diĊembru 2020 - signumfideimalta · 2020. 11. 30. · hieni min jagħarfek u jiftaħlek qalbu. iva...

66
DIĊEMBRU 2020 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 26-Jan-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • DIĊEMBRU 2020

    Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

  • SIGNUM FIDEI 1

    S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Il-Fehma tal-Papa Franġisku għal dan ix-xahar ta’ Diċembru: Tema: Għal ħajja ta’ talb Nitolbu: Nitolbu biex ir-relazzjoni personali tagħna ma’ Ġesù Kristu nsostnuha bil-Kelma t’Alla u ħajja ta’ talb Dati importanti għax-xahar ta’ Diċembru : 8 ta’ Diċembru: It-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija 15 ta’ Diċembru: Tibda n-Novena tal-Bambin Ġesù 25 ta’ Diċembru: It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu 26 ta’ Diċembru: San Stiefnu l-Ewwel Martri. 27 ta’ Diċembru: Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi Nota importanti:

    Din il-ħarġa ta’ Diċembru issa hija wkoll aċċessibbli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda ta’

    Fidi

    Fidi

    - DIĊEMBRU 2020 - 2011 -

    EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH.

    San Ġwann Battista De La Salle

    http://signumfideimalta.wordpress.com/

  • 2 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, l-1 ta’ Diċembru Il-Beatu Charles De Foucauld

    San Edmond Campion u San Robert Southwell - presbiteri u sħabhom San Andrija - appostlu

    Il-Beatu Ġwanni ta’ Vercelli - presbiteru “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 11: 1-10 Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej. 2. Salm71: 2.7-8.12-13.17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran għal

    dejjem. 3. Luqa 10: 21-24 Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu. IL-BEATU CHARLES DE FOUCAULD (1858-1916) Charles de Foucauld twieled fi Strasbourg, fi Franza, u safa ltim meta kellu

    6 snin. Nannuh min-naħa ta’ ommu, li kien raġel għani, rabba’ lilu u lil oħtu 3 snin iżgħar minnu.

    Għadda żgħożitu fix-xalar. Wara li ngaġġa suldat, kellhom ikeċċuh minħabba imġibtu. Imma mbagħad reġa’ qabad il-karriera militari u fl-1883, mar fi spedizzjoni fid-deżert tal-Marokk u kiteb deskrizzjoni tajba ħafna ta’ dan il-pajjiż li rebbħitu midalja tad-deheb mis-Soċjetà Ġeografika Franċiża.

    Huwa kkonverta għal ħajja reliġjuża fl-1886 meta kellu 28 sena wara li kien mar għal parir għand is-saċerdot Henri de Huvelin li mbagħad baqa’ jgħinu fid-direzzjoni spiritwali. Sentejn wara Charles mar pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa.

    Wara esperjenza bħala Trappista fis-Sirja u bħala eremit f’Nazzaret, huwa kien ordnat saċerdot fl-1901 meta kellu 43 sena.

    Għex fil-faqar, fil-kontemplazzjoni u fl-umiltà, jagħti xhieda ta’ mħabba, fraternità fost l-Insara, il-Lhud u l-Musulmani. Huwa kien jaf tajjeb l-Għarbi u l-Lhudi.

    Biex jimita l-ħajja moħbija ta’ Ġesù f’Nazzaret, de Foucauld mar jgħix f’Tamanrasset, fil-qalba tad-deżert tas-Saħara.

    Kiteb diversi kotba fuq it-Twareg, membri tal-poplu Berberu tas-Saħara tal-punent u ċentrali, fosthom ktieb tal-grammatika u dizzjunarju Franċiż-Tuareg.

    Huwa kellu ħsieb iwaqqaf il-Fraternità tal-Qalb Imqaddsa. Magħrufin bħala l-Aħwa ż-Żgħar ta’ Ġesù, bl-iskop li jevanġelizzaw it-Twareg. Din il-ħolma tiegħu saret realtà wara mewtu permezz ta’ Dun Réné Voillaume u ta’ Sr. Magdeleine Hutin.

    Charles de Foucauld kien maqtul b’tir fl-1 ta’ Diċembru 1916 waqt l-irvellijiet fost il-Berberi ta’ Hoggar.

    Kien iddikjarat beatu fit-13 ta’ Novembru 2005.

  • SIGNUM FIDEI 3

    Riflessjoni: Il-ferħ tal-Vanġelu hu dak li ħadd u xejn ma jista’ qatt jeħdilna (ara Ġw. 16:22). Il-ħażen tad-dinja tagħna – u dak tal-Knisja – qatt m’għandu jkun skuża biex innaqqsu l-impenn tagħna u l-ħeġġa tagħna. Neħduhom bħala sfidi biex nikbru. Iktar minn hekk, il-ħarsa tal-fidi għandha l-ħila tagħraf id-dawl li l-Ispirtu s-Santu dejjem ixerred qalb id-dlamijiet, bla ma tinsa li “fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja” (Rum. 5:20). Il-fidi tagħna hi sfidata biex ixxomm mill-bogħod dak l-inbid li l-ilma jista’ jinbidel fih, u biex tiskopri l-qamħ li jikber qalb is-sikrana. Ħamsin sena wara l-Konċilju Vatikan II, anki jekk qalbna tuġgħana quddiem il-miżerji ta’ żmienna u ninsabu ’l bogħod minn ottimiżmu inġenwu, iktar realiżmu m’għandux ifisser inqas fiduċja fl-Ispirtu u lanqas inqas ġenerożità.

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika, Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, it-2 punt Those who teach are only God’s voice. The word that makes God known to those whom they instruct must come from him; it is God who speaks in teachers when they explain him and what is related to him. This is why Saint Peter says, If any speak, let it always be clear that God is speaking by their mouth; if any fulfill a ministry, let them do so as acting only by the power God communicates to them, so that in all things God may be glorified through Jesus Christ. Saint Peter also says on the subject of the truth he was preaching, I will never give up warning you of these things, even though you already know the truth about them, and it is established in you He adds, We have the word of the Prophets, which is firmly established and to which you do well to be attached, for it is like a lamp shining in a dark place until the day dawns and the morning star rises in our hearts. It was not through human will that in times past prophecy was uttered; rather, it was by the movement of the Holy Spirit that these prophets of God spoke

    TALBA Missierna li inti fis-smewwiet;

    Inti qatt ma timponi lilek innifsek fuq il-bnedmin,

    imma toqgħod wara l-bieb u tħabbat. Hieni min jagħarfek u jiftaħlek qalbu.

    Iva Mulej! Jien nixtieq nilqgħek u niftaħlek il-bieb ta’ ħajti. Idħol u għammar għandi

    u b’hekk inkun nista’ nieħu t-triq tal-“Qaddej”, ibnek l-Għażiż, il-Mulej,

    li jgħix miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, issa u għal dejjem.

    Bro. Louis Camilleri

    Missierna ...

  • 4 SIGNUM FIDEI

    L-Erbgħa, it-2 ta’ Diċembru Santa Bibjana - verġni u martri

    Il-Beata Marija Anġela Astorch - verġni Il-Beatu Rafel Chylinski - presbiteru

    Il-Beatu Ġwanni Ruybroeck

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 25: 6-10a Sidi l-Mulej jagħmel għall-popli kollha mejda b’ikel fin u jixxotta d-dmugħ minn fuq kull wiċċ. 2. Salm 22: 1-6 Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj. 3. Mattew 15: 29-37 Ġesù fejjaq ħafna morda u qasam il-ħobż. IL-BEATA MARIJA ANGELA ASTORCH (1592-1665) – verġni Il-Beata Marija Angela Astorch twieldet fl-1 ta’ Settembru tal-1592, fi

    Spanja. Kienet ir-raba’ wild ta’ familja reliġjuża ħafna u trabbiet f’devozzjoni kbira.

    Fis-16 ta’ Settembru tal-1603, fl-età ta’ 11-il sena, daħlet mas-sorijiet tal-Klarissi u sitt snin wara ħadet il-professjoni reliġjuża.

    Ftit snin wara waqqfet monasteru f’Żaragoza, fi Spanja, u fl-1627 saret il-Badessa.

    Imbagħad fit-2 ta’ Ġunju fl-1645, waqqfet monasteru ieħor fi Spanja wkoll, f’Murcia, fejn serviet ta’ Badessa sal-1661

    Kienet tgħaddi ħafna mill-ħin tagħha tistudja l-Kitbiet Sagri, kif ukoll il-kittieba kbar tal-Knisja. Dan ispiraha biex tikteb il-Brevjar, skema ta’ talb u innijiet għal kuljum.

    Marija Angela, kienet mistika u viżjunarja, kienet tara u tkellem l-Anġlu Kustodju tagħha.

    Mietet fit-2 ta’ Diċembru tal-1665 u fid-29 ta’ Settembru 1850, ġiet venerata mill-Beatu Papa Piju IX, għall-virtujiet erojċi tagħha.

    Kienet ibbeatifikata fit-23 ta’ Mejju 1982, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, ir-Raba’ Ktieb, kap. 3: Agħtini lilek innifsek, u xejn ma rrid iżjed għaliex barra minnek ebda ħaġa ma tista’ ssabbarni. Mingħajrek ma nistax ngħaddi; u jekk ma żżurnix int, ma hemmx le ħajja għalija. Għalhekk jeħtieġli ta’ sikwit nersaq lejk, u nilqgħek f’dari għas-saħħa ta’ ruħi: għax inkella naqa’ għajjien fit-triq, jekk jiġi jonqosni dan l-ikel tas-sema. Għaliex int, o Ġesù kollok ħniena, meta kont tgħallem lin-nies u tfejjaqhom mill-mardiet tagħhom, kont għidt: ‘’Ma rridx nibgħathom f’darhom sajmin, biex ma jħosshomx ħażin fit-triq.’’ Imxi mela hekk miegħi, int li ħallejtilna lilek innifsek f’dan is-sagrament għall-faraġ tal-ħbieb tiegħek. Għaliex int l-għajxien ħelu tar-ruħ; u min jirċevik kif jixraq isir werriet u jmissu sehem mill-

  • SIGNUM FIDEI 5

    glorja eterna. Billi jiena ta’ sikwit niżloq fid-dnub, u bħalxejn nibred u nitgħażżen, jeħtieġli bit-talb fil-ġabra u l-qrar u bit-tqarbin ta’ ġismek l-imqaddes, niġġedded, nitnaddaf, u nitħeġġeġ bl-imħabba, għaliex aktar ma nitbiegħed mit-tqarbin, aktar ma nżommx mal-fehmiet tajba tiegħi. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.1, it-2 parti It is not only the wicked who need to be afraid of the Last Judgment because of the evil life they have led. It will be a harrowing experience for the good as well as the wicked, says Saint Augustine. For, asserts Saint Jerome, there will be few, in fact there will be none, in that general gathering who will not deserve to be reproved with severity and anger by the Judge. This is why, he adds, there is no soul that does not fear God’s judgment, for the stars themselves, meaning the saints, will not be pure in his presence. It will be very difficult, this holy doctor continues, to find anyone pure and irreproachable enough to appear before this Judge with assurance and dare to say, who will convict me of sin? Because of this, says Saint Ephrem, all creatures will be penetrated with fear, and all the legions of holy angels will shudder on the great day of the Lord’s vengeance. The main reason why the just themselves will fear while awaiting the Last Judgment is that we will have to give an account not only of the idle words we have spoken, as Jesus Christ says in the Gospel, but even of the good works we have performed, according to what God declares through the Royal Prophet: I will judge justices, meaning all the good that we have accomplished during our life. He will probe it to see if it was truly good and whether anything defective can be found in it. Who of us, then, will not fear God’s judgment?

    TALBA

    O Missier, it-traġedja kerha tad-dnub ta’ Adam

    hi ferm megħluba mill-grazzja infinità tal-ħniena tiegħek lejna.

    Għaliex ibnek mhux biss ħassar l-effetti tad-dnub oriġinali,

    imma qajjimna miegħu biex naqsmu l-istat divin tiegħu bħala Iben Alla.

    Ammen. ‘Doorway to Faith’ Missierna ...

