it-tieni Ħadd tar- randan

Post on 02-Jan-2016

103 Views

Category:

Documents

4 Downloads

Preview:

Click to see full reader

DESCRIPTION

It-Tieni Ħadd tar- Randan. A. Qari I I s-sejħa ta’ Abram, missier il-poplu ta ’ Alla . Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi. 12, 1-4a. A Randan 2. F’dak iż-żmien , il-Mulej qal lil Abram :. A Randan 2. « Qum u itlaq minn artek , minn art twelidek , u minn dar missierek , - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

It-Tieni Ħadd tar-RandanA

Qari IIs-sejħa ta’ Abram, missier il-poplu ta’ Alla.

Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi.12, 1-4a

ARandan2

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Abram:

ARandan2

«Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek,u minn dar missierek,lejn l-art li jien nurik.

ARandan2

«U jien nagħmlek ġens kbir,inbierkek u nkabbarlek ismek,u int tkun barka.

ARandan2

«Jien inbierek lil min ibierkek,u nisħet lil min jisħtek.

ARandan2

«U jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art.»

ARandan2

U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej.

ARandan2

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

ARandan2

Salm32 (33), 4-5.18-19.20 u 22

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Sewwa hi l-kelma tal-Mulej,kollox bil-fedeltà huwa għamel.

ARandan2

Hu jħobb id-dritt u s-sewwa;bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art.

ARandan2

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu,fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu,

ARandan2

biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,u jaħjihom fi żmien il-ġuħ.

ARandan2

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Ruħna tixxennaq għall-Mulej,hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.

ARandan2

Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna,kif fik hi t-tama tagħna.

ARandan2

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Qari IIAlla jsejħilna u jdawwalna.

Qari mit-Tieni Ittrata’ San Pawl Appostlu lil Timotju.1, 8b-10

ARandan2

Għażiż, aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju,

ARandan2

u afda fil-qawwa ta’ Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa,

ARandan2

mhux għax qiesl-għemejjel tagħna,

ARandan2

imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu.

ARandan2

Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù,

ARandan2

imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħnaKristu Ġesù

ARandan2

li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju.

ARandan2

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

ARandan2

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Glorja u tifħir lilek Kristu.℟.Glorja u tifħir lilek Kristu.

ARandan2

ara Mk 9, 7

Fi sħaba kollha dawl, leħen il-Missier instema’:«Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu.»

ARandan2

℟.Glorja u tifħir lilek Kristu.

ARandan2

EvanġeljuWiċċu sar jiddi bħax-xemx.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.17, 1-9

ARandan2

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni,

ARandan2

tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom.

ARandan2

Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl.

ARandan2

U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu.

ARandan2

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù:

ARandan2

«Mulej, kemm hu sew li aħna hawn!

ARandan2

«Jekk trid intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosèu waħda għal Elija.»

ARandan2

Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawlgħattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid:

ARandan2

«Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu.»

ARandan2

Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża’.

ARandan2

Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: «Qumu. La tibżgħux.»

ARandan2

Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu.

ARandan2

Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom:

ARandan2

«Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.»

ARandan2

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

ARandan2

top related