il-kunsill ewropew fl -2012 · bankarju spanjol matul ir-rebbiegħa. għal darb’oħra rajna kif...

84
Il-Kunsill Ewropew fl-2012 JANNAR 2013 MT

Upload: others

Post on 11-Aug-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

Il-Kunsill Ewropew fl -2012

JANNAR 2013

MT

MT.indd 1 26/03/13 16:34

Page 2: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

MT.indd 2 26/03/13 16:34

Page 3: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

Il-Kunsill Ewropew fl-2012

JANNAR 2013

kg302279_MT_inside_b.indd 1 26/03/13 16:09

Page 4: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

Dan il-fuljett huwa produzzjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

www.european-council.europa.eu

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2013

ISBN 978-92-824-3765-0doi:10.2860/64517ISSN 1977-3242

© L-Unjoni Ewropea, 2013

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata dment li jiġi rikonoxxut is-sors.

Printed in BelgiumSTAMPAT FUQ KARTA EKOLOĠIKA

kg302279_MT_inside_b.indd 2 26/03/13 16:09

Page 5: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

3

Il-Kunsill Ewropew fl-2012mill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy

Werrej

Sena kruċjali 5

L-istabbiltà taż-żona tal-euro 6

Tkabbir u impjiegi 10

L-Unjoni fid-dinja 14

Minn kontinent ta’ gwerer għal kontinent ta’ paċi 17

Ħarsa ’l quddiem 23

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u dikjarazzjonijiet mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern 25

kg302279_MT_inside_b.indd 3 26/03/13 16:09

Page 6: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

4

Il-Kunsill Ewropew fl-2012

kg302279_MT_inside_b.indd 4 26/03/13 16:09

Page 7: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

5

Is-sena 2012, minkejja li għadha waħda diffiċli, kienet ikkaratterizzata minn punt deċiżiv: pass

wara pass qegħdin noħorġu lill-Ewropa mill-kriżi ekonomika. Wara s-sajf, ħallejna t-theddida

eżistenzjali taż-żona tal-euro warajna. Is-sbatax-il pajjiż kollha għadhom fiż-żona tal-euro: din kienet

kisba ewlenija ta’ responsabbiltà u solidarjetà. Aħna rkuprajna l-istabbiltà finanzjarja, il-prerekwiżit

għar-ritorn lejn it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, li nittamaw ser tiżdied fis-sena li

ġejja. Hemm aktar ħidma tistenna, iżda l-frott ta’ din il-ħidma diġà qed isaħħaħ l-Unjoni tagħna

inġenerali.

Il-Kunsill Ewropew fl-2012 ikopri l-attivitajiet tal-istituzzjoni fl-2012. L-istabbiltà finanzjarja

u t-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa kienu jeħtieġu l-attenzjoni sħiħa tagħna, hekk bħall-avvenimenti

fid-dinja ta’ madwarna — mill-inkwiet fil-Lvant Nofsani sal-bidliet fit-tmexxija fil-pajjiżi sħab. Fi

tmiem is-sena, l-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi lill-Unjoni ġie bħala tfakkira f’waqtha tal-għan

aħħari tagħna: li naħdmu flimkien għall-paċi u l-prosperità fil-kontinent tagħna, u lil hinn minnu.

L-istituzzjoni tagħna tiġbor flimkien l-ogħla mexxejja eżekuttivi tal-Unjoni: madwar il-mejda hemm

is-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, il-President tal-Kummissjoni, u l-President tal-Kunsill Ewropew.

Il-kompitu tagħna huwa li nistabbilixxu d-direzzjoni strateġika tal-Unjoni. Aħna nistabbilixxu

l-prijoritajiet politiċi u nieħdu responsabbiltà f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Fl-aqwa tiegħu, il-Kunsill

Ewropew huwa kapaċi jilħaq l-aspettattivi pubbliċi għoljin b’kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet

b’saħħitha — kif urejna f’għadd ta’ okkażjonijiet.

Matul l-2012 aħna lqajna kollegi ġodda, u sellimna lil ex kollegi, wara l-bidliet fil-gvern fis-Slovenja,

is-Slovakkja, il-Greċja u Franza. B’kollox organizzajna erba’ laqgħat formali tal-Kunsill Ewropew

(kif jitlob bħala minimu t-Trattat ta’ Lisbona), u tliet laqgħat addizzjonali, li tnejn minnhom kienu

informali. Fih innifsu, dan it-total ta’ seba’ samits, meta mqabbel ma’ mhux inqas minn tnax-il

laqgħa fl-2011, jipprovdi indikazzjoni oħra li l-politika Ewropea qiegħda bil-mod il-mod toħroġ

mill-kriżi.

Sa mit-Trattat ta’ Lisbona, President tal-Kunsill Ewropew huwa elett għal sentejn u nofs, terminu li

jista’ jiġġedded darba. Bħala l-ewwel persuna f’din il-kariga, kont onorat ħafna li fl-1 ta’ Marzu, ftit

xhur qabel it-tmiem tal-ewwel terminu tiegħi, il-kollegi tiegħi talbuni nkompli għat-tieni mandat.

Aċċettajt il-vot ta’ fiduċja tagħhom, peress li huwa privileġġ li nservi lill-Ewropa fi żminijiet deċiżivi

bħal dawn. Jiena nkompli l-ħidma tiegħi bil-konvinzjoni li xogħli huwa li nkun il-gwardjan ta’ fiduċja

tal-Unjoni: li nrawwem il-fehim reċiproku madwar il-mejda ta’ mexxejja, filwaqt li nkun konxju li

d-dover komuni tagħna huwa li nippreservaw il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni.

Sena kruċjali

kg302279_MT_inside_b.indd 5 26/03/13 16:09

Page 8: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

6

Matul dan kollu, l-isforzi tagħna tmexxew minn tfittxija

għal stabbiltà u reżiljenza. Dawn taw il-frott. Sal-aħħar

tas-sena, id-differenzi fir-rendiment kienu qed jonqsu,

l-aċċess għall-kreditu kien qed jitjieb u l-integrità taż-

żona tal-euro ma baqgħetx iktar dubjuża. It-theddidiet

vitali għaż-żona tal-euro jidhru li għebu.

Garanzija tar-responsabbiltà u s-solidarjetà.

Sa mill-bidu tal-kriżi, għamilna progress minn żewġ lati

paralleli: ir-responsabbiltà u s-solidarjetà. Minn naħa,

li ssir enfasi fuq ir-responsabbiltà tal-pajjiżi individwali,

pereżempju fit-tfittxija ta’ politiki baġitarji sodi; min-

naħa l-oħra, li tingħata għamla prattika lis-solidarjetà

fl-Unjoni tagħna, pereżempju bil-kontribut ta’ fondi

għal firewalls kontra l-kontaġju finanzjarju. Fl-ewwel ftit

xhur tal-2012, għamilna dawn iż-żewġ prinċipji aktar

vinkolanti u permanenti.

Fit-2 ta’ Marzu, ħamsa u għoxrin mexxej iffirmaw

it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza. Dan huwa t-“trattat ta’ responsabbiltà”

tagħna, li nikkommettu lill-pajjiżi parteċipanti biex

jistabbilixxu regoli fiskali b’saħħithom (“trażżin

Dħalna fl-2012 f’ċirkostanzi relattivament kalmi.

Id-deċiżjoni li jiġu stabbiliti regoli baġitarji aktar stretti fi

trattat ġdid, li ttieħdet fl-aħħar laqgħa tagħna tas-sena li

għaddiet, kellha impatt pożittiv fuq is-swieq. Inizjattiva

tal-Bank Ċentrali fl-istess żmien għenet biex jittaffa

t-tħassib dwar ir-riskju ta’ tnaqqis fil-kreditu u reċessjoni

aktar profonda. Il-gvernijiet ġodda f’Ateni u Ruma,

stabbiliti dik il-ħarifa, ikkontribwixxew għal din il-fiduċja

b’kawtela. Madankollu minn dejjem konna nafu li

s-sitwazzjoni baqgħet fraġli u li tinħtieġ aktar ħidma biex

tingħeleb din il-kriżi.

U hekk ġara. Il-waqgħa tal-gvern Grieg fi Frar

u l-inċertezza politika qabel l-elezzjonijiet antiċipati

ħolqu katina ġdida ta’ avvenimenti, li xi kultant kienu

spettakolari. Daħlu bil-mod ukoll xi dubji dwar is-settur

bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra

rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona

tal-euro inġenerali. Għalhekk filwaqt li komplejna

nittrattaw il-problemi urġenti, f’Mejju bdejna vjaġġ li

permezz tiegħu nikkompletaw b’mod ġenwin l-Unjoni

Ekonomika u Monetarja — ħidma li ser tkompli anke

s-sena d-dieħla.

L-iffirmar tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, 2 ta’ Marzu 2012

L-istabbiltà taż-żona tal-euro

kg302279_MT_inside_b.indd 6 26/03/13 16:09

Page 9: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

7

Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina

L-inċertezzi tar-rebbiegħa ħolqu l-urġenza li tiġi

stabbilita perspettiva fit-tul. Sabiex tinkiseb il-fiduċja tal-

votanti u l-investituri, kien sar essenzjali li jitfassal pjan ta’

fejn ser tkun iż-żona tal-euro fi żmien għaxar snin, u kif

kellna l-ħsieb nirmedjaw għan-nuqqasijiet strutturali li

nkixfu mill-kriżi.

Jiena ddeċidejt li nagħmel diskussjoni biex jitressqu

l-għażliet kollha, mingħajr ebda tabù. Fil-laqgħa

informali tagħna ta’ Mejju, il-kollegi wrew diversi

opinjonijiet dwar kwistjonijiet li jibdew mill-eurobonds

u jaslu sas-superviżjoni bankarja. Huma qablu dwar

il-ħtieġa li nagħmlu l-unjoni ekonomika tagħna

proporzjonata mal-unjoni monetarja tagħna, u talbuni

nesplora kif dan għandu jsir.

Il-punt tat-tluq tar-rapport tiegħi ta’ Ġunju “Lejn

Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina” — imħejji

mal-President tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-euro

u tal-Bank Ċentrali, José Manuel Barroso, Jean-

Claude Juncker u Mario Draghi— huwa li għandna

nieħdu t-tagħlimiet tal-interdipendenza tagħna.

tad-dejn”) fil-liġi nazzjonali tagħhom. Trażżin kredibbli

bħal dan minn kull pajjiż fuq id-djun u d-defiċits ser

jgħin biex tiġi evitata repetizzjoni tal-kriżi tad-dejn

sovran. Wara l-iffirmar tal-“Patt Fiskali” (kif inhu

magħruf ukoll), il-mexxejja kollha kellhom jipperswadu

lill-parlamenti tagħhom bil-merti tiegħu, u dan għamluh

b’suċċess: wara serje ta’ ratifiki t-trattat daħal fis-seħħ fl-1

ta’ Jannar 2013.

Is-solidarjetà, min-naħa tagħha, hija stabbilita fil-

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà — li ġie ffinalizzat

fil-bidu tas-sena. Bil-qawwa ta’ EUR 500 biljun, dan

huwa t-tarka tal-Ewropa kontra t-theżżiż finanzjarju,

l-arma ta’ deterrenza komuni tagħna. Il-MES

permanenti, li ssostitwixxa l-mekkaniżmu temporanju

ta’ salvataġġ, l-EFSF, sar operazzjonali f’Ottubru.

Sadanittant, hekk kif tejjibna l-għodod tagħna għall-

maniġġar u l-prevenzjoni ta’ kriżijiet, aħna qatt ma qlajna

ħarsitna mill-aħjar mod biex tingħeleb il-kriżi tad-dejn:

it-tkabbir ekonomiku. Huwa għalhekk li kkompletajna

l-Patt Fiskali b’Patt għal Tkabbir u Impjiegi, maqbul

f’Ġunju (aktar dwar dan ’il quddiem). It-tnejn imorru

id f’id.

kg302279_MT_inside_b.indd 7 26/03/13 16:09

Page 10: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

8

tal-kundizzjonijiet tas-self. Konna qed inkissru ċ-ċirku

vizzjuż bejn is-sovrani u l-banek.

B’din id-deċiżjoni, li ssorprendiet lil ħafna, il-mexxejja

aġixxew fuq konklużjoni ewlenija tar-rapport li

kont għadni kemm nippreżenta. Is-sitwazzjoni fis-

settur bankarju Spanjol kienet immaturat l-imħuħ

biex l-affarijiet isiru b’pass aktar mgħaġġel. Wara li

stabbilixxejna d-direzzjoni, kollox waqa’ f’postu. Eżatt

wara s-sajf, il-Kummissjoni kellha l-proposti leġiżlattivi

lesti; u fi żmien tliet xhur il-ministri tal-finanzi laħqu

ftehim, filwaqt li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu

fil-livell ta’ kumitat. Dan juri li l-Unjoni, meta trid, kapaċi

tieħu azzjoni f’waqtha u deċiżiva — test kruċjali għall-

kredibilità tagħna.

Fi żmien 24 siegħa minn meta l-ministri tal-finanzi

qablu dwar it-teknikalitajiet tas-superviżjoni, fl-14

ta’ Diċembru diġà bdejna nieħdu l-pass li jmiss:

mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni uniku. L-għan huwa li

jiġi żgurat li kwalunkwe falliment ta’ bank jiġi ttrattat

b’mod rapidu u ordnat u fl-aħjar interess ta’ kulħadd,

biex jitnaqqsu r-riskji għall-kontribwenti (taxpayers)

u l-ekonomija. Il-progress fl-unjoni bankarja ser jibqa’

prijoritarju fl-aġenda fl-2013.

Ir-riħ idur

Hekk kif id-deċiżjoni tagħna ta’ Ġunju poġġietna

f’pożizzjoni vantaġġuża (mhux bħas-soltu, forsi għal

xi wħud), l-avvenimenti kienu sejrin f’direzzjoni aktar

pożittiva minn aspetti oħrajn ukoll. L-elezzjonijiet

parlamentari Griegi fid-19 ta’ Ġunju kienu

partikolarment kruċjali (wara ċiklu mhux konklużiv

f’Mejju), li rriżultaw f’maġġoranza għal dawk il-partijiet

kommessi biex il-pajjiż jibqa’ fiż-żona tal-euro. Mument

Il-politiki nazzjonali ma jistgħux jiġu deċiżi b’mod

iżolat jekk l-effetti tagħhom jistgħu jinxterdu malajr

madwar iż-żona tal-euro kollha; dawn għandhom

jirriflettu r-realtà ta’ xi tfisser il-kondiviżjoni ta’ munita.

Identifikajna tliet oqsma ewlenin: is-settur finanzjarju,

il-kwistjonijiet fiskali u l-politika ekonomika. Minħabba

li passi f’dawn l-oqsma kollha jista’ jkollhom impatt fuq

it-teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiċi u r-responsabbiltà,

din kienet ir-raba’ kwistjoni li ressaqna.

Hekk kif il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju ta

immedjatament prova (fit-trattament mal-banek),

setgħu jittieħdu xi passi fuq perijodu qasir. Madankollu,

passi oħrajn kienu jeħtieġu riflessjoni aktar profonda.

Għalhekk il-kollegi talbuni niżviluppa pjan direzzjonali

marbut biż-żmien għall-aħħar tas-sena, b’rapport

interim f’Ottubru. Fil-proċess l-Istati Membri kollha,

kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll barra minnha,

u l-Parlament Ewropew kienu involuti b’mod attiv.

Dan l-impenn komuni għen biex jintlaħaq kunsens

dwar id-direzzjonijiet vitali ġodda għat-tisħiħ taż-żona

tal-euro.

Soluzzjoni dwar il-banek

It-28 ta’ Ġunju: il-mexxejja Ewropej jiddeċiedu li

jistabbilixxu mekkaniżmu superviżorju uniku li jkopri

l-banek kollha fiż-żona tal-euro — xi ħaġa kważi

inimmaġinabbli ftit xhur qabel biss. Fil-fehma tiegħi din

kienet l-aktar deċiżjoni importanti tas-sena. Qbilna wkoll

li, ladarba dan is-supervizur uniku ikun effettivament fis-

seħħ, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà jkun jista’

jirrikapitalizza l-banek b’mod dirett. L-istabbiliment ta’

“unjoni bankarja” jgħin fl-iżgurar tal-istabbiltà u t-titjib

kg302279_MT_inside_b.indd 8 26/03/13 16:09

Page 11: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

9

ta’ munita komuni. Iċ-ċittadini issa qed jindunaw

ukoll għall-ewwel darba li qegħdin ilkoll flimkien f’din

is-sitwazzjoni. Li dak li jiġri f’pajjiż ieħor, bil-banek,

bżieżaq jew baġits, jolqot lilhom ukoll.

Li wieħed għandu responsabbiltà konġunta għall-ġid

komuni Ewropew tista’ tkun skoperta diffiċli għan-nies

li qed ibatu, f’pajjiżhom stess, biex isibu xogħol jew biex

ilaħħqu mal-ħajja. Xi osservaturi kkonkludew malajr li

l-kriżi qatlet id-solidarjetà bejn il-pajjiżi Ewropej. Jiena

ma naqbel xejn. Il-kriżi wriet dak li hu meħtieġ biex

wieħed ikun f’Unjoni. Dan huwa l-ewwel eżami reali

ta’ solidarjetà fl-istorja tal-Unjoni. Ċertament, hemm

tensjonijiet u restrizzjonijiet, hemm oppożizzjoni

u kritika. Iżda madankollu, qed isir sforz kollettiv

ġgantesk, li jinvolvi l-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro,

l-istituzzjonijiet Ewropej kollha, iċ-ċittadini kollha, biex

tinġabar ir-rieda politika, il-maġġoranzi parlamentari,

u l-mezzi u l-flus, biex ngħinu lil xulxin u biex noħorġu

minn din il-kriżi flimkien. Jekk dan l-eżami huwa wieħed

ta’ koresponsabbiltà u solidarjetà, jiena fiduċjuż li aħna

l-Ewropej qegħdin ngħaddu mill-eżami.

ta’ serħan il-moħħ, li juri wkoll li, meta ffaċċjati

b’għażla diffiċli, il-votanti s-soltu jaġixxu b’mod aktar

responsabbli minn kemm jiddeskrivu dawk li jipprevedu

x-xenarji traġiċi.

Il-fiduċja fir-reżiljenza u l-integrità taż-żona tal-euro

żdiedet aktar wara s-sajf, mhux tal-inqas meta fis-6

ta’ Settembru, il-Bank Ċentrali Ewropew, fiduċjuż li

l-mexxejja kienu qed jittrattaw b’mod deċiżiv mas-

superviżjoni bankarja, ta kelmtu li jagħti appoġġ bla

limitu iżda kundizzjonali lill-pajjiżi taħt pressjoni mis-

suq. Ġimgħa wara, il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża

ddikjarat il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bħala

kostituzzjonali, filwaqt li fl-istess lejla r-riżultati tal-

elezzjonijiet Olandiżi bagħtu sinjal ta’ inkoraġġiment

ieħor. L-istess bħal kif għamlet l-Irlanda dak is-sajf,

il-Portugall ħejja ruħu b’suċċess biex jissogra jmur lura

fis-swieq tal-bonds fit-tul. U f’Diċembru, deċiżjoni

ewlenija mill-ministri tal-finanzi għenet biex tiġi żgurata

s-sostenibbiltà tad-dejn Grieg. Sa tmiem is-sena fl-aħħar

bdiet l-aċċettazzjoni li l-euro waslet u ser tibqa’.

Ngħaddu mill-eżami

F’ċertu sens, għall-mexxejja politiċi eletti tal-Ewropa, li

joqogħdu bilqiegħda madwar mejda u jiddeċiedu dwar

it-tweġibiet koġunti ta’ politika huwa biss nofs ix-xogħol.

In-nofs l-ieħor huwa li jikkonvinċu lill-pubbliku

hemm barra b’dawn id-deċiżjonijiet. Il-Presidenti

u l-Prim Ministri fil-Kunsill Ewropew iħossu ħafna din

ir-responsabbiltà doppja. U jieħdu azzjoni dwarha.

Il-kriżi tal-euro biddlet l-affarijiet. Meta wieħed iħares

lejn l-Unjoni tagħna, kważi għall-ewwel darba ċ-ċittadini

huma ffaċċjati bil-fatt diffiċli li l-benefiċċji tagħha jiġu

b’xi spejjeż. Pereżempju l-ispejjeż u l-isforzi għad-difiża

Diskussjonijiet fil-Kunsill Ewropew

kg302279_MT_inside_b.indd 9 26/03/13 16:09

Page 12: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

10

rati ta’ qgħad pjuttost baxxi; l-Istati Baltiċi esperjenzaw

tnaqqis bħal qatt qabel din is-sena. Iżda l-qgħad żdied fil-

biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ

huwa wieħed partikolarment drammatiku, wieħed minn

erbgħa u anke wieħed minn tnejn f’xi pajjiżi, li b’hekk

iqiegħed ġenerazzjoni sħiħa f’riskju. Għalhekk matul

is-sena għamilna enfasi fuq it-titjib tal-kondizzjonijiet

għat-tkabbir u l-impjiegi, speċjalment waqt l-erba’

Kunsilli Ewropej fl-ewwel nofs tas-sena, fosthom tnejn

fejn kienet l-unika kwistjoni fuq l-aġenda tagħna.

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien l-enfasi f’Jannar: filwaqt li

ħadmu id f’id mal-Kummissjoni, il-mexxejja ddeċidew

li jirridirieġu l-fondi tal-UE disponibbli biex iż-żgħażagħ

jiġu megħjuna permezz ta’ apprendistati, esperjenza

ta’ xogħol, l-ewwel kuntratti reali, u biex jiġu appoġġati

dawk li jiftħu negozji, l-intraprendituri soċjali u l-ħolqien

tal-impjiegi f’kumpanniji żgħar u ta’ daqs medju.

F’Marzu, qbilna — fost affarijiet oħra — dwar inċentivi

għal min iħaddem biex jimpjegaw nies, pereżempju

billi jitwarrbu t-taxxi mill-ħaddiema, jew titnaqqas

il-burokrazija. Waqt ikla informali f’Mejju ddiskutejna

diversi direzzjonijiet oħra, li wasslu għal deċiżjonijiet

iktar komprensivi xahar wara.

Fil-Patt għal Tkabbir u l-Impjiegi li adottajna f’Ġunju,

il-mexxejja Ewropej wiegħdu li jimmobilizzaw il-mezzi

ta’ azzjoni kollha possibbli biex jaffrontaw il-qgħad,

jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u jtejbu

l-kompetittività tal-ekonomiji tagħna. B’mod partikolari

kkommettejna ruħna li:

— ninkoraġġixxu l-ħolqien tal-impjiegi u l-mobilità

tal-ħaddiema, u ninvestu fil-ħiliet u t-taħriġ;

Il-ksib mill-ġdid tal-istabbiltà finanzjarja, it-tħassib

prevalenti fl-2012, mhux mira fih innifsu, iżda iktar huwa

mezz biex jintlaħaq għan: l-irkupru ekonomiku. Sabiex

il-kummerċ u l-impjiegi jiffjorixxu huwa essenzjali li

tinġieb lura l-fiduċja għall-konsumaturi u l-investituri.

Riformi mingħajr waqfien madwar l-Ewropa kollha

kellhom rwol importanti fl-għajnuna biex titjieb

il-fiduċja. Għal darb’oħra din is-sena, deċiżjonijiet

kuraġġużi fl-Istati Membri wrew is-serjetà tal-isforzi

tagħna. Bosta kollegi tal-Kunsill Ewropew affrontaw

is-sitwazzjoni b’wiċċhom minn quddiem, u marru

kontra kull tip ta’ interessi kbar biex isir progress fir-

riformi strutturali — riformi li kienu jkunu neċessarji

fi kwalunkwe każ, bil-kriżi u mingħajrha, bl-euro

u mingħajrha.

Tibdiliet ta’ dan il-kobor bilfors jieħdu ż-żmien.

Madankollu din is-sena kien hemm riformi li diġà bdew

jagħtu xi riżultati inizjali. F’diversi pajjiżi, inklużi dawk

taħt pressjoni mis-suq — mill-Ġreċja sal-Portugall,

mill-Irlanda sal-Italja sa Spanja —, il-kompetittività

qed titjieb, il-baġits huma iktar f’saħħithom,

u l-esportazzjonijiet qed jiżdiedu. Iżda jrid jgħaddi

ż-żmien qabel jinħass l-effett kollu fuq l-ekonomija.

Dejjem hemm perijodi ta’ dewmien: ladarba tiġi lura

l-istabbiltà, irid jgħaddi ż-żmien qabel dan iwassal għal

iktar investiment u tkabbir. U hekk kif jerġa’ jkun hemm

it-tkabbir, irid jgħaddi wkoll iż-żmien qabel jerġgħu

jiżdiedu l-impjiegi.

Ġlieda kontra l-qgħad

Il-livelli ta’ qgħad madwar l-Unjoni huma għoljin u dan

mhux aċċettabbli, b’26 miljun raġel u mara mingħajr

impjieg. Veru: xi Stati Membri bħall-Awstrija, il-Pajjiżi

l-Baxxi, il-Lussemburgu u l-Ġermanja għad għandhom

Tkabbir u impjiegi

kg302279_MT_inside_b.indd 10 26/03/13 16:09

Page 13: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

11

Membri tal-Kunsill Ewropew jindirizzaw Parlamenti fl-Ewropa

kg302279_MT_inside_b.indd 11 26/03/13 16:09

Page 14: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

12

fil-kapital għall-Bank Ewropew tal-Investiment, biex

b’hekk tiżdied il-kapaċità globali tiegħu ta’ self b’EUR

60 biljun. Ħafna minn dan il-finanzjament ser jappoġġa

inizjattivi f’oqsma bħat-trasport, l-enerġija u n-netwerks

diġitali kif ukoll ir-riċerka, filwaqt li jiġu megħjuna pajjiżi

u kumpanniji biex jattiraw investiment addizzjonali.

Fil-laqgħa tagħna ta’ Ġunju lħaqna wkoll soluzzjoni

finali dwar il-ħolqien ta’ privattiva Ewropea unika, li

wasslet għat-tmiem ta’ deċennji ta’ negozjati — għas-

sodisfazzjon ta’ kulħadd. Billi jitnaqqsu bi 80 % l-ispejjeż

tal-privattivi fl-Ewropa, attwalment għoxrin darba ogħla

minn dawk fl-Istati Uniti jew il-Ġappun, il-privattiva ser

tkun ta’ benefiċċju kbir għall-kumpanniji fil-kontinent

kollu.

Bil-finanzjament tat-tkabbir, il-baġit pluriennali komuni

tagħna, li kien qiegħed jiġi nnegozjat din is-sena, jista’

jkollu rwol importanti ħafna. Għalkemm dan jammonta

— nippreservaw il-muturi għat-tkabbir, bħall-

investiment fl-enerġija, l-innovazzjoni

u l-edukazzjoni;

— napprofondixxu aktar is-suq uniku tagħna,

speċjalment għall-industriji diġitali;

— nappoġġaw l-innovazzjoni, ir-riċerka

u l-kompetittività industrijali;

— u nisfruttaw il-potenzjal tal-kummerċ bħala mutur

għat-tkabbir.

Investiment fit-tkabbir:

Il-Patt għal Tkabbir huwa wkoll impenn għall-

finanzjament tal-ekonomija. Immobilizzajna EUR 120

biljun għal investiment immedjat: EUR 55 biljun mill-

fondi strutturali Ewropej, EUR 5 biljun minn inizjattiva

pilota għall-bonds tal-proġetti, u żieda ta’ EUR 10 biljun

L-ewwel semestru tal-2012, waqt li d-Danimarka għandha l-Presidenza ta’ kull sitt xhur tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE

kg302279_MT_inside_b.indd 12 26/03/13 16:09

Page 15: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

13

Nibqgħu perseveranti

Kulħadd fl-UE u l-amministrazzjonijiet nazzjonali

qiegħed jaħdem qatigħ biex l-impenji tagħna għat-

tkabbir u l-impjiegi jsiru azzjoni li tagħmel differenza

konkreta. L-implimentazzjoni hi l-prijorità. Din qiegħda

tiġi osservata mill-qrib mill-Kummissjoni Ewropea, li

tħares lejn il-prestazzjoni u s-sitwazzjoni speċifika ta’

kull pajjiż. U nqisu bħala d-dmir tiegħi li nfakkar lill-

kollegi — b’mod ġentili iżda ta’ spiss — fil-wegħdiet

individwali u l-impenji kollettivi tagħhom, u għamilt dan

b’mod regolari biex nagħmel analiżi tal-progress li sar fil-

miżuri tal-Patt għal Tkabbir.

F’dinja globalizzata u b’popolazzjoni li qed tixjiħ, ma

nistgħux nippermettu li naqgħu lura. Dan jgħodd għal

kull pajjiż. L-Ewropa għandha tibqa’ dak il-kontinent

attraenti ħafna li ngħixu u naħdmu fih, fejn noħolqu l-ġid

u nonfquh, għaċ-ċittadini kollha.

biss għal 1 % tal-PDG kkombinat tagħna, huwa l-ewwel

u qabel kollox baġit ta’ investiment. Waqt Kunsill

Ewropew straordinarju f’Novembru, tajna bidu għan-

negozjati fil-livell tagħna għall-2014–2020. Minbarra

li l-istabbiliment tal-finanzjament Ewropew għall-

bqija tad-deċennju, dan ifisser għażliet fundamentali:

x’inhuma l-prijoritajiet għall-ġenerazzjoni li jmiss,

liema politiki jappoġġaw l-aħjar it-tkabbir, kif nistgħu

nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi? Bħal fin-negozjati ta’

baġits passati, ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil f’darba

waħda biss. Iżda kien hemm biżżejjed rieda politika

u konverġenza ta’ pożizzjonijiet li jagħmluni fiduċjuż li

deċiżjoni hi fil-qrib għall-bidu tal-2013.

It-tieni semestru tal-2012, waqt li Ċipru għandha l-Presidenza ta’ kull sitt xhur tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE

kg302279_MT_inside_b.indd 13 26/03/13 16:09

Page 16: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

14

ftehimiet li għadhom għaddejin (inklużi mal-Ġappun,

Singapor u l-Kanada) u t-tnedija ta’ negozjati mal-

Vjetnam. Kien hemm ukoll sinjali promettenti lejn iktar

ftuħ ta’ negozju mal-Istati Uniti, spinta potenzjali għat-

tkabbir fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.

Inkontri Asjatiċi

Il-kummerċ mhuwiex biss mutur għat-tkabbir, iżda

għall-bidla wkoll. Il-mezzi ekonomiċi jistgħu jgħinu

biex jinkisbu l-għanijiet tas-sigurtà. L-Ewropa imponiet

sanzjonijiet iktar stretti fuq l-Iran iktar minn ħaddieħor,

inkluż embargo fuq iż-żejt mill-1 ta’ Lulju, sabiex il-gvern

tal-Iran jerġa’ jiġi lura għall-mejda tan-negozjati —

kwistjoni fejn ir-Rappreżentat Għoli Catherine Ashton

għandha rwol ewlieni. Is-Samit dwar is-Sigurtà Nukleari

f’Seoul f’Marzu kien okkażjoni oħra biex nagħmlu

enfasi li aħna nieħdu bis-serjetà l-proliferazzjoni nukleari

u t-theddida ta’ terroriżmu nukleari. It-tneħħija ta’

sanzjonijiet hi mingħajr dubju isbaħ milli nimponuhom.

Wara progress fil-Mjanmar — ir-rilaxx ta’ priġunieri

politiċi u elezzjonijiet parzjali kredibbli f’April —

l-Unjoni Ewropea ssospendiet is-sanzjonijiet tagħha

u fetħet uffiċċju f’Yangon.

Id-diskussjonijiet mas-sħab Asjatiċi dehru b’mod

prominenti fuq l-aġenda tal-2012. Hekk kif iċ-Ċina

għaddiet minn avveniment ta’ darba f’deċennju bil-bidla

fit-tmexxija, is-samits fi Frar (f’Bejġing) u f’Settembru

(fi Brussell) għenu biex titħejja l-bażi għall-fażi l-ġdida

fir-relazzjoni. F’Ottubru, bħala parti mill-enfasi

tagħna fuq is-sħubiji strateġiċi, il-Kunsill Ewropew

kellu diskussjoni ta’ suċċess dwar l-aħjar mod ta’

komunikazzjoni mat-tmexxija l-ġdida fiċ-Ċina, u kif ikun

hemm koordinazzjoni aħjar fost l-istituzzjonijiet u l-Istati

Membri. Hawnhekk ukoll, irridu nimxu b’mod tattiku.

F’bosta modi l-2012 kienet sena ta’ tranżizzjoni.

It-tranżizzjoni politika għal bosta pajjiżi, inklużi l-bidliet

fil-gvern fl-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja. Tranżizzjoni

demokratika, għall-pajjiżi li qed jagħżlu elezzjonijiet

ħielsa u ġusti, bħall-Eġittu u s-Somalja. U wkoll

it-tranżizzjoni ekonomika, mill-inċertezzi tal-2011 għar-

ritorn tat-tkabbir globali maħsub għall-2013.

Interdipendenza ekonomika

L-ibbilanċjar mill-ġdid tal-ekonomija dinjija u t-tisħiħ

tat-tkabbir u l-impjiegi madwar id-dinja kollha kienu

fil-qalba tal-iskambji kollha mal-partijiet ewlenin, b’mod

partikolari fis-samit tal-G8 f’Camp David f’Mejju

u l-G20 f’Los Cabos f’Ġunju. Għaldaqstant, ingħatat

ħafna attenzjoni fis-sitwazzjoni fiż-żona tal-euro.

Huwa essenzjali li nispjegaw dak li qed nagħmlu,

ir-restrizzjonijiet politiċi li taħthom naħdmu, nassiguraw

lis-sħab tagħna dwar il-kapaċità tagħna li nimxu ’l

quddiem. Fl-aħħar mill-aħħar, madankollu, xejn ma

huwa effettiv daqs li nkunu kapaċi nuru riżultati — kif

ikkonfermaw iktar tard fis-sena il-laqgħat tas-samit.

Dejjem indikajna li mhix biss iż-żona tal-euro li għandha

taġġusta l-iżbilanċi. Oħrajn iridu jagħmlu dan ukoll,

mhux inqas l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Ġappun. Kif

sħaqt ripetutament: l-unika triq ’il quddiem hija sforzi

koordinati lejn it-tkabbir u l-governanza ekonomika

u finanzjarja globali.

Il-kummerċ jibqa’ l-aħjar mod biex l-interdipendenzi

jinbidlu f’opportunitajiet reċiproċi. L-aċċess għas-

suq komuni tagħna, l-ikbar fid-dinja, huwa premju

mfittex ħafna. Għalina, il-kummerċ mal-bqija tad-dinja

huwa mutur ewlieni għat-tkabbir. Filwaqt li ftehim ta’

kummerċ ħieles reċenti mal-Korea t’Isfel wera l-ewwel

riżultati tiegħu, din is-sena kien hemm progress f’diversi

L-Unjoni fid-dinja

kg302279_MT_inside_b.indd 14 26/03/13 16:09

Page 17: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

15

Samits u laqgħat ma’ pajjiżi terzi

kg302279_MT_inside_b.indd 15 26/03/13 16:09

Page 18: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

16

għal ammonti kbar ta’ vittmi u li thedded li toħloq kaos

reġjonali. L-ewwel sforzi internazzjonali biex tiġi mħeġġa

tranżizzjoni politika mmexxija mis-Sirja, l-appoġġ tal-

Ewropa kien maqsum fi tlieta. Politiku: ħidma mill-qrib

mas-sħab internazzjonali u l-oppożizzjoni Sirjana;

umanitarju: bħala l-ikbar fornitur ta’ appoġġ; u permezz

ta’ sanzjonijiet immirati: nolqtu fil-qalba lir-reġim.

Il-Kunsill Ewropew appella lill Assad biex jirreżenja,

u lill-ministri għall-affarijiet barranin tahom il-kompitu

li jħarsu “lejn l-għażliet kollha biex jappoġġaw u jgħinu

lill-oppożizzjoni u biex jippermettu appoġġ akbar għall-

protezzjoni taċ-ċivili”. Iżda rridu nkunu bla kantunieri.

S’issa l-komunità internazzjonali ma rnexxilhiex

twaqqaf il-vjolenza brutali. Il-pressjoni internazzjonali

fuq ir-reġim għandha tiżdied sabiex tintemm din

is-sitwazzjoni traġika.

Kemm jekk għandha x’taqsam l-instabilità fil-Lvant

Nofsani, il-Lagi l-Kbar jew is-Saħel, huwa r-rwol tal-

istituzzjoni tagħna li twieġeb għal dawn l-avvenimenti

meta jkun meħtieġ l-involviment tal-Unjoni fl-ogħla

livell. Iffaċċjat minn tensjonijiet dejjem ikbar f’Mali,

il-Kunsill Ewropew iddeċieda f’Ottubru li jżid ir-rispons

umanitarju tiegħu u jgħaġġel it-tħejjijiet militari biex

jgħin fit-tħejjija tal-forzi ta’ Mali.

F’Diċembru kellna diskussjoni tajba dwar il-Politika ta’

Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tagħna, filwaqt li ħejjejna

dibattitu iktar profond li jien ippjanajt għall-aħħar tal-

2013. Kien ilu daqsxejn — erba’ snin fil-fatt — minn

meta din ġiet diskussa fil-livell tagħna. Sfidi ġeopolitiċi

u ta’ siġurtà ġodda kif ukoll restrizzjonijiet baġitarji

jindikaw il-bżonn li naħdmu flimkien iktar mill-qrib.

Meta rċevejna l-Premju Nobel għall-Paċi f’Oslo, għidna

li l-Unjoni Ewropea ssostni lil dawk li qed ifittxu l-paċi

u d-dinjità tal-bniedem. Biex naqdu responsabbiltajiet

bħal dawn, għandna niżguraw li jkollna l-mezzi

għad-dispożizzjoni tagħna.

Flimkien ma’ diversi mexxejja Ewropej attendejt

il-Laqgħa Asja-Ewropa fi Vientiane f’Novembru, laqgħa

ta’ 51 pajjiż — u għalija l-okkażjoni wkoll għal laqgħat

fil-Laos, il-Vjetnam u l-Kambodja. F’dawn l-inkontri

Asjatiċi kollha kien hemm sens ċar li, sew jekk Asjatiċi,

sew jekk Ewropej, ilkoll ninsabu fl-istess ilma.

Viċinat

L-iżgurar li l-futur tal-Balkani tal-Punent huwa Ewropew

huwa prijorità għat-tieni mandat tiegħi, u ninsab kuntent

li ttieħdu passi importanti fl-2012. Fil-laqgħa tagħna ta’

Marzu, qbilna li s-Serbja ssir pajjiż kandidat. F’Ġunju,

il-mexxejja approvaw id-deċiżjoni li jiftħu negozjati ta’

adeżjoni mal-Montenegro. U matul is-sena, komplew

it-tħejjijiet għall-Kroazja biex tissieħeb fl-Unjoni tagħna

bħala t-28 membru fl-1 ta’ Lulju 2013.

Minn mindu ħadt il-kariga tiegħi, żort ħafna mill-pajjiżi

fis-sħubija tal-Lvant, u żammejt kuntatti regolari mal-

mexxejja tagħhom. Fil-bidu tas-sajf, ivvjaġġajt lejn

in-Nofsinhar tal-Kawkasu. L-Ewropa tibqa’ involuta

fir-riżoluzzjoni tal-“kunflitti ffriżati”, kif turi l-preżenza tal-

Unjoni fil-fruntieri tal-Ġeorġja. F’dawn l-isforzi kollha

tal-pajjiżi għal riforma ekonomika u politika tista’ tħoss li

s-setgħa ta’ attrazzjoni tal-Ewropa qiegħda taħdem.

Meta nħarsu lejn in-Nofsinhar, ir-Rebbiegħa Għarbija

kienet l-iktar avveniment ta’ importanza kbira f’dawn

l-aħħar snin: it-tiswir tal-istorja. F’Marzu, sena wara li din

bdiet, iddiskutejna l-iżviluppi reġjonali u għamilna analiżi

tal-azzjoni tagħna f’appoġġ ta’ riforma demokratika

u żvilupp ekonomiku. Kif indikajt fin-Nazzjonijiet Uniti

f’Settembru: aħna l-Ewropej qegħdin f’qagħda tajba biex

nirrikonoxxu li l-bidla politika ma sseħħx mil-lum għal

għada. Qegħdin hawn b’ħarsa lejn il-futur.

Sfidi ta’ sigurtà

Il-gwerra ċivili li għaddejja fis-Sirja baqgħet kwistjoni tal-

ikbar tħassib matul is-sena — vjolenza bla sens li wasslet

kg302279_MT_inside_b.indd 16 26/03/13 16:09

Page 19: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

17

Kien f’idejja u f’idejn il-President tal-Kummissjoni

biex flimkien nagħtu l-Konferenza Nobel tradizzjonali.

Fl-aħħar taqsima, il-President Barroso tkellem b’mod

konvinċenti dwar it-tixtrid ta’ demokrazija lill-pajjiżi

tan-Nofsinhar u, iktar tard, l-Ewropa Ċentrali u tal-

Lvant, kif ukoll dwar kif l-Unjoni tagħna tħares il-valuri

ta’ paċi u demokrazija fid-dinja. Min-naħa tiegħi, bdejt

il-konferenza b’riflessjoni dwar il-post tal-paċi fl-Unjoni

tagħna llum. Hawnhekk, flok nagħti sommarju maħsub

ħażin, nippreferi nagħti t-test komplut tal-kapitolu tiegħi

waqt l-indirizz — minħabba li nemmen ħafna li l-paċi hi

fil-qalba tal-ħidma tagħna, din is-sena u kull sena.

Filgħodu tat-12 ta’ Ottubru, kont fi triqti lejn Ħelsinki

biex niltaqa’ mal-Prim Ministru Finlandiż meta f’daqqa

waħda waslitli aħbar mill-isbaħ: l-Unjoni Ewropea kienet

ingħatat il-Premju Nobel għall-Paċi. Fil-communiqué

tiegħu, il-Kumitat tal-Premju Nobel fakkar kif “l-Unjoni

u l-prekursuri tagħha kkontribwixxew matul aktar minn

sitt deċennji għall-avvanz tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni,

id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa”.

Dan ir-rikonoxximent għall-kisbiet tal-passat intlaqa’

mill-membri kollha tal-Kunsill Ewropew ukoll bħala

appell b’saħħtu biex tiġi salvagwardjata u msaħħa

l-Ewropa għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Iċ-ċeremonja tal-Premju Nobel f’Oslo t-Tnejn,

10 ta’ Diċembru kienet mument importanti tas-sena —

għall-Unjoni u għalija personalment. Tmien mitt

persuna nġabru fiċ-Ċentru Ċiviku, inkluża l-familja rjali

Norveġiża u għoxrin kap Ewropew ta’ stat jew ta’ gvern.

It-trumbetti tal-gwardja, l-intervalli tal-mużika, il-kliem

tal-President tal-Kumitat: kollox kien magħżul bir-reqqa

u jqanqal. F’isem l-Unjoni Ewropea, jien u l-President

tal-Kummissjoni, flimkien mal-President tal-Parlament,

irċevejna l-midalja u d-diploma tal-Premju Nobel. Fost

il-mistiedna fl-udjenza li konna flimkien stedinna kienu

żgħażagħ Ewropej, inklużi r-rebbieħa ta’ kompetizzjoni

organizzata għall-okkażjoni, dwar it-tema “Xi tfisser

għalik il-paċi fl-Ewropa”.

Minn kontinent ta’ gwerer għal kontinent ta’ paċi

kg302279_MT_inside_b.indd 17 26/03/13 16:09

Page 20: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

18

Il-President Van Rompuy, waqt li jagħti l-ewwel parti tat-Taħdita dwar il-Premju Nobel għall-Paċi f’isem l-Unjoni Ewropea

kg302279_MT_inside_b.indd 18 26/03/13 16:09

Page 21: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

19

(Oslo, 10 ta’ Diċembru 2012)

Maestà tagħkom, L-Altezza Rjali tagħkom, Kapijiet

ta’ Stat u Gvern, Membri tal-Kumitat Norveġiż

tal-Premju Nobel, Eċċellenzi, Sinjuri,

Huwa b’umiltà u gratitudni li ninsabu hawn flimkien,

biex nirċievu dan il-premju f’isem l-Unjoni Ewropea.

Fi żmien ta’ inċertezza, dan il-jum ifakkar lin-nies

fl-Ewropa u d-dinja kollha l-iskop fundamentali tal-

Unjoni: biex inkabbru l-fraternità bejn in-nazzjonijiet

Ewropej, issa u fil-futur.

Huwa x-xogħol tagħna llum. Dan kien ix-xogħol li

għamlu l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna.U dan se jkun

ix-xogħol tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.

Hawnhekk f’Oslo, irrid insellem lill-Ewropej kollha

li ħolmu b’kontinent f’paċi miegħu nnifsu, u lil dawk

kollha li jum wara jum jagħmlu din il-ħolma realtà.

Tagħhom huwa dan il-premju.

Il-gwerra hija antika daqs l-Ewropa. Il-kontinent

tagħna għandu l-ġrieħi tal-lanez u x-xwabel, tal-kanuni

u l-ixkubetti, tat-trinek u t-tankijiet, u aktar. It-traġedja

kollha tagħha tidwi fi kliem Erodotu, 25 seklu ilu: “Fil-paċi, l-ulied jidfnu lil missirijiethom. Fil-gwerra, il-missirijiet jidfnu lil uliedhom.”

Madankollu, wara żewġ gwerer terribbli li ħonqu

l-kontinent u d-dinja miegħu, il-paċi dejjiema fl-aħħar

waslet fl-Ewropa.