    Il-Ħamis, it-3 ta’ Diċembru San Franġisk Saverju - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

  • 6 SIGNUM FIDEI

    Qari: 1. Iżaija 26: 1-6 Jidħol poplu ġust li jżomm is-sewwa. 2. Salm 117: 1 u 8-9.19-21.25-27a Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! 3. Mattew 7: 21.24-27 Min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet jidħol fis-Saltna tas- Smewwiet.

    SAN FRANĠISK SAVERJU (1506-1552) - saċerdot Dan il-qaddis jista’ jitqies bħala wieħed mill-akbar missjunarji tal-Knisja,

    uħud iqabbluh mal-appostlu San Pawl. Minħabba f’hekk ġie maħtur patrun tal-missjonijiet.

    Bħall-missier spiritwali tiegħu Sant’Injazju minn Loyola, Franġisk kien Spanjol ta’ razza Baska. Kellu f’moħħu li jagħmel isem bħala studjuż magħruf u duttur tal-Filosofija.

    Ta’ 18-il sena daħal fl-Università ta’ Pariġi biex jistudja l-Filosofija u ħa l-grad mill-kulleġġ ta’ Santa Barbara. Hawn iltaqa’ u sar ħabib ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola. Injazju, li kien jaf bl-ambizzjonijiet ta’ Franġisku Saverju, kien ifakkru ta’ spiss fi kliem Ġesù: “X’jiswielu l-bniedem jakkwista d-dinja kollha u mbagħad jitlef ruħu?”

    Ta’ 28 sena ċeda għall-ideali għoljin t’Injazju, wara li kien ilu jgħix fl-istess kamra miegħu u mal-Beatu Pietru Favre fl-Università ta’ Pariġi għal erba’ snin.

    Seba’ Ġiżwiti ntagħżlu għall-missjoni, iżda fl-aħħar minuta Franġisk kellu jieħu post wieħed minnhom li ma setax jagħmel il-vjaġġ. “Ix-xogħol f’idejk!”, qallu Injazju.

    Franġisk kellu jħalli Ruma għall-Portugall fi żmien 24 siegħa. Hu aċċetta bil-ferħ u beda jraqqa’ qalziet qadim u suttana biex jeħodhom miegħu. F’dan kollu wera faqar, sempliċità u tfittxija għar-rieda ta’ Alla fl-ubbidjenza u t-talb li kkaratterizzaw il-ħidma tiegħu fil-missjoni.

    Matul l-għaxar snin ta’ xogħol fil-missjonijiet hu vvjaġġa fil-biċċa l-kbira tal-Lvant imbiegħed bħala nunzju papali u superjur Ġiżwita. Hu ħalla warajh f’kull post li għadda knejjes jiffjorixxu, li diversi minnhom komplew sa żminijietna.

    Kellu xewqa kbira li jmur iċ-Ċina u jxandar il-vanġelu f’dak il-pajjiż kbir. Franġisk miet bla ma laħaq irċieva s-sagramenti u mingħajr difna Nisranija, waqt li kien fuq il-gżira ta’ Sancian, ħdejn Hong Kong, jistenna lil wieħed negozjant li wegħdu li kellu jdaħħlu bil-moħbi fiċ-Ċina. Kellu 46 sena.

    San Franġisk Saverju kien iddikjarat qaddis, flimkien ma’ Sant’Injazju Loyola fl-1662 mill-Papa Girgor XV.

    Riflessjoni: Il-proposta hi li ngħixu fuq livell ogħla, imma mhux b’inqas intensità: “Il-ħajja nsaħħuha meta nagħtuha lill-oħrajn, u ndgħajfuha meta ninqatgħu għalina nfusna u nitgħażżnu fil-kumdità. Fil-fatt, dawk li l-iżjed jisfruttaw il-possibbiltajiet li tagħtihom il-ħajja huma dawk li jħallu x-xatt żgur u jingħataw b’ruħhom u

  • SIGNUM FIDEI 7

    ġisimhom għall-missjoni li jwasslu l-ħajja lill-oħrajn”. Meta l-Knisja ssejjaħ għall-impenn tal-evanġelizzazzjoni, ma tkun tagħmel xejn ħlief turi lill-Insara d-dinamiżmu veru tar-realizzazzjoni personali tagħhom: “Hawn niskopru liġi oħra profonda tar-realtà: il-ħajja tikber u timmatura skont kemm nagħtuha għall-ħajja tal-oħrajn. Fl-aħħar mill-aħħar, din hi l-missjoni”. Mela, min jevanġelizza m’għandux ikollu l-ħin kollu wiċċ ta’ funeral. Ejjew niksbu mill-ġdid u nikbru fil-ħeġġa għal “dak il-hena ħelu, li jagħti l-qawwa tal-evanġelizzatur, anki meta jkollna niżirgħu fid-dmugħ […] Jalla dan ikun il-ferħ kbir ta’ ħajjitna kkonsagrata. U jalla d-dinja ta’ żminijietna, li qiegħda tfittex, kultant bi qsim il-qalb, kultant bit-tama, jirnexxielha tirċievi l-Aħbar it-Tajba mhux mingħand evanġelizzaturi bla ħeġġa, qalbhom maqtugħa, bla sabar u anzjużi, iżda mingħand ministri tal-Vanġelu ta’ ħajja mkebbsa bil-ħeġġa, li rċevew il-ferħ ta’ Kristu” (Papa Pawlu VI)

    Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79, l-1 parti After Saint Francis Xavier joined Saint Ignatius and made a spiritual retreat under his direction, he resolved to give himself entirely to God. He had a great love for suffering, especially the mortification of his body and his senses. This spirit led him to undertake extraordinary penances. From time to time, he went three or four days without eating, and when he did eat, he abstained not only from meat and wine but also from wheat bread, and he was satisfied with the coarsest kind of food used by the poor. To mortify his body, he used a discipline made of metal, and he beat himself so roughly that blood flowed freely from the wounds he made. He slept very little, lying on a bit of straw on the ground… By a life mortified like this, the saints who worked the most for the salvation of souls prepared and conditioned themselves to achieve very great results in this ministry. Because God has called you to such an exalted work, if you cannot practice these great mortifications, at least you ought to mortify your senses and your own spirit, which must no longer live in you, for God asks you not to live and to be guided except by his divine Spirit.

    TALBA Missier Alla,

    agħmel li l-Ispirtu s-Santu ikebbes fija xewqa kbira

    li naqsam mal-oħrajn l-esperjenza tiegħi ta’ Ġesù ta’ Nazzaret,

    il-Mulej ta’ ħajti. Ammen. ‘Doorway to Faith’ Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Robert of Mary Pace (1970) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Il-Ġimgħa, l-4 ta’ Diċembru San Ġwann Damaxxenu – presbiteru u duttur tal-Knisja

    Santa Barbara – verġni u martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 29: 17-24 Dakinhar għajnejn l-għomja jaraw. 2. Salm 26: 1.4.13-14 Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Mattew 9: 27-31 Żewġ għomja jitfejqu għax jemmnu fil-Mulej. SANTA BARBARA (ċ.273- ....) - verġni u martri Il-ħafna leġġendi li nsibu fuq il-ħajja ta’ din il-qaddisa jagħmluha ħaġa

    diffiċli biex inkunu nafu sewwa ġrajjietha. Hi kienet waħda mill-qaddisin l-aktar popolari taż-żminijiet tan-nofs – waħda mill-“14-il Qaddis Awżiljaturi”.

    L-istorja tagħha tgħid li hi kienet minn Nikomedja, u twieldet għall-ħabta tas-sena 273. Bejn is-snin 286-287 hi marret toqgħod fir-raħal ta’ Scandriglia, illum fil-provinċja ta’ Rieti, fl-Italja Ċentrali, minħabba li missierha, jismu Dijoskoru, kien impjegat mal-Imperatur Massimiano Erkulew.

    Il-konverżjoni ta’ Barbara għar-reliġjon Nisranija rrabbjat lil Dijoskoru u t-tfajla ħteġilha taħrab f’bosk wara li kienet qerdet l-idoli fil-villa ta’ missierha. Meta sabuha kienet meħuda quddiem il-Prefett Marċjanu.

    Waqt il-proċess Barbara ddefendiet it-twemmin tagħha u ħeġġet lil missierha, lill-prefett u lil dawk preżenti biex jiċħdu t-twemmin pagan u jsiru Nsara.

    Minħabba f’hekk hija ġiet maħqura u maqtula minħabba l-fidi tagħha, minn missierha stess, billi qatgħalha rasha.

    Il-leġġenda tagħha tgħid ukoll li ftit wara sajjetta ħalliet mejjet lil missierha. Minħabba f’hekk Santa Barbara hi msejħa kontra s-sajjetti u hi patruna ta’ dawk li jaħdmu fil-minjieri, artillieri u ta’ dawk kollha li jaħdmu fl-esplossivi. Hi patruna wkoll tal-periti u tal-bennejja.

    Fdalijiet tagħha jinsabu fil-katidral ta’ Rieti. Fil-Belt Valletta hemm knisja żgħira ddedikata lilha fi Triq ir-Repubblika, li

    fiha ssir quddies b’diversi ilsna, speċjalment għat-turisti Ġermaniżi. Riflessjoni: Jekk tgħid lil xi ħadd fuq xi ħaġa li qatt ma raha, u lanqas ma jaf xi ħaġa li tixbaħha biex tgħinu, huwa jseħħlu iva jiftakar isimha, iżda qatt mhu se jimmaġina kif inhi fil-realtà. Hu dan li jiġri, ngħidu aħna, lill-għama li jitwieled hekk mit-twelid, dwar il-kuluri. U l-istess jiġri lilna fil-każ tal-fidi: hija tgħarrafna ħwejjeġ li aħna ma rajniex u lanqas li jixbħu ħwejjeġ oħra. Nistgħu biss noqogħdu fuq dak li jgħidulna dwarhom bl-għajnuna tad-dawl tal-għarfien naturali. Naslu biss biex naċċettaw dak li nisimgħu, mingħajr ma nistħajluh qrib

  • SIGNUM FIDEI 9

    l-għarfien tas-sensi tagħna. Għalhekk il-fidi hija għar-ruħ bħal lejl mudlam ċappa. Minkejja dan, il-fidi ġġib magħha d-dawl: għarfien mogħni b'ċertezza assoluta, li jiżboq kull għerf u xjenza, u li biss fil-kontemplazzjoni perfetta, nistgħu naslu biex ikollna idea eżatta tal-fidi. Fil-fatt hemm miktub: “Jekk ma temmnux ma taslux biex tifhmu” (Is. 7,9).

    Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, silta mit-3 punt At the sight of Jesus Christ, Saint Thomas, filled with this light and this conviction inspired by faith, cannot keep from crying out: My Lord and my God! because up to then he saw Jesus Christ only with eyes weakened and blinded by the darkness of incredulity. He was not able to perceive the divinity veiled beneath the shadows of human nature. But now, thanks to this light of faith, which the presence of the Risen Savior strongly imparted to him, he sees all that is divine in our Lord. His faith, strengthened this way, gives him the courage to confess that he who had died on the cross and had been buried in the tomb is his Lord and his God. In this way a soul is filled with views of faith and is so raised up into the life of God that it no longer understands things apart from God; it values everything in terms of God and finds no joy except in God. As a result, it can no longer be preoccupied by anything but God, because, enlightened by this supernatural radiance, it no longer feels any interest in worldly things and looks upon them only with disdain.

    TALBA O Alla ta’ mħabba,

    oħloq fina għajn ta’ ferħ, qanqal fina spirtu lest għaż-żifna,

    ħeġġeġ ġewwa fina nar ta’ kuntentizza, rawwem fina għanja ta’ radd il-ħajr,

    għaliex inti huwa DAK li ġej biex tfejjaq u tbierek.

    Ammen Missierna ...

