods, ħanut mimli designer wear. Nota zgħira għal min forsi jinteressah hija li ġewwa dan il-kumpless hemm esposta l-aħħar tazza li xorbu minnha Lady Diana u Dodi Fayed qabel il-mewta traġika tagħhom fi Franza fl-1997.

Londra fiha wkoll hafna parks sbieħ fejn tista’ taqta’ għal ftit mill-ġenn li toffri din il-belt, bħal ma huma St. James Park li jinsab fejn Buckingham Palace u Hyde Park. Nissuġerixxi li taħsbu għal xi pakkett karawett biex tieħduh magħkom sabiex tagħmlu ħbieb malajr ma’ l-’isquirrels’. Post ieħor ta’ interess ġewwa Londra huwa Madame Tussaud. Nissuġerixxi li taħsbulu kmieni għal hawn għax ikun hemm kju twil ta’ nies biex tidħol. Barra li tara il-mudelli tax-xemgħa maħduma verament sbieħ, hemm ukoll attivitajiet interessanti li huma interattivi hafna, fosthom il-Marvel in 4D. >>

Page 16: Kurrenti 27

Għal min tinteressah l-istorja ma jistax ma jmurx it-Tower of London. Hawnhekk nissuġerixxi li tieħdu t-’tour’ tal-beefeaters li jagħtu spjegazzjoni tajba tal-post anki b’daqsxejn sarkażmu. Postijiet oħra ta’ interess huma Buckingham Palace, fejn tista tattendi għal ‘change of the guards’, il-Globe Theatre għal min

AMANDA MUSCAT JOVENES

KU

RR

ENTI

p

age

16

jinteressah Shakespeare, li hu rikostruzzjoni tal-Globe l-antik u l-London Dungeons. Mużewijiet hemm varjeta’ enormi fosthom Natural History Museum, Science Museum, Victoria and Albert Hall, British Museum u għal min tinteressah l-arti, propju fi Trafalgar Square issib in-National Gallery,li hija festa t’arti. L-aħħar punti żgħar prattiċi huma li min biħsiebu joqgħod ġo lukanda, ma jtellax ruxmata affarijiet, għax il-kmamar huma verament zgħar, fejn bilkemm għandek fejn tiċċaqlaq.

Min bi ħsiebu jitla’ fix-xitwa, jtella’ ħwejjeġ ħfief għal ġewwa, għax tkun is-sħana. Meta toħroġ l-aħjar tilbes diversi ‘layers’ ta’ ħwejjeġ għax meta tidħol fuq ġewwa dejjem tkun ħafna sħana. Importanti wkoll li ttellaw ġakketta li ssaħħan u li tajba għax-xita, flimkien ma’ xi aċċessorji bħal kappell u ingwanti.

Page 17: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

17

|Opportunitajiet EU 2013 – is-sena Ewropea taċ-ċittadini

X’INHI EŻATT IS-SENA EWROPEA TAĊ-ĊITTADINI? Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 se tiffoka fuq id-drittijiet li l-individwi kollha fl-Unjoni Ewropea (UE) igawdu b’mod awtomatiku bħala ċittadini tal-UE. Il-500 miljun Ewropew, ilkoll jibbenefikaw ta’ kuljum minn dawn id-drittijiet.

Matul is-sena, se jiġi inkoraġġut d-djalogu bejn il-livelli kollha tal-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u n-negozji f’avvenimenti u f’konferenzi madwar l-Ewropa biex jiġu diskussi dawn id-drittijiet tal-UE u biex tinbena viżjoni ta’ kif l-UE għandha tkun fl-2020. Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE huma protetti bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u jikkumplimentaw id-drittijiet nazzjonali. Jekk in-nies ikunu jafu dwar dawn id-drittijiet u jużawhom, huma għandhom jibbenefikaw bħala individwi. Madankollu, ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-2012 ikkonkluda li ċ-ċittadini tal-UE mhumiex qed jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom minħabba li

mhumiex konxji minnhom – b’mod partikulari mid-dritt li jiċċaqalqu u li jgħixu b’mod ħieles f’pajjiżi oħrajn tal-UE. IL-VIŻJONI Meta ċ-ċittadini tal-UE jifhmu aħjar id-drittijiet li għandhom, u jużawhom aktar, għandhom jibbenefikaw aktar bħala individwi, u jibbenefikaw aktar ukoll l-ekonomija u s-soċjetà tal-UE. Is-sena se tagħti opportunità lin-nies fl-Unjoni Ewropea kollha biex:

jitgħallmu dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet miftuħin għalihom permezz taċ-ċittadinanza tal-UE – b’mod partikulari d-dritt tagħhom biex jgħixu u jaħdmu kullimkien fl-UE

