l-isports issue 59 januar 2013

15
Jannar 2103 Nru.59 Kien fl-aqwa tas-sajf meta bdejna nippreparaw għal staġun ieħor, wara li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali kien tħabbar li għal din is-sena konna ingaġġajna lis-Sur Alex Delia, bħala l-Head Coach tagħna, mgħejjun mill- istaff tekniku magħmul minn Ray Vella bħala assistent tal-kowċ, Charles Bezzina, kowċ tal-goalkeepers u Joe Aquilina, kowċ tal-Youths. Sandro Vella ġie mogħti r-responsabilità ta’ team manager u Joyce Gronow ser tkompli fir-rwol ta’ fiżjoterapista tat-tim. Charlie Fenech baqa’ kit manager, mgħejjun minn Joseph Fenech u Joseph Vella. Joseph Vella kompla wkoll jagħti s-sehem tiegħu fit-tim tal-Youths bħala team manager. Mike Vella baqa’ grawnd manager. Bdejna l-programm tat-trejning bis-solitu entużjażmu u komplejna billi għat-tieni darba konsekuttiva rbaħna l- Mellieħa Challenge Cup. Dan huwa pre-season tournament sponsorjat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li fih din is- sena ħadu sehem ukoll it-timijiet ta’ Pembroke Athleta, SK Victoria Wanderers, u Sannat Lions. Wara ngħata bidu għall-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, fejn wara li bdejna b’rebħa fuq Mġarr Utd ġew sensiela ta’ riżultati deludenti u oħrajn xi ftit diżastrużi, fosthom it-telfiet kbar ma’ Msida St.Joseph u Żebbuġ R. Kellna żewġ telfiet oħra ma’ San Ġwann u St. Patrick’s, u erba’ drojiet, ma’ Siġġiewi, Żurrieq, Kirkop u Għargħur, li ħallewna f’pożizzjoni imbarazzanti l-isfel fil-klassifika. Konna qed insofru minn deċiżjonijiet sfurzati, fejn kellna nintroduċu ħafna żgħażagħ fit-tim, forsi qabel il- waqt, minħabba l-ħafna injuries li kellna, kif ukoll xi sospensjonjiet li ġew pjuttost kmieni fl-istaġun. Meta rega kellna l-iskwadra kollha ghad-dispozizzjoni taghna , nibtet mentallita rebbieha, fejn b’determinazzjoni u kuragg ksibna tliet rebħiet konsekuttivi, kontra timijiet li kienu aktar ’il fuq fil-klassifika; St. George’s, Fgura Utd., u Pembroke Ath., biex tranġat xi ftit il-pożizzjoni fil-klassifika, u b’temperament li kien jixraq, qabel il-waqfa għall-festi tal-Milied. Sfortunatament fl-aħħar logħba tal-ewwel rawnd, waslet telfa oħra din id- darba kontra St. Venera. B’hekk erġajna tlifna ċans li nidħlu fil-qalba tal-ġlieda għall-promozzjoni. Dan l-aħħar riżultat xejn mistenni, ma jneħħi xejn mill-mertu li ħaqqu kull min kien konċernat, biex inqlajna mis-sitwazzjoni xejn feliċi li konna fiha. Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi u tal-Kumitat, għall-isforz ġenwin li sar minn kulħadd. Kelma ta’ inkoraġġament tmur lejn in-numru ta’ żgħażagħ li hemm fit-tim fosthom Matthew Vella, Kyle Simiana, Ben Bartolo, Mark Trapani u Alister Attard, flimkien mad-debuttanti fl-iskwadra; Ryan Cutajar, Daniel Saliba, Mark Farrugia, Jonathan Cutajar, u Jake Farrugia, li lkoll jistgħu jaslu jekk ikunu kapaċi jżommu saqajhom mal-art. Hija ħasra li plejer ieħor żagħżugħ, Mauro Calleja, kellu jieqaf minħabba x-xogħol, wara li rebaħ post regolari fit-tim. Ejjew flimkien inħarsu ‘l quddiem lejn il-kumplament tal-istaġun u naffrontaw it-tieni rawnd b’mentalità rebbieħa, li tista twassalna lejn dak li xtaqna li naslu lkoll. Filwaqt li nawgura riżultati mill-aqwa għall-kumplament tal-istaġun, nixtieq nawgura wkoll is-sena t-tajba lill-isportivi Melleħin kollha. Alfred Vella Borg - President

Upload: mellieha-sports-club

Post on 08-Apr-2016

245 views

Category:

Documents


9 download

DESCRIPTION

Newsletter by The Mellieha Sports Club

TRANSCRIPT

Page 1: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Jannar 2103 Nru.59

Kien fl-aqwa tas-sajf meta bdejna nippreparaw għal staġun ieħor, wara li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali kien tħabbar li għal din is-sena konna ingaġġajna lis-Sur Alex Delia, bħala l-Head Coach tagħna, mgħejjun mill- istaff tekniku magħmul minn Ray Vella bħala assistent tal-kowċ, Charles Bezzina, kowċ tal-goalkeepers u Joe Aquilina, kowċ tal-Youths.

Sandro Vella ġie mogħti r-responsabilità ta’ team manager u Joyce Gronow ser tkompli fir-rwol ta’ fiżjoterapista tat-tim. Charlie Fenech baqa’ kit manager, mgħejjun minn Joseph Fenech u Joseph Vella. Joseph Vella kompla wkoll jagħti s-sehem tiegħu fit-tim tal-Youths bħala team manager. Mike Vella baqa’ grawnd manager.

Bdejna l-programm tat-trejning bis-solitu entużjażmu u komplejna billi għat-tieni darba konsekuttiva rbaħna l-Mellieħa Challenge Cup. Dan huwa pre-season tournament sponsorjat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li fih din is-sena ħadu sehem ukoll it-timijiet ta’ Pembroke Athleta, SK Victoria Wanderers, u Sannat Lions.