  • 10 SIGNUM FIDEI

    Is-Sibt, il-5 ta’ Diċembru San Saba - abbati

    Il-Beatu Niels Stensen (Nikola Steno) - isqof Il-Beatu Bartilmew Fanti - presbiteru Il-Beatu Filippu Rinaldi - presbiteru

    Il-Beatu Plaċidu Riccardi - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 30: 19-21,23-26 Il-Mulej iħenn għalik mal-ħoss tal-għajta tiegħek. 2. SALM 146 : 1-6 Alla ġust hu l-Mulej; henjin dawk li jafdaw fih. 3. Mattew 9: 35 - ;10: 1,6-8 Ra n-nies u tħassarhom. IL-BEATU NIELS STENSEN (Nikola Steno) (1638 - 1686) - isqof L-isem ta’ Niels Stensen aktarx hu l-aktar magħruf mill-istudjużi tal-

    Ġeoloġija. Dawn f’Kungress li kellhom f’Bolonja fl-1881 iddikjarawh l-aqwa fosthom. Fi rħama li twaqqfet f’ġieħu, f’San Lorenzo f’Firenze, hu msejjaħ studjuż straordinarju tal-Ġeoloġija u tal-Anatomija.

    Niels Stensen (jew kif isibuh oħrajn Nikola Steno) twieled f’Kopenhagen fid-Danimarka, fl-1 ta’ Jannar 1638. Tilef ’il missieru meta kien għad kellu sitt snin. Bħala żagħżugħ daħal l-università jistudja l-mediċina.

    Billi kien tat-tajjeb, siefer biex ikompli jistudja lejn bliet Ewropej, fosthom Amsterdam (l-Olanda) fejn beda r-riċerki xjentifiċi tiegħu. Għamel diversi skoperti importanti, fosthom li hija l-glandola li tikkomunika l-widna mal-ħalq. Irnexxielu wkoll janalizza l-glandoli tad-dmugħ, tal-muskoli u tal-qalb.

    Ta’ 26 sena daħal l-Università ta’ Lerida (Spanja) fejn iltaqa’ mal-għaref Spinoża li tiegħu sar ħabib kbir. Minn hemm mar Pariġi fejn beda l-istudji tiegħu tal-Embrijoloġija u l-Anatomija. Żar ħafna bliet oħra ta’ Franza jagħmel konferenzi u fl-aħħar mar Firenze li saret it-tieni patrija tiegħu.

    Hu kien studjuż kbir tal-Ġeoloġija u interessa ruħu wkoll dwar l-Arkeoloġija tal-gżira tagħna. Mhux ħaġa kbira li anki żar Malta.

    Fl-1667, meta kellu 29 sena, megħjun minn xi ħbieb u wara maturazzjoni intelletwali u spiritwali, Niels Stensen ħaddan il-fidi Kattolika minn dik protestanta. Hu ma waqafx fil-ħidma xjentifika tiegħu u kompla bil-vjaġġi jagħmel riċerki biex jipperfezzjona ruħu kemm jista’ jkun.

    Fl-1675 sar saċerdot. Kellu 35 sena. Minn dak il-mument fittex li jkun kollu kemm hu ta’ Alla. Skont kliemu stess hu ried jagħti lil Alla l-aħjar li kellu u jagħtihulu bl-aħjar mod possibbli. Sentejn wara ġie kkonsagrat isqof u mibgħut bħala awżiljarju ta’ Munster, fil-Westfalja. Ta ruħu biex jgħin kif jista’ lil ftit Kattoliċi f’dawk l-artijiet, mhedda kif kienu bil-propaganda qawwija tal-luteraniżmu. Minn Munster intbagħat f’Hamburg, u wara, fi Schwerin, fejn kien bħala sempliċi missjunarju biex ikun aktar qrib il-fidili.

  • SIGNUM FIDEI 11

    L-apostolat tiegħu bħala saċerdot u bħala isqof ma kellux wisq suċċess għax madwaru kien hemm ambjent mill-aktar ostili, maħkum minn protestanti ħorox u mill-politika u forza qawwija.

    Il-Beatu Nikola Steno miet fil-belt ta’ Schwerin (Ġermanja) fil-5 ta’ Diċembru 1686, ta’ 49 sena neqsin xahar. Wara li kien midfun fil-katidral tal-post, il-fdal tiegħu ttieħed sena wara fil-knisja ta’ San Lorenzo ġewwa Firenze.

    Hu kien ibbeatifikat mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fit-23 ta’ Ottubru 1988. Waqt id-diskors tal-beatifikazzjoni, il-Papa tenna aktar minn darba li “l-fidi u x-xjenza mhumiex kontra xulxin, imma l-waħda tikkomplementa lill-oħra.”

    Riflessjoni: Kemm huma kbar il-poteri mogħtija minn Ġesù lit-tnax "is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard ". Dawn huma l-poteri li kien qed juża hu stess u issa qed jgħaddi lid-dixxipli tiegħu. Naturalment, m'għandhomx jużawhom għall-qligħ tagħhom stess imma għall-ġid ta' ħaddieħor: "B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu". Dawk kollha fil-ministeru llum iridu jiftakru li s-sejħa biex jgħaqqdu hi mhux biex jagħmlu l-flus, u lanqas is-suċċess fil-missjoni tagħhom ma għandha tidher f'termini ta' dħul annwali. Kull offerta li tingħata mill-fidili għandha tkun meqjusa bħala offerta ta' gratitudni, offerta ta' mħabba aktar milli bħala ħlas, għall-valur tas-servizz tal-ministeru - quddies, qrar, predikazzjoni, fejqan, pariri, eċċ., - li huwa imprezzabli.

    My Daily Gospel, 2020

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 40, silta mill-1 punt Jesus Christ, having come to this earth only to give us a new law and to accomplish the mysteries of our redemption and having entirely fulfilled everything relating to the duties of his ministry as Legislator and Redeemer, had nothing left to keep him in this world. He seemed to be in a sort of constrained condition, for the center of his glorious body was in heaven, and his proper place was at the right hand of his Father. But the dealings he was still obliged to have on earth made it necessary for him to veil the radiance of his glory in his apparitions to his disciples.

    TALBA O Alla, matul dan l-Avvent

    agħmel li d-dawl tal-paċi u l-imħabba jiddu mad-dinja kollha.

    Agħtina l-għajnejn biex naraw is-sinjal tal-preżenza tiegħek fid-dinja.

    Għinna nħejju l-ħajja tagħna u d-djar tagħna biex nilqgħu lil DAK li qal

    ‘jiena d-dawl tad-dinja’. Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

    Missierna ...

  • 12 SIGNUM FIDEI

    Il-Ħadd, is-6 ta’ Diċembru It-Tieni Ħadd tal-Avvent

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 40: 1-5,9-11 Ħejju t-triq għall-Mulej. 2. Salm 84 : 8-14 Uri lilna,Mulej, it-tjieba tiegħek. 3. 2Pietru 3: 8-14 Nistennew li jiġu smewwiet ġodda u art ġdida. 4. Mark 1: 1-8 Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Jekk hu diffiċli nifhmu għaliex daqstant entużjażmu madwar bniedem bħalma kien il-Battista, li jistaħba fid-deżert, jilbes u jgħix bħal tallab, jiekol l-imbarazz, u mhux talli ma jagħmilx mirakli imma jħeġġeġ għal penitenzi ħorox, hu tant ieħor diffiċli nifhmu kif it-tħabbira tal-għeġubijiet kbar li kellhom iseħħu kienet tintlaqa’ min-nies li kellhom ħajja iebsa mimlija diżappunti. Konna nifhmuhom kieku kienu jiddubitawh xi ftit. Għax nafu kif imorru l-affarijiet; il-profeti s-soltu jispiċċaw ħażin, il-ħolm tagħhom jinbidel f’biża’ u jkunu l-fqar li jħallsu l-prezz. Fil-fatt l-esperjenza tgħallimna li l-affarijiet sbieħ, barra li huma rari, jiġru dejjem lill-istess nies; il-fqar, iżjed ma jidraw ir-realtà iebsa malajr iktar ikun aħjar għalihom.

    Allura x’inhu s-sigriet ta’ dan il-personaġġ, skomdu imma li fl-istess ħin isaħħar il-folol għal warajh? Kif jindunaw li l-messaġġ tal-bidla imminenti tar-realtà li tagħti sens lil ħolma antika ta’ sema ġdida u art ġdida, mhix illużjoni oħra? Kif in-nies ġa imġarrbin b’ħajja iebsa, jaċċettaw l-istedina għall-indiema u joqogħdu għall-esiġenzi iebsa tiegħu, impenn, sagrifiċċji, ċaħdiet? Il-fatt hu li l-verità u t-tjieba tal-messaġġ huma mwettqa mill-kredibiltà tal-messaġġier: Ġwanni ma jitlob xejn lil ħaddieħor jekk ma jkunx diġà jagħmlu hu stess, u l-imsejknin jemmnuh għax hu wieħed minnhom: kif tista’ ma tafdax lil xi ħadd li jgħix, jitkellem, jiekol, jilbes u jbati miegħek u bħalek?

    Mhux hekk biss jekk Ġwanni jirnexxielu jkaxkar in-nies fid-deżert, mhux biex isaħħarhom b’xi illużjoni jew b’xi dehra, imma għaliex f’dawn il-postijiet imwarrba titgħallem tiddixerni dak li tassew jgħodd, tiskopri l-essenzjali; għax fis-silenzju bla qies, fil-kaos ta’ ilħna u sejħiet tal-ħajja, titgħallem tagħżel l-uniku leħen li jħabbar xi ħaġa ġdida, leħen tant awtentiku li jagħmel possibbli l-laqgħa miegħek innifsek, ma’ Alla u mal-oħrajn fil-verità.

    Jekk il-Battista jidher kredibbli anke għal dawk li huma l-iktar eżiġenti, dawk l-imwarrbin li jiddubitaw l-apparenza sabiħa u l-kliem sabiħ, hu għaliex ma jitkellimx fuqu nnifsu, ma jpoġġix lilu nnifsu bħala mudell għall-oħrajn, fuq kollox ma jippretendix li hu xi salvatur. Min jisimgħu fil-fatt jaf

  • SIGNUM FIDEI 13

    li qiegħed jisma’ “l-leħen”, mhux kien li kien, imma l-uniku li juri fost tant kliem, il-kelma ħajja t’Alla li hu l-Mulej Ġesù. Min ifittxu jsib fih biss “musbieħ” imma wieħed li jista’ jixgħel fih id-dawl tad-dinja ’l Kristu; min jimxi warajh, jisimgħu jgħid li hu biss il-ħabbar, il-prekursur, imma fil-verità hu l-uniku wieħed li jaf u jħejji t-triq għal Dak li għandu jiġi.

    Il-Battista jiġbed il-folol għax hu onest, għax xi ħadd bħalu tista’ tafdah, ma jidħaqx bik, ma jippretendix li jaf kollox kif jagħmlu ħafna. Huwa bniedem tajjeb; wieħed li għamel lil Alla t-teżor tiegħu, il-proxxmu l-missjoni tiegħu, l-imħabba lejn il-verità, is-siġill ta’ ħajtu; kif nistagħġbu li Ġesù pproklamah l-ikbar wieħed fost dawk imwielda min-nisa?

    Huma nies bħal Ġwanni l-Battista li għandha bżonn il-Knisja tagħna llum biex tkun kredibbli f’għajnejn id-dinja li għandha bżonn tal-ġenn biex tara ’l Alla, iktar milli tisma’ dwaru; biex inħallu mkebbsa, it-tama tal-fqar u tal-midinbin li jistennew il-bxara t-tajba tas-salvazzjoni divina. Minn “La Realtà é Cristo” Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt Saint John the Baptist, while in prison where he had been thrown by Herod’s command, sent two of his disciples to Jesus Christ to ask him whether he is the Messiah. This gave Jesus Christ the opportunity to praise Saint John before the people; he ended by saying that John is the man of whom it was written: “I am sending my angel before you, to prepare for you the path where you will walk.” You too, as well as Saint John, are angels sent by God to prepare a path for him, so that he can enter your heart and the hearts of your disciples. For this purpose you need to do two things: first, you must resemble the angels by your interior and exterior purity. Like the angels, you must be entirely detached from your body and from the pleasures of the senses, so that nothing seems to be left in you but your soul, which you are concerned about exclusively and which is the only object of your care.

