il-kunsill ewropew. lulju 2018 sa novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5...

74
Il-Kunsill Ewropew Lulju 2018 sa Novembru 2019 Rapport mill-President Volum 3. Novembru 2019

Upload: others

Post on 05-Aug-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Il-Kunsill EwropewLulju 2018 sa Novembru 2019

Rapport mill-PresidentVolum 3. Novembru 2019

Page 2: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn
Page 3: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Rapport mill-President

Volum 3. Novembru 2019

Il-Kunsill EwropewLulju 2018 sa Novembru 2019

Page 4: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Din il-pubblikazzjoni hija prodotta mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.www.consilium.europa.eu

Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2019

Print ISBN 978-92-824-7054-1 ISSN 1977-3242 doi:10.2860/80141 QC-AO-19-001-MT-CPDF ISBN 978-92-824-7039-8 ISSN 2363-295X doi:10.2860/656443 QC-AO-19-001-MT-N

© Unjoni Ewropea, 2019Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors.

Bini Europa: © Philippe Samyn and Partners architects and engineers - lead and design partner, Studio Valle Progettazioni architects, Buro Happold engineers; Il-kompożizzjoni tal-kuluri: © Georges Meurant, 2016

Sorsi tar-ritratti fi tmiem il-pubblikazzjoni.

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jkunx taħt id-dritt tal-awtur tal-UE, għandu jintalab permess direttament mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Page 5: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Werrej

Nibqgħu magħqudin minkejja l-BrexitIl-Kunsill Ewropew, Lulju 2018 sa Novembru 2019

Daħla 5

Nevitaw il-kaos tal-Brexit 6

L-użu tal-media soċjali biex jinfluwenza l-politika tal-UE 11

Insaħħu l-UE fid-dinja 14

Niffaċċaw l-isfidi ta’ għada 20

Konklużjoni 24

Laqgħat tal-Kunsill Ewropew – Settembru 2018 sa Ottubru 2019 27

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, dikjarazzjonijiet mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern u interventi magħżula mill-President Tusk 29

Page 6: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Il-mexxejja jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew biex jagħtu direzzjoni u gwida strateġika għall-ħidma tal-UE

1. It-Taoiseach tal-Irlanda Leo Varadkar, il-PM tan-Netherlands Mark Rutte, il-PM tal-Latvja Krišjānis Kariņš u l-President tal-Litwanja Grijanas Nausėda; 2. Il-PM tad-Danimarka Mette Frederiksen u l-PM tal-Lussemburgu Xavier Bettel; 3. Il-PM tal-Portugall António Costa, il-President elett tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u l-President elett tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen; 4. Il-PM tal-Italja Giuseppe Conte u l-Kanċillier Federali tal-Ġermanja Angela Merkel; 5. Il-PM ta’ Malta Joseph Muscat, il-PM tar-Renju Unit, Boris Johnson, u l-PM tas-Slovakkja Peter Pellegrini; 6. Il-Kap Negozjatur tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit Michel Barnier, il-PM tal-Estonja Jüri Ratas u l-President tar-Rumanija Klaus Werner Iohannis; 7. Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, il-President ta’ Franza Emmanuel Macron u l-President ta’ Ċipru Nicos Anastasiades; 8. Il-PM tal-Finlandja Anhija Rne u l-PM tal-Polonja Mateusz Morawiecki; 9. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker; 10. Il-PM ta’ Spanja Pedro Sánchez Pérez-Casteón, il-PM tal-Iżvezja Stefan Löfven u l-PM tal-Greċja Kyriakos Mitsotakis; 11. Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-PM tas-Slovenja Marjan Šarec; 12. Il-PM tal-Bulgarija Boyko Borissov u l-PM tal-Ungerija Viktor Orbán

1

4

7

10

2

5

8

11

3

6

9

12

4

Page 7: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

5

Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn Lulju 2018 sal-aħħar ta’ Novembru 2019. Dan il-volum finali jiffoka fuq kif, tliet snin wara r-riżultat tar-referendum, ġew solvuti t-termini għal Brexit ordnat mal-Prim Ministru Johnson, filwaqt li jindikaw it-triq ‘il quddiem għal taħditiet dwar is-sħubija futura bejn l-UE u r-Renju Unit, u jestendu d-data tal-Brexit sal-31 ta’ Jannar 2020. Jenfasizza l-ħidma tal-Kunsill Ewropew dwar is-sigurtà interna u esterna, il-migrazzjoni, il-kooperazzjoni globali, l-ekonomija u l-kummerċ. Hemm punti ewlenin addizzjonali mill-ħidma tal-President Donald Tusk, li kien qed jirrappreżenta lill-Unjoni esternament fi żmien meta l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli kien taħt pressjoni konsiderevoli; meta l-Ewropa ffaċċat theddid intern u estern serju; u meta l-iskala reali tal-isfidi bħat-tisħin globali u l-pass tal-bidla teknoloġika saru dejjem aktar ovvji.

L-ewwel volum kien dwar il-ġlieda biex jiġi evitat il-ħruġ tal-Greċja miż-żona tal-euro f ’Lulju 2015, in-negozjati mal-Prim Ministru Cameron biex jiġi żgurat il-post tar-Renju Unit fl-UE kif ukoll ir-rispons tal-Unjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni — il-wasla irregolari ta’ aktar minn 1.6 miljun ruħ lejn l-Italja u l-Greċja fl-2015 u l-2016. It-tieni volum spjega kif l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha irrestawraw l-ordni f ’dik il-kriżi, u waqqfu il-flussi migratorji permezz tal-protezzjoni tal-fruntieri esterni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Spjega wkoll kif l-UE27 ħejjew u wettqu n-negozjati tal-ħruġ tar-Renju Unit mal-gvern ta’ Theresa May. L-aħħar iżda mhux l-inqas, dawn ir-rapporti jiddeskrivu l-isforzi kontinwi li saru biex tissaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-euro.

Nibqgħu magħqudin minkejja l-BrexitIl-Kunsill EwropewLulju 2018 sa Novembru 2019

Daħla

Page 8: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

6

Nevitaw il-kaos tal-Brexit

Fis-sajf tal-2018, wara 15-il xahar ta’ taħditiet mal-gvern ta’ Theresa May, konna għadna f ’nofs in-negozjati tal-Brexit. Filwaqt li ħafna kwistjonijiet kienu aktar ċari, kien hemm ħafna ħidma xi ssir u l-aktar kompiti diffiċli ma ġewx solvuti. Jekk ridna nilħqu ftehim f ’Ottubru, kellna bżonn progress rapidu. Dan kien l-aħħar mument biex jitqiegħdu l-karti kollha fuq il-mejda. Intbagħat messaġġ lill-Prim Ministru May li aktar ma konna ser nirċievu malajr proposta preċiża tar-Renju Unit dwar il-fruntiera Irlandiża, aktar kien probabbli li n-negozjati tal-Brexit jistgħu jintemmu fil-ħin. L-għan kien li tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda. Kellna bżonn ukoll proposti realistiċi u fattibbli għar-relazzjonijiet futuri tagħna.

Meta l-mexxeja tal-UE27 iltaqgħu għal laqgħa informali f ’Salzburg f ’Settembru ta’ dik is-sena, kulħadd kellu viżjoni pessimista. Kien ċar li l-aħħar ideat tar-Renju Unit dwar il-fruntiera Irlandiża u l-kooperazzjoni ekonomika futura - l-hekk imsejħa proposta ta’ Chequers - irriskjaw li jimminaw is-Suq Uniku u kienu jeħtieġu tfassil mill-ġdid. Jidher li dawn jirriflettu l-filosofija ta’ dawk li jkunu jixtiequ l-impossibbli, promossa b’mod prominenti mill-ministru għall-affarijiet barranin ta’ dak iż-żmien Boris Johnson. Il-gvern tar-Renju Unit deher li kellu aspettattivi pjuttost għoljin qabel is-summit, u għalhekk il-valutazzjoni negattiva tal-UE ntlaqgħet b’mod ħażin. Kienu għadhom possibbli diversi xenarji, iżda l-proposti sussegwenti tal-Prim Ministru May indikaw evoluzzjoni pożittiva fl-approċċ tar-Renju Unit kif ukoll rieda li jiġu minimizzati l-effetti negattivi

tal-Brexit. Dan kien jinkludi, fost affarijiet oħra, ir-rieda li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib fil-qasam tas-sigurtà u l-politika barranija.

Il-momentum għan-negozjati ċċaqlaq aktar. Sal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru sar xi progress, iżda konna għadna ma wasalniex. Madankollu, fil-15 ta’ Novembru l-kap negozjatur tal-UE Michel Barnier ippreżenta l-abbozz ta’ test ta’ 585 paġna maqbul mar-Renju Unit. Dan il-ftehim ġie propost lill-mexxejja għall-approvazzjoni għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, żgura l-limitazzjoni tad-dannu kkawżat mill-Brexit. It-tieni nett, żgura l-interessi vitali u l-prinċipji tas-27 stat membru, u tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Kruċjalment, it-test kien jinkludi “garanzija ta’ kontinġenza” biex tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda, li kienet imfassla biex taħdem bħala tip ta’ polza ta’ assigurazzjoni. L-arranġament ta’ “garanzija

Diskussjoni mal-eks PM May fil-marġni tas-Summit ASEM, Ottubru 2018

Page 9: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

7

ta’ kontinġenza” għandu japplika sakemm u sa ma jiġi ssostitwit b’soluzzjoni alternattiva fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali futuri tagħna. Il-Kunsill Ewropew approva l-ftehim ġimgħa wara. Madankollu, kien għad hemm quddiemna l-proċess diffiċli ta’ ratifika u n-negozjati ta’ relazzjonijiet futuri.

Minħabba li l-gvern tar-Renju Unit kien qed jistenna problemi bir-ratifika fir-Renju Unit, f ’Diċembru 2018 u f ’Jannar 2019, l-UE27 ipprovdew kjarifika dwar il-garanzija ta’ kontinġenza, fejn ġie spjegat li kienet maħsuba strettament bħala l-għażla tal-aħħar. Minkejja dan, fis-16 ta’ Jannar 2019, il-House of Commons tar-Renju Unit irrifjutat b’marġni kbira ħafna l-Ftehim dwar il-Ħruġ, bil-garanzija ta’ kontinġenza tkun il-punt ewlieni ta’ kontestazzjoni. Xahrejn wara ġew miftiehma aktar miżuri u garanziji legali bejn il-Kummissjoni

Ewropea u l-Prim Ministru May fl-hekk imsejjaħ “ftehim ta’ Strasburgu”. L-għada, il-Parlament Brittaniku vvota kontra l-ftehim għat-tieni darba. Peress li kien jonqos 17-il jum għall-Brexit, kellna bżonn ta’ ideat minn Londra dwar kif nipproċedu.

Qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu, il-Prim Ministru May bagħtet ittra li fiha talbet estensjoni tal-iskadenza għall-Brexit sat-30 ta’ Ġunju 2019. Fil-21 ta’ Marzu, il-mexxejja tal-UE qablu li jagħtu estensjoni: jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ kien ser jiġi approvat mill-House of Commons il-ġimgħa ta’ wara, stajna nestendu l-iskadenza sat-22 ta’ Mejju 2019, biex nippermettu l-finalizzazzjoni tal-proċeduri kollha. F’każ li l-House of Commons tivvota kontra, il-mexxejja tal-UE qablu dwar estensjoni iqsar sat-12 ta’ April, filwaqt li jistennew li r-Renju Unit jindika t-triq ‘il quddiem.

Il-kap negozjatur tal-UE Michel Barnier jippreżenta l-abbozz tat-test tal-Ftehim dwar il-Ħruġ f ’Novembru 2018

Donald Tusk @eucopresident · 15 ta’ Novembru 2018Ippermettuli ngħid dan lill-ħbieb Brittaniċi tagħna: għalkemm ninsab dispjaċut li ser titilqu, ser nagħmel minn kollox biex dan l-addijo jkun wieħed bl-anqas tbatija, kemm għalikom kif ukoll għalina.

Page 10: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

8

Din id-data kienet importanti f ’termini ta’ jekk ir-Renju Unit kienx ser jieħu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, peress li xorta kien ikun għadu membru tal-UE. Jekk ir-Renju Unit kien ser jiddeċiedi li ma jsejjaħx l-elezzjonijiet, kien ikollu biss żewġ opzjonijiet: li jitlaq b’dan il-ftehim jew mingħajr ebda ftehim. L-opzjoni ta’ estensjoni twila kienet issir awtomatikament impossibbli. In-naħa tal-UE ħejjiet għall-agħar, iżda ttamat għall-aħjar. L-approċċ kawt kien kompletament iġġustifikat. Fid-29 ta’ Marzu, il-Parlament tar-Renju Unit ivvota kontra l-ftehim għat-tielet darba.

Fid-dawl tal-votazzjoni fil-Parlament tar-Renju Unit, il-Prim Ministru May bagħtet ittra oħra fejn talbet estensjoni ulterjuri tal-perjodu tal-Artikolu 50 sat-30 ta’ Ġunju 2019. Madankollu, kien hemm ftit li xejn raġuni biex wieħed jemmen li l-proċess ta’ ratifika seta’ jitlesta sa dak iż-żmien. Fir-realtà, l-għoti ta’ tali estensjoni kien iwassal għal serje rikorrenti ta’ summits ta’ emerġenza u xenarji estremi ġodda. Dan, min-naħa tiegħu, imur kontra l-ħidma tal-UE27 fix-xhur ta’ wara. Fuq kollox, l-inċertezza li għaddejja kienet ħażina għall-poplu u n-negozji tagħna. Għalhekk jiena pproponejt estensjoni flessibbli lill-mexxejja li tkun twila kemm ikun meħtieġ u mhux aktar minn sena. Din l-estensjoni tintemm meta ż-żewġ naħat jirratifikaw il-Ftehim dwar il-Ħruġ. Fil-prattika r-Renju Unit ikun liberu li jitlaq meta jkun lest li jagħmel dan. U f ’każ ta’ staġnar kontinwu, tali estensjoni itwal tkun tippermetti lir-Renju Unit biex jerġa’ jikkunsidra l-Brexit tiegħu.

Wara dibattitu fit-tul fis-summit straordinarju tal-10 ta’ April, il-mexxejja tal-UE27 qablu dwar estensjoni itwal minn dik mitluba. Din l-hekk imsejħa “flextension”

(estensjoni flessibbli) tibqa’ għaddejja sal-31 ta’ Ottubru bil-kundizzjoni li r-Renju Unit jipparteċipa fl-elezzjonijiet Ewropej f ’Mejju. Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi ratifikat qabel, ir-Renju Unit jitlaq fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara. Dan ta sitt xhur oħra lir-Renju Unit biex jirratifika l-Ftehim jew jikkunsidra mill-ġdid l-istrateġija kollha tal-Brexit. Sa tmiem dan il-perjodu, ir-Renju Unit kien ikollu wkoll il-possibbiltà li jirrevoka l-Artikolu 50 u jikkanċella għalkollox il-Brexit. L-estensjoni kienet ftit iqsar minn dak li kien intiż oriġinarjament, iżda kienet twila biżżejjed biex tinstab soluzzjoni. Issa kien f ’idejn il-Brittaniċi li ma jaħlux dan il-ħin.

F’Ġunju, il-Prim Ministru May irriżenjat. L-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv intrebħet minn Boris Johnson, li assuma l-kariga fl-24 ta’ Lulju. Stedintu minnufih biex jiddiskuti - fid-dettall - il-kooperazzjoni futura tagħna. Kellna bżonn ta’ ideat operazzjonali u realistiċi aċċettabbli għall-Istati kollha, inkluż l-Irlanda. L-UE27 dejjem appoġġaw lilI-Irlanda u qatt ma kienu ser jaqblu dwar ftehim li ma kienx favorevoli għal Dublin. Jien iddiskutejt il-Brexit mal-Prim Ministru Johnson fil-marġni tas-summit tal-G7 ta’ Biarritz f ’Awwissu, u tajtu parir biex ma jiġix imfakkar fl-istorja bħala “Mr No Neal”. Id-diskussjonijiet komplew fl-aħħar ta’ Settembru fi New York, fil-marġni tal-assemblea tan-NU. Ma kienx hemm żmien x’jintilef.

Sal-bidu ta’ Ottubru, ir-Renju Unit kien għadu ma ppreżentax proposta realistika fattibbli. Madankollu, it-Taoiseach Irlandiż bagħat sinjali promettenti li kien possibbli li jintlaħaq ftehim. Anke l-iċken opportunità kellha tiġi sfruttata: Brexit mingħajr ftehim qatt ma għandu jkun l-għażla tal-UE.

Donald Tusk @eucopresident · 25 ta’ Novembru 2018Għandna quddiemna l-proċess diffiċli ta’ ratifika kif ukoll aktar negozjati. Iżda, irrispettivament minn kif ser jintemm, ħaġa waħda hija ċerta: ser nibqgħu ħbieb għal dejjem.

Page 11: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

9

Fis-17 ta’ Ottubru ntlaħaq ftehim bejn ir-Renju Unit u l-kap negozjatur tal-UE Michel Barnier, u ġie approvat minnufih mill-Kunsill Ewropew. Għaliex qbil kien impossibbli ġurnata waħda, iżda kien possibbli dik ta’ wara? Fundamentalment minħabba li r-Renju Unit biddel il-linji ħomor tiegħu. Barra minn hekk, il-verżjoni l-ġdida tal-ftehim tqieset b’mod pożittiv mill-Irlanda u mill-Kummissjoni Ewropea. Dak ipprovda ċertezza li kien favorevoli u sikur għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Il-bidliet ewlenin ikkonċernaw

il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, li qabel kien magħruf bħala l-”garanzija ta’ kontinġenza”. B’kuntrast mal-ftehim imfassal mill-gvern tal-Prim Ministru May, il-gvern il-ġdid aċċetta li jkollu kontrolli doganali fil-punti tad-dħul għall-Irlanda ta’ Fuq. Dan il-kompromess ikun ifisser li ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq il-fruntieri bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, filwaqt li tiġi żgurata l-integrità tas-Suq Uniku.

Il-Prim Ministru Johnson bata biex jiżgura l-appoġġ għall-ftehim rivedut tiegħu fil-parlament tar-Renju

Donald Tusk @eucopresident · 27 ta’ Marzu 2019Appell lill-PE: Għandkom tkunu miftuħin għal estensjoni twila, jekk ir-Renju Unit jixtieq jerġa’ jikkunsidra l-istrateġija tiegħu. Sitt miljun ruħ iffirmaw il-petizzjoni, miljun ruħ iddimostraw. Jista’ jkun li ma jħossuhomx irrappreżentati biżżejjed mill-Parlament tar-Renju Unit iżda għandhom iħossuhom irrappreżentati minnkom. Għaliex huma Ewropej.

“Il-PM Johnson mhux ser jibqa’ fl-istorja bħala ‘Mr No Deal’”. Laqgħa mal-PM Boris Johnson fis-Summit tal-G7 f ’Biarritz

Page 12: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

10

Unit. Filwaqt li kien għadu jsostni li xtaq li r-Renju Unit jitlaq fl-aħħar ta’ Ottubru, il-Prim Ministru bagħat talba għal estensjoni oħra tal-Brexit sal-aħħar ta’ Jannar 2020. Din kienet sitwazzjoni bla preċedent. Il-Prim Ministru sussegwentement iddeċieda li jagħmel pawża fil-proċess ta’ ratifika fit-22 ta’ Ottubru, wara li kiseb l-appoġġ inizjali għal ftehim tiegħu fil-House of Commons. Sabiex jiġi evitat “Brexit ta’ ebda ftehim”, irrakkomandajt li l-UE27 jaċċettaw it-talba formali tar-Renju Unit għal estensjoni u jagħmlu dan permezz ta’ proċedura bil-miktub. Wara konsultazzjonijiet, il-mexxejja qablu ma’ din ir-rakkomandazzjoni u ngħatat estensjoni oħra tal-Brexit sal-31 ta’ Jannar 2020. Sadanittant, ir-Renju Unit iddeċieda li fit-12 ta’ Diċembru jorganizza elezzjoni ġenerali biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-Brexit, fost affarijiet oħra.

Tliet snin wara r-referendum, s’issa rnexxielna nevitaw Brexit mingħajr ebda ftehim kaotiku. Personalment, dejjem ser inkun Remainer. U nispera li jekk ħbiebna l-Brittanniċi xi darba jiddeċiedu li jerġgħu lura, biebna ser ikun dejjem miftuħ. Irrispettivament minn kif ser jintemm kollox, ħaġa waħda hija żgura: ser nibqgħu ħbieb għal dejjem.

donaldtusk 13 ta’ Marzu 2019Brussell, il-Belġju

donaldtusk Aħna dejjem ser inkunu ħbieb, Sophie ❤

39,395 likes1,130 kumment

Donald Tusk @eucopresident · 29 ta’ Ottubru 2019Lill-ħbieb Brittaniċi tiegħi ngħidilhom li l-UE27 formalment adottaw l-estensjoni. Tista’ tkun l-aħħar waħda. Jekk jogħġobkom agħmlu l-aħjar użu minn dan il-ħin. Nixtieq insellmilkom billi l-missjoni tiegħi hawnhekk qed tasal fi tmiemha. Nixtieqilkom ir-riżq.

Page 13: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Matul il-mandat tiegħu fil-kariga, il-President Tusk stabbilixxa lilu nnifsu bħala vuċi influwenti u distintiva fuq diversi pjattaformi ewlenin tal-media soċjali. Huwa qiegħed enfasi partikolari fuq Twitter u f ’April 2018 wessa’ l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tiegħu għal pjattaforma oħra li qed tikber: Instagram.

Fuq Twitter, id-dikjarazzjonijiet rilevanti u spiss provokanti tal-President Tusk qanqlu ħafna reazzjonijiet kemm online kif ukoll offline. Qatt qabel ma kien hemm mexxej ta’ istituzzjoni tal-UE li ra rati ta’ involviment komparabbli, u l-għadd ta’ segwaċi kiber kważi sitt darbiet matul il-mandat tiegħu biex laħaq l-ammont impressjonanti ta’ 1.2 miljun f ’Novembru 2019. B’riżultat ta’ dan, Twiplomacy1 ikklassifika @eucopresident fost il-50 mexxej dinji l-aktar influwenti fuq Twitter fl-2018, flimkien ma’ @EmmanuelMacron bħala l-uniku mexxej ieħor tal-UE fil-lista.

1 https://twiplomacy.com/info/europe/eu/eucopresident/#content-section2 https://digitaldiplomacy.softpower30.com/deadpan-donald-how-instagram-is-humanising-the-european-union/

Filwaqt li Twitter serva l-aktar għal dikjarazzjonijiet politiċi qosra, l-Instagram tal-President Tusk żied l-immaġni mat-test. Id-didaskaliji umoristiċi, personali u xi drabi antikonformisti u l-elementi viżivi jagħtu ħajja lill-aġenda politika u juru n-naħa personali tal-politiku tal-UE. Dan l-account akkumula aktar minn 150.000 segwaċi entużjasti minn aktar minn 50 pajjiż mit-tnedija tiegħu u ppermetta lil Donald Tusk biex jinteraġixxi ma’ udjenza aktar żagħżugħa. Ir-rata ta’ involviment tal-posts u l-istejjer tiegħu kienet għolja ħafna, anki meta mqabbla mal-influencers tal-Instagram aktar magħrufin. Dan l-account ġie mfaħħar talli pprovda perspettiva differenti fuq il-politika Ewropea. Id-Digital Diplomacy Hub2 ta’ Portland jikteb li l-President Tusk wera abbiltà konsiderevoli talli umanizza rwol ewlieni tal-UE u jammira s-sens ta’ umoriżmu. L-account @donaldtusk huwa wkoll fost il-lista ta’ Twiplomacy tal-50 mexxej dinji l-aktar effettivi fuq Instagram fl-2018.

Ir-reazzjonijiet fuq Facebook huma pożittivi ħafna

Nies minn madwar id-dinja jsegwu lil @donaldtusk fuq Instagram

1

10k

100

236kIMĦABBA

26kDWEJJAQ

10k ĦAĦA

8k WOW

7k IRRABJAT 1.7

miljun JOGĦĠOBNI

1.2 miljun

200k

2015 2019

Segwaċi

L-għadd ta' segwaċi kiber

x6

Nov. 2019Apr. 2018

Segwaċi

0

154k

L-użu tal-media soċjali biex jinfluwenza l-politika tal-UE

11

Page 14: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

donaldtusk 1 ta’ Diċembru 2018Buenos Aires, l-Arġentina

donaldtusk X’tagħmel f ’waqfa qasira bejn żewġ sessjonijiet ta’ ħidma tal-G20? Meta tkun l-Arġentina, agħmel bħall-Arġentini!

#messi #maradona #g20 #buenosaires #argentina #G20Argentina

24,107 likes425 kumment

donaldtusk 19 ta’ Lulju 2019Montreal, Quebec

donaldtusk Kanada+Ewropa = ❤❤Eżatt wara s-summit f ’Montreal.

11,774 likes178 kumment

donaldtusk 17 ta’ Frar 2019

donaldtusk Nannu kuntent ☀

38,280 likes961 kumment

Donald Tusk 10 ta’ Ġunju 2018@eucopresidentHemm post speċjali fil-ġenna għal @JustinTrudeau. Kanada, grazzi għall-organizzazzjoni perfetta tal-G7!

10.7K 50.6K 1.4K

Donald Tusk 6 ta’ Frar 2019@eucopresidentKont qed nistaqsi lili nnifsi kif jidher dak il-post speċjali fl-infern, għal dawk li ppromwovew #Brexit, mingħajr lanqas tfassil ta’ pjan ta’ kif għandu jitwettaq b’mod sikur.

25.1K 90.3K 14.4K

Donald Tusk 9 ta’ Ottubru 2019@eucopresidentL-akbar sfida ta’ żminijietna hija kif il-politika nagħmluha dik li kienet xi darba: li naġixxu u naħsbu għall-ġid komuni. Il-vjolenza, il-gideb, id-diskors ta’ mibegħda, il-ħrejjef u r-riżentiment mhumiex l-għodod tal-politika tal-lum.

1.608 5.725 527

Page 15: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

donaldtusk 19 ta’ Frar 2019Maidan Nezalezhnosti

Donaldtusk Nagħti ġieħ lill-”Mija li qegħdin il-ġenna”, li daħlu fil-pantheon ta’ eroj mhux biss Ukreni, iżda Ewropej. It-tagħlima dwar il-kuraġġ li taw lid-dinja kollha fi Frar ta’ ħames snin ilu bidlitna lkoll.

#Ukraine #Maidan #RevolutionOfDignity #HeavenlyHundred #EUCO #Europe #EuropeanUnion #DonaldTusk #Kyiv

8,341 likes204 kummenti

donaldtusk 18 ta’ Settembru 2018New York, New York

donaldtusk Ġirja ta’ filgħodu fi New York mal-Istatwa tal-Libertà warajja...tfakkira b’saħħitha ta’ dak li nammira b’mod profond dwar dan il-pajjiż.

#newyork #statueofliberty #freedom #running

18,885 likes494 kumment

Donald Tusk 27 ta’ Mejju 2018@eucopresidentQawwi u sħiħ! Sħana, umdità u tellieqa iebsa ta’ 20 km. Madankollu, kien mument tant kbir li qsamtu ma’ ġerrejja oħra minn Brussell. U fl-aħħar, ħassejtha ħafna aktar faċli milli biex immexxi xi wħud mis-summits ta’ # EUCO.

500 4.7K 252

Donald Tusk 14 ta’ Jannar 2019@eucopresidentInqatel Paweł Adamowicz, Sindku ta’ Gdańsk, raġel ta’ Solidarjetà u libertà, Ewropew u ħabib tiegħi. Jistrieħ fis-sliem.

3.9K 16.2K 478

Donald Tusk 28 ta’ Ġunju 2019@eucopresidentMa naqbilx bil-qawwa mal-President Putin li l-liberaliżmu m’għadux jeżisti. Dak li tassew insib li m’għadhomx jeżistu huma: l-awtoritarjaniżmu, il-kulti tal-personalità, ir-renju tal-oligarki. #G20OsakaSummit

6.8K 21.6K 1.078

Donald Tusk 26 ta’ Ġunju 2019@eucopresidentMinn Nagasaki kliem ta’ twissija u appell sempliċi lill-parteċipanti kollha tal-G20: Qumu minn hemm qabel ma jkun tard wisq. Erfgħu r-responsabbiltà mhux biss għall-interessi tagħkom stess iżda fuq kollox għall-paċi u l-ordni dinjija sikura u ġusta.

233 712 25

Page 16: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

14

F’kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel malajr, l-UE stinkat biex tissalvagwardja l-interessi tagħha, tiddefendi l-valuri tagħha u ssawwar l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli. Dan għamilnieh f ’kooperazzjoni mal-ħbieb (eż. fil-G7) u s-sħab kull meta kien possibbli u billi aġixxejna b’mod awtonomu, kull meta kien meħtieġ. Użajna kull opportunità biex niżguraw li r-rabta transatlantika tibqa’ intatta, peress li meta tiddgħajjef din ir-rabta din tiffavorixxi dawk li jfittxu ordni post-Oċċidentali ġdid, fejn id-demokrazija liberali u l-libertajiet fundamentali ma jibqgħux jeżistu. Nibqa’ nemmen li n-nuqqas ta’ qbil tagħna dwar il-kummerċ, it-tibdil fil-klima u l-ftehim mal-Iran dwar il-qasam

nukleari huma kkawżati minn disturbi staġjonali fl-Istati Uniti u li ser nibqgħu l-aqwa ħbieb.

Jien ma qgħadtx lura milli nirriġetta u nirribatti l-kummenti negattivi li għamel il-President Trump dwar l-Unjoni Ewropea bħala fake news. Fir-rigward tas-sigurtà, l-Istati Uniti mhux ser ikollhom alleat aħjar mill-UE.

Il-Kunsill Ewropew dejjem baqa’ jiffoka fuq is-sigurtà interna. It-tisħiħ tas-setgħa ta’ deterrenza tal-UE u r-reżiljenza tagħha kontra theddid ibridu, ċibernetiku, kif ukoll kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari kienu essenzjali fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà diffiċli u l-livell ogħla ta’ riskju, kif jidher, pereżempju,

Insaħħu l-UE fid-dinja

Il-mexxejja tal-G7 jiltaqgħu f ’Biarritz, Awwissu 2019

Donald Tusk @eucopresident · 15 ta’ Lulju 2018L-Amerka u l-UE huma l-akbar ħbieb. Kull min jgħid li aħna għedewwa qed ixerred aħbarijiet foloz.

Page 17: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

15

fl-attakk ta’ Salisbury tal-2018 u l-attakk ċibernetiku mwettaq kontra l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi. Ġew stabbiliti reġimi ta’ sanzjonijiet imfassla biex jindirizzaw it-theddid ċibernetiku u ta’ armi kimiċi. L-Unjoni saħħet ir-rispons tagħha għad-diżinformazzjoni. Dan kien partikolarment importanti fid-dawl tal-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej f ’Mejju 2019, u t-theddida attiva li ġġib magħha l-interferenza esterna fid-demokraziji tagħna.

L-Ewropa baqgħet kompletament magħquda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna matul iż-żmien kollu tiegħi bħala president. Ir-raġuni hi li ma jistax ikun hemm Ewropa ġusta mingħajr Ukrajna indipendenti. U mhux ser ikun hemm Ewropa sigura mingħajr Ukrajna sigura.

F’dan il-kuntest, is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja ġġeddu kull sitt xhur għal dawn l-aħħar ħames snin, minħabba li ma kien hemm l-ebda progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk. Konna perseveranti.

