luminariasan pawl fl-ikonografija biżantina dun raymond portelli - 25 sena saċerdozju mons kan....

64
LUMINARIA Ġunju ‘19 nru. 132

Upload: others

Post on 06-Mar-2020

79 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

LUMINARIAĠunju ‘19 nru. 132

Page 2: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

Ritratt ta’ kwadru li jinsab fil-belt ta’ Antwerp li hu simili għal dak tat-titular meqjum fil-Bażilika tan-Nadur.Inċiżjoni ideata u maħduma mill-artist Naduri Justin Falzon, li turi perspettiva tal-artal tal-Kor li jinsab taħt it-titular tal-Bażilika tan-Nadur. Ġie stampat numru limitat ta' 99 kopja ta' din l-inċiżjoni li qed tinbiegħ €100 mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Page 3: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

Ritratt ta’ kwadru li jinsab fil-belt ta’ Antwerp li hu simili għal dak tat-titular meqjum fil-Bażilika tan-Nadur.Inċiżjoni ideata u maħduma mill-artist Naduri Justin Falzon, li turi perspettiva tal-artal tal-Kor li jinsab taħt it-titular tal-Bażilika tan-Nadur. Ġie stampat numru limitat ta' 99 kopja ta' din l-inċiżjoni li qed tinbiegħ €100 mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Page 4: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

LUMINARIAĠunju ‘19 nru. 132

Page 5: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

1

Ġunju '19

BORD EDITORJALIĦarġa Nru. 132 Ġunju 2018 • Il-Ħamsa u Tletin Sena• Rivista ta’ kull tliet xhur maħruġa mill-Parroċċa San

Pietru u San Pawl, Nadur• Ippubblikata mill-Bord Editorjali magħmul minn:

L-Arċipriet Mons. Jimmy Xerri, Miriam Muscat - Editur, Joseph Muscat, Mary Ann Pace, Charline Grech, Maria Camilleri

• Qari tal-Provi: Miriam Muscat, Maria Attard, Noemi Portelli, Mary Grace Mercieca

• Ritratti ta': Martin Attard, Monica Grima, Mario Muscat, Alessio Sultana, Anthony Cassar

• Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu ppubblikati mhumiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali

• Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali, ‘LUMINARIA’, Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza 28 ta’ April 1688, Nadur NDR 1033, Għawdex. Tel: 2155 1649

• Disinn u layout ta’ Maria Camilleri• Stampata bl-Offset, "Portelli Print" Nadur. Tel: 2155 8232• www.nadurparish.com

Messaġġ mill-Arċipriet

Messaġġ mis-Sindku

Kronaka tal-Parroċċa

Paġna M.U.S.E.U.M. Bniet

Mill-memorja kollettiva

Paġna M.U.S.E.U.M. Subien

Apprezzament - Karmenu Muscat & Frances Camilleri

Mid-Djarju tal-Iskola

Miċ-Ċentru taż-Żgħażagħ

Suor Felice Camilleri - 50 sena Reliġjuza

Nadur Youngsters

Ħidma għall-Festa

Leħen il-Banda Mnarja

Għaqda tan-Nar San Pietru u San Pawl

Il-knisja Matriċi, Arċipretali, Kolleġġjata Insinji u Bażilika tan-Nadur

It-Tgħanniqa

Il-Ġraj jiet ta’ San Pietru u San Pawl fir-Rakkont tal-Atti tal-Appostli

San Pawl fl-Ikonografija Biżantina

Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju

Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju

Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta' Madre Tereża

Dun Mikiel Attard - 60 sena Saċerdozju

Simboli Marbuta ma' San Pietru u San Pawl

San Pietru fil-Ktaj jen

Status Animarum 1894

Inawgurazzjoni tal-Pittura tas-Saqaf fil-Kappellun tal-Kurċifiss

Bijografija ta' Joseph Chetcuti

In-Nadur fil-Letteratura Nazzjonali Maltija

Baħrin Nadurin li avvanzaw fl-istudji tagħhom fil-qasam marittimu

Xi logħob ta' dari tat-tfal u x-xjenza ta' warajh

Xita fin-Nadur

2

3

4

8

9

10

11

12

14

15

17

18

22

23

24

25

26

28

32

34

37

38

41

42

44

47

48

50

54

56

60

LUMINARIA - Werrej

Il-Bord Editorjali jixtieq jawgura

l -Fes t a t -Ta j baRitratt tal-Qoxra: Ir-ritratt juri l-kuppletta tal-Erwieħ li issa tlesta r-restawr fuqha. Ix-xogħol metikoluż biż-żebgħa, konsolidament

tal-wiċċ tal-ġebla u applikazzjoni tad-deheb tal-folja sar minn Mark Falzon bis-superviżjoni tal-perit Edward Scerri u Paul Muscat tar-ReCoop.

Page 6: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

2

Ġunju '19

Mill-Ħajja tal-Komunità

L-Arċipriet

Il-qaddisin huma l-mudelli għall-ħajja tagħna fid-dinja tal-lum. Għexu fi żminijiet oħrajn imma l-messaġġ u l-istil tal-ħajja tagħhom għadu jidwi fi żmienna.

Biex qaddis ikun “utli” għalina għandu jħallina naħsbu, nixtarru u nirriflettu fuq li huwa qal u li għamel. San Pietru u San Pawl huma l-qaddisin patruni tan-Nadur. X’inhuma jgħidulna lilna fil-mixja tal-ħajja li qed ngħixu llum?

Nistħajjilhom li ġew hawnhekk, propju ftit qabel jiem il-festa. Nistħajjel li talbu sabiex jagħtu messaġġ lill-kommunità parrokkjali qabel il-quddiesa tan-novena. U x’qalulna?

Pietru qam bilwieqfa, b’dik il-leħja twila u bajdanija. Fetaħ idejh, xerfin bix-xogħol, lejn in-nies. Il-vuċi kienet soda. Il-kliem ħareġ waħda waħda u qal: “Il-mewta tiegħi seħħet f’Ruma u għadmi ssibuhom taħt l-altar maġġur fil-Knisja ta’ San Pietru. Jien kont Lhudi u ġejt Ruma biex inxandar li Ġesù huwa s-Salvatur tagħkom. Ma tantx mort skola imma l-liġi kont nafha. Nistħi ngħid imma intom tafu li jien kont beżżiegħi u ċħadt lill-Imgħallem. Nagħtikom parir għall-festa: Taljenawx ruħkom minn dak li hu l-iktar essenzjali, tħallux raskom timtela bl-ideat tagħkom biss. Kunu ferħanin, l-iktar meta jaħqrukom għax tħobbu lil Kristu. Kunu Ewropej kif iridkom Ġesù. Uru kompassjoni mal-barrani u ma’ min hu fil-bżonn. Aħdmu għal kultura li tirrispetta l-familja.”

Nistħajjel lil Pawlu wkoll ġej ftit qabel ma tibda n-novena. Imur fuq il-pulptu sabiħ li għandna fil-Knisja u jgħid “Ippermettuli nitla’ hawn fuq biex tarawni għax jien qsajjar. Għeżież Nadurin, jiena Pawlu ta’ Tarsu, imma wkoll Pawlu tal-Maċedonja, ta’ Ateni, ta’ Korintu u ta’ Malta. Jien Pawlu Kosmopolita, Pawlu tad-dinja kollha. Tgħallimt li l-kuntatt personali mal-istranġieri bil-mod jagħmilna ħbieb magħhom. Taħqrux lill-barrani. Żommu l-affarijiet importanti fl-ewwel post. Xħin jien iltqajt ma’ Kristu, għoddejt il-kumplament bħala knis. Il-ħajja sabiħa: taħluhiex. F’ħajti dort id-dinja ta’ żmieni. Ma rajtx kulur jew reliġjon. Ippruvajt inressaq lil kulħadd lejn il-Mulej.”

Fil-festa ġieli nibqgħu fuq il-qoxra tal-affarijiet. Niftakru fil-qawl ċiniż “L-imbeċilli huwa dak li xħin b’subgħajk turilu l-qamar jibqa’ jħares lejn subgħajk”.

MESSAĠĠ TAL-ARĊIPRIETMONS JIMMY XERRI

San Pietru u San Pawl, uruna lil Ġesù!

Il-FESTA T-TAJBA!

Bħal

Piet

ru u

Paw

lu G

ħall-

Ewro

pa

Page 7: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

3

Ġunju '19

MESSAĠĠ MIS-SINDKUEDWARD SAID

Insarrfu l-festa f’qabża ta’ kwalitàDan hu Kunsill Lokali ġdid fjamant li se jkun qed jiffaċċja l-Imnarja ta’ din is-sena bħala l-ewwel attività uffiċjali tiegħu. M’iniex se noqgħod ngħid kemm il-Kunsill hu attiv f’kulma jiġri fin-Nadur. Dak hu fatt li kulħadd jarah b’għajnejh u jmissu b’idejh. Li l-Kunsill jiddedika l-ħin u l-fondi biex isaħħaħ u jkabbar attivitajiet relatati mal-festa tal-Imnarja huwa dmir li dejjem wettaqnieh u li rridu nibqgħu nwettquh bil-kbir.

Iżda bħalma nemmen jien u l-Kunsill Lokali ġdid immexxi minni, issa wasal iż-żmien li nagħmlu qabża ta’ kwalità ħalli raħalna anke fil-festa jkollu l-aqwa u l-aħjar. Tajjeb li attivitajiet bħall-Wirja Agrarja u ta’ Artiġjanat nibqgħu nagħmluhom biex inżommu ħajjin it-tradizzjonijiet u fl-istess waqt nesponu t-talenti tar-raħal, iżda nixtieq li nibda nara hawn ukoll qabża ta’ kwalità. Ejjew ilkoll flimkien nagħmlu sforz ġenwin biex waqt li nesponu l-ħiliet tal-bidwi Naduri, flimkien u b’kuraġġ nagħmlu l-attività vetrina ta’ raħalna mal-Gżejjer Maltin kollha. Tiddejqux tiġu ’l quddiem b’ideat ġodda, prodotti ġodda u ħiliet ġodda li forsi sal-lum ma kellniex il-ħin jew il-kuraġġ li nesponu. Tiddejqux, anzi nħeġġiġkom biex lit-tfal timbuttawhom jattendu għall-attivitajiet li norganizzawlhom biex huma wkoll igawdu l-ġranet tal-festa. Il-parteċipazzjoni tat-tfal tal-lum hi l-garanzija ta’ festa ikbar u isbaħ fil-ġejjieni.

Hu propju għalhekk li l-Kunsill jemmen u jħoss li hu dmir sagrosant tiegħu li jgħin b’kull mod fl-attivitajiet taż-żgħażagħ, l-ikla tradizzjonali, il-xalata tal-festa, il-kunċert “Big Band Adventures” u oħrajn. Għax jekk hu importanti li dawn l-attivitajiet isiru, hu iktar importanti li nagħtuhom timbru speċjali: “Made in Nadur”. Nixtieq li kull attività li ssir relatata mal-festa jkollha laqta partikulari li tgħolli isem ir-raħal tagħna. Din hi l-qabża ta’ kwalità li rridu nibdew inrawmu mill-bidu nett. Jekk inħallu attivitajiet bħal dawn li semmejt isiru bħas-soltu, inkunu biss żammejna l-appuntament mal-kalendarju u daqshekk. Jekk nagħtuhom laqta Nadurija nkunu għamilna qabża ta’ kwalità. Irridu nuru li aħna n-Nadurin kapaċi nifirħu mingħajr ma ndejqu jew noffendu lil ħadd. Li kapaċi nagħmlu kollox mill-aqwa u fl-istess ħin mingħajr esaġerazzjonijiet. Irridu nagħmlu ċert li f’kulma nagħmlu xejn ma jħammrilna wiċċna. Irridu nagħtu eżempju li aħna familja ta’ ftit eluf, bi ħsibijiet, opinjonijiet u għażliet differenti imma fl-istess waqt familja magħquda li kapaċi tifraħ u tferraħ bl-iktar mod dinjituż.

Hu propju għalhekk li l-Kunsill jikkollabora b’qalbu kollha mal-għaqdiet kollha fl-attivitajiet li jsiru, fil-ħruġ tal-permessi, fl-immaniġġjar tat-traffiku u fl-indafa pubblika. Jekk il-festa għal kull Naduri hija prijorità, għall-Kunsill hija wkoll prijorità li permezz tal-festa nuru tassew li nemmnu fil-kwalità u mhux kollox jgħaddi.

Jalla l-ġranet tal-festa tal-Imnarja jagħtu xhieda li n-Nadur tagħna joffri l-aqwa u l-aħjar għax jemmen fl-aqwa u fl-aħjar. Dan nagħmluh biss bil-ftehim, bl-għaqda, bid-djalogu sinċier u billi ma nibqgħux lura milli nagħtu s-sehem tagħna fejn meħtieġ.

F’ismi u f’isem sħabi l-Kunsilliera u l-istaff kollu nixtieq il-festa t-tajba lilkom għeżież residenti Nadurin, kif ukoll lil dawk ’il bogħod minn xtutna.

Il-festa t-tajba ad unur l-Appostli patruni tagħna San Pietru u San Pawl.

Page 8: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

4

Ġunju '19

Mary Ann Pace

KRONAKA TAL-PARROĊĊA

APRIL 2019 – MEJJU 2019

Mill-Ħajja tal-Komunità

aPRILIt-12 t’April ħabat is -sttin sena mill-ordinazzjoni ta’ Dun Mikiel Attard. Għalhekk wara il-purċissjoni tad-Duluri, Mons Rużar Borg, li kien ġie ordnat saċerdot ma’ Dun Mikiel, mexxa l-quddiesa fil-knisja parrokkjali. L-għada is-Sibt 13 t’April, Mons Isqof qaddes quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Kenuna fejn hemm midfun Dun Mikiel u sar talb għal vokazzjonijiet u talb għal proċess kanoniku għall-beatifikazzjoni tiegħu.

Il-pelleġrinaġġ bl-istatwa devota tad-Duluri, din is -sena beda minn Triq il-Qala u għadda minn Triq it-Tiġrija u Triq Lazzru Pisani u ntemm fil-pjazza. Fis-7.00pm bdiet konċelebrazzjoni fil-Knisja.

Ġimgħa Mqaddsa

Nhar Ħadd il-Palm l-14 ta’ April, sar it-tberik tal-palm fil-knisja tal-Qalb ta’ Ġesu u wara dawk preżenti, fosthom bosta tfal, imxew proċessjonalment sal-Bażilka fejn ġiet iċċelebrata quddiesa konventwali bis-sehem tat-tfal u l-familji bit-tema ’Qalb li Sservi’. F’dan il-Ħadd ukoll sar it-tberik tal-Mejda tal-Appostli fil- M.U.S.E.U.M. tas-subien.

It-tlieta saret ‘Il-Mixja tat-Tbatija’ - Via Sagra bis-sehem tal-adolexxenti fil-knisja. Matulha kien hemm saċerdoti disponibbli għall-qrar. L-Erbgħa – Jum ir-Rikonċiljazzjoni, Fr Marcello Ghirlando OFM mexxa ċelebrazzjoni penitenzjali fil-knisja f’ambjent ta’ ġabra.

F’Ħamis ix-Xirka filgħodu sar it-tberik taż-żjut fil-Katidral.

Page 9: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

5

Ġunju '19

Imbagħad filgħaxija waqt il-quddiesa sar il-ħasil tar-riġlejn tal-Appostli. Fi tmiem il-quddiesa Ġesù Ewkaristija ġie espost fis-Sepulkru u bdew is-seba’ visti.

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, 19 ta’ April, saret il-funzjoni tal-adorazzjoni ta’ Ġesù msallab fil-knisja. Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira b’diversi persunaġġi u l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira , bdiet ħierġa mill-parroċċa fis-6.00pm.

L-aktar mument qaddis ta’ matul is-sena tal-Knisja jilħaq il-qofol tiegħu nhar Sibt il-Għid fejn tiġi ċċelebrata l-Velja Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Għid. Ġesù li għadda mill-passjoni u l-mewt, issa qam għall-ħajja ta’ dejjem u aħna l-insara nemmnu li Kristu jrid li aħna ngħixu l-ħajja li tana hu. Nhar Ħadd il-Għid wara l-quddiesa solenni konventwali bis-sehem tat-tfal, ħarġet l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li tmexxiet proċessjonalment mat-toroq tan-Nadur bil-parteċipazzjoni tal-banda Mnarja. Fi tmiem il-purċissjoni tqassmu figolli lit-tfal preżenti.

Anniversarju tat-twaqqif tal-Parroċċa

Il-Ħadd 28 ta’ April ħabat it- 331 sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl. Għal dan il-mument għażiż saret quddiesa speċjali mmexxija mill-Isqof tagħna Mario Grech. F’dan il-jum ukoll saret it-tifkira ta’ Santa Gianna Beretta Molla li għażlet li tmut hi biex tgħix it-

tarbija li kellha fil-ġuf. Għal dan il-għan saret adorazzjoni fil-knisja mill-komunità Anawim, fejn sar talb favur il-ħajja.

MEJJUL-inċiżjoni ta’ Justin Falzon li turi l-prospettiva tal-artal tal-kor ġiet imnedija fid-19 ta’ Mejju 2019. Ġiet stampata edizzjoni limitata ta’ 99 kopja ta’ din l-inċiżjoni u qed tinbiegħ għal prezz ta €100 l-waħda. Dawk li jixtiequ jaraw l-inċiżjoni jistgħu jaslu wasla sal-uffiċċju parrokkjali. Wieħed jista’ jordna din l-inċiżjoni mill-istess uffiċċju.

Xogħol fil-knisja

F’dawn il-ġimgħat il-binja tal-knisja qed isirilha restawr minn ġewwa. Qed isir xogħol ta’ konsolidazzjoni, restawr u tindif f’partijiet tas-saqaf tal-knisja fejn kien hemm pasta u żebgħa deterjorata. Barra minn hekk qed isir ukoll xogħol ta’ installazzjoni tad-dawl kif ukoll qed tiġi installata sistema ġdida tas-sound.

Qed isir ukoll xi xogħol ta’ restawr fit-twieqi tal-istained glass li jinsabu fuq l-artali tal-ġnub fil-knisja. Din hija it-tielet stained glass minn tmienja u ħa ħsieb dan ir-restawr Joseph Louis Meilak.

Konsagrazzjoni tal-Knisja

Nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju fakkarna l-jum meta ġiet ikkonsagrata l-knisja parrokjali, b’quddiesa speċjali tal-konsagrazjoni fil-5.30pm.

Page 10: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

6

Ġunju '19

Page 11: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

7

Ġunju '19

AndriaCafetteria & Bar

Pjazza San Pietru

uSan Pawl,

Nadur.

Simply spoiltfor choice

PETER’S Butcher shopFor the fi nest cuts of local and foreign beef, pork and lamb.

A wide selection of unique homemade meat products such as kebabs, various burgers, marinated meat, bragioli, meat balls, juicy roasts and more... Specializing in Sausages varying from Maltese, spicy, BBQ, smoked cheesy, sweet and many more....

OPENING HOURS: Mornings: Tuesday to Saturday from 6.30 - 12.00Afternoons: Wednesday & Friday from 4.00 - 7.00 pm

Free Delivery

NOW OPEN IN NADUR

TEL: 2785 5051 / 7905 5051

Sizzling Grillat Nadur Feast

OPENING HOURS:Tuesday & Thursday from 3:00pm-7:00pmWednesday & Friday 6:30am-12:00 & 3:00-7:00Saturday from 6:30-12:00

125 Sena Kolleġġjata

Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Settembru 2019, jaħbat il-125 sena minn mindu l-knisja tagħna ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ KOLLEĠĠJATA mill-Papa Ljun XIII, permezz tal-Bolla Sanctae Romanae Ecclesiae. Se niċċelebraw dan il-jum fil-Knisja waqt Quddiesa Kkonċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata.

Apprezzament

F’dawn il-gimgħat il-parroċċa tagħna ġarrbet it-telfa ta’ tliet parruċċani li kienu jagħtu sehemhom fi ħdan il-parroċċa.

Fredu Portelli magħruf bħala il-Gozo Boy kellu għal qalbu ħafna lir-raħal twelidu u l-mużika country. Jibqa’ maghruf għas sehem tiegħu waqt attivitajiet soċjali organizzati mill-parroċċa speċjalment waqt l-ikla tradizzjonali fi żmien il-festa. Fredu għadda għal ħajja aħjar nhar l-20 ta’ Marzu 2019.

Karmnu Muscat għamel aktar minn għaxar snin iservi bħala xufier tal-parroċċa u mal qasam tal-MUSEUM tal-bniet. Huwa dejjem serva b-umiltà u bi tbissima u mil-qalb. Karmnu ħalla din id-dinja nhar sibt il-Għid, fl-20 ta’ April 2019.

Frances Camilleri kienet tagħti s-sehem tagħha b’ ħidma volontarja fl-uffiċċju parrokkjali. Kienet twettaq dan ix-xogħol b’reqqa kbira u b’impenn. Frances twieldet għal ħajja ġdida nhar it-13 ta’Mejju fl-età ta’ 72 sena.

Żjara ta’ Sr. Lux Marie

F’ dawn il-ġimgħat kellna fostna lil Sr Lux Marie (Elizabeth) Grech mill-parroċċa tagħna, soru missjunarja tal-Karita’ - soru ta’ Madre Tereża. Bħalissa tinsab taqdi l-missjoni reliġjuża tagħha fl-Etjopja. Hi qasmet l-esperjenza meraviljuża tal-vokazzjoni u tal-ħidma missjunarja tagħha ma’ bosta komunitajiet u gruppi tal-adolexxenti u żgħażagħ fil-parroċċa.

J & J Pet & Plant ShopAll kind of supplements for birds,

cat and dog food, plants, flower arrangement, pets etc.

Racecourse Str., Tel: 2155 9669Nadur, Gozo. Mob: 7905 1043

Ray’s CaTERiNg sERviCECaterer for all occasionsContact: Mr. Ray Vella

“Dawn”Guzè Ellul Mercer Street,Nadur, NDR 104 - Gozo. Tel/Fax: 2155 3543

G.P.FAgiusDeSoldanisStreet,NadurTel:27014491•Mob:99440040

Tie˙u lejn darek iΩjed, iΩda tonfoq inqas.

40, Ta’ Said Street, Nadur, Gozo. Tel/Fax: 2155 8232e-mail: [email protected]

Jawguraw il-festa t-tajba lin-Nadurin kollha

Carmel Mifsud (Il-Pajpoj)

G˙al xog˙ol ta’ bini, ta˙mil, excavations, konkos,

kiri ta’ crane u kumpressur.Flats u Garaxxijiet g˙all-bejg˙

18, Triq San Ìakbu, Nadur. Tel: 21562980 • Mobile: 99422173

Page 12: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

8

Ġunju '19

PaġnaM.U.S.E.U.M. BNIET

Rita Sacco

Mill-Ħajja tal-Komunità

X’għadda mingħalinaDan l-aħħar konna impenjati ħafna bil-preparazzjonijiet tat-tfal għall-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof. Xieraq li aħna l-kbar inħarsu lura wkoll lejn dik il-ġurnata li fiha aħna rċevejna dawn iż-żewġ sagramenti. Forsi dakinhar ma tantx tajna kas tat-tifsira tagħhom u għalhekk din id-darba xtaqna naqsmu magħkom dawn il-ħsibijiet sbieħ u utli.

L-EWWEL TQARBINA

Ejjew napplikaw għalina r-riflessjonijiet fuq l-Ewwel Tqarbina li qal il-Papa Franġisku riċentament, jiġifieri fis-6 ta’ Mejju, 2019, lit-tfal tal-Ewwel Tqarbina f’Rakovsky fil-Bulgaria.

“Il-karta tal-identità tagħna hi: ‘ALLA HU MISSIERNA, ĠESÙ HU ĦUNA, IL-KNISJA HI L-FAMILJA TAGĦNA, AĦNA AĦWA, IL-LIĠI TAGĦNA HI L-IMĦABBA.’

‘Intom familja waħda?’ staqsa lit-tfal, u huma weġbuh: ‘IVA’ ‘X’tissejjaħ din il-familja?’ reġa’ staqsihom. U huma weġbuh: ‘IL-KNISJA.’ ‘Il-kunjom tagħna, x’inhu?’ kompla jistaqsihom. ‘NISRANI’ weġbuh it-tfal.

Itolbu dejjem b’dak l-entużjażmu, u b’dak il-ferħ li għandkom illum. Ftakru li Ġesù ħa jkun dejjem jistenniekom. (Bħalma dejjem jistenna lilna l-kbar) L-Ewwel Tqarbina hi festa mimlija ferħ u gratitudni.”

Tkun ħaġa siewja li nirriflettu fuq dan il-kliem u neżaminaw lilna nfusna hux qegħdin ngħixuh u jekk għadniex konxji mill-identità tagħna nisranija.

IL-GRIŻMA TAL-ISQOF

Rigward dan is-sagrament nixtieq naqsam magħkom xi ħsibijiet tat-tfal bniet. Il-mistoqsija li għamilnielhom kienet: XI JFISSER GĦALIK IS-SAGRAMENT TAL-GRIŻMA TAL-ISQOF?

Il-Griżma tal-Isqof tfisser għalija d-dilka li jagħmlilna l-Isqof fuq moħħna. L-Ispirtu s-Santu jerġa’ jidħol fina għat-tieni darba f’ħajjitna bid-doni tiegħu.

Issa li nkun għamilt il-Griżma tal-Isqof, mhux daqshekk knisja, museum u talb, imma nagħmel ħilti kollha biex inkompli nitgħallem bħala nisranija u nkun ta’ eżempju tajjeb kull fejn inkun.

Il-Griżma tal-Isqof mhux bħall-Magħmudija, meta l-ġenituri qalu IVA għalija biex nirċievi dan is-sagrament, imma l-Griżma hija deċiżjoni li ser neħodha jiena.

Bil-Griżma tal-Isqof insiru suldati ta’ Kristu u nimmaturaw bħala nsara billi nkomplu nattendu għat-tagħlim.

Permezz tas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof jiena ser nagħti kelma ’l Alla li nibqa’ parti mill-Knisja u għalhekk jiena responsabbli li ngħix ta’ nisranija tajba.

Il-Griżma tal-Isqof mhux biss il-libsa u li nidhru, imma rridu nħossu l-ferħ ta’ ġewwa għax ser jinżel fuqna l-Ispirtu s-Santu.

Il-Griżma tal-Isqof ma jfissirx biss li jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqna, imma wkoll li aħna fil-ħajja tagħna ngħixu ta’ wlied Alla billi nagħtu eżempju tajjeb kull fejn inkunu, inxandruh u niftħu qalbna għal kulħadd.

Fil-Griżma tal-Isqof, l-Ispirtu s-Santu jiġi fina biex jagħtina l-qawwa u l-kuraġġ sabiex ngħixu ta’ nsara ta’ veru.

Permezz tal-Konfermazzjoni l-Ispirtu s-Santu ser jagħtini qawwa speċjali ħalli nkun aktar impenjata biex inxandar u nħares il-fidi tiegħi bil-kliem u bl-għemil bħala vera xhud ta’ Kristu.

TFAL BNIET TAL-EWWEL TQARBINA

Page 13: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

9

Ġunju '19

Xieraq li nirriflettu fuq il-ħsibijiet ta’ dawn il-kreżimandi li huma frott tat-tagħlim li ħadu, u nġeddu aħna wkoll l-impenn tagħna sabiex nipprattikaw ir-reliġjon tagħna bil-verità. Ejjew intom ukoll, għeżież ġenituri, iffokaw ftit fuq dawn ir-riflessjonijiet sbieħ, li huma relatati ma’ dawn iż-żewġ sagramenti u ppruvaw ipprattikawhom flimkien fil-familja u ma’ wliedkom. Il-kliem iqanqal imma l-eżempju jkaxkar. Din hi l-vera preparazzjoni li tagħmel sens kemm għaż-żgħar kif ukoll għalina l-kbar. Kemm aħna maturi spiritwalment? San Ġorġ Preca kien jgħidilna: “Għandna paroli, imma waqt il-prova kollox” jiġifieri xħin niġu fil-prattika. Jekk irridu tassew, bil-għajnuna ta’ Alla naslu.

ĦARSA ’L QUDDIEMBħala follow-up ta’ dak li għadna kemm semmejna hawn fuq, qed nagħmlulkom stedina sabiex anke fis-sajf tibqgħu tibagħtu lil uliedkom għat-tagħlim meta tkunu tistgħu u għalhekk aħna ser inħallu l-qasam miftuħ għat-tfal tagħkom. Il-ġranet ikunu darbtejn fil-ġimgħa fejn mhux biss ikollhom lezzjoni qasira, imma wkoll rikreazzjoni u

attivitajiet oħra. Għalhekk meta nibagħtu l-programm fis-sajf ħeġġu lil uliedkom sabiex jattendu.

IL-QASAM IL-ĠDIDFil-qasam il-ġdid ix-xogħol għadu sejjer bil-mod il-mod u minkejja dan nisperaw li ma ndumux ma nimmuvjaw fi żmien qarib. Dan jiddependi wkoll mill-ġenerożità ta’ kulħadd għax l-ispejjeż huma kbar.

Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk il-benefatturi kollha, speċjalment lil dawk li jgħinuna regolarment, nerġgħu nagħmlu appell sabiex kemm tistgħu tkunu ġenerużi sa-biex din il-ħolma tagħna sseħħ għall-ġid tal-kbar u taż-żgħar tagħna. GRAZZI BIL-QUDDIEM.

Nawguraw lin-Nadurin kollha l-festa t-tajba msejsa fuq it-tagħlim u l-eżempju tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl.

Il-paċi magħkom.

Mill-memorja kollettiva – Storja li turi l-valur tal-QuddiesDin l-istorja kienet ġiet irrakkuntata minn omm anzjana min-Nadur lil bintha madwar 70 sena ilu.

Kien hemm tfajla fqira li kienet taqla’ l-ħobża ta’ kuljum billi tagħmel xogħol ta’ tindif ma’ familja sinjura. Imma sfortunatament ġurnata waħda s-sinjura qaltilha li ma kelliex bżonnha aktar. Din kienet aħbar t’ swied il-qalb għall-povra fqajra. Kienet tfajla fqira imma ta’ fidi kbira. Kull darba li kienet iddaħħal il-paga kienet soltu tagħmel quddiesa u toffriha għal dik ir-ruħ tal-purgatorju li kien ikun għad fadlilha l-aħħar siegħa x’tiskonta fil-purgatorju qabel titla’ l-ġenna. Dan kien ilha tagħmlu minn meta kienet bdiet taħdem.

Meta ħadet l-aħbar li ma kienx se jkollha aktar xogħol, marret id-dar b’qalba maqsuma. Kienet l-aħħar paga li kienet se taqla’.

Ħaddmet il-flus b’għaqal kbir u fettxet fuq li fettxet xogħol. Kien kollu għalxejn. Meta kien għad fadal biss ftit flus, ħasbet li issa ma kenitx tista’ tagħmel il-quddiesa bħas-soltu. Imma bl-aħħar ftit flus, marret il-knisja u xħin daħlet fis-sagristija kienet se terġa’ taħsibha. Kienet se terġa’ lura d-dar, imma le, iddeċidiet li tħallas l-aħħar quddiesa bil-ftit flus li kien fadlilha. Issa ma kienx fadlilha aktar flus.

Hi u sejra d-dar, waqqafha żagħżugħ u qalilha, “Qed tfittex xogħol?”. Dik skantat. “Dan kif jaf li qed infittex xogħol?” ħasbet. Hu taha isem u indirizz u hi marret fejn qalilha. Meta waslet sabet li kienet dar kbira u sabiħa u meta ħabbtet ġiet tiftħilha l-bieb mara sinjura.

“Min qallek li għandi bżonn seftura? Jien lil ħadd ma għidt. Għaddieli biss ħsieb ġo moħħi li forsi ndaħħal seftura”.

Sadanittant kienu daħlu fis-salott fejn it-tfajla rat ritratt kbir ta’ ġuvni sabiħ. Hi għarfitu u qalet, “Dak qalli, dak iż-żagħżugħ”.

Is-sinjura skantat lejha u qaltilha, “Kif, dak ibni u issa ilu snin mejjet.”

It-tfajla spjegatilha kif kien għadha kif ħallset quddiesa għal dik ir-ruħ li kien għad fadlilha siegħa biss fil-purgatorju u kif malli ħarġet mill-knisja kien ġie fuqha dan iż-żagħżugħ.

“Mela ibni hu salv. Bil-quddiesa tiegħek ibni qed igawdi lil Alla” stagħġbet is-sinjura.

U żammitha tgħix magħha, mhux bħala seftura iżda bħala bintha.

