id-direttorat gĦal kwalitÀ u standards fl ......il-malti – l-oral – il-karta tal-eżaminatur...

24
Il-Malti L-Oral Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja Rotta 3 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015 IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN:10 minuti (Il-Karta tal-Eżaminatur) L-istruzzjonijiet lill-għalliema: 1. L-eżaminatur għandu jqiegħed il-karti tal-istudenti wiċċhom ’l isfel fuq wara tal-klassi. 2. L-istudent għandu jagħżel karta waħda bla ma jara l-kontenut tagħha. Ladarba l-karta tingħażel ma tinbidilx. 3. L-istudent joqgħod jipprepara l-karta f’naħa oħra tal-kamra/f’kamra oħra /fil-kuritur u jissejjaħ mill-għalliem/a meta l-istudent ta’ qablu jkun lesta mill-oral tiegħu. 4. L-eżaminatur għandu jsegwi l-istruzzjonijiet li hemm ma’ kull taħriġ. 5. Waqt l-oral l-istudent ma jista’ jikteb xejn fuq il-karta. 6. L-eżaminatur għandu jagħti l-marki għal kull parti tal-eżami skont il-kriterji stabbiliti fl-iskema tal-marki. 7. L-eżaminatur għandu jiġbor il-karta mingħand il-kandidat qabel ma joħroġ mill-kamra tal-eżami u jpoġġiha mal-oħrajn fuq wara tal-kamra. Rotta 3

Upload: others

Post on 16-Aug-2020

7 views

Category:

Documents

0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN:10 minuti

(Il-Karta tal-Eżaminatur)

L-istruzzjonijiet lill-għalliema:

1. L-eżaminatur għandu jqiegħed il-karti tal-istudenti wiċċhom ’l isfel fuq wara tal-klassi.

2. L-istudent għandu jagħżel karta waħda bla ma jara l-kontenut tagħha. Ladarba l-karta

tingħażel ma tinbidilx.

3. L-istudent joqgħod jipprepara l-karta f’naħa oħra tal-kamra/f’kamra oħra /fil-kuritur u

jissejjaħ mill-għalliem/a meta l-istudent ta’ qablu jkun lesta mill-oral tiegħu.

4. L-eżaminatur għandu jsegwi l-istruzzjonijiet li hemm ma’ kull taħriġ.

5. Waqt l-oral l-istudent ma jista’ jikteb xejn fuq il-karta.

6. L-eżaminatur għandu jagħti l-marki għal kull parti tal-eżami skont il-kriterji stabbiliti

fl-iskema tal-marki.

7. L-eżaminatur għandu jiġbor il-karta mingħand il-kandidat qabel ma joħroġ mill-kamra

tal-eżami u jpoġġiha mal-oħrajn fuq wara tal-kamra.

Rotta 3

Page 2: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 2 minn 7 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Il-kandidati jaqraw b’vuċi għolja s-silta li għandhom quddiemhom. L-eżaminatur

jassessja skont il-kriterji pprovduti fl-iskema tal-marki.

Attakk tal-Qalb

Meta l-arterja tal-qalb tinstadd iktar minn 80 fil-mija, ma jkunx hemm ċirkolazzjoni biżżejjed

lejn din il-parti tal-qalb ta’ fejn tkun qiegħda tagħti d-demm l-arterja miżduda, u għalhekk il-

laħam tal-qalb f’din il-parti jibda jsofri u jekk tibqa’ ma tagħmel xejn saħansitra tmut. Il-

persuna tħoss toqol enormi fuq is-sider, qisu poġġew xi ċangun fuqu. Dan huwa attakk tal-

qalb. Din hija sitwazzjoni ta’ emerġenza. Mill-uġigħ kbir fuq quddiem tal-qafas tas-sider,

jibda jxoqq ukoll l-għaraq. Jekk l-arterja ma tinfetaħx fl-ewwel 24 siegħa, il-qalb tista’ tieqaf.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka kull mistoqsija)

L-eżaminatur jaqra s-silta darba biss filwaqt li l-mistoqsijiet jinqraw darbtejn.

Virġinja De Brincat

Virġinja De Brincat, bint umli tal-gżira ta’ Għawdex, twieldet fl-1862 f’Kerċem, qrib ir-

Rabat, u mietet ta’ kważi disgħin sena f’din il-belt fl-1952. Hija l-fundatriċi tas-Sorijiet

Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù. Virġinja kibret f’ambjent reliġjuż mill-qiegħ nett, u ngħatat

mill-ewwel snin ta’ tfulitha għall-opri ta’ karità nisranija. Kienet imżejna b’doni ’l barra min-

normal. Virġinja saret Madre Margerita tal-Qalb ta’ Ġesù, u tat bħala don lil art twelidha, lill-

gżira qariba ta’ Malta, u lill-Knisja kollha, familja reliġjuża ġdida, il-Franġiskani tal-Qalb ta’

Ġesù. Dawn xerrdu l-ispirtu tagħha fost eluf ta’ tfal, żgħażagħ u kbar, u l-ġid li sar kien kbir

bil-bosta.

Il-mistoqsijiet:

1. Ta’ xiex hija fundatriċi Suor Margerita De Brincat? (tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb

ta’ Ġesù)

2. Kemm kellha età meta mietet? (a) kważi disgħin sena, (b) ’il fuq minn mija,

(ċ) tmenin sena.

3. Fl-aħħar tas-silta jingħad li l-familja reliġjuża ġdida xerrdet l-ispirtu ferrieħi tagħha

fost (a) il-barranin, (b) l-Għawdxin, (ċ) ir-reliġjużi.

It-Taħdita - Diskussjoni fuq tema kurrenti (5 minuti, 4 marki) L-eżaminatur jistaqsi lill-istudent liema tema għażel u jibda diskussjoni fuqha. Jista’ jkompli

d-diskussjoni billi jirreferi għall-mistoqsijiet t’hawn taħt. L-assessjar isir skont il-kriterji

stabbiliti fl-iskema tal-marki.

Iż-żgħorija, it-tfulija, l-irġulija, ix-xjuħija. Agħżel żewġ fażijiet minn dawn l-

erbgħa, u qabbilhom ma’ xulxin. Kif jidhru fil-poeżiji? Jitqiesu bħala żmien ħelu, jew żmien ikrah mimli problemi? Għalik

x’inhuma? Deskrizzjoni tagħhom; x’jista’ jagħmel il-bniedem biex il-ħin u ż-żmien ma

jinħeliex f’dawn iż-żminijiet? Kliem ix-xiħ żomm fih.

Id-divertiment nhar ta’ Sibt filgħaxija. Id-divertiment mhux għal kulħadd l-istess; x’inhu d-divertiment għalik? Xalar? Żfin? Ikla xi

mkien ma’ sħabek? Tara film? Xi dramm f’xi teatru? Paceville? Sports? Il-kumpanija li

tagħmilha magħha; periklu ta’ drogi.

1

Page 3: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 3 minn 7

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Il-kandidati jaqraw b’vuċi għolja s-silta li għandhom quddiemhom. L-eżaminatur

jassessja skont il-kriterji pprovduti fl-iskema tal-marki.

Il-Kittieb ikellem lill-Udjenza

Jekk xi darba kien hemm xi dubju li l-kittieb, tal-inqas fil-qiegħ ta’ qalbu, jippretendi li jkollu

u li jkellem lil xi udjenza, dan żgur li ntwera fil-kontroversja tas-sittinijiet. Nieħdu lil Oreste

Calleja bħala wieħed mill-kittieba Maltin ewlenin tas-sittinijiet li bid-drammi tiegħu kien

qajjem kontroversja fost il-Maltin. L-antoloġija tiegħu 4 Drammi dehret fl-1972, wara li l-

ewwel dramm Anestesija kien ixxandar għall-ewwel darba minn fuq ir-Redifussion fl-1969.