F’dawk il-jiem griżi, l-ibliet tagħha ġġarrfu, il-qlub ta’

bosta kienu mbaqbqa bil-vistu u l-korla. Dakinhar

kemm deher diffiċli, fi kliem Winston Chruchill, “biex

niksbu mill-ġdid il-ferħ sempliċi u t-tamiet li jagħmlu l-ħajja ta’ min jgħixha.”

Bħala tifel imwieled fil-Belġju ftit wara l-gwerra, smajt

l-istejjer b’mod dirett. Nannti kienet titkellem dwar

il-Gwerra l-Kbira. Fl-1940, missieri, ta’ sbatax-il sena,

kellu jħaffer qabru stess. Ħarabha; inkella ma kontx se

nkun hawn illum.

Allura, kien riskju kbir għall-fundaturi tal-Ewropa, li

iva, nistgħu noħorġu minn dan iċ-ċiklu bla tmiem ta’

vjolenza, iva, nistgħu nwaqqfu l-loġika tal-vendetta,

iva, nistgħu nibnu futur aħjar, flimkien. X’qawwa

tal-immaġinazzjoni.

Tabilħaqq, il-paċi setgħet ġiet fl-Ewropa mingħajr

l-Unjoni. Forsi. Qatt m’aħna se nkunu nafu. Iżda qatt

ma kienet se tkun tal-istess kwalità. Paċi dejjiema, mhux

waqfien mill-ġlied kiesaħ.

Għalija, dak li jagħmilha daqshekk speċjali, huwa

r-rikonċiljazzjoni. Kif jiġri fil-ħajja, fil-politika,

ir-rikonċiljazzjoni hija l-aktar ħaġa diffiċli. Din tmur

lil hinn milli taħfer u tinsa, jew sempliċiment teqleb

il-paġna.

Biex wieħed jaħseb minn xiex għaddew Franza

u l-Ġermanja, u mbagħad jittieħed dan il-pass. Jiffirmaw

Trattat ta’ Ħbiberija. kull meta nisma’ dan il-kliem —

Freundschaft, Amitié —, inħossni kommoss. Dan huwa

kliem privat, mhux għal trattati bejn in-nazzjonijiet. Iżda

r-rieda li l-istorja ma titħalliex tirrepeti ruħha, biex issir xi

ħaġa radikalment ġdida, kienet talment qawwija li kellu

jinstab kliem ġdid. Għan-nies, l-Ewropa kienet wegħda,

l-Ewropa kienet ugwali għal tama.

kg302279_MT_inside_b.indd 19 26/03/13 16:09

Page 22: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

20

kollha joħorġu rebbieħa mit-taħdidiet. Ta’ dan, politika

tedjanti hija biss il-prezz baxx li jrid jitħallas.

Irnexxiet. Il-paċi issa hija awtoevidenti. Il-gwerra saret

inkonċepibbli. Madankollu, “inkonċepibbli” ma tfissirx

“impossibbli”.U din hija r-raġuni għaliex inġbarna hawn

illum. L-Ewropa għandha żżomm il-wegħda tagħha ta’

paċi. Nemmen li dan għadu l-għan aħħari tal-Unjoni

tagħna. Iżda l-Ewropa ma tistax tibqa’ tiddependi fuq

din il-wegħda biss biex tispira liċ-ċittadini.

Sa ċertu punt, din hija xi ħaġa tajba; il-memorji tal-

gwerra qed jgħosfru. Anki jekk mhux kullimkien.

Il-ħakma Sovjetika fuq l-Ewropa tal-Lvant intemmet biss

żewġ deċennji ilu.

Ftit wara seħħew il-massakri orrendi fil-Balkani. Fil-

Balkani, it-tfal li twieldu fiż-żmien ta’ Srebrenica se

jagħlqu biss tmintax-il sena, is-sena d-dieħla. Iżda dawn

diġà għandhom aħwa subien u bniet żgħar li twieldu

wara dik il-gwerra: l-ewwel ġenerazzjoni vera ta’ wara

l-gwerra tal-Ewropa. Din għandha tibqa’ hekk.

Għaldaqstant, fejn kien hemm il-gwerra, issa hemm

il-paċi. Iżda quddiemna għandna kompitu storiku

ieħor: iż-żamma tal-paċi fejn hemm il-paċi. Wara

kollox, l-istorja mhix rumanz, ktieb li nistgħu nagħlqu

wara Tmiem Feliċi: Aħna nibqgħu responsabbli

kompletament għal dak li għad irid jiġri.

Dan ma setax ikun aktar ċar milli hu llum, meta l-agħar

kriżi ekonomika f’żewġ ġenerazzjonijiet laqtitna u li

qed tikkawża tbatija kbira fost il-popli tagħna, u li

qed tgħaddi mit-test ir-rabtiet politiċi tal-Unjoni

tagħna.Il-ġenituri li qed ibatu biex ilaħħqu mal-ħajja,

il-ħaddiema ssensjati reċentement, l-istudenti li jibżgħu

li minkejja li ħadmu bis-sħiħ, mhux se jiksbu l-ewwel

Meta Konrad Adenauer wasal Pariġi biex jikkonkludi

t-Trattat tal-Faħam u l-Azzar fl-1951, lejla minnhom,

fil-lukanda tiegħu sab rigal jistennieh. Kienet midalja

tal-gwerra, une Croix de Guerre, li kienet tappartjeni

għal suldat Franċiż. Bintu, studenta żagħżugħa, ħalliet

il-midalja b’nota żgħira għall-Kanċillier, bħala ġest ta’

rikonċiljazzjoni u tama.

Quddiem għajnejja, nista’ nara ħafna xeni oħra

kommoventi.Il-mexxejja tas-sitt Stati jiltaqgħu biex

jiftħu ġejjieni ġdid, f’Ruma, città eterna. Willy Brandt

għarkopptejh f’Varsavja. It-tarznara ta’ Danzika, fil-

bibien tat-tarzna tagħhom. Mitterrand u Kohl id f’id.

Żewġ miljun ruħ jgħaqqdu lil Tallinn ma’ Riga u ma’

Vilnius f’katina umana, fl-1989. Dawn il-mumenti fejqu

lill-Ewropa.

Iżda l-ġesti simboliċi waħedhom ma jistgħux jgħaqqdu

l-paċi. Huwa hawn fejn “l-arma sigrieta” tal-Unjoni

Ewropea ssib is-sehem tagħha: mod uniku kif l-interessi

tagħna jintgħaġnu sewwa flimkien b’tali mod li l-gwerra

ssir materjalment impossibbli. Permezz ta’ negozjati

kostanti, fuq ħafna iżjed temi, bejn iżjed aktar pajjiżi.

Hija r-regola tad-deheb ta’ Jean Monnet: “Mieux vaut se disputer autour d’une table que sur un champ de bataille.”

(“Aħjar ġlieda madwar mejda milli f’kamp ta’ battalja.”)

Li kieku kelli nispjegaha lil Alfred Nobel, kieku ngħidlu:

dan mhux sempliċi kungress tal-paċi, iżda kungress

perpetwu tal-paċi!

Verament, xi aspetti jistgħu jidhru mħawda, u mhux

biss għall-barranin. Ministri minn pajjiżi mdwarin bl-art

jiddiskutu b’mod passjonat il-kwoti tal-ħut. Parlamentari

Ewropej mill-Iskandinavja jiddibattu l-prezz taż-żejt taż-

żebbuġa. L-Unjoni pperfezzjonat l-arti tal-kompromess.

L-ebda drama ta’ rebħ jew telf, iżda jkun żgurat li l-pajjiżi

kg302279_MT_inside_b.indd 20 26/03/13 16:09

Page 23: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

21

Il-preżenza ta’ tant mexxejja Ewropej hawnhekk

illum tenfasizza l-konvinzjoni komuni tagħna: li aħna

se noħorġu minn dan flimkien, u aktar b’saħħitna.

B’saħħitna biżżejjed fid-dinja li niddefendu l-interessi

tagħna u nippromovu l-valuri tagħna. Ilkoll qed naħdmu

biex inħallu Ewropa aħjar għat-tfal tal-lum u għal

dawk ta’ għada. Sabiex meta aktar tard xi wħud iħarsu

lejna, għandu mnejn iduru fuqna u jiġġudikawna: li

l-ġenerazzjoni, tagħna, ippreservat il-wegħda tal-Ewropa.

Iż-żgħażagħ tal-lum diġà qed jgħixu f’dinja ġdida.

Għalihom l-Ewropa hija realtà ta’ kuljum. Mhux

il-kostrizzjoni li jkunu fl-istess dgħajsa. Le, ir-rikkezza li

wieħed jista’ jaqsam, jivvjaġġa u jiskambja fil-libertà. Li

jaqsam u jagħti forma lil kontinent, esperjenzi, futur.

Il-kontinent tagħna, li qam fuq saqajh mill-irmied wara

l-1945 u magħqud fl-1989, għandu kapaċità kbira li

joħloq mill-ġdid lilu nnifsu. Huwa għall-ġenerazzjonijiet

li ġejjin li jmexxu din l-avventura komuni ’l quddiem.

Nittama li se jaħtfu din ir-responsabbiltà bi kburija. U li

huma jkunu jistgħu jgħidu, kif aħna ngħidu hawnhekk

illum: Ich bin ein Europäer. Je suis fier d’être eur opéen. Kburi

li jien Ewropew.

impjieg: meta dawn jaħsbu dwar l-Ewropa, il-paċi mhix

l-ewwel ħaġa li tiġihom f’moħħhom…

Meta l-prosperità u x-xogħol, is-sies ewlieni tas-

soċjetajiet tagħna, huma mhedda, huwa naturali li

wieħed jara l-ebusija tal-qlub, l-għeluq tal-interessi,

anki r-ritorn ta’ ħtijiet antiki u sterjotipi li xi darba

kienu ntesew. Xi wħud jistgħu jiddubitaw mhux

biss fid-deċiżjonijiet konġunti, iżda fis-sempliċi fatt

li jittieħdu d-deċiżjonijiet b’mod konġunt. U filwaqt

li rridu nżommu sens ta’ proporzjon — anki dawn

it-tensjonijiet ma jeħduniex lura għad-dlamijiet tal-

passat —, l-isfida li l-Ewropa qiegħda tiffaċċa bħalissa

hija reali.Jekk nista’ nissellef kliem Abraham Lincoln fi

żmien ta’ test kontinentali ieħor, dak li qed jiġi eżaminat

illum huwa “jekk li l-Unjoni, jew kwalunkwe Unjoni maħluqa u ddedikata b’dan il-mod, tistax tibqa’ tirreżisti fit-tul”.

Inwieġbu bl-azzjonijiet tagħna, fiduċjużi li nirnexxu.

Naħdmu bis-sħiħ tassew biex negħlbu d-diffikultajiet,

biex inġibu lura t-tkabbir u l-impjiegi. Tabilħaqq din hi

neċessità enormi. Iżda hemm aktar x’jiggwidana: ir-rieda

li nibqgħu sidien tad-destin tagħna, sens ta’ fratellanza,

u sa ċertu punt... tkellimna mis-sekli … l-idea nnifisha ta’

Europa.

kg302279_MT_inside_b.indd 21 26/03/13 16:09

Page 24: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

22

Laqgħat bejn Membri tal-Kunsill Ewropew madwar l-Ewropa

kg302279_MT_inside_b.indd 22 26/03/13 16:09

Page 25: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

23

jekk inwieġbu mistoqsija fundamentali: kif ser niżguraw

appoġġ pubbliku għall-Ewropa? Fis-sena li għaddiet għal

darb’oħra erġajna rajna kif il-politika Ewropea qiegħda

tiġi involuta dejjem iktar fid-dibattiti politiċi nazzjonali.

Il-mexxejja nazzjonali jiltaqgħu wkoll b’mod frekwenti,

sinjal ċar ta’ sens ġdid ta’ koresponsabbiltà. Fil-laqgħat

tagħhom, iġorru magħhom it-tama u l-ħsibijiet ta’

pajjiżhom, l-eku tad-dibattiti li jifformaw il-futur tal-

Ewropa: dwar il-prosperità u l-protezzjoni, is-sovranità

u l-identità, l-ekwità u l-ġustizzja. Ninsab konvint li jista’

jsir argument b’saħħtu għall-Ewropa f’dawn id-dibattiti

kollha, hekk kif diġà jaffermaw bosta mexxejja, partiti

u ċittadini. U mingħajr ebda dubju, ir-riżultati konkreti

jibqgħu l-argument l-iktar b’saħħtu. Fl-aħħar mill-aħħar

l-Unjoni tagħna hi msejsa fuq ir-rieda tal-poplu — bħala

ċittadini ta’ pajjiżhom, u ċittadini tal-Ewropa.

Deħlin fl-2013 b’kunfidenza kawta. Dik hi aħbar

tajba, iżda m’hemm ebda raġuni għalfejn wieħed jifraħ

għalissa. Għad hemm ħafna xogħol xi jsir. B’sena kruċjali

warajna, din is-sena ġdida rridu nagħmluha sena ta’

riżultati, viżibbli b’mod ċar fl-Istati Membri kollha

u għaċ-ċittadini kollha.

M’għandu jitħalla barra ebda sforz biex l-ekonomiji

tagħna jimxu lejn l-irkupru. L-ewwel u qabel kollox din

hija kwistjoni ta’ li jsiru riformi nazzjonali f’kull pajjiż.

B’mod konġunt, fil-Kunsill Ewropew, ser inkomplu

naħdmu b’enfasi kbira fuq it-tkabbir u l-impjiegi.

L-implimentazzjoni tibqa’ prijorità: din hija l-unika

mod biex intenzjonijiet tajba jgħaddu għal titjib reali

għall-familji u l-kumpanniji. Ser nibdew billi nagħmlu

enfasi fuq tliet lievi ewlenin ta’ tkab bir ekonomiku:

il-finanzjament tal-ekonomija u l-promozzjoni tal-

kummerċ (fi Frar), u l-iżgurar ta’ enerġija affordabbli

u affidabbli (f’Mejju). Ser inkomplu nirfdu s-solidità

tal-munita unika bil-ħidma tagħna biex titlesta b’mod

ġenwin l-Unjoni Ekonomika u Monetarja — kompitu

urġenti kif ukoll storiku.

Irridu naffrontaw dawn l-isfidi b’riżoluzzjoni, filwaqt li

nkunu konxji li fl-aħħar mill-aħħar nistgħu nirnexxu biss

Ħarsa ’l quddiem

HERMAN VAN ROMPUY

kg302279_MT_inside_b.indd 23 26/03/13 16:09

Page 26: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

kg302279_MT_inside_b.indd 24 26/03/13 16:09

Page 27: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

25

Lejn konsolidazzjoni favorevoli għat-tkabbir u tkabbir favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi

Dikjarazzjoni mill-Membri tal-Kunsill Ewropew — 30 ta’ Jannar 2012 27

Komunikazzjoni mill-Istati Membri taż-żona tal-euro — 30 ta’ Jannar 2012 30

Kunsill Ewropew — 1-2 ta’ Marzu 2012 31

Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja —

2 ta’ Marzu 2012 37

Dikjarazzjoni mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taz-Żona tal-Euro — 2 ta’ Marzu 2012 43

Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina

Rapport mill-President Van Rompuy — 26 ta’ Ġunju 2012 44

Kunsill Ewropew — 28-29 ta’ Ġunju 2012

Li jinkludi l-“Patt għal Tkabbir u Impjiegi” 47

Dikjarazzjoni mill-Istati Membri taż-Żona tal-Euro — 29 ta’ Ġunju 2012 52

Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina

Rapport interim mill-President Van Rompuy — 12 ta’ Ottubru 2012 53

Dikjarazzjoni mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taz-Żona tal-Euro — 18 ta’ Ottubru 2012 57

Kunsill Ewropew — 18-19 ta’ Ottubru 2012 58

Kunsill Ewropew — 22-23 ta’ Novembru 2012 63

Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina

Rapport u pjan direzzjonali mill-President Van Rompuy — 7 ta’ Diċembru 2012 64

Kunsill Ewropew — 13-14 ta’ Diċembru 2012 72

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u dikjarazzjonijiet mill-Kapijiet

ta’ Stat jew ta’ Gvern

kg302279_MT_inside_b.indd 25 26/03/13 16:09

Page 28: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

kg302279_MT_inside_b.indd 26 26/03/13 16:09

Page 29: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

27

Nistimulaw l-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ

1. Illum, aktar minn 23 miljun persuna huma qiegħda fl-

Ewropa. Sakemm aħna ma ntejbux ir-rati tat-tkabbir

tagħna, il-qgħad ser jibqa’ għoli. Jeħtieġ li aħna nżommu

lin-nies fl-impjieg u  noħolqu impjiegi ġodda, inkluż fl-

“ekonomija ekoloġika”. Dan ifisser li rridu nieħdu azzjoni

konkreta biex negħlbu n-“nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet”

u n-“nuqqas ta’ tlaqqigħ ġeografiku”. Dan ifisser ukoll for-

mazzjoni mill-ġdid tas-swieq tax-xogħol u l-indirizzar tal-

ispejjeż tax-xogħol meta mqabbla mal-produttività. Din

hija prinċipalment kwistjoni għall-Istati Membri, li jeħtieġ

li jiżviluppaw u jimplimentaw inizjattivi komprensivi dwar

l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-ħiliet. Kull Stat Membru ser

jistabbilixxi fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tiegħu,

il-miżuri konkreti li ser jieħu biex jindirizza dawn il-kwis-

tjonijiet (“Pjanijiet Nazzjonali għall-Impjiegi”); l-impli-

mentazzjoni ser tkun soġġetta għal monitoraġġ imsaħħaħ

fil-qafas tas-semestru Ewropew. Il-miżuri biex jitnaqqsu

l-ispejjeż tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi, bħat-tnaqqis

tal-feles tat-taxxa (tax wedge), jista’ jkollhom impatt sinifi-

kanti fuq id-domanda għax-xogħol għal dawk b’ħiliet baxxi

u ż-żgħażagħ. It-tnaqqis tas-segmentazzjoni tas-suq tax-

xogħol jista’ jikkontribwixxi ħafna biex jipprovdi opportuni-

tajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ. Għandu jsir sforz partikolari

immedjatament fil-livell nazzjonali biex titjieb il-provvista

tal-ħaddiema u jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, billi:

LEJN KONSOLIDAZZJONI FAVOREVOLI GĦATTKABBIR

U TKABBIR FAVOREVOLI GĦALLĦOLQIEN TALIMPJIEGI

DIKJARAZZJONI MILLMEMBRI TALKUNSILL EWROPEW1

30 TA’ JANNAR 2012

Matul dawn l-aħħar xhur, kien hemm sinjali tentattivi ta’ stabilizzazzjoni ekonomika, iżda t-tensjonijiet fis-swieq finanzjarji

għadhom itellfu l-attività ekonomika u għad hemm ħafna inċertezza. Il-gvernijiet qed jagħmlu sforzi sinifikanti biex jikkoreġu

l-iżbilanċi baġitarji fuq bażi sostenibbli, iżda huma meħtieġa aktar sforzi għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi. M’hemm

l-ebda soluzzjoni rapida. L-azzjoni tagħna għandha tkun determinata, persistenti u fuq bażi wiesgħa. Irridu nagħmlu aktar

biex noħorġu lill-Ewropa mill-kriżi.

Ittieħdu deċiżjonijiet biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u l-konsolidazzjoni fiskali — din hija kondizzjoni neċessarja

għal ritorn għal rati ogħla ta’ tkabbir strutturali u impjiegi. Iżda fiha nfisha mhix suffiċjenti: aħna rridu nimmodernizzaw

l-ekonomiji tagħna u nsaħħu l-kompetittività tagħna biex niżguraw tkabbir sostenibbli. Dan huwa essenzjali biex noħolqu

l-impjiegi u nippreservaw il-mudelli soċjali tagħna, u huwa fil-qalba tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Patt Euro Plus. Dawn

l-isforzi għandhom isiru f’kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali, b’rispett lejn is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri.

It-tkabbir u l-impjiegi ser jerġgħu jibdew biss jekk aħna nsegwu approċċ konsistenti u fuq bażi wiesgħa, li jgħaqqad

konsolidazzjoni fiskali intelliġenti li tippreserva l-investiment fit-tkabbir futur, politiki makroekonomiċi sodi u strateġija

attiva dwar l-impjiegi li tippreserva koeżjoni soċjali.

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu ser jagħti gwida dwar il-politiki ekonomiċi u  tal-impjiegi tal-Istati Membri, b’enfasi

partikolari fuq l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal ta’ tkabbir ekoloġiku u fuq l-aċċelerazzjoni ta’ riformi strutturali biex tiżdied

il-kompetittività u jinħolqu aktar impjiegi. F’dan il-proċess, huwa għandu jagħti attenzjoni partikolari lid-diverġenzi li dejjem

qegħdin jikbru bejn is-sitwazzjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri u lill-konsegwenzi soċjali tal-kriżi.

Illum, aħna ffukajna fuq tliet prijoritajiet immedjati. Kull fejn hu possibbli, l-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali ser jiġu appoġġati

mill-azzjoni tal-UE, inkluż billi fondi disponibbli tal-UE jiġu mmirati aħjar lejn l-impjiegi u t-tkabbir, fi ħdan limiti massimi

maqbula.

* * *

1 Għal raġunijiet parlamentari, il-Prim Ministru Svediż ma kienx f’pożizzjoni li jissottoskrivi għal din id-dikjarazzjoni.

kg302279_MT_inside_b.indd 27 26/03/13 16:09

Page 30: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

28

— implimentazzjoni rapida tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kum-

missjoni dwar il-kummerċ elettroniku; il-preżentazzjoni

ta’ proposta ġdida dwar il-firma elettronika qabel Ġunju

2012; u qbil dwar ir-regoli dwar ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim

online u dwar ir-roaming sa Ġunju 2012;

— sabiex jiġi utilizzat il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija diġitali,

il-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea dwar id-drittijiet

tal-awtur u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki u mudelli, filwaqt

li l-ġlieda kontra l-piraterija titwettaq b’mod aktar effettiv

u b’kont meħud tad-diversità kulturali;

— progress fid-diskussjonijiet strutturati dwar il-koordi-

nazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ politika tat-taxxa u l-preven-

zjoni ta’ prattiki dannużi tat-taxxa fil-kuntest tal-Patt Euro

Plus.

4. L-Istati Membri parteċipanti jimpenjaw lilhom infushom li

jilħqu qbil finali sa mhux aktar tard minn Ġunju 2012 dwar

l-aħħar kwistjoni pendenti fil-pakkett dwar il-privattivi.

5. Huwa ta’ importanza kruċjali li nimplimentaw b’mod

rapidu u bis-sħiħ fil-livell nazzjonali dak li diġà qbilna dwaru,

sabiex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku. B’mod par-

tikolari, il-leġislazzjoni tal-UE f’oqsma bħas-servizzi u s-suq

uniku tal-enerġija għandha tiġi implimentata b’mod rapidu

u bis-sħiħ. Jeħtieġ ukoll li nittrattaw ir-rabtiet neqsin li għad

fadal u li għadhom jimpedixxu lis-suq intern milli jwassal

il-benefiċċji kollha tiegħu. Qabel il-Kunsill Ewropew ta’

Ġunju 2012, il-Kunsill ser jivvaluta l-progress li jkun sar

fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tas-Suq Uniku abbażi

tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern tal-Kummiss-

joni. Il-Kummissjoni ser tirrapporta annwalment dwar il-

progress li jkun sar rigward ir-rilaxx tal-potenzjal tat-tkabbir

ta’ Suq Uniku integrat b’mod sħiħ, inkluż dak fir-rigward

tal-industriji li jużaw netwerk. F’Ġunju l-Kummissjoni ser

tirrapporta dwar mezzi possibbli biex tissaħħaħ l-impli-

mentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-Suq Uniku u jitjieb

l-infurzar tagħha.

6. Aħna ser immexxu ’l quddiem l-isforzi multilaterali

u  bilaterali għat-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ

u niżguraw aċċess aħjar għas-suq u kondizzjonijiet adatti

għall-investiment għall-esportaturi u investituri Ewropej

f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’

Ottubru 2011. Din għandha tkun sena deċiżiva għal pro-

gress fuq ftehimiet tal-kummerċ ma’ msieħba prinċipali.

Il-Grupp ta’ Livell Għoli UE/Stati Uniti dwar l-Impjiegi

u t-Tkabbir għandu jikkunsidra l-għażliet kollha biex jagħti

spinta lill-kummerċ u  l-investiment bejn l-UE u  l-Istati

Uniti.

Nagħtu spinta lill-iffinanzjar tal-ekonomija,

b’mod partikolari l-SMEs

7. Huwa ta’ importanza kbira li jittieħdu miżuri biex jim-

pedixxu lill-kriżi tal-kreditu attwali milli tillimita severa-

ment l-abbiltà ta’ intrapriżi li jikbru u joħolqu l-impjiegi.

— titjib fl-isforzi biex tiġi promossa l-ewwel esperjenza ta’

xogħol taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq

tax-xogħol: l-objettiv għandu jkun li fi żmien ftit xhur minn

meta joħorġu mill-iskola, iż-żgħażagħ jirċievu offerta ta’

impjieg ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, appren-

distat, jew taħriġ għax-xogħol;

— jiżdiedu b’mod sostanzjali l-għadd ta’ apprendistati u taħriġ

għax-xogħol biex jiġi żgurat li huma jirrappreżentaw

opportunitajiet reali għaż-żgħażagħ, f’kooperazzjoni mal-

imsieħba soċjali u fejn possibbli integrati fi programmi

edukattivi;

— isiru sforzi mġedda biex dawk li jitilqu mill-iskola kmieni

jibdew xi taħriġ;

— isir użu sħiħ mill-portal tal- EURES dwar il-mobilità tal-

impjiegi biex jiġu ffaċilitati l-esperjenzi qosra tax-xogħol

transkonfinali għaż-żgħażagħ; ftuħ ulterjuri ta’ setturi

protetti billi jitneħħew restrizzjonijiet mhux ġustifkati fuq

servizzi professjonali u s-settur tal-bejgħ bl-imnut.

2. L-UE ser tappoġġa dawk l-isforzi, prinċipalment billi:

— bħala l-ewwel pass, taħdem ma’ dawk l-Istati Membri li

għandhom l-ogħla livelli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ biex

jiddirieġu mill-ġdid il-fondi disponibbli tal-UE lejn appoġġ

għaż-żgħażagħ biex jibdew xogħol jew taħriġ;

— issaħħaħ il-mobilità tal-istudenti billi żżid sostanzjalment

in-numru ta’ esperjenzi qosra tax-xogħol fl-intrapriżi taħt

il-programm Leonardo da Vinci;

— tuża l-FSE għall-appoġġ tal-istabbiliment ta’ skemi tat-tip

ta’ apprendistat u skemi ta’ appoġġ għal żgħażagħ li jkunu

jridu jibdew negozju u intraprendituri soċjali;

— issaħħaħ il-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema, permezz

tar-reviżjoni tar-regoli tal-UE dwar ir-rikonoxximent

reċiproku ta’ kwalifiki professjonali, inkluża l-karta profess-

jonali Ewropea u l-Passaport Ewropew tal-Ħiliet, it-tisħiħ

ulterjuri tal-EURES, u progress fl-akkwist u l-preservazzjoni

tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari għall-ħaddiema

migranti.

Nikkompletaw is-Suq Uniku

3. Is-Suq Uniku jikkostitwixxi mutur ewlieni għat-tkabbir

ekonomiku tal-Ewropa. Dan huwa qasam fejn azzjoni

fil-livell tal-UE tista’ tkun effettiva ħafna biex tagħti spinta

lill-impjiegi u lit-tkabbir. L-Att dwar is-Suq Uniku, is-Suq

Uniku Diġitali u t-tnaqqis tal-piż regolatorju ġenerali għall-

SMEs u l-mikrointrapriżi, li għadu għaddej, jikkostitwixxu

prijoritajiet ċari. Filwaqt li nfakkru fl-impenn tagħna biex

nagħtu prijorità ċara lill-eżami rapidu tal-proposti bl-akbar

potenzjal għal tkabbir, aħna nappellaw għal:

— qbil dwar l-istandardizzazzjoni, dwar l-effiċjenza enerġetika

u dwar is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kontabilità sal-

aħħar ta’ Ġunju 2012; qbil dwar is-simplifikazzjoni tar-

regoli tal-akkwist pubbliku sa tmiem is-sena;

kg302279_MT_inside_b.indd 28 26/03/13 16:09

Page 31: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

29

għall-appoġġ tat-tkabbir u jagħmlu rakkomandazzjonijiet

adatti, inklużi possibbiltajiet biex il-baġit tal-UE jistimula

l-kapaċità ta’ finanzjament tal-grupp tal-BEI;

— eżami rapidu tal-proposti tal-Kummissjoni dwar fażi pilota

għall-użu ta’ “bonds tal-proġetti” biex tistimula l-iffinanzjar

privat ta’ proġetti infrastrutturali ewlenin;

— jiġi żgurat aċċess aħjar għal kapital ta’ riskju fl-Ewropa billi

jsir qbil dwar il-passaport tal-UE sa Ġunju;

— il-promozzjoni tar-rwol tal-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament

għall-Progress b’appoġġ għall-mikrointrapriżi;

— isiru sforzi mġedda għat-titjib tal-ambjent li fih joperaw

l-SMEs, b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-piżijiet amminis-

trattivi u regolatorji mhux ġustifikati kif ukoll billi jiġi żgurat

li l-azzjonijiet kollha fil-livell tal-Unjoni Ewropea jappoġġaw

bis-sħiħ it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

9. Il-miżuri li jeħtieġu azzjoni f’livell nazzjonali ser jiġu riflessi

kif dovut fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali tal-Istati

Membri. Sa Ġunju l-Kunsill ser jirrapporta dwar l-impli-

mentazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell

tal-UE.

Il-miżuri reċenti meħuda mill-BĊE fir-rigward ta’ self

fuq perijodu twil lill-banek jgħinu ħafna f’dak ir-rigward.

Is-superviżuri nazzjonali u l-ABE għandhom jiżguraw li

r-rikapitalizzazzjoni tal-banek ma twassalx għal tnaqqis

eċċessiv fl-ingranaġġ li jaffettwaw il-finanzjament tal-eko-

nomija b’mod negattiv. Is-superviżuri għandhom jiżguraw

l-applikazzjoni rigoruża mill-banek kollha tal-leġislazzjoni

tal-UE li tirrestrinġi l-ħlasijiet ta’ bonus.

8. It-23 miljun SME Ewropew huma s-sinsla tas-suċċess eko-

nomiku tal-Ewropa u fornitur ewlieni ta’ impjieg. Għalhekk

aħna naqblu dwar il-miżuri urġenti li ġejjin li għandhom jiġu

implimentati sa Ġunju:

— mobilizzazzjoni aħjar tal-fondi strutturali billi titħaffef

l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti eżistenti, fejn

adatt, il-programmar mill-ġdid ta’ flejjes u l-impenn rapidu

ta’ flejjes li għadhom mhux allokati għal proġetti speċifiċi,

b’konċentrazzjoni fuq it-tisħiħ tat-tkabbir u l-ħolqien ta’

impjiegi;

— tisħiħ tal-appoġġ tal-BEI għall-SMEs u l-infrastruttura; il-

Kunsill, il-Kummissjoni u l-BEI huma mistiedna jikkunsi-

draw għażliet possibbli sabiex tissaħħaħ l-azzjoni tal-BEI

kg302279_MT_inside_b.indd 29 26/03/13 16:09

Page 32: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

30

jiffinalizzaw in-negozjati dwar il-programm il-ġdid.

Ir-restawr tal-kredibbiltà jeħtieġ li l-partiti politiċi kollha

jikkommettu ruħhom b’mod irrevokabbli għall-programm

il-ġdid. Aħna nħeġġu lill-Ministri tal-Finanzi tagħna biex

jieħdu l-passi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni

tal-ftehim PSI u l-adozzjoni tal-programm il-ġdid, inklużi

azzjonijiet preċedenti, fil-ħin biżżejjed għat-tnedija tal-ope-

razzjoni PSI sa nofs Frar. Aħna nfakkru li l-PSI fil-Greċja

huwa każ eċċezzjonali u uniku.

4. Aħna nilqgħu l-aħħar evalwazzjonijiet pożittivi tal-pro-

grammi Irlandiżi u Portugiżi li kkonkludew li ntlaħqu l-kri-

terji kwantitattivi ta’ prestazzjoni u l-punti ta’ riferiment

strutturali. Aħna ser inkomplu nipprovdu appoġġ lill-pajjiżi

taħt programm sakemm dawn ikunu reġgħu kisbu aċċess

għas-suq, dment li huma jkunu implimentaw b’suċċess il-

programmi tagħhom.

5. Aħna nilqgħu l-miżuri deċiżi u diġà implimentati mill-Italja

u Spanja sabiex jitnaqqas id-defiċit pubbliku u tingħata

spinta lit-tkabbir u  l-kompetittività u  nagħmlulhom

appell biex ikomplu bl-isforzi importanti tagħhom għall-

konsolidazzjoni fiskali u  r-riformi strutturali. Dawn ir-

riformi kif ukoll l-implimentazzjoni rapida tagħhom ser

jirrinforzaw l-istabbiltà finanzjarja fl-Italja u Spanja kif ukoll

fiż-żona tal-euro kollha kemm hi.

1. It-Trattat dwar l-istabbiltà, il-koordinazzjoni u l-governanza

fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja ġie ffinalizzat. Dan ser

jiġi ffirmat f’Marzu. Fl-istess waqt ser jiġi deċiż arranġament

dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex titressaq

kawża dwar in-nuqqas ta’ konformità mat-Trattat quddiem

il-Qorti tal-Ġustizzja.

Huwa jirrappreżenta pass importanti ’l quddiem lejn inte-

grazzjoni fiskali u ekonomika eqreb u irrevokabbli u gover-

nanza aktar b’saħħitha fiż-żona tal-euro. Dan ser jirrinforza

b’mod sinifikanti l-perspettiva għas-sostenibbiltà fiskali

u d-dejn sovran taż-żona tal-euro u jsaħħaħ it-tkabbir.

2. It-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’

Stabbiltà jinsab lest għall-iffirmar, u l-objettiv hu li jidħol

fis-seħħ f’Lulju 2012. Dan il-mekkaniżmu permanenti għar-

riżoluzzjoni ta’ kriżijiet ser jikkontribwixxi biex jiżdiedu

l-fiduċja, is-solidarjetà u l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-

euro. Huwa ser ikollu firxa wiesgħa ta’ strumenti disponib-

bli u bażi finanzjarja b’saħħitha.

Kif ġie maqbul f’Diċembru, f’Marzu aħna ser nivvalutaw

mill-ġdid l-adegwatezza tar-riżorsi taħt l-EFSF u l-MES.

3. Rigward il-Greċja, ninnutaw il-progress li sar fin-negoz-

jati mas-settur privat sabiex jintlaħaq qbil skont il-para-

metri maqbula f’Ottubru. Aħna nħeġġu lill-awtoritajiet

Griegi u l-partijiet kollha involuti sabiex fil-ġranet li ġejjin

KOMUNIKAZZJONI MILLISTATI MEMBRI TAŻŻONA TALEURO

30 TA’ JANNAR 2012

Illum, ħadna passi importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ġenerali tagħna biex niġġieldu kontra l-kriżi:

kg302279_MT_inside_b.indd 30 26/03/13 16:09

Page 33: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

31

I. POLITIKA EKONOMIKA

1. L-Unjoni Ewropea qed tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex

treġġa’ lill-Ewropa lura fuq it-triq ta’ tkabbir u impjiegi. Dan

jeħtieġ approċċ fuq żewġ binarji, li jkopri kemm miżuri li

jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u l-konsolidazzjoni fiskali,

kif ukoll azzjoni li tiffavorixxi t-tkabbir, il-kompetittività

u l-impjiegi.

2. “Ewropa 2020” hija l-istrateġija tal-Ewropa għall-impjiegi

u t-tkabbir u r-rispons komprensiv tagħha għall-isfida li qed

tiffaċċja. B’mod partikolari, il-ħames miri ffissati għall-2020

jibqgħu kompletament rilevanti u ser ikomplu jiggwidaw

l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni fil-promozzjoni

tal-impjiegi; it-titjib tal-kondizzjonijiet għall-innovazzjoni,

ir-riċerka u l-iżvilupp; il-kisba tal-objettivi tagħna dwar it-

tibdil fil-klima u l-enerġija; it-titjib tal-livelli ta’ edukazzjoni

u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, b’mod partikolari

permezz tat-tnaqqis tal-faqar.

3. Madankollu, l-isforzi li saru sal-lum għadhom mhux

suffiċjenti biex jilħqu l-parti l-kbira ta’ dawn il-miri.

Għalhekk irridu b’urġenza nikkonċentraw fuq l-implimen-

tazzjoni tar-riformi, b’attenzjoni partikolari għall-miżuri li

għandhom effett fiż-żmien qrib fuq l-impjiegi u t-tkabbir.

4. Għall-2012, il-Kunsill Ewropew japprova l-ħames prijori-

tajiet stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali tal-Kummissjoni dwar

it-Tkabbir għal azzjoni li trid tittieħed fil-livell tal-UE u dak

nazzjonali:

— ħidma fuq konsolidazzjoni fiskali differenzjata u  favur

it-tkabbir,

— ritorn għal self normali fl-ekonomija,

— promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività,

— indirizzar tal-qgħad u tal-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u

— immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika.

KUNSILL EWROPEW 12 TA’ MARZU 2012

Il-Kunsill Ewropew iddiskuta l-implimentazzjoni tal-istrateġija ekonomika tal-UE. Din l-istrateġija ssegwi kemm

il-kontinwazzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali kif ukoll azzjoni determinata li tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi; it-tkabbir

u l-impjiegi sostenibbli ma jistgħux jinbnew fuq defiċits u livelli eċċessivi ta’ dejn. Il-miżuri li ttieħdu sabiex is-sitwazzjoni

fiż-żona tal-euro tiġi stabbilizzata qed iħallu l-frott.

Il-Kunsill Ewropew approva l-ħames prijoritajiet għall-2012 elenkati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni.

Huwa ħares lejn l-azzjoni li għandha tittieħed fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu progress aktar

rapidu lejn il-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandhom iżidu l-isforzi għall-impenn li ħadu dwar ir-riformi tar-

Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tal-2011. Huma mistennijin jindikaw il-miżuri li biħsiebhom jieħdu għal dak

il-fini fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom u fil-Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza tagħhom. Il-Kunsill

Ewropew iddiskuta wkoll l-azzjoni meħtieġa fil-livell tal-UE, billi tiġi avvanzata t-tlestija tas-Suq Uniku fl-aspetti kollha

tiegħu, kemm interni u esterni, u billi tingħata spinta lill-innovazzjoni u r-riċerka.

Fil-marġini tal-Kunsill Ewropew l-Istati Membri parteċipanti ffirmaw it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza fl-UEM.

Il-Kunsill Ewropew stabbilixxa l-prijoritajiet tal-UE għal-laqgħa li ġejja tal-G20 u l-Konferenza tan-NU Rio+20, b’enfasi

partikolari fuq miżuri u riformi li jsaħħu t-tkabbir. Huwa kkunsidra l-iżviluppi fir-rigward tar-Rebbiegħa Għarbija u stabbilixxa

linji gwida għal azzjoni futura tal-UE għall-appoġġ ta’ dan il-proċess.

Il-Kunsill Ewropew ta status ta’ kandidat lis-Serbja.

Huwa qabel li l-Kunsill għandu jerġa’ lura għall-kwistjoni tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għaż-żona ta’ Schengen

sabiex jadotta d-deċiżjoni tiegħu f’Settembru.

Fl-aħħarnett, il-Kunsill Ewropew reġa’ eleġġa lil Herman Van Rompuy bħala l-President tiegħu.

* * *

kg302279_MT_inside_b.indd 31 26/03/13 16:09

Page 34: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

32

mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fit-30 ta’ Jannar jip-

provdu aktar gwida speċifika lill-Istati Membri, b’mod

partikolari rigward il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-iżvilupp tal-

Pjani Nazzjonali għall-Impjiegi tagħhom fil-qafas tal-PNR

tagħhom. L-indirizzar tal-faqar u l-esklużjoni soċjali jeħtieġ

l-implimentazzjoni ta’ strateġiji inklużivi attivi li jinkludu

miżuri ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol. F’konformità mal-

konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2012, u b’rispett

tar-rwol tal-imsieħba soċjali u s-sistemi nazzjonali għall-

formazzjoni tal-pagi, l-Istati Membri għandhom:

— iżidu l-isforzi biex jagħmluha aktar faċli u aktar attraenti għal

min iħaddem biex jimpjega persuni, billi fejn meħtieġ itejbu

l-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi;

— ineħħu l-ostakoli għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda;

— u jimplimentaw linji ta’ politika attivi rigward is-suq

tax-xogħol, b’mod partikolari bil-ħsieb li tissaħħaħ

il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, in-nisa u l-ħaddiema akbar

fl-età.

11. Il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess il-“pakkett għall-

impjiegi” li jmiss tal-Kummissjoni, li jiffoka fuq it-tisħiħ

tat-tkabbir permezz tal-mobilizzazzjoni tal-forza tax-xogħol

tal-Ewropa, il-promozzjoni tal-ħolqien ta’ impjiegi f’setturi

ewlenin tal-ekonomija, it-titjib fil-ġestjoni tal-ħtiġiet rigward

ħiliet, il-promozzjoni tat-transizzjonijiet fis-suq tax-xogħol

u t-titjib tal-mobbiltà ġeografika. Huwa jenfasizza l-impor-

tanza li jkun hemm progress fit-tisħiħ tar-rikonoxximent

reċiproku tal-kwalifiki professjonali, jitnaqqas l-għadd ta’

professjonijiet regolati u jitneħħew ostakli regolatorji mhux

ġustifikati.

12. Huwa importanti ferm li l-Istati Membri jirriflettu bis-sħiħ

dwar dawn il-prijoritajiet u l-isfidi permezz ta’ impenji aktar

operattivi, miżurabbli u preċiżi fil-Programmi Nazzjonali

ta’ Riforma tagħhom u l-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’

Konverġenza. L-Istati Mambri li jipparteċipaw fil-Patt Euro

Plus għandhom ukoll jinkludu aktar impenji ffukati fuq

numru żgħir ta’ riformi essenzjali, f’waqthom u miżurabbli

biex jinkisbu l-objettivi tal-Patt.

13. F’dan il-proċess, li fih l-imsieħba soċjali u  r-reġjuni

għandhom rwol importanti, ser isir użu sħiħ mill-istrumenti

offruti mill-governanza ekonomika l-ġdida tal-Unjoni

Ewropea. Il-Kunsill Ewropew jappella għall-adozzjoni, sa

Ġunju, taż-żewġ proposti pendenti li għandhom l-għan li

jsaħħu aktar is-sorveljanza taż-żona tal-euro.

Azzjoni fil-livell tal-UE

14. Fil-laqgħat tiegħu ta’ Ottubru u Diċembru 2011, il-Kunsill

Ewropew stabbilixxa qafas ċar għal sensiela ta’ proposti li

jsaħħu t-tkabbir. Il-laqgħa informali tat-30 ta’ Jannar 2012

eżaminat xi miżuri partikolarment urġenti li dwarhom il-

Kunsill ser jagħmel rapport f’Ġunju li ġej. Għandha tisso-

kta l-ħidma fl-oqsma kollha sabiex dan il-pakkett ta’ miżuri

jitmexxa ’l quddiem.

Azzjoni fuq il-livell nazzjonali

5. Il-Kunsill Ewropew iddiskuta s-sejbiet preliminari u l-aħjar

prattika fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Rakkoman-

dazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tal-2011 u l-impenji taħt

il-Patt Euro Plus.

6. Filwaqt li ttieħdu miżuri importanti mill-Istati Membri

kollha, ir-riformi f’ċerti oqsma għadhom lura u l-impli-

mentazzjoni mhijiex uniformi, kif hu deskritt fl-Istħarriġ

Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u fir-rapport

tal-Presidenza dwar is-Semestru Ewropew.

7. Barra minn hekk, ir-Rapport reċenti tal-Kummissjoni dwar

il-Mekkaniżmu ta’ Allert, li jikkostitwixxi l-ewwel pass

tal-proċedura l-ġdida dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni

tal-iżbilanċi makroekonomiċi, jindika ċerti sfidi u riskji

potenzjali li nħolqu minħabba żbilanċi makroekonomiċi

f’xi Stati Membri. Il-Kunsill ser jeżamina r-rapport mill-qrib.

Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill u lill-Kummiss-

joni biex jimplimentaw il-proċedura b’mod sħiħ, effettiv

u rapidu u lill-Istati Membri biex jaġixxu kif meħtieġ.

8. Il-konsolidazzjoni fiskali hija kondizzjoni essenzjali għal

ritorn għal aktar tkabbir u impjiegi. Din trid tiġi ddifferenz-

jata skont iċ-ċirkostanzi tal-Istati Membri. L-Istati Membri

kollha għandhom ikomplu jirrispettaw l-impenji tagħhom

skont ir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li jippermettu

lill-istabbilizzaturi awtomatiċi biex jaħdmu skont il-perkors

maqbul ta’ aġġustament fiskali strutturali, filwaqt li tiġi

żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Il-pajjiżi

li jagħmlu parti minn programm ta’ assistenza għandhom

iżommu mal-miri u r-riformi strutturali maqbula fil-pro-

gramm. B’mod simili, l-Istati Membri taħt pressjoni tas-suq

għandhom jilħqu l-miri baġitarji maqbula u jkunu lesti li

jkomplu b’aktar miżuri ta’ konsolidazzjoni jekk meħtieġ.