Page 14: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

10

Ġunju '19

Mill-Ħajja tal-Komunità

PaġnaM.U.S.E.U.M. SUBIEN

Joe Camilleri

QATT MA NISTGĦU NGĦIDU LI TGĦALLIMNA BIŻŻEJJED

Fil-bidu tas-seklu li għadda Dun Ġorġ ħolom bl-idea li t-tagħlim jibqa’ tul ħajjitna kollha. Kunċett li kien fadallu bosta għexieren ta’ snin biex jidħol f’pajjiżna. Mhux biss ried li t-tfal jibqgħu jattendu għad-duttrina ferm wara li jkunu għamlu s-sagramenti iżda wkoll li l-membri tiegħu jiltaqgħu kuljum għal-lezzjoni bejniethom. It-tagħlim għandu jgħinna nifhmu aħjar is-sagramenti li nkunu ser nirċievu imma ma jiqafx hemm. Għandna bżonnu tul ħajjitna kollha mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam mal-ispiritwali imma wkoll mal-materjali. U dan li nippruvaw nagħtu lil uliedna fl-oqsma tagħna… imħabba għat-tagħlim mhux biss fiż-żmien li jkunu magħna imma wkoll tul ħajjithom kollha. Dun Ġorġ kien iħobb jgħid ‘it-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid.’ U jekk dan kien jgħodd fil-passat kemm hu iktar għal-lum meta l-punti ta’ riferimenti tajbin naqsu bi sħiħ. Uliedna huma bbumbardjati kontinwament u bosta drabi diffiċli jagħmlu distinzjoni bejn l-importanti u l-vojt, il-veru u l-falz, il-prijoritajiet fejn huma u l-bqija. U f’dawn il-bumbardamenti kollha żgur li l-leħen reliġjuż bosta drabi hu fgat f’dinja li moħħha biss f’dak li hu flus, unuri u pjaċiri. Għalhekk aħna ta’ sapport għal dawk il-familji li fit-trobbija ta’ wliedhom iqisu l-aspett reliġjuż bħala xi ħaġa għażiża. Għad li t-tagħlim fil-qasam mhux marbut strettament ma’ dak li hu reliġjuż biss. Il-lezzjonijiet tagħna nħawruhom b’temi differenti li jolqtu aspetti varji tal-ħajja. Ovvjament il-lezzjonijiet isiru skont l-eta’ tal-istudenti. U dan mhux biss fiż-żmien tal-iskola. Il-Museum ma għandux vaganzi. Nibqgħu għaddejjin anke fix-xhur sħan tas-Sajf. F’dawn ix-xhur ikollna ċans norganizzaw iktar logħob. Kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis ikollna Lobissajf għat-tfal tal-Primarja. Il-grawnd jinfetaħ fis-6.00 u l-lezzjoni tibda fis-6.45p.m. Il-kbar ikollhom kuljum u l-logħob tagħhom isir bejn is-7.15 u t-8.15p.m. Nieħdu gost naraw fostna anke dawk li forsi, għal xi raġuni jew oħra, ma tantx kienu kostanti fl-attendenza tagħhom matul ix-xitwa. Aħna dejjem insostnu li ħafna aħjar magħna, jilagħbu ma’ sħabhom u jisimgħu kelma ta’ ġid milli ħinijiet twal fuq l-facebook, internet jew jilagħbu games online.

Dan kollu jilħaq il-qofol tiegħu f’Jum it-Tfal bħala parti mill-Ġimgħa Museumina f’Awwissu. Ħeġġuhom u inkoraġġuhom biex jibqgħu jattendu.

IL-ĠIMGĦA MUSEUMINAGħamilna programm sabiħ għall-Ġimgħa Museumina mis-Sibt 3 sal-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu. Nibdew il-ġimgħa

bil-laqgħa tal-ġuvintur u l-old boys, quddiesa fil-grawnd it-Tnejn, it-Tlieta laqgħa għall-ġenituri kollha (nixtiequ ferm li hawn tiżdied l-attendenza. Kull sena nġibu kelliema tajba imma sfortunatament l-attendenza ma tkunx dik mixtieqa), l-Erbgħa Jum it-tfal – ġurnata ta’ logħob li tintemm b’party, il-Ħamis siegħa Adorazzjoni, filwaqt li l-Ġimgħa nispiċċaw bi play sabiħa. Fil-weekend ta’ qabel jitqassam il-fuljett tal-Benefatturi u fih ikun hemm id-dettalji kollha. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li wliedhom jieħdu sehem fil-play ikellmuna. Għandna bżonn numru sabiħ ta’ tfal li jkunu lesti li jattendu għall-provi.

AWGURI GĦALL-FESTAMinn qiegħ qalbi u f’isem sħabi tal-qasam nixtieq lin-Nadurin u lil dawk kollha li jkunu fostna l-festa t-tajba. Jalla Pietru u Pawlu jservuna ta’ eżempju mill-isbaħ ta’ kif għandna nkunu dixxipli ta’ Ġesù. Qrara u tqarbina jkunu l-isbaħ awgurju għall-festa.

Page 15: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

11

Ġunju '19

Apprezzament

Il-mewt ta’ Frances Camilleri ħasdet lil kulħadd. Din il-membru ħabrieki fil-komunità tagħna qisa nħatfet minna fi ftit żmien. Frances għamlet bosta snin taħdem bħala voluntiera fl-uffiċċju parrokkjali. Kienet responsabbli mill-kontijiet tal-parroċċa, tilqa’ u taqdi lil kull min kien jiġi fl-uffiċċju parrokkjali flimkien mal-persuni l-oħra li għadhom jagħtu servizz. Frances kienet ukoll membru tal-kor parrokkjali Jubilate Deo.

Kienet dejjem preżenti, metikoluża f’li tagħmel, siekta fuq ħwejjeġ li m’għandhomx jingħadu u onesta anke f’affarijiet l-iktar żgħar. Frances issa qegħda mal-Mulej. Nisperaw li tkanta xi talba għalina xħin tkun fejn ommna Marija u Binha Ġesù. Pietru u Pawlu żgur li jifirħulha għal kemm faħħrithom bit-talb li għannitilhom u bil-ħsieb li wriet għall-parroċċa għalihom dedikata.

Xtaqna ninqdew b’din il-paġna tar-rivista Luminaria biex niżżuħajr għal dak li wettqu għall-komunità żewġ persuni li jafhom kulħadd.

Karmenu għadda 10 snin jaħdem bħala sewwieq voluntarju, jieħu lit-tfal tal-MUSEUM għad-duttrina u mbagħad iwassalhom lura. Għamel diversi snin inpenjat wkoll bħala sewwieq tal-vannijiet tal-parroċċa. Minn hawn nixtiequ nsellmulu u nwiegħdu lill-familja tiegħu li nitolbu għalih.

Karmnu kien ukoll membru attiv ma’ Nadur Youngsters. Dan is-sens ta’ għotja huwa ta’ tagħlima għalina lkoll li l-ħajja hija sabiħa u mimlija meta wieħed jagħti ħinu u saħħtu għall-avvanz tal-oħrajn, speċjalment il-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Issa nisperaw li Karmnu qiegħed fejn l-għażiż ibnu Dun Joshua. Ma hemmx għalfejn imur iżjed iċ-ċimiterju biex iżomm qabar ibnu mixgħul u nadif. Issa jiltaqa miegħu u l-Mulej jgħidlu, “idħol fid-dar ta’ Sidek. Is-sewqan tiegħek kien għaqli. F’ħajtek kont sewwieq b’sens ta’ direzzjoni.” (Karmnu Muscat ħalliena fl-20 ta’ April 2019 fil-Viġili tal-Għid Imqaddes)

KARMENU

FRANCES

MUSCAT

CAMILLERI

NIRRINGRAZZJAW:

Lil: Donny Zahra (Amerika); Charles Buttigieg (Kanada); Emmanuel Grech (Sydney), The Australian - Nadur Association u l-Helpers (Melbourne), li qassmu l-ħarġa tal-‘Luminaria’, Nru. 131, Marzu 2019.

Page 16: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

12

Ġunju '19

Mark Azzopardi

Mill-Ħajja tal-Komunità

Għalkemm it-tielet term tas-sena Skolastika kien pjuttost qasir, dan xorta waħda ġab miegħu sensiela ta’ attivitajiet u opportunitajiet ta’ tagħlim għall-istudenti tagħna qabel ma tiġi fi tmiemha s-sena skolastika 2018-2019. Jien għażilt li nelenka x’uħud minnhom li żgur jibqgħu fil-memorja tat-tfal tagħna fis-snin li ġejjin.

Żjara ta’ Mons Isqof Mario Grech fl-iskola tagħna – 10 ta’ Mejju.Din kienet it-tieni żjara tal-Isqof Grech fl-iskola tagħna. L-ewwel żjara kienet saret fl-2005 fil-bidu tal-episkopat tiegħu. Huwa ġie milqugħ mit-tfal u l-istaff kollu fil-bitħa tal-Iskola fejn hemm assistejna lkoll għall-inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna fost il-kant marjan u l-preżentazzjoni tal-bukketti tal-fjuri mit-tfal. Wara mbagħad Mons Isqof daħal fil-klassijiet tal-Kinder u l-klassijiet iż-żgħar. L-istudenti mit-tielet klassi ’l fuq kellhom l-okkażjoni li fi gruppi jiltaqgħu ma’ Mons Isqof fis-sala tal-iskola u jistaqsuh mistoqsijiet li ppreparaw fil-jiem ta’ qabel. Spikkaw mistoqsijiet bħal “Meta ħassejt li l-Mulej kien qed isejjaħlek għal qassis?’ jew ‘X’inhu l-aktar li jagħtik gost fix-xogħol tiegħek?, ‘X’inhuma d-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom?’ jew ‘Fi xħin tibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħek?’ Kienet tassew esperjenza mill-isbaħ għat-tfal tagħna li setgħu mill-qrib jiltaqgħu u jitkellmu mar-ragħaj

spiritwali tagħna.

Sports Day tal-Kulleġġ ta’ Għawdex fil-Gozo Stadium – 17 ta’ MejjuDin is-sena reġa’ sar il-Festival Sportiv fil-Gozo Stadium bejn l-iskejjel primarji statali ta’ Għawdex. U għal darb’oħra l-iskola tagħna ħarġet bl-unuri bl-akbar numru ta’ medalji jintrebħu mill-parteċipanti tagħna. Kienu fil-fatt 40 kompetitur mit-tielet sas-sitt klassi li pparteċipaw f’diversi tlielaq kompetittivi. Ħadu gost it-tfal l-oħra jissapportjaw il-kulur aħmar u n-numru 5 tal-iskola tagħna b’dan l-istess sapport jagħti enerġija u motivazzjoni lill-

atleti żgħar tagħna. Fuq kollox din l-attività sportiva tagħti l-opportunità lit-tfal tagħna jiltaqgħu ma’ parteċipanti minn skejjel oħra fejn flimkien jikkompetu fi spirtu ta’ ħbiberija u rispett lejn xulxin. Il-medalji ġew ippreżentati minn Dr Denise Mifsud, Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex.

Żjara mill-Ambaxxaturi tal-Qari fl-Iskola tagħna – 22 ta’ Mejju Kellna l-opportunità nilqgħu fostna lill-attriċi Kim Dalli u l-ex footballers Carmel Busuttil u Saviour Darmanin bħala l-ambaxxaturi tal-qari f’isem l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Dawn żaru l-klassijiet ta’ bejn it-tielet u s-sitt sena fejn għamlu sessjonijiet ta’ story-telling mat-tfal u ingħataw ukoll bookmarks biex ikomplu jħajru lit-tfal jaqraw kemm bl-ingliż kif ukoll bil-Malti. Dawn it-tliet personalitajiet saħqu kemm il-qari huwa importanti f’ħajjithom u għalihom il-ktieb jibqa’ l-aqwa ħabib. U la qegħdin noqorbu lejn il-vaganzi twal tas-sajf nixtieq f’isem sħabi nħeġġeġ lilkom ġenituri biex tinkoraġġixxu lit-tfal jaqraw kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż matul is-sajf. Nistgħu nagħmlu użu mil-Librerija Pubblika tal-lokalità tagħna li hija mgħammra b’għadd ta’ kotba adattati għat-tfal tagħna. Żgur li l-aqwa eżempju jiġi minna l-kbar li meta t-tfal jaraw lilna bi ktieb f’idejna, isibuha eħfef biex jitħajru jaqraw huma wkoll!

Mid-Djarju tal-Iskola Primarja tan-Nadur

Page 17: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

13

Ġunju '19

Proġett Kreattiv – l ta’ Ġunju 2019Din is-sena t-tfal tal-Ħames klassi ħadu sehem fil-Proġett Kreattiv li kien jikkonsisti fil-ġbid ta’ dokumentarju bl-isem – Iċ-Ċittadella, Ilwien ta’ Belt Antika. Il-filming ħa medda ta’ madwar tliet xhur f’diversi lokalitajiet f’Għawdex qabel ma mbagħad il-cameras iffokaw fuq ic-Ċittadella li tant lagħbet parti importanti fl-Istorja Għawdxija. It-tfal tal-iskola tagħna irrikreaw il-ħajja tal-Għawdxin fi żmien il-feniċi kif ukoll l-attakk tal-Franċiżi ġewwa Għawdex. Id-direzzjoni artistika kienet afdata f’idejn l-għalliem tad-Drama s-Sur George Mizzi. Fl-ewwel ta’ Ġunju intwera dan il-filmat għall-ewwel darba waqt preżentazzjoni ġewwa t-teatru tal-Oratorju Don Bosco ġewwa r-Rabat, Għawdex. Prosit lit-tfal u l-għalliema kollha li ħadu sehem. Żgur li ser jibqgħu jgħożżu din l-esperjenza li wriethom ukoll x’jiġri wara l-kwinti meta jkun qed jinħadem dokumentarju ta’ dan it-tip.

Ħarġiet għall-klassijiet tal-Kindergarten

Anke l-klassijiet ċkejknin tagħna kellhom għadd ta’ attivitajiet barra mill-ħitan tal-klassi bħala parti mill-

Kurrikulu Emerġenti li beda jitħaddem minn din is-sena skolastika. Kellhom ħarġa sal-Police Garage u l-Fire Department fejn it-tfal ġew murija vetturi tal-pulizija kif ukoll apparat tat-tifi tan-nar. Ħarġa rikreattiva oħra kienet dik fil-bajja ta’ Marsalforn fejn it-tfal kellhom okkażjoni li jilagħbu fuq ir-ramel. Ġiet organizzata lilhom ukoll ‘Sports Day’ fil-ground Peter Paul Camilleri hawn fin-Nadur fejn it-tfal ikkompetew f’diversi tiġrijiet u logħob ieħor. Grazzi u prosit lit-tim kollu ta’ Kindergarten Assistants u LSE’s li ħadmu flimkien sabiex dawn il-ħarġiet ikunu suċċess.

Fl-aħħar nett, filwaqt li nawgura vaganzi

mill-isbaħ lill-istudenti tagħna, sħabi l-għalliema, il-Kap u l-Assistenti kapijiet tal-iskola, nieħu l-opportunità wkoll biex

nawgura,

Il-Festa t-Tajba lin-Nadurin Kollha.

Page 18: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

14

Ġunju '19

MIĊ-ĊENTRU TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Il-Prayer Group taċ-Ċentru

Fil-bidu ta’ din is-sena ddeċidejna li nagħtu prijorità lill-Prayer Group li hu magħmul minn studenti tal-form 5 u akbar. L-isem tal-grupp jispjega l-għan tiegħu: li ngħinu lill-istudenti tagħna jitħarrġu aktar fit-talb u jingħaqdu aktar ma’ Alla. Iżda xtaqna li tkun esperjenza li tħalli timbru fihom u għalhekk ippruvajna nintroduċu lill-grupp għal diversi metodi u temi. Kylie Attard, studenta tal-ewwel sena 6th form ser tispjegalna l-esperjenza tagħha:

Min jifforma l-Prayer Group u x’inhu l-iskop tiegħu?

Il-Prayer Group huwa grupp ta’ sittax-il żagħżugħ u żagħżugħa li jattendu ċ-Ċentru. L-iskop ta’ dan il-Prayer Group huwa li darba f’ġimgħa niltaqgħu u permezz ta’ talb u attivitajiet inkunu nistgħu nirreflettu kif ukoll naqsmu l-esperjenzi tagħna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla. Permezz ta’ dan inkunu nistgħu nifmuH aktar.

X’kont tistenna mill-Prayer Group?

Mill-Prayer Group jien kont qed nistenna post fejn inkun nista’ nesprimi kif inkun inħossni kif ukoll xi esperjenzi minn ħajti mingħajr l-ebda ġudizzju; kont qed nistenna’ post fejn kulħadd huwa aċċettat u li permezz tiegħu nkun nista’ nsib iżjed ħin sabiex nitkellem ma’ Alla minkejja l-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum.

X’kien isir fil-Prayer Group?

Il-Prayer Group huwa maqsum fuq ċiklu ta’ erba’ laqgħat kull xahar, u kull xahar ikollu tema differenti marbuta miegħu. Xi temi li kellna din is-sena huma l-fidi, l-biżà ta’ Alla, il-fiduċja, it-talb, is-sagrifiċċju, u l-paċenzja. L-ewwel laqgħa ta’ kull xahar kienet tkun katekeżi dwar it-tema partikolari. Konna naqraw silta mill-Bibbja u mbagħad niddedikaw xi ħin biex nirrispondu sett ta’ mistoqsijiet dwarha bħala riflessjoni. Wara, konna nagħmlu mument ta’ sharing fejn naqsmu dak li nkunu ktibna ma’ xulxin.

It-tieni laqgħa ta’ kull xahar kienet tkun Adorazzjoni fejn ninġabru fil-Knisja quddiem il-preżenza tas-Sagrament. Imbagħad it-tielet ġimgħa tax-xahar kienet tkun laqgħa differenti minn tas-soltu. Dan għaliex konna norganizzaw worship night f’post għall-kwiet barra miċ-Ċentru bħal ħdejn il-baħar jew ġo xi għar. Waqt il-worship nights konna ndoqqu xi kant reliġjuż u nitolbu. Darba minnhom, minflok worship night għamilna l-prayer spaces. Hawn ippreparajna diversi stazzjonijiet differenti fil-Knisja u f’kull stazzjon kellna attivitajiet partikolari x’nagħmlu, pereżempju fi stazzjon minnhom niżżilna fuq karta dawk l-affarijiet li aħna grati għalihom, f’ieħor ktibna l-vizzji tagħna fir-ramel, ktibna isem xi ħadd li rridu naħfrulu fuq idejna u mbagħad ħsilnieha, u ħafna ġesti oħra bħal dawn li kollha jfissru xi ħaġa importanti. Fl-aħħar ġimgħa ta’ kull xahar imbagħad, sabiex nagħlqu t-tema, konna nagħmlu quddiesa – kull darba f’kapella differenti.

Min kien imexxi l-laqgħat?

Naturalment, biex dawn il-laqgħat setgħu jkunu possibbli, kien isir ħafna ppjanar minn qabel. Fil-fatt, il-Prayer Group ġie organizzat prinċipalment minn grupp ta’ studenti 18+ bl-

Page 19: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

15

Ġunju '19

għajnuna tal-leaders. Il-membri tal-18+ kienu jiddeċiedu t-temi għal kull xahar, jippjanaw il-programm kif ukoll jitqassmu bejniethom biex imexxu l-laqgħat ta’ kull ġimgħa.

X’effet ħalla fija l-Prayer Group?

Nista’ ngħid li l-Prayer Group ħalla effet kbir fuqi. L-ewwel nett, bdejt ninduna li minix waħdi għax permezz tas-sharing li konna nagħmlu sirt konxja li l-oħrajn ikunu għaddejjin minn mumenti simili għal tiegħi. It-tieni nett, grazzi għall-Prayer Grupp, irnexxieli nagħmel sforz u nsib aktar ħin għal Alla biex nifhem x’irid minni. Barra minn hekk, kien ukoll ħin fejn jien stajt nieqaf mill-istudju, ninqata’ mill-media soċjali, u niltaqa’ ma’ sħabi. Fl-aħħar nett, inħoss li billi l-prayer group offrielna ambjent komdu biex naqsmu l-ħsibijiet tagħna, għinni biex mhux biss nifhem aktar lil Alla imma anki lil sħabi.

Suor Felice Camilleri50 Sena ReliġjużaDin is-sena Swor Felice Camilleri qed tiċċelebra l-ġublew tad-deheb, 50 sena ta’ ħajja kkonsagrata.

Suor Felice twieldet f’Marzu fis-sena 1948 u daħlet mas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù f’Ottubru 1966. Il-professjoni solenni kienet fil-15 ta’ Settembru 1974, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru u San Pawl.

Għamlet in-novizzjat ġewwa Ruma u mbagħad ħadmet ġewwa Ferrara, Katanja, Mister Bianco, u mbagħad għal Bari u Ruma.

Suor Felice ħadmet bħala għalliema tat-tfal u adolexxenti. F’dawn is-snin kollha hija għallmet lil eluf ta’ persuni li llum saħansitra xi wħud minnhom jirresjiedu hawn Malta.

Filwaqt li nifirħu lil Suor Felice, il-parroċċa mistiedna li tieħu sehem magħha fil-quddiesa ta’ ringrazzjament li hija se tagħmel fil-knisja parrokkjali nhar il-Hadd 23 ta’ Ġunju, wara l-purċissjoni fis-sebgħa ta’ filgħaxija.

Mill-Ħajja tal-Komunità

Page 20: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

16

Ġunju '19

Page 21: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

17

Ġunju '19

Mill-Ħajja tal-Komunità

NADUR YOUNGSTERSInkomplu bil-ħarsa tagħna lejn l-istaġun 2018-2019 minn fejn ħallejna fl-aħħar ħarġa ta’ Luminaria. Fil-31 ta’ Marzu tkompla l-Kampjonat bil-partita kontra Munxar Falcons, logħba faċli, li l-Youngsters rebħu 7 - 1. Kienu minn Luke Tabone wara biss 5 minuti, tripletta minn Marcelo Junior Barbosa fis-6, fil-50 u fl-84 minuta, doppjetta minn Jefferson Mateus de Assis fil-31 u fil-51 minuta, b’Joseph Owen Borg jiskorja fil-81 minuta. Din kienet il-25 rebħa kontra Munxar, waqt li s-7 gowl skurjat minn Barbosa kien il-100 gowl li Nadur skurjaw kontra Munxar fil-kompetizzjonijiet kollha. Fis-6 ta’ April, Nadur iltaqgħu kontra r-rivali Xewkija Tigers u ħarġu rebbieħa 3 - 1, bil-gowls jaslu minn Marcelo Junior Barbosa fis-6 u fid-79 minuta u Shaun Attard fil-75 minuta. Rebħa oħra faċli kontra Kerċem Ajax, meta fl-14 ta’ April, Nadur skurjaw nofs tużżana bla risposta, bil-gowls jaslu minn Jefferson Mateus de Assis fil 5 minuta, żewġ own gowls minn Daniel Sakic fil 15-il minuta u Thomas Vella fis-26 minuta,u tripletta oħra minn Marcelo Junior Barbosa fil-61, fil-65 u 77 minuta.

Nadur kien imisshom il-Finali tan-K.O. tal-Ewwel Diviżjoni meta ltaqgħu kontra Xewkija Tigers. Kienet logħba interessanti b’gowls jalternaw sakemm finalment kienu Xewkija li kisbu dan l-Unur. Kienu l-Youngsters li fetħu l-iskor fl-14-il minuta permezz ta’ Jefferson Mateus de Assis, bit-Tigers iġibu d-draw fid-39 minuta. Nadur reġgħu ħadu l-vantaġġ b’gowl ta’ Marcelo Junior Barbosa fit-58 minuta, b’Xewkija jiskurjaw żewġ gowls fit-72 u fil-81 minuta biex ħadu l-vantaġġ. Jefferson Assis kiseb id-draw fid-90 minuta, imma Xewkija kisbu l-gowl li tahom it-Tazza fit-3 minuta tal-ħin miżjud. It-tielet gowl tal-Youngsters kien il-50 gowl li Nadur skurjaw kontra Xewkija fil-kompetizzjonijiet tat-Tazzi.

L-aħħar logħba tal-Kampjonat 2018-19 intlagħbet fit-28 ta’ April, fejn Nadur Youngsters reġgħu ħarġu telliefa kontra Victoria Hotspurs li kienu diġà ġew inkurunati Champions ta’ dan l-istaġun. Minn hawn nifirħulhom. Intant il-Hotspurs

rebħu din il-partita 4 - 2, fejn għal Nadur skurjaw Shaun Attard fil-11-il minuta, u Marcelo Junior Barbosa fit-88 minuta. Nadur Youngsters spiċċaw dan l-istaġun fit-Tieni post tal-klassifika. Marcelo Junior Barbosa spiċċa fit-Tieni post tal-Aqwa Skorers tal-Kampjonat b’27 gowl, 3 inqas minn Elton da Silva ta’ Victoria Hotspurs.

Kien fadal il-Kompetizzjoni tat-Tazza G.F.A, fejn fis-semifinali Nadur kisbu rebħa ta’ 5 - 0 fuq Munxar Falcons bil-gowls jaslu minn tliet gowls ta’ Marcelo Junior Barbosa, żewġ penalties fit-33 u fil-41 minuta, u gowl fil-55 minuta; Tristen Portelli fit-48 minuta, Nicholas Inguanez fl-84 minuta. Tristen Portelli skorja l-ewwel gowl personali bil-flokk tal-Youngsters u l-istess għamel Nicholas Inguanez, b’dan tal-aħħar propju fid-debut tiegħu ma’ Nadur. Din il-partita kienet l-10 logħba u l-10 rebħa ta’ Nadur kontra Munxar f’kompetizzjonijiet tat-Tazzi.

Il-Finali tat-Tazza G.F.A. fil-5 ta’ Mejju, reġgħet rat konfront ieħor interessanti bejn Victoria Hotspurs u Nadur Youngsters, fejn ġibdet folla ferm sabiħa lejn il-Gozo Stadium. F’partita milgħuba f’riħ qawwi, kienu Nadur li fetħu vantaġġ ta’ 2 gowls fl-ewwel taqsima meta kienu bir-riħ favur tagħhom. Dawn kienu skurjati minn Luke Tabone fit-12-il minuta u Daniel Mateo Bustos fit-30 minuta. Fit-tieni taqsima, il-Hotspurs kisbu d-draw b’żewġ gowls fis-60 u 62 minuta. Il-partita spiċċat 2 - 2 u għalhekk daħlet fil-ħin barrani. Hawn kienu Victoria Hotspurs li 5 minuti mit-tmiem kisbu l-gowl li tahom it-Tazza. Din kienet l-1150 partita ta’ Nadur Youngsters.

Tajjeb ngħidu kif marru f’dawn il-partiti Nadur. Il-Youngsters lagħbu 815 partita fil-Kampjonat li minnhom rebħu 407, ġew draw 198, tilfu 210, skurjaw 1472 u qalgħu 936 goal. Fit-Tazzi Nadur lagħbu 335, rebħu186, ġew draw 39 (li kienu 2 partiti fi Grupp; 9 partiti reġgħu ntlagħbu; 15-il partita mirbuħa bil-penalties; 13-il partita mitlufa bil-penalties),tilfu 110, skurjaw 675 u qalgħu 447 gowl. Bħala total insibu li Nadur lagħbu 1150, rebħu 593, draw 237, tilfu 320, skurjaw 2147 u qalgħu 1383 gowl.

Kien staġun ieħor xott mill-unuri għat-tim tal-kbar, fejn għalkemm kellna tim kompetittiv ħafna ma rnexxilniex niksbu ebda unur. Mhux l-istess ngħidu għat-timijiet tan-Nursery fejn kemm l-U18 u kemm l-U15 rebħu l-kampjonati rispettivi tagħhom. Nifirhulhom. Dawn huma l-futur tal-Club maħbub tagħna.

Issa tajjeb li nkomplu nibnu fuq dak li għandna u nħarsu.’l quddiem sabiex inkomplu nżommu lill Youngsters fil-quċċata tal-aktar Club li rebaħ Unuri fil-gżira Għawdxija.

Rapport miktub fit-13 ta’ April Charlie Grech

Page 22: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

18

Ġunju '19

Festa

Ħidma ta' Diversi Gruppi għall-Festa

Għaqda Armar Dun Ġużepp Haber ta’ Triq Xandriku

Triq San ĠwannF’kemm trodd salib reġa’ wasal Ġunju, ix-xahar li ghalih tgħix kull qalb Nadurija. Malajr nissoktaw b’ħidmietna sabiex nippreparaw għall-waħda mill-akbar festi ġo gżiritna, dik ta’ San Pietru u San Pawl.

Ħidmet l-għaqda tagħna tibda ftit biss wara il-festa preċedenti, fejn fassalna bosta attivitajiet ta’ fundraising kif ukoll ippjanajna x-xogħol li ser nagħmlu matul din is-sena. Il-proġett prinċipali ser ikun li wara li s-sena l-oħra żanżanna l-pedestall grandjuz tal-għoti tal-Bażilika fit-triq tagħna, din is-sena nippruvaw niffinalizzaw minn kollox l-istatwa tal-anġlu. Bħala għaqda bdejna noborxu u nirfinaw il-pedestall sabiex il-quddiem jgħaddi biex jiġi rħamat. Tkompla wkoll jinħadem il-fibre kif ukoll jiġi mibrux u jgħaddi għall-induratura biex b’hekk din is-sena nkomplu nżejnu l-kolonni u l-pedestalli l-oħra li għandna fit-triq.

Fl-aħħar u mhux l-inqas ngħid Grazzi Kbira lil kull min ta sehmu b’xi mod jew ieħor matul is-sena li għaddiet għal din l-għaqda speċjalment lill-membri li jkunu minn tal-ewwel biex nibdew narmaw kif ukoll eżatt wara l-festa jiġu bi ħġarhom sabiex niġbru l-armar għas-sena d-dieħla. F’ismi u f’isem sħabi tal-għaqda tagħna nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulhadd.

Joseph VellaGrupp Armar Triq San Ġwann

Din is-sena l-Għaqda Armar Triq Xandriku ser iżżanżan żewġ bandalori ġodda, waħda ta’ ex-Prokuratur Joseph Magro u l-oħra ta’ kuġinuh l-Isqof Silvestru Magro. Saru wkoll erba’ arbli ġodda, ir-restawr komplut fuq erba’ kolonni kbar u ġew irħamati minn artist naduri. Sar ukoll restawr fuq statwa mill-kbar li kważi kienet spiċċat għal kollox minħabba ż-żmien. Minbarra li ġiet irranġata ġiet ukoll miżbugħa mill-ġdid. Grazzi lil kull min ta sehemu fil-ħidma ta’ matul din is-sena u nawguraw il-festa t-tajba lill-kulħadd.

Charles Xuereb

Għaqda Armar Triq il-KnisjaL-Għaqda Armar Triq il-Knisja kompliet bil-ħidma tagħha matul din is-sena, biex minbarra li tkompli tieħu ħsieb l-armar eżistenti tkompli ukoll iżżid armar ieħor bħal ma jsir kull sena. Din is-sena ser jiżżanznu pavaljun ġdid li ser ikun is-sitt wieħed fis-sett il-ġdid, kif ukoll bandalora ġdida li permezz tagħha is-sett ta’ bandalori ġodda tela’ għal tmienja. L-armar jeħtieġ ukoll attrezzatura xierqa biex jinġarr u jinħażen għalhekk saru wkoll żewġ karrijiet ġodda biex jintużaw għal dawn l-għanijiet. Dan ix-xogħol ġiq jiswa madwar €3000 li biċċa minnhom għad iridu jitħallsu. Kull donazzjoni hija apprezzata u tista’ tintbagħat ma’ xi mebru tal-kumitat. Il-festa t-tajba lill-kulħadd.

Sammy Portelli

Page 23: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

19

Ġunju '19

Għaqda Armar Diċembru 13

F’dawn il-jiem sbieħ ta’ Ġunju, fejn niċċelebraw is-solennità tant għażiża tal-patruni tagħna San Pietru u San Pawl, apparti li nifirħu ma’ xulxin huwa żmien ukoll li nagħmlu rendikont tax-xogħol li wettaqna matul din is-sena. Għal din is-sena wkoll l-organizzazzjoni tal-Marċ tat-Tieni Jum tat-Tridu hi f’idejna. Bħas-soltu nwegħdukom li nagħmlu ħilitna kollha sabiex inżommu l-livell għoli li dejjem żammejna. Din l-organizzazzjoni tkun suċċess dejjem għax naħdmu id f’id mal-kumitat ċentrali tal-festi esterni kif ukoll mas-Soċjetà Filarmonika Mnarja. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ armar għall-festa, din is-sena ser noħorġu żewġ bandalori sfumati u bil-pittura, żewġ settijiet ta’ bnadar sfumati għat-trofej, sopraporta sfumata, u kolonna rħamata. Dan filwaqt li għaddej ix-xogħol fuq żewġ kolonni oħra ġodda tat-trofej. Dan ix-xogħol hu f’idejn Adonai Camilleri Cauchi bl-għajnuna tal-membri tagħna. Saru wkoll karrijiet apposta għall-armar biex jintrefa’ fuqhom u jkunu jistgħu joħorġu komdi mil-lift.

F’Settembru tas-sena l-oħra ġie inawgurat il-proġett tal-lift u n-niċċa. Proġett li sar f’sena u nofs u li sal-ġurnata tal-lum tħallas kollu. Ta’ min jgħid li s-somma totali kienet ta’ €18,000. Grazzi mill-qalb lill-benafatturi kollha.

M’hemmx għalfejn noqogħdu nirrepetu li biex issir il-ħidma matul is-sena jkun hemm bżonn ta’ ħafna għajnuna finanzjarja. Dan isir grazzi għad-donazzjonijiet li tagħtuna u tal-parteċipazzjoni tagħkom fl-attivitajiet li nagħmlu matul is-sena. Komplu għinuna finanzjarjament u fl-attivitajiet li norganizzaw minn żmien għal ieħor filwaqt li nirringrazzjawkom mill-qalb.

Grazzi mill-ġdid u nawgurawlkom il-festa t-tajba lin-Nadurin kollha u lil dawk li ser jingħaqdu magħna.