Wara ngħata bidu għall-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, fejn wara li bdejna b’rebħa fuq Mġarr Utd ġew sensiela ta’ riżultati deludenti u oħrajn xi ftit diżastrużi, fosthom it-telfiet kbar ma’ Msida St.Joseph u Żebbuġ R. Kellna żewġ telfiet oħra ma’ San Ġwann u St. Patrick’s, u erba’ drojiet, ma’ Siġġiewi, Żurrieq, Kirkop u Għargħur, li ħallewna f’pożizzjoni imbarazzanti l-isfel fil-klassifika.

Konna qed insofru minn deċiżjonijiet sfurzati, fejn kellna nintroduċu ħafna żgħażagħ fit-tim, forsi qabel il-waqt, minħabba l-ħafna injuries li kellna, kif ukoll xi sospensjonjiet li ġew pjuttost kmieni fl-istaġun.

Meta rega kellna l-iskwadra kollha ghad-dispozizzjoni taghna , nibtet mentallita rebbieha, fejn b’determinazzjoni u kuragg ksibna tliet rebħiet konsekuttivi, kontra timijiet li kienu aktar ’il fuq fil-klassifika; St. George’s, Fgura Utd., u Pembroke Ath., biex tranġat xi ftit il-pożizzjoni fil-klassifika, u b’temperament li kien jixraq, qabel il-waqfa għall-festi tal-Milied. Sfortunatament fl-aħħar logħba tal-ewwel rawnd, waslet telfa oħra din id-darba kontra St. Venera. B’hekk erġajna tlifna ċans li nidħlu fil-qalba tal-ġlieda għall-promozzjoni.

Dan l-aħħar riżultat xejn mistenni, ma jneħħi xejn mill-mertu li ħaqqu kull min kien konċernat, biex inqlajna mis-sitwazzjoni xejn feliċi li konna fiha. Nixtieq nuri l-apprezzament tiegħi u tal-Kumitat, għall-isforz ġenwin li sar minn kulħadd.

Kelma ta’ inkoraġġament tmur lejn in-numru ta’ żgħażagħ li hemm fit-tim fosthom Matthew Vella, Kyle Simiana, Ben Bartolo, Mark Trapani u Alister Attard, flimkien mad-debuttanti fl-iskwadra; Ryan Cutajar, Daniel Saliba, Mark Farrugia, Jonathan Cutajar, u Jake Farrugia, li lkoll jistgħu jaslu jekk ikunu kapaċi jżommu saqajhom mal-art. Hija ħasra li plejer ieħor żagħżugħ, Mauro Calleja, kellu jieqaf minħabba x-xogħol, wara li rebaħ post regolari fit-tim.

Ejjew flimkien inħarsu ‘l quddiem lejn il-kumplament tal-istaġun u naffrontaw it-tieni rawnd b’mentalità rebbieħa, li tista twassalna lejn dak li xtaqna li naslu lkoll.

Filwaqt li nawgura riżultati mill-aqwa għall-kumplament tal-istaġun, nixtieq nawgura wkoll is-sena t-tajba lill-isportivi Melleħin kollha.

Alfred Vella Borg - President

Page 2: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Sirens Ground Is-Sibt 15 ta’ Settembru 2012

MELLIEĦA........1 MĠARR UTD.....0

[h.t. 1 - 0]

Sko: Giovanni Galea (34min.).

Formazzjoni: S. Gauci, M. Trapani, L. Cauchi, M. Vella, D. Cauchi, W. Borg (capt.), J. Zammit, W. Borg St.John, G. Galea (90min. M. Farrugia), K. Simiana (82min. R. Cutajar), M. Calleja.

Statistika: Kontra Mġarr Utd. lgħabna 9 darbiet. Rbaħna 8, draw 1 u qatt ma rebħulna. Gowls favur 24, kontra 2. Din kienet l-ewwel logħba uffiċjali tal-Mellieħa fil-grawnd tas-Sirens.

Iddebuttaw mal-Mellieħa, Justin Zammit u Mark Farrugia.

Kienet it-tielet sena konsekuttiva li rbaħna l-ewwel logħba tal-league.

L-iskwadra għal din l-logħba kienet waħda mill-iżgħar fl-istorja tal-Mellieħa, bl-età medja ta’ 23 sena.

L-aktar plejer anzjan kien William Borg (33 sena), u l-iżgħar Ryan Cutajar (16-il sena).

Centenary Stadium Il-Ħadd 23 ta’ Settembru 2012

MELLIEĦA........1 SIĠĠIEWI.....1

[h.t. 0 - 1]

Sko:Wayne Borg St.John (60min.)

Formazzjoni: S. Gauci, L. Cauchi, M. Vella, D. Cauchi, Ph. Taylor, W. Borg (capt.), J. Zammit, W. Borg St.John, G. Galea(85min. J. Muscat), K.Simiana (56min. R. Cutajar), M. Calleja.

Statistika: Kontra Siġġiewi lgħabna 36 darba. Rbaħna 10, draw 9, u tlifna 17. Gowls favur 29, kontra 41.

Iddebutta mal-Mellieħa, Jonathan Muscat.

Wayne Borg St.John skorja l-140 gowl tiegħu mal-Mellieħa. Il-gowl kien skurjat dirett minn free-kick, minn barra l-kaxxa l-kbira. L-istaġun li għadda qatt ma skorjajna minn direct free-kick.

Siġġiewi hu l-aktar tim li lgħabna kontrih fl-istorja tal-Mellieħa. Ilhom ma jirbħulna mill-istaġun 1999/2000.

Page 3: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Sirens Ground Is-Sibt 29 ta’ Settembru 2012

MELLIEĦA........1 MSIDA S.J......6

[h.t. 0 - 3]

Sko: Phil Taylor[pen.](72min.).

Formazzjoni: S. Gauci, K. Fenech, M. Vella, D. Cauchi (56min. M. Trapani), Ph. Taylor, W. Borg (capt.).