Minkejja l-aggressjoni Russa, li fl-aħħar tal-2018 eskalat ukoll fil-Baħar ta’ Azov, l-Ukrajna wriet progress impressjonanti, kemm ekonomikament kif ukoll politikament. Elezzjonijiet presidenzjali kompetittivi, ħielsa u ġusti u trasferiment paċifiku tas-setgħa lill-President Volodymyr Zelenskyy fir-rebbiegħa tal-2019 urew li l-ideali tar-Rivoluzzjoni tad-Dinjità tal-2014 huma kompletament ħajjin. Madankollu, il-politika tagħna tmur lil hinn sew mill-Ukrajna. Għaxar snin wara l-istabbiliment tas-Sħubija tal-Lvant mal-Armenja,

Il-President Tusk u l-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy matul il-21 summit bejn l-UE u l-Ukrajna f ’Kiev, 7 ta’ Lulju 2019

Donald Tusk @eucopresident · 19 ta’ Frar 2019Ma jistax ikun hemm Ewropa ġusta mingħajr Ukrajna indipendenti. Ma jistax ikun hemm Ewropa sigura mingħajr Ukrajna sigura. Fi ftit kliem: ma jistax ikun hemm Ewropa mingħajr l-Ukrajna!

Page 18: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

16

l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, żort ir-reġjun biex ngħaddi l-messaġġ li m’aħniex biss ġirien, iżda li aħna fuq kollox membri tal-istess familja Ewropea.

Il-Balkani baqgħu daqstant importanti għall-UE u għalija personalment. It-tama għal bidla f ’dan ir-reġjun ġiet f ’Ġunju 2018 meta l-Prim Ministri Alexis Tsipras u Zoran Zaev, tal-Greċja u tal-Maċedonja ta’ Fuq rispettivament, temmew it-tilwima twila 20 sena bejn il-pajjiżi tagħhom dwar l-isem permezz tal-Ftehim ta’ Prespa. Huma kellhom immaġinazzjoni, ħadu r-riskju u kienu lesti li jissagrifikaw l-interessi tagħhom stess għall-ġid ġenerali. Il-ftehim, flimkien ma’ sforzi ta’ riforma dedikati fl-Albanija u fil-Maċedonja ta’ Fuq, irriżulta f ’rakkomandazzjoni ċara mill-Kummissjoni Ewropea fl-2019 biex jinfetħu t-taħditiet dwar l-adeżjoni maż-żewġ pajjiżi. Minkejja l-fatt li hemm maġġoranza kbira ħafna tal-Istati Membri tal-UE favur il-ftuħ tat-taħdidiet dwar l-adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u mal-Albanija, għadu ma kienx possibbli li

tinkiseb l-unanimità. Nemmen li dan in-nuqqas li tintlaħaq l-unanimità huwa żball li jimmina l-kredibilità tal-UE u l-interessi tagħna, mhux biss fir-reġjun iżda lil hinn sewwa. Nista’ biss nispera li l-mexxejja jaslu għall-konklużjonijiet it-tajba meta jiddiskutu l-proċess ta’ adeżjoni qabel is-summit ta’ Zagreb f ’Mejju 2020.

Komplejna wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib ma’ reġjuni ġirien oħra. Huwa għalhekk li jien ippresedejt mal-President Al Sisi l-ewwel summit li qatt sar bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab, li sar f ’Sharm-El-Sheikh fi Frar 2019. Bħala ġirien qrib xulxin, li qed jiffaċċjaw sfidi simili u kuntest ġeopolitiku li huwa aktar perikoluż u instabbli, m’għandniex alternattiva ħlief li naħdmu flimkien. Is-summit saħħaħ il-kooperazzjoni tagħna, speċjalment fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-migrazzjoni illegali.

F’Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew ikkundanna b’mod unanimu l-azzjoni militari tat-Turkija fit-Tramuntana tas-Sirja, filwaqt li appella lil Ankara biex iwaqqafha, tirtira l-forzi tagħha u tirrispetta d-dritt

Il-President Tusk jiltaqa’ mal-PM tal-Maċedonja ta’ Fuq Zoran Zaev fi Skopje, 17 ta’ Settembru 2019

Il-President Tusk jiltaqa’ mal-eks PM tal-Greċja Alexis Tsipras f ’Ateni, 9 ta’ Ottubru 2019

Donald Tusk @eucopresident · 25 ta’ Jannar 2019Kellhom l-immaġinazzjoni, ħadu r-riskju, kienu lesti jissagrifikaw l-interessi tagħhom għal ġid akbar. Zoran, Alexis – prosit! Missjoni impossibbli kompluta. #PrespaAgreement

Page 19: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

17

umanitarju internazzjonali. Fil-Lvant tal-Mediterran, l-attivitajiet ta’ tħaffir illegali tat-Turkija barra mill-kosta ta’ Ċipru komplew jisfidaw is-sovranità ta’ Ċipru, Stat Membru tal-UE. L-Unjoni rreaġixxiet b’solidarjetà sħiħa ma’ Ċipru u appellat lit-Turkija biex tirrispetta d-dritt internazzjonali u l-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat. Ġie stabbilit reġim qafas ta’ miżuri restrittivi mmirati lejn individwi u entitajiet responsabbli għal attivitajiet ta’ tħaffir illegali jew involuti fihom.

Il-ġirien huma definiti daqstant mill-valuri kif ukoll mill-ġeografija. Il-Kanada, New Zealand u l-Ġappun huma ġeografikament ‘il bogħod mill-Ewropa. Madankollu, mil-lat politiku u dak ekonomiku ma nistgħux inkunu eqreb milli aħna, bil-valuri kondiviżi tagħna ta’ demokrazija liberali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Is-Summit bejn l-UE u l-Kanada f ’Lulju 2019 wera kemm l-appoġġ għal dawn il-valuri komuni huwa sod kemm fil-Kanada kif ukoll fl-UE. Sabiex intejbu l-kooperazzjoni tagħna, qbilna dwar kif nistgħu niġġieldu bl-aħjar mod il-kriżi klimatika flimkien, inħarsu l-oċeani u nikkumbattu t-tniġġis tal-oċeani, insaħħu l-pożizzjoni tan-nisa u nimmaniġġaw il-konflitti lokali. B’mod simili, f ’Lulju 2018, l-UE u l-Ġappun iffirmaw l-akbar ftehim kummerċjali bilaterali li qatt sar. Barra minn hekk, wara għoxrin sena ta’ negozjati, fil-marġni tal-G20 f ’Osaka, l-UE u l-Mercosur qablu, fil-prinċipju, li jkun hemm ftehim ta’ kummerċ ħieles saħansitra akbar.

Kien f ’Osaka li l-President Putin sostna li l-liberaliżmu – jiġifieri d-demokrazija liberali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem – kien għadda żmienu. Jien irrispondejt billi stqarrejt li dak li fil-fatt kien għadda żmien l-awtoritarjaniżmu, il-kulti tal-personalità u t-tmexxija tal-oligarki, anki jekk xi drabi dawn jistgħu

jidhru li huma effettivi. Dan huwa l-mod kif ir-Russja hija mmexxija, li juri għal darb’oħra li l-prossimità ġeografika mhijiex dejjem garanti ta’ valuri komuni.

Dwar iċ-Ċina, il-fokus tal-UE kompla jkun fuq iż-żamma ta’ relazzjonijiet bilanċjati fl-interessi tal-kompetizzjoni ġusta u l-aċċess ugwali għas-suq. Dawn l-objettivi għadhom ma ntlaħqux. Din hija r-raġuni għaliex waqt is-summit konġunt f ’April 2019, iċ-Ċina qablet għall-ewwel darba biex timpenja ruħha mal-Ewropa biex tindirizza l-problema tas-sussidji industrijali, peress li dawn jimminaw il-kummerċ ġust. Din hija wkoll waħda mill-prijoritajiet ewlenin għar-riforma tad-WTO li nsostnu internazzjonalment. Jien nista’ nkun antikwat, iżda nemmen li d-drittijiet tal-bniedem huma mill-inqas daqstant importanti daqs il-kummerċ. Għaldaqstant, fid-diskussjonijiet tiegħi mal-mexxejja Ċiniżi tul dawn l-aħħar ħames snin, enfasizzajt kostantement il-prijorità li aħna nagħtu lid-drittijiet tal-bniedem. Kont ukoll speċifiku ħafna, billi semmejt individwi li qed jiffaċċaw l-oppressjoni. Sar xi progress f ’dan ir-rigward, iżda s-sħab Ċiniżi tagħna għad iridu jagħmlu aktar.

L-aħħar iżda mhux l-inqas hija l-kriżi klimatika. M’għandi l-ebda dubju li qed niffaċċaw emerġenza ambjentali. In-nies qed ibatu minn kondizzjonijiet klimatiċi severi fil-partijiet kollha tal-Ewropa u fid-dinja. Qed jiġu estinti sa mitejn speċi kuljum. Il-mikroplastiċi qed jinfirxu fl-oċeani tagħna. Jiena personalment rajt il-kollass tal-ħitan tas-silġ fi Greenland u l-glaċieri li qed idubu fil-Pamir fit-Taġikistan. Din hija r-raġuni għaliex, fid-diskussjonijiet tiegħi mal-mexxejja globali matul is-snin, jien konsistentement qajjimt il-kwistjoni tal-ambjent, filwaqt li kont naf li l-Unjoni Ewropea ser tkompli tagħmel dak kollu possibbli biex tindirizza l-kriżi ambjentali u l-periklu li din iġġib magħha.

Donald Tusk @eucopresident · 11 ta’ Lulju 2019Il-kollass tal-Unjoni Sovjetika MA KIENX l-akbar katastrofi ġeopolitika tas-seklu. Illum fil-Georgia nixtieq ngħid b’mod ċar u tond: il-kollass tal-USSR kien barka għall-Georgjani, il-Pollakki, l-Ukreni u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kollha kemm hi. U għar-Russi wkoll.

Page 20: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

18

L-Ewropa qed turi sens ta’ tmexxija fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u nittamaw li ssir l-ewwel kontinent newtrali f ’termini ta’ emissjonijiet karbonju fid-dinja. Fl-2017 biss, l-UE u l-Istati Membri tagħha nefqu 20 biljun euro biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw u jadattaw għat-tibdil fil-klima.

L-ambjent naturali jeħtieġ protezzjoni. Dan jikkonċerna mhux biss l-oċeani, l-arja u l-foresti. Dan għandu x’jaqsam ukoll mal-verità fil-ħajja pubblika, il-libertà, l-istat tad-dritt, u s-solidarjetà internazzjonali. Jekk ma nsibux soluzzjonijiet adegwati għat-theddid globali, bħall-konflitti armati u t-terroriżmu, il-proliferazzjoni nukleari jew il-qerda tal-ambjent tagħna,

ħajjitna jistgħu jsiru infern, irrispettivament minn fejn ngħixu. Mingħajr ir-rieda li jiġu stabbiliti regoli fuq livell globali, u sussegwentement li dawn jiġu rispettati b’mod konsistenti, il-komunitajiet lokali, in-nazzjonijiet u l-istati, u saħansitra l-kontinenti, ser jibqgħu impotenti quddiem dak it-theddid. Il-patrijottiżmu tas-seklu 21 għandu wkoll ikollu dimensjoni globali, jekk ma rriduhx isir, kif spiss kien il-każ fil-passat, kwistjoni ta’ egoiżmu nazzjonali. Fil-vokabularju politiku tiegħi, il-globalizzazzjoni u s-solidarjetà jfissru l-istess ħaġa. Jekk dawk li għandhom il-poter fid-dinja tagħna dan ma jifhmuhx, ser jibqgħu jiġu mfakkra fl-istorja, mhux bħala mexxejja, iżda bħala mexxejja foloz.

“M’għandi l-ebda dubju li ninsabu f ’emerġenza ambjentali.” Il-President Tusk jindirizza s-summit tan-NU dwar l-Azzjoni Klimatika fi New York, Settembru 2019

Donald Tusk @eucopresident · 23 ta’ Settembru 2019Konvint li l-UE ser tkun l-ewwel kontinent newtrali għall-klima fid-dinja. Il-biċċa l-kbira tal-membri tal-UE diġà approvaw in-newtralità klimatika sal-2050. Personalment, ngħid li ma fadalx wisq qabel ma l-pajjiżi kollha tal-UE jissottoskrivu għaliha.

Page 21: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Summits, laqgħat u żjarat internazzjonali

1. Il-President Tusk u l-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy iżuru l-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal-OSKE fl-Ukrajna tal-Lvant, fis-7 ta’ Lulju 2019; 2. Il-President Tusk u l-PM taċ-Ċina Li Keqiang fis-Summit UE-Ċina, fis-16 ta’ Lulju 2018 f ’Beijing ; 3. Il-President Tusk, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker waqt iċ-ċerimonja tal-iffirmar tat-Tieni Dikjarazzjoni Konġunta UE-NATO, fl-10 ta’ Lulju 2018 fi Brussell; 4. Il-President Tusk iżur Hiroshima, fis-26 ta’ Ġunju 2019; 5. Il-President Tusk iżur il-Lag Sarez fit-Taġikistan, fit-30 ta’ Mejju 2019; 6. Il-President Tusk jiltaqa’ mal-PM tal-Albanija Edi Rama, fis-17 ta’ Settembru 2019 f ’Tirana; 7. Il-Ministru għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada Jim Carr u l-President u CEO tal-Awtorità tal-Port ta’ Montreal Sylvie Vachon, il-PM tal-Kanada Justin Trudeau, il-President Tusk u l-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Cecilia Malmström, żaru l-port ta’ Montreal waqt is-Summit UE-Kanada, fis-17 ta’ Lulju 2019; 8. Il-President Tusk jiltaqa’ mal-PM ta’ New Zealand Jacinda Ardern, fil-25 ta’ Jannar 2019 fi Brussell; 9. Il-President Tusk jirrappreżenta lill-UE fl-Assemblea Ġenerali tan-NU, fis-26 ta’ Settembru 2018 fi New York; 10. Il-President Tusk u l-President tal-Eġittu Abdel Fattah Al Sisi waqt il-konferenza stampa tas-Summit UE-Lega tal-Istati Għarab, fil-25 ta’ Frar 2019 f ’Sharm el-Sheik; 11. Ritratt tal-grupp fis-Summit tal-G20, fit-28 ta’ Ġunju 2019 f ’Osaka; 12. Il-President Tusk iżur il-Vatikan u jiltaqa’ mal-Papa Franġisku, fil-5 ta’ Ottubru 2019

1

4

7

10

2

5

8

11

3

6

9

12

19

Page 22: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

20

Niffaċċaw l-isfidi ta’ għada

Matul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport, l-ekonomiji Ewropej komplew jikbru u joħolqu għadd rekord ta’ impjiegi. Dawn il-kundizzjonijiet jippermettulna niffukaw fuq ir-riforma taż-żona tal-euro, li jiena stimulajt mill-ħarifa tal-2017, bil-għan li l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u konsegwentement l-euro isiru aktar reżiljenti.

F’Diċembru 2018, il-mexxejja tal-UE wettqu l-wegħda tagħhom li jkomplu jsaħħu l-UEM. L-ewwel nett, qablu li joħolqu garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, wieħed mill-

pilastri tal-unjoni bankarja tal-UE. Din ser tippermetti l-irduppjar tal-munizzjon finanzjarju kull meta jkun hemm bżonn li jiġi likwidat bank f ’diffikultà. It-tieni nett, qbilna li nagħtu għodod aktar b’saħħithom lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet finanzjarji. Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet — li jfissru bidla fit-Trattat dwar il-MES — isaħħu b’mod sinifikanti l-unjoni monetarja. Il-mexxejja tal-UE qablu wkoll dwar it-tkomplija tal-ħidma fuq l-unjoni bankarja u fuq ir-rwol internazzjonali tal-euro. Barra minn hekk, ġie maqbul li ser jiġi adottat baġit għall-konverġenza

“Magħqudin, fit-tajjeb u fil-ħażin.” Il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu f ’Sibiu f ’Jum l-Ewropa biex jiddiskutu l-prijoritajiet futuri u strateġiċi tal-Unjoni, 9 ta’ Mejju 2019

20

Page 23: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

u l-kompetittività fost l-istati taż-żona tal-euro (u dawk l-Istati ERM II li jixtiequ jissieħbu) fil-kuntest tal-baġit fit-tul tal-UE. Dawn il-miżuri jirriżultaw mill-ħidma li saret f ’għadd ta’ Summits taż-Żona tal-Euro minn Diċembru 2017, kif ukoll mill-Grupp tal-Euro. Dawn mhumiex biżżejjed iżda bla dubju jgħinu biex tinħoloq UEM aktar robusta. Kien estremament importanti għalija li niżgura li dawn id-diskussjonijiet kienu inklużivi u mhux limitati għall-istati taż-żona tal-euro biss. Dan jirrifletti r-rilevanza politika u ekonomika kruċjali li l-unjoni monetarja għandha għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea tagħna.

Komplejna nsaħħu l-unjoni monetarja fl-2019. Diversi elementi issa jinsabu lesti biex jimxu għall-fażi leġislattiva u ta’ implimentazzjoni, l-ewwel qabel kollox bl-iffirmar tat-Trattat dwar il-MES emendat fil-futur qarib. Din il-ħidma teħtieġ tkompli.

Fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f ’Marzu 2019, il-mexxejja ddiskutew kif l-aħjar inħejju ruħna biex inżidu l-kompetizzjoni ekonomika globali. Dan ifisser it-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew u l-bażi industrijali tiegħu, li huma essenzjali għas-sovranità ekonomika tal-Unjoni fix-xena globali, u għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kunsill Ewropew qabel li s-Suq Uniku għandu jiġi żviluppat u msaħħaħ aktar, b’enfasi partikolari fuq l-ekonomija

Donald Tusk @eucopresident · 16 ta’ Diċembru 2018L-Unjoni Ewropea hija l-aħjar invenzjoni politika fl-istorja tagħna dment li nħarsu l-valuri fundamentali tagħha. Illum għandna bżonn mexxejja li jistgħu jużaw il-potenzjal tal-emozzjonijiet biex jiddefendu dawn il-valuri.

21

Page 24: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

22

diġitali u dik tas-servizzi. Minħabba l-importanza tal-politika industrijali għal miljuni ta’ impjiegi fl-Ewropa, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta viżjoni għall-futur industrijali tal-UE, inkluż miżuri konkreti ta’ politika. Barra minn hekk, il-mexxejja qablu dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata aktar l-ekonomija diġitali tal-UE, u li jiżguraw li titqiegħed enfasi speċjali fuq id-data, l-intelliġenza artifiċjali, it-tassazzjoni u fuq approċċ miftiehem dwar is-sigurtà tan-netwerks 5G. Il-Kunsill Ewropew ħadem ukoll fuq aġenda ta’ kummerċ ħieles ambizzjuża u bbilanċjata li tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Qbilna, iffirmajna jew irratifikajna ftehimiet kummerċjali mal-Ġappun, Singapore, il-Messiku, il-Vjetnam u l-Mercosur, u bdejna taħditiet mal-Awstralja, New Zealand u l-Istati Uniti.

Il-baġit tal-UE huwa kruċjali għall-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet li jikkonċernawna – li jvarjaw mill-ambjent, il-migrazzjoni, l-ekonomija diġitali għall-bżonn li tikber il-preżenza tal-Unjoni bħala attur globali. Kien hemm għadd ta’ diskussjonijiet fost il-mexxejja dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, li jeħtieġ li jiġi aġġustat abbażi tal-preferenzi u l-ambizzjonijiet Ewropej. Fost affarijiet oħra, il-mexxejja tennew id-determinazzjoni li l-UE tkompli tmexxi l-ġlieda kontra l-kriżi klimatika. Transizzjoni soċjalment ġusta lejn ekonomija ħadra mhijiex biss neċessità: hija opportunità biex intejbu l-ambjent tagħna u noħolqu l-impjiegi.

“Hemm post speċjali fil-ġenna għal Justin Trudeau.” F’diskussjoni mal-President Tusk waqt il-G20 f ’Osaka, 28 ta’ Ġunju 2019

Donald Tusk @eucopresident · 26 ta’ Settembru 2019L-idea ta’ kunflitt bejn il-patrijottiżmu u l-globaliżmu hija falza u perikoluża. Il-patrijottiżmu tas-seklu 21 għandu jkollu dimensjoni globali biex ma jsirx egoiżmu nazzjonali. L-imħabba ta’ xi ħadd lejn pajjiżu ma tistax tissarraf f ’mibegħda lejn il-ġirien.

Page 25: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

It-tħejjijiet tal-Kunsill Ewropew u wara l-kwinti fil-binjiet tal-Kunsill

23

Page 26: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

24

Konklużjoni

Il-mandat tiegħi bħala President tal-Kunsill Ewropew kien dwar l-għaqda – leitmotif, kompitu, kważi l-ossessjoni tiegħi, mill-bidu nett.

L-ewwel, kienet l-għaqda meta ffaċċati bil-politika aggressiva tal-Kremlin. Kont (u għadni) konvint li, f ’din il-logħba, ir-riskju mhuwiex biss il-futur tal-Ukrajna indipendenti u s-sigurtà tal-Ewropa Ċentrali, inkluż dik ta’ pajjiżi, iżda s-sovranità tal-Ewropa bħala entità politika. U ma kelli l-ebda dubju li l-għan strateġiku ta’ Putin ma kienx biss li jerġa’ jaħkem it-territorji li kellha l-Unjoni Sovjetika, iżda wkoll li jdgħajjef b’mod sistematiku lill-UE billi jipprovoka firda interna. Fakkart b’mod persistenti lil oħrajn li r-Russja mhijiex is-”sieħba strateġika” tagħna, iżda l-”problema strateġika” tagħna. Dan eventwalment ħalla l-frott. L-UE żammet l-għaqda tagħha, anke f ’dawk li huma sanzjonijiet, tul il-mandat kollu tiegħi.

It-tieni test kien il-ħarsien tal-għaqda fiż-Żona tal-Euro. Rajt il-kriżi Griega f ’termini politiċi u ġeostrateġiċi, pjuttost milli finanzjarji. U huwa għalhekk li għamilt minn kollox biex nevita r-riskju ta’ Grexit. Bżajt li ż-Żona tal-Euro ċċedi malli waħda min-naħat f ’dan il-konflitt tmur oltre. U dan fil-fatt kważi ġara, dak il-lejl deċiżiv tat-12 ta’ Lulju 2015, meta kemm il-Kanċillier Merkel kif ukoll il-Prim Ministru Tsipras kienu appik li jitilqu mill-kamra. Fl-4 ta’ filgħodu għalaqt il-bieb u għidtilhom li ma kontx ser inħallihom joħorġu qabel ma jkollna ftehim. Erba’ sigħat wara ħabbart l-”ftehim” tagħna. Iż-Żona tal-Euro ġiet salvata minn kriżi oħra u llum il-Greċja hija waħda mill-ekonomiji l-aktar promettenti tal-UE.

It-tielet sfida kienet it-tiswir tal-kunsens rigward politika komuni dwar il-migrazzjoni. Rajt mill-bidu li

l-firda hawnhekk setgħet tkun ta’ periklu kbir. It-tilwim dwar il-politika tal-asil, speċjalment ir-rilokazzjoni obbligatorja, qanqlu emozzjonijiet u riżentiment liema bħalhom. Din hija r-raġuni għalfejn l-ewwel prijorità għalija kienet li nirrifjuta l-alternattiva ta’ Ewropa Miftuħa kontra Ewropa Fortizza. It-tensjonijiet setgħu jittaffew, l-ewwel u qabel kollox, billi wieħed inebbaħ lill-pajjiżi kollha li ma kien hemm l-ebda kontradizzjoni inerenti bejn id-demokrazija liberali u l-kontrolli effettivi tal-fruntieri esterni tagħna. Li rridu ngħinu lir-refuġjati, iżda ma nabbandunawx id-dmir ewlieni tagħna li nħarsu t-territorju tagħna. Naturalment il-problema tal-migrazzjoni ma sparixxietx u ser iżżommna okkupati fis-snin li ġejjin. Iżda rnexxielna nikkonvinċu lill-biċċa l-kbira tal-atturi biex jikkalmaw u jiffukaw fuq inizjattivi aktar pragmatiċi li jipproteġu l-fruntieri tagħna, fuq il-ġlieda kontra l-faċilitaturi ta’ dħul klandestin tal-bnedmin, kif ukoll fuq il-kooperazzjoni mal-Libja u pajjiżi Afrikani oħrajn, u l-ftehim mat-Turkija.

Page 27: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

25

Jien u ngħid dan il-kliem, ir-Renju Unit għadu membru tal-Unjoni Ewropea, u ser jibqa’ tali, sa tmiem it-terminu tiegħi. Iżda mhux ser nippretendi li dan huwa xi tip ta’ suċċess, għaliex il-Brexit aktarx iseħħ fil-bidu tas-sena d-dieħla. Għamilt kulma stajt biex nevita x-xenarju konfrontattiv ta’ ebda ftehim u nestendi l-ħin għar-riflessjoni u biex forsi l-Gran Brittanja jerġa’ jdurilha. Qaluli li jiena romantiku u anglofilu, li t-tnejn li huma, fil-fehma tiegħi, huma pjuttost xierqa u mistħoqqa. Madankollu, l-iktar ħaġa importanti hi li l-Brexit ma firidniex. L-UE27 żammew dixxiplina u lealtà straordinarji bejniethom.

Eżerċizzju ieħor ta’ kuljum fl-għaqda kien il-ħarsien tal-iżgħar stati membri, dawk li huma l-aktar fil-bżonn, dawk l-iktar vulnerabbli. Il-Ġermanja u Franza huma ikbar minn Malta jew mil-Litwanja, iżda dan ma jfissirx li għandhom iktar raġun. Almenu mhux dejjem. Kif diġà stqarrejt f ’Ruma, matul iċ-ċerimonja li tfakkar

is-60 anniversarju tat-Trattati, ma nistax naċċetta li mmorru lura għal Ewropa fuq żewġ binarji. Qattajt nofs ħajti wara l-Purtiera tal-Ħadid, fl-isfera Sovjetika, taħt ir-reġim komunista, u għalhekk naf sewwa xi tfisser Ewropa fuq żewġ binarji. L-għaqda tal-UE teħtieġ paċenzja reċiproka, mhux sfurzar. Fil-ħsieb tagħna dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, għandna nkunu ggwidati mis-sens komun tagħna u li nagħżlu ż-żmien opportun. Ma nistgħux nikkundannaw lilna nfusna għall-alternattiva falza tal-integrazzjoni rapida jew il-kollass tal-Unjoni. L-għaqda mhux ser isawruha l-Ewroxettiċi estremi jew il-federalisti radikali. Ta’ min jerġa’ jiskopri, mill-ġdid u għal darb’oħra, it-triq - xi kultant imserrpa, xi kultant pjuttost dejqa - li twassalna bejn l-utopja u d-distopja. Dejjem ippruvajt inżomm fuq din it-triq imserpa u dejqa.

Donald Tusk,President tal-Kunsill Ewropew

Donald Tusk @eucopresident · 10 ta’ Jannar 2019Lil dawk fl-Unjoni Ewropea li jaħsbu li billi ma josservawx ir-regoli maqbula jew billi jaqtgħu għad-dritt ifisser saħħa, ngħidilhom: għandkom żball. Tfisser dgħufija. Lil dawk li qed jaħdmu qatiegħ biex jiddefendu l-valuri Ewropej, il-libertajiet u d-drittijiet tagħna, ngħidilhom: komplu stinkaw.

Page 28: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn
Page 29: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

27

Laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, Salzburg — 19-20 ta’ Settembru 2018

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 17 ta’ Ottubru 2018

Kunsill Ewropew — 18 ta’ Ottubru 2018

Summit tal-Euro — 18 ta’ Ottubru 2018

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 25 ta’ Novembru 2018

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 13 ta’ Diċembru 2018

Kunsill Ewropew — 13-14 ta’ Diċembru 2018

Summit tal-Euro — 14 ta’ Diċembru 2018

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 21 ta’ Marzu 2019

Kunsill Ewropew — 21-22 ta’ Marzu 2019

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 10 ta’ April 2019

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, Sibiu — 9 ta’ Mejju 2019

Ikla informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE — 28 ta’ Mejju 2019

Kunsill Ewropew — 20 ta’ Ġunju 2019

Summit tal-Euro — 21 ta’ Ġunju 2019

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew — 30 ta’ Ġunju - 2 ta’ Lulju 2019

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 17 ta’ Ottubru 2019

Kunsill Ewropew — 17-18 ta’ Ottubru 2019

Laqgħat tal-Kunsill Ewropew Settembru 2018 sa Ottubru 2019

Page 30: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn
Page 31: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

29

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, dikjarazzjonijiet mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern u interventi magħżula mill-President Tusk

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg — 10 ta’ Lulju 2018 31

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 18 ta’ Ottubru 2018 32

Ittra mill-President Donald Tusk lill-membri tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) qabel il-laqgħa straordinarja tagħhom — 24 ta’ Novembru 2018 34

Konklużjonijiet tal-Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 25 ta’ Novembru 2018 35

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G20 fi Buenos Aires, l-Arġentina — 30 ta’ Novembru 2018 36

Konklużjonijiet tal-Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 13 ta’ Diċembru 2018 37

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 13-14 ta’ Diċembru 2018 38

Dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro — 14 ta’ Diċembru 2018 40

Lecture ċerimonjali mill-President Donald Tusk wara l-għoti tad-Dottorat Onorarju mill-Università Teknika ta’ Dortmund — 16 ta’ Diċembru 2018 41

Ittra konġunta tal-President Tusk u l-President Juncker lil Theresa May, Prim Ministru tar-Renju Unit — 14 ta’ Jannar 2019 43

Diskors mill-President Donald Tusk fiċ-ċerimonja tal-firma tat-Trattat Franko-Ġermaniż ta’ Aachen — 22 ta’ Jannar 2019 45

Kummenti ta’ ftuħ mill-President Donald Tusk waqt is-summit bejn l-UE u l-Lega Għarbija fl-Eġittu — 24 ta’ Frar 2019 46

Konklużjonijiet tal-Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 21 ta’ Marzu 2019 47

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 21-22 ta’ Marzu 2019 48

Page 32: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Ittra mill-President Donald Tusk lill-membri tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) qabel il-laqgħa straordinarja tagħhom — 9 ta’ April 2019 50

Konklużjonijiet tal-Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 10 ta’ April 2019 51

Dikjarazzjoni tal-Laqgħa informali tas-27 Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, Sibiu — 9 ta’ Mejju 2019 52

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 20 ta’ Ġunju 2019 53

Aġenda strateġika ġdida 2019-2024 55

Dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro — 21 ta’ Ġunju 2019 58

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G20 f ’Osaka, il-Ġappun — 28 ta’ Ġunju 2019 59

Konklużjonijiet tal-Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew — 30 ta’ Ġunju−2 ta’ Lulju 2019 60

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G7 fi Biarritz, Franza — 24 ta’ Awwissu 2019 61

Diskors mill-President Donald Tusk fil-Forum tad-Demokrazija ta’ Ateni 2019 — 9 ta’ Ottubru 2019 62

Konklużjonijiet tal-Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 17 ta’ Ottubru 2019 64

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 17-18 ta’ Ottubru 2019 65

Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 29 ta’ Ottubru 2019 66

Diskors ewlieni mill-President Donald Tusk fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sena akkademika 2019/2020 fil-Kulleġġ tal-Ewropa — 13 ta’ Novembru 2019 67

30

Page 33: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U N-NATO MILL-PRESIDENT TAL-KUNSILL EWROPEW DONALD TUSK, IL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA JEAN-CLAUDE JUNCKER, U S-SEGRETARJU

ĠENERALI TAN-NATO JENS STOLTENBERG — 10 TA’ LULJU 2018

1. Sentejn ilu f ’Varsavja, ingħaqadna f limkien biex insaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u  n-NATO bil-għan li nippromwovu l-paċi u  l-istabbiltà fiż-żona Ewro-Atlantika. L-isforzi rispettivi tagħna jsaħħu lil xulxin, tejbu s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna u  saħħew ir-rabta trans-Atlantika tagħna. Il-kooperazzjoni fit-tul tagħna żviluppat konsiderevolment, u issa hija mingħajr preċedent fil-kwalità, l-ambitu u l-qawwa tagħha. Naqsmu l-istess valuri u determinati li nindirizzaw, id f ’id, l-isfidi komuni li nħabbtu wiċċna magħhom. Peress li s-sigurtà tagħna hija interkonnessa, qed niltaqgħu llum fi Brussell biex naffermaw mill-ġdid l-importanza u  l-ħtieġa tal-kooperazzjoni, u nisħqu li l-inizjattivi tagħna ta’ sigurtà u difiża huma ta’ benefiċċju għal xulxin.