VIVA SAN PIETRU U SAN PAWL

Andrew Muscat

President

L-Għaqda Armar Triq it-TramuntanaBil-festa riesqa ġmielha l-Għaqda Armar Triq it-Tramuntana bħalissa għaddejja b’ħidma kontinwa biex titlesta l-kolonna tal-brazz li suppost sal-festa tkun lesta. Ser inkomplu naħdmu fuq is-sett ta’ erba’ kolonni ġodda li għaddejja ħidma ġmielha fuqhom. L-antarjoli għandhom bżonn restawr tajjeb bħal żebgħa u xogħol ieħor fuqhom. Ix-xogħol taż-żebgħa sar mill-voluntiera tal-istess għaqda li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma naslu mkien.

Barra minn hekk. il-membri tal-Għaqda Armar Triq it-Tramuntana qed ikomplu wkoll b’restawr kontinwu fuq armar ieħor eżistenti li għandu bżonn xogħol urġenti, bħal pavaljuni li jridu restawr tajjeb kull sena. Din l-Għaqda għalkemm żgħira tagħmel l-almu tagħha kollu biex issebbaħ din it-triq għall-festa.

Nirringrazzjaw lir-Residenti ta’ Triq it-Tramuntana u Triq ta’ Sajd tal-paċenzja li jieħdu bina fil-ġranet tal-festa u kif ukoll ta’ għajnuna finanzjarja.

Nixtiequ nawguraw il-Festa t-tajba lin-Nadurin kollha kif ukoll lill-emigranti u lill-morda. Viva San Pietru u San Pawl.

Charles Caruana

Page 24: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

20

Ġunju '19

Page 25: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

21

Ġunju '19

Għaqda Armar Pjazza San Pietru U San Pawl

Triq il-Kappillan Dun Bernard Haber

Reġgħet waslet l-festa tal-Patruni tagħna San Pietru u San Pawl. Għal ħafna l-festa tfisser ħmistax ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi, marċijiet, nar u briju.Għal ftit il-festa tfisser sodisfazzjoni ta’ sena ħidma fil-garage tal-armar. Għalina l-Grupp tal-Armar Pjazza l-ħidma tagħna bdiet dritt wara l-festa fix-xhur sħan tas-sajf.

Il-Palk tal-pjazza Il-ħidma principali tagħna bħalissa qegħda fuq il-Palk li fuqu iddoqq il-Banda. Din is-sena l-Palk jagħlaq mitt sena minn meta nġab fin-Nadur. Din is-sena tkompla x-xogħol fuq id-disinni tal-ħadid – 8 b’kollox - biex issa nistgħu ngħidu li huma lesti kollha – 16-il waħda. Ix-xogħol tal-ħadid sar minn Jason Saliba. Biċċa xogħol oħra relatata mal-palk kienet l-induratura ta’ 300 metru ta’ gwarniċi li ġew indurati minn Dun Karm u Rita Meilaq. Ġew irrestawrati t-tlett statwi (anġlu u żewġ persunaġġi) li kien fadal, minn James Azzopardi.

Pedestalli tal-Appostli fil-pjazzaIl-ħsieb tagħna hu li nżommu l-armar li ħallewlna missirijietna b‘tant sagrifiċċju. Din is-sena bdejna nirrestawraw il-pedestalli u inżejnuhom b’disinni indurati. Din is-sena ser ikollna tnejn lesti - u l-irħamar sar minn Andrew Portelli. Fuq dan ix-xogħol ħadmu Mario George Mercieca, Marlon Camilleri, John Paul Galea, Mark Falzon, Tony Borg, Dun Karm, Lino Curmi, Charlie Muscat u Nancy Portelli.

L-Anġli taz-zuntierSaret manutenzjoni fuq is-sitt anġli taz-zuntier u l-pedestalli tagħhom minn Mark, John Paul u Mario George u Michael.

Ornamenti tal-Kontinenti għall-Pedestal il-Kbir.Mark Falzon ħa ħsieb inaqqax fl-injam 4 armi bil-kliem li jġib l-isem tal-Kontinenti u qed jiġu indurati bid-deheb.

Attivitajiet tal-Fund raisingSaru diversi attivitajiet ta’ Fund Raising, bħal ikliet b’kollaborazzjoni ma’ Pizzerija Rabokk u Grech Bakery, ġiti għal Malta, Tombli u Lotteriji (grazzi lil Rafel tal-United Minibus). Din il-ħidma ta’ fund Raising kienet f’idejn Karistu Camilleri.

GrazziKelma ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li ħadmu u taw s-sehem tagħhom fl-attivitajiet. Grazzi kbir lill-benefatturi u lil dawk li attendew fl-attivitajiet b’mod speċjali fit-tombla ta’ kull xahar u lil dawk kollha li jagħmlulna kuraġġ fil-ħidma tagħna. Nawguraw Il-Festa t-tajba lin-Nadurin kollha.

Rev. Karm Portelli

Għar-raba` sena konsekuttiva l-Għaqda Armar Triq il-Kappillan kompliet taħdem fuq il-proġett tant ambizzjuż tal-pavalju-ni tad-drapp li saru attrazzjoni għal kull min iżur il-festa tant għal qalbna, l-Imnarja. Wara kull pavaljun hemm xhur sħaħ ta` ħidma, dedikazzjoni u sagrifiċċji li jissarfu f`sodisfazzjon meta dawn jiġu armati fit-toroq.

Barra minn hekk, l-għaqda issa għaddejja mill-proċess biex tiġi rikonoxxuta bħala Għaqda mhux Governattiva (NGO) fi ħdan il-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji. Proċess rigoruż li la darba tiġi milqugħa l-applikazzjoni, l-għaqda tagħna tkun tista’ tibbenefika minn skemi maħruġa lill-għaqdiet Volontarji.

Issa li għandna post fiss f`dak li huwa bħala maħżen, komplejna wkoll b`aktar xogħol ta` mmodernizzar li jinkludi: tkab-bir tar-raf fejn jinħażen l-armar, saret kamra separata fejn ikun jista’ jinħadem d-drapp, kif ukoll sar taraġ ġdid sabiex ikun hemm aċċess aktar sikur għal fuq ir-raf u dan GRAZZI lil Michael Camilleri li pprovda dan it-taraġ bħala donazzjoni għall-festa.

Għall-festa ta` din is-sena se nkunu qed inżanżnu wkoll forklift li nxtara mill-istess għaqda mill-fondi miġbura matul is-sena, sabiex inkunu nistgħu narmaw l-armar tat-toroq tagħna. Ħolma oħra li saret realtà, grazzi lill-membri fi ħdan din l-għaqda tax-xogħol b`xejn li jagħmlu matul is-sena, kif ukoll lill-poplu Naduri tal-ġenerożità kbira tiegħu.

DUO LUMINARIA MAGNA(Żewġ Dwal Kbar)Kenneth Portelli

Festa

Page 26: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

22

Ġunju '19

Għaddiet sena oħra. Sena mimlija esperjenzi u ħidma fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Mnarja. Sena ta’ tlajja’ u nżul bħal kull sena oħra; sena mimlija ferħ u anke xi ftit qtigħ ta’ qalb, imma

kienet sena li kabbritna aktar fl-imħabba tagħna għall-Banda u anke għall-festa.

Il-kumitat din is-sena ffoka l-aktar fuq il-ħidma tal-aljievi, il-kunċert annwali u l-attivitajiet soċjali fit-Teatru MBC. Kienet ħidma konġunta bejn għadd ta’ persuni li wasslet għal diversi avvenimenti fit-teatru kif ukoll sar sforz qawwi u investiment fl-aljievi tagħna. Irnexxielna nibagħtu tliet aljievi minn tagħna ma’ grupp f’Matera bi programm tal-Erasmus biex itejbu l-ħiliet mużikali tagħhom. Minn din ir-rokna f’din ir-rivista nixtieq nagħmel appell għal aktar żgħażagħ, tfal u adulti biex jissieħbu mal-Banda tagħna bħala aljievi biex ikomplu jassiguraw il-futur tal-Banda tagħna. Għamilna wkoll għadd ta’ programmi mużikali li huma wisq għal qalb il-kumitat, bandisti u surmastrijiet. Nistgħu ngħidu li dawn il-kunċerti kienu ta’ suċċess kbir u lħaqna livell għoli fl-eżekuzzjoni tal-mużika.

Saret ħidma kbira wkoll mil-lat ta’ fundraising. Għamilna numru sostanzjali ta’ ġiti f’Malta, Sqallija u Baveno. Saru numru kbir ta’ tombli u high teas li kollha jirrikjedu sigħat ta’ xogħol u preparamenti kif ukoll uġigħ ta’ ras biex ma naħbtu mal-ebda attività oħra u biex ikunu suċċess. Nistgħu ngħidu li l-każin qed jintuża kollu u dejjem u l-kalendarju u l-użu tal-faċilitajiet fil-każin kien imballat b’diversi ġranet li fihom saret aktar minn attività waħda. Il-kumitat irid jorga-nizza t-tombla, provi tal-banda, provi fit-teatru, kirjiet tas-sala ta’ isfel, użu tal-istudjow il-ġdid tal-każin, kompetiz-zjonijiet tal-biljard ta’ barra u anke l-isnooker ta’ ġewwa, is-sessjonijiet tat-tagħlim tal-aljievi u attivitajiet oħra li jinqalgħu minn ġimgħa għal ġimgħa. Grazzi lil dawk koll-ha involuti biex ġimgħa wara ġimgħa rnexxielna nsibu l-

allokazzjoni għal dawn l-attivitajiet kollha biex il-każin ikun ċentru soċjali u rikreattiv għall-familja kollha.

Il-festa tal-Imnarja tirrikjedi ħafna preparamenti, xogħol u ħsieb. Din is-sena l-parroċċa qed tiċċelebra l-mitt sena minn meta l-planċier tal-pjazza wasal fostna u għalhekk il-Banda li hija marbuta mal-planċier qed tiċċelebra wkoll dan l-avveniment storiku li jolqot iż-żewġ entitajiet. Għalhekk din is-sena ser ikollna tliet baned Maltin mistied-na għall-festa li huma s-Soċjetà Filarmonika Cittadina La Vallette, il-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun kif ukoll il-Ban-da Sant’Elena ta’ Birkirkara. Din is-sena wara li kienu saru l-preparamenti kollha għall-festa ġejna affaċċjati bi spiża f’daqqa billi l-baned Maltin għollew il-pagament tas-ser-vizz sostanzjalment u għalhekk il-kumitat kellu jara kif ser jagħmel tajjeb għal din iż-żieda f’daqqa. Qegħdin nippre-paraw diversi attivitajiet matul is-sajf li ġej biex għas-sena li ġejja nkunu ppreparati biex nilqgħu għal dawn l-ispejjeż.

Il-Banda Mnarja jkollha sehem qawwi ħafna matul is-sena b’diversi servizzi mużikali ewlenin fosthom fil-Ġimgħa l-Kbira, l-Irxoxt kif ukoll matul il-festa. Nistgħu ngħidu li dejj-em għaddejjin u minn hawn nixtieq ngħid grazzi lill-bandis-ti tagħna tal-ħidma tagħhom kif ukoll tas-sagrifiċċju li jagħmlu f’servizzi fin-Nadur u barra r-raħal. Li tkun bandist huwa unur imma jġorr ukoll ċertu impenn, impenn li però jagħtik sodisfazzjon u sens ta’ serħan.

Nixtieq nirringrazzja lin-Nadurin kollha tal-appoġġ kontin-wu li jagħtu lis-Soċjetà. Il-kumitat qed jagħmel dak kollu possibbli biex ikun ta’ servizz u anke jikkrea ambjent kul-turali fin-Nadur kemm mil-lat mużikali kif ukoll fit-teatru.

Il-Festa t-tajba lil kulħadd.

Viva San Pietru u San Pawl!

Leħen Il-Banda Mnarja James Buttigieg

Page 27: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

23

Ġunju '19Xogħol u l-Programm tal-Għaqda tan-Nar San Pietru u San Pawl għall-Festa 2019

Darryl Portelli

Għeżież Nadurin,Reġa’ wasal dak iż-żmien, żmien il-festa, l-Imnarja li kull Naduri jkun qed jistenna b’ħeġġa kbira. Bħas-snin li għaddew l-Għaqda tan-Nar San Pietru u San Pawl ser terġa’ ttella’ programm sħiħ ta’ Nar tal-art u tal-ajru.

Il-Programm jiftaħ fit-18 ta’ Ġunju bil-Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa u jkompli fit-Tridijiet (25, 26, 27 ta’ Ġunju). F’Lejliet il-festa ser nerġgħu ntellgħu spettaklu ieħor ta’ logħob tan-nar tal-ajru bl-isem ta’ ‘The Rising Sun’. Dan l-ispettaklu ser ikun jikkonsisti minn murtaletti beraq u kulur u blalen ta’ diversi qisien, forom u sfejjer maħduma mill-kmamar tan-Nar St. Michael’s Fireworks, Lija, Lourdes Fireworks Factory, San Ġwann u St. Andrews Band Fireworks Factory, Luqa. Ser ikun jinkludi wkoll Baraxx fil-bidu u l-grand finale fl-aħħar, maħruqa bis-sistema ‘Fire One’ mill-Kamra tan-Nar St. Michael’s Fireworks Factory, Lija. Din is-serata ser tiġi fi tmiemha bi blalen u kaxxa maħduma minn Lourdes Fireworks Factory, San Ġwann.

Wara li s-sena l-oħra, minħabba cirkostanzi li ma kellniex kontroll fuqhom, kellna nikkanċellaw il-programm tan-nar tal-art, din is-sena ser jerġa’ jkollna żewġ ħarqiet ġigġifogu fil-pjazza, bħalma dejjem saru fis-snin li għaddew. Fid-Dimostrazzjoni u f’Lejliet il-Festa ser ikollna żewġ ħarqiet tal-logħob tan-nar tal-art għall-ħabta ta’ nofsillejl, xogħol tal-Kamra tan-Nar Lourdes Fireworks Factory, San Ġwann.

F’nhar il-Festa, waqt il-purcissjoni, ser ikollna ħarqa oħra tajba ta’ murtaletti tal-logħob, beraq u kulur, blalen ta’ diversi qisien u sfejjer maħdumin minn St. Michael’s Fireworks, Lija. Il-Kaxxi tal-ħruġ u tad-dħul u l-blalen ta’ mal-kaxxa huma xogħol ta’ St. Andrews Band Fireworks Factory, Luqa.

Il-bqija tan-nar ta’ waqt dan il-programm ser ikun maħdum mill-Kamra Madonna tal-Virtù, Għarb u Kamra tan-nar 15

ta’ Awwissu, Kerċem. L-ispejjeż huma kbar u l-għaqda tagħna taħdem u tistinka bla waqfien matul is-sena sabiex tkopri dawn l-ispejjeż li mhux biss jinkludu spejjeż tan-nar iżda wkoll l-ispejjeż tal-Pulizija, Insurance għall-ħruq tan-nar, Fire-engine, transport tan-nar permess ta’ dgħajsa kif ukoll spejjeż oħra. Matul is-sena norganizzaw BBQ’s, ikliet, ġiti għall-diversi festi f’Malta, lotteriji, ġbir bieb bieb, ġbir mir-reklami li jkollna fuq il-kalendarju u l-programm tal-festa u donations. Grazzi lil dawk l-individwi u sponsors kollha li jagħtu l-kontribut finanzjarju tagħhom matul is-sena sabiex inkunu nistgħu ntellgħu programm tan-nar kif jixraq għall-festa tal-Kbar San Pietru u San Pawl. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk l-individwi li ta’ kull sena jipprovdulna t-trakkijiet u crane biex bijhom inkunu nistgħu nippreparaw għal-dan il-programm li għadna kif semmejna. Fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi kbira lilkom kollha li tkomplu timlewna b’kuraġġ biex malli tgħaddi l-festa nibdew naħdmu għal sena oħra. F’isem il-Kumitat tagħna nawgura l-Festa t-Tajba lin-Nadurin kollha.

Viva San Pietru u San Pawl

Page 28: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

24

Ġunju '19

IL-KNISJA MATRIĊI, ARĊIPRETALI, KOLLEĠĠJATA INSINJI U BAŻILIKA

Ġużi Muscat

Ta’ San Pietru u San Pawl tan-NadurIl-Knisja Parrokkjali tan-Nadur, iddedikata lill-Prinċpijiet tal-Appostli San Pietru u San Pawl, hi mogħnija b’diversi titli ta’ ġieħ li ġew mogħtija lil-ha matul is-snin li ilha mwaqqfa mill-1688 sal-lum. Hawnhekk ser infisser dak li hemm fit-titlu ta’ dan l-artiklu.

MATRIĊI: Knisja Omm ta’ knejjes oħra. Dan it-titlu jintuża meta ngħidu li t-tali parroċċa ħarġet minn limiti ta’ parroċċa viċin tagħha. Mill-parroċċa tan-Nadur inqatgħu żewġ parroċċi: Għajnsielem fl-1 ta’ April 1855 u l-Qala fl-20 ta’ Frar 1872. F’Għawdex hemm il-Knisja Katidrali tal-Assunta li minn żmien ilu dejjem kienet magħrufa bħala Matriċi, billi mit-territorju tagħha nqatgħu l-parroċċi t’Għawdex.

ARĊIPRETALI: Dan huwa titlu li jingħata lill-qassis inkarigat mit-tmexxija tal-parroċċa. Dan is-saċerdot huwa magħruf ukoll bħala kappillan. Din id-dinjità ngħatat lill-kappillan tan-Nadur, Dun Ġwann Camil-leri, permezz tal-Ittri Appostoliċi bid-data tad-19 ta’ Diċembru 1893. Dun Ġwann Camilleri ħa l-pussess ta’ Arċipriet fl-1 ta’ Jannar 1894.

KOLLEĠĠJATA: Knisja li magħha jkunu marbuta numru ta’ qassisin li jinġabru flimkien biex jirreċitaw l-Uffiċċju Divin. Dawn jissejħu kanonċi. Il-Knisja tan-Nadur ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Kolleġġjata mill-Papa Ljun XIII bil-Bolla Appostolika “Sanctae Romanae Ecclesiae” datata 19 ta’ Settembru 1894. Din tan-Nadur kienet it-tielet Kolleġġjata imwaqqfa f’Għawdex wara dik tal-Matriċi tal-Assunta (illum il-Knisja Katidrali) u tal-parroċċa tal-Għarb.

BAŻILIKA: Kelma li ġejja mill-aġġettiv feminil Grieg Basilike portiku. Kien bini użat mir-Rumani. Il-pjanta tagħha kienet tkun rettangulari u fil-ġnub kien ikoll-ha n-navi. In-nies tas-Senat Ruman kienu jagħmlu l-laqgħa tagħhom hawn. Wara r-rebħa ta’ Kostan-tinu ċerti bażiliċi ġew mibdula fi knejjes.

Fil-Knisja Kattolika jeżistu biss erba’ Bażiliki maġġuri, li kollha kemm huma jinsabu f’Ruma, u li fihom hemm is-sede tal-Papa. Il-Bażiliki l-oħra kollha, madwar id-dinja, mal-1,400, huma kollha minuri u titulari. F’Għawdex insibu 6 Bażiliċi li huma: Tal-Madonna tal-Patroċinju fl-Għasri; Is-Santwarju Ta’ Pinu; San Ġorġ fir-Rabat; u dawk tan-Nadur, Għarb u Xagħra. F’xi Bażiliċi naraw arkitettura u oġġetti simboliċi li jirrappreżentaw id-dinjità tagħhom.

Page 29: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

25

Ġunju '19

It-TgħanniqaMin jaf il-ħsus li f’żewġt iqlub imkebbsa! Min jaf bejnietkom kemm-il ħsieb mistur! Nistħajjel qed tbexxqulna mill-ġdid fommkom mill-kwadru titulari tan-Nadur.Appostli, Prinċpijiet, bikom niftaħru, għalikom hawn jintiseġ l-aqwa ġieħ; kburin bl-għemejjel tagħkom, għax Kolonni tal-Knisja l’isem Kristu ġġib Rebbieħ.

Imm’hawn xħin taħt ħarsitkom jien nintasab imsaħħar bl-għajnejn tagħkom f’ta’ xulxin, id-demm li f’Ruma tħallat b’xhieda għad-dinja, ġustizzja nisma’ jgħajjat mill-bnedmin.

Għax xejn ma ntfiet il-ħrara biex għal Kristu ħajjitkom ma tqisuha xejn ħlief knis u xxandru s-sewwa kollu mingħajr biża’: għalhekk bi Msiebaħ kbar l-art lilkom tqis.

It-toroq li l-Imgħallem bagħatkom fihom, lil wieħed jirgħa l-merħla f’tagħha n-nieqa, lill-ieħor biex lill-ġnus ġo fiha jiġbor, illum iltaqgħu f’tagħkom dit-tgħanniqa.

Għalxejn ma sewa li jdejkom rabtulkom, għax min se jifred lil daż-żewġt iqlub, jekk qawwa bil-wisq ogħla li żewġitkom, il-qawwa tal-imħabba tal-Mislub?

It-triq li se twassalkom għall-martirju diġà bid-demm ta’ ħafna hi msoqqija; kemm frott f’dawn l-għoxrin seklu għax dil-ħarsa ħallejtu jdawwalhielkom ‘il-Messija!

Kemm hienja l-Belt li laqgħet il-fdal tagħkom, imm’aktar aħna wliedkom, Pietru u Pawlu, nifirħu bl-eqdes xhieda ta’ mħabbitkom, nitolbu dik ħarsitkom fuqna ddawru!

Newlulna ftit mill-ħeġġa għall-Vanġelu li biha jiddi kliemkom kullimkien, rossuna fit-tħaddina li tgħaqqadkom fil-mewt, fil-ġieħ, fil-glorja ma’ kull żmien. Francesco Pio Attard

29 ta’ Ġunju 2018

Page 30: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

26

Ġunju '19

Spiritwalità

San Luqa dixxiplu ta’ San Pietru u San Pawl

L-awtur tal-Atti tal-Appostli huwa San Luqa, l-awtur tat-tielet evanġelju. Din l-opra turi li l-awtur kien preżenti f’xi mumenti tal-ġrajjiet u għalhekk l-awtur jilbes il-libsa ta’ ġurnalista mmexxi mill-Ispirtu s-Santu. Bħall-evanġelju, huwa kiteb bi Grieg tajjeb ħafna, jgħidulu tal-‘Koine’. Dan Luqa, jidher f’din l-opra bħala dixxiplu ta’ San Pawl u anke ta’ San Pietru. Din l-opra bħall-evanġelju, hija ddedikata lil wieħed ħabib kbir tiegħu aktarx ta’ klassi għolja jismu Teofilu (li jfisser: ‘dak li jħobb lil Alla’). Għalhekk l-Atti tal-Appostli huwa indirizzat lill-insara kollha li jħobbu lil Alla.

L-Opra tal-Atti tal-Appostli

L-ewwel nett l-iskop tal-ktieb huwa li jsaħħaħ il-fidi tal-insara fl-ewwel żmenijiet li kienu għaddejjin minn persekuzzjonijiet kbar fl-imperu Ruman u sabiex l-evanġelju jasal mad-dinja kollha u b’hekk ikompli l-opra tal-evanġelju ta’ San Luqa. Mill-ewwel kapitlu sa kap 6:7 naraw il-Knisja ta’ Ġerusalemm fejn kienet tiltaqa’ l-komunità fejn għandna, it-Tlugħ tal-Mulej fis-sema quddiem l-appostli (1:9), l-għażla ta’ Mattija (1:12-26), l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli (kap 2) u l-predikazzjoni u l-ewwel mirakli ta’ San Pietru (3:1-26). Minn kap 6 vers 8 sa kap 9:31 naraw il-Knisja fil-Ġudea, il-martirju ta’ San Stiefnu li huwa l-ewwel martri fejn kien hemm preżenti Sawl bħala fariżew (6:8-7:60) u l-predikazzjoni fis-Samarija, Filippu l-uffiċjal etjopiku u Apollo li kien minn Lixandra fl-Eġittu. Minn kap 9 sa kap 12:24 naraw is-sejħa u l-konverżjoni ta’ San Pawl fit-triq ta’ Damasku (9:1-31), il-magħmudija tiegħu minn Ananija, il-Knisja ta’ Antijokja fis-Sirja fejn id-dixxipli li bdew jissejħu ‘kristjani’ u l-konverżjoni tal-pagan Kornelju minn San Pietru (10:1-48). Minn kap 12:25 sa kap 16:5 tibda l-parti marbuta ma’ San Pawl fejn naraw il-Knisja tinfirex f’Ċipru u fl-Asja Minuri permezz ta’ San Pawl fl-ewwel vjaġġ tiegħu missjunarju u l-Konċilju ta’ Ġerusalemm (15:1-35). Minn kap 16:6 sa kap 19:20 naraw il-ħidma ta’ San Pawl fl-Ewropa, fil-Maċedonja u fil-Greċja. Minn kap 19:21 sa kap 28:31 naraw lil San Pawl jitlaq minn Efesu, imur fil-Maċedonja mbagħad fi Troas u Miletu u lura l-Palestina (Kap 21) fejn jiġi akkużat u arrestat, u huwa jappella sabiex imur Ruma għand Ċesari liema vjaġġ iġibu fuq gżiritna (kap 27 u 28).

San Pietru fl-Atti tal-Appostli

M’hemmx dubju li San Pietru jidher bħala Kap tal-Appostli u l-ewwel Papa. Dan narawh sa mill-bidu tal-ktieb, fejn

San Luqa dejjem ipoġġi lil San Pietru bħala mexxej tat-Tnax u protagonist tal-Knisja tal-bidu fejn narawh bħal Ġesù jgħallem, jipprietka u jwettaq diversi mirakli. Kien hemm preżenti fil-Knisja li kienet qed titwieled mat-Tlugħ tal-Mulej fis-sema u tistenna b’ħeġġa kbira l-Inżul tal-Ispirtu s-Santu nhar Għid il-Ħamsin (ara Atti 1:14-16).

Ikun San Pietru li jinseġ l-ewwel katekeżi u omelija nhar Jum il-Għid il-Hamsin: “Imma Pietru, flimkien mal-Ħdax, qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli: “Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm, kunu afu dan u isimgħu sewwa x’se ngħidilkom jien. Le, dawn mhumiex fis-sakra, kif qegħdin taħsbu intom; għax għadhom id-disgħa ta’ filgħodu. Imma dan mhux ħlief dak li ntqal permezz tal-profeta Ġoel: ‘U jiġri fl-aħħar jiem, jgħid Alla, li jiena msawwab mill-Ispirtu tiegħi fuq kull bniedem; u jħabbru wliedkom, subien u bniet, u ż-żgħażagħ tagħkom jaraw dehriet, u x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolmiet; u wkoll fuq il-qaddejja tiegħi, irġiel u nisa, insawwab f’dawk il-jiem mill-Ispirtu tiegħi u jħabbru’” (Atti 2:14-18). Fuq kollox ikun huwa li jxandar l-aħbar it-tajba jiġifieri l-evanġelju tal-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt (ara Atti 2.22-25).

Naraw lil San Pietru jwettaq l-ewwel magħmudijiet tal-Knisja kif inkomplu naqraw fit-tieni kapitlu. F’kapitlu tlieta naraw lil San Pietru jfejjaq lill-magħtub ħdejn il-bieb tat-tempju fejn imbagħad wara huwa jagħmel diskors importanti ħdejn il-Portiku ta’ Salamun: “Fidda u deheb ma għandix; imma dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nażaret, imxi!” (3:7). F’kapitlu erbgħa naraw l-ewwel persekuzzjoni fuq San Pietru mil-Lhud fejn tressaq ukoll quddiem is-Sinedriju. F’kapitlu ħamsa naraw l-episodju li kellu l-appostlu ma’ Ananija u Safira li mietu għaliex għamlu dak li mhux sewwa, il-mirakli li bdew iwettqu l-appostli u lil Pietru narawh jiddefendi l-verità quddiem il-persekuturi. F’kapitlu sitta narawh isejjaħ lill-

Il-Ġrajjiet ta’ San Pietru u San Pawl fir-Rakkont tal-Atti tal-Appostli Fr Charles Buttigieg

“Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art” (Atti tal-Appostli 1:8).

San Pietru jfejjaq lill-magħtub ħdejn il-bieb tat-tempju.(Nicolas Poussin)

Page 31: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

27

Ġunju '19

ġemgħa sabiex jagħżlu l-ewwel djakni, fosthom lil San Stiefnu. F’kapitlu tmienja San Pietru jmur biex jipprietka fis-Samarija. F’kapitlu 9:32-35, Pietru jfejjaq lil Eneja ġewwa Lidda. Imbagħad wara jiġi l-episodju tal-qawmien mill-mewt ta’ Tabita minn San Pietru ġewwa Ġaffa. F’kapitlu għaxra naraw lil San Pietru wara li kellu dehra, jikkonverti lill-pagan iċ-ċenturjun Kornelju u l-familja tiegħu ġewwa Ċesarija Marittima. F’kapitlu ħdax naraw lil San Pietru jispjega lilu nnifsu talli l-pagani kienu laqgħu wkoll l-Aħbar it-Tajba. F’kapitlu tnax naraw l-arrest ta’ Pietru u wara l-ħelsien mill-ħabs. Imbagħad f’kapitlu ħmistax naraw lil San Pietru kap tal-appostli jkun preżenti għall-Ewwel Konċilju tal-Knisja li sar ġewwa Ġerusalemm.

San Pawl fl-Atti tal-Appostli

Huwa proprju fl-Atti tal-Appostli ta’ San Luqa l-Evanġelista, li kien infatti wkoll s-sieħeb ta’ Pawlu fil-ħidma missjunarja, li nsibu narrazzjoni ordnata tal-ħidma missjunarja ta’ Pawlu sabiex il-vanġelu jixxandar ma’ kullimkien fin-nisġa tal-istorja tas-salvazzjoni ‘historia salutis’ u għalhekk ukoll ‘ġeografija tas-salvazzjoni’. Fl-Atti huma msemmija 102 postijiet differenti li żar San Pawl. Sawlu minn Tarsu narawh fil-bidu fil-persekuzzjoni kontra l-ewwel insara mil-Lhud: “Biż-żelu li kelli, ippersegwitajt il-Knisja” (ara Atti Kap 8). Huwa assista għas-sena 35 W.K. għall-martirju ta’ San Stiefnu meta kien għadu żagħżugħ (ara Atti 7:58). Sawlu kien bniedem intelliġenti, mimli ħeġġa u b’ħafna kwalitajiet, imma fil-fond ta’ qalbu kien għadu ma skopriex il-verità sħiħa ta’ Kristu bħala t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Kien proprju f’din il-fehma ta’ persekuzzjoni li ltaqa’ ma’ Ġesù fit-Triq ta’ Damasku: “Huwa u sejjer, kif qorob lejn Damasku, f’daqqa waħda idda madwaru dawl mis-sema. Waqa’ fl-art u sema’ leħen jgħidlu: ‘Sawl, Sawl! Għaliex qiegħed tippersegwitani?’ Hu wieġeb: ‘Min int Mulej?’ u l-leħen wieġbu: ‘Jiena Ġesù, li int qiegħed tippersegwitah.” (Atti 9:3-5; ara ukoll Atti 9:1-20; 22:1-21; 26:2-23). Din il-laqgħa ma’ Kristu, tibdel b’mod radikali l-ħajja ta’ Pawlu.

Wara l-konverżjoni u s-sejħa tiegħu, Pawlu jsir ħolqien ġdid fi Kristu, tgħammed minn Ananija wara tlitt ijiem ‘midfun fid-dlam’, u mar jagħmel żmien irtirat fid-deżert fl-Arabja fejn kellu diversi rivelazzjonijiet u sabiex jirrifletti kif jgħidilna San Ġirolmu (ara Atti 2:11). Lura f’Damasku kellu jaħrab minn fejn riedu joqtluh u mar Ġerusalemm għal ħmistax-il ġurnata fejn iltaqa’ ma’ Pietru u biex ikollu l-ewwel kuntatt mal-Knisja ta’ Kristu. Iżda ma damx Ġerusalemm għax kellu jaħrab ukoll u għalhekk mar Tarsu. Hawnhekk San Pawl jagħmel diversi snin ta’ silenzju, żmien twil ta’ purifikazzjoni u meditazzjoni, jipprepara għall-ministeru tiegħu ta’ evanġelizzazzjoni.

L-ewwel vjaġġ missjunarju ta’ San Pawl bejn is-snin 45 u 49 W.K., kien minn Antijokja fis-Sirja għal Ċipru (hawnhekk beda jissejjaħ Pawlu, ara Atti 13:9) u fin-nofsinhar tal-Anatolja fl-Asja Minuri. Kien l-ewwel ma’ Barnaba u Marku,

imbagħad kompla għal rasu fil-vjaġġi l-oħra (ara Atti 11:27-30). Fil-Konċilju ta’ Ġerusalemm, saħaq li l-pagani kellhom jedd li jidħlu fir-reliġjon ta’ Kristu mingħajr ma jkunu miżmuma għall-osservanza tal-liġi, għaliex is-salvazzjoni tiġi minn Kristu biss (ara Atti 15:2). Fit-tieni vjaġġ missjunarju bejn is-snin 50 u 52, huwa kien akkumpanjat minn Silas lejn l-Anatolja, fejn f’Listris għammed lil Timotju u wara mar lejn l-Ewropa, proprju fil-Maċedonja fil-bliet ta’ Filippi, Tessalonika, Bereja u fl-Akaja fil-bliet ta’ Ateni u Korintu fejn kien hemm Akwila u Prixxilla. F’dan il-vjaġġ jissieħeb miegħu San Luqa l-awtur tal-Atti, probabilment fi Troas (ara Atti 16:8-10). Fit-tielet vjaġġ missjunarju bejn is-

snin 53 u 58, huwa reġa’ żar il-komunitajiet li huwa waqqaf kemm fil-Greċja u wkoll fl-Asja Minuri, b’mod partikulari f’Efesu fejn dam madwar tliet snin. Fost kollaboraturi oħra ta’ San Pawl insibu lil Apollu, Epafra, Epfroditu, Tikiku, Urbanu, Gaju, Aristarku, Febi, Trifena, Trofosa, u Persi. L-Atti 23:16:22, isemmi l-qraba ta’ San Pawl li kienu sebgħa: Androkinu, Ġunja, Ġason, Sosipater, Luċju, oħtu u n-neputi. F’Ġerusalemm kien joqgħod għand oħtu (ara Atti 23:16).