J. Zammit, W. Borg St.John, G. Galea (85min. A.Attard), K.Simiana, M. Calleja (56min. D. Saliba).

Karta Ħamra: Kevin Fenech.

Statistika: Kontra Msida lgħabna 9 darbiet. Rbaħna 1, draw 2, u tlifna 6. Gowls favur 5, kontra 20.

Iddebutta mal-Mellieħa, Daniel Saliba.

Għal Wayne Borg St.John kienet il-250 logħba mal-Mellieħa.

Kevin Fenech irritorna jilgħab mal-Mellieħa wara 11-il sena. Lagħab staġun magħna fl-2000/01.

L-ewwel darba li tlifna bl-iskor ta’ 1-6 fit-Tieni Diviżjoni. L-aħħar darba li sofrejna telfa bl-istess skor kien fil-Premier Division fl-istaġun 1992/93, kontra Luxol St.Andrew’s.

Sirens Ground Il-Ħadd 7 ta’ Ottubru 2012

MELLIEĦA........1 SAN ĠWANN.....2

[h.t. 0 - 2]

Sko: Giovanni Galea[49min.]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi, M. Vella, D. Cauchi, Ph.Taylor, M. Trapani (82min. K. Simiana),

W. Borg (capt.), (27min. D. Borg[ii]), J. Zammit, W. Borg St.John, G. Galea, M. Calleja (50min. R.Cutajar).

Karta Hamra: Phil Taylor.

Statistika: Kontra San Ġwann lgħabna 23 darba. Rbaħna 10, draw 7, u tlifna 6. Gowls favur 34, kontra 23.

Iddebutta mal-Mellieħa, Darren Borg, plejer ta’ 20 sena, misluf mingħand Rabat.

Għal William Borg kienet il-210 logħba mal-Mellieħa.

Luxol Ground Is-Sibt 13 ta’ Ottubru 2012

MELLIEĦA........0 ŻURRIEQ.....0

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi, M. Vella , D. Cauchi, K. Fenech, J. Zammit, D. Borg (65min.W. Borg),

K. Simiana(84min. R. Cutajar), W. Borg St.John (capt.), G. Galea, D. Saliba .

Statistika: Kontra Żurrieq lgħabna 24 darba. Rbaħna 7, draw 9, u tlifna 8. Gowls favur 38, kontra 40.

Kienet il-150 logħba ta’ Luke Cauchi, u d-90 waħda ta’ David Cauchi.

Page 4: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Luxol Ground Il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru 2012

MELLIEĦA........0 KIRKOP.....0

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi, M.Vella, D. Cauchi, J. Zammit, H. Vella, W.Borg (capt.),

K. Simiana (73min. D. Borg), W. Borg St.John , G. Galea, D. Saliba (86min. A. Attard).

Statistika: Kontra Kirkop lgħabna 22 darba. Rbaħna 14, draw 5, u tlifna 3. Gowls favur 25, kontra 11.

F’din il-logħba rritorna jilgħab Hubert Vella, wara li kien għamel staġun wieqaf.

Mosta Ground Is-Sibt 3 ta’ Novembru 2012

MELLIEĦA........2 GĦARGĦUR.....2

[h.t. 0 - 2]

Sko: Giovanni Galea 2 [74 u 87min.]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi, M. Vella, D. Cauchi, J. Zammit (20min. M. Trapani), H. Vella , W. Borg (capt.), K. Simiana, W. Borg St.John , G. Galea, D. Saliba (65min. R. Cutajar) .

Statistika: Kontra Gharghur lgħabna 20 darba. Rbaħna 8, draw 7, u tlifna 5. Gowls favur 30, kontra 19.

Dan kien it-tielet draw konsekuttiv fil-league dan l-istaġun.

Kienet id-90 logħba ta’ Matthew Vella, u s-60 waħda ta’ James Abela.

Centenary Stadium Il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2012

MELLIEĦA........1 ŻEBBUĠ.....7

[h.t. 1 – 4]

Sko:Wayne Borg St.John [pen. 45min.]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi (46min. J. Zammit), M. Vella, H. Vella, M. Trapani, A. Attard, K. Simiana, W. Borg St.John (capt.), G. Galea, R. Cutajar, D. Saliba (46min. J. Cutajar)

Statistika: Kontra Żebbuġ lgħabna 33 darba. Rbaħna 8, draw 9, u tlifna 16. Gowls favur 33, kontra 52.

Din kienet id-900 logħba kompetittiva tal-Mellieħa, u sfortunatament kienet ukoll l-akbar telfa li qatt kellna fil-league. Telfa simili ta’ 1-7, kellna kontra Floriana fl-istaġun 2007/08, iżda kienet logħba tal-F.A. Trophy.

Iddebutta plejer żagħżugħ ieħor, Jonathan Cutajar ta’ 17-il sena.

Page 5: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Centenary Stadium Is-Sibt 17 ta’ Novembru 2012

MELLIEĦA........0 ST.PATRICK’S.....2

[h.t. 0 – 1]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi (80min. I. Sammut), M. Vella, H. Vella, W. Borg(capt.), W. Borg St.John,

J. Zammit, K. Simiana (57min. Ph. Taylor), G. Galea, D. Borg (ii)(57min. K. Fenech), D. Saliba.

Statistika: Kontra St.Patrick’s lgħabna 29 darba. Rbaħna 6, draw 11, u tlifna 12. Gowls favur 26, kontra 38.

B’din it-telfa lħaqna rekord negattiv ta’ 8 logħbiet konsekuttivi mingħajr rebħa, li fit-Tieni Diviżjoni ġrat biss fl-istaġun 1999/2000. L-akbar serje ta’ logħob mingħajr rebħ, għamilnieha fil-Premier League; 14-il logħba, fl-istaġun 1992/93.

