ve rani - active ageing veterani... · 2017-11-20 · servizz nazzjonali tat-trasfużjoni tad-demm...

20
1 Veterani Għarfien : Esperjenza : Maturità : Impenn : Entużjażmu : Kuraġġ : Servizz : Valur : Lealtà : Passjoni : Stima : Kapaċità : Enerġija : Serjetà : Kelma : Altruwiżmu Onestà : Wens : Rispett : Bżulija : Sodisfazzjon : Determinazzjoni : Ħila :Umanità: Suċċess : Ħeġġa : Solidarjetà : Eżempju : Rieda : Imħabba : Gwida.... EDIZZJONI 13 : FRAR 2017 EDITUR : TONIO BONELLO IMĦABBA : 14 ta’ Frar - Jum il-Maħbubin, jgħidu. Jiġifieri t-364 ġurnata tal-kumplament tas- sena m’humiex?... U din hi l-ironija ta’ tant invenzjonijiet li ħoloq il-bniedem, xi drabi għal xejn għajr għal mottiv konsumista, biex idawwar lira, biex il-ħajja tkompli. Forsi, biex ikompli jistagħna. Illum l-14 ta’ Frar sar jum ieħor dinji mill-aktar kummerċjali. Igawdu minnu tar-restoranti, il- lukandiera, ħwienet tar-rigali ta’ kull xorta, tal-fjuri, tal-kartolini, id-dulċiera, dawk li jipprovdu divertiment, u aktar u aktar. Saħansitra tista’ tieħu l -maħbub/a tiegħek fuq vjaġġ sorpriża b’ajruplan żgħir biex tħossok tassew, fis-seba’ sema!... Ovvjament, bħal dejjem, kollox għandu prezz. Xejn ma jsir ta’ xejn u xejn sigriet li għal bosta, jum li suppost hu ta’ mħabba, trankwilità u serenità faċilment jispiċċa f’mument ta’ tensjoni f’ċirkostanzi fejn koppja u/jew is-sieħeb/a mhumiex f’pożizzjoni li jistgħu jagħmlu ċerti nfieq, kif forsi mistenni.

Upload: others

Post on 05-Aug-2020

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

1

Veterani Għarfien : Esperjenza : Maturità : Impenn : Entużjażmu : Kuraġġ : Servizz : Valur : Lealtà : Passjoni : Stima : Kapaċità : Enerġija : Serjetà : Kelma : Altruwiżmu Onestà : Wens : Rispett : Bżulija : Sodisfazzjon : Determinazzjoni : Ħila :Umanità: Suċċess : Ħeġġa : Solidarjetà : Eżempju : Rieda : Imħabba : Gwida....

EDIZZJONI 13 : FRAR 2017 EDITUR : TONIO BONELLO

IMĦABBA : 14 ta’ Frar - Jum il-Maħbubin, jgħidu. Jiġifieri t-364 ġurnata tal-kumplament tas-sena m’humiex?... U din hi l-ironija ta’ tant invenzjonijiet li ħoloq il-bniedem, xi drabi għal xejn għajr għal mottiv konsumista, biex idawwar lira, biex il-ħajja tkompli. Forsi, biex ikompli jistagħna.

Illum l-14 ta’ Frar sar jum ieħor dinji mill-aktar kummerċjali. Igawdu minnu tar-restoranti, il-lukandiera, ħwienet tar-rigali ta’ kull xorta, tal-fjuri, tal-kartolini, id-dulċiera, dawk li jipprovdu divertiment, u aktar u aktar. Saħansitra tista’ tieħu l-maħbub/a tiegħek fuq vjaġġ sorpriża b’ajruplan żgħir biex tħossok tassew, fis-seba’ sema!...

Ovvjament, bħal dejjem, kollox għandu prezz. Xejn ma jsir ta’ xejn u xejn sigriet li għal bosta, jum li suppost hu ta’ mħabba, trankwilità u serenità faċilment jispiċċa f’mument ta’ tensjoni f’ċirkostanzi fejn koppja u/jew is-sieħeb/a mhumiex f’pożizzjoni li jistgħu jagħmlu ċerti nfieq, kif forsi mistenni.

Page 2: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

2

Din il-festa u ċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jmorru magħha, xi drabi saħansitra qed inessu x’inhu tassew definit meta ngħidu, ‘inħobbok’. Għax wara kollox, it-tieni ironija hi li l-imħabba ‘suppost’ ma tinxtarax. L-Imħabba hija xi ħaġa speċjali ħafna, interna li wieħed/a tħoss għal persuna partikolari! Proċess u mhux essenzjalment, xi ħaġa instantanja.

Bħal kollox maħluq mill-Kreatur Divin, bil-kontra ta’ kollox maħluq mill-bniedem, l-imħabba hi fost dawk l-elementi naturali sbieħ li iva, hi b’xejn. Kif l-istess Alla tana b’xejn il-fjuri, is-siġar, l-ibħra, l-muntanji, l-annimali, ix-xemx, il-qamar, is-sema, saħansitra l-istess art, pajjiż, dinja li ngħixu fiha. Wisq nibża’ li l-kelma mħabba saret tfisser ħaġa oħra konnessa mal-imħabba iżda fl-istess ħin daqstant distinta mill-imħabba. Qed nitkellem dwar is-sess. Interessanti per eżempju kif tul il-lejl tal-maħbubin, meta l-lukandi f’dan l-istaġun xitwi qajla jkollhom xogħol biżżejjed biex isostnu l-ispejjeż, dawn dakinhar ikunu mimlija! Forsi interessanti xi darba jsir stħarriġ janalizza kemm trabi jkunu konċeputi f’jum il-maħbubin meta mqabbel mal-kumplament tas-sena! Tassew morna fl-estremi tat-tifsiriet. Bħal donnu li jum il-maħbubin ifisser per eżempju, li għandu jkun ċelebrat biss minn sieħeb u sieħba jew, illum forsi anke tal-istess sess. Imma ġenituri li qed jgħixu ħajjithom missjoni għal uliedhom, u jaraw f’uliedhom apprezzament ta’ dak li qed jagħmlu magħhom, għal din il-familja dan mhux jum il-maħbubin ukoll?... Għal tifla żgħira li għandha kelb id-dar li tant tħobb, għal dawn, dan mhuwiex jum il-maħbubin?... Għal raġel li għandu lil missieru qed imut b’marda terminali u jmur iżuru u jgħaddi ħin jitkellem miegħu u jdur bih kuljum, għal dawn, dan mhux jum il-maħbubin?... Il-paċi magħkom...