2. F’konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-UE u l-Alleati tan-NATO, f ’ħidma konġunta u  għall-benefiċċju ta’ kulħadd, is-sħubija tagħna ser tkompli sseħħ f l-ispirtu ta’ trasparenza reċiproka sħiħa u  f ’konformità mal-awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u  l-proċeduri tal-organizzazzjonijiet rispettivi tagħna u  mingħajr preġudizzju għan-natura speċifika tal-politika ta’ sigurtà u difiża ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tagħna.

3. F’dan il-kuntest, aħna nqisu li t-trasparenza hija kruċjali. Inħeġġu l-akbar involviment possibbli tal-Alleati tan-NATO li mhumiex membri tal-UE f l-inizjattivi tagħha. Inħeġġu l-akbar involviment possibbli tal-Istati Membri tal-UE li mhumiex parti mill-Alleanza f l-inizjattivi tagħha.

4. Iż-żewġ organizzazzjonijiet tagħna żviluppaw firxa wiesgħa ta’ għodod biex jipprovdu aktar sigurtà liċ-ċittadini f l-Ewropa u  lil hinn, billi bnew fuq il-kooperazzjoni sostanzjali stabbilita aktar minn 15-il sena ilu bejn in-NATO u l-UE, żewġ sħab uniċi u essenzjali.

5. Qegħdin nimplimentaw l-objettivi li stabbilixxejna sentejn ilu, fosthom l-azzjonijiet li ġejjin:• Il-kooperazzjoni marittima tagħna fil-Mediterran

tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u t-traffikar ta' migranti, u b'hekk ittaffi t-tbatija umana;

• Żidna l-kapaċità tagħna li nirreaġixxu għat-theddid ibridu: insaħħu t-tħejjija tagħna għal kriżijiet, naqsmu informazzjoni f 'waqtha inkluż dwar attakki ċibernetiċi, nikkonfrontaw id-diżinformazzjoni, nibnu r-reżiljenza tal-membri u s-sħab tagħna u nittestjaw il-proċeduri rispettivi tagħna permezz ta' eżerċizzji paralleli u kkoordinati;

• Nappoġġaw il-kapaċità ta' difiża u sigurtà tal-ġirien tagħna fil-Lvant u fin-Nofsinhar.

6. L-isfidi ta' sigurtà multipli u  dejjem jevolvu li l-Istati Membri u l-Alleati tagħna jiffaċċjaw mil-Lvant u min-Nofsinhar jagħmlu l-kooperazzjoni kontinwa tagħna essenzjali, inkluż fir-rispons għat-theddid ibridu u  ċibernetiku, f 'operazzjonijiet, u  billi ngħinu s-sħab komuni tagħna. Aħna ddedikati li napprofondixxu dan aktar fi ħdan il-proposti komuni eżistenti. Issa huwa importanti li nikkonċentraw fuq l-implimentazzjoni. F'dan il-kuntest, ser nimmiraw għal progress rapidu u li jista' jintwera b'mod partikolari:• fil-mobbiltà militari;• fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;• fit-tisħiħ tar-reżiljenza għar-riskji kimiċi, bijoloġiċi,

radjoloġiċi u nukleari;• fil-promozzjoni tal-aġenda għan-nisa, il-paċi u s-sigurtà.

7. Nilqgħu l-isforzi tal-UE biex jissaħħu s-sigurtà u d-difiża Ewropea biex ikunu protetti aħjar l-Unjoni kif ukoll iċ-ċittadini tagħha u  biex jingħata kontribut għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun u lil hinn minnu. Il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti u l-Fond Ewropew għad-Difiża jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi.

8. Nilqgħu l-isforzi mwettqa min-NATO fid-difiża kollettiva, il-ġestjoni ta' kriżijiet u s-sigurtà kooperattiva, biex jiġu żgurati d-difiża u  s-sigurtà taż-żona Ewro-Atlantika, b'mod partikolari permezz tad-deterrenza u d-difiża, il-projezzjoni tal-istabbiltà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu. In-NATO ser tkompli taqdi r-rwol uniku u essenzjali tagħha bħala l-pedament tad-difiża kollettiva għall-Alleati kollha.

9. L-isforzi tal-UE ser isaħħu wkoll lin-NATO, u b'hekk itejbu s-sigurtà komuni tagħna. Għall-Alleati tan-NATO, dawn l-isforzi jrawmu qsim ġust tal-piż, il-benefiċċji u r-responsabbiltajiet, f 'konformità sħiħa mal-Impenn tagħhom lejn l-Investiment fid-Difiża. Għall-Istati Membri tal-UE, nilqgħu l-qbil politiku li tingħata aktar prijorità lis-sigurtà u lid-difiża fid-diskussjonijiet li ġejjin dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.

10. Il-kapaċitajiet żviluppati permezz tal-inizjattivi ta' difiża tal-UE u  tan-NATO għandhom jibqgħu koerenti, komplementari u  interoperabbli. Għandhom ikunu disponibbli għaż-żewġ organizzazzjonijiet, soġġett għad-deċiżjonijiet sovrani tal-pajjiżi li huma proprjetarji tagħhom.

11. Aħna kburin b'dak li ksibna s'issa f limkien. Iżda nistgħu nagħmlu aktar. Ser inkomplu nanalizzaw il-progress fuq bażi annwali.

31

Page 34: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW 18 TA' OTTUBRU 2018

I. MIGRAZZJONI

1. Il-Kunsill Ewropew ivvaluta l-istat ta' implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju u talab biex titkompla l-ħidma fuq l-elementi kollha bħala parti mill-approċċ komprensiv tiegħu għall-migrazzjoni. Filwaqt li n-numru ta' qsim illegali tal-fruntieri lejn l-UE identifikat tnaqqas b'95% mill-ogħla livell f 'Ottubru 2015, xi f lussi interni u f lussi esterni reċenti jitolbu attenzjoni sostnuta.

2. Wara d-diskussjoni informali tal-Mexxejja f 'Salzburg, il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-importanza ta' aktar prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u  tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu, b'mod partikolari f l-Afrika ta' Fuq, bħala parti minn sħubija aktar wiesgħa.

3. Jeħtieġ li tissaħħaħ il-ġlieda kontra n-netwerks li jiffaċilitaw id-dħul klandestin tal-bnedmin: għandha tiġi intensifikata l-ħidma ma' pajjiżi terzi f l-investigazzjoni, l-arrest u l-prosekuzzjoni tat-traffikanti u tal-faċilitaturi bil-ħsieb li jitwaqqfu n-nies milli jibdew vjaġġi perikolużi. Għandu jiġi stabbilit taskforce konġunt fiċ-Ċentru Ewropew tal-Europol kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti. Il-komunikazzjonijiet online tan-netwerks li jiffaċilitaw id-dħul klandestin għandhom jiġu ssorveljati aħjar u jixxekklu. Il-Kunsill, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, huwa mistieden biex sa Diċembru jiżviluppa sett ta' miżuri komprensiv u operazzjonali għal dan l-għan.

4. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex, b'mod prijoritarju, jeżaminaw il-proposti reċenti tal-Kummissjoni rigward id-Direttiva dwar ir-Ritorn, l-Aġenzija għall-Asil u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex b'hekk jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi u jiġu żviluppati standards minimi komuni ta' sorveljanza tal-fruntiera esterna, bir-rispett dovut għar-responsabbiltà tal-Istati Membri.

5. Għandu jsir aktar biex jiġu ffaċilitati r-ritorni effettivi. Il-ftehimiet eżistenti dwar ir-riammissjoni għandhom jiġu implimentati aħjar, b'mod nondiskriminatorju għall-Istati Membri kollha, u  għandhom jiġu konklużi ftehimiet u  arranġamenti ġodda, filwaqt li tinħoloq u  tintuża l-pressjoni meħtieġa permezz tal-politiki, l-istrumenti u l-għodod kollha rilevanti tal-UE, inkluż l-iżvilupp, il-kummerċ u l-viżi. Huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex tiġi implimentata bis-sħiħ id-Dikjarazzjoni UE-Turkija.

6. Il-Kanċillier Awstrijak irrapporta dwar ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u dwar il-prospetti għal progress fid-diversi elementi tagħha. Il-Kunsill Ewropew ħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex tkompli l-ħidma tagħha bil-ħsieb li tikkonkludiha mill-iktar fis possibbli.

II. SIGURTÀ INTERNA7. Fis-snin reċenti, sar progress ġenwin biex tissaħħaħ is-

sigurtà interna tagħna permezz ta' kooperazzjoni aħjar, miżuri konkreti fil-post, u l-adozzjoni ta' sensiela ta' testi legali, bħar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-iżgurar ta' livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni. Jeħtieġ li dawn jiġu implimentati għalkollox.

8. L-UE ser issaħħaħ aktar id-deterrenza u  r-reżiljenza tagħha kontra t-theddid ibridu, ċibernetiku, kif ukoll kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u  nukleari (CBRN). Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet preċedenti tiegħu rigward l-attakk ta' Salisbury, il-Kunsill Ewropew jikkundanna l-attakk ċibernetiku ostili mwettaq kontra l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW). Tali theddid u attakki jsaħħu d-determinazzjoni komuni tagħna li nsaħħu aktar is-sigurtà interna tal-UE u  l-abbiltà u  l-kapaċitajiet tagħna li nidentifikaw, nipprevjenu, inxekklu u  nirreaġixxu għal kwalunkwe attività ostili tan-netwerks ta' intelligence barranin u atturi malizzjużi oħra fit-territorji tagħna kif ukoll online. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-adozzjoni tar-reġim il-ġdid ta' miżuri restrittivi biex tiġi indirizzata t-theddida mill-armi kimiċi u jistenna b'interess progress bikri rigward il-lista ta' individwi u entitajiet rilevanti.

9. Il-Kunsill Ewropew jappella wkoll għal miżuri biex:• jiġu miġġielda ċ-ċiberattivitajiet u  attivitajiet oħra

ffaċilitati miċ-ċibernetika li huma illegali u malizzjużi u  biex tinbena ċibersigurtà b'saħħitha. Għandha titmexxa 'l quddiem il-ħidma fuq il-kapaċità ta' reazzjoni għaċ-ċiberattakki u ta' deterrenza għalihom permezz ta' miżuri restrittivi tal-UE, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017. Sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE kontra ċiberattakki, in-negozjati rigward il-proposti kollha marbutin maċ-ċibersigurtà għandhom jiġu konklużi qabel tmiem il-leġislatura;

• jiġu protetti s-sistemi demokratiċi tal-Unjoni u tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, anke fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. F'dan ir-rigward, il-miżuri proposti mill-Kummissjoni dwar in-netwerks ta' kooperazzjoni għall-elezzjonijiet, it-trasparenza online, il-protezzjoni kontra inċidenti marbuta maċ-ċibersigurtà, il-manipulazzjoni illegali tad-data u  l-ġlieda kontra kampanji ta' diżinformazzjoni u l-issikkar tar-regoli dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej jistħoqqilhom li jiġu eżaminati malajr u li jingħataw segwitu operazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni sa tmiem is-sena. Il-Kunsill Ewropew jistenna b'interess il-Pjan ta' Azzjoni għal rispons koordinat tal-UE, li għandu

32

Page 35: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

jiġi ppreżentat sa Diċembru 2018, kif stipulat fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju;

• tissaħħaħ il-kapaċità għall-prevenzjoni u  r-rispons effettiv għar-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online għandha tiġi eżaminata bħala prijorità. Għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex jiġi żgurat aċċess transkonfinali rapidu u  effiċjenti għall-evidenza elettronika sabiex jiġu miġġielda b'mod effettiv it-terroriżmu u kriminalità serja u organizzata oħra, kemm f l-UE kif ukoll fuq livell internazzjonali; sa tmiem il-leġislatura, jeħtieġ li jiġu miftehma l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-evidenza elettronika u l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja, kif ukoll dwar ġlieda aktar effikaċi kontra l-ħasil tal-f lus. Il-Kummissjoni għandha wkoll tippreżenta b'urġenza mandati ta' negozjar għan-negozjati internazzjonali dwar l-evidenza elettronika. Għandha tiġi eżaminata l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jiġu estiżi l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex dawn ikopru reati kriminali terroristiċi transkonfinali;

• l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, l-Europol u l-Eurojust jingħataw ir-riżorsi adegwati biex jiffaċċaw l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-iżviluppi teknoloġiċi u mill-evoluzzjoni tax-xenarju ta' theddid għas-sigurtà, inkluż permezz tal-ġbir komuni tat-tagħmir, sħubiji msaħħa mas-settur privat, kooperazzjoni bejn l-aġenziji u aċċess aħjar għad-data;

• tittejjeb l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni u  tal-bażijiet tad-data. Diġà sar ħafna progress f l-iżvilupp tas-sistemi ta' informazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, iżda għadhom meħtieġa aktar sforzi biex dawn isiru interoperabbli, b'mod partikolari permezz ta' repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità. In-negozjati dwar proposti pendenti, inkluż dwar Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali msaħħa, għandhom jiġu konklużi sa tmiem is-sena u għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom bl-ogħla prijorità;

• tissaħħaħ il-kapaċità tagħna ta' maniġġar tal-kriżijiet u jissaħħu l-koerenza u l-effettività tal-mekkaniżmi tal-UE u dawk nazzjonali ta' rispons għall-kriżijiet. In-negozjati dwar il-proposta għal mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili għandhom jiġu konklużi sal-aħħar tas-sena.

III. RELAZZJONIJIET ESTERNI10. Il-Kunsill Ewropew iqis li r-relazzjonijiet bejn l-UE

u l-Afrika huma ta' importanza kruċjali f 'xenarju globali li qed jinbidel rapidament. Jeħtieġ li l-kooperazzjoni tagħna titpoġġa fuq livell ġdid, sostnuta mir-riżorsi meħtieġa, inkluż permezz tal-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew u l-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika. Huwa jilqa' l-preżentazzjoni tal-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Alleanza ġdida Afrika-Ewropa għall-Investiment u għall-Impjiegi Sostenibbli u jappella biex jitmexxew 'il quddiem azzjonijiet, inkluż permezz ta' proposti konkreti għall-involviment tal-Istati Membri.

11. Wara d-diskussjoni informali tal-Mexxejja f 'Salzburg, il-Kunsill Ewropew jilqa' l-ewwel summit li ser isir bejn it-28 Stat Membru tal-UE u l-Lega tal-Istati Għarab, ospitat mill-Eġittu f l-24 u l-25 ta' Frar 2019.

12. L-UE u  l-Istati Membri tagħha huma kommessi bis-sħiħ lejn l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika d-Dokument ta' Rif lessjoni tagħha f l-2018, li għandu jwitti t-triq għal strateġija komprensiva għall-implimentazzjoni f l-2019.

13. Il-Kunsill Ewropew ħa nota tar-rapport speċjali l-aktar reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li jikkonferma b'mod inekwivoku l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima, inkluż il-konklużjonijiet tiegħu li jindikaw li t-tnaqqis globali tal-emissjonijiet fis-setturi kollha huma kruċjali u  li jeħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri dwar il-mitigazzjoni u l-adattament, b'mod partikolari biex tintlaħaq il-mira tat-temperatura kif stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi.

14. Bil-ħsieb tal-COP24 li ser tinżamm fil-Polonja mit-2 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill Ewropew japprova l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tħejjijiet għal-laqgħat tal-UNFCCC f 'Katowice u jagħti lill-Polonja l-appoġġ sħiħ tiegħu f l-organizzazzjoni tal-COP24. Din il-COP24 għandha twassal għall-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni ambizzjużi u komprensivi tal-Ftehim ta' Pariġi u  l-eżitu tad-Djalogu ta' Talanoa għandu jkun impenn għall-Partijiet kollha biex jirrif lettu fuq il-livelli tagħhom ta' ambizzjoni u jinformaw it-tħejjija tal-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) tal-Partijiet kollha skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Pariġi.

33

Page 36: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

ITTRA MILL-PRESIDENT DONALD TUSK LILL-MEMBRI TAL-KUNSILL EWROPEW (ART. 50) QABEL

IL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAGĦHOM — 24 TA' NOVEMBRU 2018

Ser niltaqgħu għada fil-Kunsill Ewropew (Art. 50) biex niffinalizzaw u nifformalizzaw l-eżitu tan-negozjati tal-Brexit.Fil-bidu nett ta' dawn it-taħditiet, kważi sentejn ilu, qbilna dwar il-linji gwida tan-negozjati tal-UE27. Dawn stabbilixxew l-objettivi segwenti:

– li jiġu minimizzati l-inċertezza u t-tfixkil ikkawżati mill-Brexit għaċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri tagħna;– li nsibu soluzzjoni għall-istatus taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu, jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit b'garanziji reċiproki;– li niżguraw li r-Renju Unit jonora l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha;– li nevitaw fruntiera fiżika bejn l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda;– li nipprevjenu vojt ġuridiku għall-kumpanniji tagħna.

In-negozjatur tal-UE kiseb dawn l-objettivi. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadini tagħna jiġu protetti bis-sħiħ, il-proċess ta' paċi f l-Irlanda ta' Fuq ma għandux jiġi affettwat, ir-Renju Unit ser ikompli l-pagamenti tiegħu għall-baġit tal-UE matul il-perijodu ta' transizzjoni u ser tiġi żgurata ċ-ċertezza ġuridika. B'hekk in-negozjatur tagħna rnexxielu jnaqqas ir-riskji u t-telf li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.Id-Dikjarazzjoni Politika tistabbilixxi d-direzzjoni rigward ir-relazzjonijiet futuri. Biħsiebna naħdmu b'mod riżolut sabiex nibnu l-aħjar relazzjoni possibbli mar-Renju Unit wara l-Brexit, bħala ħbieb u sħab. U ser ikollna madwar sentejn biex nelaboraw u naqblu dwar qafas preċiż għal din il-kooperazzjoni. U jekk, minkejja l-aħjar sforzi tagħna, ikollna bżonn aktar żmien biex ninnegozjaw ir-relazzjoni futura, ser ikun possibbli li l-perijodu ta' transizzjoni jiġi estiż għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn.Matul dawn in-negozjati, ħadd ma ried li xi parti toħroġ telliefa. Ilkoll konna qegħdin infittxu ftehim tajjeb u ġust. U nemmen li finalment sibna l-aħjar kompromess possibbli. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ser nirrakkomanda li nhar il-Ħadd napprovaw l-eżitu tan-negozjati tal-Brexit. U minkejja li ħadd mhu ser ikollu għalfejn ikun ferħan dakinhar, hemm ħaġa waħda li nixtieq nisħaq fuqha: f 'dan il-mument kritiku, l-UE27 għaddew mit-test tal-unità u tas-solidarjetà.Il-laqgħa tas-27 Mexxej ser tibda fid-09:30 bi skambju ta' fehmiet mal-President tal-Parlament Ewropew Tajani. Imbagħad ser ikollna sessjoni ta' ħidma tal-UE27 biex napprovaw il-Ftehim dwar il-Ħruġ u napprovaw id-Dikjarazzjoni Politika għar-relazzjoni futura. Fl-aħħar nett, ser niltaqgħu mal-Prim Ministru May biex b'mod konġunt nikkunsidraw il-passi li jmiss.

34

Page 37: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW1 (ART. 50) — 25 TA' NOVEMBRU 2018

1 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta lill-Istat Membru li ħiereġ ma għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew f ’deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Il-Kunsill Ewropew japprova l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Fuq din il-bażi, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehim ikun jista' jidħol fis-seħħ fit-30 ta' Marzu 2019, sabiex ikun previst ħruġ ordnat.

2. Il-Kunsill Ewropew japprova d-Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq. Il-Kunsill Ewropew jiddikjara mill-ġdid li l-Unjoni

hija determinata li fil-futur ikollha sħubija kemm jista' jkun possibbli mill-qrib mar-Renju Unit f 'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika. L-approċċ tal-Unjoni ser ikompli jiġi definit mill-pożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-linji gwida tal-Kunsill Ewropew miftehma preċedentement. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' impenjat b'mod permanenti bil-kwistjoni.

3. Il-Kunsill Ewropew jirringrazzja lil Michel Barnier għall-isforzi bla heda tiegħu bħala kap negozjatur tal-Unjoni u  għall-kontribut tiegħu biex tinżamm l-għaqda bejn l-Istati Membri tal-UE27 matul in-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

35

Page 38: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G20 FI BUENOS AIRES, L-ARĠENTINA — 30 TA' NOVEMBRU 2018

Ħalluni biss inżid ftit kliem ma' dak li qal il-President Juncker. Peress li dan huwa mument diffiċli għall-kooperazzjoni internazzjonali, nixtieq nappella lill-mexxejja biex jużaw dan is-summit, inkluż l-iskambji bilaterali u informali tagħhom, biex jiddiskutu serjament kwistjonijiet reali bħall-gwerer kummerċjali, is-sitwazzjoni traġika fis-Sirja u l-Jemen u l-aggressjoni Russa f l-Ukrajna. Ma nara ebda raġuni għaliex il-mexxejja tal-G20 m'għandux ikollhom diskussjoni kostruttiva dwar kif jissolvew dawn il-problemi. Speċjalment peress li l-istrumenti kollha jinsabu f 'idejhom. L-unika kondizzjoni hi r-rieda tajba.Lanqas ma nistgħu nissottovalutaw kwistjonijiet oħra li għadhom diffiċli għal xi mexxejja, bħad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-istampa u s-sikurezza bażika tal-ġurnalisti. Huwa l-obbligu tagħna, bħala l-UE, li nieħdu din l-opportunità u li nagħmlu pressjoni fuq is-sħab tagħna biex jirrispettaw dawn il-prinċipji bażiċi.Ħafna mill-mexxejja ċertament ser ikollhom mistoqsijiet dwar il-Brexit. Għalhekk, ippermettuli ngħid dan. L-Unjoni Ewropea għadha kif qablet dwar divorzju ordnat mar-Renju Unit. Ftit jiem qabel il-votazzjoni fil-House of Commons, qed isir dejjem aktar u aktar ċar li dan il-ftehim huwa l-aħjar wieħed possibbli, fil-fatt, l-uniku wieħed possibbli. Jekk dan il-ftehim jiġi rifjutat fil-Commons, ikun fadlilna, kif diġà saħqet ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru May, alternattiva: "ebda ftehim; jew ebda Brexit affattu." Nixtieq nassigurakom li l-UE hi mħejjija għal kull xenarju.Mistoqsija: L-Unjoni Ewropea ħabbret li ser tirreaġixxi b'mod xieraq għall-użu tal-forza mir-Russja fil-baħar ta' Azov. Xi tfisser reazzjoni xierqa? Huwa possibbli li jkun hemm reazzjoni xierqa mingħajr sanzjonijiet tal-UE jekk ma tikkalmax is-sitwazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin?Tweġiba: Iż-żieda fit-tensjoni fil-Baħar ta' Azov hija kawża ta' tħassib serju għalina u naturalment l-użu tal-forza mir-Russja kontra vapuri Ukreni hija totalment inaċċettabbli. Nixtieq nisħaq li l-Ewropa hija magħquda f l-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Hu għalhekk li ninsab ċert li l-UE ser tkompli bis-sanzjonijiet kontra r-Russja f 'Diċembru.

36

Page 39: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW1 (ART. 50) — 13 TA' DIĊEMBRU 2018

1 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li ħiereġ ma għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew f ’deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Il-Kunsill Ewropew jerġa' jikkonferma l-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2018, li fihom approva l-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika. L-Unjoni ssostni dan il-ftehim u beħsiebha tipproċedi bir-ratifika tiegħu. Huwa mhuwiex miftuħ għal negozjar mill-ġdid.

2. Il-Kunsill Ewropew itenni li jixtieq li fil-futur jistabbilixxi sħubija mill-qrib kemm jista' jkun possibbli mar-Renju Unit. Huwa jinsab lest li minnufih wara l-firma tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jibda t-tħejjijiet biex jiġi żgurat li n-negozjati jkunu jistgħu jibdew kemm jista' jkun malajr wara l-ħruġ ta-Renju Unit.

3. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja li s-soluzzjoni ta' kontinġenza hija maħsuba bħala polza tal-assigurazzjoni biex tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda u tiġi żgurata l-integrità tas-Suq Uniku. L-Unjoni hija ddeterminata bis-sħiħ li taħdem b'mod rapidu fuq ftehim

sussegwenti li, sal-31 ta' Diċembru 2020, jistabbilixxi arranġamenti alternattivi sabiex ma jkunx meħtieġ li tiskatta s-soluzzjoni ta' kontinġenza.

4. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja wkoll li, jekk madanakollu tiskatta s-soluzzjoni ta' kontinġenza, din tapplika biss temporanjament, sakemm ma tiġix sostitwita minn ftehim sussegwenti li jiżgura li tiġi evitata fruntiera fiżika. F'dak il-każ, l-Unjoni tagħmel l-almu tagħha biex tinnegozja u tikkonkludi bil-ħeffa ftehim sussegwenti li jissostitwixxi s-soluzzjoni ta' kontinġenza, u tistenna l-istess mir-Renju Unit, sabiex is-soluzzjoni ta' kontinġenza tkun biss fis-seħħ sakemm huwa strettament meħtieġ.

5. Il-Kunsill Ewropew jappella biex tiġi intensifikata l-ħidma ta' tħejjija fil-livelli kollha għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit, b'kont meħud tal-eżiti possibbli kollha.

37

Page 40: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW 13–14 TA' DIĊEMBRU 2018

I. QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI

1. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-ħidma ta' tħejjija intensiva dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur imwettqa matul dan is-semestru u jieħu nota tar-rapport ta' progress mill-Presidenza. Huwa jitlob lill-Presidenza li jmiss biex tkompli dik il-ħidma u tiżviluppa orjentazzjoni għall-istadju li jmiss tan-negozjati, bil-ħsieb li jinkiseb qbil fil-Kunsill Ewropew fil-ħarifa tal-2019.

II. SUQ UNIKU

2. Is-Suq Uniku huwa wieħed mill-kisbiet il-kbar tal-Unjoni li pprovda benefiċċji enormi lill-Ewropej. Huwa r-riżorsa prinċipali tagħna biex niżguraw il-ġid taċ-ċittadini, it-tkabbir inklużiv u  l-ħolqien tal-impjiegi, u  l-mutur essenzjali għall-investiment u l-kompetittività globali. Ħamsa u għoxrin sena wara, jeħtieġ li nkomplu mexjin bl-aġenda tas-Suq Uniku fid-dimensjonijiet kollha tagħha u li niżviluppaw approċċ li jħares 'il quddiem. Il-Kunsill Ewropew:– jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex sa

tmiem il-leġislatura attwali jaqblu fuq kemm jista' jkun possibbli mill-proposti pendenti rilevanti għas-Suq Uniku. Huwa importanti wkoll li jitneħħew l-ostakli mhux ġustifikati li fadal, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi, kif ukoll biex jiġi evitat kull ostaklu ġdid u kull riskju ta' frammentazzjoni. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kummissjoni biex tkompli bl-analiżi u bil-ħidma tagħha f 'dan ir-rigward;

– jappella għall-implimentazzjoni u  l-infurzar, fil-livelli kollha tal-gvern, tad-deċiżjonijiet meħuda u r-regoli adottati, kif ukoll iż-żamma tal-istandards u l-iżgurar tal-applikazzjoni intelliġenti tal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, inkluż is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

– jisħaq li jeħtieġ isir aktar biex jiżgura li s-Suq Uniku jipprovdi bażi soda għal Unjoni Ewropea b'perspettiva miftuħa, kunfidenti u  aktar awtonoma f 'ambjent globali mimli sfidi;

– jenfasizza l-ħtieġa li s-Suq Uniku jevolvi biex iħaddan bis-sħiħ it-trasformazzjoni diġitali, inkluż l-Intelliġenza Artifiċjali, il-miġja tal-ekonomija mibnija fuq id-data u  s-servizzi, il-konnettività u t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika;

– jappella għat-tisħiħ tal-koerenza mal-politiki relatati kollha.

3. Il-Kunsill Ewropew ser ikollu diskussjoni fil-fond fir-rebbiegħa li ġejja dwar l-iżvilupp futur tas-Suq Uniku u  l-politika diġitali Ewropea bi tħejjija għall-Aġenda Strateġika li jmiss.

III. MIGRAZZJONI

4. Il-Kunsill Ewropew indirizza l-implimentazzjoni tal-approċċ komprensiv tiegħu għall-migrazzjoni, li tgħaqqad kontroll aktar effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE, aktar azzjoni esterna u  l-aspetti interni, f 'konformità mal-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju u ta' Ottubru 2018.

5. Il-Kunsill Ewropew jinnota li l-għadd ta' każijiet identifikati ta' qsim illegali tal-fruntieri tnaqqas għal-livelli ta' qabel il-kriżi, u li t-tendenza ġenerali 'l isfel qed tkompli. Dan huwa r-riżultat tal-politika tal-migrazzjoni esterna tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, ibbażata, b'mod partikolari, fuq il-kontroll fil-fruntieri esterni, il-ġlieda kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u  ta' tranżitu li ġiet intensifikata f 'dawn l-aħħar xhur. Għaldaqstant, din il-politika għandha titkompla, tiġi żviluppata aktar u tiġi implimentata bis-sħiħ. Il-viġilanza fuq ir-rotot kollha eżistenti u emerġenti għandha tinżamm, b'mod partikolari fid-dawl taż-żidiet reċenti fuq ir-Rotot tal-Punent u tal-Lvant tal-Mediterran.

6. Fir-rigward tal-politiki interni, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-koleġislaturi biex jikkonkludu malajr in-negozjati dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG). Huwa jilqa' l-qbil milħuq fil-livell tal-Kunsill fis-6 ta' Diċembru 2018 fir-rigward tat-tisħiħ tal-mandat tal-EBCG fil-qasam tar-ritorn u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Jappella wkoll għal aktar sforzi biex jiġu konklużi n-negozjati dwar id-Direttiva dwar ir-Ritorn, dwar l-Aġenzija għall-Asil u dwar il-partijiet kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, b'rispett lejn il-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew u b'kont meħud tal-grad differenti ta' progress f 'kull wieħed minn dawn il-fajls.

IV. PUNTI OĦRA

Relazzjonijiet esterni7. Il-Kunsill Ewropew iddiskuta t-tħejjijiet għas-summit li

jmiss mal-Lega tal-Istati Għarab f l-24 u l-25 ta' Frar 2019.8. Il-Kunsill Ewropew jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward

l-eskalazzjoni f l-Istretti ta' Kerch u  l-Baħar ta' Azov u l-ksur tad-dritt internazzjonali mir-Russja. Huwa jerġa' jikkonferma l-impenn tiegħu għad-dritt internazzjonali, is-sovranità, l-integrità territorjali u  l-indipendenza tal-Ukrajna u l-politika tal-UE tan-nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea. M'hemm ebda ġustifikazzjoni għall-użu tal-forza militari mir-Russja. Il-Kunsill Ewropew jitlob il-ħelsien immedjat tal-baħrin Ukreni kollha miżmuma kif ukoll ir-ritorn tal-bastimenti maħtufa u l-passaġġ ħieles għall-vapuri kollha mill-Istretti ta' Kerch. L-UE tinsab lesta biex tadotta miżuri biex issaħħaħ aktar l-appoġġ tagħha, b'mod partikolari favur iż-żoni affettwati tal-Ukrajna.