Lura fil-Palestina huwa kien arrestat u miżmum għal sentejn fil-Foritizza Antonja, bejn is-snin 58 u 60. Ir-raba’ vjaġġ kien bħala priġunier sabiex jappella għand Ċesari, imma jibqa’ dejjem wieħed missjunarju għaliex wara maltempa u skont il-Providenza ta’ Alla hu kien ‘jeħtieġ’ jgħaddi Malta fejn dam tliet xhur (ara Atti 27 u 28). F’Ruma dam sentejn il-ħabs fiċ-ċella ta’ Tulljanu f’Mamertinum, sakemm ġie meħlus għas-sena 62, fejn wara kellu l-possibbiltà li jerġa’ jżur xi komunitajiet li huwa kien waqqaf qabel, fosthom Efesu u Kreta.

Dawn huma fost il-ġrajjiet l-iktar importanti ta’ San Pietru u San Pawl, il-patruni tagħna, li nsibu fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli, li jpoġġihom bħala l-ewwel protagonisti tal-Knisja u ż-żewġ kolonni tal-Knisja, fejn fil-belt ta’ Ruma huma jinkurunaw l-missjoni tagħhom bil-martirju.

San Pawl jipprietka f'Ateni - (Raffaello)

Page 32: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

28

Ġunju '19

“Mela raġel bl-isem ta’ Onesiphorus kien sema’ li Pawlu kien fi triqtu lejn Ikonju, mar ma’ wliedu Simias u Zenon u ma’ martu Lectra biex jiltaqa’ miegħu u joffrilu ospitalità. Titu kien iddeskrivielu d-dehra ta’ Pawlu, billi hu kien jafu biss bl-isem, iżda ma kienx jaf kif jidher. Għalhekk qabad it-Triq Irjali għal Listra u beda jifli lil kull min kien għaddej. F’daqqa waħda ra lil Pawlu, li kien żgħir fl-istatura, qargħi, saqajh kienu mgħawġin imma ġismu kien b’saħħtu. Ħuġbejh jiltaqgħu flimkien u mnieħru xi ftit mgħawweġ imma eleganti. Kultant kellu dehra ta’ bniedem, iżda drabi oħra kellu dehra ta’ anġlu”.

Din id-deskrizzjoni dwar San Pawl, tant differenti kif narawh fl-arti barokka tagħna, hija meħuda minn kitba msejħa l-Atti ta’ Pawlu u Tekla, kitba apokrifa1 tat-tieni seklu. Hija l-aktar deskrizzjoni antika dwaru li waslet għandna. Din id-deskrizzjoni għenet biex San Pawl jiġi rappreżentat b’dan il-mod għal diversi sekli, speċjalment fl-ewwel millenju tal-istorja tal-Knisja. Araw ftit

dawn iż-żewġ affreski. Dawn iż-żewġ affreski huma xhieda ta’ dan, waħda f’Ruma u l-oħra f’Efesu, illum fit-Turkija.

Fl-IkonografijaKontra qaddisin oħra, ftit huma x-xbihat li nsibu ta’ San Pawl. San Ġorġ u San Nikola, biex insemmi tnejn biss, kellhom kult imxerred sewwa man-naħat kollha tal-Ewropa. Ix-xbihat tagħhom kienu varji, popolari u mxerrdin sew mad-dinja Kristjana. U ħafna milli nsibu ta’ San Pawl jinkluduh jew ma’ San Pietru, kważi dejjem in-naħa tal-lemin tagħna, jew flimkien mal-appostli l-oħra. Kurjuż il-fatt li anke f’ikoni bħal ta’ Pentekoste u r-raqda tal-Madonna, fostna magħrufa bħala Santa Marija, Pawlu qiegħed hemm, preżenti, għalkemm dak iż-żmien kien għadu persekutur tal-Insara. Jiġifieri bħala persunaġġ hu meqjus importanti daqs San Pietru, iżda fl-ikonografija jidher xi ftit minsi. Iżda qabel ma nitkellmu dwar l-ikonografija propja ta’ San Pawl tajjeb nagħtu ħjiel żgħir ta’ x’nifhmu meta nsemmu l-kelma “ikoni” jew “ikonografija”.

Meta tidħol ġo Knisja Biżantina, kemm knisja tar-rit

1 Kitba Apokrifa hija kitba miktuba fi żmien il-kotba l-oħra tal-Ġdid Testment u bl-istess stil, iżda minħabba ċerti dettalji li jkun fiha, u kultant xi ftit esaġerati, ma ġietx inkluża fil-lista tal-Kotba Mqaddsa.

Ortodossa kif ukoll dik tar-rit Kattolika, jolqtok il-fatt li spiss tiltaqa’ ma’ xi persuna jew tnejn deħlin f’dawn il-

knejjes, jixegħlu x-xemgħa, iduru dawra mal-knisja jroddu s-slaleb (tlieta, tlieta, li jissimbolizzaw it-tliet persuni tat-Trinità Qaddisa) u jbusu x-xbihat li jimlew il-knisja – il-famużi IKONI, li reġgħu ħadu l-popolarità antika tagħhom. Fil-fatt ma tistax ma ssemmix l-ikoni meta ssemmi Knisja Biżantina. Huma marbutin ħafna mill-qrib għax ikona “hija l-espressjoni bil-kulur ta’ dak li l-Vanġelu jwasslilna bil-kliem.”2Sergius Bulgavoc, teologu

Ortodoss, iżid jgħid: “Kull fergħa tar-Reliġjon Nisranija għandha r-rigal partikulari li jikkaratterizzaha: il-Kattoliċi – l-organizzazzjoni u l-awtorità; il-Protestanti – onestà intelletwali u l-ħajja; waqt li l-Ortodossi, l-aktar dawk ta’ Biżanzju u r-Russja ġew mogħtija li jaraw is-sbuħija tad-dinja spiritwali”,3 sbuħija espressa tant b’mod profond fl-ikoni.

X’inhi l-Ikona?4

Il-kelma IKONA ġejja mill-Grieg eikon(eikon) li tfisser xbieha. Fil-fatt l-arti tal-Ikonografija tfisser “tikteb5 ikona”.6 L-ikona mhix sempliċi stampa jew arti qaddisa ta’ ċertu żmien jew epoka. Almenu għall-Biżantini tfisser ħafna aktar minn hekk. Hija xbieha li tgħin lill-individwu jgħaddi minn dak li jidher għal dak li ma jidhirx, għax l-ikona “hija intenzjonata li tkun xbieha ta’ dak li ma jidhirx. Hi wkoll preżenza ta’ Dak li ma jidhirx”7, għax “ikona ixxandar u turi lil Alla. L-ikona hija l-viżjoni ta’ Alla u ta’ dinja mibdula.

2 The Icon – Window on the Kingdom – Michel Quenot3 The Orthodox Church – Sergius Bulgavoc4 Tajjeb niftakru li l-ikonografija żviluppat fix-xaqliba tal-Lvant, speċjalment fl-Eġittu u f’Kostantinopli, illum Istanbul it-Turkija. Minn hemm ittieħdet f’postijiet oħra speċjalment fir-Russja. Meta r-Russja kollha kkonvertiet għall-Kristjaneżmu, is-sultan stess talab is-servizz ta’ ikonografi mill-Greċja biex isebbħu l-knejjes u jgħallmu lin-nies tal-post it-teknika tal-ikonografija. Minħabba f’hekk, kull post żviluppa t-teknika u l-użu tal-kulur tiegħu.5 Ikona tiktibha u mhux tpinġiha. Ir-raġunar sempliċi hu li l-Bibbja, li hi l-kelma t’Alla, hi miktuba bil-linka għal min jaf jaqra, waqt li l-ikona hija wkoll il-kelma/messaġġ t’Alla bil-kuluri għal min ma jafx jaqra jew ma kienx jaffordja li jkollu Bibbja. Minn hemm daħlet l-idea li l-ħitan tal-knejjes jiżżejnu b’affreski mim-lija ġrajjiet meħuda mill-Istorja tas- Salvazzjoni tagħna, kemm l-Antik kif ukoll il-Ġdid Testment.6 The Icon – Window on the Kingdon – Michel Quenot7 The Icon – Image of the Invisible: Elements of Theology, Aesthetics and Technique – Egon Sendler S.J.

San Pawl fl-Ikonografija Biżantina

Affresk li juri wiċċ San Pawl fil-Katakombi ta’ Santa Tekla, Ruma – 4 seklu wK misjuba fis-se-na 2009. L-aktar antik li

nstab s’issa.

Wiċċ Pawlu fuq ħajt fi grotta ddedi-kata lilu f’Efesu – 5

jew 6 seklu wK

kitba ta’ Vinċent Mangani

Page 33: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

29

Ġunju '19

Hija lingwa li ma tistax tiġi mitkellma mingħajr Fidi u mingħajr għaqda intima mal-Knisja”8. Sa minn żmien is-Santi Padri9 raw l-importanza tagħhom minħabba l-fatt li “l-ikoni huma, għal dawk li ma jafux jaqraw, dak li l-Kotba Mqaddsa huma għal min hu mgħallem”.10

Kif għandna nħarsu lejn it-tifsira tagħha? Qabel kollox, nistgħu ngħidu li hija xbieha li sempliċiment iġġorr informazzjoni dwar dak li tirrappreżenta. Fil-fatt, ikona turi persuna - eżempju Ġesù jew San Nikola, jew ġrajja - id-Daħla f’Ġerusalemm jew ir-raqda ta’ Marija. Tfakkarna f’dak li qed turi u għalhekk, f’ċertu sens, issir ħolqa bejn dak li qed turi u dak li qed jitlob quddiemha: ħaġa li tibqa’ fil-moħħ tal-individwu. Dan kollu jrid jinftiehem mir-rabta li teżisti bejn l-ikona u l-fidi u l-ħajja fil-knisja. Għall-Biżantini, “xbieha li ma tistax tintuża liturġikament, sempliċiment mhix ikona”.11

Biex tifhem ikona, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh tliet aspetti ta’ kull waħda:

1). L-aspett artistiku: Kull ikonografu12 hu meqjus sempliċiment l-għodda biex iwassal xbieha lill-oħrajn, għax fil-fatt għandu regoli u kuluri riġidi x’juża fix-xogħol tiegħu. It-temi magħżula huma dawk aċċettati kanonikament u stabbiliti u definiti b’mod tradizzjonali, kultant anke f’konċilji. L-ebda ikonografu ma jista’ jiċċaqlaq mill-istil tal-ħwejjeġ u l-kuluri użati. Dan jgħodd ukoll għall-ġesti u dettalji oħra. Qabel jibda jikteb l-ikona, l-ikonografu jrid jitlob u jsum. L-ewwel ikona li jikteb f’ħajtu ikonografu, trid tkun dik ta’ Kristu biex jafferma l-fidi tiegħu fl-Inkarnazzjoni. B’hekk, ikonografu veru ma jistax jiffirma ismu għax hu biss strument f’idejn Alla u jpinġi dak li l-ewwel ikun ħass u talab fuqu. Ma jiffirmax għax:

a) l-isem hu sinonimu mal-persuna; b) qed ipitter skont it-tradizzjoni allura d-disinn mhux

proprjetà tiegħu; ċ) hu spirat mill-Ispirtu s-Santu: hu jsir sempliċiment

għodda f’idejh.13

2). L-aspett spiritwali: Lill-bniedem li qed jaraha jew jitlob quddiemha, l-ikona trid tgħinu jintrefa’ f’Alla għax

8 The Resurrection and the Icon – Michel Quenot9 Dawn is-Santi Padri huma papiet u qaddisin kbar u għorrief li kellha l-Knisja fl-ewwel ħames/sitt mitt sena tagħha. Huma tawna diversi tagħlim dwar aspetti importanti tal-Fidi tagħna.10 Ittra ta’ San Girgor lil Serenus, Isqof ta’ Marseilli, PL 102711 The Resurrection and the Icon – Michel Quenot12 Dak li jikteb (ipitter) l-ikoni13 The Icon – Window on the Kingdom – Michel Quenot

“l-ikona xxandar ‘l Alla u tirrivelah”. 14Mela kull ikona hi l-preżenza spiritwali ta’ Dak li qed tirrappreżenta u għalhekk issir oġġett ta’ qima tal-fidili. “Hija l-grazzja tal-Ispirtu s-Santu li tqaddes il-persuna rappreżentata kif ukoll lill-ikona stess, u hija propju hawn li r-relazzjoni bejn il-fidili u l-qaddis isseħħ permezz tal-ikona”. 15 L-ikona għandha tgħin lil dak li qed jitlob quddiemha jidħol fil-qalba tal-misteru ta’ Alla. Hi spiritwali għax trid tħares lejha bl-għajnejn tal-fidi, u tgħinek tagħraf ir-relazzjoni ma’ Alla. “Hi esperjenza ta’ fidi permezz tal-fidi”. 16Ikona mhix qiegħda biex tkun f’mużew tal-arti.

3). L-aspett teoloġiku: Kull ikona suppost li tgħin lill-bniedem jersaq lejn il-misteru ta’ Alla, b’mod speċjali dak tal-inkarnazzjoni meta fiż-żmien Alla sar bniedem bħalna: sar IKONA għalina: “Hu(Ġesù) x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx” (Kol. 1,15); “Hu, id-dija tas-sebħ tiegħu u xbieha tas-sustanza tiegħu” (Lhud 1,3) “Li tiċħad ikona jfisser tiċħad ir-realtà tal-Misteru tal-Inkarnazzjoni”.17Ġesù fil-Vanġelu qalilna: “Min jara lili, jara lill-Missier”(Ġw. 14,9). Mela li tħares lejn l-ikona ta’ Ġesù tfisser qed tafferma l-fidi tiegħek fil-Misteru tal-Inkarnazzjoni.

L-Ikonografija ta’ San PawlFl-ikonografija niltaqgħu ma’ Pawlu bl-istess dettalji: ktieb jew parċmina, miftuħin jew magħluqin f’idu, u xejn aktar. Fl-ikonografija tal-Lvant, ix-xabla tiġi rappreżentata f’idejn qaddisin li kienu gwerriera, bħal San Ġorġ u San Dimitri. L-idea tax-xabla daħlet aktar tard meta l-ikonografija fil-Punent bdiet tieħu xejra differenti, x’aktarx fis-seklu 14. Kif nafuhom aħna bil-palma u/jew l-istrument tal-martirju, fil-każ tal-qaddis tagħna xabla, bdew jidhru bħala simboli tal-qaddis. Iżda dan fil-Punent. Kuntrarju għal dan, fil-Lvant insibu li min kien imut martri kien jiġi rappreżentat qed iżomm salib żgħir aħmar f’idejh. Fil-każ ta’ San Pawl, dan ma jidhirx billi kien appostlu u kittieb ta’ xi wħud mill-kotba tal-Ġdid Testment.

Ta’ min hawnhekk nagħmlu referenza għal ikona li tinsab fil-Mużew Wignacourt, hawn fir-Rabat. Din hija ikona fuq stil biżantin. San Pawl jidher minn qaddu ‘l fuq, b’xabla f’idu u parċmina magħluqa f’id l-oħra. L-isfond hu mżejjen b’disinji tad-deheb arabeski. Din l-ikona kienet tifforma parti minn kollezzjoni li kellhom il-kappillani tal-Grotta ta’ San Pawl. F’din l-ikona naraw taħlita ta’ stil biżantin imħallat ma’

14 The Resurrection and the Icon – Michel Quenot15 Theology of the Icon Volume 1 – Leonid Ouspensky16 Holy Icons – Bishop Mark Forsberg17 The Resurrection and the Icon – Michel Quenot

Spiritwalità

a. San Pawl stil biżantin. Jidher bix-xabla f’idu, apparti parċmina. Tempera fuq l-injam. ċ 15-il seklu. Mużew Wignacourt, Rabat,

Malta.

Page 34: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

30

Ġunju '19

Page 35: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

31

Ġunju '19

influwenzi tal-arti tal-Punent. Hija maħduma bit-tempera fuq l-injam u nħadmet fis-seklu 15.18

Fl-ikonografija ftit niltaqgħu ma’ ġrajjiet mill-ħajja tiegħu sakemm ma tkunx xi knisja ddedikata lilu u allura jkun hemm ħajtu fl-affreski mal-ħitan. Imma b’mod popolari, speċjalment ikoni żgħar li dak li jkun ikun jista’ jġorrhom miegħu, niltaqgħu max-xbieha ta’ San Pawl waħdu. Għalhekk, tajjeb li nsemmu ftit punti ġenerali dwar l-ikonografija li tirrappreżenta lil San Pawl meta jkun waħdu. Nistgħu naqsmuhom f’żewġ tipi: jew muri minn

qaddu ’l fuq jew muri persuna sħiħa. Iżda l-karatteristiċi speċifiċi ta’ Pawlu nsibuhom fit-tnejn.

Nibdew mir-ras. Kif semmejt qabel, San Pawl hu dejjem muri qargħi, bix-xagħar fil-ġnub u troffa fin-nofs kannella u daqna twila, kultant mifruqa min-nofs.

Moħħu hu għoli għaliex hu mimli b’għerf divin.

Ġeneralment, l-għajnejn huma kbar għax hu qed jara affarijiet kbar, li huma

l-bogħod mir-realtà.

Il-widnejn huma dejjem xi ftit kbar u mikxufin. Jekk ikun wiċċu ftit laġenba, allura tidher waħda. Dan għaliex il-persuna qiegħda attenta għal dak li jgħid Alla.

L-imnieħer hu dejjem twil u rqiq. Dan ifisser li Pawlu qed ixomm ħwejjeġ qaddisa u mhux tad-dinja.

Ix-xufftejn huma żgħar u magħluqin għax il-persuna hemm

18 Tagħrif meħud mill-ktieb: SAN PAWL F’MALTA u l-formazzjoni ta’ identità ta’ nazzjon, John Azzopardi & Anthony Pace editors. Uffiċċju tal-Prim Ministru, Valletta, Malta. 2010

bżonn tiskot biex tisma’ dak li Alla jixtieq jgħidilha.Madwar rasu, bħal kull qaddis/a ieħor/oħra, naraw raġġiera li dejjem tkun tad-deheb. Fil-fatt jintużaw il-folji tad-deheb. Dan għax il-persuna qiegħda mdawra b’dawl divin, hemm Alla magħha.Fuq il-wiċċ ninnutaw ukoll daqqiet bojod. Dan għaliex qed jirċievi d-dawl divin mingħand Alla.L-għonq hu minfuħ għax hu mimli bl-Ispirtu s-Santu.

Kif għedt qabel, fl-ikonografija niltaqgħu ma’ Pawlu bi ktieb jew parċmina, miftuħin jew magħluqin f’idu. Ġieli niltaqgħu ma’ ikoni li f’idejh ikollu numru ta’ rombli marbutin flimkien. Dawn ifakkruna fit-13-il ittra li nafu li kiteb. Il-ktieb, meta magħluq, ikollu qoxra sabiħa ħafna, bid-deheb u l-ħaġar prezzjuż.

Ġieli niltaqgħu ma’ dettall ieħor fejn jidhru l-idejn. Mhux darba u tnejn naraw idejh li jkunu qed iżommu l-Bibbja jkunu mgħottijin bil-mantell tiegħu stess. Dan hu dettall li kien jintuża biex ifisser ir-rispett lejn il-Kelma t’Alla.

Il-kuluri tal-libsa jvarjaw, naħseb skont iż-żmien u anke l-post u l-ikonografu. F’dawk antiki ħafna, inklużi affreski, narawh liebes b’kuluri ċari: ċilest, abjad u kaffellatte ċar. Aktar tard ġieli ġie mlibbes l-ikħal skur ma’ kannella jew kannella ħamrani. Aħna tal-Punent nippreferu narawh liebes l-aħdar u mantell aħmar. Fl-ikonografija, dawn kienu l-kuluri tradizzjonali li bdew jingħataw lil min kien martri: l-aħmar ifisser id-demm tal-martirju u l-aħdar il-ħajja ġdida li kisbu b’mewthom.

Meta fuq spalla minnhom ma jkollux mantell, ġieli naraw faxxa wiesgħa kulur id-deheb. Din turi s-setgħa li kellu li jgħallem.

Meta jkun rappreżentat figura sħiħa, dejjem iġibuh bis-sandli f’saqajh.

L-isfond ġieli jkun miksi bid-deheb ukoll.

Bħal kull ikona oħra, fuq nett ikun hemm l-isem miktub: O ἅγιοςΠαἅλος - San Pawl, ħafna drabi bil-Grieg, għalkemm jintużaw lingwi oħra, skont il-pajjiż tal-ikonografu, bħal russu, kopt, maċedoniż, eċċ.

Dawn huma xi ftit punti ġenerali. Iżda tajjeb li bħala devoti ta’ San Pawl inkunu konxji mit-tifsira profonda tagħhom.

b. Ikona miktuba mill-kittieb ta’ dan l-artiklu bbażata fuq din l-ikona, 2005.

Kollezzjoni privata

affresk modern li juri xeni mill-ħajja ta’ San Pawl – Knisja Ortodossa ta’ San Pawl, Philadelphia, USA.

San Pawl – Monasteru ta’ Santa

Katerina, Sinai.

Spiritwalità

Page 36: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

32

Ġunju '19

Mill-Ħajja tal-Komunità

Din is-sena jaħbat il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Dun Raymond Portelli, saċerdot mill-parroċċa tagħna li ddedika il-vokazzjoni tiegħu b’impenn qawwi fil-missjoni fil-Perù. Għal din l-okkażjoni tlabnieh jaqsam magħna xi ftit mill-esperjenzi tiegħu filwaqt li jwassal ukoll il-messaġġ tiegħu.

1. Kif tiftakar dak iż-żmien meta kont qed tiddelibera biex taċċetta s-sejħa li l Mulej għamillek għas saċerdozju? X’kien dak li ġibdek għal warajH? Niftakar sew dak iż żmien ta’ dixxerniment. Kont qed is-sixth form, il pjanijiet kienu li nkompli nistudja għal tabib, għax minn dejjem kienet togħġobni l mediċina umana. Dak li “ħawwadli” il pjanijiet kien it talb quddiem Gesù Ewkaristija. Meta kont it tieni sena is-Sixth Form kont infittex xi kappella għall-kwiet, jien waħdi ma’ Gesù, u kont ngħaddi dawk il-minuti nitkellem Miegħu. Kien f´dik il-laqgħa tiegħi Miegħu fl-Ewkaristija, li kibret fija l vokazzjoni. F`dak iż-żmien fittixt ukoll direzzjoni spiritwali. Żewġ qassisin li mmarkawli ħajti, it tnejn qegħdin fejn il-Mulej kienu, Dun Mikiel Attard bil qdusija tiegħu u Fr. Arthur Vella bl-intelliġenza tiegħu. Kienu ħafna dawk li b’mod dirett jew indirett għinuni nieħu d-deċiżjoni. Diffiċli nsemmi lil kulħadd, imma bla dubju ta’ xejn għenitni ħafna l esperjenza li ħadt fil-MUSEUM tan Nadur, kemm bħala duttrina kif ukoll bħala katekist.

2. X`fissret għalik il-ġurnata meta rċevejt is sagrament tal ordinazzjoni? U meta ċċelebrajt l ewwel quddiesa tiegħek?

Jien ġejt ordnat saċerdot fl-24 ta’ Ġunju 1994 flimkien ma’ Mons. Daniel Xerri, Arċipriet tax Xewkija, minn idejn l Isqof ta’ Għawdex Mons. Nikol Cauchi, fil-Katidral ir Rabat. Kienet ċerimonja verament ta’ talb. Niftakar kont veru miġbur f’meditazzjoni kontinwa ta’ dak kollu li kien qed jiġi ċċelebrat. Il mument li l aktar niftakar meta kont mixħut fl-art, f’attitudni ta’ telqa sħiħa f’idejn il-Mulej. Niftakarni nitlob b’ħafna ħrara biex il Mulej jgħinni nkun saċerdot kif jixtieq Hu.L-ewwel quddiesa solenni kienet festa! L-aktar li tagħni gost f´dik il-quddiesa kienu l-Ma u l-Pa tiegħi, narahom ferħanin flimkien miegħi. Kienu, bla dubju ta’ xejn, il-ġenituri tiegħi li għinuni nsaħħaħ fija x-xewqa li nwettaq dejjem ir Rieda ta’ Alla. Kienet festa tal familja kollha, ma’ ħija Dun Karm li għamilli l prietka u ħuti l oħra kollha. Il-Familja hija kollox. Kienet festa tar raħal kollu - in Nadur kollu feraħ miegħi. Sal-ġurnata tal-lum in Nadur huwa ta’ għajnuna kbira u support għall-vokazzjoni tiegħi.

3. Imbagħad iddeċidejt li verament terħi kollox u timxi warajH sat-truf imbiegħda tad dinja. Minn fejn ġew ix xewqa u l kuraġġ?

Minn meta kont is Seminarju kont nemmen li l Mulej qed isejjaħli biex nerħi lill-art twelidi u l familja u mmur fejn irid Hu bħala missjunarju. Niftakar kont għamilt esperjenza missjunarja ma’ Dun Mikiel Attard fejn Dun Ġorġ Grima il-Brażil. Kienu ħames ġimgħat fejn rajt b’mod dirett il-ħajja ta’ missjunarju eżemplari. Dik kienet l ewwel esperjenza missjunarja tiegħi. Minn hemm bdejt immur kull sajf fi żmien is-Seminarju, f’postijiet ngħin lill-foqra flimkien mas sorijiet ta’ Mother Theresa: Ruma, l-Eġittu, l-Albanija, l-Etjopja. L esperjenza li għamilt tas sena barra kienet il-Perù. U kien hemm li kont kważi konvint li l Mulej kien qed isejjaħli biex kif inqaddes nitlob li niġi mibgħut f’pajjiż tal-missjoni. Il kuraġġ jiġi mill-fatt li wieħed ikun jemmen li qed jagħmel ir rieda ta´ Alla u mhux tiegħu nnifsu.

Dun Raymond Portelli

2 5 s e n a S a ċ e r d o z j u u 2 5 s e n a ħ i d m a M i s s j u n a r j a

Page 37: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

33

Ġunju '19

4. Kif tispjega d differenza li wieħed jgħix ta’ veru Kristjan fi gżira żgħira bħal Għawdex, fejn in-nies għandhom kollox u f’pajjiż kbir bħall-Perù fejn hemm tant faqar? Kif nistgħu nkunu aktar konxji u nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak li għandna u kif nistgħu ngħinu aktar lill-missjoni tiegħek u ta’ oħrajn?

Li tgħix ta Nisrani huwa “challenge” kbir kullimkien. Kull pajjiż għandu r realtà tiegħu, ir rikkezza u l faqar tiegħu. Il-fidi tgħixha bl-opri tal-ħniena u l-foqra “dejjem magħna”. Tħares ftit madwarek u tinduna li hemm xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna tiegħek. Tħoss għall-fqir u tmidd idejk biex tgħin. Ma rridux inkunu egoisti. Is soċjetà tal-lum dejjem qed issir aktar individwalista, kullħadd jaħseb għal rasu u x’jimpurtah mill-fqir. Irridu noqogħdu attenti li ma niddakkrux minn din il-mentalità u nżommu ħajja l-fidi tagħna. Issa ilni 25 sena l Perù, naħdem fost il-foqra ta’ dan il-pajjiż. Il-foqra għallmuni ħafna. Il-fqir jieħu gost b’affarijiet sempliċi. Minkejja l-problemi ta’ mard u nuqqas ta’ ikel, il-fqir ikompli jitbissem u jaħseb b’mod pożittiv. Aħna l-Ewropej ikkumplikati u biex nieħdu gost infittxu affarijiet kbar u perfetti. Jien inħoss li waħda mill-missjonijiet tiegħi hi li nħegġeġ dejjem lin-nies, anki dawk foqra, biex jgħatu milli għandhom ħa jgħinu lil min hu fil-bżonn. Nista’ ngħid li l-Għawdxin u l-Maltin dejjem kienu lesti biex jgħinu kull meta tlabt xi għajnuna partikulari għall-Missjoni tiegħi. Ta’ dan nirringrazzjakom u nkompli nħegġiġkom biex tkomplu tgħinu dejjem, bħalma kienet tgħid Madre Tereża “trid tagħti karità sakemm tweġġa’ ftit, u meta tweġġa’ tkompli tagħti aktar”.

5. X’messaġġ tixtieq twassal f’din l-okkażjoni sabiħa tal-anniversarju saċerdotali tiegħek?

Messaġġ sempliċi : darba ħlomt li l-ħajja kienet kollha ferħ, qomt u ndunajt li l-ħajja kienet kollha servizz għall-oħrajn, bdejt inservi u skoprejt l-ferħ. Inħeġġiġkom ilkoll għall-ħajja ta’ servizz għall-oħrajn, kull wieħed fejn il Mulej ipoġġih. Però tgħejjewx milli tgħinu lill-oħrajn.

Nirringrazzjaw lil Dun Raymond Portelli għal dawn il-ħsibijiet li qasam magħna u filwaqt li nkomplu nitolbu għalih nawgurawlu mill-qalb:

Ad Multos Annos!

Page 38: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

34

Ġunju '19

Spiritwalità

It-Tfulija tiegħek fin-Nadur wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Kif kienet differenti minn tal-lum?

Twelidt hawn in-Nadur fit-12 ta’ Marzu 1944. Kien l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija. Kont it-tieni fost ħames aħwa. Ommi kienet tgħidli li laħqu niżżluni fix-xelter magħhom għax il-Gwerra kienet għadha ma spiċċatx għal kollox. Trabbejt hawn fl-istess dar li ngħix fiha llum. Il-ħajja fin-Nadur ta’ tfuliti kienet ferm differenti minn dik tal-lum. Konna nilagħbu flimkien ma’ tfal oħra, immorru l-iskola u d-duttrina.

Għall-ewwel mort l-iskola tas-sorijiet Franġiskani, u wara għaddejt għall-iskola primarja tal-gvern. L-iskola kienet fejn hi llum, iżda kienet maqsuma – subien għalihom u bniet għalihom. Is-surmast kien is-Sur Anton Buttigieg. Meta wasalt fl-aħħar tal-Primarja tajt l-eżami għal-Liċeo. Konna jien u tnejn oħra biss min-Nadur – dak iż-żmien il-biċċa l-kbira tat-tfal kienu jmorru jistudjaw is-seminarju. Dan kien fl-1956 u domt nistudja hemm sal-1961. Konna mmorru bix-xarabank. Ta’ studenti li konna, kien ikollna card li permezz tagħha konna nħallsu noll irħas għax-xarabank. Niftakar storja ħelwa minn dan iż-żmien. Ta’ tfal li konna darba fil-brejk għaddejna minn fejn hemm il-pont fl-iskola, ħriġna barra u morna f’bar. Meta dħalna lura l-iskola, ħabta tas-1.30 jew 2.00pm

kien hemm is-Sur Attard u qalli ‘Fejn mort?’ Jien għidtlu: ‘Mort nixtri ktieb.’ Qalli: ‘Fejn hu l-ktieb?’ Imbagħad kelli ngħidlu: ‘Mort il-bar.’ Qalli: ‘Ara terġa’ toħroġ!’ U ma ħriġtx iżjed! Dik il-ħabta, fil-Form 1, kont għażilt żewġ suġġetti: it-Taljan u l-Franċiż. Iżda wara tliet xhur iddeċidejt li nibdel suġġett minnhom. Waqqajt il-Franċiż u ħadt il-Latin. Kien

jgħaddi minn moħħi li jekk ’il quddiem irrid nidħol is-Seminarju jien kelli bżonn il-Latin. Ommi bdiet tinkwieta dwar min seta’ jgħinni fil-Latin jekk ikolli diffikultà. Iżda kont avviċinajt lid-Dekan Dun Franġisk Camilleri u dan offra li jgħini hu. U kont immur għandu u jgħinni. U niftakar li dik is-sena kont studjajt u stinkajt ħafna fil-Latin u ħadt l-ewwel premju fih.

Sadanittant dħalt abbati kif għamilt l-ewwel tqarbina, ta’ xi seba’ snin. Dak iż-żmien ma kien hemm ħadd partikulari jieħu ħsieb l-abbatini. L-arċipriet Ġużeppi Cassar għammidni u għamilli l-ewwel tqarbina, fil-fatt dan kien l-aħħar ftit

żmien tiegħu għax imbagħad miet f’Novembru tal-1950. Bħala tifel u abbati mbagħad jiena lħaqt l-ewwel snin tal-

fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb mill-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu u mill-pussess bħala Kanoniku tal-Kolleġġjata ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

Intervista ma’ Mons. Kan. Salv Pace J.C.L.