    TALBA

    Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek.

    Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss.

    Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha

    tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss!

    Il-Kardinal John Henry Newman Missierna ...

  • 14 SIGNUM FIDEI

    It-Tnejn, is-7 ta’ Diċembru Sant’Ambroġ – isqof u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 35: 1-10 Alla ġej biex isalvakom. 2. Salm 84: 9-14 Alla ġej biex isalvana. 3. Luqa 5, 17-26 Rajna ħwejjeġ tal-għaġeb illum.

    SANT’AMBROĠ (ċ340-†397) - isqof ta’ Milan u duttur tal-Knisja Sant’Ambroġ kien l-iżgħar tifel fil-familja; iż-żewġ ħutu l-oħra, Sátiru u

    Marċellina, huma miżmuma b’qaddisin ukoll. Ambroġ twieled fi Trier (Treviri), fil-Ġermanja. Missieru, jismu wkoll Ambroġ, kien Ruman, prefett pretorjan tal-Gallja (Franza tal-qedem).

    Wara l-mewt tal-missier, il-familja reġgħet lura f’Ruma. Hemm Ambroġ sar avukat u kien magħruf għall-oratorja u l-għerf tiegħu. Is-suċċessi tiegħu wasslu lil Ancius Probus, il-prefett pretorjan tal-Italja, biex jaħtru l-assessur tiegħu.

    L-Imperatur Valentinjanu nnominah gvernatur ta’ żewġ provinċji, il-Ligurja u l-Emilja, bir-residenza tiegħu f’Milan, kariga li hu mexxa b’kapaċità u ġustizzja kbira.

    Fit-374, il-mewt ta’ Auxentius, isqof ta’ Milan u arjan, ġabet tilwim kbir bejn il-Kattoliċi u l-Arjani, kull naħa tiġġieled biex isir isqof kandidat imressaq minnha. Meta Ambroġ mar fil-katidral biex jipprova jikkwieta lin-nies u jżomm l-ordni, hu nnifsu ġie magħżul miż-żewġ naħat biex ikun l-isqof, minkejja li kien għadu katekumenu ta’ xi 35 sena. Ambroġ ma riedx jaċċetta, imma kien sfurzat li jagħmel hekk meta l-imperatur ikkonferma l-għażla. Hu tgħammed u fis-7 ta’ Diċembru 374 kien ikkonsagrat isqof.

    Hu ta kull ma kien jippossjedi u beda jistudja t-Teoloġija, il-Bibbja u l-kittieba kbar Insara taħt it-tutur li kellu qabel, Simpliċjanu, u beda jgħix ħajja ta’ awsterità kbira. Malajr hu sar l-aktar predikatur elokwenti ta’ żmienu u l-aktar oppożitur qawwi kontra l-Arjaniżmu fil-Punent.

    Sar il-kunsillier tal-Imperatur Grazjanu u fit-379 ipperswadih li jikkundanna l-Arjaniżmu fil-Punent.

    Kien Sant’Ambroġ li għammed lil S. Wistin. Huwa miet fis-Sibt Imqaddes tal-Għid, fl-4 ta’ April, tas-sena 397. Imma l-

    festa ta’ Sant’Ambroġ issir fis-7 ta’ Diċembru, il-jum ta’ meta kien ikkonsagrat isqof.

    Ambroġ kien difensur qawwi tal-indipendenza tal-Knisja kontra l-awtorità sekolari; iddefenda t-tagħlim tal-Knisja u ppopolarizza l-primat tal-Papa fil-Punent. Hu wieħed mill-ewlenin fit-tixrid tad-devozzjoni lejn il-Madonna u tkellem b’persważjoni fuq il-verġinità tagħha. Ambroġ kiteb diversi trattati, prietki u innijiet liturġiċi.

  • SIGNUM FIDEI 15

    Meta kien qed jispiċċa l-Imperu Ruman, Sant’Ambroġ kien wieħed mill-figuri kbar tal-Knisja bikrija u aktar minn kull bniedem ieħor kien responsabbli tal-qawmien tal-Kristjaniżmu fil-Punent.

    Huwa l-qaddis patrun tal-ikbar arċidjoċesi, dik ta’ Milan, fejn id-devozzjoni lejh hija waħda kbira ħafna.

    Riflessjoni: Meta Ġwanni qabeż bil-ferħ, Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu, imma nafu li għalkemm l-ispirtu ta’ Marija feraħ, hi ma kellhiex bżonn timtela bl-Ispirtu s-Santu. Lil hemm mill-għarfien tagħna, iben Marija huwa ħabrieki. Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu wara li ħarġet tqila bi Ġwanni, waqt li Marija hi mimlija bl-Ispirtu s-Santu qabel ma nisslet lill-Mulej. Eliżabetta tgħid: “Imbierka inti għax emmint”. Inti wkoll imbierek għax smajt u emmint. Ruħ li temmen iġġib u tnissel il-Kelma t’Alla u tgħarraf l-għemejjel tiegħu. Agħmel li r-ruħ ta’ Marija tkun f’kull wieħed minnkom biex ixxandru l-qawwa tal-Mulej. Ħallu l-ispirtu tagħha jkun fikom biex tifirħu fil-Mulej.

    Sant’Ambroġ, isqof ta’ Milan

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 81, it-2 parti When Saint Ambrose became a bishop, his natural eloquence became heavenly and completely divine. It served him so well in the conversion of souls that no one was able to resist him. With God’s help he had the power to convert Saint Augustine from a stubborn Manichean to one of the greatest doctors of the Church. This was also the reason why the heretics feared him and did not dare challenge him, because he alone was quite able to refute all of them. He joined to his eloquence and piety a marvelous power and firmness that were reinforced by his extraordinary disinterestedness. You do not need eloquence of this sort, but you do need to share in his apostolic zeal in order to labour usefully in your work of saving souls. Often ask God for the grace to touch hearts as he did. This is the grace of your state, for it would be of little use to those whom you instruct if, as Saint Paul says of the Jews, their minds remained blinded and hardened after so many instructions and if, after you have announced to them so many times the truths of the holy Gospel, a veil still remained over their hearts.

    TALBA Mulej Ġesù Kristu, re etern,

    Alla u bniedem, itfa’ ħarsa ta’ ħniena fuqi

    u isma’ t-talba tiegħi, għax jiena nafda fik. Ikollok ħniena minni,

    jien kollni mnikket u mimli nuqqasijiet għax il-kompassjoni tiegħek ma tintemmx.

    Sant’Ambroġ Missierna ...

  • 16 SIGNUM FIDEI

    It-Tlieta, it-8 ta’ Diċembru It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġenesi 3: 9-15,20 Innissel mibegħda bejn nislek u bejn nisel il-mara. 2. Salm 97: 1-4 Ngħannu lill-Mulej, għax għamel l-għeġubijiet. 3. Efesin 1: 3-6,11,12 Alla għażilna fi Kristu sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. 4. Luqa 1: 26-38 Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.

    SOLENNITÀ TAT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA Fl-ewwel jiem tal-Avvent, iż-żmien li fih nitħejjew għall-miġja fostna tal-

    iben ta’ Alla bħala bniedem, il-Knisja turina kif Alla nnifsu ħejja lil dik li kellha tagħtih il-ġisem uman u tagħmel il-festa tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija.

    Fit-8 ta’ Diċembru 1854, il-Papa Piju IX ddikjara solennement bħala domma tal-fidi illi “l-Imqaddsa Verġni Marija, in vista tal-merti ta’ Ġesù Kristu, il-feddej tal-bnedmin, sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha kienet, bi grazzja u bi privileġġ singulari ta’ Alla li jista’ kollox, meħlusa minn kull tebgħa tad-dnub oriġinali.”

    Twemmin speċifiku fid-duttrina tat-Tnissil bla Tebgħa żviluppa gradatament matul sekli ta’ riflessjoni devozzjonali u teoloġika fuq il-qdusija tal-Madonna. Diġà fis-seklu 2, il-kittieba tal-Knisja raw lil Marija bħala Eva l-ġdida; fis-seklu 5, il-Konċilju ta’ Efesu (431) ddefenda t-titlu tagħha ta’ “Omm Alla” (Theotokos). Sas-seklu 8 kienu ġeneralment rikonoxxuti li l-Madonna personalment kienet bla ebda dnub u l-festa tat-tnissil tagħha, għalkemm mhux speċifikament “immakulat” kienet tiġi ċelebrata fil-Lvant.

    Fis-seklu 12, Eadmer ta’ Canterbury kiteb l-ewwel trattat fuq il-konċepiment immakolat u ta bidu għall-ewwel dibattiti teoloġiċi fuq in-natura tal-ħelsien ta’ Marija mid-dnub. Kien il-Franġiskan Ingliż il-Beatu Ġwanni Duns Scotus li rebaħ l-aħħar oġġezzjoni li t-teoloġi kellhom, jiġifieri li jekk Marija kienet għal kollox preservata minn kull dnub, allura jiġi li Kristu ma kienx ikun il-Feddej tagħha. Scotus wieġeb: “Marija kellha bżonn ta’ Kristu bħala l-Feddej tagħha aktar minn kull bniedem, għaliex kienet tittebba’ bid-dnub oriġinali … kieku l-grazzja tal-Medjatur ma laqgħetlux minn qabel.”

    Il-festa tal-konċepiment immakulat iddaħħlet fil-kalendarju Ruman fl-1476 u sas-seklu 17, id-dinja Kattolika kienet tikber u tiżdied fl-entużjażmu dwar dan il-privileġġ singulari tal-Madonna.

    Fid-dehriet tal-Madonna lil Santa Katerina Labouré u lil Santa Bernardetta Soubirous l-Madonna wriet kemm hu għal qalbha dan il-privileġġ. F’tal-

  • SIGNUM FIDEI 17

    ewwel, il-Madonna talbet lil Katerina (Nov. 1830) biex fil-midalja li riditha xxerred ikun hemm il-kelmiet ‘O Marija mnissla bla dnub idħol għalina li nirrikorru lejk’. Lil Bernardetta, fid-dehra tal-25 ta’ Marzu 1858, għall-mistoqsija li għamlet lill-Madonna biex tgħidilha min kienet, weġbitha ‘Jiena l-Konċizzjoni Immakulata’.

    Ġakulatorja għażiża marbuta mal-privileġġ tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija jixraq li llum ngħiduha b’mod speċjali: O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlgħalna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija.

    Riflessjoni: Tul iż-żminijiet il-Knisja ntebħet li Marija, “mimlija bil-grazzja” minn Alla (Lq. 1,28), ġiet mifdija sa mit-tnissil tagħha. Hu dan li tistqarr id-domma tat-Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija, ipproklamat fl-1854 mill-Papa Piju IX: L-Imqaddsa Verġni Marija, sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha, bi grazzja u favur singulari ta’ Alla li jista’ kollox, f’ġieħ il-merti magħrufin minn qabel ta’ Ġesù Kristu, is-Salvatur tal-bnedmin kollha, kienet għal kollox ħielsa minn kull tebgħa tad-dnub tan-nisel. Din “il-qdusija singulari tassew tal-għaġeb” li biha Marija “kienet imżejna sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha” ġietha kollha kemm hi minn Kristu: “ġiet mifdija b’mod tal-għaġeb f’ġieħ il-merti ta’ Binha”. Aktar minn kull persuna oħra maħluqa, il-Missier “imlieha b’kull xorta ta’ barka spiritwali fis-smewwiet fi Kristu” (Ef. 1,3). “Għażilha fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja biex tkun qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba” (Ef. 1,4). Katekeżi tal-Knisja Kattolika (490-491)

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: From all eternity, God destined the Most Blessed Virgin to be the mother of his Son and so formed her in soul and in body that she was worthy to hold him in her womb. This is why he preserved her from anything that could be the least displeasing to him. Because it would have been a disgraceful thing for the mother of God to have had anything to do with sin, God, by an entirely special privilege, exempted her from original sin. It is true that we cannot understand how this came about; nevertheless, it would be unbecoming for us to doubt the exemption she had from sin in her conception, for this is the pious and common sentiment of the faithful, and the Church accepts it as appropriate. Honor the Most Blessed Virgin today, then, as the purest of all creatures and the only one on earth who has been exempt from original sin. Tell her, with the whole Church, that she is all beautiful and that in her soul there is no stain of sin, not even the sin that is common to all the human race. Beg her on this day, in virtue of this extraordinary grace that God gave her, to obtain for you from God to be entirely freed from the corruption of the world throughout your life. Ask that there no longer be found in you any habit of sin, for this is what makes a soul unworthy of God’s special graces.