Page 3: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

3

Veterani : Ħajr...

L-Onorevoli Dr Justyne Caruana Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva

Is-Sinjura Doris Zammit Dip.H&S fuq il-Post tax-Xogħol, Dip. Ġurnaliżmu, Dip.Ġurnaliżmu Mxandar(UK), Ċert. Qari tal-Provi Malti

Is-Sinjura Mary Grace Cassar B.A. fil-Kriminoloġija : Occupational Therapist

Is-Sinjura Maria Christine Agius Impjegata HR : Residenza San Vinċenz de Paule

Is-Sinjura Tessie Azzopardi Ex-Għalliema għexet f’Malta u fl-Awstralja

Is-Sur Vincent Tonna

M.Ger; Dip.Appl. Social Studies : Social Worker

Is-Sur Tony Micallef Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

Is-Sur Ronald Zaffarese Impjegat : Residenza San Vinċenz de Paule

Il-Qarrejja kollha ta’ ‘Veterani’ Dawk kollha li jżommu kuntatt magħna

Veterani : L-Editur

‘Veterani’ hi pubblikazzjoni ta’ kull xahar maħruġa mit-Taqsima Informazzjoni u Komunikazzjoni tad-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. ‘Veterani’ toħroġ speċifikament fil-verżjoni on-line għalkemm anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jistgħu jitolbu biex tingħata lilhom kopja stampata. Il-kontenut f’kull ħarġa ta’ ‘Veterani’ mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjoni Editorjali. Jekk jogħġbok tibda tirċievi r-rivista, ‘Veterani’ tista’ tiktbilna fl-indirizz elettroniku; [email protected]

Page 4: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

4

AĠĠORNAMENT : Ħidmet is-Segretarjat Parlamentari

L-Onorevoli Dr Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva twassal tagħrif dwar l-aħħar żviluppi f’dan il-qasam u d-direzzjoni ‘il quddiem.

IL-ĦIDMA TAGĦNA - SERVIZZ GĦALIKOM Mill-ewwel jum ta' Jannar eluf ta' anzjani u persuni b'diżabilità bdew igawdu minn għajnuniet ġodda, kemm huma nfushom direttament kif ukoll il-familji u dawk li jieħdu ħsiebhom.

Dawn huma frott il-miżuri tal-Baġit li issa diġà ilhom fuq xahar li daħlu fis-seħħ biex minnhom jibbenefikaw eluf ta' anzjani madwar il-pajjiż.

Dan kollu huwa parti minn pjan li tfassal u beda jieħu sura aktar preċiża bil-Politika Nazzjonali, kemm għall-anzjanità attiva kif ukoll għall-persuni b'diżabilità.

Dan kien segwit minn Strateġija Nazzjonali - stabbilejna fejn irridu nilħqu u mbagħad fassalna kif se naslu.

L-istrutturi li fassalna u l-ħidma li wettaqna tul l-aħħar erbgħin xahar qegħdin jagħtu l-frott u b'hekk is-suċċessi li qed jikseb pajjiżna qed ikomplu jitgawdew minn kulħadd.

KONSULTAZZJONI SĦIĦA

Is-sabiħ f'dan il-proċess kien li kollox sar wara konsultazzjoni miftuħa ma' dawk kollha involuti.

Dawn kienu jinkludu l-familji, l-għaqdiet volontarji, l-attivisti, l-esperti u l-akkademiċi, u - fuq kollox - l-istess persuni li se jibbenefikaw minn kull miżura li tittieħed. Dan kompla juri kemm tassew irridu nisimgħu, nifhmu u nwettqu.

Fatt importanti kien li bqajna għaddejjin, anzi rriformajna, saħħaħna u żidna s-servizzi għall-kura fid-djar tal-anzjani, naqqasna sew il-listi ta' stennija, anki permezz ta' tkabbir u ristrutturar f'residenzi eżistenti u wkoll permezz ta' tisħib mal-privat biex inżidu l-akkomodazzjoni għall-anzjani - kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex.

B'mod partikolari f'Għawdex bdejna noħorġu l-anzjani mis-sitwazzjoni kronika għal ħafna snin fl-isptar ġenerali.

Page 5: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

5

Bdejna nakkomodawhom f'residenzi apposta għalihom. Introduċejna wkoll servizzi ta' night shelter u respite services.

ANZJANITÀ ATTIVA

Fl-istess nifs introduċejna ħafna inizzjattivi biex inwessgħu l-opportunità għal anzjanità aktar attiva b'ħafna taħriġ u tagħlim, anki fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika.

Ħloqna u nibqgħu noħolqu kull spazju u appoġġ biex l-anzjani tagħna jkomplu bis-sehem tagħhom fil-familja u fil-komunità.

Infatti żidna bil-kbir skemi biex ninkoraġġuhom jibqgħu jgħixu fl-ambjenti tagħhom, sakemm hu possibbli b'mod indipendenti u fejn le, nipprovdulhom għajnuna u servizzi - lilhom u lil dawk li jieħdu ħsiebhom.

Insistejna fuq il-kwalità fis-servizzi kollha u investejna sew fit-taħriġ tal-impjegati, b'akkreditazzjoni mill-Università ta' Malta biex niżguraw servizz professjonali.

Biex sar dan kollu kull sena żidna n-nefqa bil-kbir għax nemmnu li dak huwa nfiq għaqli u ġust.

