il-malti bĦala lingwa barranija · • noti fuq il-pedagoġija u l-assessjar – ir-riżultati...

80
IL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA LIVELL 5 6 7 8 9 10 L-UŻU TAL-APPROĊĊ LI JIFFOKA FUQ IL-KISBIET MIT-TAGĦLIM GWIDA GĦALL-EDUKATURI FUQ IL-PEDAGOĠIJA U L-ASSESSJAR

Upload: others

Post on 02-Feb-2021

15 views

Category:

Documents


1 download

TRANSCRIPT

  • IL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA LIVELL 5 6 7 8 9 10

    L-UŻU TAL-APPROĊĊ LI JIFFOKA FUQ IL-KISBIET MIT-TAGĦLIM

    GWIDA GĦALL-EDUKATURI FUQ IL-PEDAGOĠIJA U L-ASSESSJAR

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM2

    Dan id-dokument jagħmel parti mill-Proġett ESF1.228 bl-isem ‘id-Disinn tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim, marbut mal-programmi ta’ Tagħlim u Assessjar b’rabta mat-Taħriġ’ implimentat fil-Programm Operattiv II – Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew tal-Unjoni Ewropea bir-rata ta’ ko-finanzjament: 85% Fondi tal-UE; 15% Fondi Nazzjonali.

    © Direttorat għall-Kwalità u l-Istandardizzazzjoni fl-Edukazzjoni 2015

    Direttorat għall-Kwalità u l-Istandardizzazzjoni fl-Edukazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana VLT 2000Malta

    Pubblikatur: Direttorat għall-Kwalità u l-Istandardizzazzjoni fl-Edukazzjoni

    L-ebda parti minn dan id-dokument ma tista’ tiġi kkupjata jew preżentata bħala verżjoni uffiċċjali, jew bħala dokument li ġie prodott b’affiljazzjoni jew approvat mid-DQSE.

    Disinn Grafiku: Outlook Coop

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 3

    L-Introduzzjoni ...............................................................................................................................................................5

    1. Il-Kisbiet mit-Tagħlim tas-Suġġett ......................................................................................................................9

    2. Il-PedagoġijaA. Il-Pedagoġija u l-prattiki għat-tagħlim .....................................................................................................................23B. L-embedding fit-tagħlim tat-Temi Krosskurrikulari ..................................................................................................30Ċ. It-tagħlim ta’ studenti differenti f’kull livell .............................................................................................................35D. It-tagħlim ta’ livelli differenti fl-istess sena .............................................................................................................40E. It-tagħlim ta’ livell wieħed fuq sentejn .................................................................................................................... 41

    3. L-AssessjarA. Metodoloġiji li jassiguraw assessjar xieraq ..............................................................................................................43B. Metodoloġiji ta’ assessjar inklussiv .........................................................................................................................50Ċ. Modi ta’ assessjar ta’ min joqgħod fuqhom u validi ...............................................................................................52D. L-Assessjar tat-Temi Krosskurrikulari .......................................................................................................................54E. Ir-Rappurtaġġ tal-Progress .......................................................................................................................................55

    Ir-Referenzi ...................................................................................................................................................................58

    L-Appendiċi 1: Nozzjonijiet grammatikali ssuġġeriti għal kull livell.............................................................61

    L-Appendiċi 2: It-Temi Krosskurrikulari ................................................................................................................66

    Il-Kontenut

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM4

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 5

    L-Introduzzjoni

    Wara l-approvazzjoni tal-Qafas Nazzjonali tal-Kurrikulu (NCF) fl-2012, ġie varat pjan ambizzjuż bil-għan li jpoġġi t-teorija fil-prattika. Mibni fuq il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali (2000), dan jindirizza dawk in-nuqqasijiet li jeżistu fil-proċess tat-tagħlim f’Malta fejn l-enfasi qed iddur mit-tagħlim tas-suġġett għal fuq it-tagħlim tal-istudenti.