Anestesija nħadem ukoll għat-televixin, bi produzzjoni ta’ Albert Marshall, f’Ottubru tal-

1972. Id-drammi l-oħra fl-antoloġija dehru kollha bejn l-1971 u l-1972.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka kull mistoqsija)

L-eżaminatur jaqra s-silta darba biss filwaqt li l-mistoqsijiet jinqraw darbtejn.

It-Tilqima tal-Influwenza

Jeżisti tilqim li nieħdu kull sena. L-aktar komuni hija dik tal-influwenza. Tajjeb li nkunu nafu

li kulħadd jista’ jeħodha din it-tilqima, speċjalment it-tfal u t-trabi, li jieħdu nofs id-doża, u l-

anzjani, għaliex huma l-aktar vulnerabbli. Hija idea falza li wieħed jaħseb li din it-tilqima

mhix għat-tfal. Iżda filwaqt li kulħadd jista’ jeħodha, dawk b’ċerta mard tal-qalb u tal-

pulmun huma l-aktar li għandhom bżonn jeħduha. Għalhekk din tingħata b’xejn lill-anzjani, u

lil dawn in-nies. Wieħed jista’ wkoll jeħodha bi prezz baxx ħafna mingħand it-tabib tiegħu.

Mhux vera lanqas li din tipproteġik kontra l-irjiħat kollha. Tipproteġik biss kontra dik l-aktar

perikoluża – l-influwenza.

Il-mistoqsijiet:

1. Għaliex it-tfal u t-trabi, kif ukoll l-anzjani, għandhom jeħduha t-tilqima tal-

influwenza? (għax huma l-aktar vulnerabbli)

2. Dawk li għandhom l-aktar bżonn din it-titqiba huma dawk (a) li jbatu mill-irjiħat

matul ix-xhur tax-xitwa, (b) li jbatu b’ħafna wġigħ fir-ras u fid-dahar, (ċ) li jbatu

b’ċerta mard tal-qalb u tal-pulmun.

3. Aħna nistgħu neħduha wkoll din it-titqiba, u bi prezz baxx ħafna, mingħand (a) l-

infermieri tal-gvern, (b) it-tabib tagħna, (ċ) l-ispiżjar tagħna.

It-Taħdita - Diskussjoni fuq tema kulturali (5 minuti, 4 marki) L-eżaminatur jistaqsi lill-istudent liema tema għażel u jibda diskussjoni fuqha. Jista’ jkompli

d-diskussjoni billi jirreferi għall-mistoqsijiet t’hawn taħt. L-assessjar isir skont il-kriterji

stabbiliti fl-iskema tal-marki.

Ikkummenta fuq l-elementi li jsawru l-ilsien Malti. Tagħmel distinzjoni fil-ħajja

tiegħek bejn il-Malti mitkellem u l-Malti miktub? L-element semitiku, l-element rumanz, l-element anglosassonu; Kif daħlu? Kif żviluppaw? Liema

taħseb li huwa l-aktar importanti? Għandna nagħmlu distinzjoni fil-ħajja tagħna ta’ kuljum bejn it-tliet

elementi, jew inħalltuhom f’daqqa? U l-kittieba, x’għandhom jagħmlu?

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni (radju, televixin, gazzetti, kotba, magażins) qegħdin

jgħinuh u jsaħħuh lill-Ilsien Malti? Jew qegħdin idgħajfuh? Huma importanti l-mezzi ta’ komunikazzjoni? Għaliex? U fejn jidħol il-Malti, bħala lingwa? Min

jippreżenta xi programm, jew min jikteb xi ktieb, jew xi artiklu fuq xi magażin, jagħti kas il-livell ta’

Malti li juża? Ġieli nnotajt xi żball inti waqt li tara t-televixin? Iddarrsek meta tinnota xi ħaġa?

X’għandu jsir biex il-livell tax-xandara jitjieb?

2

Page 4: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 4 minn 7 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Il-kandidati jaqraw b’vuċi għolja s-silta li għandhom quddiemhom. L-eżaminatur

jassessja skont il-kriterji pprovduti fl-iskema tal-marki.

L-istatwi titulari

L-isfond li fih jeżistu u żviluppaw il-vari titulari tagħna huwa tassew interessanti. Statwi fil-

gżejjer tagħna hawn bil-mijiet, u statwi titulari tal-ġebel u tal-irħam hawn ukoll. Hemm

minnhom li jistgħu jinġarru proċessjonalment bħala l-qofol tal-festa. Ħafna drabi jkunu tal-

injam jew tal-kartapesta, għalkemm hemm ukoll tal-fidda u tal-ġibs. Purċissjonijiet bikrin

kienu jġorru biss ir-relikwa jew is-Sagrament, skont l-okkażjoni tal-mument. Statwi għall-

purċissjonijiet bdew deħlin fis-seklu 17, l-aktar mit-tradizzjonijiet Taljani u Spanjoli li daħlu

Malta. Illum il-ġurnata l-istatwi titulari huma vari titulari tal-knejjes parrokkjali u sekondarji

fil-parroċċa.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka kull mistoqsija)

L-eżaminatur jaqra s-silta darba biss filwaqt li l-mistoqsijiet jinqraw darbtejn.

Deni u Mard Infettiv

Meta jkun hemm xi marda, jew infezzjoni, il-ġisem jibda jaħdem biex jikkumbattiha. Billi

jkun qed isir ħafna xogħol bijokimiku fil-ġisem, titla’ t-temperatura, għax kull tip ta’ xogħol

jipproduċi s-sħana. Għalhekk, meta aħna nippruvaw il-ħġieġa tad-deni, jew termometru, jekk

jimmarka d-deni jkun ifisser li rridu nieħdu passi biex inrażżnu l-infezzjoni. Jekk wieħed

iħoss il-moħħ jew il-ġilda tal-marid, malajr jista’ jinduna li s-sħana ma tkunx normali. Fl-

imgħoddi, meta missirijietna kienu jsibu deni qawwi, u kienu jħossu b’idhom u mhux bit-

termometru, ma kinux isejħu tabib, imma kienu jippruvaw huma bosta rimedji. Bħal, ngħidu

aħna, tqiegħed idejk u saqajk fl-ilma, biex is-sħana tmur fih, ħaġa li għadek issibha sal-lum.

Il-mistoqsijiet:

1. Meta l-ġisem jintebaħ li jkollu xi marda jew infezzjoni, dan jibda (a) jikkumbattiha,

(b) jipprova jraqqadha, (ċ) jara kif jagħmel biex jaħrabha.

2. Fis-silta nsibu: jekk jimmarka d-deni jkun ifisser li rridu nieħdu passi biex inrażżnu l-

infezzjoni. Fissirha. (inrażżnu = nikkontrollaw, inwaqqfu, negħlbu)

3. X’inhu l-eżempju ta’ rimedju li jingħata fl-aħħar tas-silta ta’ x’kienu jagħmlu

missirijietna fl-imgħoddi minflok ma jġibu tabib? (iqiegħdu l-idejn u s-saqajn fl-ilma,

għax kienu jemmnu li s-sħana tmur fl-ilma)

It-Taħdita - Diskussjoni fuq tema kurrenti (5 minuti, 4 marki) L-eżaminatur jistaqsi lill-istudent liema tema għażel u jibda diskussjoni fuqha. Jista’ jkompli

d-diskussjoni billi jirreferi għall-mistoqsijiet t’hawn taħt. L-assessjar isir skont il-kriterji

stabbiliti fl-iskema tal-marki.

Kif jista’ l-bniedem jieħu aktar ħsieb ta’ saħħtu? Is-saħħa hija importanti, l-aktar meta nikbru, għandna dejjem nagħmlu viżta regolari għand it-tabib

biex niċċekkjaw li kollox qiegħed sew. Il-prevenzjoni hija dejjem aħjar mill-kura. Eżerċizzju tajjeb u

addattat. Ikel tajjeb u sustanzjuż. X’jista’ jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex ixerred aktar il-

kultura li għandna nieħdu ħsieb saħħitna u ġisimna?