Luxol Ground Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2012

MELLIEĦA........2 ST.GEORGE’S.....0

[h.t. 1 – 0]

Sko: Giovanni Galea [19min.], Phil Taylor [71min.]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi, D. Cauchi, J. Zammit, Ph. Taylor (84min. M. Trapani), W. Borg (capt.), K. Fenech, W. Borg St.John, G. Galea, R. Cutajar (74min. D. Borg (ii)), D. Saliba (63min. K. Simiana).

Statistika: Kontra St.George’s’s lgħabna 20 darba. Rbaħna 6, draw 6, u tlifna 8. Gowls favur 23, kontra 28.

L-aħħar li lgħabna ma St. George’s kien fl-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun 2007/08, u konna rbaħnielhom 2-1.

Rbahna t-tieni rebha tal-istagun wara aktar minn xahrejn

Centenary Stadium Is-Sibt 8 ta’ Diċembru 2012

MELLIEĦA........2 FGURA UTD......1

[h.t. 1 – 0]

Sko: Wayne Borg St.John[40min.], Kyle Simiana[69min.].

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi, M. Vella, D. Cauchi, W. Borg (capt.), K. Fenech, Ph. Taylor,

W. Borg St.John, J. Zammit (90min. M. Trapani), K. Simiana (87min. D. Borg), G. Galea.

Statistika: Kontra Fgura lgħabna 21 darba. Rbaħna 7, draw 8, u tlifna 6. Gowls favur 17, kontra 20.

Kien ilna ma nilagħbu kontrihom aktar minn 21 sena, mill-istaġun 1990/91.

Page 6: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Sirens Ground Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2012

MELLIEĦA........1 PEMBROKE.....0

[h.t. 0 - 0]

Sko: Ryan Cutajar [80min.]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi (55min. R. Cutajar), M. Vella, D. Cauchi, Ph.Taylor, W. Borg (capt.),

J. Zammit, K.Fenech, K. Simiana (70min. D. Saliba), W. Borg St.John (90min. M. Trapani), G. Galea.

Statistika: Kontra Pembroke lgħabna 3 darbiet u rbaħnielhom dejjem. Gowls favur 8, kontra 1.

Għal Wayne Borg St.John, din kienet il-260 logħba mal-Mellieħa. Kienet il-50 waħda għal Phil Taylor.

Ryan Cutajar skorja l-ewwel gowl personali mal-Mellieħa.

Kevin Fenech tkeċċa wara li rċieva żewġ karti sofor, b’hekk tkeċċa għat-tieni darba dan l-istaġun.

Centenary Stadium Il-Ġimgħa 4 ta’ Jannar 2013

MELLIEĦA........0 ST.VENERA.....2

[h.t. 0 – 1]

Formazzjoni: S. Gauci, L. Cauchi , M. Vella, D. Cauchi, D. Borg[ii], W. Borg(capt.), W. Borg St.John, J. Zammit (80min. M. Trapani), K. Simiana (75min. J. Farrugia), G. Galea, R. Cutajar (60min. J. Cutajar).

Statistika: Kontra St.Venera lgħabna 34 darba. Rbaħna 9, draw 10, u tlifna 15. Gowls favur 32, kontra 30.

F’din il-loghħba ddebutta Jake Farrugia(16-il sena).

Centenary Stadium Is-Sibt 20 ta’ Ottubru 2012

MELLIEĦA........0 ŻEBBUĠ........3

[h.t. 0 – 1]

Formazzjoni: J. Abela, L. Cauchi , D. Cauchi, M. Vella, M. Trapani (73min. A. Attard), W. Borg (capt.),

W. Borg St.John ( 80min.D. Borg[i]) , D. Borg [ii] (58min. J. Muscat), K. Simiana, G. Galea, R. Cutajar.

Statistika: Kontra Żebbuġ lgħabna 32 darba. Rbaħna 8, draw 9, u tlifna 15. Gowls favur 32, kontra 45.

Dan l-istaġun inqlajna mill-ewwel mit-Trophy, wara li s-sena l-oħra spiċċajna mal-aħħar sittax.

Page 7: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Nagħtu ħarsa lejn l-andament tat-tim Melliehi sal-ewwel rawnd dan l-istaġun. Nibda billi nsemmi xi akkwisti li għamilna fis-sajf.

Forsi l-aktar wieħed importanti kien l-akkwist lura għal kollox ta’ David Cauchi mingħand il-Mosta, wara li dawn kienu xtrawh mingħandna erba’ snin ilu.

B’self għal staġun ġibna lil Giovanni Galea ta’ Sirens, William Borg, u Darren Borg mingħand Rabat u lil Kevin Fenech mingħand Naxxar. Irreġistrajna wkoll lil Justin Zammit (ex-Naxxar), Daniel Saliba (ex-St. Andrew’s) u lil Jonathan Muscat (ex-Mosta).

Fit-Tieni Diviżjoni dan l-istaġun, inbidlet ir-regola tal-plejers barranin, u flok tlieta stajna nilagħbu wieħed biss. Għażilna li nżommu lill-Ingliż Phil Taylor.

Dan l-istaġun l-MFA iddeċidiet li l-Ewwel Diviżjoni jiżdied b’żewġ timijiet. B’hekk mit-Tieni Diviżjoni ser jitilgħu erba’ timijiet, u jiġu relegati tnejn.

Bħala statistika, s’issa kontra li ġara s-sena l-oħra, ma ksirna l-ebda rekord pożittiv. Anzi kellna wieħed negattiv, meta tlifna 1-7 kontra Żebbuġ, li hija l-akbar telfa li qatt kellna fil-leagues tal-MFA.

Lgħabna 14-il logħba uffiċjali, 13 fil-league, u 1 fl-F.A. Trophy. Rbaħna 4, draw 4, u tlifna 6. Gowls favur 12, kontra 26.

Fil-klassifika ninsabu fil-11-il post, 6 punti bogħod mill-promozzjoni, u 8 punti fuq it-tim li jinsab it-tieni mill-aħħar, li jfisser relegazzjoni.