    Il-qafas tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali ħadem fuq id-dokumenti marbuta ma’ ċerta policies maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn kienu jinkludu l-Key Competences for Lifelong learning – A European Reference Framework (inkluż fl-anness tar-Rakkomandazzjonijiet; 2006/962/EC); l-iStrategic Framework for European Cooperation in Education and Training (ET 2020; 2009) u l-Europe 2020 – A Strategy for Smart Sustainable and Inclusive Growth (COM (2010) 2020) li kien kontinwazzjoni tal-Lisbon Strategy for Growth and Jobs (Memo 06/478/12 Dec 2006).

    Fl-isfond tal-iżvilupp storiku Malti, u fuq il-bażi tal-kurrikulu u d-dokumentazzjoni tal-UE, l-NCF ifittex li jipprovdi direzzjoni strateġika billi jirrazzjonalizza l-bidliet meħtieġa u l-implikazzjonijiet tagħhom fuq il-kontenut tas-settur/suġġett, il-pedagoġiji u l-assessjar. L-NCF ġie ppreżentat b’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja filwaqt li jiċċelebra d-diversità billi jaħseb għall-istudenti kollha f’kull stadju tal-edukazzjoni tagħhom. Huwa għandu l-għan li jintroduċi aktar ekwità u diċentralizzazzjoni fis-sistema nazzjonali. L-NCF ifittex li jippreżenta kurrikulu mingħajr kantunieri li jirrifletti tranżizzjoni mingħajr skossi, filwaqt li jkompli jibni u jestendi fuq il-pedamenti sodi tal-edukazzjoni bikrija. Fuq kollox, l-NCF għandu l-għan li jipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità għal kull student/a billi jnaqqas il-persentaġġ ta’ persuni li jitilqu kmieni mill-iskola filwaqt li jħeġġiġhom ikomplu l-edukazzjoni ogħla.

    L-NCF ippropona Learning Outcomes Framework (LOF) bħala l-bażi għat-tagħlim u l-assessjar matul is-snin tal-edukazzjoni obbligatorja. L-għan tal-Learning Outcomes Framework huwa li jeħles lill-iskejjel u lill-istudenti minn għarfien impost ċentralment b’sillabi li jiffukaw fuq l-għarfien impost, u jagħtihom aktar libertà sabiex jiżviluppaw programmi li jissodisfaw il-qafas tal-għarfien, l-attitudnijiet u r-riżultati mibnija fuq il-ħiliet li huma meqjusa bħala l-livelli edukattivi nazzjonali għall-istudenti kollha f’Malta. Għaldaqstant, l-LOF huwa maħsub sabiex eventwalment iwassal għal aktar awtonomija fil-kurrikulu tal-kulleġġi u l-iskejjel bil-għan li jindirizzaw aħjar il-bżonnijiet tat-tagħlim tal-istudenti tagħhom.

    Numru ta’ dokumenti lokali oħra li ġew ippubblikati f’dawn l-aħħar xhur ukoll kienu ta’ kontribut għall-ħtieġa ta’ approċċ li jiffoka fuq ir-riżultati tat-tagħlim fl-istrutturi edukattivi preżenti. B’mod partikolari, il-Framework for the Education Strategy for Malta 2014-2024 (2014), L-Istrateġija Nazzjonali Tal-Litteriżmu Għal Kulħadd f’Malta u Għawdex 2014-2019 (2014), A Strategic Plan for Early School Leaving in Malta 2014 (2014), Education for All: Special Needs and Inclusive Education in Malta (2014), Malta National Lifelong Learning Strategy 2020 (2015) u r-Respect for All Framework (2014) kollha jiffokaw fuq il-ħtieġa li jiġu offruti opportunitajiet indaqs lill-istudenti kollha sabiex jiksbu riżultati edukattivi ma’ tmiem l-edukazzjoni tagħhom u li jippermettulhom jieħdu sehem f’tagħlim tul il-ħajja, u b’hekk jitnaqqsu l-ħafna każijiet ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-iskola filwaqt li jiġi assigurat li l-istudenti kollha jiksbu l-ħiliet bażiċi fil-litteriżmu, fil-matematika, fix-xjenza u fit-teknoloġija.