Xi jkun, jew kif ikun, bniedem kolt għalik? X’tifhem bil-kliem “kultura”? U “kultura Maltija”? X’jifforma parti mill-kultura Maltija ta’ żmienna?

U tal-imgħoddi? Il-letteratura, il-mużika, iż-żfin, l-arti, il-pittura, l-iskultura, l-isports, id-divertiment,

l-ilbies, il-passatempi ... dawn “kultura”? Hemm aktar? Kif jista’ bniedem iżomm ruħu ‘kolt’? Bil-

qari? Bit-tiftix fuq l-internet? Kemm hawn Maltin li kapaċi jżommulek taħdita għaddejja, mingħajr ma

jieqfu, fuq suġġett ta’ kultura?

3

Page 5: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 5 minn 7

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Il-kandidati jaqraw b’vuċi għolja s-silta li għandhom quddiemhom. L-eżaminatur

jassessja skont il-kriterji pprovduti fl-iskema tal-marki.

Il-Missjoni fl-Etjopja

Is-Sorijiet Franġiskani waslu fl-Etjopja, art ta’ missjoni, fl-1927, meta kienet Superjura

Ġenerali Madre Nażarena. Madre Margerita kienet ilha mill-1924 li temmet il-perjodu tagħha

tas-superjorat. Il-fundazzjoni fl-Afrika, mela, ma tmisshiex direttament, għax ġiet magħmula

minn oħrajn mingħajr l-indħil dirett tagħha, iżda tmissha indirettament għax anke hi dak iż-

żmien kienet tagħmel parti mill-Kunsill Ġenerali u saħħet bil-vot tagħha din l-inizjattiva

ġdida missjunarja li l-Kongregazzjoni ħadet f’daqqa waħda. Dan l-ispirtu missjunarju kien xi

ħaġa ġdida, u mliet lill-Kongregazzjoni b’entużjażmu kbir. Esperjenza kbira tassew.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka kull mistoqsija)

L-eżaminatur jaqra s-silta darba biss filwaqt li l-mistoqsijiet jinqraw darbtejn.

L-Artist bla serħan

Il-qawl jgħid: “Min qiegħed tajjeb ma jridx jiċċaqlaq”. L-artist jagħmel preċiż il-maqlub ta’

dan, għax l-artist qatt mhu qiegħed tajjeb. Qatt mhu komdu! Dejjem irid jiċċaqlaq u jċaqlaq.

Dejjem għandu moħbi ġo fih, u f’xi każi mhux tant moħbi, dak l-istat nervuż li jġiegħlu

jobgħod l-istatus quo, l-ilma qiegħed. F’ċertu artisti dan l-istat nervuż ikun jidher ukoll fil-

mod kif jgħixu, fil-mod kif iġibu ruħhom, fl-orarju, bħal ngħidu aħna f’Charles Dickens, li

kien dejjem irid jimxi u jimxi, mill-inqas tnax-il mil kuljum. Dan it-tkissir tar-regola jidher

ukoll f’livell tekniku u stilistiku, u fejn jidħlu l-kittieba, fil-kitbiet tagħhom.

Il-mistoqsijiet:

1. Fisser fi ftit kliem: L-awtur dejjem irid jiċċaqlaq u jċaqlaq. (l-awtur qatt mhu kuntent,

dejjem irid jivvinta xi ħaġa ġdida, xi ħaġa tal-arti, biex anke jqanqal lin-nies)

2. Kif jidher l-istat nervuż f’ċertu kittieba? (a) fl-ilbies li jilbsu, (b) fl-ikel li jieklu, (ċ)

fil-mod kif jgħixu u jġibu ruħhom.

3. X’naraw ħafna drabi f’dawn l-artisti bla serħan? (a) jiksru r-regola fejn jidħol il-livell

tekniku u stilistiku, (b) jibżgħu juri l-fehmiet tagħhom f’kitbiethom, (ċ) ma jibqgħux

jiktbu.

It-Taħdita - Diskussjoni fuq tema kulturali (5 minuti, 4 marki) L-eżaminatur jistaqsi lill-istudent liema tema għażel u jibda diskussjoni fuqha. Jista’ jkompli

d-diskussjoni billi jirreferi għall-mistoqsijiet t’hawn taħt. L-assessjar isir skont il-kriterji

stabbiliti fl-iskema tal-marki.

X’kontribut ta Mikiel Anton Vassalli għall-iżvilupp tal-Ilsien Malti? Min kien Mikiel Anton Vassalli?X’taf tgħidli fuq ħajtu? Kif kienet il-qagħda tal-Malti, bħala lingwa, fi

żmienu? U l-livell ta’ għajxien tal-Maltin kif kien fi żmienu? Ried ibiddel xi ħaġa huwa? Ħareġ kotba?

X’tip ta’ kotba? Grammatika eċċ. Taf issemmi xi wieħed? Kien maħbub fi żmienu u wara żmienu? Il-

kontribut li ta. Hemm xi tip ta’ mafkar għalih xi mkien f’Malta? Tqisu importanti għalik, u għal Malta?

Dun Karm Psaila wkoll ta sehmu biex l-ilsien Malti jissaħħaħ. X’taħseb?

Taqbel? Xi jfisser Dun Karm Psaila għalik? X’taf tgħidli fuq ħajtu? Dejjem kien jikteb bil-Malti? Kif u meta

kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti? Għalfejn qatt ma ħares lura minn dik l-ewwel kitba tiegħu bil-Malti?

Taf issemmi xi poeżija jew tnejn milli kiteb? Kif inhu magħruf? Għaliex? X’livell ta’ kitba għandu?

Tqabbilha ma’ ta’ xi kittieb ieħor? Il-Malti tiegħu huwa mexxej, sabiħ, ċar, konċiż. Huwa poeta

reliġjuż u patrijottiku, kif ukoll romantiku. Għaliex?

4

Page 6: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 6 minn 7 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Il-kandidati jaqraw b’vuċi għolja s-silta li għandhom quddiemhom. L-eżaminatur

jassessja skont il-kriterji pprovduti fl-iskema tal-marki.

Is-Siġar taż-Żebbuġ

Is-siġra taż-żebbuġ hija waħda mill-eqdem speċi ta’ siġar u t-tieni waħda fl-importanza għal

dak li għandu x’jaqsam ma’ kultivazzjoni taż-żejt mad-dinja kollha. Sebgħa u disgħin fil-mija

tal-kultivazzjoni u tkabbir ta’ dawn is-siġar hija kkonċentrata fil-baċin Mediterranju. Dawn

is-siġar jikbru sew u jitqawwew bil-bosta fil-ħamrija Maltija. Ekonomikament, is-siġar taż-

żebbuġ mhumiex importanti għall-agrikoltura lokali, imma t-tkabbir tagħhom maż-żmien

qiegħed isir aktar popolari billi l-kummerċ agrikolu Malti għandu potenzjal qawwi ta’ żvilupp

biex jipproduċi prodotti ta’ kwalità u livelli tassew għolja.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka kull mistoqsija)

L-eżaminatur jaqra s-silta darba biss filwaqt li l-mistoqsijiet jinqraw darbtejn.