Għalina l-anzjani m'humiex pazjenti imma klijenti. Huma ċittadini bi drittijiet għal dinjità sħiħa, għalkemm bqajna insostnu l-kura medika kif u kulfejn ikun meħtieġ. Il-gvern jidħol biss fejn ikunu jeħtieġu aktar appoġġ.

Bl-ebda mod ma rridu nieħdu post il-qraba immedjati fil-familja li huma l-għeżeż persuni bil-ħeġġa u bid-dmir li jduru b'għożża b'dawk li kibru fl-età.

Is-Segretarjat Parlamentari li mmexxi, kif ukoll il-Kummissarju u l-Kunsill tal-Anzjani u entitajiet oħra fir-responsabbiltà tiegħi, determinati li nkomplu nibnu fis-sod soċjetà ġusta, fejn il-prosperità ekonomika tkompli tilħaq lil kulħadd.

Waqqafna l-kariga ta' Kummissarju għall-Anzjani appuntu biex inkomplu niżguraw li jkun hemm regolamentazzjoni aktar attenta f'dak kollu li jolqot lill-anzjani - huma fejn huma!

Iktar ma titwal il-ħajja, iktar tikber il-popolazzjoni tal-anzjani u iktar anzjani qed ikunu indipendenti u attivi - kemm fl-ambjent tal-familja kif ukoll fil-ħajja tal-komunità madwarhom.

Sa ftit snin oħra waħda minn kull erbgħa fil-popolazzjoni tagħna se tkun persuna anzjana, li f'ħafna każi jkun għadhom iridu u jifilħu jibqgħu fl-attività li diġà għandhom jew jidħlu għal xi attività oħra.

Diġà għandna għadd kbir ta' anzjani attivi fil-qasam tal-volontarjat b'ħidma varjata ħafna - minn baned u għaqdiet sportivi jew reliġjużi għal organizzazzjonijiet kulturali jew filantropiċi.

Ikompli fil-paġna li jmiss >

Page 6: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

6

F'dan kollu l-anzjani ħafna drabi jkunu katalisti billi jagħtu l-valuri tal-esperjenza, tad-dehen u l-għaqal kif ukoll sens ta' leadership f'kull organizzazzjoni.

PROĠETTI

Matul l-aħħar xhur komplejna bi proġett wara l-ieħor biex insebbħu u nġeddu d-djar tal-anzjani u noħolqu ambjent aktar dinjituż għalihom - b'sodisfazzjon ukoll għall-istess qraba tagħhom, ħaddiema u professjonisti li jieħdu ħsiebhom.

- F'San Vinċenz lestejna sala ġdida biex nakkomodaw koppji anzjani flimkien wara snin li kienu mifrudin fi swali jew djar differenti, ħaġa li konna diġà għamilna introduċejna f'Għawdex.

Hawnhekk miexi ġmielu x-xogħol tal-ewwel fażi tal-proġett fuq il-kumpless Rużar Briffa li issa se jkun jista' jilqa' fih 239 resident, flok il-160 biss li kien jakkomoda s'issa.

- Fid-Dar tal-Imtarfa lestejna wkoll sala li bdilna mill-qiegħ għal 24 mara anzjana u bdejna l-ħidma għal titjib u tiġdid f'sala oħra għall-irġiel, u sala ġdida fejn nilqgħu 25 persuna bid-dimensja.

- Fid-Dar tal-Furjana lestejna xogħol kbir ta' restawr tal-faċċata neo-gotika, bi bdil ta' aperturi u xogħol ieħor meħtieġ. Qed naħdmu wkoll biex nittrasformaw terrazzin spazjuż f'roof garden li jkun gawdut mir-residenti li jammontaw għal aktar minn 120 ruħ f'din ir-residenza.

- Xogħol ieħor ta' ristrutturar u manutenzjoni għaddej minn żmien għal żmien f'bosta Djar oħra tal-Anzjani, b'mod li noħolqu ambjent isbaħ għar-residenti u aktar kumdità biex jaħdmu l-impjegati li jieħdu ħsiebhom.

AKTAR INIZZJATTIVI

Mill-aspett soċjali, komplejna għaddejjin b'inizzjattivi regolari biex l-anzjani jifhmu u jħossu li huma parti integrali mill-komunità nazzjonali u tinħoloq linja ta' kommunikazzjoni bejnhom u bejn il-bqija tas-soċjetà.

F'dawn l-inizzjattivi nipprovdu l-ispazju biex l-anzjani nfushom jieħdu sehem billi wkoll juru l-ħiliet li kisbu bħala ċittadini attivi, anki fil-qasam tat-teknoloġija moderna.

Wara s-suċċess miksub fl-ewwel kampanja "Naħseb Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015, fi żmien il-festi li għaddew estendejna dik l-inizzjattiva u f’temp ta' ftit ġimgħat ir-rispons kien tant kbir li aktar minn 300 persuna anzjana ingħataw ir-rigal li xtaqu għall-jiem tal-festi.

Dan ikompli jinkoraġġina nwessgħu aktar din il-kampanja għall-Milied li ġej.

Kampanja oħra li kisbet suċċess kienet dik bit-tema "Għall-Irdoss mill-Bard", fejn l-anzjani setgħu jużaw il-ħiliet li kisbu fl-użu tat-teknoloġija diġitali.

Ikompli fil-paġna li jmiss >

Page 7: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

7

Dan billi joffru stampi u ideat dwar kif persuna għandha tilqa' kontra l-kesħa tax-xitwa - l-istess kif kienu għamlu f'kampanja simili kontra s-sħana tas-sajf.

Hawnhekk ukoll kellna rispons tajjeb ħafna u rajna l-interess kbir mill-anzjani nfushom li jipparteċipaw f'inizjattivi fejn jabbinaw l-esperjenza personali, il-ħila individwali fl-użu ta' mezzi teknoloġiċi kif ukoll it-talenti artistiċi tagħhom.