Fl-insegwiment ta’ sforzi għall-konsolidazzjoni, għandha

tingħata attenzjoni partikolari lill-prijoritizzazzjoni tan-

nefqa li tikkostitwixxi investiment għal tkabbir futur, b’en-

fasi partikolari fuq l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

9. Il-politika dwar it-taxxa tista’ tikkontribwixxi għall-

konsolidazzjoni fiskali u  t-tkabbir. F’konformità mal-

konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar, u waqt li jkunu

rikonoxxuti l-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam,

il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Istati Membri, fejn oppor-

tun, biex jirrevedu s-sistemi ta’ tassazzjoni tagħhom

bil-għan li jagħmluhom aktar effettivi u  effiċjenti, billi

jeliminaw eżenzjonijiet mhux ġustifikati, iwessgħu l-bażi

tat-taxxa, iwarrbu t-taxxi mix-xogħol, itejbu l-effiċjenza

tal-ġbir tat-taxxa u jindirizzaw l-evitar tat-taxxa. Il-Kunsill

u  l-Kummissjoni huma mistiedna jiżviluppaw b’mod

rapidu modi konkreti biex isaħħu l-ġlieda kontra l-frodi

fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, ukoll fir-rigward ta’ pajjiżi terzi,

u jirrappurtaw sa Ġunju 2012.

10. Biex sal 2020 ir-rata tal-impjiegi tasal għal 75 % jeħtieġ

li jkun hemm azzjoni riżoluta. Il-linji gwida stabbiliti

kg302279_MT_inside_b.indd 32 26/03/13 16:09

Page 35: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

33

jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru 2011, huwa

jappella wkoll għal progress rapidu dwar l-istrateġija 2050

dwar livell baxx ta’ karbonju u dwar l-implimentazzjoni tal-

pjan direzzjonali lejn Ewropa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.

18. L-innovazzjoni u r-riċerka huma fil-qalba tal-istrateġija

Ewropa 2020. L-Ewropa għandha bażi qawwija ta’ xjenza

iżda jeħtieġ li titjieb il-ħila sabiex ir-riċerka tiġi trasformata

f’innovazzjonijiet ġodda mmirati għall-esiġenzi tas-suq.

Abbażi ta’ rapport ippreżentat mill-Presidenza, il-Kunsill

Ewropew ta rendikont tal-progress li sar fl-implimen-

tazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu ta’ Frar 2011 u qabel li

għandhom jiżdiedu l-isforzi bil-ħsieb li:

— titlesta’ ż-Żona Ewropea tar-Riċerka sal-2014; b’rabta ma’

dan, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni

li tipproponi qafas għaż-ŻER f’Ġunju 2012;

— tittejjeb il-mobbiltà u  l-prospetti għall-karriera

tar-riċerkaturi;

— jiġi stabbilit u implimentat rapidament l-inventorju tar-R&Ż

iffinanzjat mill-UE u l-indikatur uniku tal-innovazzjoni;

— strument għall-valorizzazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà

intellettwali fil-livell Ewropew;

— jiġi żgurat li l-Istati Membri parteċipanti jaslu għal qbil finali

mhux aktar tard minn Ġunju 2012 dwar l-aħħar kwistjoni

pendenti fil-pakkett tal-privattivi;

— jinħoloq l-aħjar ambjent possibbli biex l-imprendituri

jikkummerċjalizzaw l-ideat tagħhom u joħolqu impjiegi,

u  l-innovazzjoni mmexxija mid-domanda ssir il-mutur

prinċipali tal-politika tal-Ewropa dwar ir-riċerka u l-iżvilupp;

b’mod partikolari, tinħoloq skema effettiva ta’ kapital ta’

riskju fl-UE kollha, inkluż “passaport tal-UE”, skema ta’

finanzjament b’appoġġ għal SMEs innovattivi, filwaqt li

jiġi kkunsidrat “fond tal-fondi” biex jiġi pprovdut kapital

ta’ riskju transkonfinali u jsir użu aktar effettiv tal-akkwisti

pubbliċi prekummerċjali bħala appoġġ għal negozji inno-

vattivi u b’teknoloġija avvanzata;

— jissaħħu teknoloġiji ewlenin ta’ appoġġ li huma ta’ impor-

tanza sistemika għall-innovazzjoni tal-ekonomija kollha.

19. Fir-rigward tal-enerġija, huwa importanti li jiġu implimen-

tati l-linji gwida maqbula fi Frar u f’Diċembru 2011, li jitwet-

taq l-impenn tat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija sal-2014,

inkluż permezz tal-implimentazzjoni kompleta tat-Tielet

Pakkett dwar l-Enerġija b’rikonoxximent tal-iskadenzi maq-

bula, u li n-netwerks jiġu interkonnessi transkonfinalment.

Il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess il-komunikazzjoni

tal-Kummissjoni mistennija sa’ Ġunju li ġej li tivvaluta

il-grad ta’ liberalizzazzjoni u integrazzjoni tas-suq intern

tal-enerġija.

20. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza r-rwol importanti tal-indus-

trija fil-qasam tat-tkabbir, il-kompetittività, l-esportazzjo-

nijiet u  l-ħolqien ta’ impjiegi tal-Ewropa bħala mutur

għall-produttività u l-innovazzjoni.

15. B’mod partikolari, l-isforzi ser ikomplu sabiex:

— is-Suq Uniku jitqiegħed fi stadju ġdid ta’ żvilupp billi

tissaħħaħ il-governanza tiegħu u titjieb l-implimentazzjoni

u l-infurzar tiegħu; f’dan ir-rigward il-Kunsill Ewropew jis-

tenna b’interess il-preżentazzjoni f’Ġunju li ġej tal-komu-

nikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Suq Uniku u r-rapport

tagħha dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi kif ukoll ir-rap-

port tagħha dwar l-eżitu tal-kontrolli settorjali dwar il-

prestazzjoni. Huwa jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li

tipproponi fit-tieni nofs ta’ din is-sena sensiela ġdida ta’

miżuri mfassla biex jiftħu oqsma ġodda ta’ tkabbir fis-Suq

Uniku. F’konnessjoni ma’ dan, il-Kunsill Ewropew jenfa-

sizza l-importanza tat-tlestija tas-Suq Uniku u tat-tneħħija

tal-ostakoli li fadal;

— jitlesta s-Suq Uniku Diġitali sal-2015, b’mod partikolari

bl-adozzjoni ta’ miżuri biex tiżdied il-fiduċja fil-kummerċ

online u billi tingħata kopertura broadband aħjar, inkluż

bit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-infrastruttura broadband high-

speed; il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess il-proposti li

jmiss tal-Kummissjoni dwar il-drittijiet tal-awtur;

— jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u regolatorji fil-livell tal-

UE u dak nazzjonali; il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-intenzjoni

tal-Kummissjoni li tippreżenta komunikazzjoni dwar passi

ulterjuri lejn il-minimizzar tal-piżijiet regolatorji, inkluża

l-konsiderazzjoni ta’ miri settorjali u miżuri għall-appoġġ

tal-mikrointrapriżi. Huwa jistieden lill-Kummissjoni biex

tikkunsidra l-miri settorjali;

— jitneħħew ostakli għall-kummerċ u jiġi żgurat aċċess aħjar

għas-suq u kundizzjonijiet ta’ investiment f’konformità

mal-konklużjonijiet ta’ Ottubru 2011 u d-dikjarazzjoni ta’

Jannar 2012; il-Kunsill Ewropew jilqa’ r-rapport il-ġdid tal-

Kummissjoni dwar l-ostakli għall-kummerċ u l-investiment.

F’Ġunju li ġej, il-Kunsill Ewropew ser jeżamina mill-ġdid

il-progress u jiddiskuti dwar kif l-Unjoni tista’ tapprofon-

dixxi r-relazzjonijiet ta’ kummerċ u investiment tagħha

mal-imsieħba ewlenin.

16. Il-Kunsill Ewropew jikkunsidra li l-“pressjoni tal-pari”

msaħħa tista’ tgħin iżżid is-sjieda u r-responsabbiltà fil-

livell tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fir-rigward tar-rwol

tal-Kunsill u tal-Istati Membri individwali fl-iżvilupp tas-

Suq Uniku u fil-konformità mar-regoli tiegħu. Għal dan

il-għan, il-Kunsill Ewropew jistieden:

— lill-Kummissjoni tipprovdi tabelli trasparenti ta’ valu-

tazzjoni bħala bażi għal punti ta’ riferiment adatti;

— lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jippromwovi

monitoraġġ regolari mill-Kunsill Ewropew tal-progress

miksub dwar proposti ewlenin tas-Suq Uniku fid-diversi

formazzjonijiet tal-Kunsill.

17. Il-promozzjoni ta’ ekonomija aktar effiċjenti fl-użu tar-

riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva hija kruċjali.

Il-Kunsill Ewropew jappella biex sa Ġunju jintlaħaq qbil

rigward id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika. Filwaqt li

kg302279_MT_inside_b.indd 33 26/03/13 16:09

Page 36: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

34

— jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni 2011 dwar il-Volatilità

tal-Prezzijiet tal-Ikel u l-Agrikoltura; tiżdied it-trasparenza

fis-swieq tal-prodotti bażiċi; jiġi implimentat ulterjorment

il-pjan ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp ta’ Seoul b’enfasi fuq

l-infrastruttura u t-tkabbir ekoloġiku;

— jiġu promossi tkabbir ekoloġiku u  żvilupp sostenibbli;

il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima b’mod partikolari, u jiġu

mobilizzati sorsi ta’ finanzjament għal miżuri biex jiġi

miġġieled it-tibdil fil-klima;

— jiġi miġġieled il-protezzjoniżmu u tkun appoġġata aġenda

attiva ta’ negozjar għad-WTO, inkluż għall-pajjiżi l-inqas

żviluppati;

— tiġi indirizzata d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjjoni,

b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ.

26. Il-Kunsill Ewropew ġie infurmat bid-diskussjonijiet fil-livell

tal-G20 dwar iż-żieda sostanzjali fir-riżorsi tal-FMI. Huwa

fakkar li l-Istati Membri taż-żona tal-euro diġà wiegħdu li

jipprovdu EUR 150 biljun permezz ta’ self bilaterali lir-

Riżorsi Ġenerali tal-FMI, u li Stati Membri oħra tal-UE

ukoll urew ir-rieda tagħhom li jieħdu sehem fil-proċess tar-

rinfurzar tar-riżorsi tal-FMI. Huwa ħeġġeġ lill-Ministri tal-

Finanzi tal-G20 biex ikomplu jaħdmu bil-ħsieb li jintlaħaq

qbil dwar żieda fir-riżorsi tal-FMI, fil-laqgħa tagħhom li

jmiss f’April, sabiex titjieb il-kapaċità tal-FMI li jissodisfa

r-responsabbiltajiet sistemiċi tiegħu b’appoġġ għas-sħubija

globali tiegħu.

27. Il-Kunsill Ewropew ġie infurmat dwar is-sitwazzjoni attwali

dwar it-tħejjijiet għas-summit tal-G8.

Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti Rio+20 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli

28. Il-Kunsill Ewropew issottolinja l-appoġġ b’saħħtu tiegħu

għal eżitu ambizzjuż fil-Konferenza tan-NU Rio+20

dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. Huwa enfasizza l-ħtieġa għal

parteċipazzjoni qawwija mis-settur privat u s-soċjetà ċivili

fil-Konferenza. Huwa stabbilixxa xi prinċipji ewlenin li ser

jiggwidaw lill-UE fit-tħejjijiet tagħha:

— il-Konferenza għandha tavvanza t-transizzjoni globali lejn

ekonomija ekoloġika, biex b’hekk tippromwovi l-pro-

tezzjoni ambjentali, tikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar

u  tistimula emissjonijiet baxxi tal-karbonju u  tkabbir

effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

— hija għandha taħdem lejn miri operattivi ċari u azzjonijiet

konkreti fil-livell nazzjonali u internazzjonali f’perijodi ta’

żmien maqbula;

— hija għandha tikkontribwixxi għal qafas istituzzjonali globali

msaħħaħ għal żvilupp sostenibbli li għandu jinkludi l-pro-

mozzjoni tal-UNEP għal aġenzija speċjalizzata;

— hija għandha tavvanza l-ħidma dwar l-għanijiet globali

u koerenti post-2015 fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli,

b’kont meħud ukoll tal-proċess ta’ reviżjoni tal-Għanijiet

ta’ Żvilupp tal-Millennju.

21. Għandhom jitkomplew il-ħidma u  d-diskussjonijiet

dwar il-proposti tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni tal-

enerġija, il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva,

it-taxxa dwar transazzjonijiet finanzjarji u dwar ir-reviżjoni

tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq it-Tfaddil. Id-direttivi ta’

negozjar għal ftehimiet dwar tassazzjoni fuq it-tfaddil ma’

pajjiżi terzi għandhom jiġu adottati b’mod rapidu. Il-Kunsill

u l-Kummissjoni ser jirrappurtaw regolarment dwar l-istat

attwali f’dan il-qasam, minn Ġunju 2012.

22. Bl-istess mod huwa importanti li tiġi kkompletata b’mod

rapidu r-riforma regolatorja tas-settur finanzjarju. Abbażi

tal-qbil politiku reċenti, ir-Regolament dwar l-Infrastruttura

tas-Suq Ewropew issa għandu jiġi adottat malajr kemm jista’

jkun. Barra minn hekk, il-proposti dwar ir-rekwiżiti ta’ kapi-

tal tal-banek u s-swieq fi strumenti finanzjarji għandhom

jiġu maqbula, sa Ġunju u Diċembru 2012 rispettivament,

filwaqt li jiġi kkunsidrat l-objettiv li jkun hemm ktieb tar-

regoli wieħed, u li tiġi żgurata li l-implimentazzjoni f’waqtha

u konsistenti ta’ Basel III. L-emendi għar-Regolament dwar

l-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu għandhom jiġu

adottati malajr kemm jista’ jkun. Il-Kunsill Ewropew jis-

tenna b’interess l-eżitu tar-reviżjoni kontinwata mill-Kum-

missjoni tar-riferimenti mandatorji għall-klassifikazzjonijiet

mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fil-leġislazzjoni

tal-UE.

23. Huwa importanti li l-investitur jerġa’ jikseb il-fiduċja fis-

settur bankarju tal-UE u li jiġi żgurat il-fluss tal-kreditu lejn

l-ekonomija reali, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-

pożizzjonijiet kapitali tal-banek mingħajr eliminazzjoni

eċċessiva tad-dejn u, fejn meħtieġ, miżuri biex jiġi appoġġat

l-aċċess għall-finanzjamernt mill-banek. Il-Kunsill ser jissor-

velja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li ttieħdu

f’dan ir-rigward f’Ottubru li għadda. Il-Kummissjoni hija

mistiedna tikkunsidra t-tisħiħ possibbli tal-qafas attwali

dwar il-paġi tal-eżekuttivi.

24. Minħabba l-ħtieġa li jiġi stimulat il-finanzjament privat

għall-proġetti ewlenin ta’ infrastruttura, il-ħidma fuq il-fażi

pilota tal-proġett Ewropa 2020 dwar l-inizjattiva tal-bonds

għandha tiżdied bil-ħsieb li jintlaħaq qbil sa Ġunju.

II. SUMMITS INTERNAZZJONALI

G20 u G8

25. Il-Kunsill Ewropew qabel li għandhom jitwettqu l-prijori-

tajiet li ġejjin fid-dawl tas-summit tal-G20:

— tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell globali għal

tkabbir b’saħħtu, sostenibbli u bbilanċjat u l-progress fl-

implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Cannes;

— jiġu implimentati l-impenji tal-G20 dwar ir-riforma tas-suq

finanzjarju, inkluż monitoraġġ strett, sabiex ikunu żgurati

kondizzjonijiet ugwali globalment;

kg302279_MT_inside_b.indd 34 26/03/13 16:09

Page 37: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

35

30. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni u  lir-

Rappreżentant Għoli biex jippreżentaw sa tmiem din

is-sena pjan direzzjonali li jiddefinixxi u jiggwida l-impli-

mentazzjoni ta’ politika tal-UE vis-à-vis l-imsieħba tagħha

tan-Nofsinhar tal-Mediterran, filwaqt li jelenka l-objettivi,

l-istrumenti u l-azzjonijiet tagħha u b’enfasi fuq is-sinerġiji

mal-Unjoni għall-Mediterran u inizjattivi reġjonali oħrajn.

31. Il-Kunsill Ewropew huwa xxukjat bis-sitwazzjoni fis-Sirja

u japprova l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2012.

F’konformità mar-riżoluzzjoni tal-1 ta’ Marzu tal-Kunsill

tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa

jitlob li l-awtoritajiet Sirjani jwaqqfu immedjatament il-

vjolenza massiva u l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem

imwettqa fuq il-popolazzjoni ċivili. Il-Kunsill Ewropew

jibqa’ determinat biex jiżgura li dawk responsabbli għall-

atroċitajiet li qed jitwettqu fis-Sirja jinżammu responsab-

bli għall-azzjonijiet tagħhom u hu ser jikkoordina mill-qrib

ma’ dawk li qed jaħdmu fid-dokumentazzjoni ta’ dawn

ir-reati terribbli u jassistihom. Il-Kunsill Ewropew jikko-

nferma l-impenn tiegħu biex titkompla tiżdied il-pressjoni

fuq ir-reġim Sirjan sakemm ikomplu l-vjolenza u l-abbużi

kontra d-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kunsill iħejji

aktar miżuri restrittivi mmirati kontra r-reġim. Huwa jap-

pella lill-President Assad biex iwarrab u jagħmel post għal

transizzjoni paċifika f’ġieħ il-pajjiż. Hekk kif tibda tran-

sizzjoni demokratika, l-UE hija lesta tiżviluppa sħubija ġdida

u tipprovdi assistenza.

32. Il-Kunsill Ewropew itenni l-importanza ta’ aċċess sħiħ u bla

xkiel għal aġenziji umanitarji indipendenti sabiex tkun tista’

tiġi pprovduta assistenza lil dawk fil-bżonn f’konformità

mal-prinċipji umanitarji. L-Unjoni diġà mmobilizzat finan-

zjament umanitarju u tinsab lesta ttejbu hekk kif il-kon-

dizzjonijiet fuq il-post jippermettu lill-organizzazzjonijiet

umanitarji jespandu l-operazzjonijiet ta’ sokkors.

33. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-isforzi

tal-Lega tal-Istati Għarab għat-tmiem tal-vjolenza fis-

Sirja, u  jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-missjonijiet

imwettqin mill-ex Segretarju Ġenerali tan-NU Kofi

Annan bħala l-Mibgħut Speċjali Konġunt tan-Nazzjoni-

jiet Uniti u tal-Lega tal-Istati Għarab dwar il-kriżi Sirjana.

Huwa jappoġġa t-tnedija tal-Grupp tal-Ħbieb tal-Poplu

Sirjan u l-konklużjonijiet tal-ewwel laqgħa tiegħu fl-24 ta’

Frar 2012.

34. Il-Kunsill Ewropew jappella għal darba oħra lill-membri

kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod

partikolari r-Russja u ċ-Ċina, biex jaħdmu flimkien fi sforz

għall-waqfien tal-vjolenza. L-Unjoni Ewropea tappoġġa

lill-oppożizzjoni Sirjana fil-ġlieda tagħha għal-libertà, id-

dinjità u d-demokrazija, tirrikonoxxi lill-Kunsill Nazzjonali

Sirjan bħala rappreżentant leġittimu tas-Sirjani u tappella

lill-membri kollha tal-oppożizzjoni Sirjana biex jingħaqdu

fil-ġlieda paċifika tagħhom għal Sirja ġdida, fejn iċ-ċittadini

III. POLITIKA ESTERA

29. Sena mill-bidu tar-Rebbiegħa Għarbija, il-Kunsill Ewropew

iddiskuta t-tendenzi emerġenti u l-lezzjonijiet li ttieħdu

minn żviluppi fir-reġjun u vvaluta l-implimentazzjoni tal-

appoġġ tal-UE sal-lum. L-UE qed tippromwovi u tappoġġa

t-trasformazzjoni demokratika fil-Viċinat tan-Nofsinhar

tagħha u fir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani u tal-Golf. Hija

tibqa’ impenjata fl-iżvilupp ta’ sħubiji mal-pajjiżi tal-Viċinat

tan-Nofsinhar, abbażi ta’ differenzjazzjoni, responsabbiltà

reċiproka u  l-aderenza għall-valuri universali, inkluża

l-protezzjoni ta’ minoranzi reliġjużi (inklużi l-Kristjani).

F’konformità mal-prinċipji u l-objettivi ddefiniti fid-dikja-

razzjonijiet tiegħu ta’ qabel u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill

tal-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill Ewropew qabel li l-prinċipji

li ġejjin ser jiggwidaw l-impenn u l-kontribut ulterjuri tal-UE

għall-proċess:

— l-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha fil-Viċinat tan-Nofsinhar

tagħha biex iwettqu riformi politiċi sinifikanti mfassla biex

jibnu u jikkonsolidaw id-demokrazija, jistabbilixxu u jsaħħu

l-istat tad-dritt u  jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem

u l-libertajiet ċivili b’attenzjoni partikolari fuq id-drittijiet

tan-nisa u l-minoranzi.

— b’kont meħud tal-kuntest tal-isfidi ekonomiċi u finanzjarji

li qed jiffaċjaw ħafna pajjiżi fir-reġjun, l-UE ser tkompli tim-

mobilizza l-istrumenti tagħha, billi tqiegħed enfasi akbar fuq

assisstenza ffokata fuq il-governanza u l-ħolqien tal-impjiegi

u ser tkompli bl-isforzi tagħha fil-qafas tal-laqgħat tat-“Task

Force”, inklużi partijiet interessati kummerċjali; f’konness-

joni ma’ dan, il-Kunsill Ewropew appella għal ratifika rapida

tal-estensjoni tal-mandat tal-BERŻ;

— f’dan il-kuntest, l-UE hija determinata li l-appoġġ ikun

jaqbel mal-livell ta’ riforma demokratika, filwaqt li toffri

aktar appoġġ lil dawk l-imsieħba li jagħmlu progress lejn

sistemi demokratiċi inklużivi, filwaqt li tikkunsidra mill-ġdid

appoġġ lil gvernijiet f’każijiet ta’ oppressjoni jew ksur serju

jew sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem;

— l-UE ser tkompli ssaħħaħ is-sħubija tagħha mas-soċjetà

ċivili, inkluż permezz tat-tnedija tal-Faċilità għas-Soċjetà

Ċivili fil-Viċinat;

— huwa meħtieġ progress rapidu fir-rigward tan-negozjati li

għaddejjin dwar il-kummerċ u t-tħejjija ta’ negozjati għal

Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi

li għandhom jintegraw progressivament l-ekonomiji tal-

imsieħba fis-Suq Uniku tal-UE u jżidu l-opportunitajiet ta’

aċċess għas-suq;

— id-djalogi dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà ser jiġu

estiżi bil-ħsieb li jitrawmu kuntatti bejn il-persuni, kuntatti

kummercjali u fehim reċiproku; f’dan il-kuntest, l-isforzi

konġunti ser jiġu segwiti wkoll għall-prevenzjoni tal-immi-

grazzjoni illegali, f’konformità mal-Approċċ Globali tal-UE

għall-Migrazzjoni.

kg302279_MT_inside_b.indd 35 26/03/13 16:09

Page 38: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

36

tiegħu dwar miżuri ulterjuri. Huwa jtenni l-impenn tal-

Unjoni biex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħha fis-soċjetà

ċivili Bjelorussa u tappoġġa l-aspirazzjonijiet demokratiċi

tal-poplu Bjelorussu.

IV. KWISTJONIJIET OĦRAJN

39. Il-Kunsill Ewropew japprova l-konklużjonijiet tal-Kun-

sill tat-28 ta’ Frar 2012 dwar it-Tkabbir u  l-Proċess ta’

Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni, u jaqbel li jagħti lis-

Serbja l-istatus ta’ pajjiż kandidat.

40. Il-Kunsill Ewropew, filwaqt li jfakkar fid-diskussjonijiet

tiegħu fl-2011, itenni li ntlaħqu l-kondizzjonijiet legali kol-

lha biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija

u r-Rumanija għaż-żona Schengen.

41. Il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi wkoll l-isforzi kontinwi

meħudin mill-Bulgarija u r-Rumanija.

42. Il-Kunsill Ewropew jitlob lill-Kunsill biex, matul il-perijodu

ta’ intervenzjoni, jidentifika u jimplimenta miżuri li jikko-

ntribwixxu għat-tkabbir b’suċċess taż-żona Schengen biex

tkun tinkludi r-Rumanija u l-Bulgarija.

43. Il-Kunsill Ewropew jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ lura għal din

il-kwistjoni sabiex tiġi adottata d-Deċiżjoni tiegħu fil-laqgħa

tal-Kunsill ĠAI f’Settembru 2012.

44. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu

ta’ Ġunju 2011, dwar it-tisħiħ tal-governanza taż-żona

Schengen u jissottolinja, b’mod partikolari, l-importanza

li jintlaħaq ftehim rapidu dwar ir-Regolament dwar l-istab-

biliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ

biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-Acquis ta’ Schengen.

Dan il-mekkaniżmu għandu wkoll jindirizza l-funzjona-

ment meħtieġ tal-istituzzjonijiet involuti fl-applikazzjoni

tal-acquis ta’ Schengen.

45. Il-Kunsill Ewropew reġa’ eleġġa lis-Sur Herman Van Rompuy bħala l-President tal-Kunsill Ewropew għall-

perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2012 sat-30 ta’ Novembru 2014.

kollha jgawdu drittijiet ugwali. L-Unjoni Ewropea tappella

lill-partijiet kollha biex jippromwovu proċess immirat lejn

soluzzjoni politika.

35. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza r-responsabbiltà tal-awto-

ritajiet Sirjani fir-rigward tas-sigurtà ta’ ċittadini barranin

fis-Sirja, inklużi ġurnalisti, b’mod partikolari billi jiffaċilitaw

l-evakwazzjoni ta’ dawk li jeħtiġuha.

36. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-Konferenza tas-Somalja li

saret f’Londra fit-23 ta’ Frar 2012. Il-Kunsill Ewropew

ifakkar fil-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Qarn tal-Afrika li

ġie adottat mill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru 2011 u, abbażi

tal-eżitu tal-Konferenza ta’ Londra, jistieden lill-Kunsill,

lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli biex iżommu

impenn komprensiv mas-Somalja. F’konformità mal-Qafas

Strateġiku tal-UE, il-Kunsill Affarijiet Barranin għandu jir-

rapporta lill-Kunsill Ewropew f’Ottubru dwar l-implimen-

tazzjoni tal-azzjonijiet maqbula.

37. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress li kisbet is-Sħubija tal-Lvant fil-kontribut għal assoċjazzjoni politika u inte-

grazzjoni ekonomika mal-UE. Is-sħubija hija bbażata fuq

impenn għal valuri komuni, fejn dawk li huma l-aktar

impenjati fir-riformi għandhom jibbenefikaw aktar mir-

relazzjoni tagħhom mal-UE. Il-Kunsill Ewropew jistenna

b’interess il-Pjan Direzzjonali tas-Sħubija tal-Lvant bil-

ħsieb tas-Summit li jmiss tas-Sħubija tal-Lvant fit-tieni nofs

tal-2013.

38. Il-Kunsill Ewropew jesprimi t-tħassib serju u  profond

tiegħu dwar id-deterjorazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-

Bjelorussja. Huwa jilqa’ d-deċiżjoni milħuqa fil-Kunsill

biex tiġi estiża l-lista ta’ dawk responsabbli għal ksur serju

tad-drittijiet tal-bniedem jew għal ripressjoni tas-soċjetà

ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika jew li jappoġġaw jew

jibbenefikaw mir-reġim ta’ Lukashenko sabiex jiġu mmi-

rati bi projbizzjoni ta’ vjaġġar u ffriżar ta’ assi. Il-Kunsill

Ewropew jistieden lill-Kunsill biex jipproċedi fil-ħidma

kg302279_MT_inside_b.indd 36 26/03/13 16:09

Page 39: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

37

IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

I R - R E N J U T A D - D A N I M A R K A , I R - R E P U B B L I K A

FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-

ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-

LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA, MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-

POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA

SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA U R-RENJU

TAL-ISVEZJA,

minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet Kontraenti”;

KONXJI tal-obbligu tagħhom, bħala Stati Membri tal-Unjoni

Ewropea, li jqisu l-linji ta’ politika ekonomika tagħhom bħala

materja ta’ interess komuni;

BIX-XEWQA li jippromwovu l-kondizzjonijiet għal tkabbir eko-

nomiku aktar b’saħħtu fl-Unjoni Ewropea u, għal dak il-għan, li

jiżviluppaw koordinazzjoni dejjem iktar mill-qrib tal-linji ta’ politika

ekonomika fiż-żona tal-euro;

JIEĦDU KONT tal-fatt li l-ħtieġa li l-gvernijiet iżommu finanzi

pubbliċi sodi u sostenibbli u ma jħallux li defiċit tal-gvern ġenerali

jsir eċċessiv hija ta’ importanza essenzjali biex tiġi mħarsa l-istab-

biltà taż-żona tal-euro komplessivament, u għal dan hija meħtieġa

l-introduzzjoni ta’ regoli speċifiċi, inklużi “regola ta’ baġit bilanċjat”

u mekkaniżmu awtomatiku biex tittieħed azzjoni korrettiva;

KONXJI tal-ħtieġa li jiġi żgurat li d-defiċit tal-gvern ġenerali

tagħhom ma jaqbiżx it-3 % tal-prodott domestiku gross tagħhom

bil-prezzijiet tas-suq u li d-dejn tal-gvern ġenerali tagħhom ma

jaqbiżx, jew ikun qed jonqos biżżejjed lejn, 60 % tal-prodott domes-

tiku gross tagħhom bil-prezzijiet tas-suq;

IFAKKRU li l-Partijiet Kontraenti, bħala Stati Membri tal-Unjoni

Ewropea, għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li

tista’ tipperikola l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni fil-qafas tal-unjoni

ekonomika, partikolarment il-prattika li jiġi akkumulat id-dejn

barra mill-kontijiet tal-gvern ġenerali;

JIEĦDU KONT tal-fatt li l-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati

Membri taż-żona tal-euro qablu fid-9 ta’ Diċembru 2011 dwar

arkitettura msaħħa għall-unjoni ekonomika u monetarja, li tibni

fuq it-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u li tiffaċilita

l-implimentazzjoni ta’ miżuri meħuda abbażi tal-Artikoli 121, 126

u 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

JIEĦDU KONT tal-fatt li l-objettiv tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’

Gvern tal-Istati Membri taż-żona tal-euro u ta’ Stati Membri oħrajn

tal-Unjoni Ewropea huwa li d-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat

jiġu inkorporati malajr kemm jista’ jkun fit-Trattati li fuqhom hija

msejsa l-Unjoni Ewropea;

JILQGĦU l-proposti leġiżlattivi magħmulin mill-Kummiss-

joni Ewropea għaż-żona tal-euro, fil-qafas tat-Trattati li fuqhom

hija msejsa l-Unjoni Ewropea, fit-23 ta’ Novembru 2011, dwar

it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li

għandhom jew li jinsabu mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward

tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom, u dwar dispożizzjonijiet komuni

għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji

u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri

u JINNUTAW il-ħsieb tal-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta

aktar proposti leġiżlattivi għaż-żona tal-euro dwar, b’mod parti-

kolari, ir-rappurtaġġ ex ante tal-pjanijiet ta’ emissjoni tad-dejn, pro-

grammi ta’ sħubija ekonomika li jiddettaljaw riformi strutturali għal

Stati Membri taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv kif ukoll il-koor-

dinazzjoni ta’ pjanijiet ewlenin ta’ riforma tal-politika ekonomika

ta’ Stati Membri ;

JESPRIMU d-disponibbiltà tagħhom li jappoġġaw proposti li

l-Kummissjoni Ewropea tista’ tippreżenta biex ikompli jissaħħaħ

il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir bl-introduzzjoni, għall-Istati Membri

li l-munita tagħhom hija l-euro, ta’ firxa ġdida għall-objettivi għal

żmien medju konformi mal-limiti stabbiliti f’dan it-Trattat;

JINNUTAW li, waqt ir-reviżjoni u  l-monitoraġġ tal-impenji

baġitarji taħt dan it-Trattat, il-Kummissjoni Ewropea ser tieħu

azzjoni fil-qafas tas-setgħat tagħha, kif previst mit-Trattat dwar

il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Arti-

koli 121, 126 u 136 tiegħu;

TRATTAT DWAR LISTABBILTÀ, ILKOORDINAZZJONI U LGOVERNANZA

FLUNJONI EKONOMIKA U MONETARJA 2 TA’ MARZU 2012

TRATTAT DWAR STABBILTÀ, KOORDINAZZJONI U  GOVERNANZA FL-UNJONI EKONOMIKA

U  MONETARJA BEJN IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-RENJU TAD-

DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN

DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, MALTA, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, IR-REPUBBLIKA TAL-

AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA

TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA U R-RENJU TAL-ISVEZJA

kg302279_MT_inside_b.indd 37 26/03/13 16:09

Page 40: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

38

li jnaqqsuh għal rata medja ta’ wieħed fuq għoxrin fis-sena bħala

punt ta’ riferiment;

JIEĦDU KONT tal-ħtieġa li jkun rispettat, fl-implimentazzjoni

ta’ dan it-Trattat, ir-rwol speċifiku tal-imsieħba soċjali, kif huwa

rikonoxxut fil-liġijiet jew fis-sistemi nazzjonali ta’ kull waħda mill-

Partijiet Kontraenti;

JENFASIZZAW li l-ebda dispożizzjoni ta’ dan it-Trattat ma

għandha tiġi interpretata li tibdel b’xi mod il-kondizzjonijiet tal-

politika ekonomika li taħthom tkun ġiet mogħtija assistenza finan-

zjarja lil Parti Kontraenti fi programm ta’ stabbilizzazzjoni li jkun

jinvolvu l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha jew il-Fond

Monetarju Internazzjonali;

JINNUTAW li l-funzjonament tajjeb tal-unjoni ekonomika

u monetarja jeħtieġ li l-Partijiet Kontraenti jaħdmu flimkien lejn

politika ekonomika fejn, filwaqt li jibnu fuq il-mekkaniżmi tal-koor-

dinazzjoni tal-politika ekonomika, kif definiti fit-Trattati li fuqhom

hija msejsa l-Unjoni Ewropea, jieħdu l-azzjonijiet u  l-miżuri

meħtieġa fl-oqsma kollha li huma essenzjali għall-funzjonament

tajjeb taż-żona tal-euro;

JINNUTAW, b’mod partikolari, ix-xewqa tal-Partijiet Kontraenti li

jagħmlu użu aktar attiv mill-koperazzjoni msaħħa, kif previst fl-Arti-

kolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 326 sa 334

tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mingħajr

ma jiddgħajjef is-suq intern, u x-xewqa tagħhom li jagħmlu użu

sħiħ minn miżuri li jkunu speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita

tagħhom hija l-euro skont l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Fun-

zjonament tal-Unjoni Ewropea, u minn proċedura għal diskuss-

joni u koordinament ex ante fost il-Partijiet Kontraenti li l-munita

tagħhom hija l-euro dwar ir-riformi ewlenin kollha tal-politika eko-

nomika ppjanati minnhom, bil-ħsieb li l-aħjar prattiċi jiġu stabbiliti

bħala standards;

IFAKKRU fil-ftehim tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati

Membri taż-żona tal-euro, fis-26 ta’ Ottubru 2011, li jtejbu l-gover-

nanza taż-żona tal-euro, inkluż li jsiru mill-inqas żewġ laqgħat ta’

Summit dwar l-Euro kull sena, li jsiru, sakemm ma jkunx hemm

ġustifikazzjoni minn ċirkostanzi eċċezzjonali, immedjatament wara

laqgħat tal-Kunsill Ewropew jew laqgħat bil-parteċipazzjoni tal-

Partijiet Kontraenti kollha li jkunu rratifikaw dan it-Trattat;

IFAKKRU wkoll fl-approvazzjoni li ngħatat mill-Kapijiet ta’ Stat

jew ta’ Gvern tal-Istati Membri taż-żona tal-euro u minn Stati

Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fil-25 ta’ Marzu 2011, tal-

Patt Euro Plus, li jidentifika l-kwistjonijiet li huma essenzjali sabiex

titrawwem il-kompetittività fiż-żona tal-euro;

JENFASIZZAW l-importanza tat-Trattat li jistabbilixxi

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bħala element ta’ strateġija glo-

bali biex isaħħaħ l-unjoni ekonomika u monetarja u JINDIKAW li

l-għoti ta’ assistenza finanzjarja fil-qafas ta’ programmi ġodda taħt

il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà se jkun kondizzjonali, mill-1

ta’ Marzu 2013, fuq ir-ratifika ta’ dan it-Trattat mill-Parti Kontraenti

konċernata u, malli l-perijodu ta’ traspożizzjoni msemmi fl-Artikolu

3(2) ta’ dan it-Trattat ikun skada, mal-konformità mal-ħtiġiet ta’

dak l-Artikolu;

JINNUTAW b’mod partikolari li, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-

“regola ta’ baġit bilanċjat” stipulata fl-Artikolu 3 ta’ dan it-Trattat,

dak il-monitoraġġ ser isir permezz tal-istabbiliment, għal kull Parti

Kontraenti, ta’ objettivi speċifiċi għall-pajjiż għal żmien medju u ta’

kalendarji ta’ konverġenza, kif ikun meħtieġ;

JINNUTAW li l-objettivi għal żmien medju għandhom jiġu

aġġornati regolarment fuq il-bażi ta’ metodu miftiehem komu-

nement, li l-parametri ewlenin tiegħu għandhom jiġu riveduti

regolarment ukoll, biex jirriflettu adegwatament ir-riskji ta’ respon-

sabbiltajiet espliċiti u impliċiti għall-finanzi pubbliċi, kif inkorporat

fl-għanijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir;

JINNUTAW li progress suffiċjenti lejn l-objettivi għal żmien medju

għandu jiġi valutat fuq il-bażi ta’ valutazzjoni globali bil-bilanċ

strutturali bħala referenza, inkluża analiżi tal-infiq nett minn miżuri

diskrezzjonali ta’ introjtu, skont id-dispożizzjonijiet speċifikati

taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-Regolament

tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ

tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koor-

dinazzjoni ta’ politika ekonomika, kif emendat bir-Regolament

(UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-

16 ta’ Novembru 2011 (“il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir rivedut”);

JINNUTAW li l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li għandu jiġi intro-

dott mill-Partijiet Kontraenti għandu jimmira lejn il-korrezzjoni ta’

devjazzjonijiet mill-objettiv għal żmien medju jew mid-direzzjoni

tal-aġġustament, inkluż l-impatt kumulat tagħhom fuq id-dinamika

tad-dejn tal-gvern;

JINNUTAW li l-konformità mal-obbligu tal-Partijiet Kontraenti

li r-“regola ta’ baġit bilanċjat” tiġi trasposta fis-sistemi legali nazzjo-

nali tagħhom, permezz ta’ dispożizzjonijiet vinkolanti, perma-

nenti u preferibbilment kostituzzjonali, għandha tkun soġġetta

għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

f’konformità mal-Artikolu 273 tat-Trattat dwar il-Funzjonament

tal-Unjoni Ewropea;

IFAKKRU li l-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-

Unjoni Ewropea jagħti s-setgħa lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni

Ewropea biex timponi l-ħlas ta’ somma f’daqqa jew pagament ta’

penali fuq Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jkun naqas milli

jikkonforma ma’ xi waħda mis-sentenzi tagħha u JFAKKRU li

l-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet kriterji għad-determinazzjoni

tas-somma f’daqqa jew pagament ta’ penali li jiġu imposti fil-qafas

ta’ dak l-Artikolu;

IFAKKRU fil-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ miżuri taħt

il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tal-Unjoni Ewropea fir-rigward

tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro li l-proporzjon

ippjanat jew attwali tad-defiċit tal-gvern ġenerali tagħhom meta

mqabbel mal-prodott domestiku gross ikun jaqbeż it-3 %, filwaqt

li jissaħħaħ b’mod qawwi l-objettiv ta’ dik il-proċedura, jiġifieri

biex Stat Membru jiġi mħeġġeġ u, jekk meħtieġ, imġiegħel inaqqas

defiċit li jista’ jiġi identifikat;

IFAKKRU fl-obbligu għal dawk il-Partijiet Kontraenti li d-dejn

tal-gvern ġenerali tagħhom jaqbeż il-valur ta’ riferiment ta’ 60 %

kg302279_MT_inside_b.indd 38 26/03/13 16:09

Page 41: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

39

tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-liġi proċedurali kull meta

tkun meħtieġa l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja.

2. Dan it-Trattat għandu japplika safejn ikun kompatibbli

mat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u mal-

liġi tal-Unjoni Ewropea. Huwa ma għandux jinċidi fuq il-

kompetenzi tal-Unjoni li tieħu azzjoni fil-qasam tal-unjoni

ekonomika.

TITOLU III

PATT FISKALI

ARTIKOLU 3

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw ir-regoli sti-

pulati f’dan il-paragrafu addizzjonalment u  mingħajr

preġudizzju għall-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni

Ewropea:

a) il-pożizzjoni baġitarja tal-gvern ġenerali ta’ Parti Kontraenti

għandha tkun ibbilanċjata jew f’bilanċ favorevoli;

b) ir-regola taħt il-punt (a) għandha titqies bħala rispettata

jekk il-bilanċ strutturali annwali tal-gvern ġenerali jkun

konformi mal-objettiv speċifiku għall-pajjiżu għal żmien

medju, kif definit fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir rivedut,

b’limitu aktar baxx ta’ defiċit strutturali ta’ 0,5 % tal-pro-

dott domestiku gross bil-prezzijiet tas-suq. Il-Partijiet

Kontraenti għandhom jiżguraw konverġenza rapida mal-

objettiv rispettiv tagħhom għal żmien medju. Iż-żmien

għal tali konverġenza se jiġi propost mill-Kummissjoni

Ewropea b’kont meħud tar-riskji għas-sostenibbiltà li jkunu

speċifiċi għall-pajjiż. Il-progress lejn l-objettiv għal żmien

medju u r-rispett tiegħu għandhom jiġu valutati abbażi ta’

valutazzjoni globali bil-bilanċ strutturali bħala riferiment,

inkluża analiżi tal-infiq nett minn miżuri diskrezzjonali

ta’ introjtu, f’konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir

rivedut;

c) il-Partijiet Kontraenti jistgħu temporanjament jiddev-

jaw mill-objettiv rispettiv tagħhom għal żmien medju

jew mid-direzzjoni ta’ aġġustament lejh biss f’ċirkostanzi

eċċezzjonali, kif definiti fil-punt (b) tal-paragrafu 3;

d) fejn il-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali għall-prodott

domestiku gross bil-prezzijiet tas-suq ikun ferm taħt is-60 %

u fejn ir-riskji f’termini ta’ sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi

pubbliċi jkunu baxxi, il-limitu aktar baxx tal-objettiv għal

żmien medju speċifikat taħt il-punt (b) jista’ jilħaq defiċit

strutturali ta’ mhux aktar minn 1,0 % tal-prodott domestiku

gross bil-prezzijiet tas-suq;

e) fil-każ li jiġu osservati devjazzjonijiet sinifikanti mill-objet-

tiv għal żmien medju jew mid-direzzjoni ta’ aġġustament

lejh, għandu jiskatta awtomatikament mekkaniżmu ta’ kor-

rezzjoni. Il-mekkaniżmu għandu jinkludi l-obbligu tal-Parti

Kontraenti kkonċernata li timplimenta miżuri biex jiġu kor-

retti d-devjazzjonijiet matul perijodu ta’ żmien definit.

JINNUTAW li r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-

Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika

Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repu-

bblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-

Lussemburgu, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika

tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja,

ir-Repubblika Slovakka u  r-Repubblika tal-Finlandja huma

Partijiet Kontraenti li l-munita tagħhom hija l-euro u li, bħala

tali, se jkunu marbutin b’dan it-Trattat mill-ewwel jum tax-xahar

wara d-depożitu tal-istrument ta’ ratifika tagħhom jekk it-Trattat

ikun fis-seħħ f’ dik id-data;

JINNUTAW UKOLL li r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-

Danimarka, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja,

l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija u r-Renju tal-

Isvezja huma Partijiet Kontraenti li, bħala Stati Membri tal-Unjoni

Ewropea, għandhom, fid-data tal-iffirmar ta’ dan it-Trattat, deroga

jew eżenzjoni milli jipparteċipaw fil-munita unika u jistgħu jiġu

marbutin, sakemm ma tintemmx tali deroga jew eżenzjoni, biss

b’dawk id-dispożizzjonijiet tat-Titoli III u IV ta’ dan it-Trattat li

bihom huma jiddikjaraw, mad-depożitu tal-istrument tagħhom

ta’ ratifika jew f’data aktar tard, li beħsiebhom ikunu marbutin;

FTIEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

TITOLU I

SKOP U AMBITU

ARTIKOLU 1

1. B’dan it-Trattat, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu, bħala

Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jsaħħu l-pilastru eko-

nomiku tal-unjoni ekonomika u monetarja billi jadottaw

sett ta’ regoli intiżi biex ikattru d-dixxiplina baġitarja per-

mezz ta’ patt fiskali, biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-linji

ta’ politika ekonomika tagħhom u biex tittejjeb il-gover-

nanza taż-żona tal-euro, biex b’hekk tkun sostnuta l-kisba

tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea għal tkabbir sostenibbli,

impjiegi, kompetittività u koeżjoni soċjali.

2. Dan it-Trattat għandu japplika b’mod sħiħ għall-Partijiet

Kontraenti li l-munita tagħhom hija l-euro. Għandu jap-

plika wkoll għall-Partijiet Kontraenti l-oħrajn sa u taħt il-

kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14.