Il-kowċ Alex Delia għamel użu minn 25 plejer, li minnhom kien hemm sitt debuttanti:- Darren Borg (ii), Mark Farrugia, Daniel Saliba, Jonathan Cutajar, Jonathan Muscat, u Jake Farrugia.

L-iżgħar plejer kien Ryan Cutajar li twieled f’Awwissu ’96 – 16-il sena, u l-aktar plejer anzjan hu Kevin Fenech li twieled f’Mejju’78 – 34 sena.

Tliet plejers lagħbu fl-14-il logħba:- Wayne Borg St.John, Giovanni Galea, u Kyle Simiana. Giovanni Galea hu l-aktar wieħed li lagħab - 1250 minuta.

5 plejers skorjaw 12-il gowl bejniethom:- Giovanni Galea – 5, Wayne Borg St.John – 3, Phil Taylor – 2, Kyle Simiana – 1, Ryan Cutajar – 1.

Kellna tliet penalties favur tagħna, skorjajna tnejn minnhom. Wieħed Wayne Borg St.John u l-ieħor Phil Taylor, li falla l-penalty l-ieħor. Kontrina kellna tnejn, wieħed skurjat.

Karti ħomor kellna 3 – tnejn Kevin Fenech u oħra Phil Taylor.

Karti sofor s’issa kellna 34 fil-league. Mill-aktar li qatt kellna sal-ewwel rawnd.

Il-logħba tal-league kontra Żebbuġ, kienet id-900 waħda kompetittiva tal-Mellieħa, fil-leagues tal-MFA

Page 8: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Klassifika 15-01-13 P. W. D. L. F. A. Pts.

ŻEBBUĠ 13 8 4 1 3 15 28

SAN ĠWANN 13 6 5 2 26 14 23

MSIDA 13 6 4 3 27 21 22

ST. GEORGE'S 13 5 6 2 22 16 21

ŻURRIEQ 13 5 5 3 20 14 20

ST. PATRICK'S 13 6 2 5 17 14 20

FGURA 13 6 2 5 21 22 20

SIĠĠIEWI 13 5 3 5 19 19 18

PEMBROKE 13 4 5 3 20 16 17

KIRKOP 13 4 4 5 14 16 16

MELLIEĦA 13 4 4 5 12 23 16

ST. VENERA 13 2 4 7 17 31 10

GĦARGĦUR 13 1 5 7 14 20 8

MĠARR 13 1 3 9 14 32 6

Ktieb tal-50 sena fl-MFA

Dan il-ktieb, li ġie ppublikat biex jitfakkar il-ħamsin sena ta’ parteċipazzjoni fil-Leagues tal-M.F.A., mill-Mellieħa Sports Club, intlaqa tajjeb ħafna mill-membri u plejers tal-klabb tagħna. L-editur Anthony Borg iddedikah lill-President Onorarju tal-Club, is-Sur Eddie Camilleri li għal ħafna snin kien President. Fih artikli interessanti tal-President attwali Alfred Vella Borg, u ta’ żewġ ex-Viċi-Presidenti; Karmenu Bartolo, u Alfred Vella.

Jinkludi wkoll statistika kompluta u interessanti miġbura minn Sunny Abela.

Min għadu m’akkwistax kopja, jista’ jikseb wieħed mill-Bar tal-każin, jew jikkuntattja lis-Segretarju tal-Club.

Nieħdu l-opportunita biex nirringrazzjaw lil kull min għen biex saret din il-pubblikazzjoni.

Page 9: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Under 19

Pembroke - Mellieħa 2 - 2 Mauro Calleja, Matthew Vella.

Mellieħa - Lija Ath. 1 - 1 Ryan Cutajar.

St. Venera - Mellieħa 1 - 1 Matthew Vella.

Mellieħa - Tarxien 2 - 0 Ryan Cutajar, Kyle Simiana.

Msida - Mellieħa 1 - 0

Mellieħa - Żejtun 3 - 2 Fabian Axisa, Daniel Saliba, Matthew Vella.

Gudja - Mellieħa 1 - 4 Kyle Simiana, Matthew Vella, Daniel Saliba 2.

Mellieħa - Mġarr Utd. 3 - 0 Daniel Saliba 2, Kyle Simiana.

Mellieħa - Dingli 1 - 2 Fabian Axisa.

Knock-out

Mellieħa - Dingli 2 - 1 Daniel Saliba, Isaac Fenech.

Under 17

Mellieħa - Żejtun C. 2 - 3 Ryan Cutajar, Jamie Vella.

Mellieħa - Balzan Y. 0 - 5

Mellieħa - Naxxar 1 - 1 Jack Vella

Mellieħa - Qormi 1 - 2 Jack Vella

Mellieħa - Msida 1 - 5 Jonathan Cutajar (pen.)

Mellieħa - St. Andrew's 1 - 6 Jonathan Cutajar.

Mellieħa - Rabat 1 - 0 Jonathan Cutajar.

Mellieħa - Floriana 0 - 3

Mellieħa - Żebbuġ R. 1 – 1 Jack Vella.

Under 15

Mellieħa - San Ġwann 0 - 3

Mellieħa - Qormi 0 - 8

Mellieħa - Żebbuġ 2 - 2

Mellieħa - Birkirkara 1 - 8 Michael Micallef.

Mellieħa - Pembroke 0 - 2

Mellieħa - Tarxien 2 - 3 Michael Micallef 2.

Mellieħa - St. Patrick's 1 - 2 Thomas Stellini.

Mellieħa - Żejtun 5 - 2 Carlo Delia 2, Simon Cutajar 2, Dean Robertson.

Page 10: L-iSports Issue 59 Januar 2013

minn Alfred Vella Borg

Wara li fis-sajf li għadda sar il-kuntratt tal-bejgħ tal-każin fi Triq il-Madonna ta’ Fatima lill-Kunsill Lokali, mill-ewwel bdejna naħsbu fuq it-tkomplija tal-kumpless sportiv fi Triq Qasam Barrani.