Dan kollu jikkonferma aktar li l-anzjani Maltin u Għawdxin, mhux biss japprezzaw il-ħidma kollha li l-Gvern qed iwettaq, imma lesti jgħinu ruħhom biex jagħtu sehemhom f'din il-ħidma.

B'hekk ikomplu juruna bil-fatti li jridu jkunu ċittadini attivi, utli u kapaċi fi ħdan Soċjetà aktar Ġusta!

Onor. Justyne Caruana Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva

--oo—oo—oo—oo—oo--

SVPR : Għalik matul Frar 2017

Bħalma nagħmlu ta’ kull xahar, bil-kollaborazzjoni tas-Sur Ronald Zaffarese mir-Residenza San Vinċenz de Paul inwasslulkom il-programm ta’ attivitajiet għar-residenti ta’ din id-Dar. Intom l-anzjani residenti jkun tajjeb jekk tagħmlu l-aħjar użu possibbli ta’ dawn l-attivitajiet.

- Matul Frar ser jibda xogħol ta’ titjib fit-teatru. Dan għalhekk ser ikun magħluq għall-attivitajiet

- Bejn l-1 u t-8 ta' Frar : Ikla ‘Al Fresco’ għar-residenti : 12.30PM

- 14 ta' Frar : Jum San Valentinu : Quddiesa u bibita' għall-koppji li jgħixu f'San Vincenz De Paule

Il-ħarġa t-tajba... .

Nixtiequ nfakkru li, kuljum fil-knisja SVPR, ikun hemm Quddiesa fl-10.15am. Kuljum wara nofsinhar ikunu organizzati wkoll diversi attivitajiet bħal; tombla, board

games, reminiscence, qari, tpinġija, komunikazzjoni, logħob ta’ ġeneru sportiv, crosswords u films.

Ħu sehem f’attivitajiet bl-użu

ta' tablets mal-anzjani sħabek

S t a q s i g ħ a l a k t a r t a g ħ r i f

Dejjem lesti biex ngħinuk

--oo—oo—oo—oo—oo--

Page 8: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

8

KELMTEJN : Inferjorità jew kunfidenza?

Doris Zammit, Dip. Saħħa u Sigurtà

fuq il-Post tax-Xogħol, Dip. Fil-Ġurnaliżmu, Dip. Fil-Ġurnaliżmu Mxandar(UK), Ċert. Fil-Qari tal-Provi tal-Malti.

“Ħadd ma jġagħalna nħossuna inferjuri mingħajr il-kunsens tagħna - Eleonor Roosevelt”

Niftakar meta kont ħafna iżgħar, kont ftit u

xejn mistħija. Minkejja li għall-grazzja

t’Alla fl-iskola rnexxejt tajjeb għax bejn

b’missieri (Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna)

u żewġ zijiet li kienu qishom seqer fuqi (u

ta’ dan nirringrazzjahom) u l-ħin li kont

inqatta’ nistudja, kont immur tajjeb ħafna.

Imma ħbieb ma tantx kelli u għalkemm ma

kienux jgħiduli f’wiċċi kont naf li kienu

jqissuni nerd.

L-istima fija nnifsi kienet żero però kelli

ħaġa tajba... qatt ma qtajt qalbi.

Permezz ta’ kors li kont ħadt l-Ażad snin

ilu għaraft lili nnifsi. Iżda l-aktar li tani

kunfidenza kien, meta ġejt mitluba noħroġ

kandidata fl-ewwel elezzjonijiet tal-

kunsilli lokali li saru f’Malta.

Minn dak inhar ‘l hawn bl-umiltà kollha

ngħid li ma ħaristx lura.

Issa jmiss lili ngħin lil dawk li għandhom

stima baxxa tagħhom infushom bħal ma

sibt l-għajnuna jien permezz ta’ dawn il-

ftit pariri li ngħatajt.

Ngħarfu il-ħiliet tagħna:

Ilkoll kemm aħna tajbin f’xi ħaġa jew oħra, mhux bilfors inkunu l-aktar tajbin, imma sakemm

nieħdu gost nagħmluha u nagħmluha tajjeb, nistgħu ntejbuha u nkunu kburin f’dak li qed

nagħmlu. Niftakru li nistgħu nkunu kburin bil-kwalitajiet u l-ħiliet tajbin tagħna u xorta

nibqgħu umli.

Nuqqas ta’ sigurtà:

X’qed iżommna lura? Forsi dik il-vuċi baxxa tfesfes f’widnejna? Il-mod kif nidhru? Xi ħaġa

li qed iġġagħlna nistħu? Allura nsibu dak li qed ikaxkarna ‘l isfel u niktbuha fuq biċċa

karta. Meta ntuha isem u niktbuha fuq din il-biċċa karta, nkunu qed immissu xi ħaġa

b’idejna. Issa NQATTGĦU L-KARTA! Din hija manuvra b’psikoloġika li ġġiegħel lil

moħħna jaħseb li qed inqattgħu l-propja dgħufija.

Page 9: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

9

Nitkellmu dwarha:

Insibu ħabib/a li nafdaw fih/a jew xi ħadd li nħobbu u niftħu qalbna. Meta naqsmu l-ħsibijiet

tagħna, il-piż jeħfief u persuna oħra tista’ tara is-sitwazzjoni minn lenti oħra. Il-ħbieb

għalhekk qegħdin! Anke jekk dik il-persuna ma tistax tgħinna nsolvu l-problema, li

nitkellmu dwarha kultant ikun biżżejjed.

Ma nħallux żbalji mill-passat itellfuna:

Ilkoll kemm aħna nagħmlu l-iżbalji, il-ħin kollu. Imma jekk nintilfu fihom iservina biss biex

ma nħossuniex tajbin magħna nfusna barra milli jtellifna milli nitgħallmu mill-iżball( u

emmnuni kemm-il darba ġrali hekk jien!) Niftakru li diversi biljunarji min jaf kemm-il

negozju marilhom ħażin, meta ħasbu li kienu se jfallu, imma qatt ma ħallew li dan l-iżball

iwaqqafhom.