  • 18 SIGNUM FIDEI

    TALBA

    Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-salvatur tiegħi,

    għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,

    għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.

    Hu wera l-qawwa ta' driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla ċ-ċkejknin.

    Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ u l-għonja bagħathom ’il barra b'xejn. Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

    bħalma wiegħed lil missirijietna, b'riżq Abraham u nislu għal dejjem. Missierna ...

    Nitolbu għal Bro. Michael Buttigieg (1997) Bro. Joseph Prosper Scicluna (1967) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

    L-Erbgħa, id-9 ta’ Diċembru San Pietru Fourier - saċerdot

    San Siro - isqof San Ġwann Diego Cuauhtlatoatzin – lajk

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

  • SIGNUM FIDEI 19

    Qari: 1. Iżaija 40: 25-31 Il-Mulej ikattar il-qawwa lil min hu bla saħħa. 2. Salm 102: 1-4.8 u 10 Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! 3. Mattew 11: 28-30 Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin. SAN PIETRU FOURIER (1565-1640) - saċerdot Dan il-qaddis twieled f’Mirecourt, Lorraine (Franza) minn familja fil-

    kummerċ. Ta’ 15-il sena bagħtuh jistudja għand il-Ġiżwiti fl-Università ta’ Pont à Mousson. Ta’ 20 sena ngħaqad mal-kanoniċi regolari ta’ S. Wistin u ta’ 24 sena (1589) sar saċerdot. Wara kompla jagħmel studji teoloġiċi avvanzati.

    Meta offrewlu li jsir kappillan, hu għażel l-ifqar u l-aktar parroċċa traskurata fost tlieta, “biex ikollu x’jagħmel ħafna.” Pietru wasal f’Mattaincourt għall-festa ta’ Corpus Christi, għamel proċessjoni bis-Sagrament u, xħin din daħlet, għamel prietka li matulha kien hemm diversi li qabżilhom id-dmugħ għall-mod li bih tkellem.

    Żelu pastorali, faqar u tgħakkis kienu jirfdu ’l kliemu. Minkejja l-ksieħ, daru qatt ma kien isaħħanha jekk ma kienx ikollu xi mistieden. Hu kien juża l-konfessjonarju għad-direzzjoni spiritwali. Ifforma tliet konfraternitajiet: għall-irġiel, għan-nisa, u għall-bniet, bi qrara kull xahar bħala waħda mill-ħwejjeġ meħtieġa.

    Meta dan il-qaddis ma rnexxilux jibda skola b’xejn għas-subien, huwa beda jieħu ħsieb l-edukazzjoni tal-bniet bħala aktar importanti. Permezz ta’ Santa Alessja Le Clerc u tliet tfajliet oħra beda fl-1598 il-Kononessi Agostinjani tal-Kongregazzjoni tal-Madonna. L-istitut irċieva l-approvazzjoni papali fl-1616 u malajr inxtered ma’ Franza kollha, u anki f’pajjiżi oħra.

    San Pietru Fourier kien jagħti lir-reliġjużi tiegħu struzzjonijet kuljum fil-pedagoġija (is-sengħa ta’ kif tgħallem) u jissorvelja l-kotor u t-tixrid tal-kongregazzjoni. Hu kien jikkomponi djalogi fuq virtujiet u vizzjijiet importanti u jqabbad lit-tfal biex jiddrammatizzawhom għat-tagħlim fil-parroċċa nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar. Waqqaf ukoll fond biex tingħata għajnuna lill-parruċċani.

    Hu nħatar viżitatur papali għall-kanoniċi regolari ta’ Lorraine, bl-inkarigu li jgħaqqad id-diversi monasteri f’kongregazzjoni waħda. Pietru rnexxielu jgħaqqadhom u l-grupp ġie magħruf bħala l-Kongregazzjoni tal-Feddej Tagħna. Ta’ 67 sena (1632) nħatar superjur ġenerali tagħha.

    Billi ma riedx jieħu l-ġurament tal-‘allegeance’ (ubbidjenza) lir-re Lwiġi XIII, fl-1636 kellu jaħrab lejn Fanche-Comté u għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu bħala kappillan ta’ kunvent hemmhekk.

    San Pietru Fourier miet fid-9 ta’ Diċembru 1640 meta kellu 75 sena. Kien iddikjarat qaddis fl-1897.

  • 20 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Xejn minn dak li bniedem midneb u niedem ipoġġi quddiem il-ħniena ta’ Alla ma jibqa’ mingħajr it-tgħanniqa tal-maħfra tiegħu. Huwa għalhekk li ħadd minna ma jista’ jpoġġi kundizzjonijiet għall-ħniena; din tibqa’ dejjem att ħieles tal-Missier tas-Sema, imħabba bla kundizzjoni li wieħed ma jistħoqqlux. Għaldaqstant, ma nistgħux nidħlu fir-riskju li nopponu l-libertà sħiħa tal-imħabba li biha Alla jidħol fil-ħajja ta’ kull persuna. Il-ħniena hija din l-azzjoni konkreta tal-imħabba li, meta taħfer, titrasforma u tibdel il-ħajja. Huwa b’dan il-mod li jintwera l-misteru divin tal-imħabba. Alla huwa ħanin (ara Eż. 34:6), il-ħniena tiegħu hija għal dejjem (ara Salm 136), minn nisel għal nisel jgħannaq lil kull bniedem li jafda fih u jittrasformah, filwaqt li jagħtih il-ħajja tieħu stess. Il-Papa Franġisku, Misericordiæ et Misera Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 78, silta mill-1 punt The way to be specially loved by Jesus is to be attached to him, to give up everything for him and without hesitation, and to do everything he asks and everything he inspires in us as soon as we hear his voice. You have the advantage of being placed in the following of Jesus Christ and of being withdrawn from the world. Have you left everything for him? Have you no longer an attachment to anything? Are you faithful to follow God’s voice when he speaks to you in prayer? Do you not often neglect his holy inspirations? As the Prophet King says, do you not harden your heart and make it unresponsive when grace inspires you to carry out what God asks of you? What happens when you act this way? God withdraws his grace and abandons us to ourselves and to our own weakness. Then, without the grace of our state, we can no longer maintain ourselves in it.

    TALBA Mulej,

    inti tħobb dak kollu li ħlaqt, fuq kollox il-bniedem,

    u qiegħda FIK li tħobb u taħfer. Mulej urini kif għandi nkun ġeneruż,

    biex naċċetta u naħfer lil kullħadd, bl-istess mod kif Inti taċċettani u taħfirli.

    Il-maħfra hija mogħtija lili biex jien ngħaddiha lil ħaddieħor.

    Bro. Louis Camilleri Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 21

    Il-Ħamis, l-10 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Loretu San Ġwann Roberts

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 41: 13-20 Jien il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael! 2. Salm 144: 1 u 9.10-13 Il-Mulej twajjeb u ħanin. 3. Mattew 11: 11-15 Ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista.

    Il-MADONNA TA’ LORETU Loreto hi belt żgħira qrib Ancona, fuq ix-xatt orjentali tal-Italja Ċentrali.

    Fiha hemm bażilika famuża fuq id-disinn tal-Perit Bramante, mibnija madwar dar ċkejkna rettangulari, li, skont tradizzjoni hija kienet id-dar tal-Madonna f’Nazaret - id-dar, mela, li fiha seħħet it-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lil Marija, u li fiha għadda l-biċċa kbira tal-ħajja tiegħu fid-dinja Sidna Ġesù Kristu.

    Il-leġġenda tgħid li, biex din id-dar ma taqax f’idejn nies li ma jemmnux, kienet (fl-1291) trasportata mill-anġli għal tliet bnadi differenti fuq ix-xatt tal-Adrijatiku, sakemm fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Diċembru 1294 strieħet għal kollox fejn tinsab illum.

    Studjużi kattoliċi magħrufa jħarsu lejn l-istorja tat-trasport permezz tal-anġli bħala bla valur storiku, u llum l-opinjoni hi li l-fdalijiet tad-dar ta’ Nazaret setgħu ġarrewhom nies mill-familja Degli Angeli. Imma t-tradizzjoni għadha qawwija u Loreto għadu sal-lum wieħed mis-santwarji l-aktar frekwentati mill-Insara.

    Fost persunaġġi kbar li żaru dan is-santwarju nsibu lil Kristofru Kolombu wara l-vjaġġ famuż tiegħu biex itemm wegħda li kien għamel, u ħafna qaddisin kbar, bħal S. Briġida, Injazju ta’ Loyola, Lwiġi Konzaga, Franġisk de Sales, Karlu Borromeo, Alfons de’ Liguori, eċċ., dan biex ma nsemmux l-għadd kbir ta’ papiet, fosthom San Ġwanni XXIII qabel beda l-Konċilju Vatikan II u l-Papa Benedittu XVI.

    Il-Madonna ta’ Loreto hi patruna tal-piloti. Fil-gżejjer tagħna hemm diversi kappelli ddedikati lill-Madonna ta’ Loreto,

    fosthom waħda l-Imsida li hi fi ħsieb is-Sorijiet Ursolini u kappella oħra qrib l-ajruport internazzjonali fil-Gudja. Il-parroċċa ta’ Għajnsielem, Għawdex, hija wkoll iddedikata lill-Madonna ta’ Loreto.

    Riflessjoni: Differenti mill-prekursur tiegħu Ġwanni Battista, li kien jgħallem fuq il-Ġordan, f’post deżert, lil dawk li kienu jmorru ħdejh minn diversi partijiet – Ġesù kien imur u jiltaqà ma’ dawk li lilhom kellu jxandar il-bxara t-tajba. Nistgħu naraw f’dan il-moviment tiegħu lejn in-nies rifless ta’ dinamiżmu propju tal-misteru stess tal-inkarnazzjoni: il-mawrien ta’ Alla lejn il-bnedmin. Hekk jgħidulna l-evanġelisti li

  • 22 SIGNUM FIDEI

    Ġesù “kien jiġġerra mal-Galilea kollha, waqt li jgħallem fis-sinagogi tagħhom” (Mt. 4, 23), u li “hu kien imur fil-bliet u fl-irħula” (Lq. 8, 1). Mit-testi tagħhom jirriżulta li l-predikazzjoni ta’ Ġesù seħħet kważi b’mod esklussiv fit-territorju tal-Palestina, jiġifieri bejn il-Galilea u l-Ġudea, bi żjajjar ukoll fis-Samarija (cf. Ex. gr. cf. Ġw. 4, 3-4), passaġġ obbligat bejn iż-żewġ reġjuni ewlenin. Il-Vanġelu, iżda jsemmi wkoll ir-“reġjun ta’ Tiru u Sidone”, jiġifieri il-Feniċja (cf. Mc. 7, 31; Mt. 15, 21), u wkoll id-Dekapoli jiġifieri “r-reġjun tal-Gerasin” fuq ix-xatt l-ieħor tal-għadira tal-Galilea (cf. Mk. 5, 1; Mk. 7, 31). Dawn l-aċċenni jippruvaw li Ġesù kultant kien joħroġ ’il barra mill-fruntieri ta’ Iżrael (f’sens etniku), ukoll jekk hu jenfasizza b’mod ripetut li l-missjoni tiegħu kienet prinċipalment indirizzata “għad-dar ta’ Iżrael” (Mt. 15). Il-Papa San Ġwanni Pawlu II Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, it-3 punt After having prepared himself interiorly to preach to the Jewish people and in order to make them ready to receive Jesus Christ, Saint John proposed to them six ways to prepare a path and an entry into their hearts for Jesus Christ. First, he required of them a true horror for sin, reproaching them with being a generation of vipers. Second, he urged them to fear the Last Judgment, assuring them that at that moment their sins would be closely scrutinized and strictly judged. Flee, he urged them, from the wrath to come. Every tree that does not bear good fruit will be cut down and thrown into the fire. Third, to help them escape the rigor of that judgment, he incited them to do penance by the words: Bring forth worthy fruits of penance. Fourth, he did not want them to be satisfied with lamenting their sins and doing penance for them; he wanted them to do good works, without which their penances would be of no avail. This he pointed out to them by these words: Every tree that does not bring forth good fruit will be cut down and thrown into the fire. Fifth, he declared that it was not enough for them to claim Abraham as their father, that they had no right to glorify themselves on that account unless they acted as Abraham did. Do not say, he told them, we have Abraham for our father. Sixth, he gave them to understand that they could not be saved, whatever good deeds they might perform, unless they practiced the good works proper and becoming to their state of life. Take these counsels to heart, and follow them carefully; pass them on to your disciples and see to it that they practice them.