Il-permessi tal-bini kien ilhom li ħarġu aktar minn sena, u għalhekk stajna nibdew naħsbu fuq kuntatti ma’ kuntratturi li setgħu jagħmlu dan ix-xogħol u allura ġew maħruġa ‘Bill of Quantities’ biex setgħu jimxu fuqhom u jissottomettu l-prezzijiet.

Issa wasalna fil-fażi finali ta’ dan l-eżerċizzju u nisperaw li fil-bidu tas-sena l-ġdida nkunu nistgħu nagħtu bidu għat-tkomplija ta’ dan il-proġett ambizzjuż, li ser jagħti lill- Mellieħa l-aqwa faċilitajiet li wieħed isib fi klabb u grawnd tal-futbol.

Barra l-grawnd bil-ħaxix u dawl artifiċjali ġa eżistenti, ser isir bini ta’ ‘Clubhouse’ ġdid bil-faċilitajiet amministrattivi moderni u sala għall- funzjonijiet soċjali fil-pjan terran.

Fl-ewwel sular ser isir Sports Bar li ser ikollu jikkumplimentah terazzin kbir u oħrajn iżgħar u li jingħaqad mal-kamra tal-biljard li diġà teżisti. Fit-tieni sular, ser ikun hemm ‘dining room’ kompluta bil-faċilitajiet tal-kċina, kif ukoll terazzin għall-arja aperta.

Barra minn hekk ser tinbena wkoll ‘Clubhouse’ ġdida għan-Nursery tal-futbol fuq tliet sulari, bil-faċilitajiet moderni li wieħed jistenna.

Dan kollu ser jkkumplimenta l-bini li diġà jeżisti, fejn ser isir xi tibdil żgħir strutturali biex finalment ikollna erba’ ‘changing rooms’ bil-faċilitajiet kollha. Ser ikollna wkoll tmien kmamar ta’ akkomodazzjoni li jistgħu jintużaw għal ‘Training camps’, flimkien ma’ Gym ta’ klassi għolja, li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwaru ma’ persuni li huma interessati li jarmawh u jmexxuh.

Meta wieħed jikkunsidra li ma dan kollu hemm ukoll il-‘pitch’ sintetiku 5-a-side fuq il-bejt li diġà jiffunzjona, nistgħu ngħidu li ser ikollna kumpless komplut, bil-ħsieb li ’l quddiem, anke t-timijiet tal-Baseball u Softball ikunu jistgħu jgawdu minnu, meta jinstab post fejn ikollhom il-‘clubhouse’ tagħhom.

MEMBERSHIP IL-ĦLAS TAL-MEMBERSHIP GĦAS-SENA 2013 GĦANDU JSIR GĦAND IS-SEGRETARJU, MATUL JANNAR u FRAR.

L-MIŻATA HI TA’ €12 . KOPPJA - €18 .

IL-ĦLAS JISTA’ JSIR UKOLL BIL-POSTA, BILLI JINTBAGĦAT ĊEKK LIS-SEGRETARJU FUQ L-INDIRIZZ TAL-KAŻIN:

MELLIEĦA SPORTS CLUB, TRIQ VINĊENZO CIAPPARA, IL-MELLIEĦA.

Page 11: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Għadna kif qbiżna n-nofs tal-istaġun 2012-2013. Nistgħu ngħidu li l-andament tal-ħidma tagħna fin-Nursery huwa wieħed pożittiv. L-impenji ma naqsux, u nistgħu ngħidu li l-impenji kienu kbar. Nittamaw li għal dawn it-tliet xhur li fadal it-temp iħallina inkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna. Illum xtaqt nagħti ħarsa ħafifa għal dak kollu li wettaqna f’dawn l-ewwel ħames xhur tal-istaġun.

Age Groups mill-Under 6 sal-Under 12’s.

Dawn il-gruppi kellhom 2 sessjonijiet ta’ taħriġ kull ġimgħa. Il-parteċipazzjoni tagħna fil-Football Festivals tar-Reġjun kienet waħda impenjattiva. L-Under 11’s u l-Under 12’s qegħdin jieħdu sehem f’żewġ festivals organizzati mill-Y.F.A., b’diversi logħbiet 8-a-side fi grawnds differenti.

Age Group Under 13’s.

Dan il-grupp, taħt it-tmexxija tal-kowċ James Abela, u l-assistent tiegħu Michael Vella, kienu impenjati b’diversi logħbiet ta’ ħbiberija. L-esperjenza li qegħdin jieħdu minn dawn il-logħbiet ta’ ħbiberija żgur li se jsibuha s-sena d-dieħla, meta dawn l-istess tfal jilagħbu fil-kampjonat tal-Under 15’s. Lill-kowċis u l-itfal kollha tal-grupp ngħidilhom prosit tal-impenn tagħhom.

Age Group Under 15’s.

Din is-sena t-tim tagħna qiegħed jieħu sehem f’Sezzjoni B tal-kampjonat ta’ taħt il-15-il sena, organizzat mill-Y.F.A., wara li s-sena l-oħra ġejna rrelegati għal din il-kategorija. Kif jiġri dejjem, minn dan il-grupp tlifna l-maġġoranza tal-plejers, peress li telgħu jilagħbu mal-Under 17’s. Tlifna wkoll 3 plejers regolari li ngħaqdu ma’ timijiet oħra, għaldaqstant il-kowċ Cassar Aldrin u l-assistent tiegħu, Norman Martin kellhom biċċa xogħol iebsa li jibnu tim kompetittiv biex jilgħab kontra timijiet ferm ikkwotati minna. Ħafna mill-plejers li qegħdin jiffurmaw it-tim tal-Under 15’s huma plejers li qegħdin jilagħbu għall-ewwel darba f’dan il-livell. Għalkemm it-tim għadu rebaħ logħba waħda biss, il-prestazzjonijiet b’mod partikolari f’dawn l-aħħar partiti, huma inkoraġġanti. Nirringrazzjaw lill-kowċis u l-plejers li jiffurmaw dan il-grupp, għall-impenn tagħhom. Inħeġġuhom biex għal-logħbiet li fadal ma jaqtgħux qalbhom u jagħtu l-massimu ta’ dak kollu li jafu. Ikunu determinati u fuq kollox dedikati ghall-kumplament tal-istaġun. L-esperjenza li qegħdin jakkwistaw din is-sena żgur se tgħinhom għall-istaġun li ġej.