Negattiv vs. pożittiv:

Hemm kanzunetta li tgħid : Meta titbissem, id-dinja kollha titbissem miegħek, u ma tistax

tkun aktar preċiża. Nevitaw lil dawk in-nies li huma negattivi u ngħaddu aktar ħin ma’

dawk li jinkoraġġuna, jissapportjawna u jimbutawna ‘l quddiem. Dawn in-nies jgħinuna

nikbru u nibnu kunfidenza sew fina nfusna kif ukoll fl-azzjonjiet li nieħdu. Ma ndawwrux

lilna nfusna bi ħsibijiet u nies negattivi imma nippruvaw dejjem nisiltu s-sabiħ f’kull

sitwazzjoni, u nidentifikaw l-opportunitajiet anke f’sitwazzjonijiet mhux daqstant tajba.

M’hemmx paraguni:

Bla dubju, dejjem se jkun hemm xi ħadd aħjar minna - jista’ jkun aktar sinjur, aktar sabiħ,

għandu aktar figura. Minflok inħarsu lejn nies li naħsbu li huma AĦJAR minna, naraw

kif nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni tagħna. Naħdmu biex nitjiebu mhux biex inkunu perfetti.

Inkunu grati:

Meta xi ħadd jikkumplimentana, naċċettaw il-kumpliment u nirringrazzjaw lill-persuna li

għamlitulna. M’hemm xejn ħażin u b’daqshekk m’aħniex niftaħru. Meta ma

naċċettawx kumpliment, nkunu qed nirrifjutaw l-apprezzament onest ta’ persuna oħra.

Ngħinu lill-oħrajn:

Diversi studji wrew li meta ngħinu lill-oħrajn, inħossuna aktar kuntenti u aktar kunfidenti.

Kuntatt b’għajnejna:

Meta nitkellmu ma’ persuna oħra, nevitaw inħarsu lejn l-art jew ma nħarsux lejha. Inkunu

qed ngħaddu messaġġ li l-kunfidenza tagħna hija baxxa jew li ma rridux nitkellmu mal-

persuna l-oħra. Minflok inżommu kuntatt permezz tal-għajnejn - dan juri lill-oħrajn li

aħna nagħtu kashom u li aħna kunfidenti.

Ma nitraskurawx lilna nfusna:

Li nieħdu ħsieb tagħna nfusna huwa fattur importanti li jgħinna nibnu kunfidenza fina nfusna.

Musmar ġdid jaqla’ l-qadim:

Nippruvaw sfidi ġodda, niltaqgħu ma’ nies ġodda u anke nippruvaw ikel differenti. Mhux

bilfors kollox jirnexxi, imma nafu nakkwistaw aktar esperjenza, aktar għarfien u jista’

jkun ukoll li nagħmlu ħbieb ġodda.

Nittama li dawn il-ftit punti jgħinukom daqskemm għenu lili.

--oo—oo—oo—oo—oo--

Page 10: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

10

Skeda ta’ programmi : Radju Malta ma’ Lilian Maistre

Minn Tonio Bonello Information & Communications Executive

Bħal ma lkoll tafu, kemm fuq l-istazzjonijiet tar-radju, kif ukoll dawk televiżivi lokali, aħna bħala Taqsima Informazzjoni u Komunikazzjoni għad-Direttorat tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, minn żmien għal żmien inwasslu materjal u tagħrif interessanti dwar servizzi attwali u oħrajn ġodda li dan id-Direttorat, flimkien mas-Segretarjat ikun qed iwassal għal popolazzjoni anzjana Maltija u Għawdxija.

Fost dawn bi pjaċir inħabbru li qed tkompli s-serje ta’ programmi informattivi u edukattivi mill-preżentattriċi, is-Sinjura Lilian Maistre. Dawn il-programmi komplew b’suċċess fl-iskeda l-ġdida li bdiet lejn Ottubru tas-sena l-oħra u issa se jkomplu sa Ġunju ta’ din is-sena. L-ewwel programm kien nhar il-Ħamis 12 ta’ Jannar 2017 fejn il-mistiedna speċjali dwar l-anzjani kienet is-Sinjura Mary Grace Cassar minn Ċentru Servizz Anzjan fil-Belt.

Ms.Cassar hi gradwata fil-Kriminoloġija, taħdem ukoll bħala Occupationl Therapist, kif ukoll hi kontributtriċi regolari f’din ir-rivista’ ta’ kull xahar, ‘Veterani’. Mela tinsewx l-appuntament għal kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9.00am u l-9.45am, dejjem fuq Radju Malta. Minn żmien għal żmien se nkunu qed ninfurmawkom bi programmi oħra tagħna kemm tar-radju, kif ukoll televiżivi.

XAHAR SUĠĠETT MISTIEDNA SPEĊJALI _____ 2016 NOVEMBRU 01 - THURSDAY 17 Home Admissions 1 Is-Sna Marica Pulis : CSA 2016 DIĊEMBRU X’valur għandhom 02 - THURSDAY 01 L-Anzjani llum?... Is-Sna Emma De Lucca : Social Work Unit 03 - THURSDAY 15 Servizz CommCare Is-Sna Johanna Tanti : CommCare Unit 04 - THURSDAY 29 Servizz Telecare 1 Is-Sna Miriam Montebello : Telecare 2017 JANNAR 05 - THURSDAY 12 Occupational T. Is-Sna Mary Grace Cassar : CSA 06 - THURSDAY 26 Home Admissions 2 Is-Sur Matthew Mangion : CSA 2017 FRAR 07 - THURSDAY 09 Servizz Telecare 2 Is-Sna Miriam Montebello : Telecare 08 - THURSDAY 23 Allied Healt P.T. Is-Sna Rita Saliba A.H. 2017 MARZU Dementia D.C. + 09 - THURSDAY 09 N.Shelter, Gozo Is-Sna Sandra Jackson + Mr.Daniel Grima 10 - THURSDAY 23 Allied Health O.T. Is-Sna Claire Vella A.H. 2017 APRIL 11 - THURSDAY 06 Allied Health P.T. Is-Sna Charmaine Mallia : A.H. 12 - THURSDAY 20 Homes Services Is-Sur Matthew Mangion : CSA 2017 MEJJU 13 - THURSDAY 04 Active Ageing Unit 1 Is-Sna Cynthia Formosa : AAU 14 - THURSDAY 18 Podiatry Is-Sna Rose Marie Lanfranco : A.H. 2017 ĠUNJU 15 - THURSDAY 01 Dementia Is-Sur Alex Gobey : Dementia Unit 16 - THURSDAY 15 Active Ageing Unit 2 Is-Sna Cynthia Formosa : AAU 17 - THURSDAY 29 Handyman Section Is-Sur Natalino Caruana : Handyman Sec.