jieħdu sehem f’dibattiti dwar l-ostakoli, biex jużaw dawn id-drittijiet u biex jiġu ġġenerati proposti speċifiċi sabiex jiġu indirizzati

jipparteċipaw f’forums ċiviċi dwar il-politiki u l-kwistjonijiet tal-UE

jippreparaw biex jivvotaw fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 u jimpenjaw lilhom infushom fil-ħajja demokratika tal-UE. ID-DRITTIJIET TIEGĦI BĦALA ĊITTADIN TAL-UE L-UE tixtieq li int tkun taf dwar dawn id-drittijiet li għandek bħala Ċittadin tal-UE u li tkun tista' tgawdihom bis-sħiħ fil-ħajja tiegħek ta' kuljum. Dawn huma ftit mid-drittijiet li nistgħu ngawdu;

Id-dritt li tiċċaqlaq u tgħix liberament fl-UE u li ma tkunx diskriminat minħabba n-nazzjonalità. Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tiċċaqlaq u tgħix fejn trid fl-UE għalkemm xi kundizzjonijiet japplikaw.

Id-dritt li tivvota u li toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet. Meta tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, għandek id-dritt, bħala ċittadin tal-UE, li tivvota u toħroġ bħala >>

Page 18: Kurrenti 27

kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-UE li jsiru f’dak il-pajjiż, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ hemmhekk.

Id-dritt ta' petizzjoni. Id-dritt tal-petizzjoni jippermettilek tesprimi tħassib jew tressaq ilmenti quddiem il-Parlament Ewropew.

Id-dritt li tilmenta mal-Ombudsman. Għall-ilmenti dwar amministrazzjoni ħazina minn istituzzjoni jew entità tal-UE, tista’ tilmenta mal-Ombudsman.

Id-dritt għall-protezzjoni konsulari għaċ-ċittadini tal-UE f’pajjiżi mhux membri. Meta tkun f'pajjiż mhux fl-UE u tkun teħtieġ l-għajnuna, bħala ċittadin tal-UE int intitolat għall-protezzjoni konsulari minn ambaxxata jew konsulat ta' kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. L-għajnuna tiġi provduta f'sitwazzjonijiet bħal mewt, inċident jew marda, arrest jew detenzjoni, reat vjolenti u ripatrijazzjoni.

KU

RR

ENTI

p

age

18

Id-dritt li titlob lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdida. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermettilek titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipprepara proposta għal att legali. Il-petizzjoni għandha tiġi ffirmata minn tal-inqas miljun ċittadin minn tal-inqas kwart tal-pajjiżi tal-UE.

Id-drittijiet fundamentali. L-UE hija bbażata fuq il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoritajiet. (http://ec.europa.eu/justice/fundamental-rights/index_en.htm)

Drittijiet oħra bejn il-fruntieri. Aċċess għas-sigurtà soċjali Studju barra pajjiżek Xiri onlajn Drittijiet tal-passiġġieri Sejħiet irħas bil-mowbajl

MARIE CLAIRE TESTA NRG

Page 19: Kurrenti 27

KU

RR

ENTI

p

age

19

|Review tal-karozza… TOYOTA AURIS 1.4 D-4D TR REEL TIME

Toyota Auris, mudell li ilu

jsir mill-2006 u din is-sena ħiereġ ukoll mudell ġdid tiegħu. Dan huwa l-mudell li ħa post il-Corolla. Huwa mudell li s’issa għamel suċċess mhux ħazin, biżżejjed wieħed jagħti ħarsa madwaru fit-toroq. KUMDITA` Bħala karozza hija komda mhux ħażin. Fl-imħarbat il-karozza tibqa’ relattivament komda. Għalkemm il-karozza li soqt, armata b’roti ikbar min-normal, tellef ftit mill-kumdita’ tagħha. Minn ġewwa takkomoda ħames persuni, spazju mhux ħażin fil-boot b’ħafna postijiet fejn wieħed jerfa’ l-affarijiet. Element li laqatni huwa l-fatt li fuq wara, il-passiġġieri joqogħdu aktar komdi peress li l-art, fin-nofs hija ċatta.

PERFORMANCE Il-mudell li soqt armat b’magna 1.4 diesel. Mhix magna kbira, biss għat-toroq Maltin, personalment sibtha tajba ħafna. Tilħaq veloċita’ relattivament malajr u ma tinħassx għajjiena, lanqas meta tiġi fi tlajja jew tkun mgħobbijja. Apparti dan, din il-magna hija ekonomika ħafna u għal dawk konxji tal-ambjent, hija magna li ftit li xejn tniġġes.