Age Group Under 17’s.

Dan il-grupp, taħt it-tmexxija ta’ Brian Bartolo u l-assistent tiegħu Kevin Cassar, nistgħu ngħidu mhux qiegħed ikollhom staġun daqshekk pożittiv. Kellhom riżultati mħallta. F’dan il-grupp insibu diversi plejers b’ċertu potenzjal, u jekk jibqgħu jieħdu l-affarijiet bis-serjeta’ jistgħu jkunu plejers li fil-futur qarib ikunu jiffurmaw parti mill-iskwadra tat-tim tal-kbar.

Attivitajiet oħra

It-Tlieta 19 ta’ Marzu 2013, festa pubblika, għad-disa’ sena konsekuttiva se jiġi organizzat il-Jonathan Abela Memorial. Din is-sena se jkun għal waħda mill-kategoriji ż-żgħar u se jieħdu sehem diversi timijiet mistiedna. Irrid hawnhekk nirringrazzja lill-ġenituri ta’ Jonathan u lis-sur Ray Galea għas-support li jagħtuna biex inkunu nistgħu norganizzaw dan it-turnament. Nħeġġeġ lill-ġenituri sabiex jattendu u jagħtu l-inkoraġġiment tagħhom l-itfal li jkunu qegħdin jieħdu sehem.

Fl-ewwel Ħadd ta’ April se norganizzaw għal darb’oħra l-attivita’ tant mistennija mit-tfal:- il-Penalty Shoot Out. Din se tkun bl-istess format tas-sena l-oħra, wara li s-sena l-oħra it-tibdil li għamilna ntlaqa’ b’mod pożittiv u nistgħu ngħidu li hija l-unika attivita’ ta’ Fund Raising li tgħinna bis-sħiħ biex nirkupraw ftit mill-ispejjeż tan-nursery. Nirringrazzja lill-Kunsill Lokali Mellieha li ta’ kull sena joffri l-kollaborazzjoni tiegħu f’din l-attivita’.

Għal darb’oħra nagħlaq dan il-messaġġ billi nagħti r-ringrazzjament tiegħi lil dawk kollha li qegħdin jagħtu s-sehem tagħhom lin-Nursery tagħna, u nappella biex aktar ġenituri jieħdu nteress f’dak kollu li tkun qegħda torganizza n-Nursery.

L-inkoraggiment tagħkom jistimulana fil-ħidma tagħna.

Page 12: L-iSports Issue 59 Januar 2013

20 ta’ Mejju – Bidu taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju tal-parteċipazzjoni tal-Mellieħa Sports Club fil-Leagues tal-MFA.

Logħba bejn il-plejers veterani.

Logħba kommemorattiva kontra Siggiewi 6 – 2.

Riċeviment fis-sala tal-każin.

25 ta’ Mejju – Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju, u End of Season Dinner fid-Danish Centre.

26 ta’ Mejju – It-tim tal-Minors tilef il-finali tan- Knock-out bl-iskor ta’ 0-3, kontra Balzan Youths.

3 ta’ Ġunju – End of Season tal-Mellieħa Sports Club Football Nursery, fl-iSplash & Fun Park, Baħar iċ-Ċagħaq. 17 ta’ Ġunju– Laqgħa Ġenerali Annwali fil-każin.

26 ta’ Ġunju – L-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-istaġun 2012/13.

16 ta’ Lulju – L-ewwel sessjoni ta’ trejning, taħt il-kowċ il- ġdid Alex Delia.

16/17/18/19 ta’ Awwissu – L-Iljieli Melleħin: Ipparteċipajna bi stand inbigħu ikel Malti - ‘Ftira bil-majjal’.

21 ta’ Awwissu – Mellieħa S.C. jirbħu l-Mellieħa Challenge Cup għat-tieni sena konsekuttiva, meta jispiċċaw l-ewwel fil-league li fih ħadu sehem it-timijiet Għawdxin Sannat Lions u S.K. Wanderers, bir-raba’ tim ikun Pembroke Athleta.

6 ta’ Settembru – Festa Drinks fis-sala tal-każin.

Jiġi ppreżentat il-ktieb ‘50 Sena fil-Malta Football Association 1961 – 2011’ minn Anthony Borg.

29 ta’ Settembru – Bidu tal-istaġun tal-Mellieħa Sports Club Football Nursery.

14 ta’ Dicembru – Bixkla / Fenkata fil-każin.

20 ta’ Diċembru - 24 ta’ Diċembru – Il-Milied Mellieħi fil-Pjazza tal-Parroċċa, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Ipparteċipajna bi stand tal-‘hotdogs’.

1 ta’ Jannar – Preżentazzjoni tal-għotja ta’ flus lid-Dar tal-Providenza, Siġġiewi, flimkien ma’ Għaqdiet oħra Melleħin li pparteċipaw f’Milied Mellieħi. Is-somma miġbura mill-Mellieħa Sports Club kienet ta’ €410.