38

Page 41: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

9. Il-Kunsill Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon il-vot pożittiv fil-Parlament Ewropew dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun u jistenna b'interess id-dħul fis-seħħ imminenti tiegħu.

It-tibdil fil-klima10. B'segwitu għall-preżentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-

Kummissjoni "Pjaneta Nadifa għal Kulħadd" u b'kont meħud tal-eżitu tal-COP24 f 'Katowice, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill biex jaħdem fuq l-elementi msemmijin fil-Komunikazzjoni. Fl-ewwel semestru tal-2019 il-Kunsill Ewropew ser jipprovdi gwida dwar id-direzzjoni ġenerali u dwar il-prijoritajiet politiċi, sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tippreżenta strateġija fit-tul sal-2020 f 'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi.

Sigurtà u Difiża11. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-progress sinifikanti li sar fil-

qasam tas-sigurtà u d-difiża, inkluż f l-implimentazzjoni tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti, fit-titjib tal-mobilità militari, f l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża u  fin-negozjati dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża propost. Huwa japprova l-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK. Dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu għat-titjib tal-awtonomija strateġika tal-UE u l-kapaċità tagħha li taġixxi bħala fornitur tas-sigurtà, filwaqt li jikkomplementaw u jirrinfurzaw l-attivitajiet tan-NATO u jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, b'rispett sħiħ tal-prinċipji ta' inklużività, reċiproċità u awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.

Id-diżinformazzjoni12. It-tixrid ta' diżinformazzjoni b'mod intenzjonat,

sistematiku u  fuq skala kbira, inkluż bħala parti mill-gwerra ibrida, huwa sfida serja u strateġika għas-sistemi demokratiċi tagħna. Dan jirrikjedi reazzjoni urġenti li teħtieġ li tkun sostnuta tul iż-żmien, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. Il-Kunsill Ewropew:– jenfasizza l-ħtieġa għal reazzjoni determinata, li

tindirizza d-dimensjonijiet interni u esterni u li tkun

komprensiva, koordinata u li jkollha riżorsi suffiċjenti abbażi ta' valutazzjoni tat-theddid;

– jappella għall-implimentazzjoni fil-pront u koordinata tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt dwar id-Diżinformazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli sabiex jissudaw il-kapaċitajiet tal-UE, jissaħħu r-reazzjonijiet koordinati u konġunti bejn l-Unjoni u  l-Istati Membri, jiġi mobilizzat is-settur privat u titqawwa r-reżiljenza tas-soċjetà għad-diżinformazzjoni;

– jappella għal azzjoni rapida u  deċiżiva kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali li tiżgura elezzjonijiet Ewropej u nazzjonali ħielsa u ġusti.

13. Il-Kunsill huwa mistieden ikompli l-ħidma fuq din il-kwistjoni u jirrapporta lura lill-Kunsill Ewropew f 'Marzu 2019.

Il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija14. Il-Kunsill Ewropew jikkundanna l-forom kollha ta'

antisemitiżmu, razziżmu u  ksenofobija, u  jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-intolleranza. Huwa jilqa' l-adozzjoni fis-6 ta' Diċembru 2018 tad-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu.

Djalogi maċ-Ċittadini u Konsultazzjonijiet maċ-Ċittadini u Tħejjijiet għall-Aġenda Strateġika15. Il-Kunsill Ewropew jilqa' ż-żamma ta' Djalogi maċ-

Ċittadini u  Konsultazzjonijiet maċ-Ċittadini, li kienu opportunità bla preċedent ta' kuntatt maċ-ċittadini Ewropej u  li jistgħu jservu ta' ispirazzjoni għal aktar konsultazzjonijiet u djalogi. Ir-rapport konġunt imħejji mill-Presidenza attwali u  minn dik li jmiss, f limkien mar-rapporti nazzjonali differenti u  l-kontribut mill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn, jidentifikaw għadd ta' elementi ta' tħassib u aspettattivi min-naħa taċ-ċittadini parteċipanti f 'termini ta' riżultati konkreti mill-UE. Fil-laqgħa informali tagħhom f 'Sibiu fid-9 ta' Mejju 2019, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern ser jiddiskutu l-prijoritajiet għaċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss, bil-ħsieb li jaqblu dwar l-Aġenda Strateġika li jmiss f 'Ġunju 2019.

39

Page 42: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DIKJARAZZJONI − LAQGĦA TAS-SUMMIT TAL-EURO 14 TA' DIĊEMBRU 2018

Wara l-mandat mogħti lill-Grupp tal-Euro f 'Ġunju 2018, is-Summit tal-Euro japprova l-elementi kollha tar-rapport tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja dwar l-approfondiment tal-UEM, li tħejja f 'format inklużiv. Dan il-pakkett komprensiv iwitti t-triq għal tisħiħ sinifikanti tal-UEM. B'mod partikolari, is-Summit tal-Euro llum qabel dwar dan li ġej.1. Napprovaw it-termini ta' referenza tal-garanzija ta'

kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF), li jistabbilixxu kif ser issir operazzjonali u  tiġi antiċipata l-garanzija ta' kontinġenza dment li jkun sar biżżejjed progress fit-tnaqqis tar-riskju, li għandu jiġi valutat f l-2020.

2. Napprovaw ukoll id-dokument dwar il-kondizzjonijiet rigward ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Abbażi ta' dan, nappellaw lill-Grupp tal-Euro biex iħejji l-emendi meħtieġa għat-Trattat dwar il-MES (inkluż il-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-SRF) sa Ġunju 2019.

3. Nistennew b'interess l-adozzjoni finali tal-Pakkett Bankarju u  l-Garanzija ta' Kontinġenza Prudenzjali għal self improduttiv (NPL) li tippreżerva l-bilanċ tal-

kompromessi tal-Kunsill. Nappellaw biex isir progress fil-ħidma fuq l-Unjoni Bankarja u għal progress ambizzjuż sar-rebbiegħa tal-2019 f l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, kif deskritt fir-rapport tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja.

4. Fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), nagħtu mandat lill-Grupp tal-Euro biex jaħdem fuq it-tfassil, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni u  l-għażla tal-ħin ta' strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-euro u l-Istati Membri tal-ERM II fuq bażi volontarja. Dan ser ikun parti mill-baġit tal-UE, koerenti ma' politiki oħra tal-UE u soġġett għal kriterji u gwida strateġika mill-Istati Membri taż-żona tal-euro. Ser niddeterminaw id-daqs tiegħu fil-kuntest tal-QFP. Il-karatteristiċi tal-istrument baġitarju ser jintlaħaq qbil dwarhom f 'Ġunju tal-2019. L-istrument ser jiġi adottat f 'konformità mal-proċedura leġislattiva, kif previst mit-Trattati, abbażi tal-proposta rilevanti tal-Kummissjoni li tiġi emendata jekk meħtieġ.

5. Is-Summit tal-Euro jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar rwol internazzjonali aktar b'saħħtu tal-euro u jinkoraġġixxi li l-ħidma titmexxa 'l quddiem għal dan il-għan.

40

Page 43: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

LECTURE ĊERIMONJALI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK WARA L-GĦOTI TAD-DOTTORAT ONORARJU MILL-UNIVERSITÀ TEKNIKA TA' DORTMUND

16 TA' DIĊEMBRU 2018

Huwa ta' privileġġ kbir li nista' jgħid ftit kliem f 'mument tant importanti għall-komunità tagħkom u quddiem udjenza tant sabiħa. Għidt, "il-komunità tagħkom", għalkemm naturalment, minn xi ftit sigħat ilu, għandi d-dritt u l-unur insejħilha, "il-komunità tagħna", bħala duttur honoris causa kif għadni kemm ġejt innominat mill-università tagħkom — skużawni — tagħna. Matul dik iċ-ċerimonja, irreferejt għall-massima tal-ewwel duttur onorarju tal-Università Teknika ta' Dortmund, il-president Johannes Rau: "Biex ngħaqqdu, mhux nifirdu" u għidt: "L-Unjoni Ewropea — kif nif himha jien — hija msejsa fuq il-ħsieb pożittiv u valuri pożittivi. Ma kienx ikun hemm l-Ewropa tagħna — u mhux ser ikun hemm l-Ewropa tagħna — mingħajr għaqda, mingħajr solidarjetà u mingħajr rispett reċiproku." U żidt li "m'hemmx għalfejn tiggradwa f l-inġinerija jew l-arkitettura mill-Università Teknika ta' Dortmund biex tif hem li fil-politika, il-pontijiet huma aktar important mill-ħitan, għalkemm nafu kemm aktar faċilment u malajr tibni ħajt milli tibni pont. Ninsab konvint li din hija r-raġuni għalfejn stinkajtu biex tistudjaw: biex tevitaw it-tentazzjoni li tissimplifikaw u tqassru. Li fid-dimensjoni spiritwali, iżda wkoll dik politika, dejjem ser tkunu bennejja ta' pontijiet, u mhux ħitan."Dawn il-kliem kienu ispirati mill-esperjenza kollha ta' ħajti, li fiha — xtaqtx, jew le — il-politika kienet għadha preżenti, f limkien mal-aktar sintomi u espressjonijiet drammatiċi tagħha. U kollox beda eżatt fis-16 ta' Diċembru, 48 sena ilu, f 'belt twelidi Gdańsk.Kien l-1970, kelli 13, meta seħħew ġrajjiet traġiċi quddiem għajnejja. Il-pulizija u l-armata fetħu n-nar fuq il-ħaddiema jipprotestaw. Ħafna minnhom mietu, mijiet indarbu, ħafna vetturi u bini nħarqu, inkluż tankijiet u l-kwartieri ġenerali tal-partit komunista. It-toroq ta' Gdańsk saru skola tal-ħajja, u l-ewwel tagħlima fil-politika, li qatt ma ser ninsa. Kont żagħżugħ ħafna, iżda f himt istintivament x'kien għaddej, u min kellu raġun; fejn kien is-sewwa, u fejn kien il-ħażen; min kien qed jgħid il-verità, u min kien qed jigdeb. Kienet tagħlima eċċitanti mhux tas-soltu, mimlija emozzjonijiet, għadab u tama, kollha f l-istess ħin.Kien dakinhar li skoprejt għall-ewwel darba li t-tajbin mhux dejjem jirbħu. Li l-gideb u l-ħażen jistgħu jirbħu lill-verità u s-sewwa. Identifikajt ruħi kompletament ma' dawk mirbuħa u umiljati. Fl-istess ħin, għext dawn il-ġrajjiet bħallikieku kienu xi tip ta' btala, l-ewwel avventura kbira bħala adult, li waqqfet għal ftit żmien il-monotonija terribbli tal-istatus quo.Ħafna snin wara, meta - bħala student - organizzajt l-istrutturi tal-oppożizzjoni illegali kontra l-ħakma komunista, indunajt li l-memorja ta' dawk l-aħħar ġrajjiet ħadet ix-xejra ta' leġġenda, li inf luwenzat ħafna l-immaġinazzjoni tal-parteċipanti fil-laqgħat tagħna. Bħala storiku żagħżugħ, kont qed naħdem dak iż-żmien fuq ir-rwol tal-miti u l-leġġendi fil-politika Pollakka tas-snin 30, u diġà dakinhar ma kelli l-ebda dubju li l-emozzjonijiet, is-simboli u s-simplifikazzjonijiet jimmotivaw lin-nies ħafna iktar mill-argumenti u l-programmi razzjonali. Li jistgħu jkunu siewja ħafna, iżda wkoll perikolużi ħafna, speċjalment jekk il-mitoloġija tibda tiddomina f l-isfera pubblika. Ernst Cassirer kiteb dwar dan. Skontu, il-politiċi tar-Repubblika ta' Weimar għamlu żball kruċjali billi kienu moħħhom biss biex itejbu s-sitwazzjoni ekonomika tal-mases, billi jieħdu ħsieb il-qgħad u l-inf lazzjoni. Fl-istess ħin, peress li kienu individwi razzjonali u serji, baqgħu kompletament għomja għall-qawwa splussiva tal-miti politiċi. Dan l-iżball kbir ħoloq katastrofi. Meta l-elit politiku u intellettwali tad-demokrazija Ġermaniża bdew jinnotaw x'kien involut, meta bdew jif hmu n-natura tal-miti politiċi l-ġodda, diġà kien tard wisq. Tilfu l-battalja qabel ma ndunaw li kienet għadha kemm bdiet.Ejjew nerġgħu lura għall-istorja tiegħi. Ġara li l-leġġenda tal-protesta ta' Diċembru saret mit fundamentali effettiv ħafna ta' Solidarność. Qabel ma ġie stabbilit il-moviment, fit-tieni nofs tas-snin 70, organizzajna dimostrazzjonijiet illegali kull 16 ta' Diċembru barra t-tarzna ta' Gdańsk. Kien dakinhar li ltqajt ma' Lech Wałęsa – ħadd ma kien jaf dak iż-żmien li hu stess daqt kien ser isir leġġenda. Solidarność immobilizzat miljuni ta' nies kontra r-reġim, li – minkejja realtajiet bħall-preżenza tal-armata Sovjetika – iddeċidew li jieħdu azzjoni. Kienu mmexxija mill-motto etern ta' Gdańsk: nec temere, nec timide, la għaġla, u lanqas mistħija. Kienet dik is-sinteżi ta' emozzjonijiet u raġuni, is-sinteżi ta' leġġenda u pjan, is-sinteżi ta' simboli u prammatiżmu, li ġabu r-rebħa.Naturalment, mhux mill-ewwel. Sadanittant, kien hemm liġi marzjali fil-Polonja u, għal darb'oħra, fis-16 ta' Diċembru, 37 sena ilu, il-komunisti reġgħu sparaw fuq il-ħaddiema u d-dimostranti. Il-pulizija qatlu disa' minaturi tal-faħam fuq strajk f 'Katowice. Fi Gdańsk, minkejja t-tankijiet fit-toroq u l-gass tad-dmugħ, minkejja li kien magħruf li l-awtoritajiet kienu qed jerġgħu jisparaw fuq in-nies, mitt elf dimostrant inġabru madwar it-tarzna u l-monument għall-vittmi ta' Diċembru 1970, sabiex ifakkruhom, jitolbu għalihom u jpoġġu l-fjuri. Daqstant kellha qawwa l-leġġenda ta' Diċembru.In-nies ma tiġġilidx b'determinazzjoni sħiħa għal proċeduri jew ideat astratti. Tkun lesta tinvolvi ruħha f 'affarijiet pubbliċi u tissagrifika ħafna biss jekk ikollha fiha l-ħrara tal-emozzjonijiet. Jistgħu jkunu emozzjonijiet tajbin jew ħżiena. Jistgħu jiżbruffaw f 'pajjiżi foqra kif ukoll għonja. Il-f lus huma importanti għan-nies, iżda mhumiex kollox.Illum f l-Ewropa, qed naraw mewġa ta' retorika populista b'kisra ksenofobika u awtoritarja, kemm f 'demokraziji qodma kif ukoll ġodda. Din ix-xejra tidher, irrispettivament mil-livell ta' prosperità fis-soċjetajiet, il-kultura u l-istorja tagħhom. Il-kriżi — f 'tant żoni taċ-ċivilizzazzjoni tal-Punent, anki barra l-kontinent tagħna — tad-demokrazija liberali klassika, attakkata u dejjem aktar effettivament imdgħajfa minn demagogi varji xellugin u — dak li hu aktar komuni llum — tal-lemin, ġejja mhux biss minn sorsi mhux ekonomiċi, iżda wkoll mhux razzjonali. Tirrif letti l-qawwa tal-miti u s-simboli li għandhom dawn id-demagogi, li jużawhom biex iħajru lil mases ta' segwaċi u ċittadini diżorjentati.

41

Page 44: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Aktar ma jsir faċli għalihom, aktar ikun diffiċli li wieħed jagħraf il-gideb mill-verità, bejn l-aħbarijiet foloz u l-aħbarijiet tassew. Huwa hawnhekk li jiġi espress l-ispirtu tal-lum. Il-fatti qed jitilfu kontra kunċetti immaġinati, l-esperti u l-akkademiċi qed jitilfu kontra demagogi estremament makakki, partikolarment fuq l-internet. Sfortunatament, is-setgħa fuq l-emozzjonijiet illum hija f 'idejhom, anki jekk il-fatti u l-argumenti huma kontrihom.Id-demokrazija liberali u l-Unjoni Ewropea – proġetti grandjużi fid-dimensjoni morali u prattika – illum mhumiex kapaċi jqajmu emozzjonijiet bħal dawn jew iqanqlu sentimenti, bħalma jagħmlu l-miti nazzjonali, miti li jissemmew mill-ġdid ma' kull opportunità. Il-persważjoni kalma, is-sens komun, u saħansitra l-interessi ekonomiċi m'għandhom l-ebda saħħa kontra l-passjoni.Għandhom raġun dawk li jisħqu li l-ħtieġa għall-miti hija għal dejjem. Ma jistax jieħu postha l-kalkolu biered. Iżda, kif turi mhux biss l-esperjenza tiegħi, il-miti u s-simboli m'għandhomx għalfejn iservu biss kawża ħażina. Id-demokratiċi Ewropej ma jistgħux iċedu għall-fataliżmu, ma jistgħux iħallu l-emozzjonijiet ikunu armi biss f 'idejn ċarlatani politiċi. Iridu jiqfulhom, anki f l-isfera mitika simbolika. Jekk l-unika ħaġa fuq in-naħa tagħna tkun l-għarfien, u fuq in-naħa tagħhom il-fidi, ser nitilfu. Din hija l-ewwel tagħlima li nieħu mid-Diċembri tiegħi.It-tieni hija li l-ġenerazzjonijiet il-ġodda mhux ser jaċċettaw l-istatus quo għal dejjem, anki jekk żgur hu aħjar mill-imgħoddi, u anki jekk ma jkollhomx ideat għal ġejjieni aħjar. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex sirt ribell f 'żogħżiti kienet – kif diġà semmejt – għax tassew kont xbajt nara l-istess ħaġa. Minn żmien għal żmien, in-nies ikollha aptit il-bidla aktar milli l-kumdità. Ilna wisq ngħixu fi żminijiet ta' grand ennui, die grosse Langweile kif qal xi ħadd, hu u jikkummenta dwar il-protesti tal-gilets jaunes, il-ġkieket sofor Franċiżi. Mhux ser inwaqqfu din ix-xewqa billi nirrepetu s-slogans tagħna dwar l-istabbilizzazzjoni. Id-dritt etern taż-żgħażagħ huwa li jieħdu r-riskji, anki mingħajr raġuni razzjonali. Jekk dan ikunx distruttiv jew kreattiv, jiddependi fil-biċċa l-kbira mill-kwalità tat-tmexxija politika.U din hi t-tielet tagħlima mid-Diċembri tiegħi. Jacek Kuroń, wieħed mill-mexxejja leġġendarji tal-oppożizzjoni demokratika Pollakka, darba qal: "Tagħtux in-nar lill-kumitati tal-partit, waqqfu tagħkom". Il-kumitat kien l-isem komuni għall-kwartieri ġenerali tal-partit komunista. Fl-1970, dawn il-kumitati nħarqu fi Gdańsk, fost postijiet oħra, u dan ta l-pretest lill-awtoritajiet għal ripressjonijiet brutali. Meta mexxa lil Solidarność, Lech Wałęsa dejjem ftakar f 'dan il-kmandament. Politiċi li jieħdu azzjoni mingħajr ma jkunu konxji ta' x'riżultati ser iġġib, huma dejjem theddida kbira. F'għeluq il-mitt sena minn tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija, ta' min niftakru dwar l-istorja tal-bidu tagħha, b'dawk ir-reqdin kollha fil-poter, li – bl-aħjar intenzjonijiet u b'immaġinazzjoni fqira għall-aħħar – wasslu lill-Ewropa f 'katastrofi. Max Weber kiteb dwar l-etika tar-responsabbiltà. Illum, nixtieq niddedika kliemu lil xi wħud mill-mexxejja kontemporanji fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, u b'mod partikolari lill-awturi tal-Brexit.Illum neħtieġu mexxejja li jif hmu li r-rwol tagħhom mhuwiex biss li jkollhom ħila teknokratika u l-kapaċità li jibqgħu fil-poter. Neħtieġu mexxejja li jistgħu jużaw il-potenzjal tal-emozzjonijiet biex jiddefendu l-valuri fundamentali tagħna. Mexxejja, li mhux biss jif hmu l-iskala tat-theddid, iżda li jistgħu jwaqqfuh. Herfried Münkler darba kiteb komponiment fantastiku "Odissew u Kassandra". Kassandra, li kienet taf tajjeb ħafna x'kien ser jiġri, li wissiet lil kulħadd kontra l-katastrofi li kienet ġejja, iżda ħadd ma ta kasha. Illum, għandna ħafna politiċi u intellettwali li jħossuhom komdi fir-rwol ta' bassara, profetiċi daqs Kassandra, u daqstant bla saħħa. U ftit li xejn hemm bħal Odissew, bravi (Omeru hekk iddeskrivih lil Odissew), effiċjenti, u meta jkun meħtieġ, radikali, u kapaċi jagħmlu sagrifiċċji. Odissew, estremament prattiku, jif hem it-tifsira tas-simboli u l-elementi irrazzjonali fil-politika. Ftit ġimgħat qabel il-bini taż-żiemel il-kbir - jikteb Münkler - Odissew jidħol fi Trojja mid-drenaġġ. Liebes ta' tallab, jinten b'riħa ta' ħmieġ tal-bniedem, f limkien ma' Dijomedu, jisraq l-istatwa ta' Pallas Athena, sabiex iċaħħad lil Trojja mill-aħħar fdalijiet ta' protezzjoni divina. Hekk kif il-profeta Elenu bassar lil Odissew qabel, il-belt tista' tintrebaħ biss meta tisparixxi l-istatwa. Ejjew, b'hekk, nisimgħu mill-Kassandri, iżda nagħżlu lil nies bħal Odissew bħala mexxejja.Ir-raba' tagħlima mid-Diċembri tiegħi – l-aktar importanti għalija personalment – hija l-esperjenza tal-vjolenza, il-gideb u l-anarkija. Esperjenza magħrufa minn dawk kollha li għexu f 'postijiet fejn il-forzi antidemokratiċi huma bla ebda kontroll. Fejn tista' ssawwat u toqtol bniedem mingħajr ebda raġuni, fejn il-gideb isir omnipreżenti, fejn id-drittijiet japplikaw biss għal dawk fil-poter, filwaqt li ċ-ċittadini għandhom biss obbligi.Huwa għalhekk li, meta llum nisma' politiċi Ewropej, li jiċħdu t-tradizzjoni kollha tad-demokrazija liberali, li għalihom id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi, it-tmexxija fi ħdan il-liġi, il-preċedenza tal-kostituzzjoni fuq ir-rieda tal-mexxejja, u l-mezzi tax-xandir ħielsa huma slogans vojta, bil-qawwa ngħid: le. Għax naf xi jfissru dawn il-prinċipji, hekk kif għadni nftakar kif inhi l-ħajja għal bniedem imċaħħad mid-drittijiet, li jiddependi mill-ħniena – jew in-nuqqas ta' ħniena – ta' dawk fil-poter.L-Ewropa hija l-aqwa post fid-dinja, u l-Unjoni Ewropea hija l-aħjar invenzjoni politika f l-istorja tagħna – sakemm inżommu dawn il-prinċipji. Hekk jgħiduli qalbi u moħħi, l-għarfien u l-fidi tiegħi. U magħkom hawn illum, naf li m'inix waħdi.

42

Page 45: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

ITTRA KONĠUNTA TAL-PRESIDENT TUSK U L-PRESIDENT JUNCKER LIL THERESA MAY, PRIM MINISTRU TAR-RENJU UNIT

14 TA' JANNAR 2019

Grazzi għall-ittra tiegħek tal-14 ta' Jannar 2019.Kif taf tajjeb, aħna jiddispjaċina iżda nirrispettaw id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Aħna nqisu wkoll li l-Brexit huwa sors ta' inċertezza u tfixkil. Għaldaqstant, f 'dawn iż-żminijiet diffiċli, aħna naqsmu miegħek id-determinazzjoni biex tinħoloq kemm jista' jkun ċertezza u ċarezza għaċ-ċittadini u l-kumpanniji f 'sitwazzjoni fejn Stat Membru joħroġ mill-Unjoni Ewropea wara aktar minn erba' deċennji ta' integrazzjoni ekonomika u politika mill-qrib. Huwa għalhekk li l-Ftehim dwar il-Ħruġ li inti u l-Mexxejja tas-27 Stat Membru tal-UE qbiltu dwaru wara negozjati twal huwa daqstant importanti. Huwa jirrappreżenta kompromess ġust u għandu l-għan li jiżgura ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u b'hekk jillimita l-konsegwenzi negattivi tal-Brexit. Huwa għalhekk ukoll għaliex nixtiequ nistabbilixxu relazzjoni mill-aktar qrib possibbli mar-Renju Unit fil-futur, filwaqt li nibnu fuq id-Dikjarazzjoni Politika, li l-Mexxejja tas-27 Stat Membru tal-UE qablu miegħek dwarha. Huwa wkoll għalhekk li rridu li negozjati għal dan l-effett jibdew malajr kemm jista' jkun wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.Kif taf, aħna m'aħniex f 'pożizzjoni li naqblu dwar dak kollu li jinbidel jew li huwa inkonsistenti mal-Ftehim dwar il-Ħruġ, iżda f 'dan l-isfond, u sabiex niffaċilitaw il-passi li jmiss tal-proċess, aħna għandna l-pjaċir nikkonfermaw, f 'isem iż-żewġ Istituzzjonijiet tal-UE li nirrappreżentaw, il-fehim tagħna tal-punti li ġejjin f l-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħna.

A. Fir-rigward tal-President tal-Kunsill Ewropew:Fit-13 ta' Diċembru, il-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) iddeċieda dwar għadd ta' assigurazzjonijiet addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-impenn sod tiegħu li jaħdem b'mod rapidu fuq qbil sussegwenti li, sal-31 ta' Diċembru 2020, jistabbilixxi arranġamenti alternattivi, sabiex ma jkunx meħtieġ li tiġi skattata l-garanzija ta' kontinġenza.Il-Kunsill Ewropew qal ukoll li, jekk madankollu l-garanzija ta' kontinġenza kellha tiġi skattata, din tkun tapplika biss temporanjament, sakemm u sa meta tiġi sostitwita minn qbil sussegwenti li jiżgura li tiġi evitata fruntiera fiżika, u li l-Unjoni Ewropea, f 'dak il-każ, tuża l-aqwa sforzi tagħha biex tinnegozja u tikkonkludi b'mod rapidu qbil sussegwenti li jkun jissostitwixxi l-garanzija ta' kontinġenza, u jkun jistenna l-istess mir-Renju Unit, sabiex il-garanzija ta' kontinġenza tkun fis-seħħ biss kemm huwa strettament meħtieġ.F'dan il-kuntest, jista' jiġi ddikjarat li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom valur legali f l-Unjoni li huwa proporzjonat mal-awtorità tal-Kunsill Ewropew skont it-Trattati li jiddefinixxi direzzjonijiet u prijoritajiet għall-Unjoni Ewropea f l-ogħla livell u, fil-kuntest speċifiku tal-ħruġ, biex jistabbilixxi, fil-forma ta' linji gwida, il-qafas tiegħu. Dawn il-konklużjonijiet jistgħu jimpenjaw lill-Unjoni Ewropea f l-aktar mod solenni possibbli. Għalhekk, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jikkostitwixxu parti mill-kuntest li fih ftehim internazzjonali, bħall-Ftehim dwar il-Ħruġ, ser jiġi interpretat.Fir-rigward tar-rabta bejn il-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika, li tagħmel riferiment għaliha f l-ittra tiegħek, jista' jiġi ċċarat li dawn iż-żewġ dokument, filwaqt li huma ta' natura differenti, jagħmlu parti mill-istess pakkett innegozjat. Sabiex tiġi enfasizzata r-relazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ testi, dawn jistgħu jiġu ppubblikati ħdejn xulxin fil-Ġurnal Uffiċjali b'mod li jirrif letti r-rabta bejn it-tnejn kif previst f l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

B. Fir-rigward tal-President tal-Kummissjoni Ewropea:Id-Dikjarazzjoni Politika li ntlaħaq qbil dwarha fil-Kunsill Ewropew Speċjali ta' Novembru (Artikolu 50) tiddeskrivi relazzjoni futura ta' profondità u ta' portata mingħajr preċedent, li tirrif letti s-saħħa kontinwa tal-valuri u l-interessi kondiviżi tagħna. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika jirrappreżentaw bilanċ ġust bejn l-interessi tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju Unit. Huma ser jiżguraw ħruġ mingħajr xkiel u relazzjoni futura b'saħħitha f l-interessi taċ-ċittadini kollha tagħna.Kif iddikjara diġà l-Kunsill Ewropew, huwa ser jibda t-tħejjijiet għal sħubija futura mar-Renju Unit immedjatament wara l-firma tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea, aħna ser nistabbilixxu l-istruttura ta' negozjar għal dawn in-negozjati direttament wara l-firma biex niżguraw li n-negozjati formali jkunu jistgħu jibdew malajr kemm jista' jkun wara l-ħruġ tar-Renju Unit, filwaqt li nikkunsidraw l-ambizzjoni kondiviża tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju Unit li jkollhom ir-relazzjoni futura fis-seħħ sat-tmiem tat-transizzjoni. Jekk ikun hemm ratifiki nazzjonali li għadhom pendenti f 'dak il-mument, il-Kummissjoni tinsab lesta li tipproponi applikazzjoni proviżorja tal-partijiet rilevanti tar-relazzjoni futura, f 'konformità mal-oqfsa legali li japplikaw u l-prassi eżistenti. Il-Kummissjoni hija lesta wkoll li timpenja ruħha miegħek fuq programm ta' ħidma hekk kif il-Parlament tar-Renju Unit ikun indika l-qbil tiegħu fil-prinċipju għall-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Parlament Ewropew ikun approvah.Hemm rabta importanti bejn il-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika, li tirrif letti l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Kif iddikjarat f l-Artikolu 184 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u kif rif less ukoll fil-Paragrafu 138 tad-Dikjarazzjoni Politika, l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit impenjaw ruħhom li jużaw l-aqwa sforzi, b'rieda tajba u b'rispett sħiħ tal-ordnijiet legali rispettivi tagħhom, li jieħdu l-passi meħtieġa biex jinnegozjaw malajr il-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni futura tagħhom li sar riferiment għaliha fid-Dikjarazzjoni Politika.Fid-dawl tal-ittra tiegħek, il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tagħmel il-kjarifiki li ġejjin fir-rigward tal-garanzija ta' kontinġenza:

43

Page 46: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ inkluż il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq jinkorpora l-impenn kondiviż mill-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit li jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi uniċi fuq il-gżira tal-Irlanda bħala parti mill-iżgurar tal-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista' tikkonferma li, bħar-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea ma tixtieqx li tara li tidħol fis-seħħ il-garanzija ta' kontinġenza. Kieku kellu jiġri, dan ikun jirrappreżenta arranġament kummerċjali subottimali għaż-żewġ naħat. Il-Kummissjoni tista' tikkonferma wkoll id-determinazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tissostitwixxi s-soluzzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza dwar l-Irlanda ta' Fuq bi ftehim sussegwenti li jiżgura n-nuqqas ta' fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda fuq bażi permanenti.Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkonferma wkoll il-fehim kondiviż tagħna li l-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq:

• Ma jaffettwawx u ma jissostitwixxux id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jew ta' Belfast tal-10 ta' April 1998 bl-ebda mod; ma jbiddlu bl-ebda mod l-arranġamenti taħt il-Parti II tal-Ftehim tal-1998 b'mod partikolari, fejn oqsma ta' kooperazzjoni bejn in-naħa ta' Fuq u n-naħa t'Isfel f 'oqsma fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom huma kwistjonijiet għall-Eżekuttiv tal-Irlanda ta' Fuq u l-Gvern tal-Irlanda biex jiddeterminaw;

• Ma jestendux allinjament regolatorju mal-liġi tal-Unjoni Ewropea f l-Irlanda ta' Fuq lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda u biex jiġi protett il-Ftehim tal-1998; il-Ftehim dwar il-Ħruġ huwa ċar ukoll dwar il-fatt li kwalunkwe att ġdid li l-Unjoni Ewropea tipproponi li għandu jiġi miżjud mal-Protokoll ikun jeħtieġ il-qbil tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt;

• Ma jipprevjenux li r-Renju Unit jiffaċilita, bħala parti mid-delegazzjoni tagħha, il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Eżekuttiv tal-Irlanda ta' Fuq fil-Kumitat Konġunt, il-Kumitat dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq, jew il-grupp ta' ħidma konsultattiv konġunt, fi kwistjonijiet li huma direttament relatati mal-Irlanda ta' Fuq.