Page 11: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

11

Solidarity in Christmas : AACCD goes SHOPPING After the positive response from management and staff during the breast cancer campaign, ‘Pink October’ a few weeks ago, AACCD planned another initiative just in time for Christmas. This activity was held in aid of ‘Dar Merħba Bik’. Participating teams made up of management and staff were allowed to leave work for three hours against presentation of receipts. They went shopping for Christmas and it was entirely up to them on how much they spent.

‘AACCD goes Shopping’, the theme chosen for this event was held between Friday 16th and Tuesday 20th December 2016. This was truly living the spirit of Christmas in real terms. A perfect example of solidarity when so much people and children are in need. Well done.

Living The True Spirit of Christmas

--oo—oo—oo—oo—oo--

Page 12: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

12

To The Editor : Thank You from SVP

Dear Friends and volunteers of SVP,

You could have spent Christmas Eve differently, but for another year you chose to visit and accompany our patrons to the traditional mass. What a wonderful experience it was, particularly for SVP residents! Many thanks and hope to see you next year for another rewarding experience.

On behalf of Mr James Carabott and Mr Nicholas Pace. Thank You.

Page 13: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

13

A practical solution : To the language divide

BASIC MEDICAL MALTESE FOR THE HEALTHCARE PROFESSIONS – Part 1

In order to ensure that all foreigners employed in the health sector have sufficient verbal

knowledge of the Maltese language to permit them to communicate adequately with

Maltese patients, the Ministry for Health, in coordination with the government Centre for

Development, Research and Training (CDRT) and the Department of Maltese at the

University of Malta issued a call for applications for those interested to attend a course in

Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions – Part 1.

The course of 50 hours duration, with two weekly sessions of 1.5 hours of tuition per week

was held as from the first week of September at Mater Dei Hospital (Pediatric Education

Room – First Floor, Blue Ward) on Mondays and Thursdays from 16:30 hrs to 18:00 hrs.

The fee for the full course was €250 and it included the examination session. Applicants who

opted to sit for the examination only paid the fee of €50. Fees are usually claimed through

the Continuous Professional Development Scheme (CPD). Places for such courses are

available on a first-come-first-served basis and each course will be offered, only if there is an

adequate number of participants.

It is worth informing that Healthcare Professionals have the option to attend other

educational institutions to learn basic medical Maltese and it is mandatory that they sit for

the examination in Basic Medical Maltese for the Healthcare Professions – Part 1 organised

by the University of Malta in order to meet their employment requirements as specified in

their contract. Such courses are usually held during the month of September. So, those

interested, look out for more information to come on upcoming courses for this year.

Page 14: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

14

KRIMINALITÀ : Ħsieb tiegħek u ta’ madwarek

Mary Grace Cassar, gradwata mill-Università ta’ Malta fil-Kriminoloġija u Occupational Therapist ta’ kull xahar twassal intervent ta’ prekawzjoni dwar il-kriminalità f’kuntest ta’ ħajjet l-anzjan.

Prevenzjoni mill-Kriminalità

Reċentement l-awtoritajiet ħabru proċess

ta’ konsultazzjoni dwar strateġija

nazzjonali bħala prevenzjoni mill-

Kriminalità.

Dan meta f’kuntrast ma’ pajjiżi oħra

Ewropej, fi kliem Dr. Carmelo Abela, il-

Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali din hija l-ewwel strategija tax-xorta tagħha

f’pajjiżna.

Din l-istrateġija fost l-oħrajn hija mfassla

fuq studju dwar ir-rwol tal-familja fix-

xenarju lokali.

Tirrikonoxxi uffiċjalment li l-prevenzjoni

mill-kriminalità mhuwiex biss fid-dmir tal-

Pulizija, iżda li jeħtieġ l-involviment tal-

entitajiet oħra bħal Kunsilli Lokali fost l-

oħrajn.

Il-prevenzjoni hija responsabbilità ta’ kull

minn jagħmel parti mill-komunità.

Meta nisimgħu dwar ir-rwol tal-familja,

fil-parti l-kbira jiġu f’moħħna xenarji ta’

persuni għeżież li b’mod ġenerali nafu li

qegħdin hemm f’kuntest, mhux biss ta’

parentela, iżda ta’ mħabba, għaqda u

rispett.

Dan, għalkemm minħabba f’ċirkustanzi

differenti, mhux bilfors dawn il-persuni

niltaqgħu ta’ spiss magħhom.

Iżda x-xenarju ta’ dik li nifhmu bħala

familja jista’ jvarja ħafna. Fost l-oħrajn l-

istudju minn Dr Janice Formosa Pace juri

li f’perijodu ta’ sittin sena (1950 – 2010)

kien hawn mas-622 familja li jistgħu

jitqiesu b’karatteristiċi relatati ma’

kriminali.

Page 15: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

15

F’dan l-istudju lokali, il-karatteristiċi ta’

familja relatati ma’ kriminali kien mifhum

bħala dak meta f’aktar minn ġenerazzjoni

waħda fil-familja, kien hemm minn tnejn

sa għaxar persuni kienu mogħtija pieni

b’sentenza ta’ ħabs.