    TALBA Mulej, nirringrazzjawk li tajtna ’l Marija

    omm Alla u ommna fil-fidi. Għax hi kienet imbierka fi Kristu

    b’kull barka spiritwali u magħżula minn Kristu minn qabel ma twaqfet id-dinja.

    biex tkun qaddisa u bla mittiefsa. Ammen. ‘Doorway to Faith’

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 23

    Il-Ġimgħa, il-11 ta’ Diċembru San Damasu I-Papa

    Santa Marija Maravillas ta’ Ġesù - verġni Il-Beatu Franku minn Siena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Iżaija 48: 17-19 Li kieku tajt widen għall-kmandamenti tiegħi! 2. Salm 1: 1-4 u 6 Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja. 3. Mattew 11: 16-19 La minn Ġwanni u lanqas minn Bin il-bniedem ma jridu jisimgħu. SANTA MARIJA MARAVILLAS TA’ ĠESÙ (1891-1974) - reliġjuża Din il-qaddisa Karmelitana skalza twieldet f’Madrid, fi Spanja, fl-1891. Hija

    ġiet iddikjarata qaddisa mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-4 ta’ Mejju 2003, jiġifieri 29 sena biss wara mewtha.

    Kien jisimha Maravillas Pidal u kienet bint l-ambaxxatur ta’ Spanja għas-Santa Sede. Daħlet fil-famuż Karmelu Tereżjan ta’ El Escorial (Madrid) meta kienet għadha żgħira.

    Meta kienet għadha kemm għamlet il-voti temporanji għarfet li l-Mulej kien qed isejħilha biex twaqqaf monasteru fiċ-Cerro de los Angele, lokalità qrib Getafe fejn ir-re Alfonsu XIII kien ried li jitwaqqaf monument lill-Qalb ta’ Ġesù. Dan kien l-ewwel minn lista twila ta’ monasteri mwaqqfin minnha li jwasslu Kotajjam, fl-Indja.

    Meta qamet il-gwerra ċivili Spanjola, Madre Marija Maravillas u sħaba s-sorijiet Karmelitani Skalzi f’Lulju tal-1936 kellhom iħallu l-monasteru, fejn setgħu jmorru lura fih tliet snin wara. Minn hawn l-ispirtu kontemplattiv tas-Sorijiet Tereżjani reġa’ beda jinfirex ma’ Spanja kollha.

    Santa Marija Maravillas mietet fil-11 ta’ Diċembru 1974 meta kellha 83 sena.

    Riflessjoni: "Inxebbħu bħal qabda tfal ..." Li tkun bħat-tfal huwa differenti milli tkun qisek tifel. Li tkun bħal tifel ifisser li tafda lil xi ħadd li tħares lejh, temmen b'fiduċja fiha u taċċetta dak li tgħidlek din il-persuna. Li tkun qisek tifel qed tkun stinat u bla raguni. Ġesù jsejħilna biex inkunu bħat-tfal. Huwa juri l-attitudni infantili tas-semmiegħa tiegħu. Huma jirrifjutaw li jimpenjaw ruħhom kemm għas-sejħa tal-indiema ta’ Ġwanni kif ukoll għall-opri tas-salvazzjoni ta’ Ġesù. Aħna ta' spiss inkunu qisna tfal; irridu li Alla jagħmel dak li nitolbu aħna u meta rriduh. Aħna ma nagħtux kas tal-messaġġi ta' Alla, anzi, infittxu li nosservaw il-kmandamenti ta' Alla bil-mod li rridu nosservaw aħna. Għandna bżonn inkunu deċiżivi u

  • 24 SIGNUM FIDEI

    impenjati biex ngħixu għal Kristu. Ejjew inkunu bħat-tfal, u nipparteċipaw fil-missjoni tas-salvazzjoni tiegħu.

    My Daily Gospel 2020 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 194, parti mit-2 punt It is not enough that children remain in school for most of the day and be kept busy. Those who have dedicated themselves to instruct them must devote themselves especially to bring them up in the Christian spirit, which gives children the wisdom of God, which none of the princes of this world has known. It is completely opposed to the spirit and wisdom of the world, for which you must inspire children with a great horror, because it serves as a cloak for sin. Children cannot be too much separated from such a great evil, for this alone can make them displeasing to God.

    TALBA O Alla kollok imħabba,

    agħmel li f’qalbna nżommu post għal dawk li jeħtieġu l-għajnuna tagħna.

    Nirringrazzjawk għal dawk il-ħbieb u anke stranġieri li laqqajtna magħhom

    meta konna mdejqa, imbeżża’ u għajjiena. Agħmel li nkunu dejjem lesti

    biex nilqgħu l-imħabba li inti toffrilna u naqsmu din l-istess imħabba mal-oħrajn.

    Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

    Missierna ...

    Is-Sibt, it-12 ta’ Diċembru Il-Madonna ta’ Gwadalupe

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Bin Sirak 48: 1-4.9-11 Elija jerġa’ jiġi. 2. Salm 79: 2-3,15-16.18-19 Reġġgħana għal li konna, Alla tal-eżerċti. 3. Mattew 17: 10-13 Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx.

  • SIGNUM FIDEI 25

    IL-MADONNA TA’ GUADELUPE Il-Verġni Marija dehret erba’ darbiet fl-1531 lil wieħed Indios, Juan Diego (li kien

    iddikjarat beatu fl-1990), fuq l-għolja Tepeyac, barra mill-belt tal-Messiku, u ordnatlu biex jgħid lill-Isqof Zumarraga bix-xewqa tagħha li tinbena knisja għaliha hemmhekk.

    Wara xi sentejn, l-isqof għamel dak li kien mitlub, wara li kkonvinċa ruħu li d-dehriet kienu ġenwini meta ra x-xbiha ta’ daqs naturali tal-Verġni Marija stampat mirakolużament fuq il-fardal (mantle) tal-Indjos.

    Il-mantell li fih ix-xbieha tal-Madonna għadu ppreservat u hu merfugħ fil-bażilika ta’ Sidtna Marija ta’ Guadelupe. Għandu storja twila bħala ċentru ta’ devozzjoni u pellegrinaġġi fil-Messiku.

    Il-Papa Benedittu XIV fl-1754 awtorizza quddiesa u talb għall-uffiċju divin f’ġieħ il-Madonna taħt dan it-titlu biex tkun iċċelebrata fit-12 ta’ Diċembru. Ħatar ukoll lill-Madonna bħala patruna ta’ Spanja l-Ġdida.

    Il-Madonna ta’ Guadelupe kienet iddikjarata patruna tal-Amerika Latina minn Piju X fl-1910 u patruna taż-żewġ Ameriki minn Piju XII fl-1945.

    Riflessjoni: “L-iżjed ħaġa li d-devot isib bi tqila biex jifhem hi, li Kristu mhux biss kien bniedem qaddis imma wkoll l-Iben ta’ Alla. Kieku n-natura ta’ Ġesù kienet bħal dik ta’ Alla, dan il-jedd kien jiġi aċċettat. Kieku hu għamel is-sinjali li l-poplu ried minnu, kienu jemmnuh, però xħin il-poplu talab għal dan il-miraklu partikulari, huwa żamm lura. Kieku hu wieġeb it-tweġiba fuq Kristu b’miraklu, kieku l-fatt li sar bniedem bħalna ma kienx ikun jgħodd iżjed għax tkun saret eċċezzjoni fil-punt deċisiv. Jekk aħna nemmnu f’Ġesù biss minħabba l-mirakli, Kristu ma jkunx is-salvatur tagħna – il-fidi tagħna ma tkunx f’Alla li sar bniedem, iżda biss f’xi ħaġa sopranaturali. Iżda dik mhix fidi ... Huwa biss, meta aħna nemmnu meta ma narawx, il-prova li veru nemmnu f’Alla ... ‘Għax il-bluha ta’ Alla hija għarfa iktar mill-bniedem u d-dgħufija ta’ Alla hija aqwa mill-bniedem’ (1Korintin1:25). ‘God is in the Manger’ – Dietrich Bonhoeffer Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

  • 26 SIGNUM FIDEI

    TALBA Mulej Ġesù Kristu,

    fik jinsabu t-teżori u l-ġid kollu ta’ Alla.

    Bik irċivejna kull barka spiritwali. Mexxina bil-grazzja tar-rivelazzjoni

    dejjem profonda fil-misteru ta’ Kristu. Ammen.

    ‘Doorway to Faith’ Missierna ...

    Il-Ħadd, it-13 ta’ Diċembru It-Tielet Ħadd tal-Avvent

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 61: 1-2a,10,11 Nifraħ fuq li nifraħ fil-Mulej. 2. Salm Luqa 1: 46-50,53,54 Taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi. 3. 1Tessalonikin 5: 16-24 Sħaħ bla mittiefsa, sa ma jiġi Sidna Ġesù Kristu. 4. Ġwanni 1: 6-8,19-28 F’nofskom hemm dak li intom ma tafuhx.

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    “Meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh “int min int?”... hu stqarr bla ma ċaħad “jien m’iniex” (Ġw. 1:19), filwaqt li kulħadd jixtieq ikun xi ħaġa jew xi ħadd. Li dawn iħossu l-bżonn ma jitrażżanx li juru dak li m’għandhomx jew - iżjed agħar – dak li mhumiex, jista’ jinkwieta xi ftit lil dawk li huma ftit iktar għaqlin, imma dan l-aġir ilu jeżisti ħafna. Anke l-mistiku Ġermaniż Susone, fis-seklu XIV, ħass il-bżonn li jikkritikah. Illum din il-ħaġa saret patoloġika u qiegħda tinfirex bħal marda tittieħed: kif naraw minn din il-manija dwar id-dehra, il-kult tal-immaġni, ir-rebħa ta’ dak li hu virtwali, u l-affermazzjoni individwali jew tal-grupp kontra r-riskji ta’ tibdil soċjo-kulturali, bi skuża biex jiġi ġġustifikat l-għażż jew in-nuqqas ta’ ħila.

    Fil-fatt ħafna jaraw il-ħajja bħala spettaklu, esebizzjoni pubblika; jirreċtaw xi personaġġ u jikkuntentaw ruħhom billi jimitaw lil dawk l-iktar famużi. Qalb dan kollu hu sinifikattiv li l-Battista joqgħod lura milli jitkellem fuqu nnifsu, iżjed u iżjed meta hu mhux bniedem li jibża’ mir-riskji li ġġib magħha l-fama anzi jaffronta l-folol b’kuraġġ: għalhekk tolqotna t-tweġiba tiegħu “m’iniex” lil dawk li jistaqsuh min kien. Madankollu Ġwanni hu bniedem tad-deżert u tas-solitudni, ma jaħlix ħin ipaċpaċ fuqu nnifsu,

  • SIGNUM FIDEI 27

    għaliex sab dak li hu tassew veru, essenzjali, etern ma jintilifx fit-tpaċpiċ bħal dawk li m’għandhom xejn x’jgħidu imma xorta ma jiqfux jgħidu. Min bħalu sab iċ-ċentru tar-realtà u ra dak li ma jidhirx, ma jikkonċentrax iktar ħarstu fuqu nnifsu, imma jipprova jneħħi minn fuqu anke l-ħars tal-oħrajn. Għaliex meta npoġġu lilna nfusna fiċ-ċentru tal-attenzjoni nkunu qed noħolqu l-gwaj, mhux biss tagħna nfusna imma ta’ ħafna sitwazzjonijiet fid-dinja flimkien mal-uġigħ ta’ ħafna nies. Bil-kuntrarju, il-mixja lejn il-verità u l-ferħ tibda billi ninsew lilna nfusna, u nirrikonoxxu umilment li aħna “m’aħniex”.