Page 13: L-iSports Issue 59 Januar 2013

PRESIDENT ONORARJU EDDIE CAMILLERI

PRESIDENT ALFRED VELLA BORG

VIĊI - PRESIDENT ANZJAN JOE FENECH

VIĊI - PRESIDENT JOE CUTAJAR

SEGRETARJU ĠENERALI SUNNY ABELA

TEŻORIER ELIZABETH VELLA

ASSISTENT SEGRETARJU (FUTBOL) STEVE MIFSUD

ASSISTENT SEGRETARJU (ADMIN.) PATRICK CUTAJAR

ASSISTENT TEŻORIER ANTON VELLA

MANIĠER TAT-TIM TAL-FUTBOL SANDRO VELLA

P.R.O. u UFFIĊJAL TAL-I.T. ALDO VELLA

DELEGAT 'FOOTBALL NURSERY' SALVU VELLA

MANIĠER TAL-KIT CHARLIE FENECH

MANIĠER TAL-GRAWND MICHAEL VELLA

Page 14: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Tieni Diviżjoni Riżultati

21/10/2012 Mellieħa vs Banjos 28 – 32

04/11/2012 MIA vs Mellieħa 27 – 23

11/11/2012 Mellieħa vs NRG Alpine 35 – 24

16/12/2012 All Ages Too vs Mellieħa 30 – 39

Logħob li jmiss

13/01/2013 Mellieħa vs Mtarfa

24/02/2013 Ta’ Xbiex ASC vs Mellieħa

Bdejna dan l-istaġun fuq nota negattiva b’żewġ telfiet mat-

timijiet Banjos u MIA, b’distakk marġinali ħafna.

Irnexxielna naqilbu dan l-andament, b’żewġ rebħiet l-ewwel

mat-tim NRG Alpine u wara mat-tim All Ages Too.

L-aħħar rebħa kienet pożittiva ħafna għalina għax kienet logħba

akkanita ferm u kien ilna ħafna ma nirbħu lil dan it-tim.

Il-logħba li jmiss hija kontra Mtarfa, tim li daħal f’dan il-league

din is-sena, u li s’issa ma rebaħ l-ebda logħba.

L-aħħar logħba ta’ dan l-istaġun, se tkun ma’ Ta Xbiex, tim li ilu

stabbilit sew u dejjem offra oppożizzjoni iebsa.

Din is-sena t-trejning tan-netball beda jsir fil-Park il-ġdid ta’

Selmun – Il-Park tal-Familja. Qed nistennew bil-ħerqa li dan

il-proġett jitlesta kompletament, għax dan il-park se joffrilna

faċilitajiet eċċellenti u attrezzati sew fejn nittrenjaw u ntejbu

l-livell fiżiku personali u tat-tim.

Nisperaw li nġibu aktar riżultati pożittivi, u ntejbu

l-pożizzjoni tagħna fil-klassifika.

Judith Cilia - Team Captain

Tombola/Coffee Morning fil-Każin.

Kull l-aħħar Erbgħa tax-xahar, fid-9.30 am’ jiġi organizzat Coffee Morning fis-sala tal-każin,

li titmexxa minn Joe Cutajar, bl-għajnuna tal-membri tal-Ladies Circle.

Page 15: L-iSports Issue 59 Januar 2013

Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Diċembru kellna serata oħra tal-Bixkla fil- każin tal-Mellieħa Sports Club. Ħadu sehem 16-il tim, u ntrebħet mill-koppja Eddie (tal-Blu) u Grezzju (tal-Manikata). Dan it-tim huwa wieħed mill-veterani fit-turnaments tal-Bixkla, għalkemm kien ilu ftit ma jirbaħ din il-kompetizzjoni fl-iSports Club. Fil-Finali għelbu lit-tim ta’ Luke (Deguara) / Joe (ir-Roma) bl-iskor ta’ 6 - 5. Kienet finali tassew kumbattuta, u ntrebħet bl-aħħar ġukata b-iskor ta’ 61-59.

Fis-Semi-finali Eddie/Grezzju għelbu lill-eterni rivali tagħhom Charlie (Smith) / Natalino, filwaqt li Joe / Luke għelbu lil Joe (L- Iżgiċċ) / Joe (Friġġieri).

Il-logħob kollu kien bħas-soltu akkanit, u ntlagħab f’atmosfera ta’ ħbiberija li dejjem tispikka f’dan it-tip ta’ turnament.

Qabel intlagħbu s-semi-finali, ġiet servuta l-fenkata mħejjija minn Johnnie, il-barman tal-każin. Nagħmel appell lill-ħbieb tagħna, biex meta terġa tiġi organizzata l-Bixkla, jingħaqdu magħna għall-fenkata u żgur ma jiddispjaċihomx. L-ikla tikkonsisti fi platt spagetti biz-zalza tal-fenek, fenek moqli jew stuffat u patata (chips), u deżerta. Inbid jew soft drink. Tiekol u tixrob inbid kemm trid, għall-prezz ta’ €15 biss. Tista tiġi għall-ikel mingħajr ma’ tilgħab il-bixkla. L-ikel jiġi servut għat-20:30. Il-Bixkla tibda fis-19:00.

Ir-riżultati tal-bixkla kienu dawn:

L-ewwel rawnd : Luke / Joe – Chris / Fredu 6 – 4. Victor / Indri – Ray / Peter 6 – 4.

Martin / Leli – Joe / Dennis 6 – 5. Joe / Joe - Ryan / Sean 6 – 0.

Eddie / Grezzju – Reno / Anglu 6 – 5. Charlie / Mike – Ninu/ Joe 6 – 5.

Elio / Mario – Sunny / Ray 6 – 1. Natalino / Charlie – Charlie / Michael 6 – 3

Kwarti-finali : Luke/ Joe - Martin/Leli 6 – 4. Joe / Joe - Charlie/ Mike 6 – 4.

Natalino / Charlie - Mario / Elio 6 – 4. Eddie / Grezzju - Victor / Indri 6 – 2.

Semi-finali: Eddie/Grezzju– Natalino/Charlie 6 – 3. Luke / Joe - Joe / Joe 6 – 3.

FINAL: Eddie / Grezzju - Luke / Joe 6 – 5.

Mellieha Sports Club

Triq Vincenzo Ciappara

Mellieha

Tel: 21523583

website : www.melliehasportsclub.org email : [email protected]

Bord Editorjali

Sunny Abela

Aldo Vella

Anton Vella

Steve Mifsud

Proof reading– Alfred Bartolo