Simbolu tal-Kuxjenza Nazzjonali

Meta Mikiel Anton Vassalli beda jikkollabora mal-Protestanti fil-qlib tal-Vanġeli u tal-Atti,

baqa’ jitbiegħed minn kif kien jaħsibha l-poplu tagħna. Għalkemm huwa qatt ma stqarr li

qaleb Protestant, meta miet difnuh fiċ-ċimiterju tagħhom. It-tifkira tiegħu baqgħu jgħożżuha

biss dawk li ħabbew l-ilsien Malti u studjawh. Fih kienu jaraw raġel ta’ dehen kbir, bi

prinċipji sbieħ u qawwija. Kienu jqisuh vittma taċ-ċirkustanzi politiċi u storiċi. Biż-żmien,

bis-saħħa tad-dawl ġdid li tana Ninu Cremona, id-dell tqil ta’ Vassalli ttaffa. Fit-tieni nofs

tas-seklu għoxrin, Vassalli sar simbolu tal-kuxjenza nazzjonali. F’Ħaż-Żebbuġ sarlu

monument. Fl-Università hemm atriju kif ukoll wieħed miċ-ċentri tal-konferenzi msemmija

għalih.

Il-mistoqsijiet:

1. Min baqa’ jgħożżha t-tifkira ta’ Mikiel Anton Vassalli? (a) il-Maltin kollha, (b) dawk

li ħabbew l-ilsien Malti u studjawh, (ċ) il-barranin.

2. Fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin, Vassalli sar simbolu (a) tal-kuxjenza nazzjonali, (b)

tal-Maltin tal-klassi l-batuta, (ċ) tal-Università.

3. Fl-Università hemm żewġ postijiet imsemmija għalih. Semmi wieħed minnhom. (l-

atriju jew wieħed miċ-ċentri tal-konferenzi)

It-Taħdita - Diskussjoni fuq tema kurrenti (5 minuti, 4 marki) L-eżaminatur jistaqsi lill-istudent liema tema għażel u jibda diskussjoni fuqha. Jista’ jkompli

d-diskussjoni billi jirreferi għall-mistoqsijiet t’hawn taħt. L-assessjar isir skont il-kriterji

stabbiliti fl-iskema tal-marki.

Aħna bħala ċittadini Maltin irridu nibżgħu għall-ambjent Malti. X’tifhem b’ambjent Malti? Kif nistgħu nibżgħu għalih? Oġġetti? Annimali? Il-Kunsilli Lokali

għandhom jidħlu fiha? Kif? Laqgħat ta’ informazzjoni, taħditiet fuq it-televixin. Il-poplu Malti huwa

konxju mill-problema tal-qerda tal-ambjent? Jagħti kasu biżżejjed? Għaliex taħseb hekk? Tkellmu fuqu

poeti u kittieba?

Il-familja hija l-pedament ta’ kull soċjetà. Familja nukleari, familja estiża; l-importanza tal-familja fis-soċjetà; imħabba, għaqda, dixxiplina,

ħbiberija; il-ġenituri jgħallmu lit-tfal ... manjieri, skola. Xi jfarrak familja? Ġlied bejn il-ġenituri; it-

tfal iżommu kumpanija ħażina, peer pressure, jirribellaw u jagħmlu l-kontra li jgħidulhom il-ġenituri.

5

Page 7: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 7 minn 7

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Il-kandidati jaqraw b’vuċi għolja s-silta li għandhom quddiemhom. L-eżaminatur

jassessja skont il-kriterji pprovduti fl-iskema tal-marki.

Id-Dimenzja

L-Organizzazzjoni Mondjali tas-Saħħa tiddefinixxi d-dimenzja bħala dak is-sindromu li ġej

mill-mard tal-moħħ, ħafna drabi ta’ natura kronika jew progressiva, u li fiha jkun hemm

żbilanċ qawwi fil-memorja, fil-kapaċità tal-ħsieb, fl-orjentazzjoni, fil-fehim, fl-użu tal-lingwa

u fil-mod ta’ kif tiġġudika. L-aktar fattur li jġib dimenzja huwa x-xjuħija. Xi studji jwaħħdu

d-dipressjoni mad-dimenzja, imma l-kawża kif dan jista’ jseħħ għadha mhux magħrufa.

Saħansitra anke daqqiet qawwija fuq ir-ras jistgħu jħaffu dan il-proċess. Fl-2010, f’Malta

kien hawn madwar 5,000 każ ta’ dimenzja. Sal-2030, l-ammont jista’ jiżdied sal-10,000.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka kull mistoqsija)

L-eżaminatur jaqra s-silta darba biss filwaqt li l-mistoqsijiet jinqraw darbtejn.

Il-Viżjoni ta’ Dun Karm

Is-sena 1921, is-sena tal-Kostituzzjoni, qanqlet lil Dun Karm biex jikteb il-poeżija 1921 – Lil

Ħuti l-Maltin nhar l-Għoti tal-Kostituzzjoni, li hi speċi ta’ innu patrijottiku mnebbaħ mill-

bżonn tal-għaqda nazzjonali fi żmien ta’ firda partiġġjana. Huwa kien jibża’ ħafna li, bħala

qassis u poeta, jintrabat ma’ xi kulur politiku, u għalhekk lil dan l-innu, bla mużika, huwa

baqa’ ma xandrux qabel Diċembru 1939, u ppubblikah sewwasew fir-rivista Il-Malti. Taħt il-

poeżija huwa niżżel din in-nota: “Dan l-innu kellu jiġi mqiegħed fil-mużika għal dik il-ħabta.

Il-mużika ma saritx u l-innu baqa’ ma deherx. Min jaf jekk ikun jiswa f’li ġej?”

Il-mistoqsijiet:

1. Meta Dun Karm kiteb il-poeżija 1921 – Lil Ħuti l-Maltin nhar l-Għoti tal-

Kostituzzjoni, huwa ried li din tkun speċi ta’ (a) talba biex titkanta fil-knejjes, (b) innu

biex jitkanta fil-jum nazzjonali, (ċ) innu patrijottiku bi ħsieb ta’ għaqda nazzjonali.

2. X’jisimha r-rivista li fiha ġiet ippubblikata din l-istess poeżija, 1921 – Lil Ħuti l-

Maltin nhar l-Għoti tal-Kostituzzjoni? (Il-Malti)

3. Dun Karm qatt ma ried, billi kien qassis u poeta, li jintrabat (a) ma’ xi każin tal-

banda, (b) ma’ xi partit politiku, (ċ) ma’ xi għaqda kulturali.

It-Taħdita - Diskussjoni fuq tema kulturali (5 minuti, 4 marki) L-eżaminatur jistaqsi lill-istudent liema tema għażel u jibda diskussjoni fuqha. Jista’ jkompli

d-diskussjoni billi jirreferi għall-mistoqsijiet t’hawn taħt. L-assessjar isir skont il-kriterji

stabbiliti fl-iskema tal-marki.

Inti titgħallem bosta lingwi l-iskola. Għandek bżonnhom fil-ħajja tiegħek ta’

kuljum? Jew bil-Malti biss tinqeda? Il-vantaġġ li tkun taf ħafna lingwi; safar, kultura, bilingwiżmu, televixin; bil-Malti biss inkunu maqfula

qisna ġo gaġġa; inbatu ħafna jekk inkunu nafu l-Malti biss anke fejn tidħol it-teknoloġija; is-sbuħija li

tqabbel lingwi flimkien, l-ammont ta’ lingwi li tistudja fl-iskola huwa wisq, biżżejjed, jista’ jiżdied?

Għaliex?

L-istudju tal-lingwi barranin. Inkunu qegħdin inwaqqgħu l-valur tal-ilsien Malti

b’hekk? Kull lingwa għandha s-sabiħ tagħha, l-ilsien Malti għandu valur daqs kull lingwa oħra. Għaliex?

Tħobbu l-ilsien Malti? Għaliex? X’taralu sabiħ? Il-fatt li hu semitiku? Li hu uniku? Tqabbil ma’ familji

oħra ta’ lingwi; xi ssib sabiħ f’lingwi oħra? Tista’ tqabbel il-Malti ma’ lingwi oħra? Minn liema

angolu? Xi jdejqek fil-Malti?