    Dawk li jħossuhom qishom allat, jagħmlu tajjeb jitgħallmu b’urġenza mingħand il-Battista, biex ma jħossuhomx indispensabbli, għax hekk biss ikunu jagħtu ġieħ lil Alla, iħobbu lill-proxxmu u jsiru tassew onesti magħhom infushom. Id-dinja m’għandhiex bżonn iktar protagonisti: diġà ħafna jisirqu dan ir-rwol lil min tassew jixraqlu! Id-dinja għandha bżonn ta’ min jagħti xhieda b’impenn u b’ġenerożità, li ma jgħattux id-dawl ta’ dak li jixgħel iktar minnhom, Ġesù, id-dawl tad-dinja. Xhieda li jsemmgħu leħenhom, imma dejjem attenti li ma jinstemgħux huma iktar mill-Kelma, il-Verb ta’ Alla; fl-aħħarnett xhieda li jreġġgħu lura l-qlub ribellużi għall-ubbidjenza ta’ dak li lilu biss tistħoqqlu; il-Mulej.

    Ix-xhieda, din hi t-tema fil-fatt tal-Vanġelu tat-tielet Ħadd tal-Avvent. Dik ta’ Ġwanni hi eżemplari: qatt ma jitkellem fuqu nnifsu, kliemu jsir kredibbli meta jitkellem dwar il-Kelma divina tas-salvazzjoni u tal-liberazzjoni – li Isaija jkellimna dwarha fl-ewwel qari – fid-deżert tal-ħajja tal-fqar u l-midinbin. Hu ma jaf xejn dwaru nnifsu għalhekk kapaċi jixgħel, f’għajnejn il-fqar, id-dawl ta’ Ġesù, id-dawl tad-dinja. Iħoss li ma jistħoqqlux imqar iħoll il-qfieli tal-qorq ta’ dak li għad irid jiġi, għalhekk hu l-aħjar bniedem biex iħejjijlu t-triq. Ilkoll irridu nitgħallmu mingħand dan il-bniedem tant ħieles mir-rabta mal-affarijiet u miegħu nnifsu li jsir biss ħsieb u intenzjoni, kliem u azzjoni, fidi u ħajja, sinjal tat-trasparenza tal-Iben t’Alla. Infatti mhux billi nimpikaw ma’ xi ħadd biex naffermaw il-personalità jew id-drittijiet tagħna li nsiru nies li jistħoqqilna rispett u stima, imma meta niftħu qalbna u moħħna għal “dak li ġej warajja”: dan jista’ jkun xi minn daqqiet, ibnek, il-ħabib, dak li ma tafux, l-għadu tiegħek, il-fqir, il-profeta, il-barrani ... imma jkun dejjem u f’kulħadd, il-ħanin Alla.

    Il-Vanġelu jgħidilna li Ġwanni kien jipprietka f’Betanja, isem li jfisser ‘dar ix-xhieda’: Il-Betanja tal-lum hi l-Knisja tagħna li m’għandha ebda identità u vokazzjoni oħra ħlief dik li hi u li ssir dejjem iktar sinjal ta’ trasparenza ta’ xi ħadd ikbar; li twettaq il-milja tagħha nnifisha biss jekk tirrifletti l-wiċċ tal-Mulej li ġie, jiġi u għad jerġa’ jiġi fostna kuljum sal-aħħar tad-dinja. Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, it-2 punt Those who teach are only God’s voice. The word that makes God known to those whom they instruct must come from him; it is God who speaks in teachers when they explain him and what is related to him. This is why Saint Peter says,

  • 28 SIGNUM FIDEI

    If any speak, let it always be clear that God is speaking by their mouth; if any fulfill a ministry, let them do so as acting only by the power God communicates to them, so that in all things God may be glorified through Jesus Christ. Saint Peter also says on the subject of the truth he was preaching, I will never give up warning you of these things, even though you already know the truth about them, and it is established in you. He adds, we have the word of the Prophets, which is firmly established and to which you do well to be attached, for it is like a lamp shining in a dark place until the day dawns and the morning star rises in our hearts. It was not through human will that in times past prophecy was uttered; rather, it was by the movement of the Holy Spirit that these prophets of God spoke.

    TALBA O Alla ħanin,

    f’dan iż-żmien tal-Avvent ibagħtilna l-grazzja biex inħejju ruħna għall-miġja tiegħek.

    Missilna qalbna sabiex nixxenqu li nħobbuk aħjar u naqdu lilek u lill-oħrajn.

    Imliena bit-tama, biex nitbiddlu bl-ispirtu tiegħek u b’hekk ngħinu biex inbiddlu d-dinja.

    Agħtina l-għajnuna biex nifhmu li int ġejt taqsam il-ħajja magħna biex tifdina, għax tħobbna.

    Dan nitolbuk f’isem Ġesù, DAK li qed infittxu saltnatu.

    Ammen. http://onlineministries.creighton.edu

    Missierna ...

    It-Tnejn, l-14 ta’ Diċembru San Ġwann tas-Salib – saċerdot u duttur tal-knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 24: 2-7.15-17a Għad titla’ kewkba minn Ġakobb. 2. Salm 24: 4-9 Triqatek, Mulej, għarrafni. 3. Mattew 21: 23-27 Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet ġejja?

    http://onlineministries.creighton.edu/

  • SIGNUM FIDEI 29

    SAN ĠWANN TAS-SALIB (1542-1591) – saċerdot u duttur tal-knisja San Ġwann twieled f’Fontiberos, fil-provinċja ta’ Avila, Spanja, għall-

    ħabta tal-1542. Tilef lil missieru meta kien għadu tarbija. Għadda żgħożitu Medina del Campo, fejn kienet marret ommu biex issib xogħol. Meta kiber xi ftit, beda jmur l-iskola iżda ma damx għax malli tfarfar, beda jaħdem. Ipprova bosta snajja’, iżda mkien ma saddad.

    Fl-aħħar meta kellu 17-il sena daħal jaħdem fi sptar. Fl-istess ħin kien jattendi skola mmexxija mill-Ġiżwiti. Wera li kellu moħħu tajjeb.

    Fl-1563, daħal mal-Patrijiet Karmelitani li bagħtuh Salamanca biex jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija. Fl-1567, ta’ 25 sena, sar saċerdot.

    Ġwanni mar iqaddes l-ewwel quddiesa solenni tiegħu f’Medina, fejn kien hemm ommu u ħuh. Hawn iltaqa’ ma’ Santa Tereża ta’ Ġesù, li kienet ġa bdiet taħdem biex tirriforma l-Ordni Karmelitana, u pperswadietu biex jaħdem magħha għar-riforma tal-patrijiet.

    Fit-28 ta’ Novembru 1568, Ġwanni u erbgħa oħra, fosthom dak li kien il-pirjol tal-monasteru Karmelitan ta’ Medina, waqqfu l-ewwel dar ta’ rġiel tar-riforma f’Duruelo. Il-qaddis kien l-ewwel patri li libes l-abitu bħala Karmelitan skalz (ħafi), u ħa l-isem ta’ Ġwanni tas-Salib.

    Fl-1570, sar ir-rettur tad-dar ġdida tal-istudju tal-Karmelitani Skalzi f’Alcalà, u fl-1572 ġie maħtur id-direttur tal-kunvent tal-Inkarnazzjoni Tereżjan f’Alcalà, fejn għadda ħames snin.

    Sadattant it-tilwim bejn il-Karmelitani Kalzati u dawk Skalzi kien fl-aqwa tiegħu u Ġwanni fl-1577 kien arrestat mill-Karmelitani Kalzati u ordnat biex jabbanduna r-riforma; billi ma riedx jagħmel dan, allura kien mitfugħ f’ħabs f’Toledo. Wara li kellu jġarrab tbatijiet kbar fil-ħabs u pressjoni qawwija tul id-disa’ xhur li ġew wara, huwa ħarab minn hemm. Fl-1579, il-Karmelitani Skalzi ġew rikonoxxuti u twaqqfet provinċja separata.

    Fl-1591, f’kapitlu ġenerali li kien sar f’Madrid, Ġwanni ġie mneħħi minn kull kariga u ġie mibgħut bħala sempliċi patri fil-monasteru mbiegħed ta’ La Penuela.

    Meta kien f’La Penuela qabdu deni qawwi. Hu mar f’Ubeda għall-kura, u miet hemm fl-14 ta’ Diċembru 1591 fl-età ta’ 49 sena.

    San Ġwann tas-Salib kien ikkanonizzat fl-1726 u ddikjarat duttur tal-Knisja minn Piju XI fl-1926.

    F’Malta huwa l-patrun tal-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex immexxija mill-patrijiet Tereżjani.

    San Ġwann huwa t-teologu mistiku l-aktar awtorevoli wara s-Santi Padri. Id-duttrina tal-qaddis hija pożittiva u waħda mill-aqwa massimi tiegħu hu: “Fejn int ma ssibx imħabba, qiegħed l-imħabba u inti ssib l-imħabba.”

    Riflessjoni: O Sultan tal-glorja u Mulej tas-slaten kollha! Kemm huwa minnu li ssaltna tiegħek mhix imdawra b'ħafna ftietaq ta' xejn, ladarba tibqa' għal dejjem! Kemm huwa minnu li miegħek ma neħtieġu lil ħadd biex jaqbeż għalina! Huwa biżżejjed li wieħed iħares lejk biex jara biċ-ċar kif inti biss jistħoqqlok tissejjaħ Mulej minħabba l-maestà tiegħek. Int ma teħtieġx bnedmin madwarek, ma teħtieġx

  • 30 SIGNUM FIDEI

    għassiesa, biex in-nies jagħarfuk bħala sultan. Hawn fuq l-art ħadd ma jagħraf bħala sultan lil dak li jidher waħdu. Irid kemm irid li jżommuh bħala sultan, ħadd ma jemmnu li huwa hekk, għax ma jkollu xejn x'juri li mhux bħall-bnedmin l-oħra. Jeħtieġ li jkun hemm xi raġuni biex iqisuh bħala sultan; għalhekk irid ikollu lil dawk ta' madwaru u ħwejjeġ oħra li jidhru. Mingħajr dawn, ħadd ma jqimu, għax id-dehra tas-setgħa tiegħu ma tiġix minnu nnifsu; l-awtorità trid tiġih mill-oħrajn.

    Santa Tereża ta’ Ġesù

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 177, silta mit-3 punt Oh, how fortunate this saint (St. Teresa of Avila) was to enjoy the presence of God! This caused her to perform all her actions in view of God, and it led her to make a vow to do whatever she knew was most pleasing to God. This is the result of frequent and fervent prayer, to enjoy God by anticipation as far as living faith can procure this happiness in this world. If you love God, prayer will be the food of your soul, and God will enter within you and will have you eat at his table, as Saint John says in the Apocalypse. You will then have the advantage of having God present in your actions and of having no other purpose than to please him. You will even have a constant hunger for him, as the Wise Man says, for, according to the expression of the Royal Prophet, you will not be filled until you enjoy his glory in heaven. By living a holy life, be worthy of such grace and of possessing such happiness.

    TALBA Mulej Sultan tiegħi,

    jien kont bħal nagħġa mitlufa, u Inti ġejt tfittixni, ħadt ħsiebi

    u erġajt daħħaltni mal-merħla tiegħek, u jien erġajt ħadt ir-ruħ.