Il-Kummissjoni Ewropea tikkondividi wkoll l-intenzjonijiet tagħna li r-relazzjoni futura tkun fis-seħħ malajr kemm jista' jkun. Filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impenn konġunt tagħna biex jintużaw l-aqwa sforzi biex ftehim sussegwenti jiġi konkluż qabel it-tmiem tal-2020, li jissostitwixxi l-Protokoll b'mod sħiħ jew parti minnu, il-Kummissjoni hija ddeterminata li tagħti prijorità fil-programm ta' ħidma tagħna lid-diskussjoni ta' proposti li jistgħu jissostitwixxu l-garanzija ta' kontinġenza b'arranġamenti alternattivi. F'dan il-kuntest, ser jiġu kkunsidrati arranġamenti u teknoloġiji faċilitattivi. Kwalunkwe arranġament li jissostitwixxi l-Protokoll mhuwiex meħtieġ li jirreplika d-dispożizzjonijiet tiegħu fi kwalunwe mod, bil-kondizzjoni li l-objettivi sottostanti jibqgħu jiġu ssodisfati.Jekk il-partijiet ikunu jeħtieġu aktar żmien biex jinnegozjaw il-ftehim sussegwenti, huma jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perijodu ta' transizzjoni, kif previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ. F'dak il-każ, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tirdoppja l-isforzi tagħha u tistenna l-istess sforzi rduppjati min-negozjaturi tiegħek, bil-għan li jiġi konkluż ftehim sussegwenti b'mod rapidu ħafna. Jekk il-garanzija ta' kontinġenza jkollha tidħol fis-seħħ b'mod sħiħ jew parti minnha, hija tkun maħsuba li tapplika biss b'mod temporanju, sakemm u sa meta tiġi sostitwita minn ftehim sussegwenti. Il-Kummissjoni hija impenjata li tipprovdi l-impetu politiku u r-riżorsi meħtieġa biex tgħin jinkiseb l-objettiv li dan il-perijodu jkun qasir kemm jista' jkun. Għal dan il-għan, wara l-ħruġ tar-Renju Unit, u sakemm jiġi konkluż ftehim sussegwenti, il-Kummissjoni ser tappoġġa li jsir l-aqwa użu tal-konferenza ta' livell għoli prevista fid-Dikjarazzjoni Politika li ser tiltaqa' mill-inqas kull sitt xhur biex tieħu kont tal-progress u taqbel dwar l-azzjonijiet xierqa biex isir progress.Fl-aħħar nett, bi tweġiba għat-tħassib tiegħek dwar l-iskeda ta' żmien, aħna nixtiequ niċċaraw li t-tnejn li aħna ser inkunu lesti li niffirmaw il-Ftehim dwar il-Ħruġ hekk kif il-vot importanti jkun għadda fil-Parlament tar-Renju Unit. Dan ser jippermetti t-tħejjijiet għas-sħubija futura mar-Renju Unit immedjatament wara biex jiġi żgurat li n-negozjati jkunu jistgħu jibdew malajr kemm jista' jkun wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

44

Page 47: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DISKORS MILL-PRESIDENT DONALD TUSK FIĊ-ĊERIMONJA TAL-FIRMA TAT-TRATTAT FRANKO-ĠERMANIŻ TA' AACHEN

22 TA' JANNAR 2019

Ġejt Aachen illum bil-fehma soda li d-deċiżjoni tagħkom, id-deċiżjoni li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Ġermanja u Franza tista', u għandha, isservi lill-Ewropa kollha tajjeb. Għażiża Angela, għażiż Emmanuel, bħala ħbieb aħna qrib wisq biex ikolli raġuni għalfejn niddubita l-intenzjonijiet u l-pjanijiet tagħkom. Illum l-Ewropa teħtieġ qawmien mill-ġdid tat-twemmin fit-tifsira tas-solidarjetà u l-għaqda, u rrid nemmen li kooperazzjoni aħjar bejn Franza u l-Ġermanja ser isservi dan il-għan.Fl-istess ħin nixtieq inwissikom, u lill-Ewropej konvinti kollha, milli titilfu t-twemmin f l-għan tal-integrazzjoni tal-Ewropa kollha kemm hi. Illum hemm wisq persuni li jiddikjaraw lilhom infushom kontra l-Unjoni Ewropea, kemm f l-Ewropa kif ukoll barra, u dawn ma jonqsux lanqas fil-pajjiżi tagħna, biex inħallu lilna nfusna l-kumdità illużorja u perikoluża li naqtgħu qalbna. Ser ngħidha kif inhi — illum l-Ewropa teħtieġ sinjal ċar minn Pariġi u minn Berlin, li l-kooperazzjoni msaħħa f 'formati żgħar mhijiex alternattiva għall-kooperazzjoni tal-Ewropa kollha. Li hija favur l-integrazzjoni, u mhux minf lok l-integrazzjoni. Fil-Lvant tal-Ġermanja hemm mijiet ta' postijiet fejn l-ispirtu Ewropew ta' post - il-genus loci - jinħass b'mod qawwi daqs f 'Aachen, f 'Pariġi jew f 'Berlin, u fejn jgħixu miljuni ta' nies li qalbhom tħabbat għall-Ewropa, Ewropa ta' nazzjonijiet ugwali li jappoġġaw lil xulxin. Post bħal dawn il-postijiet huwa Gdańsk tiegħi.Għadni kif ġejt lura minn hemm, miċ-ċerimonji funebri għas-sindku maqtul tal-belt tiegħi, Paweł Adamowicz. Kien iħobb lil Gdańsk, kien patrijott Pollakk u qalb u ruħ Ewropea f l-istess ħin. Bi qlubija huwa ġġieled għall-istat tad-dritt, għen lir-refuġjati għax kien ġenwinament qalbu tajba, mhux għax xi ħadd impona xi kwoti fuqu. U għal 20 sena, bena l-belt tiegħu. Waħda mill-ħafna kisbiet tiegħu hija l-mużew ħaj fantastiku ta' Solidarność. U kien, fil-fatt, hu li insista li jissemma ċ-"Ċentru Ewropew ta' Solidarjetà". Ftit jiem ilu, f 'dak l-istess post, il-poplu ta' Gdańsk onora lis-sindku tiegħu. Aktar minn 50,000 persuna kienu fuq saqajhom f 'lejl kiesaħ iffriżat sabiex, anki jekk biss għal sekonda, isellmu lit-tebut tiegħu.Huwa għal nies bħal dawn, u bis-saħħa ta' nies bħal dawn, li teżisti l-Ewropa. Ibqgħu aħdmu biex issaħħuha, tħallux l-idea tmut. Franza u l-Ġermanja għandhom bżonnha eżatt daqs kemm għandhom bżonnha l-Polonja, il-Litwanja, il-Bulgarija u l-Irlanda. Ftakru dan illum u għada. Jiġri x'jiġri, jien ser inkompli nfakkarkom f 'dan.

45

Page 48: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KUMMENTI TAL-FTUĦ MILL-PRESIDENT DONALD TUSK FIS-SUMMIT BEJN L-UE U L-LEGA GĦARBIJA FL-EĠITTU — 24 TA' FRAR 2019

Grazzi talli kontu hawn illum. U b'mod speċjali nirringrazzja lill-President Al Sisi talli laqagħna b'tant ospitalità. Huwa ċar għalina kemm għamiltu biex tiżguraw l-organizzazzjoni perfetta ta' dan is-Summit. Huwa tassew pjaċir li nkunu f 'Sharm El-Sheikh.Il-laqgħa tagħna hija speċjali għax hija l-ewwel darba li aħna, il-mexxejja Għarab u Ewropej, qed niltaqgħu f 'dan il-format. Biex nagħrfu li l-kooperazzjoni tagħna hija aktar importanti minn qatt qabel, u li neħtieġu sħubija saħansitra aktar b'saħħitha fid-dinja tal-lum.Il-viċinanza u l-interdipendenza tagħna jitolbuna niffaċċjaw l-isfidi komuni tagħna f limkien u naħtfu l-opportunitajiet veri li ħolqu l-ġografija, l-istorja komuni u interessi simili. Dawn huma raġunijiet oġġettivi għaliex irridu nkunu aktar qrib ta' xulxin. Il-viċinat tagħna huwa xi ħaġa reali, li jfisser li l-fatt li nkunu aktar qrib ta' xulxin mhux fil-fatt għażla iżda ħtieġa, għalkemm aħna konxji li hemm differenzi bejnietna. Mal-ġirien tista' tgħix b'żewġ modi: kooperazzjoni jew kunf litt. Aħna nagħżlu l-kooperazzjoni.Fi żmien ta' dejjem aktar tensjoni u nuqqas ta' prevedibbiltà, jeħtieġ li naħdmu f limkien, filwaqt li nqisu l-interessi komuni u l-isfidi komuni tagħna biex noħolqu l-kundizzjonijiet it-tajbin għal stabbiltà dejjiema, li hi l-uniku mod kif niggarantixxu liċ-ċittadini tagħna l-paċi u l-prosperità li jistħoqqilhom. Irridu nuruhom li l-kooperazzjoni tagħna hija komprensiva, b'saħħitha u għandha impatt konkret fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum.Hemm ħafna oqsma fejn nistgħu nagħmlu dan, mill-finanzjament tal-edukazzjoni għat-tnaqqis tal-qgħad; il-promozzjoni tal-investiment, u għajnuna biex jingħata spinta lill-kummerċ.It-tibdil fil-klima huwa theddida diretta u eżistenzjali għalina lkoll. Jekk ma niħdux azzjoni urġenti u kollettiva, l-affarijiet ser ikomplu jmorru għall-agħar. Jeħtieġ li nżidu l-ambizzjonijiet tagħna u naħdmu mill-qrib biex nilħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Għad għandna l-opportunità li nieħdu azzjoni, iżda neħtieġu s-saħħa ta' rieda politika vera biex nagħmlu dan f limkien.Iż-żgħażagħ iridu jkunu fil-qalba tal-politika u l-isforzi tagħna. Huma biss jistgħu jwettqu b'mod sħiħ l-Aġenda 2030, jipprevjenu l-kunf litti, isostnu l-paċi u jibnu prosperità tassew inklużiva. Ejjew nagħtu s-setgħa lin-nisa u l-irġiel żgħażagħ tagħna biex ikunu aġenti pożittivi tal-bidla.It-trawwim ta' djalogu interkulturali, l-għoti tas-setgħa lil soċjetà ċivili vibranti u l-prijorità lill-edukazzjoni u l-opportunità jistgħu jgħinu biex joħolqu soċjetajiet paċifiċi u stabbli, inqas suxxettibbli għall-messaġġi ta' estremiżmu vjolenti, u biex jikkontrobilanċjaw l-impatt negattiv li n-narrattivi populisti jista' jkollhom fuq ir-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħna.Fl-aħħar nett, dwar il-migrazzjoni. Nixtieq nirrikonoxxi u nfaħħar lil dawk kollha hawnhekk li ġarrew il-piż taċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni, għenu lir-refuġjati u aġixxew kmieni biex jindirizzaw il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin. Irridu naħdmu f limkien – il-pajjiżi ta' oriġini, ta' transitu u ta' destinazzjoni. Sabiex jitkisser il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin u tat-traffikanti li jħajru lin-nies għal vjaġġi perikolużi u jalimentaw l-iskjavitù moderna. Biex nindirizzaw l-għeruq tal-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat. Biex inwaqqfu l-migrazzjoni irregolari, u niffaċilitaw ir-ritorni, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni. U wkoll biex niżguraw il-protezzjoni tar-refuġjati u d-drittijiet tagħhom, f 'konformità mal-liġi internazzjonali.Jiena konxju li hemm differenzi bejnietna. M'aħniex hawnhekk nagħmlu tabirruħna li naqblu dwar kollox. Iżda nħabbtu wiċċna ma' sfidi komuni u għandna interessi komuni. Illum qegħdin hawn biex insaħħu l-kooperazzjoni tagħna għall-ġid tal-popli tagħna. Jeħtieġ li nagħmlu dan f limkien u mhux inħalluh f 'idejn setgħat dinjin 'il bogħod mir-reġjun tagħna. Ninsab ħerqan għad-diskussjonijiet miftuħa u onesti tagħna matul il-jumejn li ġejjin.

46

Page 49: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW1 (ART. 50) — 21 TA' MARZU 2019

1 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta lill-Istat Membru li ħiereġ ma għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Il-Kunsill Ewropew jieħu nota tal-ittra tal-Prim Ministru Theresa May tal-20 ta' Marzu 2019.

2. Bħala risposta, il-Kunsill Ewropew japprova l-Istrument relatat mal-Ftehim dwar il-Ħruġ u  d-Dikjarazzjoni Konġunta li tissupplimenta d-Dikjarazzjoni Politika maqbula bejn il-Kummissjoni Ewropea u  l-gvern tar-Renju Unit fi Strasburgu fil-11 ta' Marzu 2019.

3. Il-Kunsill Ewropew jaqbel li jagħti estensjoni sat-22 ta' Mejju 2019, dment li l-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi approvat mill-House of Commons il-ġimgħa d-dieħla. Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons il-ġimgħa d-dieħla, il-Kunsill Ewropew jaqbel li jagħti estensjoni sat-12 ta' April 2019 u jistenna

li r-Renju Unit jindika t-triq 'il quddiem qabel din id-data għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill Ewropew.

4. Il-Kunsill Ewropew itenni li ma jista' jkun hemm l-ebda ftuħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ li ġie maqbul bejn l-Unjoni u r-Renju Unit f 'Novembru 2018. Kwalunkwe impenn, dikjarazzjoni jew att ieħor unilaterali għandu jkun kompatibbli mal-kelma u l-ispirtu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

5. Il-Kunsill Ewropew jappella biex titkompla l-ħidma ta' tħejjija u kontinġenza fil-livelli kollha għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit, b'kont meħud tal-eżiti kollha possibbli.

6. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' jsegwi din il-kwistjoni.

47

Page 50: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW 21−22 TA' MARZU 2019

I. IMPJIEGI, TKABBIR U KOMPETITTIVITÀ

1. Il-Kunsill Ewropew kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali. Huwa japprova l-oqsma ta' politika prijoritarji tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, u jistieden lill-Istati Membri biex jirrif lettuhom fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u fil-Programmi ta' Stabbiltà u  ta' Konverġenza tagħhom li jmiss, bil-għan li jitrawmu t-tkabbir u  l-impjiegi permezz tal-investiment u r-riformi. Huwa japprova wkoll l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

2. Bażi ekonomika b'saħħitha hija ferm importanti għall-prosperità u l-kompetittività tal-Ewropa, u għar-rwol tagħha fix-xena globali. Din għandha tinkiseb permezz ta' approċċ integrat li jindirizza l-isfidi attwali u emerġenti fuq skala globali, f l-oqsma tat-teknoloġija, tas-sigurtà u  tas-sostenibbiltà, u  li jgħaqqad il-politiki u d-dimensjonijiet rilevanti kollha: l-Unjoni Ekonomika u Monetarja li għandha tiġi approfondita, is-Suq Uniku fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, bħala l-pedament għat-tkabbir tal-Unjoni; politika industrijali assertiva li tippermetti lill-UE tibqa' potenza industrijali; politika diġitali li tħares 'il quddiem, adatta għat-trasformazzjoni diġitali u għall-iżvilupp tal-ekonomija tad-data; u politika kummerċjali ambizzjuża u soda li tiżgura kompetizzjoni leali, reċiproċità u benefiċċji reċiproċi. Għandha tingħata attenzjoni xierqa lil ambjent tan-negozju mtejjeb għall-SMEs, lill-iżvilupp tal-ħiliet u lid-dimensjoni soċjali.

3. Għal dak il-għan, il-Kunsill Ewropew jappella għal azzjoni mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fuq il-linji li ġejjin:– is-Suq Uniku għandu jiġi approfondit u msaħħaħ

aktar, b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tal-ekonomija tas-servizzi u fuq l-integrazzjoni tas-servizzi diġitali; l-ostakli mhux ġustifikati li fadal jenħtieġ li jitneħħew, abbażi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Novembru 2018, u  ma jinħolqux oħrajn ġodda. Għandhom jittieħdu aktar passi biex l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u  l-Unjoni tal-Enerġija jiġu approfonditi u tiġi żgurata tassazzjoni ġusta u effikaċi. Il-Kummissjoni hija mistiedna biex sa Marzu 2020 tiżviluppa, f 'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, pjan ta' azzjoni fit-tul għal implimentazzjoni u infurzar aħjar tar-regoli tas-Suq Uniku;

– b'kont meħud tal-importanza ta' bażi industrijali globalment integrata, sostenibbli u kompetittiva, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta, sal-aħħar tal-2019, viżjoni fit-tul għall-futur industrijali tal-UE, b'miżuri konkreti għall-implimentazzjoni tagħha. Hija għandha tindirizza l-isfidi li għandha quddiemha l-industrija Ewropea, u tinvolvi l-oqsma ta' politika kollha rilevanti;

– l-UE teħtieġ li tavvanza l-iżvilupp ta' ekonomija diġitali kompetittiva, sigura, inklużiva u  etika b'konnettività ta' livell dinji. Għandu jkun hemm enfasi speċjali fuq l-aċċess għad-data, il-kondiviżjoni u  l-użu tagħha, fuq is-sigurtà tad-data u  fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, f 'ambjent ta' fiduċja. Il-Kunsill Ewropew jistenna b'interess ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ ikkonċertat għas-sigurtà tan-netwerks 5G;

– sabiex tibqa' kompetittiva globalment f 'teknoloġiji ewlenin u f 'katini ta' valur strateġiċi, l-UE teħtieġ li tinkoraġġixxi aktar teħid ta' riskji, u żżid l-investiment fir-riċerka u  l-innovazzjoni. Għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi sostnut aktar il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni, filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, kif ukoll ambjent regolatorju u qafas ta' għajnuna mill-istat li jwasslu għall-innovazzjoni;

– għandha tiġi żgurata kompetizzjoni leali fis-Suq Uniku u  globalment, kemm biex jiġu protetti l-konsumaturi kif ukoll biex jitrawmu t-tkabbir ekonomiku u  l-kompetittività, f 'konformità mal-interessi strateġiċi fit-tul tal-Unjoni. Ser inkomplu naġġornaw il-qafas ta' kompetizzjoni Ewropew tagħna skont żviluppi ġodda teknoloġiċi u tas-suq globali. Qabel tmiem is-sena, il-Kummissjoni beħsiebha tidentifika kif għandhom jimtlew il-lakuni fid-dritt tal-UE sabiex jiġu indirizzati b'mod sħiħ l-effetti distorsivi tas-sjieda mill-istat u tal-finanzjament tal-għajnuna mill-istat minn pajjiżi barranin fis-Suq Uniku;

– l-UE għandha tkompli tistinka għal aġenda ta' kummerċ ħieles ambizzjuża u bbilanċjata permezz tal-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles ġodda, li jippromwovu l-valuri u  l-istandards tal-UE, u  jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. Il-Kunsill Ewropew jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għal sistema kummerċjali multilaterali miftuħa bbażata fuq ir-regoli b'WTO mmodernizzata fil-qalba tagħha, u li jirreżisti l-forom kollha ta' protezzjoniżmu u distorsjonijiet. Il-Kunsill Ewropew jappella biex jittieħdu l-passi meħtieġa biex titwettaq l-implimentazzjoni rapida tal-elementi kollha tad-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Istati Uniti u l-UE tal-25 ta' Lulju 2018;

– l-UE għandha wkoll tħares l-interessi tagħha fid-dawl ta' prattiki żleali ta' pajjiżi terzi, billi tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ u r-regoli tagħna ta' akkwist pubbliku, kif ukoll billi tiżgura reċiproċità effettiva għall-akkwist pubbliku ma' pajjiżi terzi. Il-Kunsill Ewropew jappella biex jerġgħu jibdew

48

Page 51: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

id-diskussjonijiet dwar l-istrument għal akkwist internazzjonali tal-UE;

– il-qafas Ewropew ta' skrinjar tal-investiment barrani ser jippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw investimenti li jheddu s-sigurtà jew l-ordni pubbliku.

4. F'Marzu 2020, il-Kunsill Ewropew ser ikollu diskussjoni ġenerali dwar it-tisħiħ tal-bażi ekonomika tal-UE, abbażi ta' kontribut komprensiv mill-Kummissjoni.

II. TIBDIL FIL-KLIMA5. Il-Kunsill Ewropew:

– itenni l-impenn tiegħu għall-Ftehim ta' Pariġi u  jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi globali għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima fid-dawl tal-aħħar data xjentifika disponibbli, speċjalment ir-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatti ta' tisħin globali ta' 1.5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali;

– jenfasizza kemm huwa importanti li l-UE tippreżenta strateġija ambizzjuża fit-tul sal-2020 li timmira għal newtralità klimatika f 'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri u l-kompetittività tal-industrija Ewropea;

– jappella biex jiġu ffinalizzati fil-ħin l-istrateġiji nazzjonali fit-tul;

– jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi joffri opportunitajiet u potenzjal sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi ġodda u  l-iżvilupp teknoloġiku u  għat-tisħiħ tal-kompetittività Ewropea, li għandhom jiġu sfruttati filwaqt li tiġi żgurata transizzjoni ġusta u soċjalment bilanċjata għal kulħadd;

– jappella lill-Kunsill biex jintensifika l-ħidma tiegħu dwar strateġija fit-tul għall-klima qabel diskussjoni oħra fil-Kunsill Ewropew f 'Ġunju 2019.

III. RELAZZJONIJIET ESTERNI6. Il-Kunsill Ewropew ħejja s-Summit UE-Ċina li għandu jsir

fid-9 ta' April 2019. Huwa kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-relazzjonijiet ġenerali maċ-Ċina fil-kuntest globali.

7. Ħames snin wara l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mir-Russja, l-UE għadha soda f l-impenn tagħha lejn is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. L-UE ttenni li ma tirrikonoxxix, u li tkompli tikkundanna, dan il-ksur tad-dritt internazzjonali li jibqa' sfida diretta għas-sigurtà internazzjonali. L-UE tibqa' impenjata li timplimenta l-politika tagħha ta' nonrikonoxximent.

8. Il-Kunsill Ewropew jiddispjaċih ferm għat-telf ta' ħajjiet u  l-qerda fil-Mozambique, il-Malawi u  ż-Żimbabwe, ikkawżati miċ-ċiklun tropikali Idai. Il-Kunsill Ewropew laqa' r-rispons ta' emerġenza li diġà ngħata mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u esprima l-istat ta' tħejjija tiegħu biex ikompli jappoġġa lill-pajjiżi kkonċernati f l-għoti ta' assistenza ta' solliev umanitarja urġenti lill-popolazzjonijiet milquta.

IV. L-IŻGURAR TA' ELEZZJONIJIET LIBERI U ĠUSTI U L-ĠLIEDA KONTRA D-DIŻINFORMAZZJONI

9. Filwaqt li jilqa' l-ħidma importanti mwettqa f 'dan ir-rigward f 'dawn l-aħħar xhur, il-Kunsill Ewropew jappella għal aktar sforzi koordinati msaħħa biex jiġu indirizzati l-aspetti interni u  esterni tad-diżinformazzjoni u  biex l-elezzjonijiet Ewropej u dawk nazzjonali jiġu protetti f l-UE kollha. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni hija element ewlieni f 'dak il-kuntest u l-istabbiliment reċenti ta' Sistema ta' Twissija Bikrija huwa pass 'l quddiem importanti. Il-Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill-operaturi privati bħall-pjattaformi online u n-netwerks soċjali biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Kodiċi ta' Prattika u jiżguraw standards ogħla ta' responsabbiltà u trasparenza. Huwa jappella biex ikun hemm sforzi kontinwi u koordinati għas-salvagwardja tas-sistemi demokratiċi tal-Unjoni u biex jiġu indirizzati t-theddidiet immedjati u dawk fit-tul ikkawżati mid-diżinformazzjoni, bħala parti integrali mit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE kontra t-theddid ibridu. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa' lura għal din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu ta' Ġunju abbażi ta' rapport dwar it-tagħlimiet meħuda mħejji mill-Presidenza f 'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, sabiex jiġi infurmat ir-rispons fit-tul tagħna.

49

Page 52: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

ITTRA MILL-PRESIDENT DONALD TUSK LILL-MEMBRI TAL-KUNSILL EWROPEW (ARTIKOLU 50) QABEL IL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAGĦHOM

9 TA' APRIL 2019

Il-ġimgħa l-oħra rċevejt ittra mill-Prim Ministru May fejn talbet estensjoni ulterjuri tal-perijodu tal-Artikolu 50, sat-30 ta' Ġunju 2019. Fl-ittra tagħha, il-Prim Ministru tiddikjara li l-politika tal-gvern tar-Renju Unit tibqa' dik li titlaq mill-UE b'mod ordnat, u li għalhekk issa qed tfittex kunsens ġewwa l-House of Commons dwar it-triq it-tajba 'l quddiem. Il-Prim Ministru żżid li, jekk ir-Renju Unit ikun membru tal-UE fit-23 ta' Mejju 2019, huwa jkun taħt obbligu legali li jorganizza elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.Minħabba r-riskji li jirriżultaw minn Brexit ta' ebda ftehim għan-nies u n-negozji fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal Ingliż, għandi fiduċja li ser inkomplu nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nevitaw dan ix-xenarju. Għalhekk, ipproponejt li nikkunsidraw it-talba tal-Prim Ministru May għal estensjoni fil-laqgħa tagħna għada.Madankollu, l-esperjenza tagħna s'issa, kif ukoll id-diviżjonijiet profondi fi ħdan il-House of Commons, jagħtuna ftit raġuni biex wieħed jaħseb li l-proċess ta' ratifika jista' jiġi kkompletat sal-aħħar ta' Ġunju. Fir-realtà, l-għoti ta' tali estensjoni jkabbar ir-riskju ta' sensiela kontinwa ta' estensjonijiet qosra u summits ta' emerġenza, li joħolqu dati b'effett ta' preċipizju ġodda. Dan, mill-banda l-oħra, kważi ċertament sejjer itappan il-ħidma tal-UE27 fix-xhur li ġejjin. L-inċertezza kontinwa tkun ħażina wkoll għan-negozji u ċ-ċittadini tagħna. Fl-aħħar nett, jekk ma jirnexxilniex naqblu dwar kwalunkwe estensjoni li jmiss, ikun riskju ta' Brexit ta' ebda ftehim aċċidentali.Għalhekk nemmen li għandna niddiskutu wkoll estensjoni alternattiva u itwal. Possibbiltà waħda tkun estensjoni f lessibbli, li ddum kemm ikun neċessarju u mhux aktar minn sena, peress li lil hinn minn dik id-data jeħtieġ li niddeċiedu b'mod unanimu dwar xi proġetti ewlenin Ewropej. Il-f lessibbiltà tippermettilna ntemmu l-estensjoni b'mod awtomatiku, hekk kif iż-żewġ naħat ikunu rratifikaw il-Ftehim dwar il-Ħruġ. Ir-Renju Unit ikun ħieles li joħroġ hekk kif ikun lest. U l-UE27 jevitaw summits ripetuti tal-Brexit. B'mod partikolari, estensjoni twila għandha tipprovdi ċertezza u prevedibbiltà akbar billi tneħħi t-theddida ta' dati b'effett ta' preċipizju li jinbidlu kostantement. Barra minn hekk, fil-każ ta' staġnar kontinwu, tali estensjoni itwal għandha tippermetti lir-Renju Unit biex jerġa' jikkunsidra l-istrateġija tiegħu tal-Brexit.Xi wħud minnkom qajmu tħassib li preżenza kontinwa tar-Renju Unit bħala pajjiż tal-UE li ser jitlaq tirriżulta f 'riskju għall-funzjonament tal-UE27 fi żmien ta' deċiżjonijiet ewlenin dwar il-futur tagħha. Biex nindirizzawhom ikollna naqblu dwar għadd ta' kondizzjonijiet: l-ebda ftuħ mill-ġdid tal-Ftehim dwar il-Ħruġ; l-ebda bidu tan-negozjati dwar il-futur, għajr għad-Dikjarazzjoni Politika; ir-Renju Unit għandu jkollu jżomm il-kooperazzjoni leali tiegħu wkoll matul dan il-perijodu kruċjali, b'mod u manjiera li jirrif letti s-sitwazzjoni tiegħu bħala stat membru li ser jitlaq. Għandna niftakru, madankollu, li r-Renju Unit ser jibqa' stat membru bid-drittijiet u l-obbligi sħaħ. U, fi kwalunkwe każ, ir-Renju Unit jista' jirrevoka l-Artikolu 50 fi kwalunkwe ħin, kif iddikjarat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.Tkun xi tkun l-azzjoni meħuda, ma għandhiex tiġi inf luwenzata minn emozzjonijiet negattivi. Għandna nittrattaw lir-Renju Unit bl-akbar rispett, peress li rridu nibqgħu ħbieb u sħab mill-qrib, u peress li għad inkunu rridu naqblu dwar ir-relazzjonijiet futuri tagħna. L-ebda naħa ma għandha tħossha umiljata fi kwalunkwe stadju f 'dan il-proċess diffiċli.Kif tafu, bil-Brexit ma hemm l-ebda soluzzjoni faċli. Iż-żewġ opzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom. Għalhekk, ejja niddiskutuhom b'mod miftuħ, kreattiv, u kostruttiv.Ser niltaqgħu fis-18:00 għal skambju mal-President tal-Parlament Ewropew Tajani. Imbagħad ser nisimgħu lill-Prim Ministru May, qabel ma niltaqgħu għall-pranzu mas-27 sabiex naqblu dwar rispons għat-talba tar-Renju Unit.

50

Page 53: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW1 (ARTIKOLU 50) — 10 TA' APRIL 2019

1 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta lill-Istat Membru li ħiereġ ma għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew f ’deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Il-Kunsill Ewropew jieħu nota tal-ittra tal-Prim Ministru Theresa May tal-5 ta' April 2019 fejn talbet estensjoni ulterjuri tal-perijodu msemmi f l-Artikolu 50(3) TUE.