    Il-Proġett ESF 1.228 – Design of Learning Outcomes Framework, Associated Learning and Assessment Programmes and Related Training huwa maħsub li jwassal dan l-approċċ tal-Learning Outcomes Framework lill-edukaturi u l-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni obbligatorja. Dan jindirizza l-iżvilupp olistiku tal-istudenti kollha u jiddefendi l-edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd bħala parti mill-istrateġija koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja li għandha l-għan li tassigura

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM6

    li t-tfal kollha jkollhom l-opportunità jiksbu l-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa sabiex ikunu ċittadini attivi tal-futur li jirnexxu fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà irrispettivament mill-istat soċjo-ekonomiku, kulturali, razzjali, etniku, reliġjuż, tal-ġeneru u sesswali.

    L-LOF ser jippermetti flessibiltà fit-tagħlim u fil-programmi tat-tagħlim sabiex jiġu indirizzati bżonnijiet speċifiċi filwaqt li nibnu fuq il-kwalitajiet fil-kuntest ta’ komunitajiet tat-tagħlim f’kulleġġi u skejjel differenti. Dan il-kunċett ta’ flessibiltà qed ikun inkoraġġit matul il-qafas kollu. Filwaqt li wieħed irid jirrikonoxxi l-fatturi li jmorru lil hinn mill-iskola li jaffettwaw ir-riżultati tal-istudenti, bħall-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-LOF ifittex li jtejjeb l-esperjenzi tat-tagħlim tal-istudenti billi jinkoraġġixxi l-kreattività, il-litteriżmu kritiku, l-imprenditorija u l-innovazzjoni f’kull livell. Dawn jippermettu li l-istudenti jilħqu l-potenzjal tagħhom billi jżewġu flimkien dak li jkunu tgħallmu mal-kuntesti personali tagħhom. B’riżultat ta’ hekk, l-istudenti jitgħallmu jiżviluppaw attitudni pożittiva u apprezzament akbar lejn it-tagħlim.

    Il-bidla minn kurrikulu bbażat fuq kontenut preskrittiv għal approċċ li jiffoka fuq ir-riżultati tat-tagħlim ser tħalli effett fuq il-programmi kollha fl-iskejjel u fuq l-eżamijiet barranin u l-assessjar mat-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja f’Malta.

    L-LOF ġie ddisinjat ukoll sabiex jilħaq l-erba’ għanijiet edukattivi msemmija fl-Education Strategy for Malta 2014 – 2024 (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2014), fosthom li:

    • jitnaqqsu d-differenzi fir-riżultati edukattivi bejn is-subien u l-bniet u bejn studenti li jattendu skejjel differenti, jitnaqqas in-numru ta’ studenti li jmorru ħażin, jiżdied il-livell fil-litteriżmu, fil-matematika u fix-xjenza u t-teknoloġija, u jogħla l-livell tal-istudenti;

    • jingħata s-sapport għal riżultati aħjar lil tfal f’riskju ta’ faqar jew li ġejjin minn familji bi dħul baxx u jitnaqqsu r-rati ta’ studenti li jieqfu kmieni mill-iskola;

    • tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja u t-tagħlim għall-adulti;

    • tiżdied ir-rata ta’ studenti li jkomplu jistudjaw u jiżdied il-livell tar-riżultati f’edukazzjoni u taħriġ ogħla, vokazzjonali u terzjarju.

    Il-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar (LAPs) li ġew żviluppati għal kull suġġett ser jassiguraw li ċ-ċentru jkun l-istudent. Għaldaqstant, l-attivitajiet ta’ tagħlim ser ikunu mfassla sabiex jistimolaw il-kreattività u l-immaġinazzjoni; jgħinu lill-istudenti jagħmlu l-ġudizzji tagħhom meta jeditjaw/jikkoreġu x-xogħol tagħhom; jiżviluppaw il-ħiliet investigattivi u kostruttivi tal-istudenti billi tintuża midja differenti u jiġu inkoraġġuti ħiliet riċettivi (is-smigħ u l-qari) li jwasslu għal ħiliet produttivi (it-taħdit u l-kitba). L-LAPs huma maħsuba wkoll sabiex tinħoloq atmosfera fejn l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet personali tagħhom sabiex isolvu l-problemi u l-abiltà tagħhom biex jaħsbu u jirraġunaw b’mod loġiku; jirriflettu fuq ir-riżultati u l-konsegwenzi filwaqt li jesploraw alternattivi possibbli, u japplikaw kuntesti interessanti u realistiċi li jagħmlu sens għalihom.