TITOLU II

KONSISTENZA U RABTA

MAL-LIĠI TAL-UNJONI

ARTIKOLU 2

1. Dan it-Trattat għandu jiġi applikat u interpretat mill-Par-

tijiet Kontraenti f’ konformità mat-Trattati li fuqhom hija

msejsa l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-Arti-

kolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u mal-liġi

kg302279_MT_inside_b.indd 39 26/03/13 16:09

Page 42: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

40

Ewropea għandha tistabbilixxi programm ta’ sħubija

baġitarja u ekonomika li jinkludi deskrizzjoni dettaljata

tar-riformi strutturali li għandhom jiġu stabbiliti u impli-

mentati biex tiġi żgurata korrezzjoni effettiva u dejjiema

tad-defiċit eċċessiv tagħha. Il-kontenut u l-format ta’ dawn

il-programmi għandhom jiġu definiti fil-liġi tal-Unjoni

Ewropea. Il-preżentazzjoni tagħhom lill-Kunsill tal-Unjoni

Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni

u l-monitoraġġ tagħhom se jseħħu fi ħdan il-kuntest tal-

proċeduri eżistenti ta’ sorveljanza taħt il-Patt ta’ Stabbiltà

u Tkabbir.

2. L-implimentazzjoni tal-programm ta’ sħubija baġitarja

u ekonomika, u tal-pjanijiet baġitarji annwali konsistenti

miegħu, se jkunu mmonitorjati mill-Kunsill tal-Unjoni

Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

ARTIKOLU 6

Bil-għan li jiġi kkoordinat aħjar l-ippjanar tal-emissjoni tad-dejn

nazzjonali tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrapportaw

ex-ante dwar il-pjanijiet tal-emissjoni ta’ dejn pubbliku tagħhom

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni Ewropea.

ARTIKOLU 7

Filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-ħtiġiet proċedurali tat-Trattati

li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet Kontraenti li

l-munita tagħhom hija l-euro jimpenjaw irwieħhom li jappoġġaw

il-proposti jew rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Kummiss-

joni Ewropea fejn din tqis li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li

l-munita tiegħu hija l-euro jkun fi ksur tal-kriterju tad-defiċit fil-qafas

ta’ proċedura ta’ defiċit eċċessiv. Dan l-obbligu ma japplikax fejn

ikun stabbilit fost il-Partijiet Kontraenti li l-munita tagħhom hija

l-euro li maġġoranza kwalifikata fosthom, ikkalkulata b’analoġija

mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li fuqhom hija mse-

jsa l-Unjoni Ewropea, mingħajr ma titqies il-pożizzjoni tal-Parti

Kontraenti kkonċernata, hija kuntrarja għad-deċiżjoni proposta

jew rakkomandata.

ARTIKOLU 8

1. Il-Kummissjoni Ewropea hija mistiedna li tippreżenta

fiż-żmien dovut lill-Partijiet Kontraenti rapport dwar

id-dispożizzjonijiet adottati minn kull waħda minnhom

f’konformità mal-Artikolu 3(2). Jekk il-Kummissjoni

Ewropea, wara li tkun tat lill-Parti Kontraenti kkonċernata

l-opportunità biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha,

tikkonkludi fir-rapport tagħha li tali Parti Kontraenti

tkun naqset milli tikkonforma mal-Artikolu 3(2), il-kwis-

tjoni titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni

Ewropea minn waħda jew aktar Partijiet Kontraenti. Fejn

Parti Kontraenti tqis, indipendentement mir-rapport tal-

Kummissjoni, li Parti Kontraenti oħra tkun naqset milli

tikkonforma mal-Artikolu 3(2), hija tista’ wkoll tressaq il-

kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fiż-żewġ każijiet,

is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha torbot lill-parti-

jiet fil-proċedimenti, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa

2. Ir-regoli stipulati fil-paragrafu 1 għandhom isiru effettivi

fil-liġi nazzjonali tal-Partijiet Kontraenti sa mhux aktar tard

minn żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat per-

mezz ta’ dispożizzjonijiet li jkunu vinkolanti u ta’ karattru

permanenti, preferibbilment kostituzzjonali, jew li b’xi mod

ieħor ikunu garantiti li jiġu rispettati u osservati b’mod sħiħ

matul il-proċessi baġitarji nazzjonali. Il-Partijiet Kontraenti

għandhom jistabbilixxu fil-livell nazzjonali l-mekkaniżmu

ta’ korrezzjoni msemmi fil-paragrafu 1(e) fuq il-bażi ta’

prinċipji komuni li għandhom jiġu proposti mill-Kum-

missjoni Ewropea, partikolarment dwar in-natura, id-daqs

u ż-żmien tal-azzjoni korrettiva li jkollha tittieħed, anki fil-

każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, u r-rwol u l-indipendenza

tal-istituzzjonijiet responsabbli fil-livell nazzjonali għall-

monitoraġġ tal- konformità mar-regoli stipulati fil-para-

grafu 1. Tali mekkaniżmu ta’ korrezzjoni għandu jirrispetta

b’mod sħiħ il-prerogattivi tal-Parlamenti nazzjonali.

3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw it-

tifsiriet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar

il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, anness mat-Trattati tal-

Unjoni Ewropea.

It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet

ta’ dan l-Artikolu:

a) “bilanċ strutturali annwali tal-gvern ġenerali” tirriferi għall-

bilanċ annwali aġġustat b’mod ċikliku li jkun nett minn

miżuri ta’ darba u miżuri temporanji;

b) “ċirkostanzi eċċezzjonali” tirriferi għal każ ta’ avveniment

mhux tas-soltu barra mill-kontroll tal-Parti Kontraenti

kkonċernata li jkollu impatt qawwi fuq il-pożizzjoni

finanzjarja tal-gvern ġenerali jew għal perijodi ta’ tnaqqis

qawwi fir-ritmu ekonomiku kif stabbilit fil-Patt ta’ Stabbiltà

u Tkabbir rivedut, sakemm id-devjazzjoni temporanja tal-

Parti Kontraenti kkonċernata ma tipperikolax is-sostenib-

biltà fiskali fuq perijodu ta’ żmien medju.

ARTIKOLU 4

Meta l-proporzjon tad-dejn tal-gvern ġenerali ta’ Parti Kontraenti

għall-prodott domestiku gross jaqbeż il-valur ta’ riferiment ta’ 60 %

msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’

defiċit eċċessiv, anness mat-Trattati tal-Unjoni Ewropea, dik il-Parti

Kontraenti għandha tnaqqsu b’rata medja ta’ wieħed fuq għoxrin

fis-sena bħala punt ta’ riferiment, kif previst fl-Artikolu 2 tar-Rego-

lament (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li

tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv,

kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011

tat-8 ta’ Novembru 2011. L-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv dovuta

għall-ksur tal-kriterju tad-dejn tiġi deċiża skont il-proċedura stab-

bilita fl-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni

Ewropea.

ARTIKOLU 5

1. Parti Kontraenti li tkun soġġetta għal proċedura ta’ defiċit

eċċessiv taħt it-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni

kg302279_MT_inside_b.indd 40 26/03/13 16:09

Page 43: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

41

ARTIKOLU 11

Bil-ħsieb li l-aħjar prattiċi jittieħdu bħala punt ta’ riferiment u li

ssir ħidma lejn politika ekonomika kkoordinata aktar mill-qrib, il-

Partijiet Kontraenti jiżguraw li r-riformi ewlenin kollha tal-politika

ekonomika li jkollhom il-ħsieb li jwettqu jiġu diskussi ex ante u,

fejn xieraq, ikkoordinati bejniethom. Tali koordinazzjoni għandha

tinvolvi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif meħtieġ mil-liġi

tal-Unjoni Ewropea.

TITOLU V

GOVERNANZA TAŻ-ŻONA TAL-EURO

ARTIKOLU 12

1. Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Partijiet Kontraenti li

l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiltaqgħu infor-

malment f’laqgħat ta’ Summit dwar l-Euro, flimkien mal-

President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-President tal-Bank

Ċentrali Ewropew għandu jkun mistieden biex jipparteċipa

f’dawn il-laqgħat.

Il-President tas-Summit dwar l-Euro għandu jinħatar

mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Partijiet Kontraenti

li l-munita tagħhom hija l-euro b’maġġoranza sempliċi fl-

istess żmien li l-Kunsill Ewropew jeleġġi l-President tiegħu

u għal mandat tal-istess tul.

2. Il-laqgħat ta’ Summit dwar l-Euro għandhom isiru meta

meħtieġ, u  mill-inqas darbtejn fis-sena, biex Partijiet

Kontraenti li l-munità tagħhom hija l-euro jiddiskutu

kwistjonijiet marbutin mar-responsabbiltajiet kondiviżi

speċifiċi li huma jikkondividu fir-rigward tal-munita unika,

kwistjonijiet oħra dwar il-governanza taż-żona tal-euro

u r-regoli li japplikaw għaliha, u l-orjentazzjonijiet strateġiċi

għat-tmexxija ta’ linji ta’ politika ekonomika u biex tiżdied

il-konverġenza fiż-żona tal-euro.

3. Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Partijiet Kontraenti,

għajr dawk li l-munita tagħhom hija l-euro, li rratifikaw

dan it-Trattat, għandhom jipparteċipaw f’diskussjonijiet

tal-laqgħat ta’ Summit dwar l-Euro dwar il-kompetittività

għall-Partijiet Kontraenti, il-modifika tal-arkitettura globali

taż-żona tal-euro u r-regoli fundamentali li ser japplikaw

għaliha fil-futur, kif ukoll, meta jkun xieraq u mill-inqas

darba fis-sena, f’diskussjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi

ta’ implimentazzjoni ta’ dan it-Trattat dwar Stabbiltà,

Koordinazzjoni u  Governanza fl-Unjoni Ekonomika

u Monetarja.

4. Il-President tas-Summit dwar l-Euro għandu jiżgura

t-tħejjija u l-kontinwità tal-laqgħat ta’ Summit dwar l-Euro,

f’koperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni

Ewropea. L-entità inkarigata mit-tħejjija u s-segwitu fir-

rigward tal-laqgħat ta’ Summit dwar l-Euro għandha tkun

il-Grupp tal-Euro u l-President tiegħu jista’ jiġi mistieden

jattendi dawn il-laqgħat għal dak il-għan.

biex jikkonformaw mas-sentenza f’perijodu li għandu jiġi

deċiż mill-Qorti.

2. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess jew ta’ dik tal-

Kummissjoni Ewropea, Parti Kontraenti tqis li Parti

Kontraenti oħra ma tkunx ħadet il-miżuri meħtieġa biex

tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msem-

mija fil-paragrafu 1, hija tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti

tal-Ġustizzja u titlob l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet finanz-

jarji li jsegwu l-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea

fil-qafas tal-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament

tal-Unjoni Ewropea. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li l-Parti

Kontraenti kkonċernata ma kkonformatx mas-sentenza

tagħha, hija tista’ timponi fuqha somma f’daqqa jew paga-

ment ta’ penali xierqa fiċ-ċirkostanzi u li ma għandhomx

ikunu aktar minn 0,1% tal-prodott domestiku gross tagħha.

L-ammonti imposti fuq Parti Kontraenti li l-munita tagħha

hija l-euro għandhom ikunu pagabbli lill-Mekkaniżmu

Ewropew ta’ Stabbiltà. F’każijiet oħra, il-ħlasijiet għandhom

isiru lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3. Dan l-Artikolu jikkostitwixxi ftehim ta’ kompromess bejn

il-Partijiet Kontraenti fis-sens tal-Artikolu 273 tat-Trattat

dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

TITOLU IV

KOORDINAZZJONI TA’ POLITIKA

EKONOMIKA U KONVERĠENZA

ARTIKOLU 9

Sabiex jibnu fuq il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, kif defi-

nita fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Par-

tijiet Kontraenti jimpenjaw irwieħhom li jaħdmu konġuntement

lejn politika ekonomika li tinkoraġixxi l-funzjonament tajjeb tal-

unjoni ekonomika u monetarja u t-tkabbir ekonomiku permezz ta’

konverġenza u kompetittività msaħħa. Għal dak il-għan, il-Partijiet

Kontraenti għandhom jieħdu l-azzjonijiet u l-miżuri meħtieġa fl-

oqsma kollha li huma essenzjali għall-funzjonament tajjeb taż-

żona tal-euro lejn l-objettivi ta’ trawwim tal-kompetittività, ta’

promozzjoni tal-impjiegi, ta’ kontribut akbar għas-sostenibbiltà

tal-finanzi pubbliċi u ta’ tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja.

ARTIKOLU 10

F’konformità mal-ħtiġiet tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni

Ewropea, il-Partijiet Kontraenti jinsabu lesti li jagħmlu użu attiv,

kull meta jkun xieraq u meħtieġ, minn miżuri li jkunu speċifiċi

għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, kif pre-

vist fl-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni

Ewropea, u mill-kooperazzjoni msaħħa, kif previst fl-Artikolu 20

tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 326 sa 334 tat-Trat-

tat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar materji li jkunu

essenzjali għall-funzjonament tajjeb taż-żona tal-euro, mingħajr ma

jiddgħajjef is-suq intern.

kg302279_MT_inside_b.indd 41 26/03/13 16:09

Page 44: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

42

4. B’deroga mill-paragrafi 3 u 5, it-Titolu V għandu japplika

għall-Partijiet Kontraenti kkonċernati kollha mid-data tad-

dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat.

5. Dan it-Trattat għandu japplika għall-Partijiet Kontraenti

b’deroga, kif definit fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar

il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew b’deroga kif

imsemmi fil-Protokoll (Nru 16) dwar ċerti dispożizzjonijiet

li għandhom x’jaqsmu mad-Danimarka anness mat-

Trattati tal-Unjoni Ewropea, li rratifikaw dan it-Trattat,

mid-data li fiha ssir effettiva d-deċiżjoni li ttemm dik

id-deroga, sakemm il-Parti Kontraenti kkonċernata ma

tiddikjarax il-ħsieb tagħha li tintrabat f’data aktar bikrija

mid-dispożizzjonijiet kollha, jew minn parti minnhom, fit-

Titoli III u IV ta’ dan it-Trattat.

ARTIKOLU 15

Dan it-Trattat għandu jkun miftuħ għall-adeżjoni ta’ Stati Membri

tal-Unjoni Ewropea oħrajn barra l-Partijiet Kontraenti. L-adeżjoni

ssir effettiva mad-depożitu tal-istrument tal-adeżjoni mad-

Depożitarju, li għandu jinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti

l-oħrajn. Wara l-awtentikazzjoni mill-Partijiet Kontraenti, it-test

ta’ dan it-Trattat fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru aderenti li

tkun ukoll lingwa uffiċjali u lingwa ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet tal-

Unjoni, għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tad-Depożitorju bħala test

awtentiku ta’ dan it-Trattat.

ARTIKOLU 16

Fi żmien ta’ mhux aktar minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-

seħħ ta’ dan it-Trattat, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-esperjenza

bl-implimentazzjoni tiegħu, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa,

f’konformità mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat

dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li s-sustanza

ta’ dan it-Trattat tiġi inkorporata fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell f’dan it-tieni jum ta’ Marzu fis-sena elfejn

u tnax.

Dan it-Trattat, imfassal f’eżemplari oriġinali wieħed bil-Bulgaru,

Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż,

Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk,

Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż, b’kull test

ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tad-

Depożitorju, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-

Partijiet Kontraenti.

5. Il-President tal-Parlament Ewropew jista’ jiġi mistieden

sabiex jinstema’. Il-President tas-Summit dwar l-Euro

għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara

kull laqgħa ta’ Summit dwar l-Euro.

6. Il-President tas-Summit dwar l-Euro għandu jżomm lill-

Partijiet Kontraenti għajr dawk li l-munita tagħhom hija

l-euro u lill-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea infur-

mati mill-qrib bit-tħejjija u l-eżitu tal-laqgħat ta’ Summit

dwar l-Euro.

ARTIKOLU 13

Kif previst fit-Titolu II tal-Protokoll (Nru 1) dwar ir-rwol tal-Parla-

menti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati tal-Unjoni

Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali tal-

Partijiet Kontraenti ser jiddeterminaw flimkien l-organizzazzjoni

u l-promozzjoni ta’ konferenza ta’ rappreżentanti tal-kumitati rile-

vanti tal-Parlament Ewropew u rappreżentanti tal-kumitati rile-

vanti ta’ Parlamenti nazzjonali sabiex jiddiskutu l-linji ta’ politika

baġitarja u kwistjonijet oħra koperti b’dan it-Trattat.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

ARTIKOLU 14

1. Dan it-Trattat għandu jiġi ratifikat mill-Partijiet Kontraenti

f’konformità mal-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

L-istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu depożitati mas-

Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(“id-Depożitarju”).

2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013,

sakemm tnax-il Parti Kontraenti li l-munita tagħhom hija

l-euro jkunu ddepożitaw l-istrument ta’ ratifika tagħhom,

jew fl-ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu tat-tnax-il stru-

ment ta’ ratifika minn Parti Kontraenti li l-munita tagħha

hija l-euro, skont liema jum minnhom jaħbat l-aktar kmieni.

3. Dan it-Trattat għandu japplika mid-data tad-dħul fis-

seħħ fost il-Partijiet Kontraenti li l-munita tagħhom hija

l-euro li jkunu rratifikawh. Għandu japplika għall-Partijiet

Kontraenti l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro mill-

ewwel jum tax-xahar wara d-depożitu tal-istrument ta’

ratifika rispettiv tagħhom.

kg302279_MT_inside_b.indd 42 26/03/13 16:09

Page 45: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

43

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-Euro ħatru lil Herman

Van Rompuy bħala President tas-Summit taż-Żona tal-Euro.

Huma jilqgħu l-progress li sar dwar il-programm il-ġdid Grieg,

u b’mod partikolari l-ftehim milħuq mill-Grupp tal-euro dwar il-

pakkett ta’ politika u l-offerta li saret lill-kredituri privati. L-objettiv

tal-programm hu li jerġa’ jpoġġi lill-ekonomija Griega fuq bażi sos-

tenibbli, biex jiżgura s-sostenibbiltà tad-dejn u jistabbilixxi mill-ġdid

il-kompetittività. Huma jilqgħu wkoll il-leġislazzjoni dwar l-azzjo-

nijiet preċedenti maqbula mill-awtoritajiet Griegi li ser tippermetti

l-adozzjoni formali tal-programm fil-jiem li ġejjin.

It-tisħiħ ulterjuri tal-kapaċità istituzzjonali tal-Greċja u l-monitoraġġ

imsaħħaħ fuq il-post huma essenzjali għall-implimentazzjoni sħiħa

u s-suċċess tat-tieni programm Grieg. Għalhekk, il-Kapijiet ta’

Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-Euro jappoġġaw l-azzjonijiet li qed

jittieħdu mill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-preżenza tagħha fil-

Greċja sabiex jitjieb il-monitoraġġ tal-programm u l-provvediment

ta’ assistenza teknika permezz tal-ħidma tat-Task Force tagħha.

Huma jappoġġaw ukoll il-miżuri konkreti u speċifiċi biex jissaħħaħ

it-tkabbir indikat mill-Prim Ministru tal-Greċja u l-President tal-

Kummissjoni, inklużi l-appoġġ tal-fond strutturali tal-UE għal

proġetti ewlenin ta’ infrastruttura, u miżuri għat-titjib tal-ambjent

tan-negozju, biex tingħata spinta lil-likwidità għall-SMEs u jiġu

promossi l-impjiegi u t-taħriġ.

Huma jikkonfermaw l-impenn tagħhom biex jivvalutaw mill-ġdid

l-adegwatezza tal-limitu ġenerali tal-EFSF/MES sal-aħħar tax-

xahar. Barra minn hekk, huma jaqblu, li b’rispett sħiħ tal-proċeduri

parlamentari nazzjonali, li jiġi aċċellerat il-ħlas tal-kapital imħallas

għall-MES, billi jibdew bil-ħlas ta’ żewġ segmenti fl-2012. Sal-aħħar

tax-xahar ser isir qbil dwar limitu ta’ żmien rivedut għall-ħlas tas-

segmenti li jibqa’1.

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-Euro jfakkru fid-deter-

minazzjoni tagħhom li jagħmlu kull ma hu meħtieġ biex jiżguraw

l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-Euro fl-intier tagħha, u t-tlestija

tagħhom li jaġixxu kif meħtieġ.

DIKJARAZZJONI MILLKAPIJIET TA’ STAT JEW TA’ GVERN TAZŻONA

TALEURO 2 TA’ MARZU 2012

1 Il-Prim Ministru tas-Slovakkja indikat li l-gvern tagħha ma għandux mandat biex jagħmel tali impenn.

kg302279_MT_inside_b.indd 43 26/03/13 16:09

Page 46: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

44

I. NIKKONSOLIDAW L-UNJONI

EKONOMIKA U MONETARJA

L-Unjoni ekonomika u monetarja (UEM) ġiet stabbilita sabiex

iġġib il-prosperità u l-istabbiltà fl-Ewropa kollha. Din hija l-element

fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Illum, l-UEM qed tiffaċċa sfida

fundamentali. Hija għandha bżonn tissaħħaħ biex tiżgura għajnuna

ekonomika u soċjali.

Dan ir-rapport, imħejji mill-President tal-Kunsill Ewropew f’kolla-

borazzjoni mal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Grupp

tal-euro u l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandu l-għan

li jiżviluppa viżjoni għall-UEM sabiex ikunu żgurati l-istabbiltà

u l-prosperità sostnuta. Jagħmel dan billi jipproponi arkitettura

b’saħħitha u stabbli fl-oqsma finanzjarji, fiskali, ekonomiċi u politiċi,

li jsostnu l-istrateġija għall-impjiegi u t-tkabbir.

Sfidi

Viżjoni effettiva trid tikkonfronta l-isfidi fit-tul li l-UEM qed tiffaċċa.

Iż-żona tal-euro fiha diversitajiet u t-tfassil tal-politika fil-livell

nazzjonali huwa l-aktar metodu effettiv għal ħafna deċiżjonijiet

ekonomiċi. Iżda, linji ta’ politika nazzjonali ma jistgħux jiġu deċiżi

b’mod iżolat jekk l-effetti tagħhom jinxterdu malajr għaż-żona

tal-euro kollha kemm hi. Għaldaqstant, linji ta’ politika nazzjo-

nali bħal dawn għandhom jirriflettu bis-sħiħ ir-realtajiet li wieħed

ikun f’unjoni monetarja. Huwa essenzjali li jinżamm livell adatt

ta’ kompetittività, koordinazzjoni u konverġenza sabiex jiġi żgurat

tkabbir sostenibbli mingħajr żbilanċi kbar. Dan għandu jippermetti

t-taħlit adatt ta’ politika mal-politika monetarja unika fit-tfittxija ta’

stabbiltà fil-prezzijiet.

Iżda sabiex jiġu żgurati stabbiltà u tkabbir fiż-żona tal-euro, l-Istati

Membri għandhom jaġixxu u jikkoordinaw skont ir-regoli komuni.

Għandu jkun hemm metodi kif tiġi żgurata l-konformità meta jkun

hemm effetti negattivi fuq membri oħra tal-UEM. Dan huwa

neċessarju sabiex jiġi ggarantit il-livell minimu ta’ konverġenza

meħtieġ sabiex l-UEM tiffunzjona b’mod effettiv.

B’mod globali, integrazzjoni tal-UEM aktar mill-qrib ser teħtieġ

bażi demokratika iktar b’saħħitha u appoġġ wiesa’ miċ-ċittadini.

Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li diġà l-proċess biex din il-viżjoni

tiġi realizzata jkun ibbażat fuq konsultazzjoni u parteċipazzjoni

wesgħin. L-integrazzjoni u  l-leġittimità għandhom javvanzaw

b’mod parallel.

Il-viżjoni għall-futur tal-governanza tal-UEM kif stipulata f’dan ir-

rapport tiffoka fuq l-Istati Membri taż-żona tal-euro għaliex dawn

huma distinti kwalitattivament minħabba li jikkondividu munita.

Madankollu, il-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar

profonda għandha tkun ikkaratterizzat minn attitudni miftuħa

u trasparenza u jkun totalment kompatibbli mas-suq uniku fl-

aspetti kollha.

Għandi l-pjaċir nibgħatlek ir-rapport li ħejjejt b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenti tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro

u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Dan ir-rapport jiddeskrivi viżjoni għall-futur tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u kif din tista’ tikkontribwixxi bl-aħjar mod

għat-tkabbir, l-impjiegi u l-istabbiltà. Ir-rapport jipproponi li matul id-deċennju li jmiss nimxu lejn artikettura aktar b’saħħitha

tal-UEM, ibbażata fuq oqfsa integrati għas-settur finanzjarju, għall-kwistjonijiet baġitarji u għall-politika ekonomika. Dawn

l-elementi kollha għandhom jintrifdu b’leġittimità demokratika u responsabbiltà msaħħa.

Dan ir-rapport mhuwiex maħsub li jkun pjan aħħari: huwa jidentifika l-elementi kostitwenti u jissuġġerixxi metodu ta’ ħidma.

Madankollu jien nistenna li jintlaħaq qbil komuni bejnietna dwar it-triq ’il quddiem għall-UEM fil-laqgħa tagħna fl-aħħar

tal-ġimgħa. Is-sitwazzjoni attwali teħtieġ konsiderazzjoni bir-reqqa tal-ħidma futura li ser tkun meħtieġa fuq tul ta’ żmien

medju u twil. Jiena lest li nkompli naħdem, flimkien mal-Presidenti tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro u l-Bank Ċentrali

Ewropew, sabiex nippreżenta lill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2012 proposti dettaljati għal proċess ibbażat fuq fażijiet

lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina, b’assoċjazzjoni mill-qrib tal-Istati Membri matul il-proċess.

Nistenna b’interess it-taħdidiet tagħna tal-Ħamis filgħaxija u l-Ġimgħa.

* * *

LEJN UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA ĠENWINA

RAPPORT MILLPRESIDENT VAN ROMPUY 26 TA’ ĠUNJU 2012

LEJN UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA ĠENWINA

kg302279_MT_inside_b.indd 44 26/03/13 16:09

Page 47: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

45

ViżjoniDan ir-rapport jipproponi viżjoni għal UEM stabbli u prosperuża

bbażata fuq erba’ element kostitwenti essenzjali.

— Qafas finanzjarju integrat sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà

finanzjarja b’mod partikolari fiż-żona tal-euro u jiġu mmi-

nimizzati l-ispejjeż tal-fallimenti tal-banek għaċ-ċittadini

Ewropej. Tali qafas jgħolli r-responsabbiltà għas-sorveljanza

għal-livell Ewropew, u  jipprevedi mekkaniżmi komuni

għar-riżoluzzjoni ta’ banek u għall-garanzija tad-depożiti

tal-klijenti.

— Qafas baġitarju integrat biex tiġi żgurata politika fiskali soda

fil-livelli nazzjonali u Ewropej, li tinkludi l-koordonazzjoni,

it-teħid konġunt ta’ deċiżjonijiet, infurzar akbar u passi

proporzjonati lejn ħruġ komuni ta’ dejn. Dan il-qafas jista’

jinkludi wkoll forom differenti ta’ solidarjetà fiskali.

— Qafas ta’ politika ekonomika integrata li għandha mekkaniżmi

suffiċjenti biex tiżgura li hemm fis-seħħ linji ta’ politika

nazzjonali u Ewropej li jippromwovu t-tkabbir sostenibbli,

l-impjiegi u l-kompetittività, u li huma kompatibbli mal-

funzjonament bla xkiel tal-UEM.

— Jiġu żgurati l-legittimità demokratika u  l-kontabbiltà

neċessarji tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-UEM, ibbażati

fuq l-eżerċizzju konġunt tas-sovranità għall-politiki komuni

u s-solidarità.

Dawn l-erba’ elementi kostitwenti joffru arkittetura koerenti

u sħiħa li ser ikollha titwettaq fl-għaxar snin li ġejjin. L-erba’ ele-

menti kollha huma neċessarji għall-istabbiltà u l-prosperità fit-tul

fl-UEM u ser jeħtieġu ħafna aktar xogħol, inkluż bidliet possibbli

fit-trattati tal-UE f’xi ħin jew ieħor.

II. ELEKMENTI KOSTITWENTI

FUNDAMENTALI

1. Qafas finanzjarju integrat

Il-kriżi finanzjarja kixfet difetti strutturali fil-qafas istituzzjonali

għall-istabbiltà finanzjarja. Huwa partikolarment importanti għaż-

żona tal-euro li dawn id-difetti jiġu indirizzati meta jitqiesu l-inter-

dipendenzi profondi li rriżultaw mill-munita unika. Madankollu,

dan jeħtieġ li jsir filwaqt li jiġu preżervati l-unità u l-integrità tas-suq

uniku fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Għaldaqstant, qafas finanz-

jarju integrat għandu jkopri l-Istati Membri tal-UE kollha, filwaqt

li jippermetti differenzjazzjonijiet speċifiċi bejn l-Istati Membri

taż-żona tal-euro u dawk barra miż-żona tal-euro dwar ċerti parti-

jiet tal-qafas il-ġdid li huma marbutin b’mod preponderanti mal-

funzjonment tal-unjoni monterarja u l-istabbiltà taż-żona tal-euro

pjuttost milli mas-suq uniku.

Fuq il-bażi ta’ ġabra unika ta’ regoli, qafas finanzjarju integrat

għandu jkollu żewġ elementi ċentrali: superviżjoni bankarja

Ewropea unika u qafas komuni għall-assigurazzjoni tad-depożiti

u għar-riżoluzzjoni.

Superviżjoni integrata hija essenzjali biex tiżgura l-applikazzjoni

effettiva ta’ regoli prudenzjali, il-kontroll tar-riskju u l-prevenzjoni

tal-kriżi fl-UE. L-arkitettura attwali għandha tevolvi kemm jista’

jkun malajr lejn sistema ta’ superviżjoni bankarja Ewropea unika

b’livell Ewropew u nazzjonali. Il-livell Ewropew ikollu r-respon-

sabbiltà finali. Sistema bħal din tiżgura li s-superviżjoni tal-banek

fl-Istati Membri kollha tal-UE tkun ugwalment effettiva fit-tnaqqis

tal-probabbiltà ta’ fallimenti tal-banek u l-prevenzjoni tal-ħtieġa

għal intervent minn fondi konġunti għall-garanziji ta’ depożiti

jew għar-riżoluzzjoni. Għal dan il-għan, il-livell Ewropew jingħata

awtorità superviżorja u setgħat ta’ intervent antiċipat applikabbli

għall-banek kollha. L-involviment dirett tiegħu jvarja skont id-daqs

u n-natura tal-banek. Ser jiġu esplorati bis-sħiħ il-possibbiltajiet

previsti taħt l-Artikolu 127(6) tat-TFUE fir-rigward tal-għoti lill-

Bank Ċentrali Ewropew ta’ setgħat ta’ superviżjoni fuq banek fiż-

żona tal-euro.

Filwaqt li tibni fuq proposti eżistenti u li ġejjin tal-Kummissjoni,

għandha timxi ’l quddiem il-ħidma fuq l-assigurazzjoni tad-depożiti

u r-riżoluzzjoni:

Skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti tista’ tintroduċi

dimensjoni Ewropea għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti nazzjo-

nali għal banek issorveljati mis-superviżjoni Ewropea. Issaħħaħ

il-kredibbiltà ta’ arranġamenti eżistenti u sservi ta’ assigurazzjoni

importanti li d-depożiti eliġibbli tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha

jkunu assigurati b’mod suffiċjenti.

Skema Ewropea ta’ riżoluzzjoni li għandha tiġi ffinanzjata primar-

jament minn kontribuzzjonijiet ta’ banek tista’ tagħti għajnuna

fl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ riżoluzzjoni lil banek issorveljati

mis-superviżjoni Ewropea bil-għan li ssir likwidazzjoni ordnata

ta’ istituzzjonijiet mhux vijabbli u b’hekk jiġu protetti l-fondi ta’

min iħallas it-taxxa.

L-iskema ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u l-fond ta’ riżoluzzjoni

jistgħu jiġu stabbiliti taħt il-kontroll ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni

komuni. Qafas bħal dan inaqqas ħafna l-ħtieġa li jsir użu effettiv

mill-iskema ta’ garanzija. Madankollu, il-kredibbiltà ta’ kwa-

lunkwe skema ta’ garanzija tad-depożiti teħtieġ aċċess għal

salvagwardja finanzjarja soda. Għalhekk, fir-rigward taż-żona tal-

euro, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà jista’ jaġixxi bħala

s-salvagwardja fiskali għall-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-garanzija

tad-depożiti.

2. Lejn qafas baġitarju integrat

Il-kriżi finanzjarja u tad-dejn issottolinjat livelli għoljin ta’ inter-

dipendenza partikolarment fiż-żona tal-euro. Il-funzjonament

bla xkiel tal-UEM jirrikjedi mhux biss l-implimentazzjoni rapida

u vigoruża tal-miżuri diġà maqbula taħt il-qafas irrinfurzat ta’ gover-

nanza ekonomika (b’mod partikolari l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir

u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza),

iżda wkoll pass kwalitattiv lejn unjoni fiskali.

Fil-kuntest, fiż-żona tal-euro, b’teħid flimkien u  akbar ta’

deċiżjonijiet dwar il-baġits proporzjonat mat-teħid flimkien ta’

riskji, huma essenzjali mekkaniżmi effettivi biex jiġu pprevenuti

u korretti politiki fiskali mhux sostenibbli f’kull Stat Membru.

Għal dan il-għan, jistgħu jinqablu b’mod komuni l-ogħla limiti

fuq il-bilanċ annwali tal-baġit u l-livelli tad-dejn tal-gvern ta’ Stati

kg302279_MT_inside_b.indd 45 26/03/13 16:09

Page 48: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

46

għall-funzjonament bla xkiel tal-UEM u huwa kontroparti essen-

zjali għall-oqfsa finanzjarji u fiskali.

Huwa importanti, filwaqt li wieħed jibni fuq il-prinċipji ssottolin-

jati fis-semestru Ewropew u fil-patt Euro Plus, kif il-qafas għall-

koordinazzjoni tal-politika jsir aktar infurzabbli biex jiġi żgurat li

politiki mhux sostenibbli ma jpoġġux l-istabbiltà fl-UEM f’riskju.

Qafas bħal dan ikun partikolarment importanti biex jiggwida

l-linji ta’ politika f’oqsma bħall-mobbiltà tax-xogħol jew il-koor-

dinazzjoni tat-taxxa.

Fejn ikun meħtieġ jistgħu jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità

politika u amministrattiva tal-istituzzjonijiet nazzjonali u titrawwem

is-sjieda nazzjonali tar-riformi, peress li din hija kundizzjoni kruċjali

għall-implimentazzjoni effiċjenti ta’ riformi li jsaħħu t-tkabbir.

4. Tisħiħ tal-leġittimità demokratika u l-kontabbiltà

Id-deċiżjonijiet dwar il-baġits nazzjonali huma fil-qalba tad-demo-

kraziji parlamentari tal-Ewropa. Il-mixja lejn teħid aktar integrat

ta’ deċiżjonijiet fiskali u ekonomiċi fost il-pajjiżi għaldaqstant ser

jirrikjedi mekkaniżmi b’saħħithom għal teħid ta’ deċiżjonijiet

leġittimu u  responsabbli. Il-bini ta’ appoġġ pubbliku għal

deċiżjonijiet fuq livell Ewropew b’impatt profond fuq il-ħajja ta’

kuljum taċ-ċittadini huwa essenzjali.

L-involviment mill-qrib tal-parlament Ewropew u tal-parlamenti

nazzjonali ser ikun ċentrali, fir-rigward tal-metodu ta’ komunità.

Il-Protokoll 1 tat-TFUE dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali

fl-UE joffri qafas adatt għall-kooperazzjoni interparlamentari.

III. IL-PASSI LI JMISS — PROPOSTI GĦAL

METODU TA’ ĦIDMA

Jeħtieġ issir aktar ħidma biex jiġi żviluppat pjan direzzjonali

speċifiku u marbut biż-żmien għall-kisba tal-Unjoni Ekonomika

u Monetarja ġenwina.

Jista’ jiġi ppreżentat rapport lill-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru

mill-President tal-Kunsill Ewropew f’kollaborazzjoni mill-qrib

mal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Grupp tal-euro

u l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew. Ser ikun hemm konsul-

tazzjonijiet regolari u informali mal-Istati Membri u l-istituzzjoni-

jiet tal-UE. Jista’ jiġi ppreżentat rapport interim f’Ottubru 2012.

Membri individwali. Skont dawn ir-regoli, il-ħruġ tad-dejn tal-gvern

f’livell ogħla minn dak maqbul b’mod komuni jkollu jiġi ġġustifikat

u jirċievi approvazzjoni minn qabel. Sussegwentement, il-livell taż-

żona tal-euro jkun f’pożizzjoni li jirrikjedi bidliet għall-pakketti

baġitarji jekk dawn huma bi ksur tar-regoli fiskali, b’kont meħud

tal-ħtieġa li jiġi żgurat is-sens ta’ ġustizzja soċjali.

Fil-perspettiva ta’ perijodu medju, il-ħruġ ta’ dejn komuni jista’ jiġi

esplorat bħala element ta’ tali unjoni fiskali u soġġett għal progress

rigward l-integrazzjoni fiskali. Jistgħu jiġu kkunsidrati passi lejn

l-introduzzjoni ta’ responsabbiltajiet sovrani flimkien u separata-

ment sakemm ikun hemm qafas b’saħħtu għad-dixxiplina baġitarja

u l-kompetittività biex jiġi evitat ir-riskju morali u jitrawmu r-res-

ponsabbiltà u l-konformità. Il-proċess lejn il-ħruġ ta’ dejn komuni

għandu jkun ibbażat fuq kriterji u maqsum f’fażijiet, fejn il-progress

fit-teħid flimkien ta’ deċiżjonijiet dwar il-baġits ikun akkumpanjat

minn passi proporzjonati lejn il-kondiviżjoni tar-riskji.

Ġew proposti diversi alternattivi għall-ħruġ parzjali ta’ dejn

komuni, bħall-ġbir flimkien ta’ xi strumenti ta’ finanzjament fuq

perijodu qasir fuq bażi limitata u kondizzjonali, jew ir-riport (roll-

over) gradwali f’fond tal-fidi tad-dejn. Jistgħu jiġu previsti forom

differenti ta’ solidarjetà soċjali.

Unjoni fiskali vera u proprja timplika l-iżvilupp ta’ kapaċità aktar

b’saħħitha fil-livell Ewropew, li tkun kapaċi tamministra interdi-

pendenzi ekonomiċi, u fl-aħħar mill-aħħar l-iżvilupp fil-livell taż-

żona tal-euro ta’ korp fiskali, bħal uffiċċju tat-teżor. Barra minn

hekk, ir-rwol u l-funzjonijiet adatti ta’ baġit ċentrali, inkluża l-arti-

kulazzjoni tiegħu mal-baġits nazzjonali, ser ikollhom jiġu ddefiniti.

3. Lejn qafas integrat ta’ politika ekonomika

F’unjoni ekonomika, il-linji ta’ politika nazzjonali għandhom ikunu

diretti lejn tkabbir ekonomiku b’saħħtu u sostenibbli u impjiegi

filwaqt li jippromwovu l-koeżjoni soċjali. Hija meħtieġa wkoll

integrazzjoni ekonomika aktar b’saħħitha biex jitrawmu koordi-

nazzjoni u konverġenza bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro f’oqsma

ta’ politika differenti, jiġu indirizzati l-iżbilanċi, u  tiġi żgurata

l-kapaċità li jkun hemm aġġustament għall-iskossi u  li wieħed

jikkompeti f’ekonomija dinjija globalizzata. Dan huwa essenzjali

kg302279_MT_inside_b.indd 46 26/03/13 16:09

Page 49: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

47

I. TKABBIR, INVESTIMENT U IMPJIEGI

1. L-Unjoni Ewropea ser tkompli tagħmel dak kollu meħtieġ

biex l-Ewropa terga’ lura fit-triq tat-tkabbir intelliġenti,

sostenibbli u  inklużiv. Waqt li jfakkru fl-importanza tal-

konsolidazzjoni fiskali, ir-riforma strutturali u l-investiment

immirat għat-tkabbir sostenibbli, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’

Gvern iddeċidew dwar “Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi”, li

jipprovdi qafas koerenti għal azzjoni f’livell nazzjonali, tal-UE

u taż-żona tal-euro, permezz tal-lievi, l-istrumenti u l-politiki

kollha possibbli (ara l-anness).

Huma stiednu lill-Kunsill biex jeżamina rapidament kif

tistà titjieb il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet sabiex tiġi

żgurata l-implimentazzjoni fil-ħin tad-dispożizzjonijiet ta’

dan il-Patt li jeħtieġu leġislazzjoni tal-UE.

2. Il-Kunsill Ewropew approva b’mod ġenerali r-rakkoman-

dazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Istati Membri ser jin-

kludu fid-deċiżjonijiet nazzjonali tagħhom li ġejjin dwar

il-baġits, ir-riformi strutturali u l-politiki dwar l-impjiegi, biex

b’hekk is-Semestru Ewropew 2012 jiġi fi tmiemu.

3. Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri parteċipanti

qablu dwar is-soluzzjoni għall-aħħar kwistjoni pendenti

tal-pakkett dwar il-privattivi, jiġifieri s-sede tad-Diviżjoni

Ċentrali tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Qorti Unifikata tal-Pri-

vattivi (QUP). Dik is-sede, flimkien mal-uffiċċju tal-President

tal-Qorti tal-Prim’Istanza, ser tkun tinsab f’Pariġi. L-ewwel

President tal-Qorti tal-Prim’Istanza għandu jiġi mill-Istat

Membru li jospita d-diviżjoni ċentrali.

Minħabba n-natura speċjalizzata ħafna tal-litigazzjoni dwar

il-privattivi u l-ħtieġa li jinżammu standards ta’ kwalità għolja,

ser jinħolqu gruppi tematiċi f’żewġ taqsimiet tad-Diviżjoni

Ċentrali, waħda f’Londra (kimika, inklużi l-farmaċewtiċi,

klassifikazzjoni C, neċessitajiet umani, klassifikazzjoni A),

u l-oħra fi Munich (inġinerija mekkanika, klassifikazzjoni F).

Dwar l-azzjonijiet li għandhom jitressqu quddiem id-diviżjoni

ċentrali, kien hemm qbil li l-partijiet ser ikollhom l-għażla li

jressqu azzjoni ta’ ksur quddiem id-diviżjoni ċentrali jekk

il-konvenut ikun domiċiljat barra mill-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, jekk azzjoni ta’ revoka tkun diġà pendenti

quddiem id-diviżjoni ċentrali, id-detentur tal-privattiva

għandu jkollu l-possibbiltà li jressaq azzjoni ta’ ksur quddiem

id-diviżjoni ċentrali. Mhux ser ikun possibbli li l-konvenut

jitlob trasferiment ta’ kawża ta’ ksur minn diviżjoni lokali

għad-diviżjoni ċentrali jekk il-konvenut ikun domiċiljat fl-

Unjoni Ewropea.

Nissuġġerixxu li l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regolament li jimpli-

menta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’

protezzjoni tal-privattiva unitarja li għandu jiġi adottat mill-

Kunsill u l-Parlament Ewropew jitħassru.

KUNSILL EWROPEW 2829 TA’ ĠUNJU 2012

LI JINKLUDI L“PATT GĦAL TKABBIR U IMPJIEGI”

Matul l-aħħar sentejn u nofs, l-Unjoni Ewropea ħadet passi importanti u estensivi biex tingħeleb il-kriżi u ttejjeb il-governanza

tal-UEM. Madankollu, għal darb’oħra l-Ewropa qiegħda tgħaddi minn perijodu ta’ tensjonijiet għolja. Il-kriżi rigward id-dejn

sovran u d-dgħjufija tas-settur finanzjarju, flimkien ma’ tkabbir baxx persistenti u żbilanċi makroekonomiċi, qed inaqqsu

r-ritmu tal-irkupru ekonomiku u joħolqu riskji għall-istabbiltà tal-UEM. Dan qed ikollu impatt negattiv f’termini ta’ qgħad

u jista’ jxekkel il-potenzjal tal-Ewropa li tibbenefika minn titjib gradwali tal-perspettiva ekonomika globali.

Għaldaqstant aħna impenjati li nieħdu azzjoni determinata biex nindirizzaw it-tensjonijiet tas-swieq finanzjarji, terġa’

tinkiseb il-fiduċja u jingħata rilanċ lit-tkabbir. Naffermaw mill-ġdid l-impenn tagħna li nippreservaw l-UEM u npoġġuh fuq

bażi aktar solida għall-futur. It-tkabbir b’saħħtu, intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, ibbażat fuq finanzi pubbliċi sani, riformi

strutturali u investiment biex tingħata spinta lill-kompetittività, jibqa’ l-prijorità ewlenija tagħna.

Hu għalhekk li llum il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern iddeċidew dwar “Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi”, li jinkludi azzjoni li

għandha tittieħed mill-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea bil-għan tar-rilanċ tat-tkabbir, l-investiment u l-impjiegi kif ukoll

biex l-Ewropa ssir aktar kompetittiva. Approvajna wkoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi biex jiggwidaw il-politiki

u l-baġits tal-Istati Membri. Fl-aħħar nett enfasizzajna r-rwol li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali li ġej għandu jkollu fit-tisħiħ tat-

tkabbir u l-impjiegi. Il-President tal-Kunsill Ewropew ippreżenta r-rapport “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”.

Ninsabu determinati li nieħdu l-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata Ewropa finanzjarjament stabbli, kompetittiva u prospera

u b’hekk jissaħħaħ il-benesseri taċ-ċittadini.