2. Bi tweġiba, il-Kunsill Ewropew jaqbel li tingħata estensjoni sabiex tkun possibbli r-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Tali estensjoni ma għandhiex iddum aktar milli neċessarju u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2019. Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiġi ratifikat miż-żewġ partijiet qabel din id-data, il-ħruġ ser iseħħ f l-ewwel jum tax-xahar li jkun imiss.

3. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja li l-estensjoni ma tistax titħalla ddgħajjef il-funzjonament regolari tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha. Jekk ir-Renju Unit ikun għadu Membru tal-UE fit-23-26 ta' Mejju 2019 u jekk ikun għadu ma rratifikax il-Ftehim dwar il-Ħruġ sat-22 ta' Mejju 2019, huwa jrid jorganizza l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew f 'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Jekk ir-Renju Unit jonqos milli jissodisfa dan l-obbligu, il-ħruġ ser iseħħ f l-1 ta' Ġunju 2019.

4. Il-Kunsill Ewropew itenni li ma jista' jkun hemm ebda ftuħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u li kwalunkwe impenn, dikjarazzjoni jew att ieħor unilaterali għandu jkun kompatibbli mal-kelma u l-ispirtu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u jeħtieġ li ma jfixkilx l-implimentazzjoni tiegħu.

5. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza li tali estensjoni ma tistax tintuża biex jinbdew negozjati dwar ir-relazzjoni futura. Madankollu, jekk il-pożizzjoni tar-Renju Unit tevolvi, il-Kunsill Ewropew huwa lest li jikkunsidra mill-

ġdid id-Dikjarazzjoni Politika dwar ir-relazzjoni futura f 'konformità mal-pożizzjonijiet u l-prinċipji stipulati fil-linji gwida u d-dikjarazzjonijiet tiegħu, inkluż fir-rigward tal-ambitu territorjali tar-relazzjoni futura.

6. Il-Kunsill Ewropew jinnota li, matul l-estensjoni, ir-Renju Unit ser jibqa' Stat Membru bi drittijiet u obbligi sħaħ f 'konformità mal-Artikolu 50 TUE, u  li r-Renju Unit għandu dritt li jirrevoka n-notifika tiegħu fi kwalunkwe ħin.

7. Il-Kunsill Ewropew jieħu nota tal-impenn min-naħa tar-Renju Unit li jaġixxi b'mod kostruttiv u responsabbli matul l-estensjoni f 'konformità mad-dmir ta' kooperazzjoni leali u jistenna li r-Renju Unit jissodisfa dan l-impenn u  l-obbligu tat-Trattat b'mod li jirrif letti s-sitwazzjoni tiegħu bħala Stat Membru li ħiereġ. Għal dan il-għan, ir-Renju Unit għandu jiffaċilita l-ksib tal-kompiti tal-Unjoni u joqgħod lura milli jwettaq kwalunkwe miżura li tista' tipperikola l-ksib tal-objettivi tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jipparteċipa fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni.

8. Minbarra laqgħat skont l-Artikolu 50 TUE, is-27 Stat Membru u  l-Kummissjoni ser ikomplu, fejn xieraq f limkien mal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, jiltaqgħu b'mod separat fil-livelli kollha biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mas-sitwazzjoni ta' wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

9. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' jsegwi din il-kwistjoni u ser jirrieżamina l-progress fil-laqgħa tiegħu f 'Ġunju 2019.

51

Page 54: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DIKJARAZZJONI TAL-LAQGĦA INFORMALI TAS-27 KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN, SIBIU — 9 TA' MEJJU 2019

Aħna, il-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea, iltqajna f 'Sibiu biex niddiskutu u naħsbu għal dak li jista' jiġri fil-futur komuni tagħna.Fi ftit ġimgħat, l-Ewropej ser jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom fil-Parlament Ewropew, erbgħin sena wara l-ewwel darba li eżerċitaw dan id-dritt fundamentali. Ewropa magħquda mill-ġdid fil-paċi u d-demokrazija hija biss waħda minn ħafna kisbiet. Mill-bidu tagħha, l-Unjoni Ewropea, misjuqa mill-valuri u  l-libertajiet tagħha, ipprovdiet stabbiltà u prosperità mal-Ewropa kollha, ġewwa l-fruntieri tagħha u 'l hinn minnhom. Matul is-snin, kibret u saret attur ewlieni fix-xena internazzjonali. Filwaqt li tiġbor fiha nofs biljun ċittadin, b'suq uniku kompetittiv, hija mexxejja fil-kummerċ dinji, u ssawwar il-politiki globali.Aħna naffermaw mill-ġdid it-twemmin tagħna li f 'din id-dinja dejjem aktar instabbli u ta' sfida aħna nkunu aktar b'saħħitna magħqudin. Aħna nagħrfu r-responsabbiltà tagħna bħala Mexxejja li nagħmlu l-Unjoni tagħna aktar b'saħħitha u l-futur tagħna aħjar, filwaqt li nirrikonoxxu l-perspettiva Ewropea ta' Stati Ewropej oħra. Huwa għalhekk li llum qed naqblu unanimament dwar għaxar impenji li ser jgħinuna nissodisfaw dik ir-responsabbiltà:

• Aħna ser niddefendu Ewropa waħda - mil-Lvant sal-Punent, mit-Tramuntana san-Nofsinhar. Tletin sena ilu, miljuni ta' nies issieltu għall-ħelsien tagħhom u għall-għaqda u ġarrfu l-Purtiera tal-Ħadid li kienet firdet l-Ewropa għal għexieren ta' snin. Ma hemmx post għall-firdiet li jmorru kontra l-interess kollettiv tagħna.

• Ser nibqgħu magħqudin, jiġri x'jiġri. Ser nuru solidarjetà wieħed lill-ieħor fis-siegħa tal-bżonn u ser nimxu spalla ma' spalla dejjem. Aħna nistgħu nitkellmu b'vuċi waħda u hekk ser nagħmlu.

• Ser infittxu dejjem soluzzjonijiet konġunti, nisimgħu lil xulxin fi spirtu ta' fehim u rispett.

• Ser inkomplu nipproteġu l-għajxien tagħna, id-demokrazija u l-istat ta' dritt. Id-drittijiet inaljenabbli u l-libertajiet fundamentali tal-Ewropej kollha nkisbu bi tbatija u qatt ma għandhom jittieħdu bħala fatta. Ser nippromwovu l-valuri u l-prinċipji komuni tagħna mnaqqxa fit-Trattati.

• Ser niksbu riżultati fejn l-aktar li hu meħtieġ. L-Ewropa ser tibqa' attur sinifikanti fi kwistjonijiet importanti. Ser nibqgħu nisimgħu t-tħassib u t-tamiet tal-Ewropej kollha, inqarrbu l-Unjoni lejn iċ-ċittadini tagħna, u naħdmu għal dan b'ambizzjoni u determinazzjoni.

• Ser nippromwovu dejjem il-prinċipju tal-ġustizzja, kemm jekk fis-suq tax-xogħol, fil-benessri, f l-ekonomija jew fit-trasformazzjoni diġitali. Ser inkomplu nnaqqsu d-disparitajiet ta' bejnietna u ser ngħinu dejjem lil dawk l-aktar vulnerabbli f l-Ewropa, billi npoġġu lin-nies qabel il-politika.

• Ser nipprovdu lilna nfusna l-mezzi biex nilħqu l-ambizzjonijiet tagħna. Ser nipprovdu lill-Unjoni bil-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha.

• Ser nissalvagwardjaw il-futur tal-ġenerazzjonijiet ta' Ewropej li jmiss. Ser ninvestu fiż-żgħażagħ u nibnu Unjoni xierqa għall-ġejjieni, li tkun kapaċi tiffaċċa l-aktar sfidi serji tas-seklu 21.

• Ser inħarsu liċ-ċittadini tagħna u nżommuhom sikuri billi ninvestu fis-setgħa ta' persważjoni u ta' koerċizzjoni mas-sħab internazzjonali tagħna.

• L-Ewropa ser tkun mexxejja globali responsabbli. L-isfidi li għandna quddiemna llum jaffettwawna lkoll. Ser nibqgħu naħdmu mas-sħab tagħna fid-dinja biex nippromwovu u niżviluppaw ordni bbażat fuq ir-regoli, nieħdu l-aqwa vantaġġi mill-opportunitajiet ġodda ta' kummerċ u f limkien nindirizzaw kwistjonijiet globali bħall-preservazzjoni tal-ambjent tagħna u  l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Id-deċiżjonijiet li nieħdu ser isegwu l-ispirtu u l-kelma ta' dawn l-għaxar impenji. L-Unjoni tal-lum hija aktar b'saħħitha minn dik ta' lbieraħ u aħna rridu nkomplu nibnu fuq is-saħħa tagħha għall-ġejjieni. Dan huwa l-impenn tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan huwa l-ispirtu ta' Sibiu u tal-Unjoni ġdida b'27 lesti jilqgħu l-ġejjieni f limkien.

52

Page 55: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW 20 TA' ĠUNJU 2019

1 Għall-maġġoranza kbira tal-Istati Membri n-newtralità klimatika trid tinkiseb sal-2050

I. IĊ-ĊIKLU ISTITUZZJONALI LI JMISS1. Il-Kunsill Ewropew adotta Aġenda Strateġika ġdida 2019-

2024 għall-Unjoni. Huwa ser jiddiskuti s-segwitu għall-Aġenda Strateġika f 'Ottubru 2019.

II. QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI2. Il-Kunsill Ewropew laqa' l-ħidma li saret taħt il-Presidenza

Rumena u ħa nota tad-diversi elementi tal-pakkett tal-QFP. Huwa appella lill-Presidenza Finlandiża biex tkompli l-ħidma u biex tiżviluppa l-Kaxxa ta' Negozjar. Fuq dik il-bażi, il-Kunsill Ewropew ser ikollu skambju ta' fehmiet f 'Ottubru 2019, bil-għan ta' qbil qabel tmiem is-sena.

III. TIBDIL FIL-KLIMA3. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-importanza tas-Summit

dwar l-Azzjoni Klimatika tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f 'Settembru biex tiġi intensifikata l-azzjoni klimatika globali biex jinkiseb l-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi, inkluż billi jsiru sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Huwa jilqa' l-involviment attiv tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fit-tħejjijiet.

4. B'segwitu għad-diskussjonijiet settorjali li saru fix-xhur reċenti, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill u  l-Kummissjoni biex javvanzaw il-ħidma fuq il-kondizzjonijiet, l-inċentivi u  l-qafas ta' abilitazzjoni li għandhom jiġu attwati, sabiex tkun żgurata transizzjoni għal UE b'impatt newtrali fuq il-klima f 'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi1 li tippreserva l-kompetittività Ewropea, tkun ġusta u bbilanċjata soċjalment, tieħu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali tal-Istati Membri u tirrispetta d-dritt tagħhom li jiddeċiedu fuq it-taħlita tal-enerġija tagħhom stess, filwaqt li titkompla l-ħidma fuq il-miżuri diġà maqbula biex tinkiseb il-mira ta' tnaqqis tal-2030. Il-Kunsill Ewropew ser jiffinalizza l-gwida tiegħu qabel tmiem is-sena bil-għan tal-adozzjoni u l-preżentazzjoni tal-istrateġija fit-tul tal-UE lill-UNFCCC kmieni f l-2020. F'dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jintensifika l-attivitajiet tiegħu b'appoġġ għal azzjoni klimatika.

5. L-UE u l-Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati biex iżidu l-mobilizzazzjoni tal-finanzjament internazzjonali għall-klima minn firxa wiesgħa ta' sorsi privati u pubbliċi u biex jaħdmu għal proċess ta' rikostituzzjoni tal-Fond Ekoloġiku għall-Klima li jkun f 'waqtu, ġestit tajjeb u ta' suċċess.

IV. DIŻINFORMAZZJONI U THEDDID IBRIDU

6. B'segwitu għar-rapport tal-Presidenza u l-kontributi mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli dwar it-tagħlimiet meħuda fir-rigward tad-diżinformazzjoni u l-iżgurar ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti, il-Kunsill Ewropew jappella għal sforzi sostnuti biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni, jiżdied l-istat ta' tħejjija u tissaħħaħ ir-reżiljenza tad-demokraziji tagħna fil-konfront tad-diżinformazzjoni. Huwa jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twettaq evalwazzjoni fil-fond tal-implimentazzjoni tal-impenji meħuda minn pjattaformi online u minn firmatarji oħra taħt il-Kodiċi ta' Prattika. In-natura evoluttiva tat-theddid u r-riskju li qed jikber ta' interferenza malizzjuża u l-manipulazzjoni online assoċjata mal-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali u t-tekniki tal-ġbir ta' data jeħtieġu valutazzjoni kontinwa u rispons xieraq.

7. L-UE jkollha tiżgura reazzjoni kkoordinata għat-theddid ibridu u dak ċibernetiku u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-atturi internazzjonali rilevanti. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-adozzjoni ta' qafas ġdid għal miżuri restrittivi mmirati, u l-ħidma fuq attribuzzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE fil-kuntest tas-sett ta' għodod taċ-ċiberdiplomazija biex jiskoraġġixxu u  jirrispondu aħjar għall-attakki ċibernetiċi u  jkun hemm reazzjoni aħjar għalihom. Huwa jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE, f limkien mal-Istati Membri, biex jaħdmu fuq miżuri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u tittejjeb il-kultura tas-sigurtà tal-UE kontra t-theddid ibridu u dak ċibernetiku minn barra l-UE, u biex in-netwerks tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-UE u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha jiġu protetti aħjar mill-attivitajiet malizzjużi ta' kull tip.

V. RELAZZJONIJIET ESTERNI8. Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju tas-Sħubija tal-Lvant,

il-Kunsill Ewropew jafferma mill-ġdid l-importanza ta' din is-sħubija strateġika u  jistieden lill-Kummissjoni u  r-Rappreżentant Għoli biex jevalwaw strumenti u miżuri eżistenti u, abbażi ta' konsultazzjonijiet xierqa, jippreżentaw sett ulterjuri ta' objettivi ta' politika fit-tul sal-bidu tal-2020 bil-ħsieb tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss.

9. Il-Kunsill Ewropew jilqa' t-trasferiment paċifiku tal-poter fir-Repubblika tal-Moldova u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u  lir-Rappreżentant Għoli biex jaħdmu fuq sett ta' miżuri konkreti li jappoġġaw lir-Repubblika tal-

53

Page 56: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Moldova, abbażi tal-implimentazzjoni sostnuta tagħha tar-riformi skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni / DCFTA.

10. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-importanza kruċjali tas-sħubija strateġika tal-UE mal-Afrika. Aħna impenjati niżviluppawha aktar b'ambizzjoni kondiviża biex naffrontaw f limkien l-isfidi komuni u globali.

11. L-istabbiltà, is-sigurtà u l-prosperità tal-pajjiżi tax-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran huma ta' importanza kruċjali għall-UE. F'dan il-kuntest, il-paċi u  l-istabbiltà fit-tul fil-Libja huma prijorità komuni. L-UE ttenni l-appoġġ tagħha għall-proċess immexxi min-NU għall-waqfien tal-ostilitajiet u għal soluzzjoni politika inklużiva.

12. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-impetu mġedded fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk u jistenna b'interess il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk li jmiss.

13. Il-Kunsill Ewropew itenni l-appell tiegħu lir-Russja biex teħles mingħajr kondizzjonijiet lill-baħħara Ukreni maqbudin, tirritorna l-bastimenti maħtufa u  tiżgura l-passaġġ ħieles tal-vapuri kollha mill-Istrett ta' Kerch f 'konformità mad-dritt internazzjonali.

14. Il-Kunsill Ewropew jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-digriet presidenzjali Russu tal-24 ta' April li jippermetti l-ħruġ issimplifikat ta' passaporti f 'ċerti żoni tar-reġjuni Ukreni ta' Donetsk u Luhansk, li jmur kontra l-ispirtu u l-objettivi tal-ftehimiet ta' Minsk.

15. Il-Kunsill Ewropew ser ikompli jissorvelja s-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukrajna u  jinsab lest li jqis opzjonijiet ulterjuri, inkluż in-nonrikonoxximent tal-passaporti Russi maħruġin bi vjolazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, f 'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali tiegħu. Il-Kunsill Ewropew jappella biex jerġgħu jibdew b'mod urġenti l-isforzi ta' negozjar bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk u għal miżuri mmirati lejn il-bini mill-ġdid tal-fiduċja bejn il-partijiet.

16. Is-17 ta' Lulju ser jaħbat il-ħames anniversarju mit-twaqqigħ tat-titjira MH17, li ħalla 298 ruħ mejta. Il-Kunsill Ewropew itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi kollha biex jiġu stabbiliti l-verità, il-ġustizzja u r-responsabbiltà

għall-vittmi u  l-qraba tagħhom, f 'konformità mar-Riżoluzzjoni 2166 tal-KSNU. F'dan il-kuntest, huwa jilqa' l-aħbar tad-19 ta' Ġunju 2019 mill-Iskwadra ta' Investigazzjoni Konġunta li fin-Netherlands ser jitressqu akkużi kriminali kontra erba' individwi, jappella lir-Russja biex tikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjonijiet li għaddejjin, u  jesprimi l-fiduċja sħiħa tiegħu f l-indipendenza u l-professjonaliżmu tal-proċeduri legali li ġejjin.

17. Il-Kunsill Ewropew ifakkar u  jafferma mill-ġdid konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill u  tal-Kunsill Ewropew, inkluż il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Marzu 2018 li jikkundannaw bil-qawwa t-tkomplija tal-azzjonijiet illegali tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u  fil-Baħar Eġew. Il-Kunsill Ewropew jesprimi tħassib serju dwar l-attivitajiet ta' tħaffir illegali attwali tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u jiddeplora l-fatt li t-Turkija għadha ma weġbitx għas-sejħiet ripetuti tal-UE biex twaqqaf dawn l-attivitajiet. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-impatt negattiv immedjat serju ta' dawk l-azzjonijiet illegali fuq il-firxa sħiħa tar-relazzjonijiet bejn l-UE u  t-Turkija. Il-Kunsill Ewropew jappella lit-Turkija biex turi rażan, tirrispetta d-drittijiet sovrani ta' Ċipru, u toqgħod lura minn kwalunkwe tali azzjoni. Il-Kunsill Ewropew japprova l-istedina lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex iressqu opzjonijiet għal miżuri xierqa mingħajr dewmien, inkluż miżuri mmirati. L-UE ser tkompli timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi u tinsab lesta biex tirrispondi b'mod adatt u  f 'solidarjetà sħiħa ma' Ċipru. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' jsegwi l-kwistjoni u jerġa' jirreferi għaliha skont il-ħtieġa.

VI. PUNTI OĦRA18. Il-Kunsill Ewropew japprova l-konklużjonijiet dwar it-

tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni kif adottati mill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2019.

19. Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kunsill Ewropew ser ikollu diskussjoni abbażi ta' rapport orizzontali dwar ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi.

54

Page 57: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

AĠENDA STRATEĠIKA ĠDIDA 2019-2024

Dawn l-aħħar snin, id-dinja saret dejjem aktar instabbli, kumplessa u soġġetta għal tibdil mgħaġġel. Dan joħloq kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi ġodda. Matul il-ħames snin li ġejjin, l-UE tista' u ser issaħħaħ ir-rwol tagħha f 'dan l-ambjent li qed jinbidel. Flimkien, ser inkunu determinati u ffukati, billi nibnu fuq il-valuri tagħna u fuq il-punti pożittivi tal-mudell tagħna. Dan huwa l-uniku mod effettiv kif tissawwar id-dinja futura, jiġu promossi l-interessi taċ-ċittadini, tan-negozji u s-soċjetajiet tagħna, u jitħares l-istil tal-ħajja tagħna.Din l-Aġenda Strateġika tagħti qafas u  direzzjoni ġenerali għal dak ir-rispons. Hija maħsuba biex tiggwida l-ħidma tal-Istituzzjonijiet għall-ħames snin li ġejjin. Hija tiffoka fuq erba' prijoritajiet ewlenin:

• il-ħarsien taċ-ċittadini u tal-libertajiet• l-iżvilupp ta' bażi ekonomika soda u vibranti• il-bini ta' Ewropa b'effett newtrali fuq il-klima,

ekoloġika, ġusta u soċjali• il-promozzjoni tal-interessi u l-valuri Ewropej fix-xena

globali.Fl-aħħar nett, tistipula wkoll kif ser jitwettqu dawk il-prijoritajiet.

*****

Il-ħarsien taċ-ċittadini u tal-libertajietL-Ewropa trid tkun post fejn in-nies iħossuhom liberi u sikuri. L-UE għandha tiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha, kif rikonoxxuti fit-Trattati, u tipproteġihom minn theddid eżistenti u emerġenti.Il-valuri komuni li jirfdu l-mudelli demokratiċi u tas-soċjetà tagħna huma l-pedament tal-libertà, is-sigurtà u l-prosperità Ewropej. L-istat tad-dritt, bir-rwol kruċjali li jaqdi fid-demokraziji kollha tagħna, huwa garanti ewlieni li dawn il-valuri jitħarsu sew; dan irid jiġi rrispettat b'mod sħiħ mill-Istati Membri kollha u l-UE.Jeħtieġ li niżguraw l-integrità tat-territorju tagħna. Jenħtieġ inkunu nafu u nkunu dawk li jiddeċiedu min jidħol f l-UE. Il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni huwa prerekwiżit assolut għall-garanzija tas-sigurtà, ir-rispett tal-liġi u l-ordni, u l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tal-politiki tal-UE, skont il-prinċipji u l-valuri tagħna.Ninsabu determinati li nkomplu niżviluppaw politika komprensiva dwar il-migrazzjoni li taħdem b'mod sħiħ. Ser inkomplu napprofondixxu l-kooperazzjoni tagħna mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' transitu fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u biex niżguraw ritorni effettivi. Fir-rigward tad-dimensjoni interna, jenħtieġ li naqblu dwar politika effettiva dwar il-migrazzjoni u l-asil. Jenħtieġ li jintlaħaq kunsens dwar ir-Regolament ta' Dublin sabiex jiġi rriformat abbażi ta' bilanċ ta' responsabbiltà u solidarjetà, filwaqt li jitqiesu l-persuni żbarkati wara operazzjonijiet ta' Tfittxija u Salvataġġ.Ser nieħdu l-passi meħtieġa biex niżguraw il-funzjonament tajjeb ta' Schengen.

Ser inkomplu nibnu u nsaħħu l-ġlieda tagħna kontra t-terroriżmu u  l-kriminalità transfruntiera, intejbu l-kooperazzjoni u  l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u  niżviluppaw aktar l-istrumenti komuni tagħna.Ser insaħħu r-reżiljenza tal-UE kontra d-diżastri naturali kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem. Is-solidarjetà attiva u l-ġabra f limkien tar-riżorsi huma kruċjali f 'dan ir-rigward.Irridu nipproteġu s-soċjetajiet tagħna minn attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, theddid ibridu u diżinformazzjoni li joriġinaw minn atturi ostili statali u dawk mhux statali. Biex nindirizzaw dan it-theddid neħtieġu approċċ komprensiv b'aktar kooperazzjoni, aktar koordinazzjoni, aktar riżorsi u aktar kapaċitajiet teknoloġiċi.

Niżviluppaw il-bażi ekonomika tagħna: il-mudell Ewropew għall-ġejjieniBażi ekonomika soda hija ta' importanza kruċjali għall-kompetittività, il-prosperità u r-rwol tal-Ewropa fix-xena globali u għall-ħolqien tal-impjiegi. Hekk kif l-isfidi teknoloġiċi, tas-sigurtà u s-sostenibbiltà qed jibdlu x-xenarju globali, jenħtieġ li nġeddu l-bażi għal tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul u nsaħħu l-koeżjoni f l-UE. Dan jirrikjedi li tinkiseb il-konverġenza 'l fuq tal-ekonomiji tagħna u li jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi.Jeħtieġ niżguraw li l-euro taħdem għaċ-ċittadini tagħna u tibqa' reżiljenti, waqt li napprofondixxu l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Unjoni fid-dimensjonijiet kollha tagħha, inlestu l-Unjoni Bankarja u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u nsaħħu r-rwol internazzjonali tal-euro.Sabiex insaħħu kemm jista' jkun l-impatt tagħna, neħtieġu approċċ aktar integrat li jgħaqqad il-politiki u d-dimensjonijiet kollha rilevanti: napprofondixxu u nsaħħu s-Suq Uniku u l-erba' libertajiet tiegħu, infasslu politika industrijali xierqa għall-futur, nindirizzaw ir-rivoluzzjoni diġitali u niżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva.Is-Suq Uniku fid-dimensjonijiet kollha tiegħu huwa wieħed mill-assi ewlenin f 'dak ir-rigward. L-UE ma tistax ma tagħmilx l-aħjar użu mill-potenzjal ta' suq ta' nofs biljun persuna, partikolarment fil-qasam tas-servizzi. Id-diffikultajiet fuq medda qasira ta' żmien ma jistgħux jintużaw bħala argument kontra strateġija fit-tul kuraġġuża, olistika, u proattiva. Din trid taħdem f limkien ma' politika industrijali aktar assertiva, komprensiva u koordinata. L-UE għandha bżonnhom it-tnejn, u teħtieġhom b'urġenza.Fis-snin li ġejjin, il-trasformazzjoni diġitali ser tibqa' taċċellera u jkollha effetti fuq firxa wiesgħa ta' oqsma. Neħtieġu niżguraw li l-Ewropa tkun diġitalment sovrana u  tikseb il-parti ġusta tagħha tal-benefiċċji minn dan l-iżvilupp. Il-politika tagħna trid tissawwar b'mod li tinkorpora l-valuri tas-soċjetà tagħna, tippromwovi l-inklużività, u  tibqa' kompatibbli mal-istil tal-ħajja tagħna. Għal dan il-għan, l-UE jeħtieġ li taħdem fuq l-aspetti kollha tar-rivoluzzjoni diġitali u  l-intelliġenza artifiċjali: l-infrastruttura, il-konnettività, is-servizzi, id-data, ir-regolamentazzjoni u l-investiment. Flimkien ma' dan għandu jkun hemm l-iżvilupp tal-ekonomija tas-servizzi u l-integrazzjoni tas-servizzi diġitali.

55

Page 58: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Fl-istess ħin, irridu nżidu l-investiment fil-ħiliet u l-edukazzjoni tan-nies, naħdmu aktar biex titrawwem l-intraprenditorija u l-innovazzjoni u nżidu l-isforzi fir-riċerka, b’mod partikolari billi tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni Ewropej. L-investiment fil-futur tagħna jfisser ukoll l-inkoraġġiment u  l-appoġġ lill-investiment pubbliku u privat, inkluż f l-infrastruttura, sabiex niffinanzjaw it-tkabbir tal-ekonomija u tan-negozji tagħna, inkluż l-SMEs.F’dinja fejn kull ma jmur qed jitqajmu dubji fuq ir-regoli u  l-istandards komuni, il-promozzjoni ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni ser tkun kruċjali, inkluż fil-qasam tal-kummerċ. Dan ifisser l-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta f l-UE u  fix-xena globali, il-promozzjoni tal-aċċess għas-suq, il-ġlieda kontra prattiki inġusti, miżuri extraterritorjali u riskji għas-sigurtà minn pajjiżi terzi, u l-assigurazzjoni tal-ktajjen ta’ provvista strateġiċi tagħna. Ser inkomplu naġġornaw il-qafas ta’ kompetizzjoni Ewropew tagħna skont żviluppi ġodda teknoloġiċi u tas-suq globali.

Il-bini ta’ Ewropa b’effett newtrali fuq il-klima, ekoloġika, ġusta u soċjaliL-Ewropa teħtieġ l-inklużività u s-sostenibbiltà, waqt li tilqa’ l-bidliet miġjuba mit-transizzjoni ekoloġika, l-evoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jibqa’ lura.Hekk kif l-effetti tat-tibdil fil-klima qed jidhru u  jinfirxu aktar, għandna bżonn urġenti li nżidu l-azzjoni tagħna biex nikkontrollaw din it-theddida eżistenzjali. L-UE tista’ u trid turi t-triq, billi tieħu impenn favur trasformazzjoni profonda tal-ekonomija u  tas-soċjetà tagħha stess sabiex tikseb in-newtralità klimatika. Din għandha titwettaq b’tali mod li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u tkun ġusta soċjalment.It-transizzjoni favur il-klima ser tagħtina opportunità reali biex nimmodernizzaw u f l-istess ħin insiru mexxejja globali f ’ekonomija ekoloġika. Il-politiki tagħna jenħtieġ ikunu konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi. L-UE ma tistax tkun l-unika waħda li taġixxi: il-pajjiżi kollha għandhom jimxu ‘l quddiem u jżidu l-azzjoni tagħhom favur il-klima.Is-suċċess tat-transizzjoni ekoloġika ser jiddependi fuq il-mobilizzazzjoni sinifikanti ta’ investimenti privati u pubbliċi, fuq ekonomija ċirkolari effettiva, suq tal-enerġija Ewropew integrat, interkonness u li jiffunzjona sew li jipprovdi enerġija sostenibbli, sikura u bi prezz li jintlaħaq, b’rispett sħiħ tad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu fuq it-taħlita tal-enerġija tagħhom. L-UE ser taċċellera t-transizzjoni għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, iżżid l-effiċjenza enerġetika, tnaqqas id-dipendenza fuq sorsi barranin, tiddiversifika l-provvisti tagħha, u tinvesti f ’soluzzjoni għall-mobbiltà tal-futur.Fl-istess waqt, hemm bżonn li nkomplu ntejbu l-ambjent f l-ibliet u  fil-kampanja tagħna, intejbu l-kwalità tal-arja u  tal-ilmijiet tagħna, u nippromwovu agrikoltura sostenibbli, li hija kruċjali għall-garanzija tas-sikurezza alimentari u t-trawwim ta’ produzzjoni ta’ kwalità. Ser immexxu l-isforzi fil-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità u biex nippreservaw is-sistemi ambjentali, inkluż l-oċeani.Il-bidla lejn ġejjieni aktar ekoloġiku, aktar ġust u aktar inklużiv tfisser li fuq perijodu qasir ser inħallsu prezz għaliha u tkun ta’

sfida. Għalhekk huwa daqstant importanti li nimxu mal-bidla u ngħinu lill-komunitajiet u lill-individwi jaġġustaw għad-dinja l-ġdida.Dan jeħtieġ attenzjoni speċjali għal kwistjonijiet soċjali. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jiġi implimentat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, bl-attenzjoni mistħoqqa għall-kompetenzi rispettivi tagħhom. L-inugwaljanzi, li jaffettwaw liż-żgħażagħ b’mod partikolari, huma ta’ riskju kbir politiku, soċjali u ekonomiku kbir; qed jiżviluppaw firdiet ġenerazzjonali, territorjali u edukattivi u qed jitfaċċaw forom ġodda ta’ esklużjoni. Huwa d-dmir tagħna li nipprovdu opportunitajiet lil kulħadd. Jeħtieġ li nagħmlu aktar biex niżguraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll drittijiet u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Dan huwa imperattiv tas-soċjetà kif ukoll ass ekonomiku.Protezzjoni soċjali adegwata, swieq tax-xogħol inklużivi u l-promozzjoni tal-koeżjoni ser jgħinu lill-Ewropa tippreserva l-istil tal-ħajja tagħha, bħalma ser jagħmlu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u standards alimentari, u aċċess tajjeb għall-kura tas-saħħa.Ser ninvestu fil-kultura u l-wirt kulturali tagħna, li huma fil-qalba tal-identità Ewropea tagħna.