    Bl-użu tal-LAPs, l-għalliema ser ikunu mħeġġa joħolqu sitwazzjonijiet u riżorsi li jkunu interessanti b’mod intrinsiku, li jinkludu fihom il-kultura, u li joffru sfida konjittiva filwaqt li jippermettu lill-istudenti jsiru ħaġa waħda mal-informazzjoni varja li jkunu kisbu.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 7

    IL-PROGRAMM TA’ TAGĦLIM U ASSESSJAR GĦALL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

    Dan id-dokument, li hu maħsub għal min jieħu d-deċiżjonijiet, l-edukaturi u l-għalliema fil-klassi, jippreżenta l-Programm ta’ Tagħlim u Assessjar (LAP) għall-Malti bħala Lingwa Barranija.

    L-LAP jinkludi:

    • Il-Learning Outcomes Framework(LOF) – dan jinkludi sett ta’ subject learning outcomes (SLOs) li jispjega x’għandu jkun jaf, jifhem jew ikun kapaċi jagħmel l-istudent, bħala riżultat tal-proċess tat-tagħlim. Dawn ir-riżultati tat-tagħlim huma ddisinjati biex jintużaw f’numri varji ta’ kuntesti ta’ tagħlim u mgħallma permezz ta’ metodi differenti. Dawn jistabbilixxu r-riżultat aħħari aktar milli jiddeskrivu l-proċess ta’ tagħlim jew l-attivitajiet ta’ tagħlim.

    • Notifuqil-Pedagoġijaul-Assessjar – ir-riżultati tat-tagħlim huma miktuba b’tali mod li jwasslu informazzjoni fuq il-pedagoġija u, flimkien mal-istrateġiji tal-assessjar marbuta ma’ kull riżultat, jissettjaw idea ċara tal-assessjar. Dan id-dokument jelenka modi ta’ tagħlim prattiku kif ukoll linji gwida għall-assessjar li jistgħu jintużaw mill-edukaturi filwaqt li jiġu addattati mill-edukaturi nfushom sabiex jilħqu l-bżonnijiet tal-istudenti tagħhom.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM8

    Il-Kontributuri

    Nixtiequ nirringrazzjaw lill-esperti msemmija hawn taħt li taw il-kontribut tagħhom fl-iżvilupp tal-Learning Outcome Framework u d-Dokument fuq il-Padegoġija u l-Assessjar għall-Malti bħala Lingwa Barranija.

    L-Espertitas-Suġġett:

    AQUILINA AnabelMICALLEF MaricaMICALLEF CANN SharonSCHEMBRI Joseph

    Dan id-dokument sar b’kollaborazzjoni bejn Outlook Coop Learning Outcomes Framework Joint Venture li tinkludi lil Outlook Coop bħala s-sħab ewlieni, East Coast Education Ltd, u l- University College London Institute of Education, flimkien mad-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni (DQSE). Is-Sur Barry Smith (Direttur Tekniku tal-Joint Venture), is-Sur Godfrey Kenely (id-Direttur tal-Kuntratti tal-Joint Venture), Dr Michelle Attard Tonna (Kap tal-Proġett) u s-Sur Gaetano Bugeja (Project Leader) mexxew lill-esperti tal-proġett.

  • IL-MALTI BĦALA LINGWA BARRANIJA

    Il-kisbiet mit-tagħlim tas-suġġett

    LIVELL 5 6 7 8 9 10

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM10

    Il-Kisbiet mit-Tagħlim tas-Suġġett (SLOs) għall-Malti bħala Lingwa Barranija jinkludu minn Livell 5 sa Livell 10.