Mons. Salv Pace u l-imħabba lejn in-Nadur mhumiex kunċetti imbiegħda aktar milli hi mbiegħda d-dar tiegħu mill-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl. Ħadem u stinka matul ħajtu għall-parroċċa u għal raħal twelidu. Iltqajt ma’ Dun Salv, kif ħafna jsibuh, nhar it-Tnejn tal-Karnival, 4 ta’ Marzu 2019 fl-10.00am, fid-dar tiegħu fejn joqgħod ma’ oħtu Kitty fi Pjazza 28 t’April 1688, li kif tindika d-data ‘1865’ miktuba eżattament fuq il-gallerija ċentrali, hija dar li ilha għand il-familja Pace għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Sibt lil Dun Salv fl-istudju tiegħu, wara l-iskrivanija, qiegħed jistennieni. Poġġejt fuq siġġu ħdejh u tlabtu ħafna informazzjoni dwaru u dwar is-saċerdozju tiegħu. Kien hemm affarijiet li ma kienx hemm bżonn jgħidhomli, bħal per eżempju, li hu għandu għal qalbu ħafna l-annimali u l-ħolqien t’Alla, speċjalment il-qtates u apparti li għandu wħud minnhom bħala ‘pets’, b’waħda minnhom takkumpanjana għall-intervista, iħoss ukoll għal dawk li huma abbandunati u jagħtihom l-ilma u l-ikel kuljum quddiem daru. Jiena qassamt din l-intervista f’erba’ partijiet u

fejn hemm kliem fil-parentesi, dawk huma tiegħi, sabiex nispjega aħjar lill-qarrej xi punti minn din l-intervista.

Page 39: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

35

Ġunju '19

parrokat tal-Arċipriet Mons. Mikiel Portelli (li sar arċipriet fl-1951). Jiena kont inkun ħafna mas-sagristan ta’ dak iż-żmien, Ġużepp Borg imlaqqam ‘tal-Grott’ – li kien ukoll il-parrinu tiegħu tal-magħmudija flimkien ma’ ziti Rosaria Pace - indoqqu l-qniepen u ngħinu f’li jkun hemm bżonn. Il-ħajja ta’ abbati kienet impenjattiva. Kuljum kien ikollna l-quddiesa kantata filgħodu kmieni. Kien ikollna wkoll il-Barka Sagramentali, purċissjonijiet u servizzi oħrajn. Konna grupp sabiħ ta’ abbatini. Kont niffrekwenta wkoll is-soċjetà tal-MUSEUM fejn sirt ukoll soċju.

Meta ħassejt li xtaqt issir saċerdot u kif kien żmien is-Seminarju?

Ta’ xi sbatax-il sena dħalt is-seminarju sabiex nibda nitħejja ħalli niġi ordnat saċerdot. Dan kien f’Ottubru tal-1961. Seminaristi min-Nadur fis-sena tiegħi konna tlieta. L-isqof dak iż-żmien kien Mons. Ġużeppi Pace u r-rettur tas-Seminarju kien Mons. Ġużeppi Mercieca li wara sar Arċisqof ta’ Malta. Kien bniedem ta’ dixxiplina u kien jgħallimna wkoll it-Teoloġija. Ma kienx l-iktar żmien faċli, la fuq livell parrokkjali u lanqas fuq livell nazzjonali. (Fuq livell parrokkjali kien hemm il-kwistjoni tal-Bażilika u fuq livell nazzjonali kien hemm il-kwistjoni politiko-reliġjuża). Għadni niftakar ċar meta waslitilna l-aħbar li waslet il-Bażilika. Kienu ċempluli s-Seminarju għall-ħabta ta’ nofsinhar u qaluli ‘Il-Bażilika ġiet. Daqt tara l-murtali telgħin minn fuq it-torri.’ Jien mort navża lis-seminaristi l-oħra b’ħafna ferħ. Konna għaxar seminaristi min-Nadur. Jiena u s-seminaristi l-oħra tan-Nadur konna tlajna fuq il-bejt tas-Seminarju, eżatt fuq l-iskola sekondarja naraw il-murtali tielgħin. Imbagħad ftit tal-ħin wara rajna s-salib tal-bażilika kbir ġej fuq trakk.

Dak iż-żmien ma konniex noħorġu mis-Seminarju fil-weekend. Kienu jiġu tad-dar jarawna. Aħna dak iż-żmien konna nkunu bis-suttana u bil-kappell. Il-Ħadd, meta kien imissna, konna nitilgħu l-Katidral bil-mixi għall-quddiesa u għall-għasar. Mis-seminarju konna noħorġu f’San Martin f’Novembru, fil-Milied, fil-Giovedigrass, fl-Għid u naturalment fis-Sajf. Fis-seminarju konna nagħmlu ħafna attivitajiet bħal teatrini, drammi u hekk.

Ħadt l-ordnijiet minuri matul is-snin fis-seminarju: Fit-23 ta’ Settembru 1966 ħadt it-Tonsura. L-Ostjarjat u l-Lettorat l-għada fl-24 ta’ Settembru. Fit-23 ta’ Diċembru 1967 irċevejt l-Eżorċistat u l-Akkolitat. Imbagħad fit-28 ta’ Ottubru 1968 ħadt is-Suddjakonat u ġejt ordnat djaknu fl-1 ta’ Marzu 1969 minn idejn l-Isqof il-ġdid li kien Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni fl-Għarb.

Kien wasal il-mument li ssir saċerdot. Fejn seħħet l-ordinazzjoni tiegħek u f’hiex kienet tikkonsisti l-ħidma pastorali tiegħek bħala saċerdot f’dawn l-aħħar ħamsin sena?

Ordnani saċerdot Mons. Nikol Cauchi nhar il-31 ta’ Mejju 1969 fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur. Ftit qabel, il-ġenituri tiegħi flimkien ma’ Damjan Attard waqqfu l-aħħar kanonikat tal-Kolleġġjata tan-Nadur fil-21 ta’ Mejju 1969. Ħadt il-pussess ta’ kanoniku flimkien ma’ Dun Ġużepp Grech nhar is-27 ta’ Ġunju 1969. Imbagħad iċċelebrajt l-ewwel quddiesa solenni tiegħi fis-17 ta’ Awwissu tal-istess sena. Kont tlaqt mid-dar bil-korteo, għaddejna minn Triq il-Kappillan għall-Pjazza u mbagħad għall-Bażilika. Il-Kan. Anton Meilak għamilli l-paniġierku. Dak iż-żmien l-ewwel kien isir festin id-dar u mbagħad nitilqu għall-Prima Messa. Kienu l-ewwel snin ta’ wara l-Konċilju Vatikan II, iżda l-ewwel quddiesa tiegħi għamiltha bil-Latin. Kienet ukoll tradizzjoni li jiġi l-Isqof id-dar. Niftakar li kienu ġew kemm l-Isqof Pace u kemm l-Isqof Cauchi.

Dritt wara bdew il-preparamenti sabiex insiefer u nqatta’ l-ewwel żmien tas-saċerdozju tiegħi barra minn Malta. L-isqof Cauchi kien jemmen u anke beda jintroduċi l-idea li s-saċerdot isiefer jew jistudja ħalli d-djoċesi jkollha kleru aktar ippreparat għall-ħtiġijiet tal-Knisja tal-lum. Tlaqt lejn Ruma f’Ottubru tal-1969 u hemm qattajt tliet snin nistudja d-Drittu Kanoniku fl-Angelicum. Dik il-ħabta kien hemm wieħed Malti li kien id-dekan tal-fakultà. Id-djoċesi kienet tagħtina l-mezzi finanzjarji sabiex aħna nħallsu l-lodging, il-kotba u l-istudju u aħna mbagħad dawn il-fondi konna anke niċċelebrawhom f’quddies. Fl-1972 ksibt il-Liċenzjat u mbagħad ġejt lura Malta.

Meta ġejt lura Malta bdejt naqdi l-ministeru pastorali tiegħi hawn fin-Nadur. Inħtart direttur tal-abbatini mill-1975 sal-1995, prokuratur tal-knisja mill-1974 sal-1983, segretarju tal-Presbiterju parrokkjali kif ukoll Assistent Ekkleżjastiku tal-Azzjoni Kattolika – fergħa nisa mill-1972 ’l quddiem u tal-irġiel mill-1985 ’l quddiem. Kont direttur spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija mill-1972. Ħdimt fil-qasam tal-preparazzjoni tal-għarajjes għaż-żwieġ u anke mal-miżżewġin. Fl-1987 bdejt nieħu ħsieb it-tiżjin tal-festa ta’ Triq il-Kappillan u Dun Bernard Haber. Imbagħad fl-1994 sirt direttur spiritwali tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja u domt hemm sal-2018. Għamilt żmien ukoll bħala Rettur tal-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù u bħalissa rettur tal-kappella tal-Madonna tal-Karmnu tas-Sorijiet Franġiskani, it-tnejn li huma fin-Nadur.

Bdejt ukoll ngħallem ir-reliġjon is-Seminarju u domt hemm sal-1986 u aktar tard mill-1987 sal-2005 għallimt ir-Reliġjon u t-Taljan fl-iskola sekondarja Agius de Soldanis. Kont involut f’oqsma oħrajn fuq livell djoċesan. Bejn l-1975 u l-1982 kont direttur djoċesan tal-Vokazzjonijiet u tal-Abbatini. Dan kien jinvolvi anke ħidma sabiex kull sena grupp ta’ abbatini jmorru jservu fil-Vatikan għal xi żmien. Kelli f’idejja r-responsabilità li nħejjihom u neżaminahom. Kont membru fil-Kummissjoni Kleru, fil-Liturġija, segretarju waqt li qed jitfassal it-Tieni Sinodu Djoċesan u segretarju fl-Uffiċċju tal-Appostolat tal-Lajċi. Mill-1972

Page 40: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

36

Ġunju '19

Spiritwalità

’l quddiem kont bdejt ukoll ngħallem id-Drittu Kanoniku (il-Liġi tal-Knisja) lis-seminaristi. Imbagħad bdejt naħdem ukoll fit-Tribunal taż-Żwiġijiet tad-Djoċesi ta’ Għawdex bħala Difensor Vinculi. Għamilt żmien fejn anke qdejt dan l-uffiċċju fl-Arċidjoċesi ta’ Malta. Għadni nagħmel dan ix-xogħol sal-ġurnata tal-lum. Għamilt xi żmien ukoll bħala Vigarju Foranju għan-Nadur u għax-Xagħra. L-irwol ta’ dan l-uffiċċju kien li nkun ta’ medjatur tal-kleru taż-żewġ parroċċi mal-Isqof djoċesan. Konna niltaqgħu darba fix-xahar mal-Isqof Cauchi u naħdmu bla heda. Din il-kariga llum ġiet abolita.

Għal diversi snin akkumpanjajt gruppi ta’ persuni fuq żjara f’Lourdes fi Franza. Kienu esperjenzi sbieħ. Il-flus li kont indabbar minn dawn il-mawriet ma kontx inżommhom jien. Kont ngħaddihom għall-armar tat-triq li kont nieħu ħsieb. Fl-1998 ġejt maħtur bħala Kappillan tal-Qdusija Tiegħu l-Papa bit-titlu ta’ Monsinjur fl-10 ta’ Lulju 1998.

Għal qalbi għandi ħafna l-pastorali mal-morda. Immur inżurhom fi djarhom għall-qrar u t-tqarbin, kif ukoll għal xi kelma ta’ faraġ. Mill-bqija fil-parroċċa għadni attiv

ħafna fiċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti, il-Liturġija, il-ħajja parrokkjali in ġenerali. Insomma, kull fejn hemm bżonn nipprova ninvolvi ruħi u nkun ta’ servizz mill-aħjar li nista’.

Il-messaġġ tiegħek għal dawk li qed jaqraw din l-intervista:

Liż-żgħażagħ ngħidilhom jagħmlu kuraġġ u jħarsu ’l quddiem. Il-Mulej ukoll għadu jsejjaħ minn fostkom għal vokazzjonijiet qaddisa – dawk reliġjużi u dawk għall-familja. Illum hawn ħafna ilħna, allura tridu toqgħodu aktar attenti għall-vuċi tal-Mulej.

Lill-morda nwiegħdkom talbi u nħeġġiġkom biex ma taqtgħux qalbkom. Agħmlu kuraġġ u offru tbatijietkom għall-bżonnijiet tal-Knisja u bżonnijiet ta’ oħrajn. Il-Mulej magħkom.

U lill-qarrejja kollha ngħidilkom sabiex dejjem tfittxu li timxu fit-triq tal-Mulej u ħobbu dejjem lin-Nadur. Agħmlu dejjem isem tajjeb għar-raħal u għall-parroċċa tagħna kull fejn tkunu. San Pietru u San Pawl u San Koronatu jgħinukom dejjem.

Intervista minn Daniel Meilak BA (Hons), MA (History) (Melit.)

Lil Dun Salv nirringrazzjah ta’ dawn is-snin kollha ta’ servizz li huwa dejjem ta b’disponibilità u b’imħabba u nawguralu ħafna u ħafna aktar saħħa u snin ta’ servizz lill-poplu t’Alla.

AD MULTOS ANNOS

Il-Bord editorjali jixtieq jawgura lis-sindku u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali tan-Nadur li għadhom kif ħadu l-ġurament tal-ħatra għat-terminu li ġej. Nawgurawlhom l-kumplament tal-ħidma t-tajba b'risq il-komunità tan-Nadur filwaqt li nirringrazzjaw lill-Kunsill uxxenti għall-kollaborazzjoni kontinwa b'rabta mall-

parroċċa.

Page 41: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

37

Ġunju '19

Wara għaxar snin li ħalliet ix-xtut ta’ dawn il-gżejjer, dan l-aħħar kien hawn fostna Sr Lux Marie tas-sorijiet tal-Karità ta’ Madre Tereża, li ġiet tara lil ħutha tal-Komunità f’Malta u lill-familja waqt żjara qasira qabel tkompli fil-vjaġġ tagħha lejn Ruma. Hemmhekk ser tkompli bl-istudji tagħha għas-sena li ġejja qabel tieħu l-voti perpetwi bħala soru f’din il-kongregazzjoni missjunarja. Ħadna l-opportunità li nagħmlu l-intervista li ġejja biex twasslilna aktar tagħrif dwar ix-xogħol siewi tagħha fi ħdan din il-kongregazzjoni li kif tfisser tant tajjeb hi ‘taħdem fost l-ifqar fost il-fqar’.

1. Sister, fejn qiegħda taħdem? Ġo liema pajjiż u provinċja?Dan l-aħħar 5 snin kont qiegħda ġewwa l-Etjopja, pajjiż fl’Afrika. L-ewwel 3 snin kont Dire Dawa belt kbira fil-Lvant tal-Etjopja. Belt li tilqa’ fiha ħafna nies minn tribujiet differenti li jiġu mill-villaġġi differenti biex ifittxu x-xogħol. Huwa post deżert, f’wied kbir bejn ħafna muntanji.

Fl-aħħar sentejn kont noqgħod Asco fil-periferija tal-belt kapitali tal-Etjopja, Addis Ababa. Hija muntanja kbira ħafna li fuqha qed tiżviluppa din il-belt u li llum hemm madwar 9 miljun persuna jgħixu fiha.

2. Intom is-sorijiet x’tip ta’ Appostolat tagħmlu?Aħna s-sorijiet ta’ Mother Teresa dejjem naħdmu mal-ifqar fost il-fqar. Kull fejn inkunu. F’Dire Dawa għandna dar “for

the sick and the dying and mentally ill patients” fejn fiha għandna madwar 700 pazjent, li jiġu għall-kura medika. Ħafna minnhom huma nies li jgħixu fit-toroq tal-belt, fejn ġew imwarrba mis-soċjetà minħabba l-mard tagħhom. Immorru wkoll inżuru lill-familji foqra, ngħinuhom billi nagħtuhom dry ration, nisponsorjaw tifel għall-edukazzjoni, u nippruvaw ngħinuhom billi jibdew jagħmlu xi negozju żgħir bħal per eżempju ikabbru u jbiegħu l-ħaxix għall-ikel.

F’Asco, għandna orfanatrofju għat-tfal li ġew imwarrba minħabba li huma HIV positive, jew għax huma għandhom bżonnijiet speċjali kemm mentali kif ukoll fiżiċi. Għandna madwar 60 tifel u tifla taħt it-18-il sena li huma HIV positive, u madwar 150 tfal b’diżabilità li jgħixu bħalissa fl-orfanatrofju. Imbagħad għandna madwar 400 tifel u tifla HIV positive ’l fuq min 18-il sena li xi darba kienu jgħixu fid-dar tagħna, u li llum qed jgħixu fis-soċjetà. Dawn nibqgħu nsegwuhom u ngħinuhom kemm b’dak kollu li għandu x’jaqsam mas-saħħa, mal-edukazzjoni, u sakemm ikun għadhom jistudjaw jiddependu fuqna b’mod finanzjarju.

3. Kemm se ddum hawn?Jien ġejt biex inżur il-familja għal 3 ġimgħat u qabel għamilt 3 ġimgħat oħra mas-sisters ġewwa Bormla. Fil-5 ta’ Ġunju ser immur għal sena talb u formazzjoni ġewwa Ruma, Jekk Alla jrid f’Mejju tal-2020 nagħmel il-voti perpetwi (għall-dejjem) u mbagħad nerġa nintbagħat il-missjoni.

4. X’diffikultajiet għandkom?Bħal kull ħaġa d-diffikultajiet jeżistu. Diffikultajiet li ġġib magħha kultura differenti, il-lingwa, diffikultajiet ta’ meta tirrealizza li mhux dejjem tista’ tgħin lil persuni totalment. Imma meta tħares mil-lenti tal-fidi, tal-Mulej, nara li huwa permezz tad-diffikultajiet li jien nitgħallem niddependi fuq il-ħniena tal-Mulej.

5. X’messaġġ tagħti lin-nies tagħna, speċjalment lill-Adolexxenti u liż-żgħażagħ?“Life is Beautiful” Il-ħajja hija sabiħa ħafna ..... meta ngħixuha fuq il-passi tal-Mulej. Il-Mulej Hu daK li jimlilna qalbna bil-ferħ veru u bil-paċi, u mhux l-affarijiet materjali. “Do not be afraid to follow the Lord in whatever form of life he wants (ie. Priesthood, religious life or family life) because he asks of us something yet he gives us everything”. (Tibżgħux timxu wara l-Mulej fi kwalunkwe mod li jrid Hu (Saċerdozju, ħajja reliġjuża jew ħajja fil-familja) għaliex Hu jitlob minna xi ħaġa iżda mbagħad jagħtina kollox).

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Sr Lux Marie għal dan it-tagħrif u għall-messaġġ sabiħ li tagħtna, nirringrazzjaw lill-Mulej għall-vokazzjonijiet missjunarji tal-parroċċa tagħna u nkomplu nitolbu għalihom bħala membri speċjali tal-komunità.

Naħdmu mal-Ifqar fost il-FqarIntervista ma’ Sr. Lux Marie tas-sorijiet tal-Karità ta’ Madre Tereża

Page 42: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

38

Ġunju '19

Spiritwalità

“Sinjur Alla, O Missier, li tfittex lil min jadurak bl-ispirtu u bil-verità, ippreserva ’l dawk kollha li Inti għażilt biex jippreservaw l-erwieħ mit-taħsir, żommhom kasti fil-ministerji tagħhom, u beżżagħhom fuq ir-responsabbiltà tal-grazzja saċerdotali li Inti tajthom għall-ġieħ tiegħek u għas-salvazzjoni tagħhom infushom u tal-fidili tiegħek. Ammen.”

Dawn huma l-kelmiet tat-talba lil Alla li ħuna Dun Mikiel xtaq li jiġu mitbugħa fuq is-santa ta’ tifkira ta’ meta sar qassis fit-12 t’April tal-1959 u tal-ewwel quddiesa solenni tiegħu fis-26 t’April tal-istess sena. Hija talba ħerqana lis-Sinjur Alla miktuba m i l l - F u n d a t u r tal-Museum Dun Ġorġ Preca u li tinstab fil-ktejjeb ta’ talb tiegħu Il-Prekatorju. Għażel

din it-talba ta’ Dun Ġorġ għax Dun Mikiel kellu ammirazzjoni lejn ħidmet dan is-saċerdot qaddis li mbagħad issarrfet ukoll f’devozzjoni lejh. Hija talba lil Alla biex jippreserva u jqaddes ħidmet is-saċerdoti li huwa għażel għall-għalqa tiegħu u fl-istess ħin talba ta’ radd il-ħajr ta’ din il-grazzja tas-saċerdozju. U bir-raġun li Dun Mikiel jirringrazzja lil Alla ta’ din is-sejħa għax kien jemmen fi kliem Kristu meta qalilna li “mhux intom għażiltuni imma jiena għażiltkom u jien bgħattkom biex tmorru u tagħmlu l-frott, u l-frott tagħkom jibqa’.” (Ġw. 15: 16) Għax is-sejħa tas-saċerdozju hija grazzja li jagħtiha l-Mulej innifsu lil dawk li jagħżel biex ikomplu l-opra tal-fidwa mibdija minnu. U ħuna Dun Mikiel minn mindu wieġeb għal din is-sejħa u ġie ordnat saċerdot minn idejn l-Isqof Mons. Ġużeppi Pace, sittin sena ilu, sal-aħħar ta’ ħajtu ħaddem bi sħiħ din il-grazzja li Alla, fil-providenza tiegħu, tah.

Mument ta’ ferħ

Il-kliem qatt mhu biżżejjed biex infissru l-ferħ kbir li ħassew ommna u missierna u magħhom aħna meta ħuna ġie ordnat saċerdot dakinhar tat-12 t’April. Kien it-tieni Ħadd tal-Għid u l-funzjoni tal-ordinazzjoni saret fil-Katidral. Dakinhar Għawdex tbierek b’seba’ saċerdoti novelli. Li tara lil ħuk jiġi ordnat saċerdot hija barka kbira u tagħha rroddu ħajr lil Alla. Nemmnu li t-trobbija li tawna ommna u missierna flimkien mal-ġabra tal-familja mibnija fuq l-imħabba li fuqha bnew il-familja tagħna kienet l-ewwel bejta li fiha nżergħet iż-żerriegħa tal-vokazzjoni ta’ ħuna Dun Mikiel. Ħuna qatt ma kien sforzat mill-ġenituri tagħna biex jaqbad it-triq tas-saċerdozju imma persważi li l-eżempju tagħhom ta’ ħajja ta’ veri Nsara ġenwini kienet l-imbuttatura ’l quddiem li ħajret lil Dun Mikiel iwieġeb għas-sejħa li għamillu l-Mulej. Ommna u missierna fis-sempliċità tagħhom kellhom spirtu ta’ sagrifiċċju, ta’ ċaħda u ta’ ġenerożità, dedikati biss għall-familja. L-għan ewlieni tagħhom kien li jaraw lilna nitilgħu bħala Nsara maturi u eżemplari. Għax ommna u missierna riedu li fil-familja kbira tagħna dejjem għandha tinħass il-preżenza t’Alla u t’ommna Marija. Xtaquna li kemm jista’ jkun ma nfallux għalxejn il-quddiesa ta’ kuljum u dejjem ġabruna għat-talba tar-rużarju. Missierna Koronatu kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Karmnu u ommna Anna kellha devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duluri. Kellha wkoll devozzjoni speċjali lejn San Ġużepp tant li ordnat statwa tiegħu li qegħditha f’post prominenti fid-dar tagħna. Hija statwa kbira tal-ġebel magħmula mill-iskultur magħruf Għawdxi Wistin Camilleri. B’hekk it-tnejn li huma wettqu x-xewqa tagħhom li jqiegħdu lill-familja taħt il-ħarsien tal-Familja Mqaddsa: ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi. Dun Mikiel nissel fih dawn id-devozzjonijiet, speċjalment dik lejn San Ġużepp. Kien jitolbu ta’ spiss għax għalih dan il-qaddis kien il-protettur tal-bżonnijiet spiritwali u magħhom dawk temporali.

L-ewwel quddiesa solenni

Dun Mikiel, kuntrarju għax-xewqa tal-ġenituri, għażel il-ġurnata għażiża għalih is-26 ta’ April 1959, għax kienet il-festa tal-Madonna “Omm tal-parir it-tajjeb”. Niftakru

DUN MIKIELATTARD

60 SENA MILL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI

Din is-sena jaħbat ukoll għeluq is-60 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali ta' Dun Mikiel Attard mill-parroċċa tagħna, Huwa ġie kkonsagrat bħala qassis nhar it-12 ta' April 1959 fil-Katidral ta' Għawdex u qaddes l-ewwel quddiesa solenni nhar is-26 ta' April, 1959 fil-Parroċċa ddedikata lil San Pietru u San Pawl. Ftit snin wara mewti

infetaħ il-proċess ta' beatifikazzjoni li għadu għaddej.

Page 43: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

39

Ġunju '19

li dakinhar sebaħ jum ta’ maltemp mhux mistenni. Riħ u xita bil-qliel li aktar ma jmur aktar kienu qegħdin jiżdiedu matul il-ġurnata. Il-biża’ tagħna kien li l-vapur ma jaħdimx dakinhar. Kellhom jiġu xi mużiċisti u mistednin oħra minn Malta. Kellna, kif jgħidu bil-Malti, qalbna f’ħalqna li ħafna min-nies ma jattendux għall-quddiesa u bosta mill-pjanijiet tagħna jisfrattaw. Fil-fatt il-vapur ma ħadimx u missierna għamel ħiltu kollha biex isib sostitut flok dawk il-mużiċisti. Kien irranġa mar-Rettur tas-Seminarju biex jieħdu ħsieb il-kant u l-mużika s-seminaristi. Minkejja x-xita qalila ta’ dakinhar in-nies tan-Nadur u l-barranin ġew bi ħġarhom u mlew il-Knisja tan-Nadur, fejn ħuna Dun Mikiel għamel l-ewwel quddiesa solenni tiegħu. Kulħadd kien imxarrab għasra imma huma wkoll riedu juru l-ferħ tagħhom magħna. Il-paniġierku tal-okkażjoni għamlu ħabibu Dun Nikol Cauchi. Għadha tidwi f’widnejna l-mistoqsija li staqsiet ommna lil Dun Mikiel. “Mikiel” qaltlu ommna. “Dak x’fettillek għażilt lil dak il-qassis biex jagħmillek il-prietka, daqskemm tkellem mgħawweġ?” Għax Dun Nikol tkellem bid-djalett tiegħu tal-Għarb. U Dun Mikiel weġibha: “Tantx tistagħġeb ma. Dak għad isir isqof!” Ma nafux x’ġiegħlu jgħid hekk. Il-fatt hu li aktar ’il quddiem hekk ġara. Mur għidilha lil ommna li dak li tkellem ‘mgħawweġ’ kellu jkun huwa wkoll li jmexxi u jagħmel l-omelija fil-funeral ta’ Dun Mikiel. L-istess Isqof sikwit kien isejjaħ lil Dun Mikiel “il-qassis tal-pariri”.

Wara l-prima messa, imbagħad, sar festin id-dar tagħna stess fejn in-nies tan-Nadur u magħhom ħafna barranin ġew jaqsmu magħna dan il-ferħ qaddis. Il-ħsieb kien li lit-tfal ilaqqgħuhom flimkien fuq il-bejt tal-garage tagħna. Imma x-xita kienet għadha nieżla u missieri kellu jsibilhom imqar rokna ċkejkna fid-dar biex ma jtellifhomx il-ferħ ta’ dakinhar. Xi anzjani min-Nadur li għad baqgħalhom memorja ta’ din il-ġurnata għadhom jistaqsu għaliex kellu jiġri hekk proprju dakinhar. Donnu x-xitan ried ideffes denbu biex itellef kull gost. Imma aħna nemmnu wkoll f’dak li kien iħobb jgħid San Ġorġ Preca li “xejn ma jiġri addoċċ imma kollox taħt il-ġudizzji providenzjali t’Alla.” U kien iħobb itenni dak li qal Kristu li “għasfur mhux minsi quddiem Alla u lanqas ma jaqa’ fl-art mingħajr il-Missier tagħna tas-sema.” (Lq. 12: 6 u Mt. 10: 29)

Flimkien mat-trobbija tal-familja ħuna Dun Mikiel ħa wkoll formazzjoni mill-Museum tan-Nadur meta kien jattendi għall-assenjatur, il-laqgħa ta’ tagħlim u ta’ formazzjoni li ssir kuljum għall-membri li tippreparahom u tgħinhom jgħixu l-ħajja Nisranija b’impenn u ssaħħaħhom fil-vokazzjoni tagħhom. Saħansitra fl-1954, meta diġà kien seminarista, Dun Mikiel għamel iċ-Ċerimonja tal-Kandidati, ċerimonja li ħoloq San Ġorġ Preca fejn il-Kandidat iħares lejn Kristu Kurċifiss u pubblikament jipproponi li lejh biss iħares il-

ġranet kollha ta’ ħajtu. Nemmnu bi sħiħ li tul ħajtu kollha Dun Mikiel żamm dan il-proponiment li huwa għamel meta kien għadu ġuvnott ta’ madwar 20 sena. U meta ’l quddiem kien id-direttur spiritwali tas-seminaristi, lil dawk li f’raħalhom kien hemm qasam tal-Museum, dejjem kien iħeġġiġhom li jagħmlu ħilithom biex kif jistgħu jibqgħu jiffrekwentaw, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa u fil-vaganzi tal-Milied u tas-sajf, għall-assenjatur għax kien jaf x’ġid siewi jistgħu jieħdu minnu fil-formazzjoni tagħhom. Dun Mikiel baqa’ jinteressa ruħu minn dak kollu li kien isir fl-oqsma museumini mxerrdin fl-irħula Għawdxin, b’mod speċjali f’dak tan-Nadur. Għal ħafna snin kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija kien jagħmel il-lezzjoni tal-assenjatur lill-membri tan-Nadur kif ukoll kien strumentali kemm fil-bini tal-qasam il-ġdid tas-subien kif ukoll fl-organizzazzjoni tat-tagħlim speċjalment fi snin tal-bidu tiegħu. Niftakruh ukoll kemm ħadem biex tibda ssir laqgħa kull l-ewwel Sibt tax-xahar għaż-żgħażagħ subien u ġuvintur. Ried li tibda ssir minn dakinhar f’Awwissu tal-1965 fil-ftuħ u t-tberik tal-qasam il-ġdid. U din il-laqgħa għadha ssir sal-lum u magħha ħolom bil-fuljett Il-Ħbieb Isejħu, fuljett li joħroġ kull xahar b’messaġġ reliġjuż. Għall-grazzja t’Alla dan il-fuljett għadu joħroġ sal-lum u nemmnu, bħalma kien jemmen ħuna Dun Mikiel, li jagħmel ħafna ġid fost il-qarrejja tiegħu.

Il-Ġieħ tas-Saċerdozju

“Ruħ Sidi l-Mulej fuqi,

għax il-Mulej ikkonsagrani;

biex inbaxxar lill-imnikktin Hu bagħatni,

biex indewwi ’l dawk li qalbhom muġugħa.”

(Isaija 61: 1)

Fuq dawn il-versi bibliċi ħuna Dun Mikiel fassal il-programm tal-ħidma saċerdotali tiegħu. U bħal dak ir-raġel tal-parabbola li sab teżor moħbi f’għalqa u għamel ħiltu kollha biex jiksbu jew bħal dak in-negozjant tal-parabbola li jfittex ġawhar fin u meta sab ġawhra tiswa ħafna mar biegħ kulma kellu u xtara lilha, hekk Dun Mikiel kien iħaddan b’għożża s-sejħa tas-saċerdozju. Għax hu dejjem ipprova jżomm fil-għoli l-ġieħ tas-saċerdozju. Kien jemmen li l-vokazzjoni saċerdotali tiswa daqs dak it-teżor moħbi jew dik il-ġawhra li tiswa ħafna. Tant hu hekk li għall-ewwel quddiesa solenni tiegħu Dun Mikiel ħejja u qassam il-ktejjeb Is-Saċerdot Fi Żminijietna, b’dedika lil ħuna Dun Mikiel u lil Dun Rosario Borg, wieħed mis-saċerdoti li ġew ordnati miegħu. Il-ktejjeb kien tħejja minn ħuna nnifsu imma bl-għajnuna siewja u studjata ta’ Dun Nikol Cauchi li mbagħad sar l-isqof tad-djoċesi Għawdxija. Fih hemm riflessjoni fuq il-kobor tas-saċerdozju.

Page 44: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

40

Ġunju '19

Sodisfazzjon Qaddis

Fraħna mhux ftit meta fl-1 ta’ Novembru tal-2010 waqt il-quddiesa tas-solennità tal-Qaddisin Kollha fil-Katidral t’Għawdex l-Isqof Mario Grech ħabbar li kienu se jibdew it-tħejjijiet meħtieġa biex tinfetaħ il-kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ ħuna Dun Mikiel bħala wieħed mis-saċerdoti wlied id-djoċesi Għawdxija. Mons Isqof, imbagħad, fl-10 ta’ Frar tal-2012 kiteb lill-Kongregazzjoni għall-Kawża tal-Qaddisin ġewwa Ruma biex jitlob in-Nulla Osta qabel ma jingħata bidu uffiċjali għall-proċess djoċesan tal-beatifikazzjoni ta’ ħuna Dun Mikiel. U t-tweġiba fil-pożittiv ingħatat b’ittra uffiċjali mill-Kardinal Prefett Angelo Amato nhar l-14 ta’ Mejju tal-2012. Għalhekk inħossu fina sodisfazzjon qaddis u b’sens ta’ umiltà rroddu ħajr lill-Mulej tas-sejħa li ta lil Dun Mikiel biex ikun ta’ servizz ħalli jikber il-ġieħ ta’ Alla u għas-salvazzjoni ta’ ħutu l-bnedmin. Nikkwotaw dak li qal Mons Isqof Mario Grech f’konċelebrazzjoni li mexxa fil-knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb nhar it-2 t’Awwissu tal-2011 fl-okkażjoni tas-7 anniversarju mill-mewt ta’ Dun Mikiel: “Hemm dawk li fil-providenza tiegħu Alla jagħżilhom u jkellimhom wiċċ imb wiċċ, kif kien ikellem lil Mosè, ħalli jkunu jistgħu jagħtu dan is-servizz. Nazzarda ngħid li Dun Mikiel kellu din il-predilezzjoni.”