6

Page 8: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Istudenti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 6

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN: 10 minuti

(Il-Karta tal-Istudenti)

L-istruzzjonijiet:

Għandek madwar għaxar minuti biex tipprepara għall-oral. Waqt l-eżami trid taqra s-silta tal-

qari quddiem l-eżaminatur b’vuċi għolja. Wara l-eżaminatur se jaqralek darba biss silta oħra

u jistaqsik xi mistoqsijiet fuqha. Il-mistoqsijiet se jinqraw darbtejn. Fid-diskussjoni mal-

eżaminatur trid titkellem fuq it-tema li tkun għażilt. Waqt l-Oral ma tista’ tikteb xejn fuq il-

karta. Meta tlesti għaddi l-karta tal-eżami lill-eżaminatur qabel toħroġ mill-klassi.

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Aqraw b’vuċi għolja din is-silta.

Attakk tal-Qalb

Meta l-arterja tal-qalb tinstadd iktar minn 80 fil-mija, ma jkunx hemm ċirkolazzjoni biżżejjed

lejn din il-parti tal-qalb ta’ fejn tkun qiegħda tagħti d-demm l-arterja miżduda, u għalhekk il-

laħam tal-qalb f’din il-parti jibda jsofri u jekk tibqa’ ma tagħmel xejn saħansitra tmut. Il-

persuna tħoss toqol enormi fuq is-sider, qisu poġġew xi ċangun fuqu. Dan huwa attakk tal-

qalb. Din hija sitwazzjoni ta’ emerġenza. Mill-uġigħ kbir fuq quddiem tal-qafas tas-sider,

jibda jxoqq ukoll l-għaraq. Jekk l-arterja ma tinfetaħx fl-ewwel 24 siegħa, il-qalb tista’ tieqaf.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka għal kull mistoqsija)

Is-silta tkun għand l-eżaminatur biss li jaqrahielek darba biss. Il-mistoqsijiet jinqrawlek

darbtejn.

It-Taħdita - Tema kurrenti (5 minuti, 4 marki) Waqt il-ħin preparatorju, agħżel tema waħda mit-tnejn ta’ hawn taħt biex tiddiskutiha mal-

eżaminatur.

Diskussjoni fuq tema kurrenti:

Iż-żgħorija, it-tfulija, l-irġulija, ix-xjuħija. Agħżel żewġ fażijiet minn dawn l-erbgħa,

u qabbilhom ma’ xulxin.

jew

Id-divertiment nhar ta’ Sibt filgħaxija.

1

Rotta 3

Page 9: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 2 minn 6 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Istudenti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN: 10 minuti

(Il-Karta tal-Istudenti)

L-istruzzjonijiet:

Għandek madwar għaxar minuti biex tipprepara għall-oral. Waqt l-eżami trid taqra s-silta tal-

qari quddiem l-eżaminatur b’vuċi għolja. Wara l-eżaminatur se jaqralek darba biss silta oħra

u jistaqsik xi mistoqsijiet fuqha. Il-mistoqsijiet se jinqraw darbtejn. Fid-diskussjoni mal-

eżaminatur trid titkellem fuq it-tema li tkun għażilt. Waqt l-Oral ma tista’ tikteb xejn fuq il-

karta. Meta tlesti għaddi l-karta tal-eżami lill-eżaminatur qabel toħroġ mill-klassi.

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Aqraw b’vuċi għolja din is-silta.

Il-Kittieb ikellem lill-Udjenza

Jekk xi darba kien hemm xi dubju li l-kittieb, tal-inqas fil-qiegħ ta’ qalbu, jippretendi li jkollu

u li jkellem lil xi udjenza, dan żgur li ntwera fil-kontroversja tas-sittinijiet. Nieħdu lil Oreste

Calleja bħala wieħed mill-kittieba Maltin ewlenin tas-sittinijiet li bid-drammi tiegħu kien

qajjem kontroversja fost il-Maltin. L-antoloġija tiegħu 4 Drammi dehret fl-1972, wara li l-

ewwel dramm Anestesija kien ixxandar għall-ewwel darba minn fuq ir-Redifussion fl-1969.

Anestesija nħadem ukoll għat-televixin, bi produzzjoni ta’ Albert Marshall, f’Ottubru tal-

1972. Id-drammi l-oħra fl-antoloġija dehru kollha bejn l-1971 u l-1972.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka għal kull mistoqsija)

Is-silta tkun għand l-eżaminatur biss li jaqrahielek darba biss. Il-mistoqsijiet jinqrawlek

darbtejn.

It-Taħdita - Tema kulturali (5 minuti, 4 marki) Waqt il-ħin preparatorju, agħżel tema waħda mit-tnejn ta’ hawn taħt biex tiddiskutiha mal-

eżaminatur.

Diskussjoni fuq tema kulturali:

Ikkummenta fuq l-elementi li jsawru l-ilsien Malti. Tagħmel distinzjoni fil-ħajja

tiegħek bejn il-Malti mitkellem u l-Malti miktub?

Jew

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni (radju, televixin, gazzetti, kotba, magażins) qegħdin

jgħinuh u jsaħħuh lill-Ilsien Malti? Jew qegħdin idgħajfuh?

2

Rotta 3

Page 10: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Istudenti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 3 minn 6

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN: 10 minuti

(Il-Karta tal-Istudenti)

L-istruzzjonijiet:

Għandek madwar għaxar minuti biex tipprepara għall-oral. Waqt l-eżami trid taqra s-silta tal-

qari quddiem l-eżaminatur b’vuċi għolja. Wara l-eżaminatur se jaqralek darba biss silta oħra

u jistaqsik xi mistoqsijiet fuqha. Il-mistoqsijiet se jinqraw darbtejn. Fid-diskussjoni mal-

eżaminatur trid titkellem fuq it-tema li tkun għażilt. Waqt l-Oral ma tista’ tikteb xejn fuq il-

karta. Meta tlesti għaddi l-karta tal-eżami lill-eżaminatur qabel toħroġ mill-klassi.

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Aqraw b’vuċi għolja din is-silta.

L-istatwi titulari

L-isfond li fih jeżistu u żviluppaw il-vari titulari tagħna huwa tassew interessanti. Statwi fil-

gżejjer tagħna hawn bil-mijiet, u statwi titulari tal-ġebel u tal-irħam hawn ukoll. Hemm

minnhom li jistgħu jinġarru proċessjonalment bħala l-qofol tal-festa. Ħafna drabi jkunu tal-

injam jew tal-kartapesta, għalkemm hemm ukoll tal-fidda u tal-ġibs. Purċissjonijiet bikrin

kienu jġorru biss ir-relikwa jew is-Sagrament, skont l-okkażjoni tal-mument. Statwi għall-

purċissjonijiet bdew deħlin fis-seklu 17, l-aktar mit-tradizzjonijiet Taljani u Spanjoli li daħlu

Malta. Illum il-ġurnata l-istatwi titulari huma vari titulari tal-knejjes parrokkjali u sekondarji

fil-parroċċa.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka għal kull mistoqsija)

Is-silta tkun għand l-eżaminatur biss li jaqrahielek darba biss. Il-mistoqsijiet jinqrawlek

darbtejn.

It-Taħdita - Tema kurrenti (5 minuti, 4 marki) Waqt il-ħin preparatorju, agħżel tema waħda mit-tnejn ta’ hawn taħt biex tiddiskutiha mal-

eżaminatur.

Diskussjoni fuq tema kurrenti:

Kif jista’ l-bniedem jieħu aktar ħsieb ta’ saħħtu?

jew

Xi jkun, jew kif ikun, bniedem kolt għalik?