* * *

kg302279_MT_inside_b.indd 47 26/03/13 16:09

Page 50: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

48

c) Ġustizzja u  Affarijiet Interni: il-Kunsill Ewropew laqa’

l-progress miksub fir-Regolament ta’ Dublin, id-Direttiva

dwar il-Kondizzjonijiet ta’ Akkoljenza u d-Direttiva dwar

il-Proċeduri tal-Asil, u fir-rigward tar-risistemazzjoni. Huwa

tenna l-impenn tiegħu biex titlesta s-Sistema Ewropea

Komuni tal-Asil sal-aħħar tal-2012. Huwa ssottolinja wkoll

l-importanza tal-moviment ħieles fi ħdan iż-żona Schengen

u  nnota l-istat attwali fuq il-proposti relatati mal-gover-

nanza tagħha u r-Regolament dwar il-Viżi. Huwa ssottolinja

l-importanza tas-solidarjetà u l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-

fruntieri esterni, l-asil u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni ille-

gali. Huwa saħaq ukoll dwar l-importanza ta’ kooperazzjoni

msaħħa mal-pajjiżi tal-viċinat. Huwa ser jerġa’ lura għal dawn

il-kwistjonijiet kif meħtieġ.

d) Enerġija nukleari: il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati

Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha

tar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-rapport mill-ENS-

REG wara l-ikkompletar tas-simulazzjonijiet ta’ kriżi tas-siku-

rezza nukleari. Il-Kummissjoni u l-ENSREG qablu li tinħtieġ

aktar ħidma. Il-Kunsill Ewropew innota l-intenzjoni tal-Kum-

missjoni li tippreżenta komunikazzjoni komprensiva aktar

tard din is-sena. Huwa appella għal implimentazzjoni rapida

tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Ad Hoc dwar is-Sigurtà

Nukleari. Huwa appella għal aktar sforzi biex tissaħħaħ il-koo-

perazzjoni tal-UE mal-ġirien kollha tal-UE dwar is-sikurezza

u s-sigurtà nukleari.

e) Sirja: il-Kunsill Ewropew:

— ikkundanna bil-qawwa l-vjolenza brutali u l-massakri

taċ-ċivili u ħeġġeġ lir-reġim Sirjan biex jieqaf minnufih

mill-attakki tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili;

— appella għal investigazzjoni internazzjonali trasparenti,

indipendenti u immedjata tal-ksur tal-liġi internazzjonali

u d-drittijiet tal-bniedem bl-għan li jkun żgurat li dawk

responsabbli jagħtu kont ta’ għemilhom;

— appella għal waqfien totali tal-vjolenza mill-partijiet kol-

lha; tenna li r-responsabbiltà prinċipali għall-kisba ta’

waqfien mill-ġlied, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ sitt

punti tal-Mibgħut Speċjali Kofi Annan, l-għoti ta’ aċċess

sħiħ u bla xkiel għall-għajnuna umanitarja u l-iżgurar tas-

sikurezza tal-osservaturi tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sirja

tinsab f’idejn ir-reġim;

— ħeġġeġ lill-gruppi tal-oppożizzjoni Sirjani biex jaqblu

dwar sett ta’ prinċipji komuni għall-ħidma lejn tran-

sizzjoni inklużiva, ordnata u paċifika fis-Sirja lejn futur

ħieles minn Assad u r-reġim brutali tiegħu;

— fakkar fl-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan ta’ Kofi Annan

u faħħar l-isforzi tiegħu biex jaħdem ma’ sħab internazzjo-

nali ewlenin biex imexxi l-proċess politiku ’l quddiem;

— appella għal azzjoni magħquda mill-Kunsill tas-Sigurtà

tan-NU biex tiżdied aktar pressjoni robusta u effettiva,

inkluż l-adozzjoni ta’ sanzjonijiet komprensivi taħt il-

Kapitolu VII; u, f’dan il-kuntest, laqa’ l-adozzjoni ta’

II. RAPPORT DWAR L-UEM

4. Ir-rapport “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”

ippreżentat mill-President tal-Kunsill Ewropew, f’koope-

razzjoni mal-Presidenti tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-Euro

u l-BĊE, jistabbilixxi “erba’ elementi essenzjali” għall-UEM

futura: qafas finanzjarju integrat, qafas baġitarju integrat, qafas

ta’ politika ekonomika integrat u leġittimità u responsabbiltà

demokratika msaħħa.

Wara skambju miftuħ ta’ fehmiet, fejn ġew espressi diversi

opinjonijiet, il-President tal-Kunsill Ewropew ġie mistieden

biex jiżviluppa, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-

Kummissjoni, il-President tal-Grupp tal-Euro u l-President

tal-BĊE, pjan direzzjonali speċifiku u  marbut biż-żmien

għall-kisba ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina, li

ser jinkludi proposti konkreti dwar il-preservazzjoni tal-unità

u l-integrità tas-Suq Uniku fis-servizzi finanzjarji u li ser jieħu

kont tad-dikjarazzjoni dwar iż-Żona tal-Euro u, fost oħrajn,

tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposti taħt l-Arti-

kolu 127.

Huma ser jeżaminaw dak li jista’ jsir fi ħdan it-Trattati attwali

u liema miżuri jkunu jeħtieġu tibdil fit-Trattat. Sabiex jiżguraw

is-sjieda tagħhom, l-Istati Membri ser ikunu assoċjati mill-

qrib mar-riflessjonijiet u ser jiġu kkonsultati regolarment.

Ser ikun hemm ukoll konsultazzjonijiet mal-Parlament

Ewropew. Ser jiġu ppreżentati rapport proviżorju f’Ottubru

2012 u rapport finali qabel tmiem is-sena.

III. QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI

5. Il-Kunsill Ewropew kellu diskussjoni fil-fond mal-President

tal-Parlament Ewropew dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali

(QFP) futur.

6. Il-Kunsill Ewropew laqa’ b’sodisfazzjon il-progress miksub

taħt il-presidenza Daniża, li jipprovdi bażi u orjentazzjo-

nijiet għall-aħħar stadju tan-negozjati matul il-presidenza

Ċiprijotta li jmiss. Il-Kaxxa tan-Negozjar ser tiġi żviluppata

aktar bl-għan li jintlaħaq qbil sa tmiem l-2012, waqt li jkun

rispettat il-prinċipju li ma jkun hemm qbil fuq xejn qabel ma

jintlaħaq qbil fuq kollox. Għandha titħaffef il-ħidma wkoll

dwar it-testi leġislattivi rilevanti bil-ħsieb ta’ adozzjoni rapida,

li ssegwi l-proċeduri stabbiliti fit-Trattat. F’dan il-proċess,

l-istituzzjonijiet kompetenti kollha huma mistiedna jikkoo-

peraw mill-qrib, f’konformità mal-kompetenzi tat-Trattat.

IV. PUNTI OĦRAJN

a) Il-Kunsill Ewropew laqa’ d-dikjarazzjoni tas-Summit taż-

Żona tal-Euro tad-29 ta’ Ġunju 2012 u l-użu tal-istrumenti

eżistenti tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja /

Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà li ser jiġu implimentati

skont linji gwida eżistenti li jiddettaljaw il-proċeduri rilevanti.

b) Tkabbir: il-Kunsill Ewropew approva d-deċiżjoni meħuda

mill-Kunsill biex jinfetħu negozjati dwar l-adeżjoni mal-Mon-

tenegro fid-29 ta’ Ġunju 2012.

kg302279_MT_inside_b.indd 48 26/03/13 16:09

Page 51: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

49

tal-ikkompletar ta’ dan il-qafas (it-“two-pack”) għandhom

jiġu adottati bla dewmien.

2. Fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi

għall-pajjiżi, l-Istati Membri ser jagħmlu enfasi partikolari

fuq l-aspetti li ġejjin:

a) tiġi segwita konsolidazzjoni fiskali differenzjata favore-

voli għat-tkabbir, waqt li jiġi rrispettat il-Patt ta’ Stabbiltà

u Tkabbir u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi għall-

pajjiżi; għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-

investiment f’oqsma orjentati lejn il-futur relatati direttament

mal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija u tiġi żgurata s-sos-

tenibbilità tas-sistema tal-pensjonijiet. Il-Kummissjoni qed

issegwi mill-qrib l-impatt tal-limitazzjonijiet stretti tal-baġit

fuq l-infiq pubbliku li jsaħħaħ it-tkabbir u fuq l-investiment

pubbliku. Hija ser tirrapporta dwar il-kwalità tal-infiq pub-

bliku u l-ambitu għal azzjoni possibbli fil-limiti tal-oqfsa fiskali

tal-UE u dawk nazzjonali;

b) ir-ritorn għas-self normali lill-ekonomija u t-tlestija urġenti

tar-ristrutturar tas-settur bankarju;

c) il-promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività, notevolment

billi jiġu indirizzati żbilanċi profondi u jsir żvilupp fir-riformi

strutturali biex jinfetaħ il-potenzjal domestiku għat-tkabbir,

inkluż permezz tal-ftuħ tal-kompetizzjoni fl-industriji li jużaw

netwerk, il-promozzjoni tal-ekonomija diġitali, l-isfruttar tal-

potenzjal ta’ ekonomija ekoloġika, it-tneħħija ta’ restrizzjo-

nijiet mhux ġustifikati fuq il-fornituri ta’ servizzi u li jsir aktar

faċli li tibda negozju;

d) it-trattament tal-qgħad u tal-konsegwenzi soċjali tal-kriżi

b’mod effettiv; l-insegwiment ta’ riformi biex itejbu l-livelli

tal-impjieg; it-tisħiħ tal-isforzi biex jiżdied l-impjieg fost

iż-żgħażagħ, b’mod partikolari biex jitjiebu l-ewwel esper-

jenza tax-xogħol taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni tagħhom

fis-suq tax-xogħol, bl-għan li fi żmien ftit xhur wara li jħallu

l-iskola, iż-żgħażagħ jirċievu offerta ta’ kwalità tajba ta’

impjieg, tkomplija tal-edukazzjoni, apprendistat, jew taħriġ, li

tista’ tkun appoġġata mill-FSE; u żvilupp u implimentazzjoni

ta’ politiki effettivi biex jikkumbattu l-faqar u jappoġġaw il-

gruppi vulnerabbli. L-Istati Membri ser jimplimentaw malajr

il-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Impjiegi tagħhom u jiżviluppaw

Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Impjiegi aktar ambizzjużi u preċiżi

għas-Semestru Ewropew li jmiss. L-Istati Membri għandhom

jużaw il-possibbiltajiet ta’ finanzjament ta’ sussidji għal

reklutaġġ temporanju mill-Fond Soċjali Ewropew;

e) il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika,

b’mod partikolari billi jiġi indirizzat id-dewmien fis-sis-

tema ġudizzjarja, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġu

żviluppati servizzi tal-gvern elettroniku. L-aħjar prattiki f’dan

ir-rigward għandhom jiġu kkondiviżi.

IL-KONTRIBUT TAL-POLITIKI EWROPEJ GĦAT-TKABBIR

U L-IMPJIEGI

3. Huma meħtieġa aktar miżuri urġenti fil-livell tal-Unjoni

Ewropea sabiex jissaħħu t-tkabbir u l-impjiegi, jittejjeb il-

finanzjament tal-ekonomija fil-perijodu qasir għal dak medju

aktar miżuri restrittivi mill-Kunsill tal-UE u qabel li jibqa’

jikkunsidra miżuri ulterjuri.

f) L-Iran: Il-Kunsill Ewropew saħaq fuq it-tħassib serju tiegħu

dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran u  l-ħtieġa

urġenti li l-Iran jikkonforma mal-obbligi internazzjonali

kollha tiegħu, inkluż l-implimentazzjoni sħiħa mill-Iran

tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU u  tal-Bord tal-Gvernaturi

tal-IAEA. Il-Kunsill Ewropew japprova bis-sħiħ l-isforzi tar-

Rappreżentant Għoli u tal-E3+3 f’dak ir-rigward. Fid-dawl

tat-taħditiet riċenti bejn l-E3+3 u l-Iran f’Istanbul, Bagdad

u  Moska, il-Kunsill iħeġġeġ lill-Iran biex jiddeċiedi jekk

huwiex lest li jimpenja ruħu għal proċess ta’ negozjar serju

mmirat biex titreġġa’ lura l-fiduċja fin-natura esklużivament

paċifika tal-programm nukleari Iranjan. L-Iran irid jinvolvi

lilu nnifsu b’mod kostruttiv billi jiffoka fuq l-ilħuq ta’ qbil

dwar passi konkreti għall-bini ta’ fiduċja u fuq l-indirizzar

tat-tħassib tal-komunità internazzjonali. Il-Kunsill Ewropew

jilqa’ d-dħul fis-seħħ sħiħ tal-embargo tal-UE fuq iż-żejt

Iranjan fl-1 ta’ Lulju 2012.

g) Drittijiet tal-bniedem u demokrazija: il-Kunsill Ewropew

laqa’ l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Qafas Strateġiku tal-UE

għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta’

Azzjoni relatat u ssottolinja l-importanza taż-żamma tad-

drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fiċ-ċentru tal-politika

barranija tal-UE.

h) Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA): il-Kunsill

Ewropew laqa’ t-tieni rapport annwali dwar l-Għajnuna

Uffiċjali għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u tenna l-impenn

tiegħu favur il-kisba tal-miri tal-għajnuna għall-iżvilupp sal-

2015 kif stabbiliti fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2005.

ANNESS

“PATT GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern

Filwaqt li jesprimu d-determinazzjoni tagħhom li jistimolaw tkabbir

intelliġenti, sostenibbli, inklużiv, b’użu effiċjenti ta’ riżorsi u li joħloq

l-impjiegi, fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020,

Filwaqt li jisħqu dwar il-ħtieġa li f’kull livell ta’ governanza tal-Unjoni

Ewropea jiġu mobilizzati l-lievi, l-istrumenti u l-politiki kollha għal

dak l-għan,

Filwaqt li jfakkru fl-importanza ta’ finanzi pubbliċi sani, riforma strut-

turali u investiment immirat għal tkabbir sostenibbli,

Iddeċidew dwar il-Patt li ġej:

AZZJONI LI GĦANDHA TITTIEĦED FIL-LIVELL TAL-

ISTATI MEMBRI

1. L-Istati Membri kollha jibqgħu impenjati bis-sħiħ biex jieħdu

l-azzjoni immedjata meħtieġa fil-livell nazzjonali biex jinkisbu

l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-għodod ġodda tal-

Unjoni Ewropea għall-governanza ekonomika għandhom

jiġu applikati b’mod sħiħ u effettiv u r-rikors għal “pressjoni

tal-pari” għandu jissaħħaħ. Il-proposti pendenti bil-ħsieb

kg302279_MT_inside_b.indd 49 26/03/13 16:09

Page 52: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

50

Wara l-adozzjoni formali tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza

Enerġetika, l-Istati Membri għandhom jimplimentawha

malajr, b’użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet tagħha sabiex jiġi

sfruttat il-potenzjal sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi f’dan

is-settur. Għandu jintlaħaq ftehim malajr dwar il-proposta

dwar l-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija.

e) Għandhom ikomplu l-isforzi sabiex jiġi żgurat li l-isforzi

tar-riċerka jissarrfu malajr f’innovazzjonijiet li jissodis-

faw il-bżonnijiet tas-suq u b’hekk isaħħu l-kompetittività

Ewropea u jgħinu fit-tweġiba għall-isfidi tas-soċjetà. Iż-Żona

Ewropea tar-Riċerka għandha tissaħħaħ, b’mod partikolari

billi jittejbu l-appoġġ għar-R&Ż u l-opportunitajiet ta’ investi-

ment għall-bidu ta’ negozji u SMEs innovattivi. Il-programm

futur għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs (COSME)

u l-programm Orizzont 2020 ser jgħin lil SMEs innovattivi

fl-aċċess għall-finanzjament. Huwa ta’ importanza parti-

kolari li jissaħħu t-teknoloġiji ġeneriċi essenzjali li huma ta’

importanza sistemika għall-innovazzjoni u l-kompetittività

tal-industrija u l-ekonomija kollha, inkluż f’oqsma bħan-

nanoteknoloġija, il-bijoteknoloġija u materjali avvanzati.

f) Għal xi pajjiżi, il-politika ta’ koeżjoni riformata toffri oppor-

tunità biex jinvestu barra mill-kriżi minħabba li hija għodda

ewlenija għall-investiment, it-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi

fil-livell tal-UE u għal riformi strutturali fil-livell nazzjonali.

Hija tirrappreżenta sehem importanti mill-investimenti

pubbliċi fl-UE u tikkontribwixxi għall-approfondiment tas-

suq intern.

g) Il-qbil milħuq illum dwar il-Privattiva Unitarja ser inaqqas

b’mod konsiderevoli l-ispejjeż għall-SMEs u jagħti spinta lill-

innovazzjoni, billi jipprovdi privattiva bi prezzijiet aċċessibbli

u li hija ta’ kwalità għolja, b’ġurisdizzjoni unika speċjalizzata.

h) Huwa kruċjali li l-finanzjament tal-ekonomija jingħata spinta.

Qegħdin jiġu mobilizzati EUR 120 biljun (ekwivalenti għal

madwar 1% tad-DNG UE) għal miżuri ta’ tkabbir li jaġixxu

malajr:

— Il-kapital imħallas tal-BEI għandu jiżdied b’EUR 10

biljun, bil-ħsieb li jsaħħaħ il-bażi tal-kapital tiegħu kif

ukoll li jżid il-kapaċità tas-self globali tiegħu b’EUR 60

biljun, u b’hekk jiżblokka sa EUR 180 biljun ta’ investi-

ment addizzjonali, mifrux madwar l-Unjoni Ewropea kol-

lha, inkluż fil-pajjiżi l-aktar vulnerabbli. Din id-deċiżjoni

għandha tittieħed mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI sabiex

jiġi żgurat li din tidħol fis-seħħ mhux aktar tard mill-31

ta’ Diċembru 2012.

— Il-fażi pilota tal-Bond għall-finanzjament ta’ Proġetti

għandha tinbeda immedjatament, u  ser iġġib inves-

timenti addizzjonali sa EUR 4.5 biljun għal proġetti

pilota fl-infrastruttura prinċipali tat-trasport, l-enerġija

u  l-broadband. Dment li r-rapport interim u  l-eva-

lwazzjoni tal-fażi pilota jkunu pożittivi, il-volum ta’

strumenti finanzjarji bħal dawn jista’ jiġi żviluppat aktar

fil-pajjiżi kollha fil-futur, inkluż fl-appoġġ għall-Faċilità

Nikkollegaw l-Ewropa.

u biex l-Ewropa ssir aktar kompetittiva bħala lokalità għall-

produzzjoni u l-investiment.

a) L-approfondiment tas-Suq Uniku permezz tat-tneħħija tal-

ostakoli li fadal ser ikun fattur ewlieni fil-promozzjoni tat-

tkabbir u l-impjiegi, b’mod partikolari fl-industriji diġitali

u tan-netwerks. Il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta aktar

miżuri li jsaħħu t-tkabbir għal dak il-għan fil-ħarifa 2012 bħala

parti mit-tieni Att dwar is-Suq Uniku. Diġà sar progress sinifi-

kanti dwar il-miżuri li huma parti mill-ewwel Att dwar is-Suq

Uniku, inkluża l-adozzjoni tal-proposta dwar l-istandardiz-

zazzjoni u l-qbil milħuq fil-Kunsill dwar il-proposti dwar il-

kontabbiltà, il-kapital ta’ riskju u l-fondi ta’ imprenditorija

soċjali u dwar is-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim u soluzzjoni

online għat-tilwim. Għandu jintlaħaq qbil malajr kemm jista’

jkun dwar il-proposti dwar l-akkwist pubbliku, dwar il-firma

elettronika u dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjo-

nali. Qiegħda tintlaqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni

biex ittejjeb il-governanza tas-Suq Uniku. L-Istati Membri

u l-Kummissjoni ser jiżguraw implimentazzjoni u infurzar

aħjar tar-regoli dwar is-Suq Uniku u l-Kummissjoni ser tis-

sorvelja l-prestazzjoni, inkluż permezz ta’ rapport annwali

fil-qafas tas-Semestru Ewropew. Il-komunikazzjoni tal-Kum-

missjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Ser-

vizzi hija wkoll milqugħa tajjeb u għandha tiġi implimentata

immedjatament, inkluż permezz ta’ reviżjoni rigoruża mill-

pari tar-restrizzjonijiet nazzjonali u ta’ azzjoni rapida biex

jitneħħew l-ostakoli mhux ġustifikati. Fl-ambitu ta’ din id-

Direttiva jistgħu jinkisbu vantaġġi ekonomiċi addizzjonali sa

EUR 330 biljun. Il-Kunsill Ewropew ser jeżamina mill-ġdid

il-progress sa tmiem l-2012.

b) Huwa meħtieġ progress rapidu sabiex sal-2015 jinkiseb Suq

Uniku Diġitali li jiffunzjona tajjeb, li ser jipprovdi dinamiżmu

ġdid lill-ekonomija Ewropea. B’mod partikolari, għandha

tingħata prijiorità lill-miżuri maħsubin biex jiżviluppaw

aktar il-kummerċ transkonfinali online, inkluż permezz

tal-iffaċilitar tat-transizzjoni għal fatturazzjoni elettronika,

u l-promozzjoni tal-użu transkonfinali tal-identifikazzjoni

elettronika u servizzi elettroniċi oħrajn. Huwa kruċjali wkoll

li tingħata spinta lid-domanda għall-proċess tal-introduzzjoni

tal-internet b’veloċità qawwija, l-immodernizzar tar-reġim

tad-drittijiet tal-awtur Ewropew u l-iffaċilitar tal-għoti ta’

liċenzji, waqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-drit-

tijiet tal-proprjetà intellettwali u b’kont meħud tad-diversità

kulturali.

c) Huma meħtieġa aktar sforzi biex jitnaqqas il-piż regolatorju

ġenerali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Il-Kummissjoni ser

tippreżenta komunikazzjoni dwar passi ulterjuri lejn “rego-

lamentazzjoni intelliġenti”, inkluż miżuri għall-appoġġ tal-

mikrointrapriżi, sa tmiem l-2012.

d) L-ikkompletar sħiħ tas-suq intern tal-enerġija sal-2014

f’konformità mal-iskadenzi miftiehma u l-iżgurar li l-ebda

Stat Membru ma jibqa’ iżolat min-netwerks Ewropej tal-

gass u tal-elettriku wara l-2015 ser jikkontribwixxu b’mod

sinifikanti għall-kompettività, it-tkabbir u l-impjiegi tal-UE.

kg302279_MT_inside_b.indd 50 26/03/13 16:09

Page 53: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

51

fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi

tal-Kummissjoni dwar il-garanziji għaż-żgħażagħ u l-qafas

ta’ kwalità għall-apprendistati. Huwa importanti wkoll li

tiġi promossa l-attività mill-ġdid ta’ ħaddiema akbar fl-età.

Il-governanza tal-UE, inkluża sorveljanza multilaterali tal-

politiki dwar l-impjiegi, għandha tittejjeb.

l) Għandha tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tax-xogħol fl-UE. Il-portal

tal-EURES għandu jiġi żviluppat f’għodda verament

Ewropea ta’ kollokament u reklutaġġ; għandha tiġi eżaminata

l-possibbiltà li dan jiġi estiż għall-apprendistati u t-taħriġ għax-

xogħol kif ukoll għandu jingħata iktar appoġġ għat-tħejjija

tal-azzjoni “L-ewwel impjieg EURES tiegħek”. Għandhom

jiġu żviluppati strumenti ġodda tal-UE biex jittieħed kont

aħjar tal-ħiliet ġodda meħtieġa, jittejjeb ir-rikonoxximent

tal-kwalifiki professjonali u tal-ħiliet lingwistiċi, jitnaqqas

in-numru ta’ professjonijiet regolati u jissaħħaħ l-akkwist

u l-preservazzjoni tad-drittijiet tal-pensjonijiet transkonfi-

nali u tal-benefiċċji soċjali oħrajn għall-ħaddiema tal-UE.

Il-ħidma dwar il-proposta dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-

ħaddiema stazzjonati għandha wkoll titmexxa ’l quddiem.

m) Il-kummerċ għandu jintuża aħjar bħala mutur għat-tkabbir.

L-Unjoni Ewropea hija determinata li tippromwovi

kummerċ ħieles, ġust u miftuħ waqt li fl-istess ħin tasse-

rixxi l-interessi tagħha, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju

reċiproku speċjalment fir-rigward tal-akbar ekonomiji

tad-dinja. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-aċċess

għas-swieq tal-akkwist pubbliku f’pajjiżi terzi għandha

tiġi eżaminata b’mod rapidu. Waqt li t-tisħiħ tas-sistema

multilaterali jibqa’ objettiv kruċjali, in-negozjati bilaterali

li għaddejjin u potenzjali li jmiss għandhom importanza

ekonomika partikolarment għolja. Aktar sforzi għandhom

b’mod partikolari jiġu mmirati lejn it-tneħħija tal-ostakoli

tal-kummerċ, aċċess aħjar għas-suq, kundizzjonijiet ade-

gwati għall-investiment, il-protezzjoni tal-proprjetà intel-

lettwali u l-ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku. Il-ftehimiet

li ġew finalizzati jeħtieġ jiġu ffirmati u ratifikati rapidament.

Il-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles ma’ Singapor u l-Kanada

għandhom jiġu ffinalizzati sa tmiem is-sena; in-negozjati

mal-Indja jeħtieġu impuls ġdid miż-żewġ naħat, u għandha

tkompli l-ħidma biex tiġi approfondita r-relazzjoni

kummerċjali tal-UE mal-Ġappun. Il-Kapijiet ta’ Stat jew

ta’ Gvern jistennew b’interess ir-rakkomandazzjonijiet

tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli UE-Stati Uniti dwar

l-Impjiegi u t-Tkabbir u jimpenjaw ruħhom li jaħdmu lejn

l-objettiv tat-tnedija fl-2013 tan-negozjati dwar ftehim tran-

satlantiku komprensiv dwar il-kummerċ u l-investiment.

n) L-istabbiltà finanzjarja hija prerekwiżit għat-tkabbir.

Ir-rapport “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”

jiddeskrivi ideat importanti f’dan ir-rigward. Hemm oqsma

fejn l-Istati Membri li jikkondividu munita unika, u oħrajn

li huma lesti jagħmlu parti mill-isforz, jixtiequ jżidu l-isforzi

tagħhom biex jikkoordinaw u jintegraw il-politiki finanzjarji,

fiskali u ekonomiċi tagħhom fil-qafas tal-Unjoni Ewropea,

waqt li jirrispettaw kompletament l-integrità tas-Suq Uniku

u tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

— Fejn ikun adatt, u  waqt li jirrispettaw ir-regoli ta’

diżimpenn, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li

jaħdmu mal-Kummissjoni skont regoli u prattiki eżistenti

fl-użu ta’ parti mill-allokazzjoni tagħhom tal-Fondi

Strutturali biex jaqsmu r-riskju tas-self tal-BEI u jippro-

vdu garanziji ta’ self għall-għarfien u l-ħiliet, l-effiċjenza

fir-riżorsi, l-infrastruttura strateġika u  l-aċċess għall-

finanzjament tal-SMEs. Il-Fondi Strutturali allokaw mill-

ġdid fondi biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni,

l-SMEs u l-impjiegi fost iż-żgħażagħ u EUR 55 biljun oħra

ser jingħataw għall-miżuri li jsaħħu t-tkabbir fil-perijodu

attwali. Għandu jissaħħaħ aktar l-appoġġ għall-SMEs,

inkluż billi jiġi żgurat l-aċċess eħfef tagħhom għall-fondi

tal-UE.

L-Istati Membri għandhom ukoll il-possibbiltà li jikkunsi-

draw ir-riallokazzjonijiet fil-pakketti nazzjonali tagħhom,

taħt regoli eżistenti u f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

— L-azzjoni tal-Fond Ewropew tal-Investiment għandha

tiġi żviluppata, b’mod partikolari rigward l-attività tal-

kapital ta’ riskju tiegħu, b’kollegament mal-istrutturi

nazzjonali eżistenti.

i) Il-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jkun katalist għat-

tkabbir u  l-impjiegi madwar l-Ewropa, partikolarment

billi jisfrutta investimenti produttivi u fil-kapital uman. Fil-

Qafas Finanzjarju Pluriennali futur, għandu jiġu mobilizzat

l-infiq b’appoġġ għat-tkabbir, l-impjiegi, il-kompetittività

u l-konverġenza, f’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020.

j) Il-politika dwar it-taxxa għandha tikkontribwixxi għall-

konsolidazzjoni fiskali u t-tkabbir sostenibbli. Għandhom

jitkomplew il-ħidma u d-diskussjonijiet dwar il-proposti

tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni tal-enerġija, dwar

il-bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva u dwar

ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq it-Tfaddil. Kif

innotat fil-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012, il-proposta għal

Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji mhux ser tiġi adot-

tata mill-Kunsill f’perijodu raġonevoli. Diversi Stati Membri

għalhekk ser iniedu talba għal kooperazzjoni msaħħa f’dan

il-qasam, bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħha sa Diċembru 2012.

Il-Kummissjoni qed tkompli l-ħidma fuq mezzi konkreti biex

tittejjeb il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa

u dalwaqt ser tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni li jinkludi opzjoni-

jiet għal dak il-għan. Irid jintlaħaq qbil rapidu dwar id-diret-

tivi ta’ negozjar għal ftehimiet dwar it-taxxa fuq it-tfaddil ma’

pajjiżi terzi. L-Istati Membri li jipparteċipaw fil-Patt Euro Plus

ser ikomplu d-diskussjonijiet strutturati dwar kwistjonijiet

ta’ politika tat-tassazzjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw

l-iskambji tal-aħjar prattiki.

k) Li tingħata spinta lill-impjiegi, kemm għan-nisa kif ukoll għall-

irġiel, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u dawk qiegħda fit-tul,

hija prijorità ċara. Il-Kunsill ser jeżamina malajr u jiddeċiedi

dwar il-proposti li jinsabu fil-“Pakkett tal-Impjiegi” tal-

Kummissjoni, b’enfasi fuq il-ħolqien tax-xogħol ta’ kwalità,

ir-riforma strutturali tas-swieq tax-xogħol u l-investiment

fil-kapital uman. Huwa kruċjali li jiġi indirizzat il-qgħad

kg302279_MT_inside_b.indd 51 26/03/13 16:09

Page 54: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

52

finanzjarja ser tiġi pprovduta mill-EFSF sakemm il-MES isir dis-

ponibbli, u li imbagħad din ser tiġi trasferita lill-MES, mingħajr ma

tikseb status privileġġat.

Aħna naffermaw l-impenn qawwi tagħna li nagħmlu dak li hu

neċessarju biex niżguraw l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro,

b’mod partikolari billi nużaw l-istrumenti eżistenti EFSF/MES

b’mod flessibbli u effettiv sabiex nistabbilizzaw is-swieq għall-Istati

Membri waqt li nirrispettaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi

għall-Pajjiżi tagħhom u l-impenji l-oħrajn tagħhom inklużi l-iskedi

ta’ żmien rispettivi tagħhom, taħt is-Semestru Ewropew, il-Patt ta’

Stabbiltà u Tkabbir u l-Proċedura ta’ Żbilanċi Makroekonomiċi.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu riflessi f’Memoran-

dum ta’ Qbil. Aħna nilqgħu li l-BĊE qabel li jservi ta’ aġent għall-

EFSF/MES fit-twettiq tal-operazzjonijiet tas-swieq b’mod effettiv

u effiċjenti.

Aħna nagħtu l-kompitu lill-Grupp tal-euro biex jimplimenta dawn

id-deċiżjonijiet sad-9 ta’ Lulju 2012.

Aħna naffermaw li huwa imperattiv li nkissru ċ-ċirku vizzjuż bejn

il-banek u l-gvernijiet. Il-Kummissjoni dalwaqt ser tippreżenta

Proposti abbażi tal-Artikolu 127(6) għal mekkaniżmu superviżorju

uniku. Aħna nitolbu lill-Kunsill jikkunsidra dawn il-Proposti

bħala kwistjoni ta’ urġenza sa tmiem l-2012. Meta jiġi stabbilit

mekkaniżmu superviżorju uniku effettiv, li jinvolvi lill-BĊE, għall-

banek fiż-żona tal-euro, il-MES ikun jista’, wara deċiżjoni regolari,

ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza lill-banek direttament. Dan

jiddependi fuq kondizzjonalità adatta, inkluża l-konformità mar-

regoli tal-għajnuna mill-Istat, li għandhom ikunu speċifiċi skont

l-istituzzjoni, skont is-settur jew għall-ekonomija kollha, u jiġi for-

malizzat f’Memorandum ta’ Qbil. Il-Grupp tal-euro ser jeżamina

s-sitwazzjoni tas-settur finanzjarju Irlandiż bil-għan li tittejjeb aktar

is-sostenibbiltà tal-programm ta’ aġġustament li jkun miexi tajjeb.

Każijiet simili ser jiġu trattati bl-istess mod.

Aħna nħeġġu l-konklużjoni rapida tal-Memorandum ta’ Qbil

mehmuż mal-appoġġ finanzjarju lil Spanja għar-rikapitalizzazzjoni

tas-settur bankarju tagħha. Aħna naffermaw li l-assistenza

DIKJARAZZJONI MILLISTATI MEMBRI TAŻŻONA

TALEURO 29 TA’ ĠUNJU 2012

kg302279_MT_inside_b.indd 52 26/03/13 16:09

Page 55: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

53

I. QAFAS FINANZJARJU INTEGRAT

L-integrazzjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni Ewropea ġiet

approfondita sinifikattivament b’segwitu għall-introduzzjoni

tal-munita unika. Madankollu, is-superviżjoni, il-maniġġar tal-

kriżijiet u r-riżoluzzjoni tal-banek għadhom jiġu organizzati fuq

linji nazzjonali. Bħala riżultat, in-nuqqas ta’ għodod komuni għar-

riżoluzzjoni tal-banek fixkel l-effikaċja tal-maniġġar tal-kriżijiet,

biex b’hekk żdiedu l-ispejjeż tal-appoġġ tas-settur finanzjarju

għall-kontribwenti tat-taxxi kif ukoll ir-riskji relatati mal-istabbiltà

finanzjarja u fiskali. Il-kriżi wasslet għall-frammentazzjoni tas-suq

finanzjarju taż-żona tal-euro, b’implikazzjonijiet negattivi għall-

kondizzjonijiet tal-kreditu. Kif imsemmi fil-konsultazzjonijiet

bilaterali, l-istabbiliment ta’ qafas finanzjarju integrat hu meħtieġ

għall-kisba ta’ unjoni ekonomika u monetarja ġenwina. Il-qafas

finanzjarju integrat għandu jinkludi awtorità superviżorja unika,

qafas ta’ riżoluzzjoni komuni implimentat minn awtorità ta’

riżoluzzjoni komuni, u skemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti

mibnija fuq standards komuni.

Mekkaniżmu Superviżorju Uniku

Il-bidla ġenerali regolatorja kbira li twettqet fl-2010 ħolqot is-

Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja. L-Awtoritajiet

Superviżorji Ewropej, inkluż l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)

u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), ingħataw

prinċipalment funzjonijiet ta’ koordinazzjoni iżda s-setgħat

essenzjali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet baqgħu f’idejn l-awtoritajiet

nazzjonali. Abbozz ġdid ta’ leġislazzjoni ppreżentat mill-Kum-

missjoni Ewropea issa jipproponi l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu

superviżorju uniku (MSU) ipprovdut mill-Bank Ċentrali Ewropew,

li jkopri ż-żona tal-euro u li hu miftuħ għall-Istati Membri kollha.

L-adozzjoni tal-MSU hi kwistjoni ta’ prijorità. F’dan ir-rigward,

hemm tliet elementi importanti: l-ewwel nett, separazzjoni ċara

bejn il-politika monetarja u l-funzjonijiet superviżorji tal-BĊE; it-

tieni nett, bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi għall-Istati Membri

kollha li jipparteċipaw fl-arranġamenti superviżorji ġodda; it-tielet,

obbligu ta’ rendikont adatt tas-superviżur uniku ġdid, inkluż lill-

Parlament Ewropew.

Il-MSU għandu jopera b’mod li hu kompletament konsistenti

mas-Suq Uniku. Għal dan il-għan, l-Awtorità Bankarja Ewropea

ser iżżomm ir-rwol tagħha u l-iffokar tagħha fuq l-istabbiliment

u l-iżgurar tal-implimentazzjoni ta’ ġabra unika ta’ regoli sabiex

jiġu preservati kondizzjonijiet indaqs madwar l-UE kollha. Hija

ser tippreserva wkoll ir-rwol tagħha ta’ medjatur bejn id-diversi

superviżuri. F’dan ir-rigward, il-modalitajiet ta’ votazzjoni tal-

ABE għandhom jiġu adattati sabiex jippermettu rappreżentanza

ġusta u teħid ta’ deċiżjonijiet effikaċi fis-suq uniku għas-servizzi

finanzjarji.

Fl-aħħar nett, hu importanti li din is-superviżjoni ċentralizzata

tippermetti kontinwità bla xkiel bejn il-politika mikroprudenzjali

u dik makroprudenzjali u tikkontribwixxi għall-infurzar tal-ħidma

tal-BERS.

LEJN UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA ĠENWINA

RAPPORT INTERIM MILLPRESIDENT VAN ROMPUY 12 TA’ OTTUBRU 2012

Fil-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju, “il-President tal-Kunsill Ewropew ġie mistieden biex jiżviluppa, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Grupp tal-Euro u l-President tal-BĊE, pjan direzzjonali speċifiku u marbut biż-żmien għall-kisba ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”. Dan ir-rapport interim għall-Kunsill Ewropew jibni prinċipalment

fuq ideat u proposti li ġew espressi matul serje ta’ laqgħat bilaterali f’Settembru mal-Istati Membri kollha tal-UE u mal-

Parlament Ewropew u l-President tiegħu. L-għan ta’ dan ir-rapport hu li jenfasizza l-punti ta’ konverġenza u jiddeskrivi

l-oqsma li jeħtieġu aktar ħidma għar-rapport finali mistenni f’Diċembru.

Skont it-Trattat, l-Unjoni stabbilixxiet unjoni ekonomika u monetarja li għandha bħala munita l-euro. Il-fehmiet li jinsabu

f’dan ir-rapport jiffukaw fuq l-Istati Membri taż-żona tal-euro li qegħdin jaffaċċjaw sfidi speċifiċi minħabba li jikkondividu

l-munita. Il-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar profonda għandu jkun ikkaratterizzat minn attitudni miftuħa

u trasparenza u jkun totalment kompatibbli mas-Suq Uniku fl-aspetti kollha.

Ir-rapport hu strutturat madwar moduli essenzjali identifikati fir-rapport “Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina”

ippreżentat lill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.

* * *

kg302279_MT_inside_b.indd 53 26/03/13 16:09

Page 56: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

54

skossi makroekonomiċi u finanzjarji negattivi. Il-karatteristiċi uniċi

tal-UEM jiġġustifikaw approċċ speċifiku.

Governanza ekonomika aktar b’saħħitha

Fil-futur qrib, il-prijorità hi li jiġu kkompletati u implimentati passi

ġodda għal governanza ekonomika aktar b’saħħitha. F’dawn

l-aħħar sentejn, titjib sinifikanti għall-qafas ibbażat fuq ir-regoli

għall-politiki fiskali fi ħdan l-UEM ġie promulgat (’Six-Pack’) jew

maqbul (Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Gover-

nanza), b’iffokar akbar fuq il-prevenzjoni ta’ żbilanċi baġitarji,

l-għoti ta’ importanza akbar lill-iżviluppi fir-rigward tad-dejn,

it-titjib fil-mekkaniżmi tal-infurzar u l-appartenenza nazzjonali

għar-regoli tal-UE. L-elementi l-oħrajn relatati mat-tisħiħ tal-gover-

nanza fiskali fiż-żona tal-euro (’Two-Pack’), li għadhom fil-proċess

leġislattiv, għandhom jiġu ffinalizzati urġentement u jiġu impli-

mentati bir-reqqa. Dan il-qafas il-ġdid ta’ governanza ser jipprevedi

l-koordinazzjoni ex ante tal-baġits annwali tal-Istati Membri taż-

żona tal-euro u jsaħħaħ is-sorveljanza ta’ dawk li jkunu għaddejjin

minn diffikultajiet finanzjarji.

Kapaċità fiskali

Waħdu, it-tisħiħ tad-dixxiplina, madankollu, mhuwiex biżżejjed.

Fit-tul, jeħtieġ li tiġi esplorata l-possibbiltà li mmorru lil hinn

mill-passi attwali għat-tisħiħ tal-governanza ekonomika permezz

tal-iżvilupp gradwali ta’ kapaċità fiskali għall-UEM. Tali kapaċità

fiskali tista’ tieħu diversi forom u jeħtieġ li diversi possibbiltajiet jiġu

esplorati b’mod aktar dettaljat bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew

ta’ Diċembru. Din għandha tappoġġa funzjonijiet fiskali ġodda li

mhumiex koperti mill-qafas finanzjarju pluriennali. Ikun meħtieġ

li jiġu eżaminati l-modi kif din il-kapaċità tiġi żviluppata fil-qafas

tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha.

Waħda mill-funzjonijiet ta’ din il-kapaċità fiskali ġdida tista’ tkun

il-faċilitazzjoni ta’ aġġustamenti għal skossi speċifiċi għall-pajjiżi

billi jkun previst ċertu livell ta’ assorbiment fil-livell ċentrali.

Fl-UEM, ir-rispons għal skoss simetriku li jaffettwa lill-pajjiżi kol-

lha simultanjament għandu fl-ewwel lok jiġi pprovdut mill-poli-

tika monetarja, filwaqt li fil-kuntest tal-iskossi ekonomiċi speċifiċi

għall-pajjiżi, ir-rispons għandu jingħata fl-ewwel lok mill-baġits

nazzjonali. Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà hu strument

għall-maniġġar tal-kriżijiet u ma tfassalx biex iwettaq dik il-fun-

zjoni ta’ assorbimenti ta’ skossi. Barra minn hekk, minħabba l-livelli

baxxi ta’ mobbiltà tal-ħaddiema minn pajjiż għal ieħor u l-impedi-

menti strutturali għall-flessibbiltà tal-prezzijiet, il-mekkaniżmi ta’

aġġustament ekonomiku huma inqas effikaċi minn dawk f’unjoni-

jiet monetarji oħrajn. L-assorbiment tal-iskossi asimetriċi fil-livell

ċentrali jkun jirrappreżenta forma ta’ solidarjetà fiskali limitata

eżerċitata tul iċ-ċikli ekonomiċi, biex b’hekk titjieb ir-reżiljenza

ekonomika tal-UEM. L-elementi tal-kondiviżjoni tar-riskji fiskali

jistgħu u għandhom ikunu strutturati b’tali mod li ma jwasslux

għal trasferimenti permanenti minn pajjiż għal ieħor jew jimminaw

l-inċentiv li jiġu indirizzati d-dgħjufijiet strutturali.

Funzjoni importanti oħra ta’ tali kapaċità fiskali tkun il-faċilitazzjoni

tar-riformi strutturali li jtejbu l-kompetittività u t-tkabbir potenzjali

Riżoluzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea diġà pproponiet Direttiva għall-

Irkupru u r-Riżoluzzjoni li ser tiżgura (i) l-użu ta’ prattika tajba

u għodod superjuri ta’ riżoluzzjoni bankarja għall-protezzjoni

tal-kontribwenti tat-taxxa (eż. l-ippleġġjar intern, il-ħolqien ta’

banek tranżitorji, eċċ) u (ii) il-konsistenza tal-iskemi nazzjonali

għall-faċilitazzjoni ta’ riżoluzzjonijiet relatati mal-pajjiż tal-oriġni

u dak ospitanti u l-maniġġar ta’ kriżijiet transkonfinali. Il-fondi

għar-riżoluzzjoni nazzjonali li tipproponi d-direttiva ser jiżguraw

ukoll li l-ispiża relatata mar-riżoluzzjoni titħallas l-ewwel u qabel

kollox mis-settur privat.

F’kuntest fejn is-superviżjoni tiġi trasferita effettivament għall-

mekkaniżmu superviżorju uniku, issir meħtieġa awtorità komuni

responsabbli għar-riżoluzzjoni bi pjan ta’ emerġenza adatt sabiex

jiġi żgurat li deċiżjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni jittieħdu rapida-

ment, b’mod imparzjali u fl-aħjar interess ta’ kulħadd. Matul il-fażi

ta’ transizzjoni u wara l-istabbiliment ta’ MSU effikaċi, il-MES ser

ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza lill-banek direttament, filwaqt

li jistrieħ fuq kondizzjonalità adatta.

Mekkaniżmi ta’ garanzija tad-depożiti

Skemi kredibbli ta’ garanzija tad-depożiti jista’ jkollhom rwol pre-

ventiv importanti fl-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-proposta

leġislattiva li tarmonizza l-iskemi nazzjonali ta’ garanzija tad-

depożiti hi pass importanti lejn il-kisba ta’ dan l-objettiv. Hija

tistabbilixxi prinċipju ġenerali b’saħħtu biex tali skemi jiġu ffinan-

zjati suffiċjentement mill-kontribuzzjonijiet mis-settur finanzjarju,

filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet indaqs fl-iskemi differenti

kollha.

Globalment, il-ħolqien ta’ qafas finanzjarju integrat għandu impli-

kazzjonijiet fiskali, ekonomiċi u politiċi importanti u għalhekk

ma jistax ikun previst separatament mill-passi lejn oqfsa fiskali

u ekonomiċi aktar integrati u responsabbilizzazzjoni politika akbar.