Fl-omelija tal-funeral tiegħu dakinhar filgħaxija tat-2 t’Awwissu tal-2004, Mons Isqof Nikol Cauchi qal: “Meta ġie nieqes Dun Mikiel id-djoċesi Għawdxija tilfet wieħed mis-saċerdoti l-aktar twajbin tagħha. Intilfet ‘ġawhra’ tal-Kleru Għawdxi.” U mbagħad kompla jgħid li “Dun Mikiel kellu qalbu mimlija bl-imħabba għall-proxxmu tiegħu. Kien jagħmel ħiltu kollha biex jiġbed il-bnedmin lejn Alla. Nista’ ngħid li kellu tabilħaqq viżjoni universali tal-Knisja.”

Nifirħu bi sħiħ meta jsiru passi ’l quddiem biex ħuna jiġi mgħolli għall-ġieħ tal-artali, imma aktar minn hekk xewqitna hija li permezz tiegħu aktar bnedmin jinġibdu u jersqu aktar lejn Alla kif fil-fatt kienet ix-xewqa tiegħu. Jalla Dun Mikiel isir dak li kiteb dwaru l-Isqof Nikol Cauchi fil-ktejjeb dwar il-ħajja ta’ Dun Mikiel jiġifieri li jsir “veru mudell ta’ umiltà u ubbidjenza.” Għax “kienet qawwija fih it-tama f’Alla, speċjalment fil-mumenti ta’ tbatija u ta’ tiġrib.” Aħna wkoll nixtiequ li fina titqawwa t-tama tagħna f’Alla u fil-mumenti ta’ tiġrib u tbatija nippruvaw niftakru fil-kliem li kien jgħidilna ħuna Dun Mikiel innifsu. Kien ifakkarna li “jekk ma nħaddnux l-għuda tas-Salib bħal Ġesù, ma’ Ġesù u għal Ġesù, ikollna nħaddnu l-għuda ta’ Ġuda meta nċedu għall-passjonijiet ħżiena, passjonijiet ta’ korla, ta’ żina u l-bqija. Jekk nagħżlu t-tieni għuda qalbna tkun vojta, il-kuxjenza tagħna tturmentata u ħajjitna tispiċċa bla ebda sens u skop. Dejjem ngħixu f’tensjoni li twassal għad-disperazzjoni u l-infern minn din l-art stess.”

Għalhekk intom il-qarrejja ngħaqdu magħna u flimkien nitolbu lil Alla biex jekk hija r-rieda tiegħu jigglorifika lil ħuna Dun Mikiel u bl-interċezzjoni tiegħu naqilgħu l-grazzji li nixtiequ:

O Alla ta’ tjieba u setgħa bla tarf, Inti għoġbok issejjaħ lil Dun Mikiel Attard għas-saċerdozju u ridtu jkun qaddej bieżel fl-għalqa tiegħek. Aħna nfaħħruk u rroddulek ħajr għall-grazzji li Inti xerridt fuq il-poplu tiegħek permezz tal-ministeru saċerdotali tiegħu, kif ukoll permezz tat-talb u tas-sagrifiċċji li kien joffrilek.

Aħna nitolbuk, Mulej, biex, jekk inhi r-rieda tiegħek, inti tigglorifika lil Dun Mikiel u, bl-interċessjoni tiegħu, lilna tagħtina l-grazzja li tant nixtiequ u li bil-ħerqa u b’fidi fik qegħdin inressqu quddiemek (semmi l-grazzja li tixtieq taqla’). Ammen.

Dan l-artiklu deher għall-ewwel darba f'ħarġa tal-pubblikazzjoni djoċesana Il-Ħajja f'Għawdex.

fl-2019

Artiklu miktub mill-aħwa Attard

Spiritwalità

AndriaCafetteria & Bar

Pjazza San Pietru

uSan Pawl,

Nadur.

Simply spoiltfor choice

PETER’S Butcher shopFor the fi nest cuts of local and foreign beef, pork and lamb.

A wide selection of unique homemade meat products such as kebabs, various burgers, marinated meat, bragioli, meat balls, juicy roasts and more... Specializing in Sausages varying from Maltese, spicy, BBQ, smoked cheesy, sweet and many more....

OPENING HOURS: Mornings: Tuesday to Saturday from 6.30 - 12.00Afternoons: Wednesday & Friday from 4.00 - 7.00 pm

Free Delivery

NOW OPEN IN NADUR

TEL: 2785 5051 / 7905 5051

Sizzling Grillat Nadur Feast

Page 45: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

41

Ġunju '19

Il-Bord Editorjali jixtieq jesprimi dispjaċir li bi żvista fl-aħħar ħarġa tal-Luminaria, isem l-awtur ma dehrx mal-artiklu "Nidħlu fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa", fuq paġna 30-31. Jiddispjaċina għal dan in-nuqqas.

Lil San Pietru ta’ spiss narawh iħaddan l-imfietaħ filwaqt li San Pawl nilmħuh bis-sejf u bil-ktieb f’idejh.

1) L-ImfietaħKien Sidna Ġesù Kristu stess li semma l-imfietaħ. Jekk inqallbu l-Vanġelu ta’ San Mattew naqraw li meta kien f’Ċesarija ta’ Filippi qal lil San Pietru: “Jien nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet” (16, 19).

Anki hawnhekk ninnutaw, li skont it-tradizzjoni biblika, il-Messija għandu ċ-ċwievet tal-ġenna. Fl-Apokalissi nsibu: “Dan li jgħid il-qaddis, il-veru, dak li għandu l-muftieħ ta’ (dar) David, li jiftaħ u jagħlaq, u jagħlaq u ħadd ma jiftaħ” (3,7). Hawnhekk insibu diwi mill-profeta Isaija li jikteb: “U nqiegħed il-muftieħ ta’ dar David fuq spalltu, u jiftaħ u ħadd ma jagħlaq, u jagħlaq u ħadd ma jiftaħ” (22, 22). Dawn l-imfietaħ li huma attribwiti lil Ġesù, huwa stess jagħtihom lil San Pietru. Għalhekk dan l-Appostlu jirċievi s-setgħa fuq il-Knisja u jeżerċitaha f’isem Kristu.

Fl-istess okkażjoni Ġesù jsejjaħ lil San Pietru wkoll blata: “U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex” (Mt 16, 18).

Is-simboli tal-blata u l-imfietaħ jfissru s-setgħa li Ġesù ta lil San Pietru fuq il-Knisja. L-imgħallem tagħna Sidna Ġesù Kristu waqqaf il-Knisja fuq il-kulleġġ tat-tnax b’San Pietru bħala kap.

Ġesù għażel lil San Pietru bħala kap tal-Knisja. Din is-setgħa ma kinitx biss għalih innifsu iżda wkoll għas-suċċessuri tiegħu. Infatti mal-mewt ta’ San Pietru intgħażel suċċessur tiegħu u baqa’ jiġri hekk sal-lum. B’dan il-mod il-Papa preżenti barra li huwa vigarju ta’ Kristu huwa wkoll suċċessur ta’ San Pietru. U l-imfietaħ huma wkoll is-simbolu ta’ kull Papa.

2) Ix-xabla u l-ktiebSan Pawl ta’ spiss narawh bix-xabla f’idejh. Dan is-simbolu jista’ jfakkarna li kien persekutur tal-insara jew fil-martirju tiegħu. Billi huwa kien ċittadin Ruman ma setax jiġi msallab iżda sofra l-martirju tal-qtugħ ir-ras.

Iżda x-xabla tfisser l-aktar il-qawwa tal-kelma ta’ Alla. Fl-ittra lil-Lhud insibu: “Il-kelma ta’ Alla hija ħajja u qawwija, taqta’ aktar minn xabla b’żewġt ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu u l-ġogi u l-mudullun; u tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb” (4, 12). Din l-ittra kienet miżmuma li hija miktuba minn San Pawl iżda llum

l-istudjużi tal-Bibbja ma għadhomx iżommu li hija tiegħu. Iżda żgur li fiha l-ispirtu tiegħu.

Mill-banda l-oħra fl-ittra lill-Efesin insibu miktub: “ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla tal-Ispirtu li hi l-kelma ta’ Alla” (6, 17). F’dawn iż-żewġ testi l-kelma ta’ Alla hija mqabbla ma’ xabla li hija kapaċi tinfed l-intern spiritwali tal-bniedem.

San Pawl emmen fil-kelma ta’ Alla u għaliha ddedika ħajtu. Nistgħu ngħidu li dar id-dinja ta’ dak iż-żmien sabiex ixandar l-Vanġelu. Fl-ewwel ittra lill-Korintin jgħidilna: “Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Vanġelu” (9, 16).

Kien jipprietka l-Vanġelu kif inhuwa u mhux biex jingħoġob ma’ dawk li kienu qegħdin jisimgħu. Għalhekk huwa sofra persekuzzjoni u tbatija oħra. Dan jgħidulna huwa stess f’kapitlu 12 tat-tieni ittra lill-Korintin. F’dan il-kapitlu huwa jsemmi li sofra ħabsijiet, swat, tħaġġir, daqqiet bil-virgi, għarqiet, perikli, safar bla għadd u taħbit u xogħol iebes.

Mhux ta’ b’xejn li lil San Pawl insejħulu Doctor Gentium li bil-Malti tfisser Għalliem tal-ġnus. It-tagħlim tiegħu huwa l-applikazzjoni tal-Vangelu fil-prattika.

Simbolu ieħor marbut ma’ San Pawl huwa l-ktieb. Dan ifakkarna fl-ittri li kiteb lil diversi knejjes u jiffurmaw parti kbira mit-Testment il-Ġdid. Dan huma: L-ittra lir-Rumani, żewġ ittri lill-Korintin, lill-Galatin, lill-Efesin, lill-Filippin, lill-Kolossin, żewġ ittri lit-Tessalonkin, żewġ ittri lil Timotju, lil Titu, u lil Filemon.

Meta nsemmu s-simboli mhux ta’ min jinsa l-lifgħa li tfakkarna fil-miġja ta’ dan l-Appostlu Malta.

Dawn is-simboli mhumiex xi ħaġa dekorattiva iżda għandhom tifsira kbira fil-ħajja tan-nisrani. L-imfietaħ ifakkruna fir-rispett li għandna nġibu lill-Papa li huwa suċċessur ta’ San Pietru. U jekk forsi ma naqblux ma xi deċiżjonijiet tiegħu qatt ma għadna naslu biex nikkritikawh iżda nġibulu dejjem rispett.

Mill-banda l-oħra x-xabla għandha tfakkarna kemm hija importanti l-kelma ta’ Alla filwaqt li niftakru li fl-istorja tal-Knisja sentenzi mill-Iskrittura biddlu l-ħajja ta’ diversi persuni. Il-ktieb ifakkarna li għandna naqraw il-Bibbja. San Pawl stess jgħid lil Timotju: “L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa, biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, mħejji għal kull ħidma tajba” (2 Tim 3, 16-17).

Angelo Xuereb

San Pietru u San PawlSimboli marbuta ma'

Page 46: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

42

Ġunju '19

San Pietru fil-Ktajjen

Sa qabel il-Konċilju Vatikan II, il-knisja kienet tiċċelebra l-festa ta’ San Pietru fil-ktajjen nhar l-1 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Din kienet tiġi ċċelebrata fil-parroċċa tagħna u sal-lum ġewwa Birżebbuġa f’Malta, fejn insibu l-unika parroċċa, ma’ dik tan-Nadur, iddedikata lil San Pietru fil-gżejjer Maltin. L-għeruq ta’ din il-festa nsibuhom fil-ġrajja tal-arrest ta’ San Pietru f’Ġerusalemm minn Erodi, u l-ħelsien mirakoluż tiegħu kif irrakkontat fl-Atti tal-Appost-li. F’Ruma, din id-devozzjoni partikulari ssib il-qofol tagħha fil-Bażilika magħrufa bħala San Pietro in Vincoli, li tinsab erba’ passi ’l bogħod mill-Kolossew, eżatt fuq ir-riħ ta’ Via Cavour u bieb ma’ bieb mal-fakultà tal-Inġinerija tal-Uni-versità Rumana La Sapienza.

Ir-Rakkont fl-Atti tal-Appostli u t-tradizzjoni

F’Kapitlu 12 tal-Atti tal-Appostli, niltaqgħu mar-rakkont tal-martirju ta’ San Ġakbu minn Erodi, u kif dan meta ra li l-Lhud għoġbithom din l-azzjoni qabad lil Pietru fi żmien il-festa tal-Ażżmi, u tefgħu l-ħabs, bl-iskop li “... wara l-Għid iressqu quddiem il-poplu.” (Atti 12:4c). Ir-rakkont madana-kollu jkompli li waqt li Pietru kien arrestat, “Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob lil Alla għalih bil-ħerqa.” (Atti 12:5)

L-Atti jkompli li mal-lejl deher Anġlu tal-Mulej li ħeles lil San Pietru mill-ħabs. “Imbagħad l-anġlu qallu: ‘Tħażżem u ilbes il-qorq.’ U Pietru hekk għamel. U raġa’ qallu: ‘Dawwar il-mantar miegħek u ejja warajja.’ Pietru ħareġ u mar warajh bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri permezz tal-anġlu kien veru; stħajjel li kienet xi viżjoni.” (Atti 12:8-9) L-Atti f’Kap 12 jirreferi għal ktajjen li bihom kien marbut Pietru, “Fil-lejl stess ta’ qabel ma Erodi joħroġ lil Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen; u kien hemm għases oħra mal-bieb tal-ħabs.” (Atti 12:6)

Dan ir-rakkont jinsab impitter fis-saqaf tal-Bażilika proprju fil-kappellun tal-kurċifiss. F’din il-pittura ta’ Lazzaro Pisani li saret fis-sena 1919 nilmħu mpittra l-ktajjen mitluqa mal-art u l-Prinċep tal-Appostli mkebbeb fil-mantar u bil-qorq f’saqajh, bl-anġlu quddiemu bejn l-ewwel u t-tieni għassa, pass ’il bogħod mill-ħelsien. 1 Din hija l-unika raffigurazz-joni ta’ San Pietru fi kwalunkwe pittura jew xbieha, inkluża l-istatwa titulari, li l-appostlu qed iġorr il-qorq f’saqajh, sinjal tal-attenzjoni u preċiżjoni li biha Pisani kien gwidat meta kienet qed issir il-pittura.

1 Kan. Dun Ġużepp Cauchi, Il-Pittura ta’ Lazza-ro Pisani fil-Bażilika tan-Nadur, Parroċċa tan-Nadur, 2006, 13

Ġrajja oħra marbuta mal-ħabs u l-ktajjen skont it-tradizzjoni teħodna fil-belt ta’ Ruma, fil-ħabs ta’ Mamertinum fejn skont it-tradizzjoni kienu miżmuma San Pietru u San Pawl eżatt qabel il-martirju tagħhom. Anke din il-priġunerija nsibuha rappreżentata fit-titular tal-Bażilika tagħna fejn nilmħu lil Pietru u Pawlu marbuta bil-ktajjen qed jinġarru lejn il-martirju tagħhom u San Pietru u San Pawl bħal donnhom qed jagħtu l-aħħar tislima lil xulxin qabel il-mewt.

Ir-relikwi u postijiet marbuta mal-Appostli Pietru u Pawlu minn dejjem kienu miżmuma b’għożża kbira fil-belt ta’ Ruma u fil-knisja universali. Hekk jixhdu l-kitbiet tal-Pa-piet fosthom San Girgor il-Kbir u l-Papa San Ormisda (fuq it-tron ta’ Pietru bħala Papa mill-514-523 WK) li f’ittra li kiteb lil Ġustinjanu, neputi tal-imperatur Ġustinu I, irrifjuta li jibgħat fil-belt ta’ Kostantinopli relikwi minn tal-Appost-li2. Kien għalhekk li daħlet id-drawwa li minflok relikwi jintbagħtu biċċiet ta’ drapp li jintmessu mall-oqbra ta’ Pi-etru u Pawlu, l’hekk imsejħa Brandemus.

Fost ir-relikwi marbuta ma’ San Pietru nsibu l-ktajjen. Fi żmien bikri nsibu kitbiet li jirreferu għall-ktajjen li bihom San Pietru kien marbut minn Erodi Agrippa, fosthom poeżija dwar l-Atti tal-Appostli mis-sudjaknu Arator, u kitbiet ta’ San Ġwann Griżostmu li skontu dawn il-ktajjen kienu jinsabu Ruma għall-venerazzjoni tal-insara. Hemm imbagħad it-tradizzjoni li l-imperattriċi Eudoxia sabet dawn il-ktajjen f’Ġerusalemm u bagħtet din ir-relikwa fil-belt ta’ Ruma fis-sena 439 WK.3

Ir-relikwa tal-ktajjen intrabtet ma’ diversi leġġendi u diver-si rakkonti, li Cesare Baronio ġabar flimkien fis-seklu XVI.4

2 Fil-Pontifikat ta’ San Ormisda kienet ġiet iffir-mata dikjarazzjoni minn 2500 isqof orjentali ġewwa l-belt ta’ Kostantinopli fit-28 ta’ Marzu 519, fejn id-dikjaraw li l-knisja ta’ Ruma u ta’ Kostantinopli hija l-istess waħda u għarfu lill-Papa bħala suċċessur tal-Appostlu Pietru u b’hekk inqerdet ix-xiżma anke bl-impenn tal-imperatur Ġustinjanu. Kien f’dan il-kuntest li l-Imperatur talab relikwiji ta’ San Pietru u San Pawl biex jintbagħtu Kostantinopli biex tkompli tissaħħaħ l-għaqda bejn l-orjent u l-oċċident.—Clau-dio Rendina, I Papi, storia e segreti, Newton Compton editori,3 Rev. Alban Butler, The Lives of The Fathers, Martyrs, and Principal Saints, Vol.II, London & Dub-lin1959, 8714 Gabriele Bartolozzi Casti, The Basilica of San Pietro in Vincoli, Rome 2014, 30

San Pietru fil-KtajjenStanley Portelli

Page 47: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

43

Ġunju '19

Spiritwalità

Il-Bażilika Ad Vinculam

Il-Bażilika ta’ San Pietro in Vincoli sa qabel is-seklu V kienet magħrufa bħala Basilica Apostolorum. L-isem tal-lum ingħatha uffiċjalment minn Papa Girgor VII fis-sena 1073. Oriġinarjament il-ktajjen kienu miżmuma f’artal, imbagħad fis-sena 1650 tpoġġew f’urna fis-sagristija sakemm il-Pa-pa Piju IX ordna li ssir il-kripta li hemm illum, biex fihom tpoġġiet din ir-relikwa għall-qima tal-fidili. Dan ix-xogħol fil-kripta sar fis-snin 1876-1877.

Din il-knisja hija mibnija fuq dar jew domus Rumana li jista’ jkun kienet tilqa’ fiha fl-ewwel żminijiet tal-knisja komunità ta’ nsara. Fil-bidu tal-Kristjaneżmu, proprju fi żmien meta San Pietru u San Pawl waslu Ruma, l-insara kienu jiltaqgħu f’xi djar li kienu jservu ta’ knejjes. Kien hemm diversi nobbli Rumani simpatizzanti mal-kristjani li bdew jiftħu djarhom għal-laqgħat u l-liturġija. L-arkeologu Mons. Giovanni Pietro Kirsh, mill-Lussemburgu, wara di-versi studji li għamel f’Bażiliċi Titulari Rumani, osserva li taħthom dejjem jinstabu fdalijiet ta’ xi domus Rumana.5

F’din il-Bażilika nsibu fost l-oħrajn il-monument ta’ Michel-angelo, il-famuż Mosè, u l-urna bil-katina ta’ San Pietru li tat l-isem lil din il-Bażilika. Maż-żmien dan l-kult ta’ San Pietru fil-ktajjen kompla jinxtered bi knejjes iddedikati lil San Pietru fil-Ktajjen fi Spoleto, Pisa, Ravenna, Pavia, in-Numdija, Provence fi Franza, u l-Ungerija. Il-katina ta’ San Pietru ’llum tinsab esposta fil-kripta ta’ din il-Bażilika, eżatt taħt l-artal maġġur, f’urna b’disinn ta’ Andrea Busiri, li saret fis-sena 1856 mill-kardinal Nicola Parracciani Clarelli. Il-bibien tal-bronż li jagħalqu r-relikwarju huma prezzjużi wkoll, kemm storikament u anke artistikament, xogħol at-tribwit lil Antonio del Pallaiolo (Seklu XV).

Il-Katina ta’ San Pietru fil-Bażilika tan-Nadur

Ir-replika tal-katina li nsibu fl-artal tar-Rużarju fil-Bażilka tan-Nadur, bħalma hemm f’San Pietro in Vincoli, inx-trat mill-Arċipriet Martin Camilleri6 meta kien Ruma u tqiegħdet f’urna flimkien mar-relikwiji li jikkonsistu f’biċċiet mill-kolonni ta’ San Pietru u San Pawl li nġabu mill-Kavallier Mikelanġ Mizzi, benefattur tal-Kolleġjata tan-Nadur. L-Arċipriet Camilleri ma kellux ix-xorti li jara din l-urna kif waslet minn Bolzano u dan peress li miet fil-jum eżatt li din waslet fid-dwana f’Malta, nhar it-8 ta’ Settemb-ru 1921. Ix-xogħol fl-injam f’din l-urna huwa wieħed irfinat tar-reġjun tal-Val Gardena fid-Dolomiti tal-Italja ta’ fuq.7

5 Ibid 96 Alexander Bonnici, In-Nadur Vol. II, Nadur-Malta 1988, 2407 Mark Sagona, The Nadur Basilica in Gozo, Art, Architecture, Decoration, Nadur-Malta, 2018, 159—“The work, which is kept underneath the altar of the Virgin of the Rosary, was ordered from an unknown firm from Bolzano, Italy, by Archpriest Martin Camil-

Fatt ieħor interessanti tar-rabta tal-Bażilka tagħna ma’ dik ta’ San Pietro in Vincoli, hija l-fratellanza ta’ San Pietru u San Pawl, li hija aggregata mal-Arċikonfraternità ta’ San Pietro in Vincoli f’Ruma, fratellanza li kienet kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa. Is-sitwazzjoni ta’ din l-aggregazz-joni ġiet irregolata u l-arċikonfraternità ta’ San Pietru u San Pawl, li kien ilha teżisti sa mis-sena 1763, ġiet rikonfermata mill-Isqof ta’ Għawdex fis-26 ta’ Awwissu 1896.8

Pietru u Pawlu Priġunieri

Forsi minħabba l-fatt li dejjem rajna din l-ikonografija, u smajna r-rakkonti, ninsew li dawn il-ktajjen, li bihom real-ment Pietru u Pawlu kienu marbuta u miżmuma priġunieri, ifakkruna li dawn l-Appostli kienu meqjusa bħala theddida għas-soċjetà, qed jiksru l-liġi, u kien ħaqqhom il-priġunerija u saħansitra l-mewt. Huwa għalhekk li xtaqt li ntemm dan l-artiklu b’silta mill-messaġġ tal-Papa Franġisku li ta waqt l-Udjenza f’San Pietru, nhar is-6 ta’ Novembru 2016;

“Ma ninsewx li Ġesù u anke l-Appostli għamlu l-esper-jenza tal-ħabs. Fir-rakkonti tal-Passjoni nafu t-tbatija li minnha għadda s-Sinjur: arrestat, imkaxkar bħal krimi-nal, ridikulat, ifflaġellat, inkurunat bix-xewk..., Hu, l-Uniku Innoċenti! Anke Pietru u Pawlu kienu priġunieri. Il-Ħadd li għadda, filgħaxija kelli żjara minn grupp ta’ priġunieri minn Padova. Qaluli: “Sejrin fil-ħabs ta’ Mamertinum biex ngħixu l-esperjenza ta’ Pawlu.” Kemm hu sabiħ, talbu u evanġelizzaw. Kommoventi l-paġni tal-Atti fejn hi rrakkon-tata l-priġunerja ta’ Pawlu: Ħassu waħdu u xtaq li xi ħbieb iżuruh (2Tm: 4,5-15). Ħassu waħdu għax il-maġġoranza abbandunatu... lill-kbir Pawlu.”

leri in 1920 and arrived at Nadur in 1921. Inspired by the classical tradition of decoration, the work is eclec-tic in style. Artistic sensitivity and good taste are seen in the fine passages of carving which the work pos-sesses, and attest to the long tradition of the wood carving industry in the Val Gardena region8 Alexander Bonnici, In-Nadur Vol. II, Nadur-Malta 1988, 152

Page 48: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

44

Ġunju '19

Fid-19 ta’ Diċembru 1893, il-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl tan-Nadur ġiet mżejna bit-titlu ta’ parroċċa Arċipretali jiġifieri li l-Kappillan tagħha, Dun Ġwann Camilleri, beda jissejjaħ Arċipriet. Dun Ġwann ħa l-pussess bħala Arċipriet fl-1 ta’ Jannar 1894.

Dun Ġwann ordna folji kbar stampati li huma mqassma skont kif xtaq hu u fihom kiteb bit-Taljan l-ismijiet, il-laqam, l-isem tal-ġenituri, it-triq, in-numru tal-bieb, kif ukoll dati tal-mewt, magħmudija jew wieġ tal-parruċċani tiegħu. Kultant anke niżżel ix-xogħol li xi ftit parruċċani kellhom.

F’dan li Status Animarum hemm imniżżla l-isem ta’ mad-war 4000 persuna, f’ordni alfabetika skont il-kunjom, li kienu jgħixu n-Nadur bejn l-1894 u l-1902, imqassma fi 846 familja li kienu jgħixu n-Nadur li kien jinkludi fih dik ix-xaqliba magħrufa bħala ta’ Fuq Ta’ Cini, li llum tagħmel mal-parroċċa tal-Qala. Uħud minnhom, fejn isimhom, hemm miktuba l-kelma morto / morta (mejjet / mejta) kif ukoll id-data tal-mewt. Kien hemm 74 kunjom u mat-tletin isem ta’ toroq, kif ukoll laqmijiet li wħud minnhom għadhom għand xi familji anke sal-lum.

Insibu informazzjoni dwar 17-il saċerdot u żewġ sud-Djak-ni li ser inniżżel it-tagħrif dwarhom, bl-isem tal-ġenituri tagħhom, il-laqam, kif ukoll it-Triq (Strada) fejn kienu jgħixu. Ser inżid ukoll xi tagħrif ieħor li sibt dwar l-Ordinaz-zjoni Saċerdotali, xi karigi u l-mewt tagħhom

1. Don Giuseppe Attard. Iben il-mejtin Salvatore u Rosa Grech, bil-laqam Tas-sintcua (Tas-Sindkuha), li kien jgħix ma’ żewġ ħutu: Pawlu u martu Marija u ħuh l-ieħor Salvu, fi Strada San Giovanni (Triq San Ġwann). Dun Ġuzepp ġie ordnat saċerdot mill-Isqof Publiju Sant fil-21 ta’ Diċembru 1850 u miet in-Nadur fis-26 ta’ Jannar 1908, fl-età ta’ 81 sena.

2. Don Giuseppe Bartolo. Iben Angelo u l-mejta Rosaria Scicluna, bil-laqam Tad-domna (Tad-Domna), li kien jgħix waħdu fi Strada Reale (illum Triq it-Tlettax ta’ Diċembru). Dun Ġużepp ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Diċembru 1879 mill-Isqof Pietru Pace u miet in-Nadur fl-1 ta’ Lulju 1938 fl-età ta’ 86 sena.

3. Canonico Don Giuseppe Buttigieg. Iben il-mejtin Michele u Giuseppa, bil-laqam Ta chelul (Ta Kelul), li kien jgħix waħdu fi Strada Cimcem (illum Triq Ċimċem). Dun Ġużepp ġie ordnat saċerdot fis-26 ta’ Diċembru 1853 mill-Isqof Publiju Sant u miet fit-2 ta’ Settembru 1906, fl-età ta’ 81 sena. Kien Kanonku tal-Kolleġġjata Matriċi tal-Assunta.

4. Don Orazio Buttigieg. Iben il-mejtin Francesco u Giovanna Tabone, bil-laqam Tas-singnur (Tas-Sinjur), li kien jgħix waħdu fi Strada Don Grez

(illum Triq Dun Grezz Buttigieg). Dun Grezz miet in-Nadur fit-3 ta’ Settembru 1906. Kellu ħuh ieħor qassis bl-isem ta’ Dun Baskal li ġie ordnat saċerdot mill-Isqof Paolo Micallef fit-22 ta’ Diċembru 1866 u miet l-Alġerija fit-22 ta’ Awwissu 1876 ta’ 35 sena.

5. Sud Diacono Antonio Camilleri. Iben Francesco u Maria Meilak, bil-laqam Ta finda (Ta’ Finda), li kien jgħix mal-ġenituri tiegħu u sitt ħutu oħra fi Strada Parroco (illum Triq il-Kappillan). Dun Anton Camilleri ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 1895 mill-Isqof Giovanni Maria Camilleri u miet fit-18 ta’ Ottubru 1926 fl-età ta’ 54 sena. Kien it-tielet Arċipriet tal-Kolleġġjata tan-Nadur u hu msemmi bħala kompożitur u mużiċista li l-mużika tiegħu għadha tindaqq fin-Nadur sal-lum.

6. Don Antonio Camilleri. Iben il-mejtin Pietru u Angela Cutajar bil-laqam Ta’ finda, (Ta’ Finda), li kien jgħix ma oħtu Graziulla fi Strada Parroco (illum Triq il-Kappillan). Dun Anton ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1867 mill-Isqof Antonio Grech Delicata u miet fl-4 ta’ Jannar 1903 fl-età ta’ 62 sena. Kien l-ewwel Dekan tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata tan-Nadur.

(l-ewwel parti)STATUS ANIMARUM 1894 Joe Muscat

Arciprete Don Giovanni Camilleri

Storja, Kultura u Attwalità

Page 49: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

45

Ġunju '19

7. Arciprete Don Giovanni Camilleri. Iben il-mejtin Martin u Margarita Bajada, bil-laqam Ta martin (Ta’ Martin), li kien jgħix ma’ żewġ ħutu nisa Ġużeppa u Grazia fi Strada Parrocco (illum Triq il-Kappillan). L-Arċipriet Dun Ġwann miet in-Nadur fil-31 ta’ Mejju 1910 fl-età ta’ 79 sena Kien ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Diċembru 1856 u ħa l-pussess ta’ Arċipriet fl-1 ta’ Jannar 1894.

8. Sud Diacono Damiano Camilleri. Iben Salvu u Maria Rosaria Bartolo, bil-laqam Ix-cora (Ta’ Xkora), li kien jgħix mal-ġenituri tiegħu u erba’ ħutu oħra fil-Piazzetta (illum Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri). Dun Damjan ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 1895 (flimkien ma’ Dun Anton Camilleri –Nru. 5 fuq), u miet fit-22 ta’ Marzu 1942 fl-età ta’ 69 sena.

9. Don Antonio Camilleri. Iben il-mejjet Mikieli u Margarita, bil-laqam Ta ghiemes (Ta’ Giemes), li kien jgħix ma’ ommu (armla) u oħtu Carmela fi Strada Xiandricu, (illum Triq Xandriku). Dun Anton miet fid-29 ta’ Lulju 1908, fl-età ta’ 57 sena.

10. Don Giuseppe Cassar. Iben il-mejtin Salvu u Angela Grech, bil-laqam Ta sebeu (Ta’ Sebgħu), li kien jgħix ma’ ommu (armla) u ħuh Francesco fi Strada Giagbin (illum Triq San Ġakbu). Dun Ġużepp ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 1889 mill-Isqof Giovanni Maria Camilleri u miet in-Nadur fis-27 ta’ Settembru 1902, fl-età ta’ 36 sena.

11. Don Antonio Cassar. Iben il-mejjet Salvu u Rosaria Pisano, bil-laqam Tal-għain (Tal-Għajn), li kien jgħix ma’ ommu (armla) u żewġ ħutu Ġużepp u Giovanna fi Strada Giagbin (illum Triq San Ġakbu). Dun Anton ġie ordnat saċerdot fit-23 ta’ Diċembru 1865 mill-ewwel Isqof ta’ Għawdex, Mons Mikiel Franġisk Buttigieg u miet fl-età ta’ 66 sena, fil-25 ta’ Jannar 1907, fil-Mellieħa fejn jinsab midfun.Nota: Il-ġenituri ta’ Dun Anton Cassar huma l-bużnanniet ta’ Toni Grech, min-naħa tal-omm, ta’ missier it-Tabib Coronato Grech, li għandhom ukoll ritratt ta’ dan is-saċerdot.

12. Don Salvatore Cremona. Iben il-mejtin Angelo u Maria Hili, bil-laqam Ta gadura (Ta’ Gadura), li kien jgħix ma żewġ ħutu subien Ġużepp u Pawlu

fi Strada Hida (illum Triq ta’ Ħida). Dun Salv ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Diċembru 1875 mill-Isqof Antonio Grech Delicata u miet in-Nadur fl-24 ta’ Awwissu 1919, fl-età ta’ 71 sena.