3

Rotta 3

Page 11: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 4 minn 6 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Istudenti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN: 10 minuti

(Il-Karta tal-Istudenti)

L-istruzzjonijiet:

Għandek madwar għaxar minuti biex tipprepara għall-oral. Waqt l-eżami trid taqra s-silta tal-

qari quddiem l-eżaminatur b’vuċi għolja. Wara l-eżaminatur se jaqralek darba biss silta oħra

u jistaqsik xi mistoqsijiet fuqha. Il-mistoqsijiet se jinqraw darbtejn. Fid-diskussjoni mal-

eżaminatur trid titkellem fuq it-tema li tkun għażilt. Waqt l-Oral ma tista’ tikteb xejn fuq il-

karta. Meta tlesti għaddi l-karta tal-eżami lill-eżaminatur qabel toħroġ mill-klassi.

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Aqraw b’vuċi għolja din is-silta.

Il-Missjoni fl-Etjopja

Is-Sorijiet Franġiskani waslu fl-Etjopja, art ta’ missjoni, fl-1927, meta kienet Superjura

Ġenerali Madre Nażarena. Madre Margerita kienet ilha mill-1924 li temmet il-perjodu tagħha

tas-superjorat. Il-fundazzjoni fl-Afrika, mela, ma tmisshiex direttament, għax ġiet magħmula

minn oħrajn mingħajr l-indħil dirett tagħha, iżda tmissha indirettament għax anke hi dak iż-

żmien kienet tagħmel parti mill-Kunsill Ġenerali u saħħet bil-vot tagħha din l-inizjattiva

ġdida missjunarja li l-Kongregazzjoni ħadet f’daqqa waħda. Dan l-ispirtu missjunarju kien xi

ħaġa ġdida, u mliet lill-Kongregazzjoni b’entużjażmu kbir. Esperjenza kbira tassew.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, 3 marki, marka għal kull mistoqsija)

Is-silta tkun għand l-eżaminatur biss li jaqrahielek darba biss. Il-mistoqsijiet jinqrawlek

darbtejn.

It-Taħdita - Tema kulturali (5 minuti, 4 marki) Waqt il-ħin preparatorju, agħżel tema waħda mit-tnejn ta’ hawn taħt biex tiddiskutiha mal-

eżaminatur.

Diskussjoni fuq tema kulturali:

X’kontribut ta Mikiel Anton Vassalli għall-iżvilupp tal-Ilsien Malti?

jew

Dun Karm Psaila wkoll ta sehmu biex l-ilsien Malti jissaħħaħ. X’taħseb? Taqbel?

4

Rotta 3

Page 12: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Istudenti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 5 minn 6

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN: 10 minuti

(Il-Karta tal-Istudenti)

L-istruzzjonijiet:

Għandek madwar għaxar minuti biex tipprepara għall-oral. Waqt l-eżami trid taqra s-silta tal-

qari quddiem l-eżaminatur b’vuċi għolja. Wara l-eżaminatur se jaqralek darba biss silta oħra

u jistaqsik xi mistoqsijiet fuqha. Il-mistoqsijiet se jinqraw darbtejn. Fid-diskussjoni mal-

eżaminatur trid titkellem fuq it-tema li tkun għażilt. Waqt l-Oral ma tista’ tikteb xejn fuq il-

karta. Meta tlesti għaddi l-karta tal-eżami lill-eżaminatur qabel toħroġ mill-klassi.

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Aqraw b’vuċi għolja din is-silta.

Is-Siġar taż-Żebbuġ

Is-siġra taż-żebbuġ hija waħda mill-eqdem speċi ta’ siġar u t-tieni waħda fl-importanza għal

dak li għandu x’jaqsam ma’ kultivazzjoni taż-żejt mad-dinja kollha. Sebgħa u disgħin fil-mija

tal-kultivazzjoni u tkabbir ta’ dawn is-siġar hija kkonċentrata fil-baċin Mediterranju. Dawn

is-siġar jikbru sew u jitqawwew bil-bosta fil-ħamrija Maltija. Ekonomikament, is-siġar taż-

żebbuġ mhumiex importanti għall-agrikoltura lokali, imma t-tkabbir tagħhom maż-żmien

qiegħed isir aktar popolari billi l-kummerċ agrikolu Malti għandu potenzjal qawwi ta’ żvilupp

biex jipproduċi prodotti ta’ kwalità u livelli tassew għolja.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka għal kull mistoqsija)

Is-silta tkun għand l-eżaminatur biss li jaqrahielek darba biss. Il-mistoqsijiet jinqrawlek

darbtejn.

It-Taħdita - Tema kurrenti (5 minuti, 4 marki) Waqt il-ħin preparatorju, agħżel tema waħda mit-tnejn ta’ hawn taħt biex tiddiskutiha mal-

eżaminatur.

Diskussjoni fuq tema kurrenti:

Aħna bħala ċittadini Maltin irridu nibżgħu għall-ambjent Malti.

Jew

Il-familja hija l-pedament ta’ kull soċjetà.

5

Rotta 3

Page 13: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 6 minn 6 Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Istudenti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI L-ORAL TAL-MALTI IL-ĦIN: 10 minuti

(Il-Karta tal-Istudenti)

L-istruzzjonijiet:

Għandek madwar għaxar minuti biex tipprepara għall-oral. Waqt l-eżami trid taqra s-silta tal-

qari quddiem l-eżaminatur b’vuċi għolja. Wara l-eżaminatur se jaqralek darba biss silta oħra

u jistaqsik xi mistoqsijiet fuqha. Il-mistoqsijiet se jinqraw darbtejn. Fid-diskussjoni mal-

eżaminatur trid titkellem fuq it-tema li tkun għażilt. Waqt l-Oral ma tista’ tikteb xejn fuq il-

karta. Meta tlesti għaddi l-karta tal-eżami lill-eżaminatur qabel toħroġ mill-klassi.

Is-Silta għall-Qari (2 minuti, 3 marki)

Aqraw b’vuċi għolja din is-silta.

Id-Dimenzja

L-Organizzazzjoni Mondjali tas-Saħħa tiddefinixxi d-dimenzja bħala dak is-sindromu li ġej

mill-mard tal-moħħ, ħafna drabi ta’ natura kronika jew progressiva, u li fiha jkun hemm

żbilanċ qawwi fil-memorja, fil-kapaċità tal-ħsieb, fl-orjentazzjoni, fil-fehim, fl-użu tal-lingwa

u fil-mod ta’ kif tiġġudika. L-aktar fattur li jġib dimenzja huwa x-xjuħija. Xi studji jwaħħdu

d-dipressjoni mad-dimenzja, imma l-kawża kif dan jista’ jseħħ għadha mhux magħrufa.

Saħansitra anke daqqiet qawwija fuq ir-ras jistgħu jħaffu dan il-proċess. Fl-2010, f’Malta

kien hawn madwar 5,000 każ ta’ dimenzja. Sal-2030, l-ammont jista’ jiżdied sal-10,000.

Is-Silta għas-Smigħ (3 minuti, marka għal kull mistoqsija)

Is-silta tkun għand l-eżaminatur biss li jaqrahielek darba biss. Il-mistoqsijiet jinqrawlek

darbtejn.

It-Taħdita - Tema kulturali (5 minuti, 4 marki) Waqt il-ħin preparatorju, agħżel tema waħda mit-tnejn ta’ hawn taħt biex tiddiskutiha mal-

eżaminatur.

Diskussjoni fuq tema kulturali:

Inti titgħallem bosta lingwi l-iskola. Għandek bżonnhom fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum?

Jew bil-Malti biss tinqeda?

jew

L-istudju tal-lingwi barranin. Inkunu qegħdin inwaqqgħu l-valur tal-ilsien Malti

b’hekk?

6

Rotta 3

Page 14: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti –Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 10

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2015

IL-ĦAMES KLASSI Il-MALTI IL-ĦIN: SAGĦTEJN

L-Isem: ______________________ Il-Klassi: _________

ISTRUZZJONIJIET LILL-KANDIDAT/A:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati

aħjar.

GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA

SKEMA GĦALL-MARKI

Il-Mistoqsija A B Ċ D E F Ġ Oral Total

Il-Marki 7 3 10 10 20 15 25 10 100

Il-Marki tal-

istudent/a

KUMMENTI

________________________________________________________________________________

Page 15: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 2 minn 10 Il-Malti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

L-EWWEL TAQSIMA - IL-LINGWA (50 marka)

A. Il-Fehim it-Test (7 marki)

Aqra sewwa din is-silta, u wara wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek:

Maltempata qawwija taħkem lil Malta

Fi stqarrija pubblika mxandra fil-ġurnali tal-ġimgħa l-oħra, il-kumpanija Enemalta plc ħadet

l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-impjegati kollha tagħha għall-ħidma sfiqa u bla waqfien tagħhom,

u f’kundizzjonijiet diffiċli għall-aħħar, biex jirranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltempata qalila u

l-irjiħat qawwija li ħakmu l-Gżejjer Maltin ilbieraħ. (par. 1)

F’għadd ta’ lokalitajiet, il-kumpanija sofriet ħsarat kbar fl-apparat tad-distribuzzjoni tal-elettriku li

huwa installat fil-beraħ. Kienu reġistrati numru ta’ ħsarat fil-high tension network fir-Rabat,

l-Imġarr, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, kif ukoll aktar minn 250 rapport ieħor ta’ ħsarat fil-low

voltage network f’lokalitajiet oħrajn. Il-maltemp qata’ cables, waqqa’ arbli u għamel ħsara

f’tagħmir ieħor tal-elettriku. Il-provvista ta’ elettriku lil għadd ta’ klijenti f’dawn l-inħawi nqatgħet

sakemm tlestew it-tiswijiet. (par. 2)

L-Enemalta ħasset il-ħtieġa li talloka għadd ta’ ħaddiema addizzjonali biex iwettqu t-tiswijiet

meħtieġa. Dan kollu sar biex it-tiswijiet isiru fl-inqas ħin possibbli. Ingħatat prijorità u preċedenza

fi nħawi fejn il-ħsarat setgħu kienu ta’ periklu għall-klijenti. F’xi każi, il-provvista tal-elettriku ma

setgħetx titreġġa’ lura qabel ma waqaf il-maltemp, peress li kien hemm periklu għall-ħaddiema li

kienu qegħdin jagħmlu t-tiswijiet f’dawn il-kundizzjonijiet ħżiena. (par. 3)

L-Inġ. Fredrick Azzopardi, l-Executive Chairman tal-kumpanija, faħħar il-ħidma tal-ħaddiema

tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, li għamlu ħilithom biex jirranġaw il-ħsarat u jagħtu

lura l-provvista lill-klijenti. Irringrazzja wkoll lill-impjegati tan-Network Control Room u

tal-Customer Care tal-kumpanija, li mexxew ix-xogħol ta’ tiswijiet kif ukoll ir-rispons għat-talbiet

ta’ għajnuna mingħand il-klijenti. Tabilħaqq kienu tassew numerużi, waħda f’waħda xi kultant,

it-telefonati li daħlu fil-Customer Care tal-kumpanija, kollha jitolbu għal xi tip ta’ għajnuna jew

oħra. U meta l-ħaddiema kienu jintbagħtu biex jaraw u jivverifikaw il-ħsara, mhux dejjem ikunu

jafu eżatt x’se jsibu ma’ wiċċhom, u huwa għalhekk li ħafna drabi dan ikun xogħol ta’ periklu

għalihom. “Nixtiequ wkoll nirringrazzjaw lill-Pulizija, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u

entitajiet oħra, kif ukoll lill-pubbliku, li kollha għenu lill-ħaddiema tal-Enemalta f’dan ix-xogħol.”

(par. 4)

Roger Azzopardi, il-fotografu ta' inewsmalta.com, irnexxielu jdur dawra mal-aktar inħawi milquta

ħażin mill-maltempata tal-bieraħ. F'din id-dawra, seta’ jinnota n-numru kbir ta' siġar, arbli u anke

billboards li twaqqgħu bil-qawwa kbira tar-riħ li ħakem lil pajjiżna fis-sigħat li għaddew. Kien

hemm ukoll ħitan tas-sejjieħ li waqgħu għal kollox, u anke ħsarat konsiderevoli f’għadd ta’ bus

stops, apparti l-ilmijiet kbar għaddejja fit-toroq. (par. 5)

(Addattament minn artiklu li deher f’inewsmalta, tas-Sibt, 8 ta’ Novembru 2014)

Page 16: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti –Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 3 minn 10

1. Għaliex taħseb li l-Enemalta plc ħasset il-ħtieġa li tagħmel stqarrija pubblika? (par. 1)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

2. Semmi żewġ tipi ta’ ħsara li għamel il-maltemp?

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

3. Għaliex il-kumpanija kellha ssejjaħ aktar ħaddiema biex jirranġaw il-ħsarat? (par. 3)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

4. L-Enemalta ħadet ħsieb li tħares is-sigurtà kemm tan-nies tagħha kif ukoll tal-klijenti milquta

bil-maltempata. Semmi eżempju wieħed ta’ kif għamlet dan. (par.3)

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

5. X’taħseb li kien ir-rwol tal-Customer Care tal-kumpanija f’din il-maltempata? (par. 4)

________________________________________________________________________________

_________________________________________________________________________ (marka)

6. F’madwar 30 kelma ikteb dwar l-effetti ħżiena li maltempata bħal din tista’ tħalli fuq

l-ekonomija Maltija.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

Page 17: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 4 minn 10 Il-Malti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

B. Għarfien il-Lingwa (3 marki)

Fisser fi kliemek l-espressjoni/il-frażi b’sing taħtha skont is-sens tas-silta.

i. x’se jsibu ma’ wiċċhom (par. 4): ______________________________________________

Liema kelma jew frażi mil-ħames paragrafu tas-silta għandha din it-tifsira?

ii. l-aktar affettwati bil-maltemp: ________________________________________________

iii. la kbar u lanqas żgħar imma ta’ min jagħti kashom: ________________________________

Ċ. Il-Grammatika (10 marki)

Aqra din is-silta, u wara wieġeb il-mistoqsijiet.

L-istudju ġeoloġiku juri li l-blat tal-ġżejjer tagħna nbena f’qiegħ il-baħar mat-taħlita ta’ fdalijiet ta’

annimali u qroll tul medda kbira ta’ snin. Aktar ma qiegħ il-baħar intrafa’ u ġie mressaq lejn

il-wiċċ, aktar ġie taħt l-influwenza tal-klima Mediterranja. Fl-1865, fil-franka, instabu partijiet minn

xedaq ta’ ħuta li ma għadhiex teżisti. L-artijiet u l-ibħra bdew jieħdu sura ġdida, kienu bħal sikka

ftit ’l isfel minn wiċċ il-baħar, u b’hekk bdew jixirfu f’wiċċ il-Mediterran dawk li llum huma

l-Gżejjer Maltin. L-annimali li nstabu wara kollha kienu jgħixu qrib l-ilma ħelu jew ifittxu

l-għadajjar, u b’hekk juru li kienu jpassu tul il-medda kbira ta’ art li għaqqdet l-Afrika mal-Ewropa.