    Ngħidlek grazzi, Kristu sultan tiegħi. Ibqa’ miegħi ħalli nibqa’ fil-merħla tiegħek,

    biex ngħin lil nagħaġ oħra, li huma mitlufa ... li huma dgħajfa ...

    li huma minsijin, li huma mwarrbin … Bro. Louis Camileri

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 31

    It-Tlieta, il-15 ta’ Diċembru Santa Kristjana – appostlu tar-raba’ seklu Santa Pawla Marija Di Rosa – fundatriċi

    Tibda n-Novena tal-Bambin Ġesù

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Sofonija 3: 1-2.9-13 Is-salvazzjoni li jġib miegħu l-Messija titwiegħed lill-popli kollha. 2. Salm 33: 2-3.6-7.17-19 u 23 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Mattew 21: 28-32 Ġie Ġwanni, u l-midinbin emmnuh. SANTA KRISTJANA jew Nina (ir-raba’ seklu) – appostlu tal-Ġeorġja Rufinu jirrakkonta li fil-bidu tar-raba’ seklu ġiebu xebba lsira mill-Ġeorġja,

    li għamlet impressjoni kbira fuq il-poplu bil-purità u bil-penitenzi tagħha. Meta staqsewha weġbithom li hi kienet qaddejja ta’ Kristu Alla.

    Darba waħda, omm ħaditilha tifla marida u hi fejqitha. Ir-reġina, li kienet marida, semgħet b’dan, marret għandha u fieqet hija wkoll.

    Ftit wara r-re ntilef ġo bosk fiċ-ċpar, talab lil Kristu li jekk hu Alla jsalvah u wiegħed li jemmen fih. Iċ-ċpar mar u r-re żamm kellmtu. Ħabbar lill-poplu li hu biddel ir-reliġjon u ta l-permess lill-qaddisa biex tista’ tipprietka u bena knisja.

    Ir-re talab lill-Imperatur Kostantinu sabiex jibgħatlu saċerdoti u isqfijiet biex jikkonvertu ’l-poplu.

    Wara li l-pajjiż sar Nisrani, il-qaddisa rtirat ġo ċella fuq għolja, fejn mietet u difnuha.

    Fuq qabarha bnew katidral ġewwa l-Ġeorgja, fejn jinsabu r-relikwi tagħha. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 83, it-2 parti Għall-Ottava tal-Kunċizzjoni, il-fundatur kiteb din il-meditazzjoni: In her Immaculate Conception, the Most Blessed Virgin enjoyed from the first moment the practice of the virtues, at least those that are interior. She knew God by infused faith; she loved him by the charity of the Holy Spirit, who filled her from the first moments of her existence. She praised, blessed, thanked, and glorified God by her spiritual and interior acts more excellently than did all the angels together. This is what we must learn to imitate; this is what is called the science of the saints. We must learn the knowledge of God in prayer and by reading good spiritual books and catechisms. We must strive to set our hearts on fire with the love of God by fervently and frequently raising our hearts in short, repeated prayers. We must strive to make ourselves agreeable in the eyes of the Divine Majesty by continual acts of thanksgiving, love, and praise, as well as by the practice of the

  • 32 SIGNUM FIDEI

    most solid virtues, especially humility, patience, and obedience, which were so dear and so familiar to the most holy Mother of God. L-Ewwel Jum tan-Novena - Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Marija tisma’. L-anġlu qalilha: “Ifraħ, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Marija tħawdet għal dan il-kliem (Lq. 1,28-29). Riflessjoni: Fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla, is-smigħ huwa importanti. Bħall-kliem tal-anġlu lil Marija, Alla għandu għalina kliem li jferraħna u kliem li jistedinna għal ħwejjeġ sbieħ. Għaldaqstant, għandu jkollna widnejna dejjem miftuħin biex nagħrfu, fost il-ħafna ilħna, il-leħen ta’ Alla. Meta ma jirnexxilniex nisimgħu, tinqata’ l-komunikazzjoni ta’ bejnietna. Hekk ukoll meta, għal xi raġuni, ma jirnexxilniex nisimgħu lil Alla. Bis-smigħ tal-Kelma t’Alla nistgħu “naraw” lil Alla aħjar. Ħsieb: Fuq it-Tabor, Alla jistedinna ngħaddu mid-dehra tal-glorja għas-smigħ: “... isimgħu lilu” (Mk. 9,7). Marija, qabel ma laqgħet il-Kelma ta’ Alla f’ġufha, laqgħetha b’widnejha u għalhekk, f’moħħa u f’qalbha.

    TALBA

    O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

    minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

    biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

    hu li hu Alla. Ammen.

    Din it-talba tingħad kulljum matul in-Novena tal-Milied

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 33

    L-Erbgħa, is-16 ta’ Diċembru It-Tieni jum tan-Novena tal-Milied

    Il-Beata Marija tal-Anġli - verġni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Iżaija 45: 6b-8.18.21b-25 Qattru, smewwiet, mill-għoli. 2. Salm 84: 9-14 Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax is-sħab il- ġustizzja. 3. Luqa 7: 19-23 Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li rajtu u smajtu. IL-BEATA MARIJA TAL-ANĠLI (1661-1717) - reliġjuża Kien jisimha Marianna Fontanella, u twieldet fis-7 ta’ Jannar 1661

    f’Augusta fil-provinċja ta’ Turin, l-Italja. Hija kienet bint familja nobbli mill-Pjemonte. Minkejja l-oppożizzjoni tal-ġenituri tagħha, fl-1675, meta kien għad kellha 15-il sena, daħlet fil-monasteru Karmelitan Tereżjan ta’ Santa Kristina ta’ Turin. Imma għall-ewwel ma setgħetx tidra bħala novizza u kienet tistmell il-mod ġdid ta’ ħajja u lill-majjistra tagħha.

    Hi għaddiet minn stati għoljin ta’ talb u kienet tagħmel penitenzi ħorox. Il-fama ta’ qdusija ta’ din il-mistika Karmelitana ħarġet ukoll barra l-monasteru u ħafna kienu jfittxuha għall-pariri tagħha fosthom anki membri tal-familja rjali.

    Hija kellha qima speċjali lejn San Ġużepp, li f’ġieħu hija waqqfet monasteru ġdid fil-belt ta’ Moncalieri li fetħet fl-1703 biex tilqa’ fih tfajliet li ma setgħux jingħaqdu magħhom bħala sorijiet f’Turin minħabba nuqqas ta’ wisgħa.

    Bosta drabi qdiet hawn bħala majjistra tan-novizzi u prijura u fittxet li tnissel fil-komunità l-imħabba mħeġġa lejn Alla wkoll meta kienet għaddejja minn provi kbar. Meta kienet ser tingħażel prijura għall-ħames darba hija ma ħassithiex kapaċi għal din il-kariga u talbet li, jekk kienet volontà ta’ Alla, hija tmut f’qasir żmien.

    Fi żmien tliet ġimgħat hija mardet b’mod gravi u mietet fis-16 ta’ Diċembru 1717 fl-għomor ta’ 56 sena.

    Kienet iddikjarata beata mill-Beatu Piju IX fl-1865, bħala l-ewwel soru Karmelitana Taljana li telgħet għall-ġieħ tal-altari. Ħalliet miktub: “It-Tjubija ta’ Alla hija akbar minn kemm deni u dnubiet nistgħu nagħmlu, u qabel ma ngħejjew noffenduh hu jaħfrilna.”

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mill-1 parti The Jews sent priests and Levites from Jerusalem to ask Saint John who he was: the Christ, Elijah, or a Prophet. Saint John told them he was none of these,

  • 34 SIGNUM FIDEI

    but he declared, I am the voice of one crying in the desert: make straight the way of the Lord. Saint John wished to leave to Jesus Christ all the honor of converting souls, the task at which he labored so constantly. He said, therefore, that he was only a voice crying out in the desert. He thus showed that the substance of the doctrine he taught was not his own and that it was indeed the word of God which he preached; as for himself, he was only the voice which proclaimed it. In the same way that a voice is a sound that strikes the ear and makes it possible for a word to be heard, so it was that Saint John prepared the Jews to receive Jesus Christ. It-Tieni Jum tan-Novena Marija tistaqsi. Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel”? (Lq. 1,34) Riflessjoni: Mhux biżżejjed tisma’, imma jeħtieġ li tifhem. Għaldaqstant, il-mistoqsijiet huma importanti. Min jistaqsi juri interess f’dak li qed jisma’ – min ma jinteressahx, ma jistaqsix. Marija tistaqsi mhux biss għall-ksib ta’ iktar informazzjoni imma għax kienet umli biżżejjed li terħi f’idejn min kien jaf iktar minnha! Ħsieb: Hemm differenza bejn informazzjoni u għerf. Min jistaqsi għall-informazzjoni frott il-kurżità jew iz-zekzik, mhuwiex bħal min ifittex li jkollu l-għerf li għandu l-ħila jagħraf fejn hu l-Ispirtu ta’ Alla fil-ħajja tiegħu (dixxerniment).

    TALBA

    O Alla, li ħlaqt il-bniedem u fdejtu, int ridt li ibnek isir bniedem

    minn omm li baqgħet dejjem verġni; fil-ħniena tiegħek ilqa’ t-talb tagħna,

    biex ibnek il-waħdieni, li sar bniedem bħalna, jagħtina sehem fin-natura tiegħu ta’ Alla.

    hu li hu Alla. Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 35

    Il-Ħamis, is-17 ta’ Diċembru It-Tielet Jum tan-Novena tal-Milied

    San Lazzru – l-ewwel seklu San Ġwann ta’ Matha

    Santa Olimpja – armla tar-raba’ seklu

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 49: 2.8-10 Ix-xettru minn id Ġuda ma jitneħħiex. 2. Salm 71: 1-4ab.7-8.17 Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem. Hallelujah: O Għerf tal-Għoli. 3. Mattew 1: 1-17 Ktieb in-nisel ta’ Ġesù, bin David. SANTA OLIMPJA (368-410) - armla Santa Olimpja twieldet f’Ismilja, nobbli u għanja minn Kostantinopoli. Hija

    sefgħet iltima kmieni u zijuha, li kien il-prefett tal-belt, fdaha taħt il-ħarsien ta’ Teodosja.

    Żewwġuha meta kienet għadha żgħira, imma romlot wara ftit jiem biss ta’ żwieġ. Hi rrifjutat it-tieni żwieġ u ddedikat ruħha għall-opri ta’ karità. Bil-ġid immens li kellha hi għenet kemm felħet lill-Knisja u lill-fqar.

    Il-Patriarka Nektarju ta’ Kostantinopli kkonsagraha djakonessa, uffiċċju li kien għadu jeżisti fil-Knisja dak iż-żmien.

    San Ġwann Kriżostmu, li sar patrijarka ta’ Kostantinopli fit-398, kellu hu wkoll rispett kbir lejha għall-virtujiet tagħha. Dan il-qaddis, li kien għal xi żmien direttur spiritwali tagħha, minħabba li kienet ġeneruża ħafna, kellu wkoll iwiddibha għall-moderazzjoni.

    Olimpja waqqfet sptar u orfanatrofju, tat kenn lil xi patrijiet eżiljati u dejjem baqgħet leali lejn id-direttur spiritwali tagħha meta dan ġie eżiljat hekk li sfat vittma ta’ kundanni, rat il-komunità tagħha tiġi xolta u mċaħħda li tkompli l-ħidmiet ta’ karità.

    Lejn tmiem ħajjitha hija batiet il-mard, iżda sabet għajnuna minn San Ġwann Krisostmu li mill-eżilju tiegħu kitbilha diversi ittri għall-inkuraġġiment u l-faraġ tagħha.

    Santa Olimpja mietet fl-410, sena wara l-mewt tal-Kriżostmu u bħalu fl-eżilju wkoll.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 93, silta mit-3 punt The Eternal Father having informed the Most Blessed Virgin by the angel who announced to her the mystery of the Incarnation of his Son, whom she is to call Jesus, on this day she and Saint Joseph gave him this name, which means Savior. It was quite proper that when Jesus Christ began to suffer and to shed his blood for our sins, this name be given to him at the same time, so that from