13. Don Giuseppe Haber. Iben il-mejtin Lucio u Giovanna Falzon, bil-laqam Ta luziu (Ta’ Luċju), li kien jgħix waħdu fi Strada Xiandricu, (illum Triq Xandriku). Dun Ġużepp ġie ordnat saċerdot mill-Isqof Antonio Grech Delicata fil-25 ta’ Mejju 1872 u miet in-Nadur ta’ 86 sena fil-5 ta’ April 1932.

14. Don Paolo Manueli. Iben il-mejtin Francesco u Coronata, bil-laqam Ta nata (Ta’ Nata), li kien jgħix ma’ ħuh Ġużeppi li kien Sagristan u oħtu Maria fil-Piazzetta (illum Pjazza L-Arċipriet Martin Camilleri). Dun Pawl ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Mejju 1885 mill-Isqof Pietru Pace u miet in-Nadur fit-3 ta’ Jannar 1927 fl-età ta’ 76 sena.

15. Don Francesco Scicluna. Iben il-mejtin Ġużepp u Maria Grima, bil-laqam Tal-mithna (Tal-Mitħna), li kien jgħix ma ħuh Antonio u oħtu Carmela fi Strada Privata (illum Triq Papa Iljun XIII u qabel magħrufa bħala Trejqet il-Mitħna). Dun Franġisk ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Settembru fl-1869 mill-Isqof Antonio Grech Delicata u miet in-Nadur fit-30 ta’ Jannar 1919, fl-età ta’ 72 sena.

16. Don Giuseppe Teuma. Iben il-mejtin Ġużeppi u Maria Grech, bil-laqam Ta teuma (Ta’ Tewma), li kien jgħix ma’ ħuh Marcello fi Strada Chiesa (illum Triq il-Knisja). Dun Ġużepp ġie ordnat saċerdot flimkien ma’ Dun Ġużepp Ħaber fil-25 ta’ Mejju 1872 mill-Isqof Antonio Grech Delicata u miet in-Nadur fl-20 ta’ Diċembru 1923, fl-età ta’ 74 sena.

17. Canonico Onorario Don Salvatore Vella. Iben il-mejtin Francesco u Antonia Borg bil-laqam Ta hmeida (Ta’ Ħmejda) li kien jgħix ma’ ħuh Pietru fi Piazza Chiesa, (f’dik il-parti li llum jisimha Pjazza 28 ta’ April 1688). Dun Salv kien Surmast tal-Iskola tan-Nadur u miet ta’ 72 sena fil-21 ta’ Settembru 1899.

18. Canonico Onorario Don Salvatore Vella. Iben Mikieli u l-mejta Rosa Farrugia, bil-laqam Is-susu (Tas-Susu), li kien jgħix ma’ missieru (armel) u oħtu Loreta fi Strada Reale (illum Triq it-Tlettax ta’ Diċembru). Dun Salv ġie ordnat saċerdot mill-Isqof

Page 50: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

46

Ġunju '19

Storja, Kultura u Attwalità

Gaetano Pace Forno fis-17 ta’ Diċembru 1864 u miet fil-5 ta’ Diċembru 1903 fl-età ta’ 62 sena.

19. Don Giuseppe Vella. Iben Mikieli u Angela Curmi, bil-laqam Ta carcagna (Ta’ Karkanja), li kien jgħix mal-ġenituri tiegħu u ħames ħutu oħra fi Strada Chiesa (illum Triq il-Knisja). Dun Ġużepp ġie ordnat saċerdot mill-Isqof Pietru Pace fil-15 ta’ Ġunju 1878 u miet in-Nadur fis-17 ta’ Ġunju 1906 fl-eta’ ta’ 52 sena u ġie midfun fil-knisja parrokkjali tan-Nadur. Dun Ġużepp huwa l-fundatur tal-Knisja tal-Qalb ta’ Ġesù u l-fdalijiet tiegħu ġew trasportati mill-knisja parrokkjali għal din il-knisja fit-22 ta’ Mejju 1966, fejn illum jinsabu meqjuma ġo ħajt fuq il-lemin tal-artal maġġur.

Barra dawn is-Saċerdoti hemm imniżżla dawn il-persuni u l-impjieg tagħhom:

1. Paolo Buttigieg, bil-laqam Ta corun (Ta Kurun), li kien jgħix bil-familja tiegħu fi Strada Xiandricu (illum Triq Xandriku) li l-impieg tiegħu kien Sergente di Polizia (Surġent tal-Pulizija).

2. Giuseppe Bartolo, bil-laqam Tal bus (Tal-Bus), li kien jgħix waħdu fi Strada Privata, (illum Triq Papa Iljun XIII). Dan Giuseppe kien Avocato (Avukat).

3. Francesco Camilleri, bil-laqam Tal mghoza (Tal-Mogħża) li kien jgħix bil-familja tiegħu fi Strada Tas-said, (illum Triq Ta’ Said, li kien Capitano (Kaptan)).

4. Domenico Camilleri, bil-laqam Tal wot (Tal-Wot), iben Salvatore u Tereża li kien jgħix ma ommu (armla) u ħutu fi Strada Xiandricu (illum Triq Xandriku). L-impieg tiegħu kien Soldato (suldat).

5. Giovanni Cauchi, bil-laqam It-tigiega (Tat-Tiġieġa), iben Salvatore u Angela li kien jgħix mal-ġenituri tiegħu fi Strada San Blas (illum Triq San Blas) li hu imniżżel Militare (fil-Militar).

6. Paolo Gatt, bil-laqam Ta kalza (Ta’ Qalza), li kien jgħix bil-familja fi Strada Reale (illum Triq it-Tlettax ta’ Diċembru) li kien Maestro (Surmast tal-Iskola).

7. Giovanni Gatt, bil-laqam Ta kalza (ta’ Qalza), li

kien jgħix bil-familja fi Triq Xiandricu (illum Triq Xandriku) li kien Capitano (Kaptan).

8. Giuseppe Manueli, bil-laqam Ta nata (Ta’ Nata), li kien jgħix ma’ żewġ uliedu Maria u Dun Pawl Manueli fil-Piazzetta (illum Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri), li kien Serviente nella Chiesa (Sagristan).

9. Salvatore Mejlak, bil-laqam Tal bokru (Tal-Bokru), li kien jgħix bil-familja tiegħu fi Strada Reale (illum Triq it-Tlettax ta’ Diċembru) li kien Cierco jiġifieri Kjierku miżżewweġ.

10. Salvatore Mizzi, bil-laqam Tal fenech (Tal-Fenek), li kien jgħix bil-familja tiegħu fi Strada Tas-said (illum Triq Ta’ Said) li xogħlu kien Contestabile, (Kuntisstabbli).

11. Francesco Portelli, bil-laqam Ta cola (Ta’ Kola), li kien jgħix mal-ġenituri tiegħu fi Strada Parroco (illum Triq il-Kappillan) li kien Servo in Chiesa (Sagristan).

12. Grazia Pisano, bil-laqam Tar-ruppat (Tar-Ruppat), armla ta’ Antonio, li kienet tgħix weħidha fi Strada San Giovanni (illum Triq San Ġwann) hi mniżżla bħala Cierca (Kjierka).

13. Georgina Sapiano, li l-laqam tagħha mhux imniżżel, li kienet tgħix weħidha fil-Piazzetta (illum Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri) li kienet Maestra di scuola (il-Kap tal-Iskola).

14. Giovanna Said, bil-laqam Tal-lep (Tal-Lep), mart Francesco, u armla ta’ Giovanni, li kienet toqgħod fi Triq Tas-said (illum Triq Ta’ Said) hi imniżżla bħala Levatrice, bil-malti Qabla (Majjistra – Midwife).

15. Andrea Trevisan bil-laqam Ta tabib (Tat-Tabib), li kien joqgħod fi Strada Chiesa mal-familja, (illum Triq il-Knisja) hu mniżżel Ispettore di Polizia (Spettur tal-Pulizija).

16. Giuseppe Vassallo, bil-laqam It-tabib, kien jgħix mal-ġenituri tiegħu fi Strada Parroco (illum Triq il-Kappillan) li kien it-Tabib fin-Nadur.

Fit-tieni parti nikteb dwar il-kunjomijiet, il-laqmijiet u t-toroq li kien hemm fil-parroċċa tan-Nadur fl-1894.

Page 51: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

47

Ġunju '19

Fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl tas-sena 1919, jiġifieri 100 sena ilu, ġiet inawgurata l-pittura tas-saqaf fil-Kappellun tal-Kurċifiss fil-Knisja Parrokkjali tan-Nadur, xogħol mill-isbaħ tal-pittur Malti, Lazzaro Pisani. L-Arċipriet Dun Martin Camilleri ħallielna miktub li l-pittura tirrappreżenta lill-Anġlu tal-Mulej jeħles lil San Pietru mill-ħabs. Flimkien ma’ din il-pittura inkixfu wkoll dawk tad-Dutturi tal-Knisja li hemm fuq kull naħa tat-tliet twieqi f’dan il-Kappellun, li juru lil: San Atanasju; San Ġwann Kriżostmu; San Pier Damiani, u l-Papa Piju IX. Dawn, flimkien mal-kwadru tas-saqaf, ġew imħallsa mill-benefattur Naduri Paolo Bonnici (missier it-Tabib Ġużè Bonnici). Iż-żewġ pitturi tad-Dutturi l-oħra juru lil San Tumas D’Aquino u lil San Bede Venerabbli, li ġew imħallsa minn benefatturi oħrajn. Ix-xogħol fil-pasta fis-saqaf f’dan il-kappellun, kif ukoll id-dekorazzjoni ornamentali li hemm fit-tliet twieqi saru mill-iskultur Malti Giovanni Bonnici fuq id-disinji li għamel il-magħruf ċesellatur Ruman Pio Cellini, l-awtur tal-parti l-kbira tal-ornament mill-isbaħ tat-tempju monumentali, illum Bażilika tan-Nadur.

L-episodju ta’ din il-pittura teħodna fi zmien is-Sultan Erodi Agrippa (snin 41-44) li f’dak iż-żmien tefa’ idejh fuq id-dixxipli ta’ Ġesù biex jeqridhom, kif irrakkontata fl-Atti tal-Appostli Kap. 12: 1-11).

Fl-ewwel qari nhar is-Sollennità tal-Martirju tal-Appostli San Pietru u San Pawl, naqraw hekk: Għall-ħabta ta’ dak iż-żmien, is-sultan Erodi medd idu fuq xi wħud mill-Knisja biex jaħqarhom. Huwa qabad lil Ġakbu, ħu Ġwanni, u qatagħlu rasu. Imbagħad, meta ra li dan għoġob lil-Lhud, qabad lil Pietru wkoll. Dan kien fi żmien il-festa tal-Ażżmi. Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, bagħat erba’ gruppi ta’ erba’ suldati kull wieħed biex joqgħodu għassa tiegħu, bil-ħsieb li wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu. Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs, bil-għassa miegħu. Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qegħda titlob lil Alla għalih bil-ħerqa.

Fil-lejl stess ta’ qabel ma Erodi kellu joħroġ lil Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen; u kien hemm għases oħra mal-bieb tal-ħabs. F’daqqa waħda deher anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta daqqa lil Pietru fuq ġenbu, qajmu u qallu: “Qum malajr.” U l-ktajjen waqgħu minn ma jdejh. Imbagħad l-anġlu qallu: “Tħażżem u ilbes il-qorq.” U Pietru hekk għamel. U reġa’ qallu: “Dawwar il-mantar miegħek u ejja warajja.” Pietru ħareġ u mar warajh, bla ma ntebah li dak li kien qiegħed jiġri permezz tal-anġlu kien veru; stħajjel li kienet ħolma. Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid, li kien jagħti għall-belt, u dan infetaħ waħdu. Ħarġu, u mxew triq flimkien, meta f’daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh. Imbagħad Pietru ġie f’tiegħu u qal: “Issa naf tassew li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir.”

PAROĊĊA TA' SAN PIETRU U SAN PAWL IN-NADUR1919 – INAWGURAZZJONI TAL-PITTURA TAS-SAQAF FIL-KAPPELLUN TAL-KURĊIFISS – 2019Kitba minn Joe Muscat

Page 52: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

48

Ġunju '19

Disinjatur, skultur u bronżar, li ħalla diversi xogħlijiet fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl u fir-raħal tan-Nadur.

Imwieled il-Kalkara fl-24 ta’ Mejju, 1960 fid-dar fejn kienu joqogħdu missieru Emanuel u ommu Paola. Kien il kbir fost ħutu Charlie, Martin u Stephen. Minn meta kien zgħir kont dejjem issibu jpinġi fuq kull karta li tiġi f’idejh u saħansitra kien joqgħod fuq il-bejt tad-dar jistenna l-vapuri deħlin fil-Port il-Kbir biex jiddisinjahom.

Ta’ madwar 18-il sena beda jattendi il Polytechnic l-Imsida taħt id-direzzjoni tas-Surmast Vincent Apap u wara beda jmur l-Iskola tal-Arti il-Belt, Valletta. Mill-ewwel beda juri talent b’saħħtu speċjalment fid-disinn u fl-iskultura u fl-eżamijiet tal-iskola kien dejjem jigi minn tal-ewwel. Meta kellu 22 sena, fil-1982, ġie mogħti scholarship mill-Istituto Culturale tal-Italja sabiex jattendi kors tad-disinn, skultura u mudell fl-Accademia di Belle Arti, f’Firenze.

Hemmhekk qatta’ 5 snin jitgħallem l-iskultura u disinn ġewwa l-Accademia (1982-1987). B’xorti tajba ltaqa’ ma’ żewġ pitturi Taljani, li baqa’ ħbieb magħhom anke wara li telaq minn Firenze. Il-pitturi kienu Bernardini u Cifariello li kienu allievi u jaħdmu ma’ Pietro Annigoni. Dan Pietro kien għamel żmien il-pittur personali tar-Reġina Elizabetta II. Bernardini kien laqqgħu ma’ Annigoni mbagħad anke Joe beda jaħdem fuq xi xogħlijiet u jgħin lill-pittur Annigoni. Fl-istudju tiegħu Joseph tgħallem ħafna ħiliet differenti marbutin mad-disinn u l-pittura. Wara xi żmien sab xogħol ieħor ġewwa funderija artistika tal-bronż fil-qrib ta’ Firenze stess. Hemmhekk beda jitgħallem is-sengħa tal-funderija fl-istatwi tal-bronż.

Irritorna Malta fl-1985 u beda jaħdem ma’ T. Ciantar Woodworks jiskultura fl-injam imma s-sengħa tal-bronż kienet daħlet f’qalbu wisq u dejjem baqa’ jsostni fuqha. Fl-1987 iżżewweġ lil Nathalie u kellhom erbat itfal: Christopher, Alexander, Denis u Nicholas. Darba fost l-oħrajn ġietu l-okkażjoni li jixtri xi għodda tal-funderija li kienet il-bidu tal-ħolma tiegħu u minn hemm ma reġax ħares lura.

Fl-1992, Joseph beda jaħdem xi ftit bronż għalih innifsu u l-ewwel artist li emmen fil-kapaċitajiet tiegħu kien il-mejjet Frans Galea. Sena wara, fetaħ il-funderija fil-huts tal-Inglizi ġewwa Ħal Luqa u minn hemm bdiet il karriera tiegħu fil-funderija artistika tal-bronż ġewwa Malta. Ix-xogħlijiet tiegħu huma ħafna, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. L-iktar xogħol importanti li jibqa’ msemmi għalih hija l-istatwa tal-Gran Mastru Jean de la Vallette ġewwa l-Belt Valletta li qiegħda qrib fejn tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-Belt mill-Kavallieri ta’ Malta (2012). Il-ġibs tal-istatwa jinsab fil-Każin tal-Banda La Vallette fil-Belt. Ħadem il-mudell u fonda l-bronż tal-Istatwa tal-Kunċizzjoni flimkien mal-erba’ pannelli f’Bormla, (2005). Immudella u fonda diversi bustijiet li qegħdin imxerrdin f’diversi lokalitajiet, każini

tal-baned u knejjes madwar Malta u Għawdex. Ix-xogħlijiet li għamel matul iż-żmien f’Għawdex jinkludu fost oħrajn il-bust ta’ Mons. Alfons Maria Hili fil-parroċċa ta’ San Ġorġ fir-Rabat (Jannar 1996); il-bust ta’ Rosa Magro fl-Iskola Primarja tax-Xewkija (1999) u l-istatwa ta’ P.P. Attard fil-Każin Astra; il-bust tal-Arċipriet Ġan Saverju Cassar mal-bassoreliev li jinsab fil-Pjazza Indipendenza, (It-Tokk), Victoria (2005).

Xogħlijiet oħra f’Għawdex li jinsabu lkoll fil-parroċċa tan-Nadur hawn diversi. L-ewwel xogħol tiegħu kien il-monument taż-Żewġ Gwerer (1914-1918) - (1939-1945) li hemm maġenb l-Iskola Primarja, fejn kien ġie inawgurat mill-E.T. il-President Dr. Ugo Mifsud Bonnici u mbierek minn Dun Mikiel Attard, fit-30 ta’ April 1995; l-arma fil-bieba tan-niċċa ta’ San Pietru u San Pawl (1995); il-bust tal-istoriku l-Kan. Dun Karm Caruana li jinsab fil-bidu tat-Triq Xandriku u li kien ġie inawgurat minn Dun Mikiel Attard u mbierek mill-Isqof Mons. Nikol Ġ. Cauchi, fit-28 ta’ Ġunju 1998; il-bust tal-patrijott Naduri l-Arċipriet Kan. Ġan Saverju Cassar li jinsab fin-nava tal-Bażilika Kolleġġjata tan-Nadur, kien ġie inawgurat mill-E.T. il-President Dr. Ugo Mifsud Bonnici u mbierek mill-Isqof Mons. Nikol Ġ. Cauchi, fit-30 ta’ Ottubru 1998; l-anġlu tal-ambone, (1998); l-opra kolossali tal-bradella u l-bankun ta’ San Pietru u San Pawl, b’disinn, skultura u bronż kollha xogħol ta’ Joe Chetcuti, il-benefattur insinji kien il-Kan. On. Dun Pawl Zerafa fejn inawgura din l-opra stupenda u li ġiet imbierka mill-Isqof Mons. Nikol Ġ. Cauchi, fis-26 ta’ Ġunju 2003; u s-sitt anġli tal-kanċell (2004).

Fuq ordni tal-Kunsill Lokali ta’ Nizza, skultura u fonda l-bust u l-arma tal-Gran Mastru Lascaris li qegħdin fir-residenza tal-Kunsill ta’ Nizza ġewwa Franza. Għamel kopja tal-Wiċċ ta’ Kristu li hemm fuq San Ġwann ta’ Algardi li twaħħal minflok l-original fil-faċċata tal-Katidral. Fonda l-bust tal-Gran Mastru Pinto li qiegħed fil-faċċata tal-Valletta Waterfront u għamel ukoll il-kopja tal-monument tal-Les Gavroches li hemm il-Barrakka ta’ Fuq, l-oriġinal issa jinsab fil-muzew tal-arti (2003). Fil-Barrakka ta’ Fuq għamel ukoll il-bust tal-iskultur Antonio Sciortino li kien ikkummissjonat mill-Kav. Vincent Apap u l-plakka tal-bolla li tikkommemora l-laqgħa li kellhom Bush u Gorbachev f’Malta fl-1989 li giet inawgurata min-neputi tar-Reġina tal-Ingilterra, il-Prinċep William. Kif ukoll diversi xogħlijiet oħra fil-bronż ta’ diversi artisti kemm fil-pubbliku u wkoll fil-privat.

Fl-aħħar snin beda jgħallem l-iskultura fl-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta. Beda jilqa’ zjarat, fil-funderija tiegħu f’Ħal Luqa, mill-istudenti li jattendu l-korsijiet tal-Arti fl-Università ta’ Malta sabiex ikunu jistgħu jaraw u jesperjenzaw il-proċess ta’ kif issir statwa tal-bronż. Kif ukoll kien konsulent fuq ix-xogħol tal-funderija, meta saru l-qniepen li nġiebu minn Franza li tqiegħdu f’Għajnsielem, Għawdex maħduma mid-Ditta Cornille-Havard, in-Normandija fi Franza fis-sena 2011.

Storja, Kultura u Attwalità

Bijografija ta’ Joseph ChetcutiKitba u riċerka minn Korrispondent.

Page 53: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

49

Ġunju '19

Fl-aħħar u mhux l-inqas ma nistgħux ma nsemmux il-bust ta’ Malta fil-Każin ta’ San Gużepp, il-Kalkara u x-xogħol li kien għamel fl-iskultura tal-Anġli fil-bradella ta’ San Ġużepp.

Is-sengħa tax-xogħol fil-bronż għaddieha lit-tifel tiegħu Christopher li għal dawn l-aħħar għaxar snin kien ilu jaħdem fil-funderija f’Hal Luqa, jitgħallem u jitħarreġ taħt il-ħarsien ta’ missieru Joseph.

Huwa miet fil-31 ta’ Marzu 2019, fl-età ta 58 sena. Iżda x-xogħlijiet artistiċi tiegħu jibqgħu jitkellmu għalih fil-ġenerazzjonijiet futuri.

Page 54: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

50

Ġunju '19

Storja, Kultura u Attwalità

In-Nadur fil-Letteratura Nazzjonali Maltija

Ġużè Muscat Azzopardi (1853-1927)

Wieħed mill-ewlenin rumanzieri li kitbu rumanzi bil-Malti kien Ġużè Muscat Azzopardi. Twieled fl-1 ta’ Settembru 1853, u miet fl-4 t’Awwissu 1927. Dan ma kienx biss awtur u rumanzier, iżda wkoll poeta u politiku, u bħala professjoni kien Prokuratur Legali. Jidher li huwa studja l-istorja ta’ Malta biex fiha jkun jista’

jambjenta r-rumanzi tiegħu, li allura kienu

rumanzi storiċi, li ġew ambjentati fi żmien il-Kavallieri u l-Franċiżi. Iżda fejn kienet il-linja bejn letteratura fittizja u storja fattwali? Muscat Azzopardi jidher li dawn it-tnejn ħawwadhom xi ftit flimkien għaliex waqt li huwa jiddikjara li dawn tiegħu huma stejjer, iżda jesprimi ruħu wkoll li huwa ried li l-poplu jitgħallem l-istorja tiegħu. Kienu rumanzi romantiċi li fihom is-sens patrijottiku jispikka, fejn hemm it-taqbida bejn it-tajjeb u l-ħażin bir-rebħa tat-tajjeb, id-djalettika ta’ ‘aħna’u ‘huma’ (f’dal-każ Malta kontra l-barrani, daqqa t-Torok, jew il-Franċiżi jew l-Ispanjoli), u fejn ġeneralment l-eroj dejjem joħroġ rebbieħ.

Wieħed mill-aħjar rumanzi tiegħu huwa Nazju Ellul, li ġie ppublikat fl-1909. Ambjentat fi żmien il-ħakma Franċiża f’Malta (1798-1800), ir-rumanz jiċċentra madwar Nazju Ellul li sar iħobb lil Selika. Fl-istess waqt hemm il-ġibda ta’ Luċija lejn Mattew Pulis, li iżda ma kinitx reċiprokata. Pulis kien iħobb lil Ġorġina. Dan kollu huwa ambjentat waqt il-konfoffa li xi Maltin kienu qed jagħmlu sabiex jeħilsu lil Malta minn taħt idejn il-Franċiżi, li iżda spiċċat ħażin u grupp ta’ Maltin, fosthom il-Professur Dun Mikiel Xerri, ġew xkubettjati. Fl-istorja jidħlu karattri oħrajn, uħud storiċi bħal Guliermu Lorenzi, oħrajn fittizji bħal Dun Belinn, Slaw Gatt u oħrajn. Kien hemm min gideb fuq Nazju u dan spiċċa biex ġie kkundannat għall-mewt u xkubettjat. Aktar tard jiġi ddikkjarat li hu kien innoċenti. Selika tmut fuq il-qabar ta’ Nazju. Iżda qabel din il-konklużjoni traġika, Luċija tmur lejn Għawdex ma’ Spiru, li kien hu li qed jigdeb fil-konfront ta’ Nazju (kapitlu 30):

‘L-għada f’nofsinhar, Il-Grieg u Luċija kienu n-Nadur qegħdin jieklu flimkien f’għorfa li kritilhom għal ftit ġranet waħda bidwija; u dik il-fiergħa meta qamu minn fuq il-mejda ħarġet fis-setaħ li minnu kien jidher il-wied kollu ta’ taħt dak ir-raħal, b’idha x-xellugija fuq spallet Spiru u b’xuxitha mtajra ma’ wiċċu taparsi qiegħda turih b’idha l-oħra dak il-ġmiel ta’ ħdura u titfissidlu bħal tarbija.’1

Ma nafux kemm kien familjari ma’ Għawdex u man-Nadur Ġużè Muscat Azzopardi. Għalfejn għażel li jambjenta l-qagħda ta’ Luċija u Spiru f’Għawdex, proprju fin-Nadur, jibqa’ misteru. Iżda għal Muscat Azzopardi kien hemm xi aspetti li kienu jolqtuh min-Nadur. Għalih in-Nadur kien il-post fejn tnejn jinħabbu setgħu imorru għal qagħda romantika. In-Nadur kien ifisser ‘ġmiel ta’ ħdura’, minħabba li fih il-widien u veduti mill-isbaħ għax ‘minnu kien jidher il-wied kollu ta’ taħt dak ir-raħal.’ Mal-ħdura u l-wied jikkumplimenta l-aktar mestier komuni u bażiku ta’ dak iż-żmien, għax kienet waħda ‘bidwija’ li kritilhom l-għorfa. Joħorġu wkoll aspetti mill-arkitettura tal-aħħar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin bħas-‘setaħ’ u l-‘għorfa’ li krew.

Mary Meilak (1905-1975)

Minn Ġużè Muscat Azzopardi fil-bidu tas-seklu għoxrin immorru għal nofs is-seklu. Poetessa

Għawdxija, mir-Rabat, iżda ta’ nisel Naduri kif jixhed kunjomha, Mary Meilak ħalliet diversi xogħolijiet poetiċi li jimmarkawha bħala waħda mill-aħjar poetessi ta’ żmienha fuq livell nazzjonali. Kienet l-ewwel mara li ppubblikat antoloġija ta’ poeżiji bil-Malti f’Malta. Twieldet fid-9 t’Awwissu 1905 u kienet għalliema. Minbarra l-poeżiji tagħha, hija

kienet ukoll awtriċi u kitbet rumanzi varji. Mietet fl-1 ta’ Jannar 1975.2 Fost il-poeżiji l-inqas magħrufa tagħha nsibu l-poeżija ‘In-Nadur’. Meilak tikteb din

1 Ġużè Muscat Azzopardi, Nazju Ellul, 1909, (ris. Kabb Kotba Maltin, Valletta, 2013), 205.2 Oliver Friggieri, Il-Poeżija Maltija, 1996, (ris. Malta University Publishers, Msida 1999) x.

It-tieni parti Daniel Meilak

Mary Meilak

Ġużè Muscat Azzopardi

Page 55: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

51

Ġunju '19

il-poeżija b’veduta mill-isbaħ minn Triq Xandriku, li minnha tidher ħafna mill-gżira ta’ Għawdex, kif ukoll il-fliegu, b’Kemmuna u Malta. Jista’ jkun li din kienet ix-xena li ddeskriva wkoll Muscat Azzopardi f’Nazju Ellul meta rrefera għas-‘setaħ li minnu kien jidher il-wied kollu ta’ taħt dak ir-raħal.’ Din hija l-poeżija ta’ Meilak:

In-NadurL-ewwel darba li jien rajtek,Triq Xandriku, ‘l qalbi sraqtli,int saħħartni, int ġennintni,int għaġġibtni u moħħi ħadtli!

Kif minn ħoġrok mort nittawwal,għaqli kollu f’xibka nqabad,ma xtaqtx illi l-pass inħarreku ma ridtx ninżel ir-Rabat.

Fejn il-ġmiel ta’ dik id-dehrakullimkien kifes, sar ikrah,għidli, għidli, Triq Xandriku,

x’hemm f’wiċċ Għawdex minnek isbaħ?

Mhux is-sengħa tal-imgħallma,mhux bil-bini mżejjen, le!Imma b’dak li l-ħolqien sawrek,Qed tittawwal fuq Xambrè.

Friskatur iġġib blat taħtek,ġo fih baħar ikħal nir,U Kemmuna tgħum ġo nofsuU jien fuqha qed intir.

Għax kont qisni għasfur hieni,xi gawwija ta’ Kemmuna,jien stħajjiltni fuq il-Flieguqisni qiegħda ġo tribuna.

Triq Xandriku, x’ħin nittawluħdejn in-niċċa tal-Madonna,dritt naħsbuna li sefirna

u m’għadniex ġol-art li konna!3

3 Karm Caruana, In-Nadur u t-Tempju Monu-

‘Is-seħer tal-ħolqien imfisser minn Meilak’, jikteb Oliver Friggieri, ‘hu dokument tas-sliem li hi nnifisha ġġarrab u tixtieq troddu f’verżjoni versifikata.’4 Jidher li hija kitbet il-poeżija mill-perspettiva ta’ Triq Xandriku, eżattament minn ħdejn in-niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, li inċidentalment tiġi qrib tad-dar fejn kien jgħix il-Kan. Karm Caruana li fil-ktieb tiegħu dehret dil-poeżija.5 Fid-dawl ta’ dak li kiteb Friggieri, lil Meilak ma jolqothiex il-bini, sabiħ kemm hu sabiħ, imma s-seħer tal-ħolqien:

Mhux is-sengħa tal-imgħallma,

mhux bil-bini mżejjen, le!

Imma b’dak li l-ħolqien sawrek,

Qed tittawwal fuq Xambrè.

Ma setax wieħed li jinnota d-dettal ma jinnotax ukoll il-pożizzjoni strateġika tal-għolja tan-Nadur, li kif jgħid il-motto tagħha, huwa ‘Vigilat’ – jgħasses. Għalhekk Meilak tiddeskrivi lin-Nadur bħala dak li qed jittawwal fuq Xambrè (il-belt ta’ Chambray), saħansitra jittawwal hu stess fuq fortizza għax għandu pożizzjoni aktar vantaġġjuża minnha.

Meilak hija kkunsidrata bħala poetessa romantika, anke jekk ir-romantiċiżmu fil-bqija tal-Ewropa kien ilu li għadda żmienu. Imma Mary tħoss ir-romantiċiżmu ta’ post bħal dan u daqslikieku qed tiddjaloga ma’ maħbub tagħha, li huwa Triq Xandriku ippersonifikat: ‘l qalbi sraqtli’ u ‘minn ħoġrok mort nittawwal.’ Id-dettalji min-natura huma l-aktar li jolqtuha:

mentali Tiegħu, (Nadur, 1953), 17-18.4 Oliver Friggieri, L-Istorja tal-Poeżija Maltija, (PIN, Malta 2001), 72.5 Caruana, op. cit.

Il-lok tan-niċċa tal-Madonna - Triq Xandriku li minnha ispirat ruħa il-poeżija ta' Mary Meilak

Page 56: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

52

Ġunju '19

Storja, Kultura u Attwalità

‘Friskatur iġġib blat taħtek,

ġo fih baħar ikħal nir,

u Kemmuna tgħum ġo nofsu,’

Tant ħassitha milquta minn dik id-dehra, li tirrikorri għall-użu tal-iperbola, jew l-esaġerazzjoni, meta

tuża frażijiet bħal: ‘int saħħartni, int ġennintni, / int għaġġibtni u moħħi ħadtli!’, kif ukoll ‘x’hemm f’wiċċ Għawdex minnek isbaħ?’

Ġorġ Pisani (1909 – 1999)

Poeta Għawdxi ieħor li għamel isem fuq livell nazzjonali huwa Ġorġ

Pisani. Pisani li twieled fis-6 ta’ Mejju 1909 u miet fl-24 ta’ Frar 1999, bħal Mary Meilak, kien mir-Rabat. Kien għalliem u aktar tard kien ukoll jaħdem mas-servizz ċivili. Għalih, ‘in-natura veġetattiva u sensittiva hi meqjusa bħala aspett ewlieni tal-kwadru kollu li jissawwar jekk il-pajjiż hu milqugħ fih innifsu, bħala tali.’ Għalhekk huwa l-poeta li ‘bħallikieku jrid jagħti lill-gżira tiegħu kulma ma ngħatatx matul l-istorja.’6 Fost il-ħafna poeżiji tiegħu, hawnhekk se nġibu dik bl-isem ta’ ‘San Blas’:

San Blas

Kollox kwiet u sabiħ fil-bajja rżina

fejn is-smewwiet u l-baħar daħkanija

bl-imħatra min ilibbes bl-oħla żina

ix-xtajta kollha xemx, bint is-sbuħija.

Minn qalb xi siġra tal-lanġas jew tina

tara d-dgħajjes ħerġin bil-frott mgħobbija

sejrin jitfgħu fi ħdan Malta ħanina

xi ftit mill-benna tal-ħlewwiet Għawdxija.

Minn ġewwa l-baħar u minn qalb ir-raba’

ħierġa bħal fewġa li tgħaxxik bil-ħlewwa,

6 Friggieri 2001, 73.

fewġa bil-fwieħa ta’ mitt siġra tqila.

U n-Nadur kburi b’dik il-koppla twila

iħares fuq San Blas, ħabiba ta’ ġewwa,

jitlob lis-sema snin ta’ frott bix-xaba’.