L-istess studju juri li dawn il-persuni

jistgħu jkunu aktar relatati ma’ kriminalità

bi vjolenza u li konsegwentement wara li

jingħataw piena relatata, jkunu aktar fi

probabilita li jkun riċedivi.

Dan meta l-istess persuni jispiċċaw f’ċirku

ta’ ċirkostanzi u/jew sitwazzjonijiet

kriminali repetuti.

Ix-xenarju lokali jidher li għandu l-

partikularitajiet tiegħu u f’kuntrast ma’

pajjiżi oħra ġirien, ma jidhirx li lokalment

teżisti xi forma ta’ organizzazzjoni

kriminali.

Lokalment iżda hemm xenarju ta’ familji li

jinkorporaw persuni, l-aktar f'ċirkostanzi

uffiċjalment ‘bla xogħol’ u li jirrisjedu

f’żoni li indirettament jistgħu jiffavorixxu

ċertu komportament.

Dan meta lokalitajiet bħal Belt Valletta,

Floriana, il-Kottonera, Ħal Kirkop, Santa

Lucia, Pieta’ kif ukoll San Lawrenz

f’Għawdex huma ndikatli fl-istudju bħala

relatati ma’ ċertu għamliet ta' familji.

Id-dokument varat uffiċjalment għandu l-

għan li fi strateġija nazzjonali, jitfassal

pjan fejn mhux biss jiġu ddentifikati aktar

ċerti sitwazzjonijiet, iżda li ċerti entitajiet

ikunu f’sitwazzjoni li jirrikomandaw

assistenza.

B’hekk, ċerti persuni jiġu assistiti u

b'riżultat ta’ dan, kemm jista’ jkun joħorġu

minn ċerti xenarji jew tendenzi.

B’hekk fuq skala nazzjonali l-aspirazzjoni

hi li l-assistenza b’modi varja tiġi

indirizzata.

Mhux biss lill-vittmi tal-kriminalità, iżda

wkoll ċerti membri ta’ familji biex bħal

imorru kontra l-kurrent u ma jiżviluppawx

ċertu komportament.

Il-kriminalità llum hija bil-wisq differenti

minn dik ta' xi ftit għexieren ta’ snin ilu.

Illum bosta jesperjenzaw, fost l-oħrajn,

tentattivi ta’ frodi minn telefonati li jaslu fi

djarna bħal biex joffru xi servizz ta’ tiswija

tal-kompjuters tagħna.

Dan isir bl-iskop li huma jiksbu aċċess

għal dettalji personali tal-kontijiet tagħna.

Dan meta huwa magħruf minn bosta li

dawn l-istess telefonati jsiru minn persuni

residenti f’pajjiżi barranin, iżda b’nuqqas

ta’ attenzjoni darba ninqabdu fix-xibka

tagħhom, insofru l-konsegwenzi fi ftit

sekondi.

Page 16: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

16

Illum importanti, aktar minn qatt qabel li

pajjiżna jimxi lejn strateġija nazzjonali

bħala prevenzjoni mill-Kriminalità.

Din tidher li qed tagħti prijorità lil ċerta

attività minn żgħażagħ b’komportament li

jiprovoka fastidju u reati b’konnessjoni

ma’ ċertu komportament sesswali.

F’dan ir-rigward qed jiġi propost, mhux

biss kampanja edukattiva li twassal biex

tkun miġġielda ċertu biża’ li tista’ twassal

biex każ jibqa’ mistur.

Pass aktar ‘il quddiem, għal trattamenti u

taħriġ neċessarju minn entità bi

professjonisti varji (think-tank) li għandu

jitwaqqaf apposta matul l-2017.

L-istrateġija nazzjonali għandha l-għan li

f’perjodu ta' ħames snin (2017 – 2021)

toffri aktar serħan il-moħħ liċ-ċittadin u

dawk kollha li jirrisjedu f’dawn il-gżejjer.

Iżda ċertament biex isir dan, l-istess

dokument jiddentifika, mhux bil-fors

b’mod ċar, ċertu ostakli fil-proċess.

Fost dawn, bħal l-iżvantaġġ ta’ faċilità

korrettiva waħda (b’mod ġenerali) u li fiha

persuna fl-ewwel sentenza tagħha tista’

tirrisjedi hemm flimkien ma’ membri oħra

tal-familja li jkunu jiskontaw pieni oħra.

Hekk jeżisti żvantaġġ li membru/i ta’

familja jkollhom aktar impatt minn

proċess ta’ rijabilitazzjoni u riforma tal-

persuna. Ċertament f’pajjiż żgħir bħal

tagħna, ċerti proposti jistgħu jintlaqtu

b’mod xettiku u dan meta fost l-oħrajn

issir referenza għal linja telefonika ta’

assistenza (hotline).

Fil-passat, f’diversi laqgħat jew b’mod

informali, jingħad li għalkemm

b’intenzjoni tajba, ċerti servizzi ma laħqux

l-aspettattivi maħsuba.

Fost l-oħrajn il-linja 179 li fil-parti l-kbira

tiddependi mill-volontarjat. B’hekk l-aktar

ħinijiet vulnerabbli bħal matul il-lejl,

kemm-il darba inkluż membri tal-Pulizija

fittxew assistenza għal terzi, inkluż f’xi

każijiet bħal ħin temporanju, iżda rriżulta

li dan ma kienx possibbli.

Indirettament id-dokument juri wkoll ċertu

nuqqas ta’ konsultazzjoni ma’ xi

professjonisti importanti fil-proċess

ta' prevenzjoni mill-Kriminalità qabel id-

dokument ġie varat.

Għalkemm il-bażi tad-dokument hi riċerka

tajba ħafna u definizzjonijiet relatati minn

Dr Janice Formosa Pace, dan qed jiġi

ppreżentat bħala proposta għal strateġija

nazzjonali. Idealment dan kien jinkludi

ċerti dipartimenti sa mill-istadju inizzjali

tad-dokument, u mhux sempliċiment

jistenna reazzjoni u/jew implimentazzjoni.