Nippromwovu l-interessi u l-valuri Ewropej fid-dinjaF’dinja fejn l-inċertezza, il-kumplessità u l-bidla qegħdin dejjem jiżdiedu, l-UE teħtieġ issegwi rotta strateġika ta’ azzjoni u żżid il-kapaċità tagħha li taġixxi b’mod awtonomu biex tħares l-interessi tagħha, issostni l-valuri u  l-istil tal-ħajja tagħha, u tgħin biex jissawwar il-ġejjieni globali.L-UE ser tibqa’ forza li tixpruna l-multilateraliżmu u l-ordni internazzjonali globali bbażat fuq ir-regoli, filwaqt li tiżgura t-trasparenza u  l-ġustizzja u  r-riformi meħtieġa. L-UE ser tappoġġa lin-NU u organizzazzjonijiet multilaterali ewlenin.L-UE ser tuża l-inf luwenza tagħha biex tmexxi r-rispons għall-isfidi globali, billi turi t-triq ‘il quddiem fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u timplimenta l-Aġenda 2030, u tikkoopera mal-pajjiżi sħab dwar il-migrazzjoni.L-UE ser tippromwovi l-mudell uniku tagħha ta’ kooperazzjoni bħala ispirazzjoni għall-oħrajn. Ser issostni l-perspettiva Ewropea għal Stati Ewropej li jistgħu u li jixtiequ jissieħbu. Ser twettaq politika tal-viċinat ambizzjuża. Ser tiżviluppa sħubija komprensiva mal-Afrika. Flimkien mas-sħab globali bl-istess valuri tagħna, l-UE ser tkompli taħdem għall-paċi u l-istabbiltà globali, u  biex tippromwovi d-demokrazija u  d-drittijiet tal-bniedem.Iżda biex tiddefendi l-interessi u  l-valuri tagħha aħjar, u biex tgħin biex jissawwar l-ambjent globali l-ġdid, l-UE jeħtieġ li tkun aktar assertiva u effettiva. Dan jitlob li nkunu aktar magħquda fil-pożizzjonijiet li nieħdu, u  aktar determinati u  effettivi f l-eżerċizzju tal-inf luwenza tagħna. Ifisser ukoll li nagħmlu aktar riżorsi disponibbli u nużaw aħjar dawk li diġà għandna għad-dispożizzjoni tagħna. U jfisser li nagħtu prijorità aktar ċara lill-interessi ekonomiċi, politiċi u ta’ sigurtà Ewropej, bil-politiki kollha jkunu mmirati lejn dak l-għan.Politika kummerċjali ambizzjuża u  robusta li tiżgura kompetizzjoni ġusta, reċiproċità u  benefiċċji reċiproċi hija element ċentrali f ’dak ir-rigward, kemm fil-livell multilaterali

56

Page 59: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

f ’WTO riformata kif ukoll fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u s-sħab tagħha.Il-PESK u PSDK tal-UE għandhom isiru aktar reattivi u attivi u jkunu marbuta aħjar ma’ fergħat oħra tar-relazzjonijiet esterni. L-UE teħtieġ ukoll li terfa’ responsabbiltà akbar għas-sigurtà u d-difiża tagħha, b’mod partikolari billi ssaħħaħ l-investiment fid-difiża, il-kapaċità ta’ żvilupp u d-disponibbiltà operattiva; ser tikkoopera mill-qrib man-NATO, b’rispett sħiħ lejn il-prinċipji stabbiliti fit-Trattati u mill-Kunsill Ewropew, inkluż il-prinċipji ta’ inklużività, reċiproċità u awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.Ir-relazzjonijiet mas-sħab strateġiċi, inkluż is-sħab transatlantiċi tagħna, u l-potenzi emerġenti iridu jkunu komponent ewlieni ta’ politika barranija robusta. Għal dak l-għan, jeħtieġ li jkun hemm ħafna aktar sinerġiji bejn l-UE u l-livelli bilaterali. L-UE tista’ tkun involuta ma’ potenzi globali oħra fuq l-istess livell biss jekk tevita approċċ frammentat u tippreżenta front wieħed, sostnut mir-riżorsi tal-UE u tal-Istati Membri.

Inwettqu l-prijoritajiet tagħnaL-UE trid tindirizza l-isfidi interni u esterni b’mod integrat. Biex l-azzjoni esterna tkun effettiva, neħtieġu bażi ekonomika interna b’saħħitha.L-Istituzzjonijiet tagħna jridu jiffukaw fuq dak li huwa verament importanti. F’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-UE għandha taġixxi skont l-importanza

tal-każ. Għandha tħalli spazju lill-atturi ekonomiċi u soċjali fejn ikunu ħielsa jgħixu, ikunu kreattivi u innovattivi. Ser ikun importanti li nikkollaboraw maċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali kif ukoll ma’ atturi reġjonali u lokali.L-Istituzzjonijiet tagħna ser jaħdmu f ’konformità mal-ispirtu u  l-kelma tat-Trattati. Dawn ser jirrispettaw il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, it-trasparenza u l-ugwaljanza bejn iċ-ċittadini u bejn l-Istati Membri. Il-governanza tajba tiddependi wkoll fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar rigorużi tal-politiki u r-regoli maqbula, li jridu jiġu ssorveljati mill-qrib.Kull istituzzjoni għandha teżamina mill-ġdid il-metodi ta’ ħidma tagħha u tirrif letti fuq l-aħjar mod kif tissodisfa r-rwol tagħha skont it-Trattati.L-UE trid tagħti lilha nnifisha l-mezzi biex tissodisfa l-ambizzjonijiet tagħha, tikseb l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha.L-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri jridu jaħdmu id f ’id u jużaw ir-riżorsi konsiderevoli tagħhom fi sforz konġunt. Għandu jsir l-aqwa użu mit-talenti tal-atturi reġjonali u lokali għall-benefiċċju tal-isforz olistiku.Din l-Aġenda Strateġika hija l-ewwel pass fi proċess li ser jitwettaq mill-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew ser isegwi l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet mill-qrib u ser jiddefinixxi aktar direzzjonijiet u prijoritajiet politiċi ġenerali skont kif ikun meħtieġ.

57

Page 60: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DIKJARAZZJONI − LAQGĦA TAS-SUMMIT TAL-EURO 21 TA’ ĠUNJU 2019

1. Aħna nilqgħu l-progress li sar fil-Grupp tal-Euro b’rabta mat-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif spjegat f l-ittra tal-President tal-Grupp tal-Euro tal-15 ta’ Ġunju 2019 u nistiednu lill-Grupp tal-Euro f ’format inklużiv biex ikompli jaħdem fuq l-elementi kollha ta’ dan il-pakkett komprensiv. Nieħdu nota tal-qbil ġenerali li ntlaħaq mill-Grupp tal-Euro dwar:• ir-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu

Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Nistennew li l-Grupp tal-Euro jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex ikun jista' jsir qbil dwar il-pakkett kollu f 'Diċembru 2019;

• strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività (BICC) għaż-Żona tal-Euro, u għall-Istati Membri

tal-ERM II fuq bażi volontarja. Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-awtonomija tad-deċiżjoni tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro, nitolbu lill-Grupp tal-Euro u lill-Kummissjoni biex ikomplu jaħdmu fuq il-kwistjonijiet pendenti kollha; nitolbu lill-Grupp tal-Euro jirrapporta lura malajr dwar is-soluzzjonijiet adatti għall-finanzjament. Dawn l-elementi għandu jsir qbil dwarhom bħala kwistjoni ta' prijorità sabiex ikun jista' jiġi stabbilit id-daqs tal-BICC fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

2. Nistennew b'interess it-tkomplija tal-ħidma teknika fuq it-tisħiħ ulterjuri tal-Unjoni Bankarja.

58

Page 61: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G20 F'OSAKA, IL-ĠAPPUN — 28 TA' ĠUNJU 2019

L-ewwel nett irrid nenfasizza kemm napprezzaw l-isforzi bla waqfien tal-presidenza Ġappuniża biex tiżgura li dan is-summit jgħin biex id-dinja tegħleb l-isfidi ewlenin ta' żminijietna. It-tmexxija tal-Prim Ministru Abe, id-devozzjoni personali u l-ħiliet diplomatiċi tiegħu huma impressjonanti u tassew uniċi. Naf li b'ospitu bħalu ninsabu f 'idejn tajba.Qabel ġejt Osaka, żort Hiroshima u Nagasaki fejn iltqajt ma' dawk li salvaw mill-bombi nukleari. Huma jif hmu wisq tassew il-valur tal-kooperazzjoni internazzjonali għax jafu għal xiex jista' jwassal kunf litt globali. Wegħdthom li nwassal kliem ta' twissija lill-parteċipanti tal-G20:Ix-xena globali ma tistax issir arena fejn dawk aktar b'saħħithom jiddettaw il-kondizzjonijiet tagħhom lil dawk aktar dgħajfa, fejn l-egoiżmu jiddomina fuq is-solidarjetà, u fejn l-emozzjonijiet nazzjonalistiċi jiddominaw fuq is-sens komun. Għandna nif hmu li għandna responsabbiltà mhux biss għall-interessi tagħna stess, iżda fuq kollox, għall-paċi u ordni dinjija sikura u ġusta.Fl-aħħar, ħalluni naqsam magħkom rif lessjoni. Bis-saħħa tal-jet lag tiegħi stajt naqra l-intervista sħiħa mal-President Putin fil-Financial Times. Ikolli ngħid li xejn ma naqbel mal-argument ewlieni li l-liberaliżmu m'għadux jeżisti. Aħna qegħdin hawnhekk bħala Ewropej ukoll biex niddefendu u nippromwovu b'leħen sod u wieħed id-demokrazija. Kull min jisħaq li d-demokrazija liberali m'għadhiex teżisti, isostni wkoll li l-libertajiet m'għadhomx jeżistu, li l-istat tad-dritt m'għadux jeżisti u li d-drittijiet tal-bniedem m'għadhomx jeżistu. Għalina f l-Ewropa, dawn huma u ser jibqgħu valuri essenzjali u ħajjin. Dak li tassew insib li m'għadhomx jeżistu huma: l-awtoritarjaniżmu, il-kulti tal-personalità, ir-renju tal-oligarki. Anke jekk xi drabi jafu jidhru effettivi.

59

Page 62: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW — 30 TA' ĠUNJU−2 TA' LULJU 2019

1. Il-Kunsill Ewropew eleġġa lil Charles Michel bħala President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2019 sal-31 ta' Mejju 2022. Huwa talab lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill biex jassisti lill-President elett tal-Kunsill Ewropew matul il-perijodu ta' transizzjoni.

2. Il-Kunsill Ewropew laqa' d-deċiżjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza f l-Unjoni Ekonomika u Monetarja li l-munita tagħhom hija l-euro li taħtar lil Charles Michel bħala President tas-Summit taż-Żona tal-Euro għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2019 sal-31 ta' Mejju 2022.

3. Il-Kunsill Ewropew adotta d-deċiżjoni li tipproponi lil Ursula von der Leyen lill-Parlament Ewropew bħala kandidata għal President tal-Kummissjoni Ewropea.

4. Il-Kunsill Ewropew iqis li Josep Borrell Fontelles huwa l-kandidat adatt għal Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, soġġett għall-qbil tal-President elett tal-Kummissjoni.

5. Il-Kunsill Ewropew iqis li Christine Lagarde hija l-kandidata adatta għal President tal-Bank Ċentrali Ewropew, soġġett għar-rakkomandazzjoni u l-opinjonijiet rilevanti f 'konformità mat-Trattati.

60

Page 63: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G7 FI BIARRITZ, FRANZA — 24 TA' AWWISSU 2019

L-ewwel nett, ippermettuli nesprimi l-awguri tiegħi lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker. Dejjem attendejt summits tal-G7 ma' Jean-Claude, u rrid ngħid li ser inħoss in-nuqqas tiegħu fi Biarritz.Dan huwa summit ieħor tal-G7 li ser ikun test diffiċli tal-unità u s-solidarjetà tad-dinja libera u l-mexxejja tagħha. Għad m'hemm ebda ċertezza dwar jekk il-grupp hux ser ikun jista' jsib soluzzjonijiet komuni, u l-isfidi globali tal-lum huma tassew serji, jew jekk hux ser jiffoka fuq argumenti bla sens bejniethom. Dawn l-aħħar snin urew li qed isir dejjem iktar diffiċli biex kollha kemm aħna nsibu lingwaġġ komuni meta d-dinja għandha bżonn li aħna nikkooperaw iktar, u mhux inqas. Dan jista' jkun l-aħħar ċans biex nerġgħu nistabbilixxu l-komunità politika tagħna. Illum ikun partikolarment urġenti u essenzjali li nibnu l-għaqda tagħna madwar dawn l-isfidi li ġejjin:1. Id-difiża tad-demokrazija liberali, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-kuntest tal-qawmien mill-ġdid

tan-nazzjonaliżmu u forom ġodda ta' tmexxija awtoritarja, kif ukoll theddid li ġej mill-iżvilupp ta' teknoloġiji diġitali (indħil f l-elezzjonijiet, aħbarijiet foloz, l-użu ta' intelliġenza artifiċjali kontra ċ-ċittadini u l-libertajiet tagħhom).

2. Il-kriżi tal-klima u l-protezzjoni tal-ambjent naturali, inkluż il-foresti u l-oċeani. In-nirien fil-foresta tal-Amażonja saret sinjal ieħor deprimenti ta' żminijietna. Aħna naturalment nibqgħu nsostnu l-ftehim bejn l-UE u l-Mercosur, li huwa wkoll dwar il-protezzjoni tal-klima u l-ambjent, iżda huwa diffiċli li wieħed jimmaġina proċess armonjuż ta' ratifika mill-pajjiżi Ewropej sakemm il-gvern Brażiljan jippermetti l-qerda tal-pulmuni ħodor tad-Dinja. Dan huwa dwar "li nkunu, jew li ma nkunux." Fl-istess waqt, l-UE tinsab lesta li toffri għajnuna finanzjarja għall-ġlieda kontra n-nirien.

3. Il-waqfien ta' gwerer kummerċjali. Il-ftehimiet kummerċjali u r-riforma tad-WTO huma aħjar mill-gwerer kummerċjali. Gwerer kummerċjali jwasslu għal reċessjoni, filwaqt li ftehimiet kummerċjali jagħtu spinta lill-ekonomija, biex ma nsemmux il-fatt li gwerer kummerċjali fost il-membri tal-G7 jwasslu biex inaqqru l-fiduċja diġà mdgħajfa ta' bejnietna.

4. It-theddida tal-proliferazzjoni nukleari. Iċ-ċaħda tal-ftehim nukleari mal-Iran mill-Istati Uniti ma ġabet ebda riżultat pożittiv, u l-firdiet fid-dinja tal-Punent f 'dak li għandu x'jaqsam ma' din il-kwistjoni jiffavorixxu l-Ayatollahs Iranjani, kif ukoll lir-Russja u ċ-Ċina. Il-mexxejja tal-G7 għandhom jagħmlu sforz ieħor biex isibu lingwaġġ komuni dwar dan.

5. Il-politika tar-Russja lejn il-ġirien tagħha, speċjalment l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Sena ilu, fil-Kanada, il-President Trump issuġġerixxa li r-Russja terġa' tiġi mistiedna fil-G7, u ddikjara bil-miftuħ li l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja kienet parzjalment ġustifikata. U li għandna naċċettaw dan il-fatt. Taħt ebda kundizzjoni ma nistgħu naqblu ma' din il-loġika. Dwar l-ispekulazzjonijiet li r-Russja tiġi mistiedna madwar il-mejda, nixtieq ngħid dan. L-ewwel: ir-raġunijiet għaliex ir-Russja ma ġietx mistiedna aktar mill-2014 għadhom validi. Barra minn hekk, hemm raġunijiet ġodda, bħall-provokazzjoni Russa fil-Baħar ta' Azov. It-tieni: meta r-Russja kienet mistiedna għall-G7 għall-ewwel darba, kien maħsub li kienet ser issegwi t-triq lejn id-demokrazija liberali, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet tal-bniedem. Hawn xi ħadd fostna li jista' jgħid b'konvinzjoni sħiħa, mhux b'kalkolu tan-negozju, li r-Russja tinsab f 'dik it-triq? Illum ser nipprova nikkonvinċi lill-interlokuturi tiegħi li jkun aħjar jekk tiġi mistiedna l-Ukrajna, bħala osservatur naturalment, għal-laqgħa li jmiss tal-G7, biex nisimgħu l-opinjoni tal-President il-ġdid. Tkellimt miegħu madwar jumejn ilu, u naf li jkun interessat ħafna.

Ippermettuli ngħid ukoll li l-UE għandha proposti konkreti għall-Afrika. Aħna qed inżommu l-impenn tagħna fit-tul għall-Fond Globali kontra l-AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi, u ser nikkontribwixxu EUR 550 miljun għar-rikostituzzjoni tal-Fond. Dan ifisser li l-involviment ġenerali tagħna ser jaqbeż il-EUR 1 biljun.Bi pjaċir ukoll inħabbar li l-UE ser tissieħeb f l-"Azzjoni Finanzjarja Affermattiva għan-Nisa f l-Afrika", li huwa pass importanti fil-ġlieda għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. Il-kontribuzzjoni tal-UE ta' aktar minn EUR 85 miljun ser tgħin biex jiġu żviluppati 100,000 negozju mmexxija minn nisa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-UE ser tikkontribwixxi EUR 1 miljun inizjali għall-"Fond Internazzjonali għas-Superstiti tal-Vjolenza Sesswali b'rabta mal-Konf litt" li Nadia Murad u t-Tabib Denis Mukwege, ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi tal-2018, għada ser jippreżentaw lill-mexxejja tal-G7.Għada wkoll, fil-marġini tas-summit, ser ikolli laqgħa mal-Prim Ministru Boris Johnson. Huwa ser ikun it-tielet Prim Ministru Konservattiv Ingliż li miegħu ser niddiskuti l-Brexit. L-UE kienet dejjem miftuħa għall-kooperazzjoni, meta David Cameron ried jevita l-Brexit, meta Theresa May riedet tevita Brexit ta' ebda ftehim, u ser inkunu lesti wkoll li norganizzaw taħditiet serji mal-Prim Ministru Johnson. Ħaġa waħda li mhux ser nikkoopera dwarha hija li ma jkun hemm ebda ftehim. U xorta nispera li l-Prim Ministru Johnson ma jixtieqx jitniżżel f l-istorja bħala s-Sur Ebda Ftehim. Aħna lesti nisimgħu l-ideat li jistgħu jitħaddmu, huma realistiċi, u aċċettabbli għall-Istati Membri kollha inkluż l-Irlanda, jekk u meta l-gvern tar-Renju Unit ikun lest li jpoġġihom fuq il-mejda.

61

Page 64: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DISKORS MILL-PRESIDENT DONALD TUSK WAQT IL-FORUM TAD-DEMOKRAZIJA TA' ATENI 2019 — 9 TA' OTTUBRU 2019

Hemm tliet raġunijiet għaliex ninsab grat għall-istedina f 'Ateni. Ser nibda bl-aktar waħda banali, li hija ovvja ħafna u personali f l-istess ħin. L-istorja tal-Greċja dejjem kienet il-passjoni tiegħi. Qabel ma kelli għaxar snin qrajt l-Ilijade ta' Omeru bil-Pollakk. Malli lestejtha, bdejt naqraha mill-ġdid, u bqajt sejjer hekk għal bosta xhur. Kważi tgħallimtha bl-amment. "Għanni, o alla, ir-rabja ta' Akille, iben Peleus, li ġab tant għadab fuq il-poplu Akej". Omeru kien ta tifsira lil ħajti, għax it-tfal ifittxu wkoll tifsira u skop fil-ħajja. Iddeċidejt li nsir arkeologu, biex niskopri l-fdalijiet ta' Trojja, u qrajt kull ma kien hemm x' taqra bil-Pollakk dwar il-Greċja antika: il-mitoloġija, Plutarku, saġġi dwar l-arkitettura ta' Ateni u l-Gwerra Peloponeżjana, il-filosfi u Erodotu. Immaġina d-disprament tiegħi meta qrajt il-bijografija tal-arkeologu famuż Heinrich Schliemann. Irriżulta li Trojja kienu ilhom li skoprewha żmien twil, u għalhekk tlift is-sens ta' impenn tiegħi għal ftit żmien mhux ħażin.Għaldaqstant l-unika ħaġa li stajt nagħmel kienet li nsegwi ħolma aktar modesta: li nsir storiku u, xi darba fil-futur, nara l-Akropoli b'għajnejja stess. L-ewwel ħolma seħħet wara għaxar snin, it-tieni waħda - wara erbgħin sena. Meta, bħala raġel adult, wasalt għall-ewwel darba f 'Ateni, wara li tlajt mal-Akropoli u poġġejt dirgħajja madwar waħda mill-kolonni ta' Erektijon, qabiżli d-dmugħ eżatt bħal meta qrajt għall-ewwel darba dwar il-vleġġa fatali ta' Pariġi li laqtet għarqub Akille.Hekk kif kont mitluf f l-istorja Griega, u ftit aktar 'il quddiem ukoll fit-traġedja u fil-filosofija Griegi, kelli, xi ħin jew ieħor, naħbat f 'dik il-kelma misħuta: il-politika. Misħuta llum, għaliex għall-Griegi tal-qedem, politikon kellha ħafna tifsiriet pożittivi: pubblika, ċivika, ta' kuljum, ordinarja, soċjevoli, saħansitra pulita! L-ortografija tal-kelma pulit mhijiex kumbinazzjoni.Fl-iskola sekondarja, l-għalliem tal-istorja tagħna qalilna biex naqraw l-Antigone ta' Sofokli, u mbagħad nirreċtaw il-proċess ta' Kreon. Ħadd ma ried ikun l-avukat tiegħu. Imbagħad l-għalliem ħares lejja bi tbissima makakka u qal, "Donald, inti dejjem għandek xi ħaġa xi tgħid, anki meta ma jsaqsukx, u l-Greċja antika hija l-passjoni tiegħek, allura int ser tiddefendi lil Kreon". X'waħda din, jien - idealista ta' 17-il sena - sfurzat inżomm ma' tirann bla ħniena, mal-awtorità, kontra r-ribelljoni? Ma kontx naf b'Max Weber dak iż-żmien, ma kellix idea dwar l-etika tar-responsabbiltà, iżda rnexxili b'xi mod, u meta l-klassi tat il-verdett tagħha, ġejna ndaqs. Forsi kien dakinhar li, mingħajr ma kont naf, sirt politiku. Ħaġa waħda hi żgur, kwart ta' seklu wara sirt il-kap tal-gvern fil-Polonja.Hemm ukoll raġuni oħra għall-gratitudni tiegħi għall-istedina f 'Ateni. Tatni l-opportunità li jkolli diskussjoni estiża, biss sigħat ilu, mal-ħbieb tiegħi, il-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis u l-predeċessur tiegħu Alexis Tsipras. Naturalment dawn kienu laqgħat separati, kif tistgħu tissoponu, iżda essenzjalment kienu pjuttost simili. Anki jekk il-battalja għadha kemm ikkalmat wara l-aħħar kampanja elettorali, iż-żewġ interlokuturi tiegħi ma kkonċentrawx fuq dak li llum jaqsam lin-nies tal-Greċja u tal-Ewropa (u hemm ħafna x'wieħed isemmi), iżda fuq dak li jista' u li għandu jgħaqqadna, kif it-terminu Politeia, li Ċiċerun ittraduċa bil-Latin bħala Res Publica, kwistjoni pubblika, jista' jerġa' jikseb tifsira pożittiva. Din hi x'aktarx l-akbar sfida ta' żminijietna - kif mill-politika nagħmlu dik li darba kienet: azzjoni u ħsieb għall-ġid komuni. Għaliex, wara kollox, aħna lkoll inħossu kif l-entitajiet soċjali u l-komunitajiet politiċi qed jinkisru f 'biċċiet inkompatibbli. Dejjem aktar ta' spiss inkunu xhieda u vittmi ta' polarizzazzjoni dejjem akbar. Sħab ta' qabel, kompetituri lbieraħ, illum - għedewwa ħorox. Nista' nara dan il-proċess iseħħ f 'tant postijiet, inkluż f 'pajjiżi. Il-politika, mill-arti tal-koeżistenza ta' ideat u komunitajiet differenti, qed tinbidel fil-ħila li wieħed ikun brutali mal-opponenti, il-kompetituri, l-emarġinati jew l-istranġieri. Il-vjolenza, il-gideb, id-diskors ta' mibegħda, il-ħrejjef u d-diżappunt - dawn huma l-għodod tal-politika tal-lum. Hija l-politika mif huma bħala gwerra: anki jekk mhux kullimkien qed jisparaw, iżda kważi kullimkien, xi parti, xi farka mill-bqija, trid teqred, tinvalida jew totalment tjassar lill-oħrajn. L-emozzjonijiet ħadu post ir-raġuni, filwaqt li fil-matematika politika, li taqsam u tnaqqas ħadu post li timmultiplika u żżid.Mhux b'kumbinazzjoni li f l-aħħar ħarġa tal-ġurnal prestiġjuż Pollakk Rieżami Politiku(Przegląd Polityczny) iddedikata għall-Brexit, hemm saġġi dwar Tukidide u r-rif lessjoni tiegħu dwar it-tema ta' stażi, terminu Grieg antik li litteralment ifisser: parti, frazzjoni, ifisser stat ta' diżordni pubbliku, kaos li jirriżulta minn passjonijiet politiċi u eskalazzjoni kostanti ta' kunf litti interni. Bħala eżempju Tukidide ta s-sitwazzjoni f 'Korkira, fejn ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil ukoll għaliex, fis-sħana tal-battalja, in-naħat liberament biddlu t-tifsira tal-kliem, filwaqt li l-valuri kienu qed jitreġġgħu lura. Il-ġenn u l-gazz bla għaqal bdew jitqiesu bħala kuraġġ; is-sens komun bħala biża', il-moderazzjoni bħala konformiżmu. Kull waqfa għal ħsieb jew tentattiv ta' rif lessjoni ġie ttrattat bħala kapitulazzjoni jew għażż. Dawk li żergħu rabja, diżappunt u qerda saru figuri ta' awtorità politika u anki morali, u kull min waqfilhom, f 'isem l-ordni u l-prudenza, ġie suspettat.Tukidide nduna li f l-istat ta' taqlib, in-natura umana tiġi qabel il-ġustizzja. L-emozzjonijiet u l-passjonijiet, li huma parti min-natura tagħna, huma aktar b'saħħithom mir-rabta tagħna mal-liġijiet u r-regoli li ħloqna aħna stess, u dejjem ser jimbuttawna lejn il-ksur u d-dominazzjoni. L-aktar invenzjonijiet politiċi importanti tal-umanità - id-demokrazija, id-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem, l-ordni internazzjonali, il-kontrolli u l-bilanċi, l-istat tad-dritt - kollha ħerġin minn dan l-għarfien tan-natura tagħna kif ukoll minn esperjenzi negattivi fil-passat. Iżda ġejjin biss mill-passat? Illum m'aħniex inħabbtu wiċċna wkoll mal-istażi tagħna stess, amplifikata mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-karattru tal-massa ta' fenomeni soċjali? L-Ewropa u d-dinja mhux qed jinbidlu, quddiem wiċċna, f 'Korkira tal-qedem?Jien kurjuż kif Tukidide kieku janalizza s-sitwazzjoni llum f l-Istati Uniti taħt l-amministrazzjoni tal-President Trump, fir-Renju Unit fi żmien il-Brexit u l-kriżi parlamentari permanenti, f 'xi pajjiżi fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa, fejn is-sisien tad-demokrazija liberali u l-istat tad-dritt qed jiddgħajfu, jew fil-fruntiera tar-Russja u l-Ukrajna. Żgur ikollu xi ħaġa dwar xiex jikteb.Hemm ukoll it-tielet raġuni għaliex ninsab grat għall-istedina fil-Forum tiegħek. Għalija personalment, huwa tassew importanti u emozzjonanti. Dan huwa minħabba li l-ospiti ddeċidew li jagħtu l-premju wara mewtu lil Paweł Adamowicz, sieħbi u kollaboratur

62

Page 65: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

qrib, is-Sindku tal-belt tiegħi, Gdańsk, li nqatel f 'Jannar din is-sena. Inqatel b'daqqiet ta' sikkina wara li qal il-kliem li ġej, indirizzat lil eluf ta' nies li nġabru fi Gdańsk, fil-qalba ta' attività kbira għall-karità, u qed ikkwota: "Gdańsk hija ġeneruża, Gdańsk taqsam ġidha, Gdańsk trid tkun belt ta' solidarjetà. Dan hu żmien mill-isbaħ fejn qed naqsmu dak li hu tajjeb." Hu safa vittma tal-mibegħda, li kien kontriha ħajtu kollha. Ma kienx eroj tal-qedem, bħal Dimitriju Poliorkite, ma ħakimx jew qered bliet oħra. Huwa bena l-belt tiegħu bit-twemmin li mhux kollox mitluf, li l-imħabba hi aktar b'saħħitha mill-mibegħda, li s-solidarjetà hi aktar b'saħħitha mill-egoiżmu. Jien ukoll nemmen li mhux kollox mitluf, u rrid nixtiqilkom ilkoll l-istess fidi.

63

Page 66: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW1 (ARTIKOLU 50) — 17 TA' OTTUBRU 2019

1 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta lill-Istat Membru li ħiereġ ma għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Il-Kunsill Ewropew japprova l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Fuq din il-bażi, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehim ikun jista' jidħol fis-seħħ f l-1 ta' Novembru 2019, sabiex ikun previst ħruġ ordnat.

2. Il-Kunsill Ewropew japprova d-Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq. Il-Kunsill Ewropew jiddikjara mill-ġdid li l-Unjoni hija determinata li fil-futur ikollha sħubija kemm jista'

jkun possibbli mill-qrib mar-Renju Unit f 'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika. L-approċċ tal-Unjoni ser ikompli jiġi definit mill-pożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-linji gwida tal-Kunsill Ewropew miftehma preċedentement kif ukoll fid-dikjarazzjonijiet, b'mod partikolari dawk tal-25 ta' Novembru 2018. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' impenjat b'mod permanenti bil-kwistjoni.

3. Il-Kunsill Ewropew jerġa' jirringrazzja lil Michel Barnier għall-isforzi bla heda tiegħu bħala kap negozjatur tal-Unjoni u għall-kontribut tiegħu biex tinżamm l-għaqda bejn l-Istati Membri tal-UE27 matul in-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

64

Page 67: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW 17–18 TA' OTTUBRU 2019

I. QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI1. B'segwitu għall-preżentazzjoni mill-Presidenza, il-Kunsill

Ewropew kellu skambju ta' fehmiet dwar kwistjonijiet ewlenin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, bħall-ammont globali, il-volumi tal-oqsma ta' politika ewlenin, il-finanzjament, inkluż id-dħul u l-korrezzjonijiet, kif ukoll il-kondizzjonalitajiet u  l-inċentivi. Fid-dawl ta' din id-diskussjoni, huwa jappella lill-Presidenza biex tippreżenta Kaxxa ta' Negozjar biċ-ċifri qabel il-Kunsill Ewropew f 'Diċembru 2019.

II. IĊ-ĊIKLU ISTITUZZJONALI LI JMISS2. Il-Kunsill Ewropew kellu skambju ta' fehmiet mal-

President elett Ursula von der Leyen dwar il-kontribut tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE kif stabbilit f l-Aġenda Strateġika. Huwa ħa nota tar-rapport ippreżentat mill-Prim Ministru Finlandiż dwar is-segwitu għall-Aġenda Strateġika li sar fil-Kunsill.