Jekk wieħed jifli l-mod ta’ kif Pisani jiddeskrivi l-ambjent topografiku tal-post, ikollu jikkonkludi li l-poeta kiteb dan is-sunett jew fuq il-post, jew inkella ftit biss wara li żaru u kien għadu frisk f’moħħu, għax kien milqut mid-‘dgħajjes ħerġin bil-frott mgħobbija’, sinjal tal-kummerċ ta’ frott abbundanti li kien għad hemm lejn Malta dak iż-żmien u l-koppla tħares fuq il-bajja u l-wied. Lil ċerti fatturi naturali Pisani jagħtihom kwalitajiet antropomorfiċi, jew bħal tan-nies, bħas-‘smewwiet u l-baħar daħkanija’ u n-Nadur li ‘jħares’ fuq San Blas. L-abbundanza tal-wied fertili toħroġ b’antropomorfiżmu ieħor, meta jiddeskrivi ‘mitt siġra tqila,’, il-mija li huwa numru ta’ abbundanza, u ‘tqila’ li tista’ tinftiehem bħala l-fertilità, bħal mara li se twelled ħajja ġdida.

L-istess bħal Meilak, Pisani jirromantiċizza dan il-kwadru meta jikteb li ‘kollox kwiet u sabiħ fil-bajja rżina’ u ‘ħierġa bħal fewġa li tgħaxxik bil-ħlewwa.’ Għalih l-ambjent naturali Malti u Għawdxi huwa idilliku, trankwill, abbundanti sal-punt tax-‘xaba’, u mimli ħlewwa. Interessanti kif Pisani jħossu milqut b’mod ħolistiku minn dan l-ambjent, hekk kif is-sensi kollha jikkontribwixxu għal esperjenza tassew integra. Is-sens tax-xamm huwa milqut mill-fwieħa, is-sens tal-ħass milqut mill-fewġa li tqanqal, is-sens tas-smigħ mill-kwiet, dak tat-togħma mill-ħlewwa tal-frott, u dak tal-ħars mill-koppla, mill-frott, mis-siġar u mix-xtajta milquta mix-xemx.

Fl-aħħar nett jidħol in-Nadur, b’xi mod ukoll ippersonifikat, li ‘jitlob lis-sema snin ta’ frott bix-xaba’’, allura testment tal-fidi ta’ Pisani u ta’ dawk li jgawdu

Ix-xtajta ta' San Blas - 'bint is-sbuħija'Ġorġ Pisani

Page 57: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

53

Ġunju '19

u jiddependu min-natura għall-għajxien tagħhom. In-Nadur b’dik il-koppla li t-tul u l-arja tagħha fuq il-bqija tar-raħal u tal-gżira Għawdxija huwa dak li jolqot l-aktar lill-poeta. Tassew li l-Kan. Martin Camilleri, l-arċipriet li ħa ħsieb li jmexxi l-proġett tal-koppla kien qal li hekk kif toħroġ mill-Port il-Kbir u tibda toqrob lejn Għawdex bid-dgħajsa, l-ewwel ma jolqtok huwa s-salib tal-koppla arjuża u imponenti tan-Nadur, allura dan is-sens li Pisani jsejjaħlu ‘kburi’ – il-kburija li ħafna Nadurin ħassew u jħossu bil-lokalità tagħhom u bil-knisja. Issimbolizzat mill-koppla, li għadha sal-lum tiddomina x-xenarju kollu tan-Nadur, tħares minn fejn tħares lejh, in-Nadur iħares fuq San Blas. L-istess bħal Meilak, is-sens tal-ħarsien, il-‘Vigilat’, l-għassa, jerġa’ joħroġ fid-dieher, issa mhux aktar għall-furbani Torok bħal fis-sekli ta’ qabel, imma jħares fuq San Blas b’ħarsa ta’ omm jew missier lejn ibnu, sabiex

iġiblu r-risq, iseddqu u jitlob għalih biex ikompli jfur bl-abbundanza.

Fil-ġnien ta’ San Blas, bix-xieraq, il-Kunsill Lokali tan-Nadur kien għażel li jikteb dan is-sunett fuq tabella li twaħħlet biex kull min iżuru jkun jista’ jitgħaxxaq b’dawn il-versi, bħalma jitgħaxxaq b’dak li jkun qed jara u jħoss madwaru. Ikun xieraq ukoll li xi darba l-poeżija ta’ Mary Meilak dwar Triq Xandriku, li tant kienet għal qalb il-Kan. Caruana li ppublikaha fil-ktieb tiegħu, titwaħħal x’imkien qrib il-monument tal-istess Caruana fil-lok li minnu tiġi spirata l-poeżija.

Fl-artiklu tal-ħarġa ta’ Luminaria li jmiss se nkomplu nagħtu ħarsa lejn ismijiet oħrajn ta’ persuni li kitbu dwar in-Nadur u poġġewh fil-kwadru tal-Letteratura Nazzjonali Maltija.

Page 58: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

54

Ġunju '19

Storja, Kultura u Attwalità

Kenneth Grima BAĦRIN NADURIN LI AVVANZAW FL-ISTUDJI TAGĦHOM FIL-QASAM MARITTIMU (IT-TMIEN PARTI)

Ġużepp Mifsud waqaf isiefer fil-bidu tal-erbgħinijiet, iżda l-Gwerra li kienet għaddejja xorta ma waqfitux li jaħdem fuq il-baħar. Beda jesperjenza gwerra oħra fuq il-baħar, it-tieni waħda għalih. Ġużepp Ta’ Ġejġa sab xogħol fuq il-vapur tal-istim Malti S.S. Franco li kien jaħdem bejn Malta u Għawdex. Din id-darba xogħlu ma kienx baħri, din id-darba Ġużepp kien il-Padrun, il-Kaptan ta’ dan il-vapur żgħir. Għalkemm ma stajt insib l-ebda informazzjoni, bilfors li Ġużepp kellu xi tip ta’ ċertifikat biex seta’ jagħmel dan.

Bejn l-1939 u l-bidu tal-1943 sid il-Franco kien Mikieli Vella Ta’ Karkanja min-Nadur. Il-vapur inbena fi Glasgow fl-1891 b’tunnellaġġ gross ta’ 153 u kien twil ftit aktar minn mitt pied (31 metru).

Xorta waħda ma kienx faċli x-xogħol bejn Malta u Għawdex fiż-żmien tal-Gwerra. Il-Kaptan Antonio Gabriele, li kien magħruf bħala Kaptan Nonu, Malti, dik il-ħabta kien il-Kaptan tar-Royal Lady, li kien jaħdem ukoll bejn Malta u Għawdex. Huwa kemm-il darba rrapporta mini fil-baħar (bombi fil-baħar) u xi vjaġġi kellhom jiġu sospiżi minħabba dan il-periklu1.

Biex naraw is-sitwazzjoni li kienu qegħdin fiha dawn il-baħrin, se nħallikom taqraw intom stess silta mill-front page tat-Times Of Malta tal-20 ta’ Marzu 1942. Semmiet anki lill-Padrun Ġużepp (Skipper Ġużè Mifsud).

Jgħaddu ftit aktar minn ġimagħtejn u l-istess gazzetta terġa’ tiddeskrivi xena oħra tal-Franco, din id-darba sitwazzjoni ħafna aktar qalila u ta’ tensjoni. Naraw din is-silta mit-Times of Malta tas-6 t’April 1942.

Kuraġġ kbir mill-Padrun Ġużepp u l-baħrin tiegħu li żgur ma setgħu jagħmlu xejn kontra kważi għaxar ajruplani tal-għadu! Mhux ta’ b’xejn “they ply their lawful trade with steadfast gallantry”! L-attakki komplew – fl-4 ta’ Mejju 1942 ġiet attakkata r-Royal Lady fil-port tal-Imġarr u nqatlu żewġ membri tal-ekwipaġġ. Jumejn wara l-istess

vapur reġa’ ġie attakkat u din id-darba mgħarraq ix-Xatt stess. Fl-istess ħbit mill-ajru l-Franco, fejn kien Ġużepp, intlaqat u ġarrab xi ħsarat iżda ħelisha u l-vapur kompla jaħdem. Fl-10 ta’ Mejju, wara erbat ijiem, reġgħu saru attakki ħorox fuq il-Franco. Kawża t’hekk vjaġġi bejn Malta u Għawdex matul il-ġurnata ġew sospiżi2.

Fl-1943, għalkemm xorta konna għadna fil-Gwerra, il-qilla tagħha kienet bdiet tonqos. F’dik is-sena il-Franco għamel xi żewġ vjaġġi lejn Sqallija u ġab miegħu provvisti ta’ lumi u nbid3. F’dawn il-vjaġġi barra minn Malta Ġużepp siefer bħala stromu, filwaqt li l-Kaptan kien Antonio Gabriele4. Ġużepp baqa’ abbord il-Franco sal-25 t’April 19455.

Wara l-Gwerra, apparti fuq vapuri tal-istim oħra Maltin, Ġużepp kien jaħdem fuq il-barkentin tal-qlugħ Maria Dacoutros6, sidu Ġanni Dacoutros u li kienu jsibuh bħala Ġanni L-Grieg. Is-Sur Dacoutros kien iħaddem ħafna baħrin min-Nadur – fil-fatt l-isem ta’ din l-iskuna għadu magħruf fin-Nadur sal-ġurnata tal-lum. L-istorja tgħid li dan Ġanni, li kien fil-fatt Grieg, ġie mill-Greċja naqra ta’ tfajjel ma’ Salvu Vella mlaqqam ‘Jikku’ min-Nadur fuq l-iskuna tiegħu.

IL-FAMILJA MIFSUD

L-S.S. Franco marbut il-Marfa fil-Gwerra. Sors: National War Museum – Heritage Museum.

Page 59: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

55

Ġunju '19

Meta kien żgħir Ġanni kien ikun ħafna n-Nadur ma’ Salvu u milli jidher dan baqa’ miġbud lejn ir-raħal tagħna.Lejn l-aħħar tal-erbgħinijiet Ġużepp Ta’ Ġejġa kien il-Mate tal-Maria Dacoutros6, jiġifieri Ġużepp kien l-uffiċjal ta’ wara l-Kaptan ta’ din l-iskuna. Baħri miegħu kien jieħu lit-tifel tiegħu Ġanni7, ġuvnott ta’ 23 sena.

Għalkemm illum m’għadux magħna, fiż-żmien Ġanni kien isemmi storja partikolari. Kien jgħid li wara li darba kienu għadhom ġejjin mill-Greċja, il-Maria daħlet Sirakuża, Sqallija. B’xi mod jew b’ieħor l-Isqallin irnexxielhom jagħtu l-loppju lill-ekwipaġġ kollu. Ħadd minnhom ma nduna li ġew traduti. Raqdu raqda twila u qamu jumejn wara! Malli qamu jsibu li ma kien baqgħalhom xejn - serqulhom kulma kellhom. Il-ħallelin għamlu xogħolhom bil-kwiet sakemm kulħadd kien rieqed taħt l-effett tal-loppju. Ħadma liema bħalha!8

Wara li għamel xi żmien bħala baħri mal-vapur RFA Fort Duquesne mill-aħħar tal-1948 sa nofs l-19516, Ġużepp reġa’ lura fuq il-Maria Dacoutros, din id-darba bħala stromu. Fl-aħħar vjaġġ li għamel magħha dam abbord erba’ xhur. U l-aħħar vjaġġ kien, għax ħadd aktar ma siefer fuq il-Maria. Il-Maria Dacoutros għerqet!

Fis-16 t’April 1952 l-iskuna siefret minn Malta diretta għal Limassol f’Ċipru. Fis-27 tal-istess xahar fil-ħdax ta’ filgħodu dehret l-art ta’ Ċipru. Sfortunatament filgħaxija qrib nofsillejl il-magna żgħira li kellha ġratilha l-ħsara. Il-viżibiltà naqset u beda ġej iċ-ċpar. Riħ ma kienx hemm u l-kurrent beda jieħu l-iskuna fejn irid. Qabel mal-ekwipaġġ laħaq ipprepara l-ankri għal xi emerġenza li setgħet tinqala’, il-Maria messet il-qiegħ mas-sikka. L-ilma beda dieħel, u l-inġinier ipprova jerġa’ jqabbad il-magna imma kien kollu ta’ xejn. F’kemm ilni ngħidlek l-iskuna bdiet tmil fuq ġenb u l-kaptan kellu jordna lil kulħadd fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ (lifeboat). Kienu saru t-tlieta ta’ filgħodu. Il-baħrin tilfu kulma kellhom, kollox niżel mal-bastiment inkluż passaporti u dokumenti oħra. Peress li l-art ta’ Ċipru kienet tidher minn fejn kienu, l-baħrin qadfu ’l ġewwa lejn l-art u b’hekk kulħadd wasal qawwi u sħiħ. Fit-28 t’April tal-1952 għereq il-barkentin Maria Dacoutros, l-aħħar qoxra tal-qlugħ Maltija ta’ dan it-tip! Fil-15 ta’ Mejju 1952 l-ekwipaġġ kollu rritorna lejn Malta9.

Minn dawn il-ftit kelmiet li ktibt naraw li Ġużepp esperjenza l-għarqa għal darbtejn – l-għarqa tal-Egyptian Prince fl-1917 u li semmejt issa l-Maria Dacoutros fl-1952. Għalkemm kelli l-informazzjoni dwar l-għarqa ta’ dawn iż-żewġ bastimenti, it-tifla tiegħu Rose Mifsud kienet tgħid li missierha Ġużepp għadda mill-għarqa tliet darbiet!

Sfortunatament jien ma rnexxilix insib l-isem tat-tielet vapur. Imma jista’ jagħti l-każ li Rose kienet qiegħda tirreferi għall-burraxka li għadda minnha missierha abbord il-Franco fl-1942.Sa tliet xhur wara, f’Awwissu 1952, inqalgħet biċċa xogħol kemxejn interessanti. Kif semmejt fil-ħarġa li għaddiet, Ġużepp Ta’ Ġejġa, flimkien ma’ baħrin oħra min-Nadur, imbarka fuq bark tal-qlugħ Ingliż bl-iskop li jinġibed film tal-attur Errol Flynn, il-film The Master of Ballantrae. Ġużepp, ta’ 58 sena, wera li kien bniedem ta’ xogħlu u ta’ esperjenza. Hekk tawh il-pożizzjoni ta’ First Mate tal-bark Lady Wanewar6 li kien irreġistrat Londra. Sid il-bark kien il-Warner Bros. stess. Il-bastiment imdaqqas ħa ekwipaġġ ta’ tmintax-il ruħ10.

Imbarka minn Napli fit-2 t’Awwissu 1952 u bih niżlu Palermo fejn bdew jinġibdu xi xeni tal-film. Għal xahrejn sħaħ Ġużepp u sħabu ħadmu u ħadu ħsieb li jarmaw il-bastiment għax-xogħol u anke servew ta’ extras bħala pirati f’diversi xeni. Fil-ħin liberu ma naqasx li ma joħorġux jixorbu xi ħaġa mal-attur tant famuż għal dak iż-żmien Errol Flynn!11

Wara dan il-kuntratt, Ġużepp għamel madwar tliet snin bħala stromu abbord il-vapur Malti S.S. Britannia li bih għamlu diversi vjaġġi lejn il-Baħar l-Aħmar. L-aħħar darba li siefer fuq il-baħar Ġużepp kien bejn Ġunju u Settembru tal-1961, ta’ 67 sena, mal-vapur Malti M.V. Star of Malta6.

Fil-ħamsinijiet kienu qed jinbnew Sqallija xi dgħajjes tal-pass (dgħajjes tal-latini). Id-dgħajjes li kien hawn

jaħdmu bejn Malta u Għawdex kienu qed jeqdiemu u kien hawn il-bżonn ta’ dgħajjes ġodda. Id-dgħajsa magħrufa ‘Ta’ Ġilardu’ kienet waħda minnhom. Din kienu jsibuha hekk peress li sidha kien jismu Ġilardu Debono u kien joqgħod Sant’ Antnin, fejn aħna nsibuh ‘Tal-Patri’. Id-dgħajsa kien jisimha Stella Maris u kellha n-numru 42. Għalkemm m’għandix dettalji tagħha aktarx li d-dgħajsa kienet twila madwar sittin pied. Sakemm kellu d-dgħajsa tinbena Gela fi Sqallija, Ġilardu kien ikun hemm jara x-xogħol tal-bini. Iżda dan ried miegħu xi ħadd tal-esperjenza f’dan il-qasam fejn jista’ jiġi kkonsultat. Huwa ħa miegħu lil Ġużepp Ta’ Ġejġa sabiex jara li x-xogħol fuq id-dgħajsa kien qed isir sewwa u kif suppost. Ġużepp dam Sqallija mad-dgħajsa ta’ Ġilardu madwar sitt xhur, sakemm din tlestiet kollha71. Wara ż-żmien Ġilardu Debono biegħ id-dgħajsa tiegħu lil xi sajjieda minn Marsaxlokk fejn baqgħet tintuża’ għas-sajd. Wara li għamlet żmien twil taħdem minn Marsaxlokk reġgħet inbiegħet u għadha taħdem fil-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett sal-ġurnata tal-lum (2018) fejn iġġorr it-

Ġużepp Mifsud fl-1953. Ritratt mill-Ktieb tal-Baħar tiegħu. Ħajr lil Joe Farrugia.

Page 60: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

56

Ġunju '19

Konna nieħdu gost. Biċċa għaġina forma ta’ tubu, tazza nofsha bl-ilma, ftit trab tas-sapun u wara ftit tbaħbiħ bl-għaġina ġol-ilma, (u probabbli xi belgħa sapun ħażina!) tista’ tibda tonfoħ ruxxmata bżieżaq ikkuluriti. Kienet (u għadha) biċċa maġija oħra tat-tfulija li warajha però hemm studju interessanti ħafna.

Pereżempju għaliex l-ilma kapaċi jifforma rita rqiqa? Għaliex il-bżonn tas-sapun? Għaliex il-bżieżaq huma tondi? Għaliex ikkuluriti? Għaliex jistgħu jingħaqdu ma’ xulxin? U għaliex wara ftit sekondi jinfaqgħu, speċjalment jekk imissu ma’ xi ħaġa? Dawn huma mistoqsijiet, apparentament tat-tfal, imma li, forsi b’sorpriża, jinvolvu ħafna xjenza u matematika.

Ir-raġuni għaliex l-ilma kapaċi jifforma rita rqiqa tinsab fl-istruttura tal-molekuli (jew l-iżgħar partiċelli tal-ilma). Kull molekula, (u f’taqtira ilma hemm biljuni minnhom), tikkonsisti minn atomu tal-element oxygen u tnejn tal-element hydrogen. Mill-għamla, daqs, u pożizzjoni tal-atomi, kif ukoll u mill-attrazzjoni elettrika ta’ bejniethom (speċjalment l-hekk imsejħa hydrogen bonds) kapaċi jiffurmaw speċi ta’ tapit jew rita f’wiċċ l-ilma (l-hekk imsejħa surface tension1). Huwa permezz ta’ din is-surface tension li tista’ jekk trid timla tazza ilma kemm kemm ’il fuq mix-xifer, u wkoll għaliex xafra, u anke ċerti insetti, kapaċi joqogħdu f’wiċċ l-ilma bla ma jegħrqu. U mingħajr is-surface tension l-ilma ma jiġġebbidx fir-riti rqaq tal-bżieżaq tas-sapun.

Is-surface tension iġibna għall-bżonn tas-sapun għaliex huwa minħabba fiha li l-ilma waħdu ma jiffurmax bżieżaq. Li jagħmel is-sapun huwa li jnaqqas is-surface tension, ħalli l-ilma jista’ jiġġebbed f’riti rqaq ħafna. U r-raġuni tinsab fil-molekuli tas-sapun. Dawn issa huma kbar, b’mijiet ta’ atomi, u kkumplikati. Naħa waħda tal-molekula hija miġbuda lejn l-ilma (hydrophilic) u n-naħa l-oħra hija mbuttata (hydrophobic). F’wiċċ l-ilma il-partijiet hydrophobic tal-molekuli tas-sapun, (li ma jridux jitħalltu mal-ilma), jidħlu bejn il-molekuli tal-ilma u jnaqqsu, b’madwar terz, is-surface tension. Inċidentalment ir-raġuni għaliex is-sapun kapaċi jnaddaf platt maħmuġ hija li l-partijiet hydrophobic tal-molekula tas-sapun jaqbdu maż-żjut u affarijiet oħra

1 Fil-Malti ma hemmx vokabularju estensiv tax-xjenza, kemm għax ma tantx kien hemm bżonnu għax ix-xjenza, (b’xi eċċezzjonjiet) ma tantx kienet popolari, u kemm għax issa l-Ingliż sar il-lingua franca tax-xjenza.

organiċi, jiffurmaw boċċi żgħar (bil-partijiet hydrophilic fuq barra), u kollox jitlaq mal-ilma.Ukoll minn studji ta’ kimiċi li jnaqqsu s-surface tension (l-hekk imsejħa surfactants), ħarġu ħafna żviluppi utli ħafna inkluż fil-mediċina. Pereżempju l-ġisem ukoll għandu surfactant l-iktar fil-pulmuni fejn wara kollox l-iżgħar partijiet, l-alveoli, qishom preċiżament bżieżaq żgħar. Mingħajr surfactant biżżejjed il-pulmuni ma jinfetħux sewwa. F’ċertu mard u partikolarment fi trabi li jitwieldu qabel iż-żmien (ta’ madwar 28 ġimgħa tqala), nuqqas ta’ surfactant jikkaġuna diffikultajiet kbar fin-nifs, imma terapija, fost l-oħrajn bis-surfactant hija effettiva. Fost affarijiet oħra li ħarġu minn studju tal-bżieżaq tas-sapun, insibu deterġenti (kif rajna), żebgħa, kolla, shampoo, toothpaste, linka u ragħwa (li hija ħafna bżieżaq żgħar) għat-tifi tan-nar.

Li l-bżieżaq tas-sapun huma tondi tidher donnha ħaġa naturali. Wara kollox qatt ma rajna bżieżaq kubi jew triangulari. Imma għaliex? Li bużżieqa tas-sapun hija sferikali huwa riżultat ta’ żewġ forzi opposti. Waħda hija tal-pressa tal-arja minn ġewwa l-bużżieqa u l-oħra hija tas-surface tension minn barra. Meta jibbilanċjaw ir-riżultat huwa għamla ta’ sfera li fiha l-inqas qoxra u volum possibbli.2 Xi xjentisti studjaw dan il-fenomenu f’dettall kbir matematiku. Fil-fatt hemm formula matematika kkumplikata ħafna (tal-inqas għall-awtur) imsejħa The Young-Laplace Equation, għall-Ingliż Thomas Young (1773-1829) u l-Franċiż Pierre-Simon Laplace (1749-1827).

Il-matematika terġa’ hija kkumplikata ferm iktar meta tibda tikkunsidra x’jiġri meta tnejn jew iktar bżieżaq tas-sapun jiltaqgħu u jingħaqdu ma’ xulxin. F’dan ir-rigward l-hekk imsejħin Plateau’s Laws huma importanti. Il-Belġjan Joseph Plateau (1801-83) għamel ħafna esperimenti bil-bżieżaq tas-sapun, waqt li matematiċi oħra bħall-Ġermaniż Hermann Schwartz (1843-1921) u iktar riċenti l-Amerikana Jean Taylor (1944- ) komplew u kkonfermaw l-aspetti matematiċi.

Però finalment bużżieqa tas-sapun (l-iktar meta waħedha) hija fenomenu efemerali u normalment tinfaqa’ wara biss

2 Din hija wkoll ir-raġuni għaliex pjaneti u kwiekeb huma sferikali. Fil-każ tal-pjaneti għax il-forza tal-gravità tiġbed uniformalment ’il ġewwa; u fil-każ tal-kwiekeb għax il-forza tal-gravità ’l ġewwa hija bbilanċjata mill-forza tal-espansjoni (mir-reazzjonijiet nukleari interni) ’il barra.

Storja, Kultura u Attwalità

(It-tieni par ti) BŻIEŻAQ TAS-SAPUN

Dr Coronato Grech MD Xi logħob ta’ dari tat-tfal u x-xjenza ta’ warajh.

Page 61: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

57

Ġunju '19

ftit sekondi. U jekk taħbat ma’ xi ħaġa jew tmissha, tinfaqa’ qabel. Ir-raġuni hija li l-ilma, minkejja s-surface tension kollha, huwa mġebbed f’rita jew membrana rqiqa ħafna, ġeneralment ħxuna ta’ madwar micrometer,3 u allura hija suġġetta għal influwenzi anke mikroskopiċi. Pereżempju l-ilma min-naħa ta’ fuq tal-bużżieqa jibda’ jiżżerżaq ’l isfel minħabba l-gravità bir-riżultat li ma tibqax sferikali; allura n-naħa ta’ fuq tirqaq sakemm tinqata’. Ukoll, bl-evaporazzjoni tonqos il-ħxuna sakemm tinfaqa’. U meta taħbat, speċjalment ma’ xi ħaġa bil-ponta jew ‘maħmuġa,’ li fuq din l-iskala anke l-iċken ifisser kbira, ma tibqax stabbli u wkoll tinfaqa’.

Imbagħad hemm il-fenomenu tant affaxxinanti tal-kuluri. Ir-raġuni tal-kuluri hija li, minħabba proċess li jissejjaħ interference, id-dawl tax-xemx (li jingħad li huwa ̒abjad’ għalkemm fil-fatt huwa inviżibbli qabel ma jiltaqa’ ma xi ħaġa!) jinqasam f’kuluri li huma: aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu u vjola. L-istess proċess jidher f’petrol f’wiċċ l-ilma u fil-gwienaħ tal-friefet, fost l-oħrajn. Fil-każ tal-bużżieqa tas-sapun peress li l-ħxuna tar-rita tal-bużżieqa kontinwament tvarja (minħabba, kif rajna, il-gravità u evaporazzjoni) u peress li hija tonda, il-kuluri l-ħin kollu jvarjaw u b’hekk joħroġ dak l-effett maġiku li jsaħħar liż-żgħar u lill-kbar.

Il-kuluri msemmija jingħad li huma l-kuluri tal-qawsalla, però qawsalla tifforma bil-metodu għalkollox differenti msejjaħ diffraction, fejn id-dawl ‘abjad’ tax-xemx, xħin jgħaddi mit-taqtir kważi sferikali tax-xita, jinfetaħ fil-kuluri msemmija, li jissejħu wkoll, iktar teknikament, l-ispektrum (plurali spektra). Fl-astronomija l-ispektra huma għodda importanti ħafna. Pereżempju minn studju dettaljat tal-ispektra tal-kwiekeb insiru nafu l-kompożizzjoni,’il fejn, u b’kemm, huma mexjin, u humiex iduru ma’ xulxin, fost l-oħrajn. Anke hemm klassifikazzjoni tal-kwiekeb ibbażata fuq l-ispektra

3 Micrometer huwa wieħed minn elf ta’ millimetru, jew wieħed minn miljun ta’ metru. Ħafna ċelloli tal-ġisem u bakterja huma f ’dan il-kejl. Bħala idea, xagħra umana fiha dijametru ta’ madwar 90 micrometer.

tagħhom li tagħti ħjiel sew għall-evoluzzjoni tagħhom. Ma humiex affarijiet żgħar dawn. U kollox minn studju ta’ kuluri.4

U finalment il-bżieżaq tas-sapun għandhom aspett soċjali iktar mill-logħob maġiku tat-tfal. Artisti bħall-Flemiżi Adrienne Hanemann (1603-71) u Jean Baptiste Chardin (1699-1779) ħadu l-bżieżaq tas-sapun bħala s-suġġett ta’ xi xogħlijiet tagħhom, waqt li l-Ingliż John Everett Millais (1829- 96) għandu pittura famuża ta’ tifel (fil-fatt kien neputih) jonfoħ bużżieqa tas-sapun, stampa li saret iktar popolari mal-Vittorjani sentimentali meta ntużat bħala reklam tas-sapun Pears. U kontemporanjament l-artist Ċekoslovakk Jiri Georg Dokoupril żviluppa metodu li jpitter bil-bżieżaq tas-sapun. L-effett spettakulari jixbah ħafna lil xi plankton ta’ taħt il-baħar jew xi nebula fl-astronomija.

Intant, jekk inti żgħir jew kbir, u jekk għandhek il-burdata, ftit logħob bil-bżieżaq tas-sapun huwa rilassament eċċellenti għall-moħħ. Dan barra li fihom studju affaxxinanti.

Fil-ħarġa li jmiss “il-boċċi”.

4 Għalkemm l-ispektrum totali huwa ferm ikbar minn dak viżibbli għax hemm pereżempju l-infrared, radiowaves, ultrviolet, x-rays u gamma rays. Dawn kollha jagħtu friegħi speċjalizzati tal-astronomija.

Page 62: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

58

Ġunju '19

Storja, Kultura u Attwalità

turisti għal harbour cruises taħt l-isem ta’ “Stella Maris VIII”12.

Ġużepp Mifsud, wara li ra kważi sittin sena xogħol u ġrajjiet fuq il-baħar, ħalliena fil-5 ta’ Ġunju 1965, fl-età ta’ 71 sena.

Fiż-żewġ artikli tal-familja Mifsud Ta’ Ġejġa ġbarna ħames ġenerazzjonijiet ta’ baħrin f’perjodu ta’ madwar mija u ħamsin sena. Dan apparti d-diversi membri l-oħra ta’ din il-familja li wkoll kienu jaħdmu fuq il-baħar u li jien ma rnexxilix insemmi. Xhieda oħra tar-rabta tan-Nadur mal-baħar.

Nirringrazzja lil Joe Farrugia neputi ta’ Ġużepp Mifsud u lil kull min għinni sabiex sawwart dan l-artiklu. Ħajr ukoll lil Pawlu Attard (taċ-Ċimċem) u martu, bint Ġilardu Debono, u lil Paul C. Debono (Naxxar) iben Ġilardu Debono għal informazzjoni dwar id-dgħajsa numru 42 ‘Stella Maris’.

(Endnotes)

1. Michael Cassar, The Gozo – Malta Connection paġna 101

2. Michael Cassar, The Gozo – Malta Connection paġna 102

3. Times of Malta, Friday, October 15, 1943

4. NAM (National Archives of Malta), CUS L551

5. Karta li turi s-servizz abbord l-S.S. Franco, ħajr lil Joe Farrugia

6. Ktieb tal-Baħar (Discharge Book) ta’ Ġużepp Mifsud, ħajr lil Joe Farrugia

7. Informazzjoni ħajr lil Joe Farrugia

8. Rakkont mgħoddi lili minn Joe Farrugia u Pietru Farrugia (tat-Tabibu)

9. Times of Malta, Thursday, June 12, 1952 – Master’s Report

10. MHA (Maritime History Archives), University of Newfoundland, Canada, Crew Lists and Agreements S.S. Lady Wanewar ON184677

11. Informazzjoni ħajr lit-Tabib Salvino Galea

12. Informazzjoni dwar is-‘Stella Maris’ numru 42 ħajr lil Pawlu Attard (taċ-Ċimċem) u martu, bint Ġilardu Debono. U lil Paul C. Debono (Naxxar) iben Ġilardu Debono.

Konsultazzjonijiet oħra: Mercantile Navy List 1940

Page 63: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

59

Ġunju '19 Il-Festat-tajba

lin-Nadurin kollha!

Page 64: LUMINARIASan Pawl fl-Ikonografija Biżantina Dun Raymond Portelli - 25 sena Saċerdozju Mons Kan. Salv Pace JCL - 50 sena Saċerdozju Sr Lux marie Komunità Sorijiet tal-Karità ta

Ġunju '19

Dan huwa l-ammont ta’ xita f’millimetri li tkejlet fin-Nadur mill-1 ta’ Marzu, satl-31 ta’ Mejju, 2019:

Joe Meilak – 01/06/2019 Nadur Weather Observatorye-mail: [email protected]

MARZU 2019 Total mill-1/9/2018

15 2.4 387.4

21 29.0 416.4

22 1.0 417.4

27 25.0 442.4 mm (17.42 pulzieri)

TOTAL: 57.4 mm (2.26 pulzieri)

APRIL 2019 Total mill-1/9/2018

4 1.6 444.0

5 15.2 459.2

7 3.0 462.2

8 1.8 464.0

10 2.0 466.0

14 1.4 467.4

15 0.4 467.8

22 1.2 469.0 mm (18.47 pulzieri)

TOTAL: 26.6 mm (1.05 pulzieri)

MEJJU 2019 Total mill-1/9/2018

1 1.0 470.0

3 4.0 474.0

4 3.0 477.0

12 2.6 479.6

13 0.2 479.8

14 1.2 481.0

16 9.2 490.2

26 5.6 495.8

30 2.0 497.8 mm (19.60 pulzieri)

TOTAL: 28.8 mm (1.13 pulzieri)

Noti:

· Dawn it-tliet xhur kellna temp b’temperaturi aktar kesħin mis-soltu. Il-perjodu bejn l-20 ta’ Marzu u l-5 ta’ April kien jinkludi diversi jiem li fihom ix-xemx jew ma dehret xejn, jew rajniha biss għal ftit minuti. Dan kien dovut għal pressjonijiet baxxi li żviluppaw ta’ sikwit fuq it-Tramuntana tal-Afrika li tawna perjodi twal ta’ riħ isfel li miegħu ġab ħafna ramel mid-deżert u xita li ħammġet kullimkien.

· F’dan il-perjodu kellna ammont tajjeb ta’ xita, speċjalment f’April u Mejju, li s-soltu qajla jagħtuna xita. Mejju kellu 9 ijiem li fihom tkejlet ix-xita, u 4 ijiem li fihom kellna xita bir-ragħad. Dan hu rari ħafna. B’hekk issa qrobna l-500 mm f’dan l-istaġun tax-xita u nistgħu nqisuh bħala staġun tajjeb għalkemm qegħdin daqs 50 mm taħt in-normal.