(Addattament ta’ silta mill-ktieb Malta Fdal Atlantis, ta’ Francis Galea, 2002)

Mis-silta sib eżempju ta’:

1. stat kostrutt _____________________________________________________________

2. nom verbali _____________________________________________________________

3. verb fis-seba’ forma _______________________________________________________

4. partiċipju passiv __________________________________________________________

5. nom komuni ta’ nisel rumanz ________________________________________________

Aħdem/agħti:

6. il-plural miksur ta’ xedaq __________________________________________________

7. l-għerq ta’ jgħixu _________________________________________________________

8. aġġettiv minn Ewropa _____________________________________________________

9. id-diminuttiv ta’ baħar ____________________________________________________

10. il-partiċipju attiv fil-plural mill-għerq ta’ nbena _________________________________

Page 18: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti –Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 5 minn 10

D. Il-Malti Komunikattiv (10 marki)

Agħżel waħda minn a u b u ikteb madwar 80 – 100 kelma fuq karta separata.

a. Int kont membru ta’ grupp ta’ żgħażagħ Maltin li fis-sajf li għadda mar il-Kenja biex

jagħmel xogħol volontarju fost il-foqra tal-post u fl-iskejjel. Ikteb rapport biex tfakkar din

il-ġrajja. Ir-rapport se jidher fil-gazzetti lokali. L-ibliet li l-grupp ħadem fihom huma Kilifi,

Nyeri u Garissa, filwaqt li l-iskejjel kienu l-primarja ta’ Nyeri, is-sekondarji tas-subien ta’

Kilifi u tal-bniet ta’ Garissa.

jew

b. Saret protesta mill-ħaddiema tal-fabbrika International Chemicals Limited, li taħdem fuq

it-taħlit ta’ kimiċi perikolużi. Il-problema hija l-kundizzjonijiet mill-agħar tax-xogħol li

bħalissa jinsabu jaħdmu fihom il-ħaddiema. Kawża t’hekk hemm il-biża’ li jista’ jinxtered xi

mard infettiv. Bħala d-delegat tat-trade union, inti ntlabt tikteb rapport biex jidher

fil-gazzetti lokali fuq din il-protesta. Xi kimiċi perikolużi li jintużaw huma l-idrossidu

tas-sodju, iċ-ċjanur tas-sodju, il-merkurju u l-istrikinina.

E. Il-Komponiment Ġenerali (20 marka)

Ikteb madwar 350 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti. Ikteb fuq karta separata.

1. Ħarġa bil-karozza f’lejla xitwija

2. Ġmiel artna li jsaħħar lit-turisti

3. F’dinja mudlama, inti x’tagħmel: tixgħel xemgħa jew tisħet id-dlam?

4. It-tiġmigħ tal-bolli: passatemp għal kull età

Page 19: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 6 minn 10 Il-Malti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

IT-TIENI TAQSIMA - IL-LETTERATURA (40 marka)

Wieġeb il-taqsimiet kollha.

F. Ir-Referenza għall-Kuntest (15-il marka)

Agħżel poeżija WAĦDA minn A jew B.

A. Aqra din is-silta mill-poeżija B’Idejna, ta’ Adrian Grima, u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.

Waqt l-innu nazzjonali

ma nkunx naf x’se naqbad nagħmel b’idejja.

Huma jaħasra jistennew mumenti bħal dawn bil-ħerqa,

għax niftakar fihom kif inhuma,

mhux bħala strumenti f’idejja. 5

L-innu tagħna, niskopri kull darba,

jindaqq biex ifakkarni li jien dak li jien,

li nilbes dil-ġilda lewn ix-xemx

u dan il-moħħ lewn ix-xagħri.

Meta nħares lejn l-oħrajn 10

nintebaħ x’għandi nagħmel

u ġieli nitfa’ jdejja wara dahri.

Inħossni qisni spalliera

li waħedha baqgħet tistenna li titgħatta;

fidil f’salib it-toroq jitħabat ma’ stering ta’ karozza 15

li ma tridx tistartja;

1. Għaliex il-poeta jistqarr li waqt id-daqq tal-innu nazzjonali ma jkunx jaf x’se jaqbad jagħmel

b’idejh?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

2. Ikkummenta fuq il-metrika tal-poeżija u l-effett tagħha fuqek bħala qarrej.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

Page 20: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti –Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 7 minn 10

3. X’taħseb li ried ifisser il-poeta meta jgħid:

ġilda lewn ix-xemx (v.8):

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

fidil f’salib it-toroq jitħabat ma’ stering ta’ karozza (v.15):

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

4. Lejn l-aħħar tal-poeżija (mhux f’din is-silta), il-poeta jpinġi lill-poplu Malti b’ċertu mod, biex

jurina li dan mhux tassew jemmen fih innifsu bħala nazzjon sħiħ u magħqud. Kif tħoss li huwa

jagħmel dan?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

5. F’madwar 40 kelma, ikkummenta fuq l-imħabba tal-poeta lejn pajjiżu kif tidher f’din il-poeżija.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (4 marki)

Page 21: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 8 minn 10 Il-Malti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

Jew

B. Aqra sewwa din is-silta meħuda mill-poeżija Ġarġir mal-Ħerża ta’ Marjanu Vella, u wieġeb

il-mistoqsijiet fuqha.

Nibża’ xħin nersaq nimla

Żir ilma minn ġol-bir,

Qalbi titmewwet f’sidri,

Kull ħsieb ta’ sliem itir.

Il-ħerża qed titmermer 5

U l-fdal tal-ġebel iswed,

Tilef it-tond ta’ surtu

Is-satal, lewn l-irmied.

Ixxaqqaq l-għatu mkittef

Miżbugħ bi ftit tiċliq: 10

U fiċ-ċaflis nistenna

Xi ħadd jikser xi sieq.

1. F’din is-silta naraw dehra tal-biża’, fejn il-poeta jgħid li qalbu titmewwet f’sidru għal dak li jara.

Xi nsibu fil-bqija ta’ din il-poeżija?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

2. Ikkummenta fuq il-metrika ta’ din il-poeżija u l-effetti tagħha fuqek bħala qarrej.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

Page 22: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti –Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 9 minn 10

3. X’taħseb li ried ifisser il-poeta bil-frażi:

kull ħsieb ta’ sliem itir (v.4):

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

miżbugħ bi ftit tiċliq (v.10):

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (2 marki)

4. Lejn l-aħħar tal-poeżija (mhux f’din is-silta), il-poeta jrid li nieħdu azzjoni biex dak li nkiseb

sal-lum ma jintemmx. Kif juri dan?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

_______________________________________________________________________ (3 marka)

5. Ikkummenta f’madwar 40 kelma fuq ir-riflessjonijiet li tħoss li twassal din il-poeżija fuq il-ħajja

tal-bniedem.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (4 marki)

Page 23: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Paġna 10 minn 10 Il-Malti – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015

Ġ. Il-Komponiment Letterarju (25 marka)

(fuq il-poeżiji u n-novelli ta’ Bejn Ħaltejn)

Wieġeb mistoqsija waħda minn dawn li ġejjin. Ikteb madwar 200 kelma fuq karta separata.

Oqgħod attent/a għall-ortografija u l-mod kif tesprimi ruħek.

i. Xi drabi l-bniedem fil-ħajja jkollu jbati ħafna. Iċ-ċirkustanzi li jħabbat wiċċu magħhom

mhux dejjem ikollu kontroll fuqhom. U n-nies ta’ madwaru mhux dejjem jgħinuh. Iddiskuti

dan billi tagħmel referenza għal xi xogħlijiet (mill-inqas għal tnejn) li studjajt mill-

antoloġija Bejn Ħaltejn.

jew

ii. L-ambjent uman kif ukoll dak naturali jokkupaw post ewlieni fil-poeżiji u n-novelli li nsibu

fl-antoloġija Bejn Ħaltejn. Iddiskuti dan billi tagħmel referenza għal xi xogħlijiet (mill-inqas

għal tnejn) li studjajt.

Page 24: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL ......Il-Malti – L-Oral – Il-Karta tal-Eżaminatur – Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 1 minn 7 ID-DIRETTORAT

Il-Malti –Il-Ħames Sena tas-Sekondarja – Rotta 3 – 2015 Paġna 11 minn

10