Il-kondiviżjoni tar-riskji tas-settur bankarju mingħajr dixxiplina

fiskali aktar effikaċi tista’ altrimenti twassal għal inċentivi negattivi

għas-sovrani.

II. QAFAS BAĠITARJU INTEGRAT

Il-kriżi ssottolinjat il-livell għoli ta’ interdipendenza bejn il-pajjiżi

taż-żona tal-euro u saħansitra lil hinn minnhom. Hija wriet li l-poli-

tiki baġitarji nazzjonali huma kwistjoni ta’ interess komuni vitali.

Dan jindika l-ħtieġa li l-qafas attwali għas-sorveljanza u l-koordi-

nazzjoni tal-politiki baġitarji jiġi kkomplementat b’qafas ta’ koor-

dinazzjoni ta’ natura aktar ex ante, kif propost fit-“Two-Pack”, u li

jkun hemm moviment gradwali lejn qafas baġitarju kompletament

integrat u komprensiv. Dan jiżgura politiki baġitarji sani fil-livell

nazzjonali u Ewropew u b’hekk jikkontribwixxi għat-tkabbir sos-

tenibbli u l-istabbiltà makroekonomika.

L-istorja ta’ unjonijiet monetarji oħrajn turi li hemm diversi modi

kif jista’ jsir progress lejn l-unjoni fiskali. Fost l-unjonijiet mone-

tarji hemm differenzi fir-rigward tal-grad ta’ ċentralizzazzjoni tal-

istrumenti baġitarji u l-arranġamenti għas-solidarjetà fiskali kontra

kg302279_MT_inside_b.indd 54 26/03/13 16:09

Page 57: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

55

Ir-riformi tal-qafas ta’ sorveljanza tal-UEIl-kriżi kixfet in-nuqqasijiet tal-qafas ta’ politika ekonomika

preċedenti u wasslet għal diversi riformi tal-qafas ta’ sorveljanza

tal-UE, li laħqu l-qofol tagħhom fil-ħolqien ta’ Semestru Ewropew

integrat b’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u Proċedura

għal Żbilanċi Makroekonomiċi ġdida b’sanzjonijiet, biex jiġu indi-

vidwati u kkoreġuti żbilanċi possibbilment ta’ ħsara. Ingħatat spinta

wkoll mill-Patt Euro Plus, li sadanittant ġie integrat fis-Semestru

Ewropew. Valutazzjoni kompluta tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza

li għadhom kif ġew implimentati hija prematura. Madankollu, evi-

denza bikrija titfa’ dawl fuq għadd ta’ oqsma fejn dawn il-proċeduri

jistgħu jibbenefikaw minn viżibbiltà, awtorità u impatt akbar.

L-indikaturi tal-kwalità istituzzjonali, is-suq tax-xogħol u l-klima

tan-negozju juru dgħjufijiet madwar l-UE u  differenzi konsi-

derevoli bejn l-Istati Membri. Il-finalizzazzjoni tas-Suq Uniku

huwa mod qawwi kif jiġu indirizzati wħud minn dawn id-difetti.

L-implimentazzjoni rapida tal-miżuri inklużi fil-Patt ta’ Tkabbir

u Impjiegi ta’ Ġunju 2012 hija prijorità ewlenija.

Il-promozzjoni ta’ riformi strutturali permezz ta’ arranġamenti ta’ natura kuntrattwaliLil hinn mill-finalizzazzjoni tas-Suq Uniku, il-funzjonament bla

xkiel tal-UEM jeħtieġ koordinazzjoni, konverġenza u infurzar aktar

b’saħħithom fil-qasam tal-politika ekonomika. F’dan il-kuntest, kif

imsemmi fil-konsultazzjonijiet bilaterali, idea li għandha tiġi esplo-

rata hija li l-Istai Membri taż-żona tal-euro jidħlu f’arranġamenti

individwali ta’ natura kuntrattwali mal-istituzzjonijiet tal-UE

dwar ir-riformi għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi li dawn

il-pajjiżi jimpenjaw irwieħhom li jwettqu u l-implimentazzjoni

tagħhom. Dan jista’ jinkludi l-appoġġ ta’ sforzi ta’ riforma per-

mezz ta’ inċentivi finanzjarji limitati, temporanji, flessibbli u mmi-

rati. Tali arranġamenti jistgħu jintrabtu mar-riformi identifikati

fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-Kunsill, u jibnu

fuq proċeduri tal-UE, bħall-pjanijiet ta’ azzjoni korrettivi taħt

il-proċedura ta’ żbilanċi eċċessivi jew il-programmi ta’ sħubija

ekonomika. Qafas integrat ta’ politika ekonomika, li jinkludi

l-koordinazzjoni ex ante ta’ pjanijiet ta’ riforma estensiva fil-politika

ekonomika b’effetti kollaterali sinifikanti fuq iż-żona tal-euro, jgħin

ukoll biex jiggwida l-politiki f’oqsma bħall-mobbiltà tal-ħaddiema

jew il-koordinazzjoni tat-taxxa. Tali mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni

jistgħu jkunu miftuħa għall-Istati Membri li għadhom ma adottawx

l-euro.

It-tisħiħ tal-politika makroprudenzjaliFinalment, qafas integrat ta’ politika ekonomika jikkontribwixxi

biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni kbira u  rapida ta’ żbilanċi li

jistgħu jiġu kkawżati minn kondizzjonijiet finanzjarji inadegwati

fil-livell nazzjonali. Pass possibbli, konsistenti mal-iżvilupp ta’ qafas

finanzjarju integrat, jista’ jkun l-użu aħjar ta’ għodod ta’ politika

makroprudenzjali. Il-provvista ta’ dawn l-għodod lil superviżur

waħdieni futur — kif attwalment previst fl-abbozz ta’ leġislazzjoni

dwar il-mekkaniżmu superviżorju waħdieni li diġà ġie ppreżentat

mill-Kummissjoni — ittejjeb b’mod sinifikanti l-impatt tal-politika

makroprudenzjali. Hija tista’ tgħin fil-ġestjoni aħjar tal-iżvilupp

fir-rigward ta’ qafas ta’ politika ekonomika integrata (ara t-taq-

sima III hawn taħt). Funzjoni ta’ assorbiment tal-iskossi li taħdem

sew teħtieġ grad akbar ta’ konverġenza bejn l-istrutturi u l-politiki

ekonomiċi tal-Istati Membri. Għalhekk, iż-żewġ objettivi tal-assor-

biment tal-iskossi u l-appoġġ għar-riformi strutturali huma kom-

plementari u jsaħħu lil xulxin.

L-istabbiliment ta’ tali kapaċità fiskali ġdida m’għandux idgħajjef

il-konformità mar-regoli fiskali u d-dixxiplina fiskali fl-Istati Membri

individwali. Aspett ewlieni ta’ kapaċità fiskali futura, li jkun jeħtieġ li

jiġi eżaminat bir-reqqa, jkun l-abbiltà possibbli tagħha li jkun hemm

self. F’dan ir-rigward, ikun meħtieġ li r-regola ta’ baġit bilanċjat

imnaqqxa kemm fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir kif ukoll fit-Trattat

dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza tkun tapplika

għal din il-kapaċità fiskali. Qafas baġitarju integrat għal kollox ikun

jesiġi l-istabbiliment ta’ funzjoni ta’ Teżor b’responsabbiltajiet fis-

kali definiti b’mod ċar.

Ass finanzjarju sikur u likwidu għaż-żona tal-euro

Ġie ssuġġerit li l-istabbiliment ta’ ass sikur u  likwidu ġenwin

taż-żona tal-euro jista’ jikkontribwixxi biex jiġu limitati ċ-ċrieki

vizzjużi bejn il-banek u  l-finanzi pubbliċi, li kien wieħed mis-

sorsi ta’ kontaġju fil-kriżi attwali. F’dan il-kuntest, il-kondiviżjoni

ta’ xi strumenti ta’ finanzjament sovrani fuq perijodu qasir

(pereżempju kambjali tat-teżor) fuq bażi limitata u kondizzjonali

tista’ tiġi eżaminata aktar. Dan ikun jirrikjedi livell ogħla ta’ teħid

ta’ deċiżjonijiet komuni dwar il-baġits, bini fuq id-dispożizzjonijiet

fit-“Two-Pack” fir-rigward tal-eżami tal-pjanijiet baġitarji abbozzati

u l-koordinazzjoni ex ante tal-ħruġ ta’ dejn. Saru wkoll proposti

biex jindirizzaw l-istokk eżistenti ta’ dejn sovran fuq bażi kondizzjo-

nali u temporanja permezz tar-rifinanzjament gradwali f’fond ta’

ammortament tal-piż tad-dejn (legacy debt) li ġie akkumulat

mill-maġġoranza tal-Istati Membri fiż-żmien li wassal għall-kriżi

finanzjarja u tad-dejn u matulha.

III. QAFAS INTEGRAT TA’ POLITIKA

EKONOMIKA

Sabiex tibqa’ ekonomija tas-suq soċjali ferm attraenti u tippre-

serva l-mudell soċjali Ewropew, huwa importanti għall-Unjoni li

tkun globalment kompetittiva u għall-unjoni monetarja li tevita

diverġenzi eċċessivi fil-kompetittività bejn l-Istati Membri sabiex

kull pajjiż ikun jista’ jaġġusta mingħajr xkiel u malajr għall-iskossi.

Dan jinkludi flessibbiltà fil-prezzijiet fl-ekonomija kollha kif ukoll

l-abbiltà li jiġu ttrattati bżieżaq ta’ assi u ta’ kreditu. Irid jinstab

bilanċ delikat bejn, min-naħa l-waħda, il-ħtieġa li tinżamm l-awto-

nomija tal-politika u l-kapaċità ta’ aġġustament tal-Istati Membri u,

min-naħa l-oħra, l-infurzabbiltà ta’ miżuri bil-għan li tiġi pprevenuta

l-akkumulazzjoni ta’ żbilanċi u biex jiġu faċilitati aġġustamenti ta’

prezzijiet u ta’ spejjeż. Dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-poli-

tiki nazzjonali jkunu orjentati lejn tkabbir ekonomiku, kompetitti-

vità u impjiegi b’saħħithom u sostenibbli u ma jdgħajfux l-istabbiltà

finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi.

kg302279_MT_inside_b.indd 55 26/03/13 16:09

Page 58: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

56

l-ispirtu, għandhom jiġu esplorati modi ta’ kif jiġi żgurat dibattitu

fil-Parlament Ewropew u fil-parlamenti nazzjonali dwar ir-rakko-

mandazzjonijiet adottati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Il-governanza fi ħdan iż-żona tal-euro għandha tkompli titjieb

abbażi tad-dikjarazzjoni tas-summit taż-żona tal-euro tas-

26 ta’ Ottubru 2011 u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza.

Il-qafas ta’ governanza jista’ jibbenefika wkoll minn djalogu soċjali

attiv u miftuħ.

V. PASSI LI JMISS

Abbażi ta’ dan ir-rapport interim u b’kont meħud tal-iskambju

ta’ fehmiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 u  d-19 ta’ Ottubru

u l-konklużjonijiet tiegħu, fil-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’

Diċembru ser jiġi ppreżentat pjan direzzjonali speċifiku u marbut

biż-żmien għall-kisba ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina.

Waqt il-proċess preparatorju ser jitkomplew konsultazzjonijiet

informali mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew. Jistgħu jsiru

wkoll skambji ta’ fehmiet ma’ partijiet interessati prinċipali oħrajn.

ta’ riskji partikolarment speċifiċi għall-pajjiżi fil-prezzijiet tal-assi

u tal-kreditu. F’dan il-kuntest, il-BERS għandu jkollu rwol akbar.

IV. LEĠITTIMITÀ DEMOKRATIKA

U RESPONSABBILTÀ

Bħala prinċipju ġenerali, il-kontroll demokratiku u r-responsabbiltà

għandhom jeżistu fil-livell li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet. Dan jim-

plika dipendenza fuq il-Parlament Ewropew fir-rigward tar-respon-

sabbiltà għad-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew iżda wkoll li jinżamm

u jiġi żgurat ir-rwol kruċjali tal-parlamenti nazzjonali, kif adatt.

It-Trattat ta’ Lisbona diġà introduċa titjib fil-kontabbiltà demo-

kratika tal-UE, kemm għall-Parlament Ewropew kif ukoll għall-

parlamenti nazzjonali. Rwol imsaħħaħ aktar tal-istituzzjonijiet

tal-UE għandu jiġi akkumpanjat b’involviment ekwivalenti tal-

Parlament Ewropew fil-proċeduri tal-UE. Jistgħu jittieħdu wkoll

għadd ta’ passi konkreti biex jiżdied il-livell ta’ kooperazzjoni

bejn il-parlamenti nazzjonali u  l-Parlament Ewropew, abbażi

tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza u tal-Protokoll 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament

tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-metodu tal-Komunità. F’dan

kg302279_MT_inside_b.indd 56 26/03/13 16:09

Page 59: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

57

Nilqgħu l-progress li sar mill-Greċja u t-trojka biex jintlaħaq qbil

dwar il-linji ta’ politika li jsostnu l-programm ta’ aġġustament u nis-

tennew b’interess il-konklużjoni tal-analiżi li għaddejja bħalissa.

Il-Grupp tal-euro għandu jeżamina l-eżitu tal-analiżi fid-dawl tar-

rapport tat-trojka u għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Nilqgħu d-determinazzjoni tal-Gvern Grieg li jirrispetta l-impenji

tiegħu u nfaħħru l-isforzi eċċezzjonali tal-poplu Grieg. Sar progress

tajjeb biex il-programm ta’ aġġustament jerġa’ jitqiegħed fit-triq

it-tajba. Nistennew li l-Greċja tkompli bir-riformi tal-politika

baġitarja u strutturali u ninkoraġġixxu l-isforzi tagħha biex tiżgura

implimentazzjoni rapida tal-programm. Dan hu meħtieġ għal set-

tur privat aktar kompetittiv, investiment privat u settur pubbliku

effettiv. Dawn il-kundizzjonijiet ser jippermettu lill-Greċja tikseb

tkabbir imġedded u għandhom jiżguraw il-futur tagħha fiż-żona

tal-euro.

DIKJARAZZJONI MILLKAPIJIET TA’ STAT JEW TA’ GVERN TAZŻONA

TALEURO 18 TA’ OTTUBRU 2012

kg302279_MT_inside_b.indd 57 26/03/13 16:09

Page 60: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

58

biex jiġi żgurat li EUR 55 biljun ta’ Fondi Strutturali jiġu

mobilizzati b’mod rapidu u effiċjenti; il-Kummissjoni ser

tkompli tgħin lill-Istati Membri biex jipprogrammaw mill-

ġdid il-Fondi Strutturali sabiex jiffokawhom aħjar fuq it-

tkabbir u l-impjiegi. Għandha tingħata attenzjoni adegwata

sabiex jiġi żgurat aċċess ekwu għall-finanzjament għall-Istati

Membri kollha. Il-fażi pilota tal-Bonds għall-Finanzjament

ta’ Proġetti qiegħda tiġi implimentata b’EUR 100 miljun

diġà awtorizzati u l-EUR 130 miljun li jifdal għandhom

jiġu mobilizzati kmieni s-sena d-dieħla, li b’kollox għandu

jkollha effett ta’ lieva fuq l-investiment sa EUR 4,5 biljun fil-

fażi pilota. F’Novembru, il-Kunsill Ewropew ser jiddedika

laqgħa speċjali biex jintlaħaq qbil dwar il-Qafas Finanzjarju

Pluriennali li jmiss u b’hekk jiġi żgurat li dan jiġi adottat

sal-aħħar tas-sena. Filwaqt li jfakkar fil-ħtieġa li titkompla

l-konsolidazzjoni fiskali differenzjata u favur it-tkabbir, il-

Kunsill Ewropew jistenna b’interess ir-rapport tal-Kum-

missjoni dwar il-kwalità tal-infiq pubbliku u l-ambitu għal

azzjoni possibbli fi ħdan il-limiti tal-oqfsa fiskali nazzjonali

u tal-UE.

b) Approfondiment tas-Suq Uniku: sar progress fl-Att I dwar

is-Suq Uniku, iżda jinħtieġu aktar sforzi biex titlesta l-ħidma

fuq il-proposti pendenti inkluż dwar il-kontabbiltà, il-kwa-

lifiki professjonali, l-akkwist pubbliku u l-fondi tal-kapital

ta’ riskju. Il-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar

l-Att II dwar is-Suq Uniku tistabbilixxi 12-il azzjoni ewlenija

oħra li għandhom jikkontribwixxu sew għat-tkabbir sos-

tenibbli, l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali Ewropea. Il-Kunsill

I. POLITIKA EKONOMIKA

1. L-ekonomija Ewropea qed taffaċċa sfidi diffiċli. Għalhekk

huwa essenzjali li l-Unjoni Ewropea tagħmel kull sforz biex

timplimenta rapidament il-miżuri maqbula matul ix-xhur

reċenti biex tirrilanċja t-tkabbir, l-investiment u l-impjiegi,

biex jerġa’ jkun hemm fiduċja u biex l-Ewropa ssir aktar

kompetittiva bħala lok għall-produzzjoni u l-investiment.

Patt għal Tkabbir u Impjiegi

2. Il-Kunsill Ewropew jibqa’ determinat li jistimola t-tkabbir

u l-impjiegi, fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Patt

għat-Tkabbir u l-Impjiegi, deċiż f’Ġunju li għadda, jikkos-

titwixxi l-qafas ġenerali għal azzjoni fil-livell nazzjonali, tal-

euro u tal-UE, li jimmobilizza l-lievi, l-istrumenti u l-linji ta’

politika kollha. L-impenji kollha li jiddeskrivi għandhom

jitwettqu b’mod sħiħ u rapidu. S’issa nkiseb progress sinifi-

kanti, kif jidher mill-ittra tal-President tal-Kunsill Ewropew

tat-8 ta’ Ottubru 2012 kif ukoll mir-rapporti tal-Presidenza

u l-Kummissjoni. Madankollu, jinħtieġu sforzi akbar f’ċerti

oqsma, kif jidher hawn taħt.

a) Investiment fit-tkabbir: qed isir progress sinifikanti fl-impli-

mentazzjoni tal-pakkett ta’ finanzjament ta’ EUR 120 biljun

tal-Patt. B’mod partikolari, fil-ġimgħat li ġejjin, il-BEI

huwa mistenni jadotta żieda fil-kapital ta’ EUR 10 biljun

bl-għan li jsaħħaħ il-bażi tal-kapital tiegħu kif ukoll iżid

il-kapaċità ġenerali ta’ self tiegħu b’EUR 60 biljun. Dan

imbagħad għandu jwassal għal investiment addizzjonali sa

EUR 180 biljun matul it-tliet snin li ġejjin. Għaddejja ħidma

KUNSILL EWROPEW 1819 TA’ OTTUBRU 2012

Il-Kunsill Ewropew tenna llum l-impenn sod tiegħu li jieħu azzjoni determinata biex jindirizza t-tensjonijiet tas-suq

finanzjarju, jerġa’ jnissel il-fiduċja u jistimula t-tkabbir u l-impjiegi.

Huwa eżamina mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi. Huwa laqa’ l-progress li sar s’issa iżda appella

wkoll għal azzjoni rapida, determinata u orjentata lejn ir-riżultati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tiegħu.

Flimkien mal-preżentazzjoni tar-rapport interim dwar l-UEM, il-Kunsill Ewropew appella biex tkompli l-ħidma fuq

il-proposti dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bħala kwistjoni ta’ prijorità bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-qafas

leġislattiv sal-1 ta’ Jannar 2013 u qabel dwar għadd ta’ orjentazzjonijiet għal dak il-għan. Huwa ħa nota wkoll tal-kwistjonijiet

marbuta mal-oqfsa ta’ politika baġitarja u ekonomika integrati, il-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika li għandhom

jiġu esplorati aktar. Huwa qabel li l-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar fil-fond għandu jibni fuq il-qafas

istituzzjonali u legali tal-UE u jkun ikkaratterizzat minn attitudni miftuħa u trasparenti lejn Stati Membri li mhumiex fiż-

żona tal-euro u rispett għall-integrità tas-Suq Uniku. Huwa kien qed jistenna b’interess pjan direzzjonali speċifiku u marbut

biż-żmien li għandu jiġi ppreżentat fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2012, sabiex ikun jista’ jimxi ’l quddiem fuq il-pedament

essenzjali kollu li fuqu għandha tkun ibbażata UEM ġenwina.

Il-Kunsill Ewropew iddiskuta r-relazzjonijiet mas-sħab strateġiċi tal-UE u adotta konklużjonijiet dwar is-Sirja, l-Iran u Mali.

* * *

kg302279_MT_inside_b.indd 58 26/03/13 16:09

Page 61: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

59

Ewropew jilqa’ l-ħsieb tal-Kummissjoni li tippreżenta

l-proposti ewlenin kollha tal-SMA II sar-rebbiegħa 2013

u jappella għall-eżami rapidu tagħhom biex ikunu jistgħu

jiġu adottati sa mhux aktar tard minn tmiem iċ-ċiklu parla-

mentari attwali. Huwa importanti wkoll li tittieħed azzjoni

urġenti f’konformità mal-komunikazzjonijiet tal-Kummiss-

joni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi

u dwar il-governanza tas-Suq Uniku.

c) Nikkollegaw l-Ewropa: il-Faċilità futura Nikkollegaw

l-Ewropa ser tikkostitwixxi strument importanti għall-

promozzjoni tat-tkabbir permezz ta’ investiment fit-

trasport, l-enerġija u  l-kollegamenti tal-ICT. Fil-qasam

tat-trasport, l-eliminazzjoni ta’ ostakoli regolatorji u t-tratta-

ment ta’ konġestjonijiet u ta’ konnessjonijiet transkonfinali

neqsin huma essenzjali sabiex tiġi garantita l-operazzjoni

effiċjenti tas-Suq Uniku u jiġu promossi l-kompetittività

u t-tkabbir. It-teknoloġiji u l-infrastrutturi diġitali huma

wkoll prerekwiżit essenzjali. Waqt li fakkar fil-ħtieġa li

s-suq intern tal-enerġija jitlesta kompletament sal-2014

f’konformità mad-dati ta’ skadenza maqbula u biex jiġi

żgurat li l-ebda Stat Membru ma jibqa’ maqtugħ min-

netwerks Ewropej tal-gass u l-elettriku wara l-2015, il-Kun-

sill Ewropew jappella għal qbil rapidu dwar il-proposti fuq

it-TENs tal-enerġija u jistenna b’interess il-komunikazzjoni

li jmiss tal-Kummissjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni biex jiġu indi-

rizzati l-isfidi ewlenin.

d) Kisba ta’ Suq Uniku Diġitali li jiffunzjona bi sħiħ sal-

2015: dan jista’ jiġġenera tkabbir addizzjonali ta’ 4%

matul il-perijodu sal-2020. Għalhekk il-Kunsill Ewropew

jappella biex tiġi aċċellerata l-ħidma fuq il-proposti dwar

il-firma elettronika u l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet

tal-awtur u jistenna b’interess il-proposti li ġejjin dwar it-

tnaqqis tal-ispiża tal-użu ta’ broadband b’rapidità għolja

u tal-fatturazzjoni elettronika. L-analiżi li jmiss ta’ nofs it-

terminu tal-Aġenda Diġitali għandha tintuża biex tidentifika

oqsma fejn tenħtieġ li ssir aktar ħidma. Huwa neċessarju li

s-sistema tal-Ewropa tad-drittijiet tal-awtur tiġi mmoder-

nizzata, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kontenut filwaqt

li jinżammu d-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali u  jiġu

nkoraġġiti l-kreattività u d-diversità kulturali.

e) Promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni: huwa impor-

tanti li jiġi żgurat li r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu tradotti

fi gwadanni kompetittivi. Il-Kunsill Ewropew jappella

għal progress rapidu dwar il-programmi l-ġodda proposti

għar-riċerka u  l-innovazzjoni (Orizzont 2020) u għall-

kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs (COSME), filwaqt

li jenfasizza l-importanza tal-eċċellenza fil-politika tal-UE

dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni waqt li jippromwovi aċċess

wiesa’ għall-parteċipanti fl-Istati Membri kollha. Huwa

jtenni l-ħtieġa li tiġi ffinalizzata ż-Żona Ewropea tar-Riċerka

sal-aħħar tal-2014 u jenfasizza l-importanza ta’ approċċ

integrat għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali.

f) Titjib tal-kompetittività tal-industrija: il-komunikazzjoni

tal-Kummissjoni dwar politika industrijali ġdida tal-UE

tenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat approċċ integrat

sabiex tissaħħaħ il-kompetittività industrijali biex tirfed it-

tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li ttejjeb l-effiċjenza tal-enerġija

u r-riżorsi. Huwa partikolarment importanti li l-industriji

Ewropej iżommu u jiżviluppaw it-tmexxija teknoloġika

tagħhom u jiffaċilitaw l-investiment f’teknoloġiji essenzjali

ġodda fl-istadji bikrin u għal azzjonijiet qrib tas-suq.

g) Ħolqien tal-qafas regolatorju tajjeb għat-tkabbir: huwa par-

tikolarment importanti li jitnaqqas il-piż regolatorju ġenerali

fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali, b’attenzjoni speċifika fuq

l-SMEs u l-mikrointrapriżi, inkluż billi jiġi ffaċilitat l-aċċess

tagħhom għall-finanzjament. Il-Kunsill Ewropew jistenna

b’interess il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li hija mis-

tennija f’Diċembru, li ser tieħu kont tal-progress u tindika

azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed sa mhux aktar tard

minn tmiem iċ-ċiklu parlamentari attwali, inkluż is-segwitu

dwar l-10 partijiet ta’ leġislazzjoni li joħolqu l-aktar piż għall-

SMEs. B’kont meħud tal-prijorità partikolari li jitrawmu

l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, il-Kunsill

Ewropew jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira għadd

ta’ proposti pendenti u li tidentifika oqsma possibbli fejn

il-piż regolatorju jista’ jiħfief.

h) Żvilupp ta’ politika dwar it-taxxa għat-tkabbir: għandhom

jitmexxew ’il quddiem il-ħidma u d-diskussjonijiet fuq il-

proposti dwar it-tassazzjoni tal-enerġija, dwar il-bażi komuni

konsolidata tat-taxxa korporattiva u dwar ir-reviżjoni tad-

Direttiva dwar it-taxxa fuq it-tfaddil, u biex jintlaħaq qbil

rapidu dwar id-direttivi ta’ negozjar għal ftehimiet dwar it-

tassazzjoni fuq it-tfaddil ma’ pajjiżi terzi. Il-Kunsill Ewropew

jistenna b’interess il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li

għandha tiġi ppreżentata qabel l-aħħar tas-sena dwar

il-governanza tajba fir-rigward tar-rifuġji fiskali u l-pjani-

fikazzjoni fiskali aggressiva. Il-Kunsill Ewropew jinnota t-tal-

biet minn għadd ta’ Stati Membri biex jingħata bidu għal

kooperazzjoni msaħħa dwar Taxxa fuq it-Transazzjonijiet

Finanzjarji, li l-Kummissjoni biħsiebha teżamina malajr

bil-ħsieb li tagħmel il-proposta tagħha hekk kif ikunu ġew

sodisfatti l-kundizzjonijiet.

i) Titjib fl-impjiegi u l-inklużjoni soċjali: il-ħidma f’dan il-

qasam tibqa’ prijorità tal-akbar importanza. Il-Kunsill

huwa mistieden ikompli l-ħidma tiegħu fuq l-elementi

differenti tal-Pakkett tal-Impjiegi u jiżgura progress rapidu

fil-proposti relatati mal-akkwist u l-preservazzjoni tad-drit-

tijiet transkonfinali għall-pensjoni għall-ħaddiema tal-UE

u  l-infurzar tad-Direttiva dwar il-ħaddiema stazzjonati.

Il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess il-komunikazzjoni li

jmiss dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet u l-pakkett għall-Impjieg

taż-Żgħażagħ, inklużi l-iżvilupp ta’ inizjattivi dwar garanziji

għaż-żgħażagħ u skemi ta’ taħriġ u apprendistati ta’ kwa-

lità kif ukoll it-titjib tal-mobilità taż-żgħażagħ. Għandha tiġi

ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema madwar l-UE. Il-Kunsill

kg302279_MT_inside_b.indd 59 26/03/13 16:09

Page 62: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

60

ġirien tal-UE li huma lesti. Il-proposta tal-Kummissjoni

dwar l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku f’pajjiżi terzi

għandha tiġi eżaminata b’mod rapidu.

Tlestija tal-UEM

3. Fid-dawl tal-isfidi fundamentali li qiegħda tiffaċċja, jeħtieġ li

l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tissaħħaħ biex jiġi żgurat

il-ġid ekonomiku u soċjali kif ukoll l-istabbiltà u l-prosperità

sostnuta.

4. Wara r-rapport interim ippreżentat mill-President tal-Kun-

sill Ewropew f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Presidenti

tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-euro u tal-Bank Ċentrali

Ewropew (BĊE), ser ikomplu l-konsultazzjonijiet infor-

mali mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew dwar il-

kwistjonijiet differenti li għandhom jiġu esplorati. Il-Kunsill

Ewropew jistenna b’interess pjan direzzjonali speċifiku

u marbut biż-żmien li għandu jiġi ppreżentat fil-laqgħa

tiegħu ta’ Diċembru 2012, sabiex ikun jista’ jimxi ’l qud-

diem fuq il-pedament essenzjali kollu li fuqu għandha tkun

ibbażata UEM ġenwina.

5. Il-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar pro-

fonda għandu jibni fuq il-qafas istituzzjonali u legali tal-UE

u għandu jkun karatterizzat minn attitudni miftuħa u tras-

parenti lejn Stati Membri li ma jużawx il-munita unika

u minn rispett għall-integrità tas-Suq Uniku. Ir-rapport

finali u l-pjan direzzjonali għandhom jinkludu proposti

konkreti għal kif dan għandu jinkiseb.

Qafas finanzjarju integrat

6. Jeħtieġ li nimxu lejn qafas finanzjarju integrat, miftuħ kemm

jista’ jkun possibbli għall-Istati Membri kollha li jixtiequ

jipparteċipaw. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jistieden

lil-leġislaturi jkomplu bil-ħidma fuq il-proposti leġislattivi

dwar Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (SSM) bħala

kwistjoni ta’ prijorità, bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-qafas

leġislattiv sal-1 ta’ Jannar 2013. Il-ħidma fuq l-implimen-

tazzjoni operattiva ser issir matul l-2013. F’dan ir-rigward,

huwa essenzjali li l-integrità tas-Suq Uniku tkun rispettata

bis-sħiħ.

7. Jeħtieġ li tiġi żgurata separazzjoni ċara bejn il-politika

monetarja tal-BĊE u l-funzjonijiet ta’ superviżjoni, u t-trat-

tament u r-rappreżentazzjoni ġusta kemm tal-Istati Membri

fiż-żona tal-euro kif ukoll ta’ dawk li mhumiex fiha u  li

jipparteċipaw fl-SSM. Ir-responsabbiltà qiegħda fil-livell li

fih jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet. L-SSM ser

ikun ibbażat fuq l-ogħla standards għas-superviżjoni tal-

banek u l-BĊE ser ikun jista’, b’mod differenzjat, iwettaq

superviżjoni diretta. Dan ser ikun ukoll f’pożizzjoni li juża

s-setgħat effettivi mogħtija lilu mil-leġislazzjoni hekk kif din

tidħol fis-seħħ. Barra minn hekk, huwa ta’ importanza kbira

li tiġi stabbilita ġabra unika tar-regoli li tirfed is-superviżjoni

ċentralizzata.

Ewropew jenfasizza l-importanza li l-portal ta’ pożizzjonijiet

battala EURES jiġi żviluppat aktar u jissottolinja l-ħtieġa li

tiżdied u titwessa’ l-parteċipazzjoni tas-servizzi tal-impjiegi

fl-Istati Membri kollha. L-iskemi ta’ taħriġ vokazzjonali

tal-Istati Membri jaqdu rwol partikolari fl-indirizzar tal-

qgħad fost iż-żgħażagħ. Huwa importanti wkoll li tiġi pro-

mossa l-attività mill-ġdid ta’ ħaddiema akbar fl-età. L-Istati

Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex jittrattaw

il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi u  biex jiġġieldu l-faqar

u l-esklużjoni soċjali f’konformità mal-Istrateġija Ewropa

2020.

j) Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020: il-Kunsill

Ewropew ifakkar fil-ħtieġa għal implimentazzjoni deter-

minata tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi

għall-2012. Huwa jistieden lill-Presidenza biex tippreżenta

“rapport ta’ sinteżi” dwar it-tagħlimiet li ttieħdu mill-proċess

tas-Semestru Ewropew tal-2012 u jappella għal għadd ta’

titjibiet li għandhom isiru għall-eżerċizzju tal-2013  —

aktar enfasi fuq gwida speċifika u  l-implimentazzjoni;

arranġamenti ġodda biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-

Istati Membri fil-proċess, b’mod partikolari permezz ta’

djalogu aktar approfondit u kontinwu; bini ta’ sħubija mal-

Parlament Ewropew, parlamenti nazzjonali u sħab soċjali;

u rabta aktar b’saħħitha bejn il-ħidma tal-konfigurazzjo-

nijiet rilevanti tal-Kunsill. Waqt li enfasizza l-ħtieġa għal

tħejjija bir-reqqa tas-Semestru Ewropew tal-2013, il-Kun-

sill Ewropew jistenna b’interess il-preżentazzjoni bikrija

mill-Kummissjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir

u r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija fl-aħħar ta’

Novembru, u jistieden lill-Presidenza li jmiss tippreżenta

pjan direzzjonali dwar l-organizzazzjoni tal-ħidma għas-

Semestru Ewropew 2013.

k) Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ: filwaqt li enfasizza

l-fatt li aġenda ambizzjuża dwar il-kummerċ tista’ fuq

perijodu medju twassal għal żieda ġenerali ta’ 2% fit-tkab-

bir u l-ħolqien ta’ aktar minn 2 miljun impjieg, il-Kunsill

Ewropew itenni d-determinazzjoni tal-UE li tippromwovi

kummerċ ħieles, ġust u miftuħ filwaqt li fl-istess ħin taf-

ferma l-interessi tagħha, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju

reċiproku. F’dan l-ispirtu, huwa jappella biex jintlaħaq fte-

him dwar id-direttivi ta’ negozjar għal Ftehim ta’ Kummerċ

Ħieles (FTA) mal-Ġappun bil-ħsieb li jitniedu negozjati

fix-xhur li ġejjin u għall-finalizzazzjoni tan-negozjati dwar

FTA mal-Kanada u Singapor fix-xhur li ġejjin. Huwa jis-

tenna b’interess ir-rapport finali tal-Grupp ta’ Ħidma ta’

Livell Għoli UE-Stati Uniti u jimpenja lilu nnifsu li jaħdem

lejn l-għan ta’ tnedija fl-2013 ta’ negozjati dwar ftehim tran-

satlantiku komprensiv dwar il-kummerċ u l-investiment.

Dan ser jirritorna f’aktar dettall għar-relazzjonijiet UE/Stati

Uniti u l-kontribut li l-kummerċ jista’ jagħti għall-aġenda

dwar it-tkabbir fi Frar 2013. Huwa jappella wkoll biex isir

progress fil-ftuħ jew l-avvanz tan-negozjati dwar Ftehimiet

ta’ Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi mas-sħab

kg302279_MT_inside_b.indd 60 26/03/13 16:09

Page 63: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

61

l-impatt possibbli tagħhom fuq l-objettiv li tiġi stabbilita

sistema bankarja stabbli u effiċjenti.

14. Qafas baġitarju integrat huwa parti minn unjoni ekono-

mika u monetarja. F’dak il-kuntest, ser jiġu esplorati aktar

mekkaniżmi, inkluża kapaċità fiskali adatta, għaż-żona tal-

euro. Il-proċess ta’ esplorazzjoni mhux ser ikun relatat mat-

tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

15. Il-funzjonament tajjeb tal-UEM jitlob tkabbir ekonomiku

aktar b’saħħtu u sostenibbli, impjiegi u koeżjoni soċjali

u jirrikjedi koordinazzjoni, konverġenza u infurzar aktar

b’saħħtu tal-politika ekonomika. F’dan ir-rigward, ser tiġi

esplorata l-idea li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jidħlu

f’arranġamenti individwali ta’ natura kuntrattwali mal-

istituzzjonijiet tal-UE dwar ir-riformi li jieħdu impenn li

jwettqu u l-implimentazzjoni tagħhom. Tali arranġamenti

jistgħu jintrabtu mar-riformi identifikati fir-rakkoman-

dazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati mill-Kunsill

u jibnu fuq il-proċeduri tal-UE.

16. Il-governanza fiż-żona tal-euro għandha tittejjeb aktar,

abbażi tat-TSKG u  b’kont meħud tad-dikjarazzjoni

tas-Summit taż-żona tal-euro tas-26 ta’ Ottubru 2011.

Għandhom jiġu esplorati, mill-Istati Membri parteċipanti,

modi kif jiġi żgurat li r-riformi kbar kollha ippjanati fir-

rigward tal-politika ekonomika jiġu diskussi ex ante u,

fejn xieraq, ikkoordinati fi ħdan il-qafas tal-governanzna

ekonomika tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 11 tat-

TIKG. Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro

għandhom jadottaw regoli ta’ proċedura għal-laqgħat

tagħhom.

17. Jinħtieġu mekkaniżmi b’saħħithom għal-leġittimità demo-

kratika u r-responsabbiltà. Wieħed mill-prinċipji ta’ gwida

f’dan il-kuntest huwa li jiġi żgurat li l-kontroll demokra-

tiku u r-responsabbiltà jsiru fil-livell li fih jittieħdu u jiġu

implimentati d-deċiżjonijiet. F’dan l-ispirtu, għandhom

jiġu esplorati modi ta’ kif jiġi żgurat dibattitu fil-kuntest

tas-Semestru Ewropew, kemm fil-Parlament Ewropew kif

ukoll fil-parlamenti nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kunsill

Ewropew jinnota l-intenzjoni tal-Istati Membri parti għat-

TIKG li jtejbu l-livell ta’ kooperazzjoni bejn il-parlamenti

nazzjonali u l-Parlament Ewropew, abbażi tal-Artikolu 13

tat-TIKG u l-Protokoll 1 għat-TFUE.

II. SĦAB STRATEĠIĊI

18. Il-Kunsill Ewropew kellu skambju ta’ fehmiet dwar ir-

relazzjonijiet tal-UE mas-sħab strateġiċi tiegħu. Huwa

appella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-arranġamenti

interni maqbula f’Settembru 2010 biex jitjiebu r-relazzjo-

nijiet esterni tal-UE.

III. PUNTI OĦRAJN

19. Il-Kunsill Ewropew jinsab ixxukkjat bid-deterjorament

tas-sitwazzjoni fis-Sirja. Huwa japprova l-konklużjonijiet

8. Huwa importanti li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti

bejn dawk l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-SSM u dawk

li le, b’rispett sħiħ tal-integrità tas-suq uniku fis-servizzi

finanzjarji. Hija meħtieġa soluzzjoni aċċettabbli u bilanċjata

rigward il-bidliet għall-modalitajiet ta’ votazzjoni

u d-deċiżjonijiet skont ir-Regolament tal-Awtorità Bankarja

Ewropea (ABE), b’kont meħud tal-evoluzzjonijiet possibbli

fil-parteċipazzjoni tal-SSM, li tiżgura teħid ta’ deċiżjonijiet

effettiv u  mhux diskriminatorju fi ħdan is-Suq Uniku.

Abbażi ta’ dan, l-ABE għandha żżomm is-setgħat u r-res-

ponsabbiltajiet eżistenti tagħha.

9. Il-Kunsill Ewropew jappella għall-adozzjoni rapida tad-

dispożizzjonijiet marbuta mal-armonizzazzjoni tal-oqfsa

nazzjonali għar-riżoluzzjoni u  l-garanzija tad-depożiti

abbażi tal-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni dwar

l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek u dwar l-iskemi nazzjo-

nali ta’ garanzija tad-depożiti. Il-Kunsill Ewropew jappella

għall-konklużjoni rapida tal-ġabra unika tar-regoli, inkluż

il-ftehim rigward il-proposti dwar ir-rekwiżiti tal-kapital

tal-banek (CRR/CRD IV) sal-aħħar tas-sena.

10. F’dawn il-materji kollha, huwa importanti li jiġi żgurat

bilanċ ġust bejn il-pajjiżi ta’ oriġini u dawk ospitanti.

11. Il-Kunsill Ewropew jinnota l-ħsieb tal-Kummissjoni li

tipproponi mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni għall-Istati

Membri li jipparteċipaw fl-SSM ladarba jkunu ġew adottati

l-proposti għal Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni

u għal Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti.

12. Il-Grupp tal-Euro ser ifassal il-kriterji operattivi preċiżi li

ser jiggwidaw ir-rikapitalizzazzjonijiet diretti tal-banek

mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), b’ris-

pett sħiħ tad-dikjarazzjoni tas-Summit taż-żona tal-euro

tad-29 ta’ Ġunju 2012. Huwa tal-akbar importanza li jin-

kiser iċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-Istati. Meta jiġi stab-

bilit mekkaniżmu superviżorju uniku effettiv, li jinvolvi

lill-BĊE, għall-banek fiż-żona tal-euro, il-MES ikun jista’,

wara deċiżjoni regolari, ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza

lill-banek direttament.

Qafas baġitarju integrat, qafas tal-politika ekonomika, leġittimità demokratika u responsabbiltà

13. Il-Kunsill Ewropew jistieden lil-leġislaturi jilħqu ftehim bil-

ħsieb li jiġi adottat it-“two pack” sa mhux aktar tard minn

tmiem l-2012. Dan huwa test leġislattiv essenzjali meħtieġ

għat-tisħiħ tal-governanza ekonomika ġdida fl-UE, flimkien

mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, it-Trattat dwar l-Istabbiltà,

il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TIKG) u s-“six-pack”.

Huwa jappella lill-awtoritajiet nazzjonali u l-Istituzzjoni-

jiet Ewropej biex dawn jiġu implimentati kollha bis-sħiħ

f’konformità mar-rwoli tagħhom skont it-Trattati tal-UE.

B’rabta mal-ħidma regolatorja fis-settur bankarju tal-UE,

il-Kunsill Ewropew jieħu kont tal-proposti tal-grupp ta’

esperti ta’ livell għoli dwar l-istruttura tas-settur bankarju

tal-UE, li l-Kummissjoni qiegħda teżamina bħalissa, inkluż

kg302279_MT_inside_b.indd 61 26/03/13 16:09

Page 64: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

62

l-isforzi tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-E3+3 li tinvolvi

lill-Iran f’diskussjonijiet sinifikanti u kostruttivi. Ir-reġim

Iranjan jista’ jaġixxi b’mod responsabbli u jtemm is-sanzjo-

nijiet, iżda dment li dan ma jsirx, l-UE tibqa’ ddeterminata li,

f’koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali, żżid il-

pressjoni fuq l-Iran fil-kuntest tal-approċċ fuq żewġ binarji.

21. Il-Kunsill Ewropew japprova l-konklużjonijiet adottati mill-

Kunsill fil-15 ta’ Ottubru u jesprimi t-tħassib serju tiegħu

dwar il-kriżi politika, umanitarja u tas-sigurtà li għaddejja

f’Mali. Din is-sitwazzjoni hija ta’ theddida immedjata għar-

reġjun tas-Saħel kif ukoll għall-Afrika tal-Lvant u ta’ Fuq

u għall-Ewropa. L-UE hija ddeterminata li tagħti appoġġ

komprensiv lil Mali, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab

internazzjonali u reġjonali. B’mod partikolari, l-UE ser

tappoġġa lil Mali fl-isforzi tiegħu li jerġa’ jibni l-istat tad-

dritt u jerġa’ jistabbilixxi gvern demokratiku kompletament

sovran b’awtorità fit-territorju kollu ta’ Mali. L-UE ser terġa’

tibda bil-mod il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hekk kif jiġi

adottat Pjan Direzzjonali kredibbli u kunsenswali biex jerġa’

jinkiseb ordni kostituzzjonali. Sadanittant, l-UE ser issaħħaħ

ir-rispons umanitarju tagħha. Barra minn hekk, l-UE ser

teżamina l-appoġġ għall-forza militari internazzjonali pre-

vista f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2071 tal-Kunsill tas-

Sigurtà tan-NU u tħaffef il-pjanifikazzjoni ta’ operazzjoni

possibbli tal-PSDK biex tgħin ir-riorganizzazzjoni u t-taħriġ

tal-forzi tad-difiża ta’ Mali. L-UE ser iżżomm l-għażla li

tadotta miżuri restrittivi mmirati kontra dawk involuti fil-

gruppi armati fin-naħa ta’ fuq ta’ Mali u dawk li qed ixekklu

r-ritorn għall-ordni kostituzzjonali.

* * *

Il-Kunsill Ewropew huwa grat li l-Unjoni Ewropea ngħatat il-Premju Nobel għall-Paċi. Il-Premju huwa unur għaċ-ċittadini Ewropej kollha u għall-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Il-Kumitat tal-Premju Nobel ġustament ifakkar kif “l-Unjoni u l-prekursuri tagħha kkontribwixxew għal aktar minn sitt deċennji għall-avvanz tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa”. Fi żmien ta’ inċertezza, dan ir-rikonoxximent għal kisbiet passati huwa appell qawwi biex tiġi salvagwardjata u msaħħa l-Ewropa għall-ġenerazzjoni li jmiss. Konxji mill-fatt li l-avvanz ta’ din il-komunità ta’ interessi paċifiċi jirrikjedi attenzjoni kostanti u rieda li ma togħtorx, il-membri tal-Kunsill Ewropew iqisuha r-responsabbiltà personali tagħhom li jiżguraw li l-Ewropa tibqa’ kontinent ta’ progress u prosperità.

adottati mill-Kunsill fil-15 ta’ Ottubru u l-miżuri restrittivi

addizzjonali kontra r-reġim Sirjan u dawk li jappoġġawh.