B’danakollu huwa fatt pożittiv li f’xenarju

ta’ sitwazzjonijiet kriminali u li jista’ jkun

daqstant kompless, pajjiżna wasal biex qed

jikkunsidra strateġija li nittamaw twassal

għal riżultati.

Sfortunatament f’pajjiżna hawn tendenzi

ta’ insularità fejn bosta, inkluż fl-istess

dipartimenti jispiċċaw bħal jipproteġu n-

niċċa tagħhom minn xi kritika jew

sitwazzjoni u hekk tiġi injorata s-

sitwazzjoni ġenerali.

Ċertament li kull strateġija nazzjonali

għandha l-għan li twassal entitajiet varji

lejn aktar koordinament u lejn l-għan

aħħari. Persważa li dan huwa l-każ f'din il-

proposta.

Page 17: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

17

Communications Unit : New Print Jobs Coordinator

Tonio Bonello

Information & Communications Executive Communications Unit

Active Ageing & Community Care Directorate As with effect from Wednesday 30th November 2016, Ms.Amanda Spiteri replaced Ms.Marcelle Vassallo as our new Print Jobs Coordinator within the Communications Unit.

To this effect may I take this opportunity to sincerely thank Ms Vassallo for her sterling work she performed in this assignment, during which short period, the Print Jobs task (which is a complex and delicate duty) was further enhanced, thanks to both Ms Rosette Brincat and recently, Ms Marcelle Vassallo respectively.

I also would like to welcome on board Ms Amanda Spiteri whom, I’m sure she will continue on the steps of both above mentioned in this line of duty.

In this light, all Print Jobs Orders are now to be addressed (ideally soft copy) directly to Ms Amanda Spiteri (e-mail address- ([email protected]) also copied to the Communications Unit (e-mail address- [email protected]).

For any further enquiries, Ms Spiteri may be reached on telephone number: 2278 8443.

To all Heads of Sections and Units within the AACCD, your cooperation on this matter is very much appreciated. Thank you.

--oo—oo—oo—oo—oo--

Page 18: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

18

Page 19: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

19

European Commission : Press Release

Europeans live longer, but

extra years are not always

spent in good health...

"Health at a Glance: Europe 2016" European Commission/OECD joint report shows that

policies that aim at promoting good health and preventing diseases as well as more effective

healthcare could save lives and billions of euros in the European Union.

Life expectancy now exceeds 80 years in most EU countries reveals "Health at a Glance:

Europe 2016", a European Commission/OECD joint report, published today. However, this

record-high life expectancy is not always matched by healthy life years.

Around 50 million people in the EU suffer from several chronic diseases, and more than half

a million people of working age die from them every year, representing an annual cost of

some 115 billion EUR for EU economies.

Vytenis Andriukaitis, European Commissioner for Health and Food Safety, said: "The

Health at a Glance report provides useful information for Member States to shape their

actions on health across all policies.

It shows that in the EU many people die every year from potentially avoidable diseases linked

to risk factors such as smoking or obesity. It also highlights the need to continue our efforts

in making sure that healthcare becomes more accessible.

The report represents the flagship of the partnership between the Commission and the OECD

to develop country-specific and cross-country knowledge on health and health systems, as the

first step of the 'State of Health in the EU'.”

Angel Gurría, Secretary General of the Organisation for Economic Co-operation and

Development (OECD), added: “Many more lives could be saved if the standards of care were

raised to the best level across EU countries.

More needs to be done to reduce inequalities in access and quality of care, and European

health systems must become more efficient in channelling resources where they have the most

impact on health outcomes, including on prevention."

Page 20: Ve rani - Active Ageing Veterani... · 2017-11-20 · Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm Is-Sur Ronald Zaffarese ... "Naħse Fik" li nidejna fi żmien il-Milied tal-2015,

20

Health at a Glance Europe: take home messages

We need more effective health systems: 550,000 people of working age die every year from

potentially avoidable diseases. 16% of adults are obese now (up from 11% in 2000) and one

in five is still smoking.

Many lives could be saved firstly, by focusing more resources on health promotion and

disease prevention strategies to address these and other risk factors, and secondly, by

improving the quality of acute and chronic care.

We need more accessible health systems: 27% of patients go to the emergency department

due to the lack of availability of primary care; an average of 15% of health spending is paid

directly out-of-pocket by patients with large disparities between countries; and poor

Europeans are on average 10 times more likely to have problems in getting proper healthcare

for financial reasons than more affluent ones. Member States' policies should focus on

reducing financial barriers to healthcare, strengthening access to primary care, and reducing

excessive waiting times.

We need more resilient health systems: Across the EU the share of the population over 65 has

increased from less than 10% in 1960 to nearly 20% in 2015 and is projected to increase to

nearly 30% by 2060.

Population ageing, combined with increasing rates of chronic diseases and budgetary

constraints, will require changes in how we deliver healthcare, including developing eHealth,

reducing hospital stays by organising services better in primary and community care, and

spending more wisely on pharmaceuticals, including by making full use of opportunities for

generic substitutions.

State of Health in the EU cycle

The "State of Health in the EU" cycle aims to help Member States respond to the above

challenges by supporting them in their efforts towards better knowledge and stronger

evidence-based policy making. It comprises a series of analytical products, established in

partnership with the OECD and with the European Observatory on Health Systems and

Policies.

The report published today is the first product in the cycle. The next step is to produce

country health profiles of all 28 EU countries highlighting the particular characteristics and

challenges of each of them, by November 2017.

The 28 profiles will be accompanied by an analytical paper by the Commission, linking the

findings to the broader EU agenda, and emphasising the circumstances of each Member

State. The cycle will conclude with optional exchanges that Member States can propose. -

Brussels, 23 November 2016

--oo—oo—oo—oo—oo— E N D S --oo—oo—oo—oo—oo--