STIL Minn barra, il-karozza tidher żġħira u għolja, biex tirrappreżenta l-isportivita. Il-mudell huwa ajrudinamiku ħafna, fattur li jkompli jsaħħaħ id-dehra sportiva u fl-istess ħin jżommha karozza ekonomika. Minn ġewwa, wieħed jolqtu il-gear lever elevat, li jgħin biex is-sewqan jkun aktar komdu. Id-dehra minn gewwa hija stil modern anke bl-element ta’ partijiet silver u l-mod modern ta’ fejn wieħed isib il-pum biex jiftaħ u jagħlaq il-bieba. KWALITA` Dan il-mudell partikolari jiġi bl-arja kundizzjonata fil-forma ta’ climate control, gearbox six speed u dak kollu li wieħed isib f’karozza tal-2010. Forsi wieħed jippretendi kwalita` ta’ plastiks aħjar bħal soft

touch plastic, f’karozza ta’ dan il-kalibru. Biss, karozzi Ġappuniżi ftit li xejn joffru dan. Grazzi għall-istil differenti tad-dashboard, din l-karozza hija ergonomika ukoll - stereo u arja kundizzjonata qegħdin aktar faċli biex jintlaħqu mis-sewwieq. Il-karozza armata wkoll bil-kontroll tal-istereo fuq l-isteering wheel. F’veloċita` għolja, il-karozza tibqa’ komda u anka jekk wieħed idur kantuniera bis-saħħa, il-karozza tibqa’ soda fit-triq. PRATTIĊITA` Għall-użu ta’ kuljum, l-Auris hija faċli biex issuqha u faċli biex tipparkjaha. Postijiet fil-karozza fejn terfa’ l-affarijiet ta’ kuljum għandek kemm trid. Ħaġa li għoġbitni hija li fis-saqaf wieħed isib post fejn jista’ jerfa’ żewġ nuċċalijiet tax-xemx. >>

Page 20: Kurrenti 27

MARK SPITERI LYNKS

Page 21: Kurrenti 27

2005 Il-Ġimgħa filgħaxija waqt ĊAMKamp ta’ dik is-sena ġiet organizzata logħba fejn żewġ timijiet kellhom jissuttaw lil xulxin b’boroż tal-plastik milijin bl-ilma. Min lagħab spiċċa għasra u sa l-aħħar tal-logħba kienu il-qiegħa bdiet tisħon xi naqra ukoll !

Page 22: Kurrenti 27

http://www.facebook.com/groups/camyouths/

Page 23: Kurrenti 27

EDIBLE ART AND ERUDITIONA Tastes and temptations in the Italian Renaissance 20/02/2013 Hotel Pheonicia Malta ARCHAEOLOGY AND SCIENCE: BEDFELLOWS? A Malta Cafe Scientifique talk 21/02/2013 St. James Cavalier Centre for Creativity – Malta INDEMONJATI A whirlwind tour of the Maltese political scene 22-24/02/2013 Manoel Theatre GOD OF CARNAGE The so called “comedy of manners” 22-24/02/2013 Citadel Centre for Culture & Arts – Gozo LAND ROVER MALTA MARATHON 24/02/2013 Mdina – Malta A VIOLIN AND CELLO DUO 26/02/2013 Oratory of St. Francis – Malta IN GUARDIA PARADE Historical re-enactment of a military drill 03/03/2013 Vittoriosa (Birgu) – Malta BOV OPERA FESTIVAL 2013 14-17/03/2013 Manoel Theatre

ALARME Historic re-enactment a full military parade. 17/03/2013 Vittoriosa (Birgu) – Malta HOLY WEEK AND EASTER 24-31/03/2013 Malta MALTA VS ITALY 26/03/2013 Ta' Qali National Stadium FREEDOM DAY 31/03/2013 Malta MALTA INTERNATIONAL MUSIC COMPETITION 02-06/04/2013 Manoel Theatre FIFA WOMENS WORLD CUP PRELIMINARY ROUND 04-09/04/2013 Ta' Qali National Stadium MAMMA MIA 06/04/2013 MCC MEDIEVAL MDINA 06-07/04/2013 Mdina - Malta MOVIE SPECTACULAR 13/04/2013 MCC GEORGE CROSS AWARD COMMEMRATION 15/04/2013 Valletta - Malta

ĊAMYOUTHS Quddiesa nhar ta’ Sibt 8:00pm Sta VENERA

MSSP Mument ta’ talb It-Tnejn 8:00pm Dar De Piro

FUSION 2013 Laqgħa spiritwali 23 ta’ Marzu SJH

Page 24: Kurrenti 27