Huwa jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi ta’ Lakhdar Brahimi biex

tinstab soluzzjoni politika għall-kriżi Sirjana. L-atturi ewle-

nin kollha, b’mod partikolari dawk fir-reġjun u l-membri

kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

għandhom iġorru r-responsabbiltajiet tagħhom u jagħtu

l-appoġġ tagħhom lill-ħidma tar-Rappreżentant Konġunt.

L-UE hija impenjata li taħdem mill-qrib u b’mod komp-

rensiv mas-sħab internazzjonali biex tiżgura appoġġ rapidu

lis-Sirja malli sseħħ it-transizzjoni. L-UE hija impenjata

wkoll li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha bit-tisħiħ tal-kapaċità tas-

soċjetà ċivili li tipparteċipa f’Sirja futura. Il-gruppi kollha

tal-oppożizzjoni għandhom jaqblu dwar sett ta’ prinċipji

kondiviżi sabiex jiksbu transizzjoni inklużiva, ordnata

u paċifika.

Il-Kunsill Ewropew jikkundanna bil-qawwa l-ibbumbardjar

mill-forzi Sirjani tat-territorju Tork u jappella lil kulħadd

biex tiġi evitata l-eskalazzjoni u  lill-awtoritajiet Sirjani

biex jirrispettaw bis-sħiħ l-integrità u s-sovranità territor-

jali tal-pajjiżi ġirien kollha. L-UE ser tkompli tipprovdi

għajnuna umanitarja u tappella lid-donaturi kollha jżidu

il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-aħħar appelli tan-NU.

Il-Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jirris-

pettaw il-liġi umanitarja internazzjonali (inkluża l-invjo-

labbiltà tal-faċilitajiet mediċi, il-persunal u l-vetturi mediċi

kollha). Il-partijiet kollha għandhom iwaqqfu kull forma

ta’ vjolenza, jieħdu miżuri speċjali għall-protezzjoni tal-

gruppi vulnerabbli kollha, jippermettu aċċess sħiħ u sigur

għall-għoti ta’ għajnuna umanitarja fiż-żoni kollha tal-pajjiż.

Dawk responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-

drittijiet tal-bniedem għandhom jinżammu responsabbli.

20. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza t-tħassib serju u  dejjem

aktar profond tiegħu dwar il-programm nukleari tal-Iran

u jappoġġa r-riżoluzzjoni reċenti adottata mill-Bord tal-

Gvernaturi tal-IAEA. Il-Kunsill Ewropew ifakkar li l-Iran

qed jaġixxi bi ksur sfaċċat tal-obbligi internazzjonali tiegħu

u qed jirrifjuta li jikkoopera bis-sħiħ mal-IAEA. Il-Kunsill

Ewropew għalhekk jilqa’ l-konklużjonijiet u l-adozzjoni

tal-miżuri restrittivi addizzjonali mill-Kunsill fil-15 ta’

Ottubru bil-għan li jikseb involviment serju u sinifikanti

mir-reġim Iranjan. Il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-impenn

tiegħu għall-approċċ fuq żewġ binarji u jappoġġa bis-sħiħ

kg302279_MT_inside_b.indd 62 26/03/13 16:09

Page 65: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

63

It-taħdidiet bilaterali u  d-diskussjoni kostruttiva fil-Kunsill

Ewropew juru grad suffiċjenti ta’ konverġenza potenzjali biex ikun

possibbli ftehim fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Għandna nkunu nistgħu nnaqsu d-diverġenzi eżistenti tal-feh-

miet. Il-baġit Ewropew huwa importanti għall-koeżjoni tal-Unjoni

u għall-impjiegi u t-tkabbir fil-pajjiżi kollha tagħna.

Il-Kunsill Ewropew jagħti l-mandat lill-President tiegħu flimkien

mal-President tal-Kummissjoni Ewropea biex ikomplu l-ħidma

u l-konsultazzjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin biex jinsab kunsens fost

is-27 Stat Membru dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-Unjoni

għall-perijodu 2014-2020.

KUNSILL EWROPEW 2223 TA’ NOVEMBRU 2012

kg302279_MT_inside_b.indd 63 26/03/13 16:09

Page 66: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

64

Iż-żona tal-euro hija kkonfrontata b’ ambjent internazzjonali li qed

jevolvi malajr ikkaratterizzat miż-żieda ta’ ekonomiji emerġenti kbar.

UEM aktar reżiljenti u integrata tipproteġi lill-pajjiżi taż-żona tal-euro

kontra xokkijiet ekonomiċi esterni, tippreserva l-mudell Ewropew

tal-koeżjoni soċjali u żżomm l-influwenza tal-Ewropa fil-livell globali.

Flimkien, dawn l-isfidi jagħmlu indispensabbli impenn għal pjan

direzzjonali lejn UEM ġenwina u l-implimentazzjoni sussegwenti

tiegħu. Huma jenfasizzaw li ’Aktar Ewropa” mhuwiex mezz fih

innifsu, iżda pjuttost metodu kif jiġu servuti ċ-ċittadini tal-Ewropa

u tiżdied il-prosperità tagħhom.

L-azzjonijiet meqjusa meħtieġa biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-UEM

huma ppreżentati hawnhekk bħala proċess fi stadji. Irrispettivament

mill-firxa ta’ żmien tagħhom, il-proposti ta’ politika kollha nħolqu

u tfasslu bħala elementi ta’ triq lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja

ġenwina. Fid-dawl tar-rabtiet b’saħħithom bejn il-pedamenti, huma

għandhom jiġu eżaminati bħala parti minn pakkett komprensiv ta’

infurzar reċiproku. Il-ħolqien ta’ qafas finanzjarju integrat għandu

implikazzjonijiet fiskali u ekonomiċi importanti u għalhekk ma jistax

jiġi kkunsidrat separatament. Bl-istess mod, il-proposti ppreżentati

fl-isfera politika fiskali u ekonomika huma marbutin flimkien mill-

qrib. Barra minn hekk, billi l-proposti kollha jimplikaw integrazzjoni

aktar profonda, il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà huma

essenzjali għal Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina.

Ħarsa ġenerali lejn is-sekwenza

Il-proċess jista’ jiġi bbażat fuq it-tliet stadji li ġejjin (ara wkoll id-dia-

gramma fl-Anness):

Stadju 1 (Tmiem 2012-2013)

L-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali u t-tkissir tar-rabta bejn il-banek u l-Istati

It-tlestija tal-ewwel stadju għandha tiżġura amministrazzjoni tajba

tal-finanzi pubbliċi u tkisser ir-rabta bjen il-banek u l-Istati, li kienet

waħda mill-kawżi fundamentali tal-kriżi tad-dejn sovran. Dan l-ista-

dju jinkludi ħames elementi essenzjali:

— It-tlestija u  implimentazzjoni bir-reqqa ta’ qafas aktar

b’saħħtu għall-governanza fiskali (’Six-Pack’; Trattat dwar

l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza; ’Two-Pack’).

— L-istabbiliment ta’ qafas għal koordinazzjoni sistematika ex

ante ta’ riformi maġġuri tal-politika ekonomika, kif previst

fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza (TSCG).

Fil-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2012, il-President tal-Kunsill

Ewropew ġie mistieden “biex jiżviluppa, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Grupp tal-euro u l-Pre-sident tal-BĊE, pjan direzzjonali speċifiku u marbut biż-żmien għall-kisba ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”. Filwaqt li jibni

fuq ir-Rapport Interim u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’

Ottubru 2012, dan ir-Rapport jipprovdi l-isfond għall-pjan direzzjo-

nali ppreżentat fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2012. Huwa

jissuġġerixxi qafas ta’ żmien u proċess ibbażat fuq l-istadji lejn it-

tlestija ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) li tkopri l-peda-

menti essenzjali identifikati fir-rapport “Lejn Unjoni Ekonomika

u Monetarju ġenwina” ippreżentat fil-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.

Huwa jinkorpora kontribut ta’ valur ipprovdut mill-Kummissjoni

fil-komunikazzjoni tagħha “Pjan ta’ azzjoni għal UEM profonda

u ġenwina — It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew” tat-28 ta’ Novembru

2012. Il-Parlament Ewropew ukoll ta kontribut ta’ valur. Kif mitlub

mill-Kunsill Ewropew, dan ir-rapport jesplora aktar mekkaniżmi fil-

kuntest ta’ qafas baġitarju integrat, inkluż kapaċità fisakli adegwata

għall-EUM, kif ukoll l-idea li Stati Membri taż-żona tal-euro jidħlu

f’arranġamenti ta’ natura kuntrattwali mal-istituzzjonijiet tal-UE

dwar ir-riformi li huma jieħdu l-impenn li jwettqu u l-implimen-

tazzjoni tagħhom.

Skont it-Trattat, l-Unjoni stabbilixxiet unjoni Ekonomika

u Monetarja li għandha bħala munita l-euro. Il-fehmiet li jinsabu

f’dan ir-rapport jiffukaw fuq l-Istati Membri taż-żona tal-euro li

qegħdin jaffaċċjaw sfidi speċifiċi minħabba li jikkondividu l-munita.

Il-proċess lejn UEM aktar profonda għandu jkun ikkaratterizzat

minn attitudni miftuħa u trasparenza u jkun totalment kompatibbli

mas-Suq Uniku fl-aspetti kollha.

Dan ir-rapport jistabbilixxi l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati

l-istabbiltà u l-integrità tal-UEM u jappella għal impenn politiku biex

jiġi implimentat il-pjan direzzjonali propost. L-urġenza għal azzjoni

ġejja mill-kobor tal-isfidi interni u esterni li qed taffaċċja attwalment

iż-żona tal-euro u l-membri individwali tagħha.

Iż-żona tal-euro teħtieġ mekkaniżmi aktar tajbin biex jiġu żgurati

politiki nazzjonali b’saħħithom sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu

jirċievu l-benefiċċji kollha tal-UEM. Dan huwa essenzjali biex tiġi

żgurata l-fiduċja fl-effettività tal-politiki Ewropej u nazzjonali, biex

jiġu sodisfatti l-funzjonijiet pubbliċi vitali, bħall-istabbilizzazzjoni

tal-ekonomiji u s-sistemi bankarji, biex jiġu protetti ċ-ċittadini mill-

effetti ta’ politiki ekonomiċi u fiskali mhux tajbin, u biex jiġi żgurat

livell għoli ta’ tkabbir u ġid soċjali.

LEJN UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA ĠENWINA

RAPPORT U PJAN DIREZZJONALI MILLPRESIDENT VAN ROMPUY

7 TA’ DIĊEMBRU 2012

B’kollaborazzjoni mill-qrib ma’:

José Manuel BARROSO, President tal-Kummissjoni Ewropea

Jean-Claude Juncker, President tal-Grupp tal-euro

Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew

kg302279_MT_inside_b.indd 64 26/03/13 16:09

Page 67: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

65

— L-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu Superviżorju Uniku effet-

tiv (MSU) għas-settur bankarju u d-dħul fis-seħħ tar-Rego-

lament u  Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (CRR/

DRDIV).

— Qbil dwar l-armonizzazzjoni ta’ oqfsa nazzjonali ta’

riżoluzzjoni u ta’ garanzija tad-depożiti, li jiżguraw finanzja-

ment adatt mill-industrija finanzjarja.

— Twaqqif tal-qafas operattiv għal rikapitalizzazzjoni diretta

tal-banek permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Stabbiltà Ewropew

(MSE).

Stadju 2 (2013-2014)

It-tlestija tal-qafas finanzjarju integrat u l-promozzjoni ta’ politiki strutturali tajbin

Dan l-istadju jikkonsisti f’żewġ elementi essenzjali:

— It-tlestija ta’ qafas finanzjarju integrat permezz tat-twaqqif ta’

awtorità komuni għar-riżoluzzjoni u mekkaniżmu ta’ sostenn

adatt biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ riżoluzzjoni tal-banek

jittieħdu malajr, imparzjalment u fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

— It-twaqqif ta’ mekkaniżmu għal koordinazzjoni, konverġenza

u infurzar aktar b’saħħithom tal-politiki strutturali bbażati fuq

arranġamenti ta’ natura kuntrattwali bejn l-Istati Membri

u l-istituzzjonijiet tal-UE dwar il-politiki li l-pajjiżi jieħdu

l-impenn li jwettqu u l-implimentazzjoni tagħhom. Abbażi ta’

kull każ speċifiku, huma jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju

temporanju, immirat u flessibbli. Billi dan l-appoġġ finanz-

jarju jkun ta’ natura temporanja, huwa għandu jiġi ttrattat

separatament mill-qafas finanzjarju pluriennali.

Stadju 3 (wara l-2014)

Titjib tar-reżiljenza tal-UEM permezz tal-ħolqien ta’ funzjoni li tassorbi x-xokkijiet fil-livell ċentrali

Dan l-istadju jimmarka l-qofol tal-proċess. Stadju 3 jikkonsisti minn:

— L-istabbiliment ta’ kapaċità fiskali definita tajjeb u limitata

biex jitjieb l-assorbiment ta’ xokkijiet ekonomiċi speċifiċi

għall-pajjiż, permezz ta’ sistema ta’ assigurazzjoni stabbilita

fil-livell ċentrali. Dan itejjeb ir-reżiljenza taż-żona tal-euro fl-

intier tagħha u jikkomplementa l-arranġamenti kuntrattwali

żviluppati fi Stadju 2. Sistema integrata bbażata fuq l-inċentivi

tinkoraġġixxi lill-Istati Membri taż-żona tal-euro li huma

eliġibbli għall-parteċipazzjoni fil-funzjoni ta’ assorbiment

tax-xokkijiet biex ikomplu jwettqu politiki fiskali u struttu-

rali tajbin f’konformità mal-obbligi kuntrattwali tagħhom.

B’hekk iż-żewġ objettivi tal-assorbiment asimetriku tax-xok-

kijiet u l-promozzjoni ta’ politiki ekonomiċi tajbin jibqgħu

intrinsikament marbuta, komplementari u jinfurzaw lil xulxin.

— Dan l-istadju jista’ jibni wkoll fuq ammont dejjem jiżdied

ta’ teħid komuni ta’ deċiżjonijiet dwar il-baġits nazzjonali

u  koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, b’mod

partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni u l-impjiegi, filwaqt li

jibni fuq il-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Impjiegi tal-Istati

Membri. B’mod aktar ġenerali, hekk kif l-UEM tevolvi lejn

integrazzjoni aktar profonda, jeħtieġ li numru ta’ kwistjonijiet

importanti oħrajn jiġu eżaminati aktar. F’dan ir-rigward, dan

ir-rapport u l-“Pjan ta’ Direzzjoni” tal-Kummissjoni joffru

bażi għal dibattitu.

I. QAFAS FINANZJARJU INTEGRAT

L-arranġamenti Ewropej attwali biex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà

finanzjarja jibqgħu bbażati fuq responsabbiltajiet nazzjonali. Dan

huwa inkonsisteni man-natura integrata ferm tal-UEM u bla dubju

ħiedet l-interazzjoni ta’ ħsara bejn il-fraġilitajiet tal-Istati u l-vulnerab-

biltajiet tas-settur bankarju. It-twaqqif tal-Mekkaniżmu Superviżorju

Uniku (MSU) ser ikun ta’ garanzija għal ħarsa superviżorja stretta

u  imparzjali, u b’hekk jikkontribwixxi għat-tkissir tar-rabta bejn

l-Istati u l-banek u titnaqqas il-possibbiltà ta’ kriżi bankarja siste-

mika futura.

Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill Ewropew stie-

den lil-leġislaturi jkomplu bil-ħidma fuq il-proposti leġislattivi dwar

l-MSU bħala kwistjoni ta’ prijorità, bil-għan li jintlaħaq qbil dwar

il-qafas leġislattiv sal-1 ta’ Jannar 2013. Huwa appella wkoll għall-

konklużjoni rapida tal-ġabra unika tar-regoli, inkluż il-ftehim rigward

il-proposti dwar ir-rekwiżiti tal-kapital tal-banek sal-aħħar tas-sena.

Huwa appella wkoll għal adozzjoni malajr tad-dispożizzjonijiet dwar

l-armonizzazzjoni ta’ oqfsa nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u ta’ garanzija

tad-depożiti.

Il-MSU ser jikkonstitwixxi l-ewwel pass lejn unjoni tas-swieq finan-

zjarji. Huma importanti li l-ħidma preparatorja tista’ tibda’ b’aktar

intensità fil-bidu tal-2013, sabiex il-MSU jista’ jkun kompletament

operattiv mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014. Ser ikun kruċjali li

l-BĊE jkun mgħammar b’sett ta’ għodod superviżorji b’saħħithom,

u li r-responsabbiltà aħħarija tal-BĊE għas-superviżjoni bankarja

tkun ikkumbinata ma’ setgħat ta’ kontroll adegwati. F’dan ir-rigward,

ser ikun importanti l-istabbiliment ta’ qafas adegwat għall-politika

makroprudenzjali li tikkunsidra b’mod debitu kemm id-dimensjoni

nazzjonali kif ukoll dik tal-Ewropa kollha. Il-BĊE kkonferma li ser

jistabbilixxi arranġamenti organizzattivi li jiggarantixxu separazzjoni

ċara tal-funzjonijiet superviżorji tiegħu mill-politika monetarja.

Ladarba jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku effettiv, għall-

banek fiż-żona tal-euro l-MES jista’, wara deċiżjoni regolari, ikollu

l-possibbiltà li jirrikapitalizza l-banek direttament. Il-qafas legali

u operattiv għall-rikapitalizzazzjoni diretta tal-banek tal-MES għandu

jiġi ffinalizzat sal-aħħar ta’ Marzu 2013. Sabiex jimxi lejn qafas finanz-

jarju integrat, ser jeħtieġ li l-MSU jiġi kkomplementat b’mekkaniżmu

uniku ta’ riżoluzzjoni, kif ukoll mekkaniżmi ta’ garanzija tad-depożiti

aktar armonizzati

Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni

Mill-bidu tal-kriżi, l-appoġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji kien

sostanzjali. Huwa kien ta’ piż mhux meħtieġ fuq il-finanzi pubbliċi

u  naqqas il-kapaċità li tintuża l-politika fiskali biex jitwaqqfu

l-effetti tar-riċessjoni. Qafas b’saħħtu u integrat għar-riżoluzzjoni

jikkontribwixxi biex tiġi limitata l-ispiża tal-fallimenti tal-banek lil

dawk li jħallsu t-taxxa. Il-proposta leġislattiva attwali dwar l-irku-

pru u r-riżoluzzjoni ser tiżgura li għodod armonizzati meħtieġa

kg302279_MT_inside_b.indd 65 26/03/13 16:09

Page 68: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

66

Skont il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni, l-azzjonijiet ta’

riżoluzzjoni għandhom isegwu strateġija bl-inqas spejjeż u jistgħu

jiġu ffinanzjati skont l-ordni ġerarkika fir-rikapitalizzazzjoni interna

mill-azzjonisti u xi kredituri, u bl-appoġġ tal-industrija bankarja. Din

tal-aħħar tkun tista’ tiġi organizzata permezz ta’ Fond Ewropew

ta’ Riżoluzzjoni, li jkun element kruċjali tar-reġim ta’ riżoluzzjoni

l-ġdid. Hija tkun iffinanzjata permezz ta’ imposti, ex ante bbażati fuq

ir-riskju, fuq il-banek kollha li jipparteċipaw direttament fl-MSU.

Il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni għandu jinkludi mekkaniżmu

ta’ sostenn komuni adatt u effettiv. Dan jista’ jiġi organizzat pos-

sibbilment permezz ta’ linja tal-kreditu tal-MES lill-awtorità unika

ta’ riżoluzzjoni. Dan il-mekkaniżmu ta’ sostenn għandu jkun fiskal-

ment newtru fuq it-terminu medju, billi jiżgura li l-imposti ex post fuq l-industrija finanzjarja jagħmlu tajjeb għall-assistenza pubblika.

Mekkaniżmi ta’ garanzija tad-depożiti

L-istorja tal-kriżijiet finanzjarji wriet l-effett destabilizzanti li

l-inċertezza, fir-rigward tad-depożiti bankarji, jista’ jkollha fuq l-isti-

tuzzjonijiet finanzjarji u s-sistemi bankarji inġenerali. Il-proposta

dwar l-armonizzazzjoni ta’ skemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti

tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li f’kull Stat Membru jiġu stabbi-

liti sistemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti b’saħħithom biżżejjed

u b’hekk jiġu limitati l-effetti mifruxa assoċjati mal-ħarba tad-depożiti

bejn istituzzjonijiet u minn pajjiż għal ieħor, u jiġi żgurat livell adatt

ta’ protezzjoni tad-depożitur fl-Unjoni Ewropea. Adozzjoni rapida

ta’ din il-proposta hija importanti.

II. QAFAS BAĠITARJU INTEGRAT

Il-kriżi żvelat il-livell għoli ta’ interdipendenza u l-effett mifrux bejn

il-pajjiżi taż-żona tal-euro. Hija wriet li l-politiki baġitarji nazzjonali

huma kwistjoni ta’ interess komuni vitali. Dan jindika l-ħtieġa li

nimxu gradwalment lejn qafas baġitarju integrat li jiżgura kemm

politiki baġitarji nazzjonali sodi kif ukoll riżiljenza akbar għal xok-

kijiet ekonomiċi taż-żona tal-euro inġenerali. Dan jikkontribwixxi

għal tkabbir sostenibbli u stabbilità makroekonomika. Ir-Rapport

Interim ta’ Ottubru enfasizza l-ħtieġa għal governanza ekonomika

aktar b’saħħitha u ssuġġerixxa, bħala pass addizzjonali, il-possibbiltà

li tiġi żviluppata gradwalment kapaċità fiskali għall-UEM, li tiffaċilita

l-aġġustament għax-xokkijiet ekonomiċi. Wara l-konklużjonijiet tal-

Kunsill Ewropew ta’ Ottubru, din it-taqsima tesplora l-alternattivi

għal kapaċità fiskali taż-żona tal-euro u l-prinċipji ta’ gwida tagħha.

Politiki baġitarji nazzjonali sodi huma s-sinsla tal-UEM

Fil-futur qrib, il-prijorità hija li jiġu kkompletati u  implimentati

l-passi l-ġodda għal governanza ekonomika aktar b’saħħitha. F’dawn

l-aħħar snin, titjib sinifikanti fil-qafas ibbażat fuq ir-regoli għall-politiki

fiskali fl-UEM ġie promulgat (’Six-Pack’) jew intlaħaq qbil dwaru

(Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza), b’ak-

tar attenzjoni fuq il-prevenzjoni ta’ żbilanċi baġitarji, l-iżviluppi

tad-dejn, il-mekkaniżmi ta’ infurzar aħjar, u  fuq l-appartenenza

nazzjonali tar-regoli tal-UE. L-elementi l-oħrajn relatati mat-tisħiħ

tal-governanza fiskali fiż-żona tal-euro (’Two-Pack’), li għadhom

Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti jiġu adottati. Dan

il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni — mibni fuq awtorità unika ta’

riżoluzzjoni — għandu jiġi stabbilit hekk kif il-BĊE jassumi b’mod

sħiħ ir-responsabbiltà superviżorja tiegħu. Dan il-mekkaniżmu ta’

sostenn, li jkopri lill-banek kollha ssorveljati mill-MSU, għandu

jkun ibbażat fuq arranġamenti ta’ governanza b’saħħithom, inkluż

dispożizzjonijiet adegwati dwar l-indipendenza u r-responsabbiltà,

kif ukoll mekkaniżmu ta’ sostenn komuni u effettiv, li huwa indis-

pensabbli biex jitlesta qafas finanzjarju integrat.

għar-riżoluzzjonijiet b’mod ordnat tal-banek huma disponibbli

fl-Istati Membri kollha tal-UE, inkluż interventi bikrija, rikapitaliz-

zazzjoni interna u l-ħolqien ta’ banek transitorji

F’kuntest fejn is-superviżjoni titmexxa b’mod effettiv lejn

mekkaniżmu superviżorju uniku, madankollu, huwa essenzjali li

r-responsabbiltà li tiġi ttrattata r-riżoluzzjoni tal-banek titmexxa

wkoll lejn il-livell Ewropew. Il-Kummissjoni diġà ħabbret l-inten-

zjoni tagħha li tipproponi mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ladarba

l-proposti għal Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni u għal

Il-ħtieġa għal mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni

L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni huwa indispensabbli biex jiġi kkompletat qafas finanzjarju untegrat:

• Huwa jiżgura proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’waqthom u imparzjali, iffukat fuq id-dimensjoni Ewropea. Dan jimminimizza

ħafna mill-ostakoli attwali għar-riżoluzzjoni, bħall-preġudizzju nazzjonali u tensjonijiet fil-kooperazzjoni transkonfinali. Dan

inaqqas l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni, minħabba li azzjonijiet bikrija u fil-pront jikkontribwixxu biex jinżamm il-valur ekonomiku

tal-banek li jeħtieġ li jiġu riżolti.

• Huwa jżomm baxx kemm jista’ jkun l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni u jaqta’ r-rabta bejn il-banek u l-Istati. Awtorità tar-riżoluzzjoni

b’saħħitha u indipendenti, appoġġata minn reġim ta’ riżoluzzjoni effiċjenti, ikollha l-kapaċità finanzjarja, legali u amminis-

trattiva kif ukoll l-indipendenza meħtieġa biex twettaq riżoluzzjoni effettiva u bl-inqas spejjeż. Billi jiġi żgurat li s-settur privat

iġorr il-piż prinċipali tal-ispejjeż tar-riżoluzzjoni bankarja, l-awtorità żżid id-dixxiplina fis-suq, u timminimizza l-ispejjeż residwi

għall-kontribwenti tal-fallimenti tal-banek.

• Il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni jikkomplementa l-MSS billi jaċċerta li l-banek inadempjenti jkunu ristrutturati jew

jingħalqu minnufih. L-MSU jipprovdi valutazzjoni f’waqtha u mingħajr preġudizzji tal-ħtieġa għal riżoluzzjoni, filwaqt li

l-awtorità unika ta’ riżoluzzjoni tiżgura effettivament riżoluzzjoni f’waqtha u effiċjenti.

kg302279_MT_inside_b.indd 66 26/03/13 16:09

Page 69: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

67

fil-proċess leġislattiv, għandhom jiġu ffinalizzati urġentement u jiġu

implimentati bir-reqqa. Dan il-qafas il-ġdid ta’ governanza ser jippre-

vedi l-koordinazzjoni ex ante abbundanti tal-baġits annwali tal-Istati

Membri taż-żona tal-euro u jsaħħaħ is-sorveljanza ta’ dawk li jkunu

għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji.

Lejn kapaċità fiskali għall-UEM

L-istorja u l-esperjenza ta’ unjonijiet monetarji oħrajn turi li hemm

diversi modi kif isir progress lejn unjoni fiskali u l-karatteristiċi uniċi

tal-UEM jiġġustifikaw approċċ speċifiku. Madankollu, filwaqt li

l-livell ta’ ċentralizzazzjoni tal-istrumenti baġitarji u l-arranġamenti

għal solidarjetà fiskali kontra xokkijiet negattivi jvarjaw, l-unjoni-

jiet monetarji l-oħrajn kollha huma mgħammra b’kapaċità fiskali

ċentrali. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2012 talab

biex jiġu esplorati aktar mekkaniżmi, inkluża kapaċità fiskali adatta,

għaż-żona tal-euro. Din tkun ta’ appoġġ għal funzjonijiet ġodda li

mhumiex koperti mill-qafas finanzjarju pluriennali li minnu hija

separata b’mod ċar.

Fit-tieni stadju, ir-riformi strutturali, f’każijiet speċifiċi, jistgħu jiġu

appoġġati permezz ta’ inċentivi finanzjarji limitati, temporanji, fles-

sibbli u mmirati hekk kif l-Istati Membri jidħlu f’arranġamenti ta’

natura kuntrattwali mal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn l-arranġamenti

jkunu obbligatorji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro u fakultattivi

għall-oħrajn (ara t-taqsima III hawn taħt). Il-Kummissjoni beħsiebha

tagħmel proposta dwar modi speċifiċi biex jiddaħħlu fis-seħħ tali

arranġamenti kuntrattwali u dwar il-mezzi kif tiġi appoġġata l-impli-

mentazzjoni tagħhom, filwaqt li tibni fuq il-proċeduri tal-UE.

L-implimentazzjoni ta’ arranġamenti kuntrattwali u  l-inċentivi

assoċjati ikunu ta’ appoġġ għal proċess ta’ konverġenza, li jwasslu

għat-tielet stadju tal-istabbiliment ta’ kapaċità fiskali biex jiġi ffaċilitat

l-aġġustament għax-xokkijiet ekonomiċi. Dan jista’ jieħu l-forma

ta’ mekkaniżmu tat-tip ta’ garanzija bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro

biex ikun hemm protezzjoni minn xokkijiet ekonomiċi kbar speċifiċi

għall-pajjiż. Tali funzjoni tiżgura forma ta’ solidarjetà fiskali eżerċitata

matul ċikli ekonomiċi, li ttejjeb ir-reżiljenza taż-żona tal-euro kollha

kemm hi u tnaqqas l-ispejjeż finanzjarji u tal-produzzjoni assoċjati

mal-aġġustamenti makroekonomiċi. Billi tikkontribwixxi għall-

istabbiltà makroekonomika, hija tikkomplementa b’mod utli l-qafas

għall-immaniġġar tal-kriżijiet ibbażat fuq il-Mekkaniżmu Ewropew

ta’ Stabbiltà.

Minħabba li funzjoni ta’ assorbiment tax-xokkijiet li tiffunzjona tajjeb

tirrikjedi grad ogħla ta’ konverġenza bejn l-istrutturi ekonomiċi

u l-politiki tal-Istati Membri, iż-żewġ objettivi jiġifieri li jiġu appoġġati

riformi strutturali li jżidu t-tkabbir u l-protezzjoni minn xokkijiet

ekonomiċi speċifiċi għall-pajjiż huma komplementarji u jsaħħu lil

xulxin.

Il-ġustifikazzjoni ekonomika għal kapaċità fiskali bħal din

F’żona b’munita komuni, il-piż tal-aġġustament għax-xokkijiet

ekonomiċi speċifiċi għall-pajjiż jaqa’ fuq il-mobilità tal-ħaddiema

u tal-kapital, il-flessibbiltà tal-prezz u tal-ispejjeż, u l-politika fiskali.

Sabiex ikun hemm protezzjoni kontra esternalitajiet fiskali negattivi,

hu importanti li r-riskji fiskali jkunu kondiviżi fejn il-mekkaniżmi

għall-aġġustament ekonomiku għax-xokkijiet speċifiċi għall-pajjiż

ikollhom nuqqasijiet. Dan huwa evidentement il-każ fiż-żona tal-

euro, fejn il-mobilità tal-ħaddiema huja baxxa b’mod komparattiv,

il-flussi kapitali huma suxxettibbli għal bidliet f’daqqa li jistgħu

jimminaw l-istabbiltà finanzjarja, u r-riġiditajiet strutturali jistgħu

idewmu jew jimpedixxu aġġustamenti tal-prezzijiet u r-riallokazzjoni

ta’ riżorsi. F’każijiet bħal dawn, il-pajjiżi jistgħu faċilment isibu lilhom

infushom f’ekwilibri ħżiena b’implikazzjonijiet negattivi għaż-żona

tal-euro kollha.

F’dan il-kuntest, it-twaqqif ta’ għodod għall-kondiviżjoni tar-ris-

kju, bħal funzjoni għall-assorbiment tax-xokkijiet komuni iżda

limitata, jistgħu jikkontribwixxu biex itaffu l-impatt tax-xokkijiet

speċifiċi għall-pajjiż u jgħinu biex jipprevjenu l-kontaġju madwar

iż-żona tal-euro u lil hinn. Madankollu, jeħtieġ li dnn ikun kom-

plementat b’mekkaniżmu li jwassal għal konverġenza ekonomika

aktar b’saħħitha, bbażata fuq il-politiki strutturali bil-għan li jtejbu

l-kapaċità ta’ aġġustament tal-ekonomiji nazzjonali u jevitaw ir-ris-

kju ta’ periklu morali li jagħmel parti minn kwalunkwe sistema ta’

assigurazzjoni. Għalhekk, barra li jaqdu l-fini intrinsiċi tagħhom,

l-implimentazzjoni b’suċċess tar-riformi speċifikati f’arranġament

kuntrattwali tista’ sservi wkoll bħala kriterju għal parteċipazzjoni

f’funzjoni għall-assorbiment tax-xokkijiet stabbilita fi stadju 3. Din

għandha tipprovdi l-pajjiżi b’inċentiv qawwi addizzjonali biex jimpli-

mentaw linji politiċi ekonomiċi b’saħħithom kemm qabel kif ukoll

ladarba jissieħbu fil-mekkaniżmu għall-assorbiment tax-xokkijiet.

Fit-transizzjoni lejn l-istabbiliment tal-funzjoni ta’ stabbilizzazzjoni

awtomatika, u skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, jistgħu jiġu

pprovduti inċentivi finanzjarji limitati, temporanji u flessibbli lill-Istati

Membri sabiex jippromwovu r-riformi strutturali. Sabiex tiġi evi-

tata rikaduta jew l-emerġenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi ladarba

l-pajjiżi jkunu kisbu aċċess għall-funzjoni għall-assorbiment tax-xok-

kijiet, l-approċċ kuntrattwali tar-riformi jkompli. Barra minn hekk,

it-trasferimenti nett taħt il-funzjoni għall-assorbiment tax-xokkijiet

jistgħu jiġi adatti biex jirriflettu l-konformità li għaddejja mal-impenji

meħuda skont l-arranġamenti kuntrattwali.

Alternattivi għall-funzjoni tal-assorbiment tax-xokkijiet tal-kapaċità fiskali taż-żona tal-euro

Kapaċita fiskali tal-EUM b’funzjoni asimetrika limitata għall-

assorbiment tax-xokkijiet tista’ tieħu l-forma ta’ sistema tip ta’ assi-

gurazzjoni bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro. Il-kontribuzzjonijiet minn,

u l-ħlasijiet lil, baġits nazzjonali jvarjaw skont il-pożizzjoni ta’ kull

pajjiż fiċ-ċiklu ekonomiku.

L-għamla speċifika ta’ funzjoni bħal din tista’ ssegwi żewġ approċċi

wiesa’. L-ewwel ikun approċċ makroekonomiku, fejn il-kontri-

buzzjonijiet u l-ħlasijiet ikunu bbażati fuq varjazzjonijiet fid-dħul

ċikliku u l-punti ta’ nfiq, jew fuq miżuri ta’ attività ekonomika. It-tieni

jista’ jkun ibbażat fuq approċċ mikroekonomiku, u jista’ jkun mar-

but aktar direttament ma’ funzjoni pubblika speċifika li tkun sensit-

tiva għaċ-ċiklu ekonomiku, bħal assigurazzjoni għall-qgħad. F’dan

il-każ, il-livell ta’ kontribuzzjonijiet lill-/benefiċċji mill-/kapaċità fis-

kali ikun jiddependi direttament mill-iżviluppi tas-suq tax-xogħol.

F’dan ix-xenarju, il-kapaċità fiskali mbagħad taħdem bħala sostitut

kg302279_MT_inside_b.indd 67 26/03/13 16:09

Page 70: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

68

Fil-viċin, hu essenzjali li jitlesta s-suq Uniku minħabba li jipprovdi

għodda b’saħħitha għall-promozzjoni tat-tkabbir. Barra minn hekk,

hemm il-ħtieġa ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-prestazzjoni tas-swieq

tax-xogħol u l-prodotti fiż-żona tal-euro. Fin-nuqqas ta’ aġġustamenti

fir-rata ta’ skambju, UEM li tiffunzjona tajjeb teħtieġ swieq effiċjenti

tax-xogħol u  tal-prodotti. Dan hu essenzjali biex jiġi miġġieled

il-qgħad fuq skala kbira, u biex jiġu ffaċilitati l-aġġustamenti tal-

prezzijiet u l-ispejjeż li huma kruċjali għall-kompetitività u t-tkabbir.

Għandha tingħata attenzjoni urġenti għall-promozzjoni tal-mobilità

transkonfinali tal-ħaddiema u l-indirizzar ta’ diskrepanzi ta’ ħiliet

III. QAFAS INTEGRAT TA’ POLITIKA

EKONOMIKA

Il-kriżi tad-dejn sovran kixfet bl-aktar mod spjaċevoli li l-politiki

mhux sostenibbli segwiti fil-passat minn xi pajjiżi fiż-żona tal-euro

u r-riġiditajiet li jeżistu fl-ekonomiji tagħhom għandhom riperkuss-

jonijiet negattivi għall-membri kollha tal-UEM. Qafas integrat ta’

politika ekonomika huwa meħtieġ biex jiggwida f’kull ħin il-politiki

tal-Istati Membri lejn tkabbir ekonomiku b’saħħtu u sostenibbli biex

ikun hemm livelli ogħla ta’ tkabbir u mpjiegi.

Riżorsi finanzjarji tal-kapaċità fiskali u l-abbiltà ta’ self

Ikollhom jiġu miġbura riżorsi biex jiffinanzjaw iż-żewġ funzjo-

nijiet — il-promozzjoni tar-riformi strutturali u  l-assorbiment

tax-xokkijiet asimetriċi. Dawn ir-riżorsi jistgħu jieħdu l-forma ta’

kontribuzzjonijiet nazzjonali, riżorsi proprji jew kombinazzjoni

tat-tnejn. Fuq perspettiva aktar fit-tul, aspett ewlieni ta’ kapaċità

fiskali futura, li jkun jeħtieġ li jiġi eżaminat bir-reqqa, jkun l-abbiltà

possibbli tagħha li jkun hemm self. Kapaċità fiskali fiż-żona tal-

euro tista’ tabilħaqq toffri bażi adatta għal ħruġ ta’ dejn komuni

mingħajr il-ħtieġa li tirrikorri għall-mutwalizzazzjoni tad-dejn

sovran. Il-kwistjoni tal-applikazzjoni tar-regola fiskali tad-deheb,

bħar-regola ta’ baġit bilanċjat imnaqqxa kemm fil-Patt ta’ Stabbiltà

u Tkabbir kif ukoll fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza, għal din il-kapaċità fiskali għandha mbagħad tiġi

esplorata. Finalment, qafas baġitarju integrat ikun jesiġi l-istabbi-

liment ta’ funzjoni ta’ Teżor b’responsabbiltajiet fiskali definiti

b’mod ċar.

komplementari jew parzjali għas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni

għall-qgħad. It-trasferimenti jistgħu, pereżempju, jkunu limitati għal

qgħad ċikliku billi jkopru biss qgħad fuq perijodu qasir.

L-evalwazzjoni tal-merti individwali ta’ kull approċċ tkun teħtieġ

analiżi aktar profonda. Huwa importanti li d-dimensjoni tal-funzjoni

għall-assorbiment tax-xokkijiet assenjata lill-kapaċità fiskali tkun tidde-

pendi l-aktar mid-dimensjoni tagħha, u l-implikazzjonijiet finanzjarji

għall-baġits nazzjonali jkunu jiddependu mill-għamla u l-parametri

preċiżi tagħha. Madankollu, ser ikun importanti li jiġi żgurat li, irris-

pettivament mill-approċċ li jiġi segwit, l-istabbiliment ta’ din il-fun-

zjoni ma jaffettwax il-livell inġenerali tan-nefqa pubblika u l-pressjoni

fiskali fiż-żona tal-euro. Bl-istess mod, l-istess kondizzjonijiet u l-limiti

għall-attivazzjoni ta’ trasferimenti jkun jeħtieġ li jiġu studjati bir-reqqa,

minħabba li xokkijiet speċifiċi għall-pajjiż biss għandhom jiġu assorbiti

ċentralment. Pereżempju, fil-każ tal-approċċ mikroekonomiku, it-tras-

ferimenti relatati mal-qgħad jistgħu jiġu attivati biss ladarba ż-żieda

tal-qgħad fil-perijodu qasir teċċedi ċertu limitu.

Prinċipji gwida għall-funzjoni tal-assorbiment tax-xokkijiet ta’ kapaċità fiskali tal-UEM

Irrispettivament mill-approċċ — makro jew mikroekonomiku — l-għamla ta’ funzjoni bħal din għall-assorbiment tax-xokkijiet

għandha tistrieħ fuq numru ta’ prinċipji gwida li jirriflettu wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tal-UEM:

• Elementi tal-kondiviżjoni tar-riskji fiskali relatati mal-assorbiment ta’ xokkijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom ikunu struttu-

rati b’tali mod li ma jwasslux għal trasferimenti f’direzzjoni waħda u permanenti minn pajjiż għal ieħor, u lanqas għandhom

ikunu meqjusa bħala għodod għall-ugwalizzazzjoni tal-introjtu. Maż-żmien, kull pajjiż fiż-żona tal-euro, hekk kif tipprogressa

tul iċ-ċiklu ekonomiku tagħha, eventwalment ikun riċevitur nett u kontributur nett tal-iskema.

• Funzjoni bħal din la għandha timmina l-inċentivi għal tfassil ta’ politika fiskali tajbin fil-livell nazzjonali, u lanqas l-inċentivi li

jiġu indirizzati dgħufiji strutturali. Mekkaniżmi adatti biex jillimitaw il-periklu morali u jrawmu riformi strutturali għandhom

jinbnew fil-funzjoni għall-assorbiment tax-xokkijiet. Ir-rabta tagħha mal-konformità mal-qafas ta’ governanza wiesa’ tal-UE,

inklużi arranġamenti possibbli ta’ natura kuntrattwali (ara taqsima III hawn taħt), għandha tiġi prevista.

• Il-kapaċità fiskali għandha tiġi żviluppata fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha. Dan għandu jiżgura l-konsistenza

tagħha mal-qafas fiskali attwali tal-UE bbażat fuq ir-regoli u l-proċeduri għall-koordinament tal-politiki ekonomiċi.

• Il-kapaċità fiskali ma għandhiex tkun strument għall-ġestjoni tal-kriżijiet, minħabba li diġà ġie stabbilit il-Mekkaniżmu Ewropew

ta’ Stabbiltà (MES) għal din il-fini. B’kuntrast, ir-rwol tal-kapaċità fiskali għandu jkun biex itejjeb ir-reżiljenza ekonomika

inġenerali tal-UEM u l-pajjiżi taż-żona tal-euro. Dan jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ kriżi u jagħmel interventi futuri

tal-MES anqas probabbli.

• L-għamla tal-kapaċità fiskali għandha tkun konsistenti mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u l-operazzjoniiet tagħha għandhom

ikunu trasparenti u soġġetti għall-kontroll u r-responsabbiltà demokratika adatta. Bl-istess mod, għandha tkun kosteffettiva

u ma twassalx għall-iżvilupp mingħajr ħtieġa ta’ proċeduri amministrattivi jew ċentralizzazzjoni mhux meħtieġa li jiswew il-flus.

Ma għandhiex twassal għal żieda fil-livelli ta’ nfieq jew tassazzjoni.

kg302279_MT_inside_b.indd 68 26/03/13 16:09

Page 71: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

69

fis-suq tax-xogħol. Il-Kummissjoni tista’ tassumi din il-valutazzjoni

bħala kwistjoni prijoritarja. Finalment, għandu jiddaħħal fis-seħħ

qafas għal koordinazzjoni sistematika ex ante ta’ riformi maġġuri

tal-politika ekonomika, kif previst fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar

il-Konverġenza l-Istabbiltà, il-koordinazzjoni u  l-Governanza

(TSCG).

Sabiex tibqa’ ekonomija tas-suq soċjali ferm attraenti u tippreserva

l-mudell soċjali Ewropew, huwa importanti għall-Unjoni li tkun glo-

balment kompetittiva u tevita diverġenzi eċċessivi fil-kompetittività

bejn il-membri tal-UEM. Ir-riformi introdotti fil-qafas ta’ sorveljanza

tal-UE bil-ħolqien ta’ Semestru Ewropew b’rakkomandazzjonijiet

speċifiċi għall-pajjiż u Proċedura għal Żbilanċi Makroekonomiċi

ġdida b’sanzjonijiet possibbli huma pass fid-direzzjoni t-tajba. Iżda

hemm il-ħtieġa li mmorru lil hinn u nistabbilixxu qafas aktar b’saħħtu

għall-koordinazzjoni, il-konverġenza u l-infurzar tal-politiki strut-

turali. F’dan il-kuntest, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’

Ottubru appellaw għal aktar esplorazzjoni tal-idea ta’ arranġamenti

ta’ natura kuntrattwali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-

UE dwar ir-riformi għall-promozzjoni tal-kompetittività, it-tkabbir

u l-impjiegi li l-pajjiżi jimpenjaw irwieħhom li jimplimentaw. Għandu

jintuża approċċ gradwali sabiex jidħlu fis-seħħ dawn l-arranġamenti.

L-arranġamenti kuntrattwali jeħtieġ li jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet fi stadju bikri

L-iżbilanċi makrokonomiċi għandhom it-tendenza li jinbnew ftit

ftit u kemm il-darba jkunu moħbijin minħabba tkabbir ekonomiku

u kondizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli. Iżda minħabba riġiditajiet

strutturali fis-swieq tax-xogħol, tal-prodotti u tas-servizzi, u fatturi

istituzzjonali, meta jiġu identifikat, il-korrezzjoni rapida taghħhom

kemm-il darba tkun diffiċli. Għalhekk huwa importanti li l-kawżi

fundamentali tal-iżbilanċi jiġu indirizzati fi stadju bikri, inkluż billi jiġi

żgurat li dawn is-swieq essenzjali jistgħu jaġġustaw malajr għal xokki-

jiet u li l-oqfsa nazzjonali jiffaċilitaw it-tkabbir u l-impjiegi. Għalhekk,

hemm il-ħtieġa li l-arranġamenti kuntrattwali jikkonċentraw fuq

l-ostakoli mikroekonomiċi, settorjali u  istituzzjonali, u  jimmi-

raw għall-potenzjal ta’ kompetittività u  tkabbir tal-ekonomija.