3. Il-Kunsill Ewropew adotta wkoll deċiżjoni li taħtar lil Christine Lagarde bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

III. TIBDIL FIL-KLIMA4. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-eżitu tas-Summit tan-NU

dwar l-Azzjoni Klimatika 2019 fir-rigward tal-ambizzjoni, l-azzjoni u s-solidarjetà. It-theddida eżistenzjali li ġejja mit-tibdil fil-klima teħtieġ ambizzjoni msaħħa u azzjoni klimatika miżjuda mill-UE u fil-livell globali. Il-Kunsill Ewropew huwa determinat li l-UE ser tkompli tkun minn ta' quddiem fi tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ġusta u ekwa f l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, f 'konformità mal-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2019. Huwa jappoġġa l-prijoritajiet tal-COP25, inkluż l-attenzjoni għar-rabta bejn l-oċeani u l-klima. Il-Kunsill Ewropew ifakkar li huwa ser jiffinalizza l-gwida tiegħu dwar l-istrateġija fit-tul tal-UE fuq it-tibdil fil-klima fil-laqgħa tiegħu ta' Diċembru bil-ħsieb tal-adozzjoni u  l-preżentazzjoni tal-istrateġija fit-tul tal-UE għall-UNFCCC fil-bidu tal-2020.

IV. TKABBIR5. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa' lura għall-kwistjoni tat-

tkabbir qabel is-summit UE-Balkani tal-Punent f 'Zagreb f 'Mejju 2020.

V. TURKIJA6. Il-Kunsill Ewropew japprova l-Konklużjonijiet tal-Kunsill

tal-14 ta' Ottubru 2019 dwar il-Grigal tas-Sirja.7. L-UE tikkundanna l-azzjoni militari unilaterali tat-

Turkija fil-Grigal tas-Sirja li tikkawża tbatija umana inaċċettabbli, tfixkel il-ġlieda kontra d-Da’esh u thedded serjament is-sigurtà Ewropea. Il-Kunsill Ewropew jinnota d-dikjarazzjoni tal-lejla min-naħa tal-Istati Uniti u t-Turkija ta' pawża f l-operazzjonijiet militari kollha. Għal darb'oħra jħeġġeġ lit-Turkija biex ittemm l-azzjoni militari tagħha, tirtira l-forzi tagħha u  tirrispetta d-dritt umanitarju internazzjonali. B'segwitu għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2019, huwa jfakkar li l-Istati Membri ddeċidew li jwaqqfu l-liċenzjar għall-esportazzjoni tal-armi lejn it-Turkija.

8. L-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata f l-isforzi tagħha biex tindirizza b'mod effettiv il-kriżi umanitarja u tar-refuġjati serja fid-dawl tal-bżonnijiet li qed jevolvu, inkluż billi jiġu appoġġati dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw l-aktar sfidi serji f 'termini ta' f lussi migratorji fil-Lvant tal-Mediterran.

9. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' jsegwi din il-kwistjoni.

VI. ATTIVITAJIET TA' TĦAFFIR ILLEGALI10. Il-Kunsill Ewropew japprova wkoll il-konklużjonijiet

tal-Kunsill tal-14 ta' Ottubru 2019 dwar l-attivitajiet ta' tħaffir illegali min-naħa tat-Turkija fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' Ċipru u jafferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu ma' Ċipru.

11. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa' jsegwi din il-kwistjoni.

VII. MH1712. B'riferiment għall-konklużjonijiet tal-20 ta' Ġunju 2019,

il-Kunsill Ewropew itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi kollha biex jiġu stabbiliti l-verità, il-ġustizzja u r-responsabbiltà għall-vittmi tat-twaqqigħ tal-MH17 u għall-qraba tagħhom u jappella lill-Istati kollha biex jikkooperaw b'mod sħiħ mal-investigazzjoni li qed issir f 'konformità mar-Riżoluzzjoni 2166 tal-KSNU.

65

Page 68: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL EWROPEW (ARTIKOLU 50) 29 TA' OTTUBRU 2019

Fis-17 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ottubru 2019, li fihom approva l-Ftehim dwar il-Ħruġ u  stieden lill-Kummissjoni, l-Parlament Ewropew, u  l-Kunsill biex jieħdu l-passi meħtieġa bil-ħsieb tal-konklużjoni tiegħu, il-Kunsill Ewropew jistenna li r-Renju Unit jipproċedi b'mod parallel bir-ratifika tiegħu sabiex jidħol fis-seħħ kmieni kemm jista' jkun.Bil-ħsieb li tkun permessa l-finalizzazzjoni tal-passi kollha meħtieġa għar-ratifika tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, inkluż li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, u  l-Kunsill Ewropew jaqbel ma' estensjoni ulterjuri tal-perijodu skont l-Artikolu 50(3) TUE. Jinnota li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ser jidħol fis-seħħ f l-ewwel jum tax-xahar wara li jitlestew il-proċeduri ta' ratifika mill-Partijiet matul dan il-perijodu, li jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2020.Il-Kunsill Ewropew jiddikjara b'mod qawwi li jeskludi kwalunkwe ftuħ mill-ġdid tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fil-futur u  jfakkar li kwalunkwe impenn, dikjarazzjoni jew att ieħor unilaterali mir-Renju Unit jenħtieġ li jkun kompatibbli mal-

kelma u  l-ispirtu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u ma jridx ifixkel l-implimentazzjoni tiegħu.Il-Kunsill Ewropew jinnota li, matul din l-estensjoni ulterjuri, ir-Renju Unit ser jibqa' Stat Membru sad-data l-ġdida tal-ħruġ, bi drittijiet u obbligi sħaħ f 'konformità mal-Artikolu 50 TUE, inkluż l-obbligu li jissuġġerixxi kandidat sabiex jinħatar membru tal-Kummissjoni.Il-Kunsill Ewropew ifakkar f l-impenn min-naħa tar-Renju Unit li jaġixxi b'mod kostruttiv u responsabbli matul l-estensjoni f 'konformità mad-dmir ta' kooperazzjoni leali u jistenna li r-Renju Unit jissodisfa dan l-impenn u  l-obbligu tat-Trattat b'mod li jirrif letti s-sitwazzjoni tiegħu bħala Stat Membru li ħiereġ. Għal dan il-għan, ir-Renju Unit għandu jiffaċilita l-ksib tal-kompiti tal-Unjoni u joqgħod lura milli jwettaq kwalunkwe miżura li tista' tipperikola l-ksib tal-objettivi tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jipparteċipa fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni.Il-Kunsill Ewropew ifakkar li, minbarra laqgħat skont l-Artikolu 50 TUE, is-27 Stat Membru u l-Kummissjoni ser ikomplu, fejn xieraq f limkien mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, jiltaqgħu b'mod separat fil-livelli kollha biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mas-sitwazzjoni ta' wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

66

Page 69: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

DISKORS EWLIENI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK FIĊ-ĊERIMONJA TAL-FTUĦ TAS-SENA AKKADEMIKA 2019/2020

FIL-KULLEĠĠ TAL-EWROPA — 13 TA' NOVEMBRU 2019

Irrid l-ewwel nett nirringrazzja lir-Rettur tal-Kulleġġ tal-Ewropa, Jörg Monar, kemm għall-istedina tiegħu kif ukoll għat-taħdita b'saħħitha dwar il-ħajja u l-ħsieb ta' Hannah Arendt li għadu kif ippreżenta. Grazzi, Professur, tal-ospitalità tiegħek u talli ftaħt daqshekk tajjeb, speċjalment fid-dawl ta' dak li għandi xi ngħid illum.Meta smajt li din is-sena l-promozzjoni tal-Kulleġġ tal-Ewropa kienet iddedikata lil Hannah Arendt, u li ġejt mistieden biex ninawgura s-sena akkademika, kont ferm kuntent għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, għaliex Arendt hija erojina intellettwali għalija. U t-tieni nett, għaliex ninsabu fil-belt il-ġmiel tagħha ta' Bruges. Anki jekk mhux formalment, Bruges hija belt oħt għal belti, Gdańsk. It-tnejn iħaqquha għat-titlu ta' Venezja tat-Tramuntana. It-tnejn huma arterji antiki tal-kummerċ Ewropew, fejn it-tramuntana ltaqa' man-nofsinhar f l-Ewropa medjevali. It-tnejn kienu fulkri ġeopolitiċi fil-Lega Anseatika. It-tnejn li huma ospitaw negozjanti Ingliżi u Skoċċiżi, integrati profondament f l-ekonomija Ewropea, fi ħdan il-kummerċ tas-suf u l-qamħ. U t-tnejn huma d-dar, għalkemm b'modi differenti, tal-mastri antiki Fjammingi li - jekk forsi ma tafux - huma l-iskola favorita tiegħi tal-pittura Ewropea. Bruges huwa l-post fejn twieled ix-xogħol ta' Jan van Eyck u oħrajn. Filwaqt li Gdańsk hija fejn L-Aħħar Ġudizzju, ix-xogħol ta' Brüggeling famuż ieħor, Hans Memling, issa tinsab imdendla fil-mużew nazzjonali. Ftit snin ilu, meta kont qed nuri lill-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte din il-pittura fi Gdańsk, ma kontx nobsor li fi żmien sena l-Ewropa f 'xi daqqiet kienet ser tibda tixbah L-Aħħar Ġudizzju. Jekk għandkom amment tal-pittura, tafu eżattament x'inhu għaddej minn moħħi.Nixtieq niftaħ id-diskors tiegħi b'rimarka personali. Hemm tliet nisa li għandhom rabta ma' dan il-post u ma' din iċ-ċerimonja, u li ħallew impatt kbir fuq ħajti. Diġà semmejt lil Hannah Arendt. Miegħi llum ġibt dan il-ktieb. Huwa biss ftit kapitli minn "The Life of the Mind", wieħed mill-kotba famużi ta' Hannah Arendt, li ppubblikajna illegalment fil-Polonja Komunista f l-1988. Il-filosofija tinżel iktar għasel meta tkun projbita. Hemmhekk hija kitbet: "Sfortunatament il-verità hi li l-biċċa l-kbira tal-ħażen jagħmluh nies li qatt ma jiddeċiedu jkunux tajbin jew ħżiena." Dan huwa ħsieb importanti.Eżattament f l-istess sena, l-1988, it-tieni erojina ta' żmieni, Margaret Thatcher, qalet proprju hawnhekk f 'dan il-Kulleġġ, waqt l-istess ċerimonja bħal dik tal-lum: "Ma rridu qatt ninsew li, fil-Lvant tal-Purtiera tal-Ħadid, il-popli li darba gawdew sehem sħiħ mill-kultura, il-libertà u l-identità Ewropea sfaw maqtugħa mill-għeruq tagħhom. Aħna dejjem inħarsu lejn Varsavja, Praga u Budapest bħala bliet kbar Ewropej." Xahrejn wara, ilqajtha f limkien ma' Lech Wałęsa u ħaddiema Pollakki barra t-tarzna ta' Gdańsk. Dakinhar kellna s-sensazzjoni li l-Purtiera tal-Ħadid kienet waslet biex taqa' u li kienet qed tixref era ġdida ta' libertà u għaqda.Hemm post speċjali f 'qalbi wkoll għat-tielet mara Ewropea, studenta ta' dan il-kulleġġ, li wkoll tat diskors hawnhekk xi żmien ilu, f l-istess okkażjoni bħal dik tal-lum, il-Prim Ministru Daniż ta' dak iż-żmien, Helle Thorning-Schmidt. Ninsab hawnhekk illum speċjalment bis-saħħa tagħha. Fl-2014 hija kienet il-kontendent prinċipali tiegħi għall-pożizzjoni ta' President tal-Kunsill Ewropew, iżda fuq talba ta' Herman Van Rompuy, Helle rtirat il-kandidatura tagħha u appoġġat dik tiegħi. Kif tistgħu taraw, l-imħabba tiegħi lejha hija profondament ġustifikata.Fi ftit jiem ser intemm il-missjoni tiegħi, u għalhekk inħossni fid-dmir li nistqarr magħkom dak li tabilħaqq wettaqt f 'dawn l-aħħar ħames snin. Tinkwetaw xejn, mhux ser nieħu fit-tul.Jista' jkun li tinstema' banali imma, meta jistaqsuni x'kien il-qofol tat-terminu tiegħi, inwieġeb mingħajr tlaqliq: L-"Għaqda" - leitmotif, kompitu, kważi l-ossessjoni tiegħi, mill-bidu nett. Fil-jum tat-tluq tiegħi lejn Brussell, f l-ajruport ta' Varsavja, pjuttost b'kumbinazzjoni ltqajt ma' Lech Wałęsa. Meta Wałęsa sema' li kont ġej nieħu r-riedni tal-Kunsill Ewropew f 'idejja mingħand Herman Van Rompuy, b'mod impulsiv irreaġixxa: "Nittama li din l-Unjoni ma tisfaxxax bik hemm, għaliex l-affarijiet diġà ma tantx huma sbieħ!"Għaldaqstant mhi sorpriża xejn li matul ċerimonja tat-trasferiment tal-kariga f l-1 ta' Diċembru 2014, fid-diskors ferm qasir ta' żewġ minuti tiegħi, semmejt il-kelma "għaqda" tliet darbiet. Il-messaġġ tiegħi kien dan: "Dak li l-Ewropa teħtieġ huwa l-ħarsien tal-valuri fundamentali tagħna: is-solidarjetà, il-libertà, l-għaqda kontra t-theddid għall-UE u l-għaqda tagħha, theddid li ġej kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra. Il-politika rritornat f l-Ewropa, l-istorja reġgħet magħna, u żminijiet bħal dawn jeħtieġu tmexxija u għaqda politika." Għedtilkom bl-ossessjoni tiegħi dwar l-għaqda.L-eżerċizzji tiegħi f l-għaqda bdew prattikament f l-ewwel jum. L-ewwel, rigward il-politika aggressiva tal-Kremlin. Kont (u għadni) konvint li, f 'din il-logħba, ir-riskju mhuwiex biss il-futur tal-Ukrajna indipendenti u s-sigurtà tal-Ewropa Ċentrali, inkluż dik ta' pajjiżi, iżda s-sovranità tal-Ewropa bħala entità politika. U ma kelli ebda dubju li l-għan strateġiku ta' Putin ma kienx biss li jerġa' jaħkem it-territorji li kellha l-Unjoni Sovjetika, iżda wkoll li jdgħajjef b'mod sistematiku lill-UE billi jnissel firda interna. Kelli nfakkar pubblikament lill-oħrajn, kważi kull ġimgħa, li r-Russja mhijiex is-"sieħba strateġika" tagħna, iżda l-"problema strateġika" tagħna. Saħansitra qalgħuhieli ta' "monomanijaku", tant kont mehdi b'dan is-suġġett. Imma eventwalment wasalna. Żammejna l-għaqda ta' bejnietna, tul it-terminu kollu tiegħi, anke f 'dawk li huma sanzjonijiet.It-tieni test kien il-ħarsien tal-għaqda fiż-Żona tal-Euro. Qatt ma lgħabtha tal-espert fuq il-munita komuni jew il-banek, bħalma hu fil-fatt Herman. Rajt il-kriżi Griega b'għajnejn politiċi u ġeostrateġiċi, aktar milli finanzjarji. U huwa għalhekk li għamilt minn kollox biex evitajt ir-riskju ta' Grexit. Bħala rappreżentant tipiku tal-"iskola tat-Tramuntana", dejjem emmint li m'għandekx tonfoq iktar milli għandek. Iżda

67

Page 70: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

minkejja dan it-twemmin, qbiżt għall-Griegi f l-approċċ iebes wisq u xi kultant ortodoss tal-Ġermaniżi u tal-Olandiżi. Mhux għax minn dejjem kont inħobbil-kultura Griega. Tabilħaqq, napprezza l-mużika ta' Johann Sebastian Bach u l-pitturi ta' Vermeer, daqskemm napprezza l-iskulturi tal-Parthenon. Iżda minħabba li kont naf li ż-Żona tal-Euro setgħet ċediet malli waħda min-naħat f 'dan il-kunf litt tmur oltrè. U fil-fatt dan għal ftit ma ġarax. F'dak il-lejl kruċjali tat-12 ta' Lulju 2015, meta l-Kanċillier Merkel u l-Prim Ministru Tsipras għal ftit ma qatgħux qalbhom minn xulxin, f l-erbgħa ta' filgħodu, għalaqt il-bieb u għidtilhom: "Jiddispjacini, iżda bl-ebda mod mhu ser titilqu minn din il-kamra bla qbil." Erba' sigħat wara ħabbart l-"aGreekment" tagħna. Iż-Żona tal-Euro salvat u llum il-Greċja hija waħda mill-ekonomiji l-aktar promettenti tal-Unjoni.It-tielet sfida kienet it-tiswir tal-kunsens rigward politika komuni dwar il-migrazzjoni. Rajt mill-bidu li l-firda hawnhekk setgħet tkun ta' periklu kbir. It-tilwim dwar il-politika tal-asil, speċjalment ir-rilokazzjoni obbligatorja, qanqlu emozzjonijiet u riżentiment liema bħalhom. Din hija r-raġuni għalfejn l-ewwel prijorità għalija kienet li nirrifjuta l-alternattiva ta' Ewropa Miftuħa kontra Ewropa Fortizza. Ħassejt li kellu jkun essenzjali li nevitaw li naraw kollox iswed u abjad. Id-difensuri ta' fruntieri esterni stretti ġew akkużati b'ksenofobija u nuqqas ta' solidarjetà, filwaqt li l-proponenti tal-Willkommenspolitik - li baxxew rashom wisq u fetħu l-bibien għat-terroristi. Il-pajjiżi tal-Benelux, il-Ġermaniżi u l-Iskandinavi riedu aktar determinazzjoni f l-azzjonijiet tal-pajjiżi tan-Nofsinhar, iżda ngħiduha kif inhi, ikkritikaw l-aktar lill-pajjiżi tal-Lvant għan-nuqqas ta' solidarjetà li wrew. U n-Nofsinhar tal-Ewropa ngħaqad ma' dan il-kor kontra l-Lvant, għaliex kien ħafna iktar faċli li tipproponi rilokazzjoni obbligatorja milli tipproteġi l-fruntieri. It-tensjonijiet setgħu jittaffew, l-ewwel u qabel kollox, billi wieħed inebbaħ lill-pajjiżi kollha li ma kien hemm l-ebda kontradizzjoni inerenti bejn id-demokrazija liberali u l-kontrolli effettivi tal-fruntieri esterni tagħna. Li rridu ngħinu lir-refuġjati, iżda ma nabbandunawx id-dmir ewlieni tagħna li nħarsu t-territorju tagħna. Naturalment il-problema tal-migrazzjoni ma sparixxietx u ser iżżommna okkupati fis-snin li ġejjin. Iżda rnexxielna nikkonvinċu lill-biċċa l-kbira tal-atturi biex jikkalmaw u jiffukaw fuq inizjattivi aktar pragmatiċi li jipproteġu l-fruntieri tagħna, fuq il-ġlieda kontra l-kuntrabandisti tal-bnedmin, kif ukoll fuq il-kooperazzjoni mal-Libja u pajjiżi Afrikani oħrajn, u ovvjament il-ftehim mat-Turkija.U f l-aħħar, l-għaqda tagħna rigward il-Brexit. Jien u ngħid dan il-kliem, ir-Renju Unit għadu membru tal-Unjoni Ewropea, u ser jibqa' tali, sa tmiem it-terminu tiegħi. Iżda mhux ser nippretendi li dan huwa xi tip ta' suċċess, għaliex il-Brexit aktarx iseħħ fil-bidu tas-sena d-dieħla. Għamilt kulma stajt biex nevita x-xenarju konfrontattiv ta' ebda ftehim u nestendi l-ħin għar-rif lessjoni u biex forsi l-Gran Brittanja jerġa' jdurilha. Qaluli li jiena romantiku u anglofilu, li t-tnejn li huma, fil-fehma tiegħi, huma pjuttost xierqa u mistħoqqa. Madankollu, l-iktar ħaġa importanti hi li l-Brexit ma firidniex. L-UE27 urew awtodixxiplina u lealtà straordinarja bejniethom, minkejja t-tentattivi ta' Londra biex "tibbilateralizza" dawn in-negozjati.Matul l-aħħar ħames snin kien ukoll neċessarju li ngħidu daqshekk għall-hekk imsejħa ideat u inizjattivi "kreattivi" bħal "klabb iżgħar", "il-qalba tal-Ewropa" u oħrajn. Dawn ġejjin parzjalment mill-frustrazzjoni tal-federalisti, u minn ilmenti spiss ġustifikati dwar xi stati li jimblukkaw aktar integrazzjoni. Pariġi kienet partikolarment attiva hawn, paradossalment speċjalment wara l-elezzjoni tal-President Macron, Ewropew sinċier u enerġetiku.Kif diġà stqarrejt f 'Ruma, matul iċ-ċerimonja li tfakkar is-60 anniversarju tat-Trattati, ma nistax naċċetta li mmorru lura għal Ewropa fuq żewġ binarji. Qattajt nofs ħajti wara l-Purtiera tal-Ħadid, f l-isfera Sovjetika, taħt ir-reġim Komunista, u għalhekk naf sewwa xi tfisser Ewropa fuq żewġ binarji. L-għaqda tal-UE teħtieġ paċenzja reċiproka, mhux sfurzar. F'diversi okkażjonijiet, kull meta jiżdied il-pass tal-integrazzjoni, inħobb nikkwota qawl Afrikan: "Jekk tridu tħaffu, morru waħedkom. Jekk tridu taslu 'l bogħod, morru f limkien."Fil-ħsieb tagħna dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, għandna nkunu ggwidati mis-sens komun tagħna u sens ta' żmien opportun. Ma nistgħux nikkundannaw lilna nfusna għall-alternattiva falza tal-integrazzjoni rapida jew il-kollass tal-Unjoni. Ta' min jerġa' jiskopri, mill-ġdid u għal darb'oħra, it-triq - xi kultant imserpa, xi kultant pjuttost dejqa - li twassalna bejn l-utopja u d-distopja. L-għaqda mhux ser isawwruha l-Ewroxettiċi estremi jew il-federalisti radikali. Dejjem ippruvajt inżomm fuq din it-triq imserpa u dejqa.Eżerċizzju ieħor ta' kuljum f l-għaqda kien, u għandu jibqa', il-ħarsien tal-iżgħar stati membri, dawk li huma l-aktar fil-bżonn, dawk l-iktar vulnerabbli. Il-Ġermanja u Franza huma ikbar minn Malta jew mil-Litwanja, iżda dan ma jfissirx li għandhom iktar raġun. Almenu mhux dejjem. Il-ħidma tiegħi favur l-għaqda tal-UE xi drabi fissret ukoll li kelli nopponi r-rieda u l-intenzjonijiet tal-iktar qawwija. Din ovvjament ma kinitx xi forma ta' azzjoni affermattiva favur pajjiżi iżgħar, iżda favur il-prinċipju tal-ugwaljanza tad-drittijiet u tal-oġġettività, irrispettivament minn min igawdi minnhom. Ċertament mingħajr ebda dogmatiżmu. Wara kollox, xi kultant anke l-Ġermaniżi jkollhom raġun.Jiena konxju li fil-politika, bħal fil-ħajja, il-qies huwa importanti. Iżda l-UE nħolqot ukoll sabiex is-saħħa ma tkunx l-uniku fattur deċiżiv, tant li fil-politika interna tagħna, hija s-saħħa tal-argument li tiddeċiedi mhux l-argument tas-saħħa.Kull meta kien hemm bżonn, ifformulajt twissijiet pjuttost ħorox, bħal "Ċipru mhux għall-bejgħ", jew "Ma nwaddbux l-Irlanda taħt ix-xarabank", u qbiżt ukoll għal stati membri ġodda kontra l-arroganza ta' xi wħud aktar anzjani, b'livelli differenti ta' suċċess, u dażgur. Il-prinċipju ta' "wieħed għal kulħadd, u kollha għal wieħed" jinstema' sabiħ, iżda ma nistgħux nimponuh fuq ħaddieħor. Wara kollox, qed nitkellmu dwar is-solidarjetà hawnhekk, li hija xi ħaġa li ma tistax tiġi infurzata – jew qiegħda hemm, jew le. Niftakar meta waqt dibattitu dwar ir-rilokazzjoni waqt summit tal-Kunsill Ewropew, ġie ssuġġerit li, fil-konklużjonijiet tagħna, ninkludu t-terminu "l-obbligu tas-solidarjetà". Jien ipprotestajt, billi għidt li din kienet kontradizzjoni evidenti. U naf x'qed ngħid, xorta għadni nħossni espert fis-solidarjetà.Fl-uffiċċju tiegħi tal-President tal-Kunsill Ewropew, inżomm poster li għamilt jien stess bl-iskrizzjoni "It's the unity, stupid". Għamiltha biex dejjem inżomm f 'moħħi x'inhu importanti l-aktar. U ser nieqaf hawn, għal li jista' jkun.

68

Page 71: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Fl-aħħarnett, jekk tippermettuli, nixtieq ngħidilkom xi ħaġa li ma kontx nazzarda ngħid ftit tax-xhur ilu, minħabba li stajt nitkeċċa talli kont żbukkat wisq. U llum, huwa sempliċement tard wisq biex wieħed jiddenunzja lil Donald, għall-inqas dak Ewropew. Fil-fatt, ngħir għal John Bercow, għax f l-aħħar jista' jgħid x'tassew jaħseb dwar il-Brexit.Ser immiss ukoll daqsxejn dan is-suġġett. Smajt kemm-il darba mingħand is-sostenituri tal-Brexit li jridu jitilqu mill-Unjoni Ewropea biex jerġgħu jigglobalizzaw r-Renju Unit, għaliex jemmnu li waħdu biss jista' jkun tassew formidabbli. F'dawn il-vuċijiet wieħed seta' jħoss ix-xewqa għall-Imperu. Iżda r-realtà hija eżattament l-oppost. Ir-Renju Unit jista' jkollu rwol globali biss bħala parti minn Ewropa magħquda, f limkien biss nistgħu niffaċċaw, mingħajr ebda kumpless, l-akbar qawwiet ta' din id-dinja. Infatti, nista' ngħid l-istess dwar il-Ġermanja jew Franza. U d-dinja dan tafu. Smajt l-istess f l-Indja, New Zealand, l-Awstralja, il-Kanada u l-Afrika t'Isfel; li wara t-tluq tiegħu, ir-Renju Unit ser isir barrani, attur tat-tieni rata, waqt li l-kamp tal-battalja ewlieni ser ikun okkupat miċ-Ċina, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. "Għalfejn qed jagħmlu hekk?" - Staqsewni din il-mistoqsija ta' diżappunt kull fejn mort. Wieħed mill-ħbieb Ingliżi tiegħi x'aktarx jgħid sew meta b'melankonija jgħid li Brexit huwa t-tmiem veru tal-Imperu Brittaniku.Fi żmien xahar ser issir l-elezzjoni fir-Renju Unit. Għad hemm ċans li l-affarijiet jinbidlu? Hannah Arendt għallmitna li l-affarijiet isiru irreversibbli biss meta n-nies jibdew jaħsbu hekk. Allura l-uniċi kliem li jiġuni f 'moħħi llum huma sempliċement: Taqtgħux qalbkom. F'din il-partita, kellna ħin miżjud, diġà ninsabu fil-ħin barrani, u saħansitra forsi ser immorru għall-penalties?Issa ndur lejn il-President Franċiż, wieħed mill-mexxejja indiskutibbli tal-Unjoni Ewropea, u t-tama tagħna għall-futur, u ħabib għażiż tiegħi. Irrid ngħidlu li naqsam il-ħolma tiegħu ta' Ewropa verament sovrana. Jiena konvint li aħna kapaċi nagħmlu dan, dment li naġixxu bħala sovrani. Mhux kif għamilna dan l-aħħar fil-każ tat-tkabbir tal-UE. Mhux ser ikun hemm Ewropa sovrana mingħajr Balkani stabbli u integrati mal-bqija tal-kontinent, u m'għandekx għalfejn tkun studjuż tal-istorja biex tif hmu dan. U mhux ser ikun hemm Ewropa sovrana mingħajr Ukrajna indipendenti. Il-pożizzjoni iebsa u konsistenti tagħna fuq ir-Russja kienet l-ewwel espressjoni, tant ċara u mhux ambigwa, tas-sovranità tagħna. Irridu nirsistu f 'dan ir-rigward.U din hija r-raġuni għaliex meta nisma' kliem Macron, li "rridu nikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħna mar-Russja, naħsbu mill-ġdid ir-relazzjoni strateġika", nista' nesprimi biss it-tama li dan ma jiġrix akkost tal-ħolm komuni tagħna tas-sovranità tal-Ewropa. Fl-istess intervista għal The Economist, il-President Macron jgħid li jikkondividi l-istess fehmiet dwar dan is-suġġett bħal Viktor Orbán, u li jittama li s-Sur Orbán jgħin biex jikkonvinċi lill-Pollakki jbiddlu l-pożizzjoni tagħhom fuq ir-Russja. Jista' jkun, imma jien le, Emmanuel.U, f l-aħħar, dak li hu l-iktar għal qalbi. Dejjem enfasizzajt ir-rwol tal-kompromess fil-politika Ewropea. Il-kompromess, in-negozjati, il-kunsens, il-kliem ewlieni, li mingħajrhom ma nistgħux nif hmuha l-UE. Hemm madankollu, affarijiet u kwistjonijiet, li ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' kompromess u negozjati. U qed nitkellem dwar il-valuri fundamentali tagħna: il-libertà, l-istat tad-dritt, id-dinjità tal-individwi.X'inhu l-punt tal-għaqda, is-sovranità u s-solidarjetà jekk m'aħniex kapaċi niddefendu l-Ewropa, Ewropa bħala territorju ta' libertà, kultura u dritt, kontra avversarji esterni u interni? Jekk m'aħniex kapaċi niddefendu l-Ewropa wkoll kontra d-dgħufijiet u d-dubji tagħna, kontra t-tentazzjoni li naqgħu għall-patti max-xitan, u kontra r-rassenjazzjoni fil-konfront ta' min hu b'saħħtu u bla ħniena? L-Ewropa mhix kontinent f 'sens ġeografiku. Hija kontinent f 'sens assjoloġiku. U hekk ser tibqa', sakemm ikollna saħħa biżżejjed biex inħarsu mhux biss il-fruntieri u l-interessi tagħna, iżda - l-ewwel u qabel kollox - l-essenza tal-Ewropa. Wara kollox, ma rridux li din il-parti tagħna tad-dinja tkun, kif muri fuq mappa fiżika f 'atlas tal-iskola, sempliċement peniżola kbira iżda periferali f l-Ewrasja l-kbira.

69

Page 72: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Ritratti tal-qoxra:Fuq: il-Kunsill Ewropew waqt laqgħa fil-bini Europa fi BrussellIsfel: Il-President Tusk iżur it-Taġikistan, Mejju 2019

Ħajr għar-ritratti © Unjoni Ewropea, 2019

Page 73: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà:Għal raġunijiet ta' ċarezza u koerenza, il-kontenut kollu ta' dan ir-rapport ġie tradott, inkluż il-kontenut tal-midja soċjali (tweets u l-posts tal-Instagram) kif ukoll dikjarazzjonijiet konġunti, ittri, diskorsi, dikjarazzjonijiet u rimarki.

Page 74: Il-Kunsill Ewropew. Lulju 2018 sa Novembru 2019 · 2020-04-15 · 1 4 7 10 2 5 8 11 3 6 9 12 4. 5 Dan ir-rapport, it-tielet f ’serje, jippreżenta l-ħidma tal-Kunsill Ewropew minn

Rue de la Loi/Wetstraat 1751048 Bruxelles/BrusselBELGIQUE/BELGIËTel. +32 (0)2 281 61 11www.consilium.europa.eu

Print PDFISBN 978-92-824-7054-1 ISBN 978-92-824-7039-8ISSN 1977-3242 ISSN 2363-295Xdoi:10.2860/80141 doi:10.2860/656443QC-AO-19-001-MT-C QC-AO-19-001-MT-N