Għaldaqstant, l-arranġamenti kuntrattwali futuri għandhom ikunu

obbligatorji għall-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro, iżda fakultattivi

għall-Istati Membri l-oħra.

L-arranġamenti kuntrattwali jeħtieġu li jikkonċentraw fuq id-debbolezzi prinċipali

Mhux l-ineffiċjenzi ekonomiċi kollha jirrapreżentaw piż għall-

funzjonament tal-UEM. Ukoll, il-grad ta’ kompetittività u l-isfida

tat-tkabbir ivarjaw minn pajjiż għal pajjiż. Il-kontenut u  l-firxa

tal-arranġamenti ta’ riforma għandhom jirriflettu din id-diversità

u għandhom jadattaw għall-ħtiġijiet speċifiċi għall-pajjiżi (eż. suq tax-

xogħol effiċjenti għall-ġlieda kontra l-qgħad taż-żgħażagħ; titjib tas-

sistemi ġudizzjarji). Madankollu, sabiex dawn l-arranġamenti jkunu

jistgħu iqisu din l-eteroġenità, huwa essenzjali li jkun hemm djalogu

intens bejn kull Stat Membru u l-istituzzjonijiet tal-UE, fil-livell tek-

niku u dak politiku. Dan jistaż jieħu l-forma ta’ analiżi approfondita

miż-żewġ partijiet, li tipprovdi l-bażi għal ftehim imfassal apposta

u dettaljat dwar xi riformi speċifiċi. Skont it-tip ta’ miżuri neċessarji,

it tul ta’ dawn il-ftehimiet jista’ jvarja għal kull pajjiż, iżda probabbil-

ment ikun ta’ natura pluriennali. Sabiex tinżamm il-konċentrazzjoni

fuq id-debbolezzi prinċipali, tali arranġamenti jkun jeħtieġ li jħallu

xi flessibbiltà sabiex jaffrontaw xokkijiet importanti u bidliet fiċ-

ċirkustanzi u  l-prijoritajiet ekonomiċi. Fit-tieni stadju, skont is-

sitwazzjoni speċifika ta’ kull pajjiż, dan jista’ jiġi appoġġat b’sostenn

finanzjarju mmirat, limitat u flessibbli taħt il-kapaċità fiskali.

L-arranġamenti kuntrattwali jeħtieġ li jiġu integrati fil-proċessi eżistenti tal-UE

Il-kriżi wasslet għal tisħiħ tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE.

Kull sena, jiġu indirizzati mill-Kunsill rakkomandazzjonijiet integrati

speċifiċi għall-pajjiżi, bbażati fuq proposta tal-Kummissjoni, lill-Istati

Membri kollha. Barra minn dan, ġiet stabbilita Proċedura ta’ Żbilanċi

Makroekonomiċi (MIP) biex taħkem u tikkoreġi żbilanċi fi stadju

bikri. Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi u duplikazzjoni, arranġamenti

kuntrattwali għandhom jiġu inklużi fis-Semestru Ewropew. Dawn

għandhom ikunu konsistenti ma’ u jappoġġaw it-taħlita globali

tal-politika li tirriżulta mill-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir

u għandhom ikunu bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi

għall-pajjiżi. F’konformità mal-objettiv ta’ identifikazzjoni bikrija,

ir-reviżjonijiet approfonditi għandhom ikunu ġeneralizzati għall-

pajjiżi kollha tal-UEM. Jeħtieġ li r-reviżjonijiet approfonditi jkunu

bbażati fuq djalogu metikoluż u konkret ħafna u u fuq analiżi tal-

ekonomiji tal-Istati Membri. Abbazi tal-konklużjonijiet tar-reviżjoni

approfondita, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-Kum-

missjoni għandhom ikunu l-bażi għal djalogu ma’ kull pajjiż dwar

il-miżuri speċifiċi u dettaljati li jinsabu fl-arranġamenti ta’ riforma,

inkluż kalendarju għall-implimentazzjoni. Għall Stati Membri taħt

il-qasam korrettiv tal-MIP, il-ftehim ikun il-pjan ta’ azzjoni korrettiv,

u kif previst fir-Regolament attwali, nuqqas ta’ konformità jwassal

għal sanzjonijiet.

L-arranġamenti kuntrattwali jeħtieġ li jibbenefikaw minn appartenenza u responsabbiltà Ewropej sħaħ

L-appartenenza nazzjonali hija kruċjali għall-implimentazzjoni ta’

riformi strutturali. Huwa essenzjali li jkun hemm dibattitu nazzjo-

nali dwar il-miżuri prijoritarji u approvazzjoni tal-arranġamenti ta’

riforma mill-parlamenti nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-appartenenza

nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tinforma l-parlamenti

nazzjonali u dak Ewropew dwar in-neċessità ta’ dawn il-miżuri minn

perspettiva tal-UEM. Iż-żewġ partijiet kontraenti għandhom ikunu

responsabbli għall-kontenut u l-implimentazzjoni tal-parti tagħhom

tal-ftehim ta’ konverġenza u ta’ kompetittività, u li jirrapurtaw lill-par-

lamenti rispettivi tagħhom (nazzjonali u Ewropew) dwar il-progress

li jkun sar. Responsabbiltà sħiħa taż-żewġ partijiet tista’ tiġi żgurata

biss jekk l-aġenda ta’ riforma maqbula tkun speċifika, dettaljata

u miżurabbli. Dan jirrikjedi ftehim ex ante dwar kalendarju konkret,

rigward il-modalitajiet speċifiċi għall-monitoraġġ u l-aċċess għall-

informazzjoni. Il-ftehim u r-rapporti ta’ konformità għandhom jiġu

ppubblikati u bażi regolari u fil-ħin. Bidliet ekonomiċi importanti jew

tibdil fiċ-cirkustanzi politiċi, bħall-elezzjoni ta’ gvern ġdid, jistgħu

jwasslu għal negozjar mill-ġdid tal-miżuri u l-passi preċiżi sabiex

jintlaħqu l-objettivi ta’ riforma.

kg302279_MT_inside_b.indd 69 26/03/13 16:09

Page 72: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

70

tas-Semestru Ewropew. Mekkaniżmi ġodda biex jiżdied il-livell

ta’ kooperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u dak Ewropew,

pereżempju fuq il-bażi tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà,

il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSCG) u l-Protokoll 1 tat-Trat-

tat, jistgħu jikkontribbwixxu għat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika

u r-responsabbiltà. Hija r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew

u tal-parlamenti nazzjonali biex flimkien jiddeterminaw l-organiz-

zazzjoni u l-modalitajiet preċiżi ta’ dan.

It-tielet, il-ħolqien ta’ kapaċità fiskali ġdida għall-UEM għandu jwas-

sal għal arranġamenti adegwati li jiżguraw il-leġittimità demokratika

u r-responsabbiltà sħaħ tagħha. Id-dettalji ta’ tali arranġamenti jidde-

pendu ħafna fuq il-karatteristiċi speċifiċi tagħha, inkluż is-sorsi ta’

finanzjament tagħha, il-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tagħha

u l-ambitu tal-attivitajiet tagħha.

Fl-aħħar nett, il-kriżi wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ mhux biss il-

qafas superviżorju tal-UEM iżda wkoll il-kapaċità tagħha li tieħu

deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni rapidi sabiex ittejjeb il-ġestjoni

tal-kriżijiet fi żminijiet ħżiena u t-tfassil tal-politika ekonomika fi

żminijiet tajbin. Inħolqu xi arranġamenti intergovernattivi bħala

riżultat tad-difetti tas-sistema preċedenti iżda hemm il-ħtieġa li dawn

jiġu finalment integrati fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea. Dan huma

diġà previst fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Gover-

nanza, u jista’ jiġi previst ukoll għal każijiet oħra. Huwa essenzjali li

tiġi rinfurzata l-kapaċità tal-livell Ewropew li jieħu deċiżjonijiet ta’

implimentazzjoni ta’ politika ekonomika għall-UEM. Fl-aħħar nett,

hekk kif l-UEM tevolvi lejn unjoni bankarja, fiskali u ekonomika,

ir-rappreżentanza esterna tagħha għandha wkoll tiġi unifikata.

Fl-aħħar mill-aħħar, dawn il-bidliet estensivi mwettqa mill-Unjoni

Ewropea inġenerali u mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja b’mod

partikolari jeħtieġu sens kondiviż ta’ determinazzjoni fost l-Isttai

Membri, grad għoli ta’ koeżjoni soċjali, parteċipazzjoni qawwija

tal-Parlament Ewropew u dawk nazzjonali u  tiġdid tad-djalogu

mal-imsieħba soċjali. Il-ftuħ u t-trasparenza tal-proċess kif ukoll tal-

eżitu huma kruċjali għall-mixja lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja

ġenwina.

IV. LEĠITTIMITÀ DEMOKRATIKA

U RESPONSABBILTÀ

Fil-Konklużjonijet tiegħu ta’ Ottubru, il-Kunsill Ewropew saħaq dwar

il-ħtieġa għal mekkaniżi b’saħħithom għal-leġittimità demokratika

u responsabbiltà. Wieħed mill-prinċipji gwida huwa li l-leġittimità

demokratika u r-responsabbiltà għandhom ikunu preżenti fil-livell

fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. L-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju

gwida hija kruċjali sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-oqfsa integrati

tal-politika finanzjarja, baġitarja u ekonomika. Dan jimplika l-invol-

viment tal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-responsabbiltà tad-

deċiżjonijiet meħuda fil-livell Ewropew, waqt li jinżamm ir-rwol

kruċjali tal-parlamenti azzjonali, skont il-każ.

Id-deċiżjonijiet dwar il-baġits nazzjonali huma fil-qalba tad-demokra-

ziji parlamentari tal-Istati Membri. Fl-istess waqt, id-dispożizzjonijiet

għal-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà għandhom jiżguraw

li l-interess komuni tal-unjoni jirċievi l-konsiderazzjoni debita; iżda

l-parlamenti nazzjonali mhumiex fl-aħjar pożizzjoni li jagħtuh

konsiderazzjoni sħiħa. Dan jimplika li l-integrazzjoni ulterjuri tat-

tfassil tal-politika u l-akkomunament akbar tal-kompetenzi fil-livell

Ewropew għandhom, l-ewwel u qabel kollox, ikunu akkumpanjati

minn involviment proporzjonat tal-Parlament Ewropew fl-oqfsa

integrati għal UEM ġenwina.

L-ewwel, f’qafas finanzjarju integrat: waqt li r-responsabbiltà kemm

tal-Bank Ċentrali Ewroew bħala superviżur uniku u l-awtorità unika

ta’ riżoluzzjoni futura għandha tkun preżenti fil-livell Ewropew, din

għandha tiġi kkomplementata b’mekkaniżmi b’saħħithom għall-

informazzjoni, r-rappurtar u t-trasparenza lill-parlamenti nazzjonali

tal-Istati Membri parteċipanti.

It-tieni, fil-kuntest tal-oqfsa integrati tal-politika baġitarja u ekono-

mika: L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment adatt tal-

parlamenti nazzjonali tagħhom fl-arranġamenti ta’ riforma proposti

ta’ natura kuntrattwali u aktar ġeneralment fil-kuntest tas-Semestru

Ewropew. F’dan l-ispirtu, f’Ottubru il-Kunsill Ewropew talab li jiġu

esplorati mezzi li jiżguraw dibattiti fil-Parlament Ewropew u l-par-

lamenti nazzjonali dwar ir-rakkomandazzjonijiet adottati fil-kuntest

Elementi prinċipali tal-arranġamenti ta’ natura kuntrattwali dwar riformi strutturali.

Fil-qosor, tali arranġamenti integrati fil-qafas tal-governanza tal-UE jistgħu jistrieħu fuq il-prinċipji li ġejjin:

• Dawn jistgħu jiġu integrati fis-Semestru Ewropew, ikunu konsistenti ma’ u jappoġġaw it-taħlita ġenerali tal-politika dwar

iż-żona tal-euro; għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri taż-żona tal-euro iżda fakultattivi għall-oħrajn, abbażi ta’

reviżjonijiet metikolużi u konkreti tal-ostakoli prinċipali għat-tkabbir u l-impjiegi. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom jitmexxew

mill-Kummissjoni.

• Għandhom ikopru aġenda ta’ riforma pluriennali, speċifika u li tista’ tiġi sorjeljata, maqbula konġuntement mal-istituzzjonijiet

tal-UE u kkonċentrata fuq il-kompetittività u t-tkabbir li huma kruċjali għall-funzjonament tajjeb tal-UEM.

• L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu kont, rispettivament, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew

dwar il-kontenut u l-implimentazzjoni tad-doveri tagħhom taħt l-arranġamenti.

• Ir-riformi strutturali għandhom ikunu appoġġati b’inċentivi finanzjarji u għandhom jirriżultaw fi trasferimenti temporanji lil

Stati Membri bi dgħufijiet strutturali eċċessivi. Dan l-appoġġ immirat għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ riżorsi speċifiċi.

• Il-konformità mal-arranġamenti tista’ tiġi żgurata permezz ta’ qafas ibbażat fuq l-inċentivi. Il-konformità għandha tkun wieħed

mill-kriterji għall-parteċipazzjoni fil-funzjoni tal-assorbiment tax-xokkijiet tal-kapaċità fiskali. Barra minn hekk, il-kontribuzzjo-

nijiet nazzjonali għall-kapaċità fiskali tista’ tiżdied f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

kg302279_MT_inside_b.indd 70 26/03/13 16:09

Page 73: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

71

Stad

ji Le

jn U

EM Ġ

enw

ina

Niż

gura

w is

-sos

teni

bbilt

à fis

kali

uni

ksru

r-ra

bta

bejn

il-b

anek

u l-

Ista

tiIn

lest

u l-q

afas

fina

nzja

rju in

tegr

at u

nipp

rom

wov

u po

litik

i str

uttu

rali

valid

i fill

-ivel

l naz

zjon

ali

Nis

tabb

ilixx

u fu

nzjo

ni ta

l-UE

Mgħ

all-a

ssor

bim

ent t

ax -x

okki

jiet s

peċi

fika

għal

kul

l paj

jiż

MSU

u Ġ

abra

Uni

ka ta

r-R

egol

i

SGD

Naz

zjon

ali a

rmon

izza

ta

Oqf

sa n

azzj

onal

i ta’

riżo

luzz

joni

arm

oniz

zati

Mek

kani

żmu

Uni

ku ta

’ Riż

oluz

zjon

ib’

arra

nġam

enti

ta’ s

oste

nn a

datt

i

Rik

apito

lizza

zzjo

ni d

iretta

tal-b

anek

mill

-MES

Six

pack

, Tw

o pa

ck, T

SCG

Inċe

ntiv

i fin

anzj

arji

mar

butin

ma’

arr

anġa

men

ti ku

ntra

ttwal

iA

ssor

bim

ent t

ax-x

okki

jiet s

peċi

fiku

għal

kul

l paj

jiż

Arr

anġa

men

ti ta

’ nat

ura

kunt

ratt

wal

iin

tegr

ati f

is-S

emes

tru

Ew

rope

w

Qaf

as g

ħall-

koor

dina

zzjo

ni ex

ante

tar-

rifor

mi t

al-p

oliti

ka e

kono

mik

a (T

SCG

, Art

. 11)

Prog

ress

pro

porz

jona

t lej

n le

ġitt

imità

dem

okra

tika

u re

spon

sabb

iltà

Soste

nn im

mira

tte

mpo

ranj

u/fle

ssib

bli

Part

eċip

azzj

oni k

ondi

zzjo

nali

bbaż

ata

fuq

krite

rji ta

d-dħ

ul/

konf

orm

ità

Kon

dizz

joni

jiet g

ħall-

parte

ċipaz

zjoni

hum

a dip

ende

nti

min

n ko

nfor

mità

kont

inw

a

Stad

ju I

Kom

plet

at tm

iem

201

2-20

13St

adju

IIBi

du 2

013-

kom

plet

at 2

014

Stad

ju II

IW

ara l

-201

4

Responsabbiltàpolitika

Qafas ekonomikuintegrat

Qafas bagtarju integrat

Qafas finanzjarjuintegrat

kg302279_MT_inside_b.indd 71 26/03/13 16:09

Page 74: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

72

Il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi l-passi li jmiss fil-proċess

tat-tlestija tal-UEM, abbażi ta’ integrazzjoni aktar profonda

u solidarjetà msaħħa għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

4. Il-proċess tat-tlestija tal-UEM ser jibni fuq il-qafas isti-

tuzzjonali u legali tal-UE. Huwa ser ikun miftuħ u tras-

parenti lejn l-Istati Membri li ma jużawx il-munita unika.

Matul il-proċess l-integrità tas-Suq Uniku ser tiġi rispettata

bis-sħiħ, inkluż fil-proposti leġislattivi differenti li ser isiru.

Huwa wkoll importanti li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi

bejn l-Istati Membri li jieħdu parti fl-MSU u dawk li ma

jiħdux parti.

5. Il-prijorità immedjata hija li jiġi kkompletat u implimen-

tat il-qafas għal governanza ekonomika aktar soda, inkluż

is-“six-pack”, it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni

u l-Governanza (TSCG) u t-“two-pack”. Wara l-progress

deċiżiv miksub dwar l-elementi ewlenin tat-“two-pack”,

il-Kunsill Ewropew jappella l-adozzjoni rapida tiegħu

mill-koleġislaturi.

6. Huwa daqstant urġenti li jsir progress lejn qafas finanzjarju

aktar integrat, li jgħin għar-ritorn tas-self normali, itejjeb

il-kompetittività u jgħin biex isir l-aġġustament meħtieġ

fl-ekonomiji tagħna.

7. Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jikkostitwixxi pass

kwalitattiv kbir lejn qafas finanzjarju aktar integrat.

Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-ftehim milħuq fil-Kunsill tat-

13 ta’ Diċembru u jappella lill-koleġislaturi biex jaqblu

malajr sabiex jippermettu l-implimentazzjoni tiegħu malajr

kemm jista’ jkun. Huwa jtenni wkoll l-importanza tar-regoli

l-ġodda dwar ir-rekwiżiti ta’ kapital għall-banek (CRR/

CRD), li huma tal-akbar prijorità sabiex tiġi żviluppata

I. POLITIKA EKONOMIKA

Pjan direzzjonali għat-tlestija tal-UEM

1. Fid-dawl tal-isfidi fundamentali li qiegħda tiffaċċja, jeħtieġ

li l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tissaħħaħ biex jiġi

żgurat il-ġid ekonomiku u  soċjali kif ukoll l-istabbiltà

u l-prosperità sostnuta. Il-politiki ekonomiċi għandhom

ikunu orjentati għalkollox lejn il-promozzjoni tat-tkabbir

ekonomiku b’saħħtu, sostenibbli u inklużiv, l-iżgurar tad-

dixxiplina baġitarja, it-tisħiħ tal-kompetittività u l-ixprunar

tal-impjiegi, u b’mod partikolari l-impjiegi fost iż-żgħażagħ,

sabiex l-Ewropa tibqa’ ekonomija tas-suq soċjali kompetit-

tiva ħafna u tippreserva l-mudell soċjali Ewropew.

2. Il-konsolidazzjoni tal-UEM tistrieħ mhux biss fuq it-tlestija

tal-arkitettura tagħha, iżda wkoll fuq it-twettiq ta’ politiki

baġitarji differenzjati, favur it-tkabbir u tajbin. Filwaqt li

jiġi rispettat bis-sħiħ il-Patt ta’ Stabbiltà u  Tkabbir, il-

possibbiltajiet offruti mill-qafas baġitarju eżistenti tal-UE

biex il-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku produttiv jiġu

bbilanċjati mal-objettivi tad-dixxiplina baġitarja jistgħu jiġu

sfruttati fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltá u Tkabbir.

3. Barra mir-rapport interim ippreżentat f’Ottubru 2012,

il-President tal-Kunsill Ewropew, f’kollaborazzjoni mill-

qrib mal-Presidenti tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali

Ewropew u  tal-Grupp tal-euro, fassal pjan direzzjonali

speċifiku u  marbut biż-żmien għall-kisba ta’ Unjoni

Ekonomika u Monetarja ġenwina. Il-Kunsill Ewropew

jinnota l-“Blueprint” maħruġa mill-Kummissjoni li tippro-

vdi analiżi komprensiva tal-kwistjonijiet rilevanti flimkien

ma’ valutazzjoni tal-aspetti legali tagħhom. Huwa jinnota

wkoll il-kontributi magħmulin mill-Parlament Ewropew.

KUNSILL EWROPEW 1314 TA’ DIĊEMBRU 2012

Il-Kunsill Ewropew qabel dwar pjan direzzjonali għat-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, abbażi ta’ integrazzjoni

aktar profonda u solidarjetà msaħħa. Dan il-proċess ser jibda bit-tlestija, it-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-governanza

ekonomika msaħħa l-ġdida, kif ukoll l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u tar-regoli l-ġodda dwar

l-irkupru u r-riżoluzzjoni u dwar il-garanziji tad-depożiti. Dan ser jitlesta permezz tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu uniku

ta’ riżoluzzjoni. Għadd ta’ kwistjonijiet oħra importanti ser jiġu eżaminati aktar mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2013, fir-

rigward tal-koordinazzjoni tar-riformi nazzjonali, id-dimensjoni soċjali tal-UEM, il-fattibbiltà u l-modalitajiet tal-kuntratti

għall-kompetittività u t-tkabbir maqbula b’mod reċiproku, u mekkaniżmi ta’ solidarjetà u miżuri għall-promozzjoni tal-

approfondiment tas-Suq Uniku u għall-promozzjoni tal-integritá tiegħu. Matul dan il-proċess, ser jiġu żgurati l-leġittimità

u r-responsabbiltà demokratiċi.

Il-Kunsill Ewropew nieda l-ħidma dwar is-Semestru Ewropew tal-2013 abbażi tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-

Kummissjoni. Huwa ddeċieda li jniedi l-ħidma dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-UE

u ser jirritorna għal din il-kwistjoni f’Diċembru 2013.

* * *

kg302279_MT_inside_b.indd 72 26/03/13 16:09

Page 75: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

73

ġabra unika tar-regoli, u jappella lill-partijiet kollha biex

jaħdmu għall-qbil u l-adozzjoni rapida tagħhom.

8. Il-Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill-koleġislaturi biex jaq-

blu dwar il-proposti għal Direttiva dwar l-Irkupru

u r-Riżoluzzjoni u għal Direttiva dwar l-Iskema ta’ Garanzija

tad-Depożiti qabel Ġunju 2013. il-Kunsill min-naħa tiegħu

għandu jilħaq ftehim sa tmiem Marzu 2013. Ladarba jkunu

adottati, dawn id-Direttivi għandhom jiġu implimentati

mill-Istati Membri bħala prijorità.

9. Il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess is-segwitu rapidu

tal-Kummissjoni għall-proposti tal-grupp ta’ esperti ta’ livell

għoli dwar l-istruttura tas-settur bankarju tal-UE

10. Huwa tal-akbar importanza li jinkiser iċ-ċirku vizzjuż bejn

il-banek u l-Istati. Wara d-dikjarazzjoni tas-Summit taż-

żona tal-euro f’Ġunju 2012 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill

Ewropew f’Ottubru 2012, għandu jintlaħaq qbil dwar

qafas operazzjonali, li jinkludi d-definizzjoni ta’ assi ta’

legati, malajr kemm jista’ jkun fl-ewwel semestru tal-2013,

biex b’hekk meta jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju

uniku effettiv, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, wara

deċiżjoni regolari, ser ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza

l-banek direttament. Dan ser isir f’konformità sħiħa mas-

Suq Uniku.

11. F’kuntest fejn is-superviżjoni bankarja hija trasferita effet-

tivament għal mekkaniżmu superviżorju uniku, ser ikun

meħtieġ mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni, bis-setgħat

meħtieġa biex jiġi żgurat li kwalunkwe bank fl-Istati Membri

parteċipanti jkun jista’ jiġi riżolt bl-għodod adatti. Għalhekk,

għandha tiġi aċċellerata l-ħidma fuq il-proposti għal

Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni u għal Direttiva

dwar l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti sabiex huma jkunu

jistgħu jiġu adottati f’konformità mal-paragrafu 8. F’dawn

il-kwistjonijiet, huwa importanti li jiġi żgurat bilanċ ġust

bejn pajjiżi ta’ oriġini u dawk ospitanti. Il-Kummissjoni ser

tippreżenta matul l-2013 proposta għal mekkaniżmu uniku

ta’ riżoluzzjoni għall-Istati Membri parteċipanti fil-MSU,

li għandha tiġi eżaminata mill-koleġislaturi bħala prijorità

bl-intenzjoni li tiġi adottata matul iċ-ċiklu parlamentari

attwali. Huwa għandu jissalvagwardja l-istabbiltà finanz-

jarja u jiżgura qafas effettiv biex jiġu riżolti l-istituzzjonijiet

finanzjarji filwaqt li jiġi protett min iħallas it-taxxi fil-kuntest

tal-kriżijiet bankarji. Il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni

għandu jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet mis-settur finan-

zjarju nnifsu u jinkludi arranġamenti ta’ salvagwardja effet-

tivi u adatti. Dan l-arranġament ta’ salvagwardja għandu

jkun newtrali f’termini ta’ baġit fuq it-terminu medju, billi

jiżgura li l-imposti ex post fuq l-industrija finanzjarja jagħmlu

tajjeb għall-assistenza pubblika.

12. Sabiex l-UEM tiżgura tkabbir ekonomiku, kompetittività fil-

kuntest globali u impjiegi fl-UE u b’mod partikolari fiż-żona

tal-euro, ser ikun meħtieġ li jiġu eżaminati aktar għadd ta’

kwistjonijiet importanti oħra relatati mal-koordinazzjoni ta’

politiki ekonomiċi u linji gwida ta’ politika ekonomika taż-

żona tal-euro, inklużi miżuri għall-promozzjoni tal-appro-

fondiment tas-Suq Uniku u għall-promozzjoni tal-integrità

tiegħu. Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill Ewropew,

f’kooperazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kummissjoni,

wara proċess ta’ konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, ser

jippreżenta lill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2013 miżuri

possibbli u pjan direzzjonali marbut biż-żmien dwar il-

kwistjonijiet li ġejjin:

a) koordinazzjoni ta’ riformi nazzjonali: l-Istati Membri

parteċipanti ser jiġu mistiedna jiżguraw, f’konformità mal-

Artikolu 11 tat-TSKG, li r-riformi kollha l-kbar ta’ politika

ekonomika li huma beħsiebhom iwettqu ser jiġu diskussi

ex ante u, fejn adatt, ikkoordinati bejniethom. Tali koor-

dinazzjoni għandha tinvolvi l-istituzzjonijiet tal-UE kif

meħtieġ mid-dritt tal-UE għal dan il-għan. Il-Kummissjoni

ħabbret l-intenzjoni tagħha li tagħmel proposta għal qafas

għal koordinazzjoni ex ante ta’ riformi kbar tal-politika eko-

nomika fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

b) id-dimensjoni soċjali tal-UEM, inkluż id-djalogu soċjali;

c) il-fattibbiltà u l-modalitajiet tal-kuntratti għall-kompetittività

u t-tkabbir maqbula b’mod reċiproku: arranġamenti indi-

vidwali ta’ natura kuntrattwali mal-istituzzjonijiet tal-UE

jistgħu jsaħħu s-sjieda u  l-effettività. Tali arranġamenti

għandhom ikunu differenzjati skont is-sitwazzjonijiet

speċifiċi tal-Istati Membri.

d) Dan ikun jinvolvi l-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro,

iżda l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro wkoll

jistgħu jagħżlu li jidħlu f’arranġamenti simili;

e) mekkaniżmi ta’ solidarjetà li jistgħu jsaħħu l-isforzi

magħmula mill-Istati Membri li jidħlu f’tali arranġamenti

kuntrattwali għall-kompetittività u t-tkabbir.

13. Il-governanza fiż-żona tal-euro għandha tittejjeb aktar,

abbażi tat-TSKG u  b’kont meħud tad-dikjarazzjoni

tas-Summit taż-żona tal-euro tas-26 ta’ Ottubru 2011.

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro ser

ikunu mistiedna jadottaw regoli ta’ proċedura għal-laqgħat

tagħhom fil-laqg ħa tagħhom ta’ Marzu 2013, b’rispett sħiħ

għall-Artikolu 12.3 TSKG.

14. Matul il-proċess, l-għan ġenerali jibqa’ li jiġu żgurati

l-leġittimità u  r-responsabbiltà demokratiċi fil-livell li

fih jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet. Ser ikun

meħtieġ li kwalunkwe pass ġdid lejn it-tisħiħ tal-gover-

nanza ekonomika ikun akkumpanjat minn passi oħra

lejn leġittimità u responsabbiltà aktar b’saħħithom. Fil-

livell nazzjonali, passi lejn integrazzjoni akbar tal-oqfsa

tal-politika baġitarja u ekonomika ikunu jeħtieġu li l-Istati

Membri jiżguraw l-involviment opportun tal-parlamenti

tagħhom. Integrazzjoni akbar tat-tfassil tal-politika u akko-

munament akbar ta’ kompetenzi jridu jiġu akkumpanjati

minn involviment paragunabbli tal-Parlament Ewropew.

Mekkaniżmi ġodda li jżidu l-livell ta’ kooperazzjoni bejn

kg302279_MT_inside_b.indd 73 26/03/13 16:09

Page 76: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

74

sar-rebbiegħa 2013. Huwa jistieden lill-Kunsill u lill-Par-

lament Ewropew biex jagħtu l-ogħla prijorità lil dawn il-

proposti bil-ħsieb li jiġu adottati mhux aktar tard minn

tmiem iċ-ċiklu parlamentari attwali. Huwa importanti

wkoll li tittieħed azzjoni urġenti f’konformità mal-komu-

nikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni

tad-Direttiva dwar is-Servizzi u dwar il-governanza tas-

Suq Uniku. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa’ janalizza mill-

qrib il-progress fuq il-proposti kollha dwar is-suq uniku.

18. Il-Kunsill Ewropew jappella għal eżami rapida tal-komu-

nikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-“Regolamentazzjoni

Intelliġenti” jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tal-ewwel

tabella ta’ valutazzjoni għall-SMEs. Il-Kunsill Ewropew

jilqa’ l-proposti mill-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-piżijiet

regolatorji u  jitneħħew ir-regolamenti li m’għadhomx

jintużaw bħala parti mill-approċċ ġenerali tagħha għar-

“Regolamentazzjoni Intelliġenti”. Huwa jistenna b’inte-

ress il-progress konkret u rapport lura fil-laqgħa tiegħu ta’

Marzu 2013.

19. Filwaqt li jfakkar fid-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew

ta’ Gvern ta’ Jannar 2012 u l-konklużjonijiet tal-laqgħat

tiegħu f’Marzu, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill Ewropew jilqa’

l-progress li sar matul is-sena lejn approċċ komprensiv tal-

UE għall-impjieg taż-żgħażagħ. Huwa jappella lill-Kunsill

biex jikkunsidra l-proposti tal-Pakkett għall-Impjieg taż-

Żgħażagħ mingħajr dewmien, b’mod partikolari bil-ħsieb

li tiġi adottata r-rakkomandazzjoni dwar Garanzija għaż-

Żgħażagħ f’data bikrija fl-2013 b’kont meħud tas-sitwazzjo-

nijiet u  l-ħtiġijiet nazzjonali. Jistieden lill-Kummissjoni

biex tiffinalizza malajr il-qafas ta’ kwalità għall-perijodi ta’

taħriġ, tistabbilixxi l-Alleanza għall-Apprendistati kif ukoll

tipproponi r-regolament EURES il-ġdid. Il-Kunsill, l-Istati

Membri u  l-Kummissjoni għandhom jiżguraw segwitu

rapidu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Reviżjoni

tal-Edukazzjoni”.

II. PUNTI OĦRAJN

Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni

20. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’

Diċembru 2008 u jinnota li fid-dinja dejjem tinbidel tal-

lum l-Unjoni Ewropea hija mitluba ġġorr aktar responsab-

biltajiet fiż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali sabiex

tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u l-promozzjoni

tal-interessi tagħha.

21. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew jibqa’ impenjat li

jsaħħaħ l-effettività tal-Politika ta’ Sigurtà u  ta’ Difiża

Komuni (PSDK) bħala kontribut tanġibbli tal-UE għall-

ġestjoni ta’ kriżijiet internazzjonali. L-UE għandha rwol

importanti fil-viċinat tagħha u  globalment. Il-Kunsill

Ewropew ifakkar li l-missjonijiet u  l-operazzjonijiet tal-

PSDK huma element essenzjali tal-approċċ komprensiv

tal-UE f’reġjuni ta’ kriżi, bħall-Balkani tal-Punent, il-Qarn

il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, f’konfor-

mità mal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordi-

nazzjoni u l-Governanza u l-Protokoll Nru 1 għat-Trattati,

jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-proċess. Il-Parlament

Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ser jiddeterminaw fli-

mkien l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ konferenza

tar-rappreżentanti tagħhom biex jiddiskutu kwistjonijiet

relatati mal-UEM.

Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir

15. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-preżentazzjoni f’waqtha tal-

Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) mill-Kummiss-

joni, li jagħti bidu għas-semestru Ewropew tal-2013. Huwa

jaqbel li l-isforzi fil-livell nazzjonali u Ewropew fl-2013

għandhom ikomplu jikkonċentraw fuq il-ħames prijorita-

jiet maqbula f’Marzu li għadda, notevolment:

— ħidma fuq konsolidazzjoni fiskali differenzjata u  favur

it-tkabbir,

— ritorn għal self normali fl-ekonomija,

— promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività,

— indirizzar tal-qgħad u tal-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u

— immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika.

16. Il-Kunsill ser jeżamina f’aktar dettall il-pakkett tas-SAT

skont il-pjan direzzjonali ppreżentat mill-Presidenza li

jmiss u filwaqt li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet deskritti

fir-rapport tal-Presidenza dwar it-tagħlimiet miksuba mis-

Semestru Ewropew tal-2012, bil-ħsieb li jagħti l-fehmiet

tiegħu fil-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2013. Il-Kunsill

Ewropew imbagħad jaqbel dwar il-gwida meħtieġa

għall-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza tal-Istati

Membri u l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali kif ukoll

għall-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin tal-UE.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tinkludi fl-Istħarriġ Annwali

dwar it-Tkabbir li jmiss tagħha valutazzjoni tal-prestazzjoni

tas-swieq tax-xogħol u l-prodotti bil-ħsieb tal-promozzjoni

tal-impjiegi u t-tkabbir.

17. It-tlestija tas-Suq Uniku tista’ tikkontribwixxi ħafna

għat-tkabbir u l-impjiegi u tikkostitwixxi element ewlieni

tar-reazzjoni tal-UE għall-kriżi finanzjarja, ekonomika

u  soċjali. Il-Kunsill Ewropew wiżen is-sitwazzjoni

attwali fir-rigward tal-proposti prijoritarji tal-Att dwar

is-Suq Uniku I  u laqa’ l-qbil li ntlaħaq fost l-Istati

Membri parteċipanti dwar il-Privattiva Unitarja kif

ukoll il-qbil dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

u r-Riżoluzzjoni Online tat-Tilwim għal tilwim tal-konsu-

matur. Huwa jappella lill-koleġislaturi biex jikkonkludu

b’urġenza l-fajls li baqa’ dwar SMA I. B’mod partikolari,

għandha titħaffef il-ħidma dwar il-kwalifiki professjonali,

l-akkwsit pubbliku, l-istazzjonar ta’ ħaddiema u l-firma

elettronika u l-identifikazzjoni elettronika. Fir-rigward tal-

Att dwar is-Suq Uniku II, il-Kunsill Ewropew jappella lill-

Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti ewlenin kollha

kg302279_MT_inside_b.indd 74 26/03/13 16:09

Page 77: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

75

billi titqies mill-bidu b’mod sistematiku l-kooperazzjoni

fl-ippjanar nazzjonali tad-difiża mill-Istati Membri;

— jiġu ffaċilitati s-sinerġiji bejn inizjattivi bilate-

rali, subreġjonali, Ewropej u  multilaterali, inkluż

l-“akkomunament u  kondiviżjoni” tal-UE u  d-“difiża

intelliġenti” tan-NATO.

It-tisħiħ tal-industrija tad-difiża tal-Ewropa billi

— tiġi żviluppata bażi teknoloġika u  industrijali tad-

difiża Ewropea aktar integrata, sostenibbli, innovattiva

u kompetittiva;

— jiġu żviluppati sinerġiji akbar bejn ir-riċerka u l-iżvilupp

militari u ċivili; jiġi promoss suq tad-difiża li jaħdem tajjeb,

b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni effettiva

tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku u dwar trasferimenti

fl-UE, miftuħ għall-SMEs u li jibbenefika mill-kontribuzzjo-

nijiet tagħhom.

25. F’Diċembru 2013, il-Kunsill Ewropew ser janalizza l-pro-

gress fil-kisba ta’ dawn il-miri, jivvaluta s-sitwazzjoni u,

abbażi tar-rakkommandazzjonijiet mill-President tiegħu,

jagħti gwida, inkluż billi jiġu stabbiliti prijoritajiet u skadenzi,

biex tiġi żgurata l-effettività tal-isforzi tal-UE bil-għan li

jitwettqu r-responsabbiltajiet ta’ sigurtà tal-Ewropa.

Strateġiji Reġjonali

26. Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2011,

u  soġġett għall-evalwazzjoni tal-kunċett tal-istrateġiji

makroreġjonali kif previst fil-konklużjonijiet tal-Kunsill

tat-13 ta’ April 2011, il-Kunsill Ewropew jistenna b’inte-

ress il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ Strateġija ġdida

tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Jonju qabel tmiem l-2014.

Huwa jappella wkoll għall-implimentazzjoni immedjata

tal-istrateġija riveduta tal-UE għall-Baħar Baltiku. Sabiex

tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien il-Kunsill

Ewropew jinkoraġġixxi lill-Kunsill biex jieħu azzjoni ulter-

juri sabiex isir użu sħiħ tad-Dimensjoni tat-Tramuntana

u s-sħubijiet tagħha.

It-Tkabbir u l-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

27. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ u  japprova l-konklużjonijiet

adottati mill-Kunsill fil-11 ta’ Diċembru dwar it-Tkabbir

u l-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni.

Sirja

28. Il-Kunsill Ewropew jinsab ixxukkjat bis-sitwazzjoni

li qed tkompli tiddeterjora fis-Sirja. Huwa japprova

l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fl-10 ta’ Diċembru.

Il-Kunsill Ewropew jilqa’ wkoll ir-riżultati tar-raba’ laqgħa

Ministerjali tal-Grupp tal-Ħbieb tal-poplu Sirjan, li saret

f’Marrakech fit-12 ta’ Diċembru 2012. Il-Kunsill Ewropew

jinkariga lill-Kunsill Affarijiet Barranin biex jaħdem fuq

l-għażliet kollha ta’ appoġġ u għajnuna lill-oppożizzjoni

u biex jippermetti appoġġ akbar għall-protezzjoni tal-

popolazzjoni ċivili. Il-Kunsill Ewropew jirrepeti fehemtu

tal-Afrika, il-Lvant Nofsani, is-Saħel, l-Afganistan u l-Kaw-

kasu tan-Nofsinhar jibqa’ impenjat li jżid l-effettività

u l-effiċjenza operazzjonali tagħhom. Huwa jfakkar ukoll

li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK għandhom

jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ atturi internazzjo-

nali oħra rilevanti, bħan-NU, in-NATO, l-OSKE u l-Unjoni

Afrikana, kif ukoll pajjiżi sħab, kif titlob kull sitwazzjoni

speċifika. F’dan ir-rigward huwa ta’ importanza partikolari

li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab interessati fil-viċinat

tal-Ewropa.

22. Biex titwettaq il-ħidma marbuta mar-responsabbiltajiet tas-

sigurtà, il-Kunsill Ewropew jissottolinja li l-Istati Membri

tal-UE jridu jkunu lesti jipprovdu kapaċitajiet orjentati lejn

il-ġejjieni, kemm fil-qasam ċivili kif ukoll f’dak tad-difiża.

Il-Kunsill Ewropew jisħaq li r-restrizzjonijiet finanzjarji

attwali jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-koope-

razzjoni Ewropea sabiex jiġu żviluppati kapaċitajiet militari

u jingħalqu l-lakuni kritiċi, inklużi dawk identifikati f’ope-

razzjonijiet reċenti. Huwa jissottolinja wkoll il-benefiċċji li

kooperazzjoni bħal din jista’ jkollha għall-impjiegi, it-tkab-

bir, l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali fl-Unjoni

Ewropea.

23. Il-Kunsill Ewropew jistieden lir-Rappreżentant Għoli, par-

tikolarment permezz tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni

Esterna u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, kif ukoll tal-

Kummissjoni, li lkoll jaġixxu skont ir-responsabbiltajiet

rispettivi tagħhom u jikkooperaw mill-qrib kif meħtieġ,

biex jiżviluppaw aktar proposti u azzjonijiet biex tissaħħaħ

il-PSDK u  titjieb id-disponibbiltà tal-kapaċitajiet ċivili

u militari meħtieġa, u jirrapportaw dwar dawn l-inizjattivi,

mhux aktar tard minn Settembru 2013 fid-dawl tal-Kunsill

Ewropew ta’ Diċembru 2013. L-Istati Membri ser ikunu

involuti mill-qrib matul dan il-proċess kollu.

24. Għal dan il-għan, il-Kunsill Ewropew jenfasizza fost oħrajn

il-kwistjonijiet li ġejjin:

Li jiżdiedu l-effettività, il-viżibbiltà u l-impatt tal-PSDK billi

— jiġi żviluppat aktar l-approċċ komprensiv għall-prevenzjoni

tal-konflitti, l-immaniġġar tal-kriżijiet u l-istabbilizzazzjoni,

inkluż billi tiġi żviluppata l-kapaċità li tingħata tweġiba għall-

isfidi tas-sigurtà emerġenti.

— tissaħħaħ l-abbiltà tal-UE li tistazzjona l-kapaċitajiet ċivili

u militari u l-persunal it-tajjeb b’mod rapidu u effettiv fil-

firxa sħiħa tal-azzjoni għall-immaniġġar tal-kriżijiet.

It-tisħiħ tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża billi

— jiġu identifikati l-affarijiet inutli u  n-nuqqasijiet fil-

kapaċitajiet eżistenti u tingħata prijorità lill-ħtiġijiet futuri

għall-kapaċitajiet ċivili u militari Ewropej;

— tiġi ffaċilitata kooperazzjoni Ewropea aktar sistematika u fit-

tul fil-qasam tad-difiża, inkluż permezz ta’ “akkomunament

u kondiviżjoni” tal-kapaċitajiet militari; u f’dan ir-rigward,

kg302279_MT_inside_b.indd 75 26/03/13 16:09

Page 78: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

76

bl-appoġġ sħiħ għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-drittijiet

tal-minoranzi. Il-Kunsill Ewropew ser ikompli jindirizza

b’urġenza s-sitwazzjoni fis-Sirja.

li fis-Sirja hi meħtieġa transizzjoni politika lejn futur

mingħajr il-President Assad u r-reġim illeġittimu tiegħu.

Aħna nappoġġaw futur li huwa demokratiku u inklużiv

kg302279_MT_inside_b.indd 76 26/03/13 16:09

Page 79: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

kg302279_MT_inside_b.indd 77 26/03/13 16:09

Page 80: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

kg302279_MT_inside_b.indd 78 26/03/13 16:09

Page 81: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

Merti tar-ritratti

© L-Unjoni Ewropea

Paġna 11:

3. © La Moncloa, Spanish Government

4. © Andy Wenzel, BKA/HBF, 2012

5. © SIP/Charles Caratini, all rights reserved

7. © Avo Seidelberg, Estonian Parliament, 2012

8. © Toms Norde, Latvian State Chancellery

11. © ANP – Lampen, Jerry

12. © Maciej Śmiarowski/KPRM

Paġna 18:

© Yves Logghe/Associated Press/Reporters

Paġna 22:

1. © Andy Rain/PA Wire – Prime Minister Office

2. © Greek Government, New Democracy, 2012

3. © Finnish Prime Minister Office

6. © Gergely Botár, kormany.hu

8. © Andy Wenzel, BKA/HBF, 2012

Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

Il-Kunsill Ewropew fl-2012

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

2013 — 76 pp. — 21.0 � 29.7 ċm

ISBN 978-92-824-3765-0doi:10.2860/64517ISSN 1977-3242

kg302279_MT_inside_b.indd 79 26/03/13 16:09

Page 82: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

kg302279_MT_inside_b.indd 80 26/03/13 16:09

Page 83: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

MT.indd 3 26/03/13 16:34

Page 84: Il-Kunsill Ewropew fl -2012 · bankarju Spanjol matul ir-rebbiegħa. Għal darb’oħra rajna kif id-destin ta’ pajjiż wieħed jista’ jaffettwa ż-żona tal-euro inġenerali

doi:10.2860/64517

ISSN 1977-3242

QC

-AO

-12

-00

1-M

T-C

Rue de la Loi/ Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tel. +32 22816111

www.european-council.europa.eu

ISBN 978-92-824-3765-0

MT.indd 4 26/03/13 16:34