    Fi ħdan il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOF), f’Livell 10 huwa meqjus bħala l-livell għall-istudenti ‘tajbin ħafna u b’talent’. Il-kisbiet mit-tagħlim fi ħdan dan il-livell huma l-ogħla tal-ispettru kollu u jwasslu lill-istudenti għal aktar tagħlim.

    Il-kunċett bażiku huwa aħjar, aktar milli aktar. F’Livell 10, l-istudenti juru fehim aktar profond u applikazzjoni usa’ tal-kontenut fil-Livell 9 li jimmarka t-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja. Il-kisbiet mit-tagħlim tal-Livell 10 jiffokaw fuq tliet fatturi ewlenin:• żieda fil-livell ta’ fehim sofistikat tal-kontenut ta’ Livell 9• aktar awtonomija ta’ tagħlim fl-iżvilupp tal-fehim u l-ħiliet • żieda fl-applikazzjoni u s-soluzzjoni ta’ problemi.

    Wieħed ta’ min jinnota li kull Livell ta’ Kisbiet mit-Tagħlim jista’ jkompli jiġi estiż, u s-suġġerimenti għal dawn ser inkunu inklużi fil-parti tal-Pedagoġija u l-Assessjar f’dan id-dokument.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 11

    LIVELL 5L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba1. Kapaċi nikteb noti sempliċi lill-ħbieb, eż. sms jew ittra qasira.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR2. Kapaċi niddeskrivi fejn noqgħod. 3. Kapaċi nimla applikazzjonijiet u formoli oħra b’dettalji personali.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI4. Kapaċi nikteb frażijiet u sentenzi sempliċi li mhumiex f’kuntest.

    IL-KITBA5. Kapaċi nikteb kartolini sempliċi u qosra.

    IL-KITBA6. Kapaċi nikteb ittri u messaġġi qosra bl-użu tad-dizzjunarju.

    IL-KITBA

    L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari1. Kapaċi nifhem l-idea ġenerika ta’ siltiet sempliċi ta’ informazzjoni u deskrizzjonijiet qosra u sempliċi, speċjalment

    dawk li fihom stampi bħala għajnuna, eż. kartellun, kartolina, skeda fuq gazzetta.2. Kapaċi nifhem testi qosra u sempliċi billi norbot flimkien ismijiet familjari, kliem u frażijiet bażiċi meta naqra

    t-test aktar minn darba.3. Kapaċi nsegwi struzzjonijiet qosra, sempliċi u miktubin, speċjalment dawk li fihom stampi bħala għajnuna.4. Kapaċi nagħraf ismijiet familjari, kliem u frażijiet sempliċi fuq avviżi sempliċi, użati f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum.5. Kapaċi nifhem messaġġi qosra u sempliċi, bħal pereżempju messaġġi fuq kartolini.

    L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ1. Kapaċi nifhem espressjonijiet ta’ kuljum li jittrattaw eżiġenzi sempliċi u konkreti f’taħdita ċara, bil-mod u

    ripetittiva, eż. espressjonijiet komuni bħal ngħidu aħna: bonġu, saħħa, grazzi, m’hemmx imniex, għandi pjaċir u l-lejl it-tajjeb.

    IT-TAGĦLIM SOĊJALI2. Kapaċi nsegwi taħdita li hija bil-mod, artikolata b’mod ċar, b’pawsi twal sabiex inkun kapaċi nifhem.

    IT-TAGĦLIM SOĊJALI3. Kapaċi nifhem mistoqsijiet u istruzzjonijiet u nsegwi direzzjonijiet sempliċi u qosra.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR4. Kapaċi nifhem in-numri, il- prezzijiet u l-ħinijiet.

    L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit1. Kapaċi nieħu sehem f’konverżazzjoni sempliċi sakemm il-persuna l-oħra titkellem bil-mod u tirrepeti, biex

    nifhem aħjar.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA2. Kapaċi nistaqsi u nwieġeb mistoqsijiet sempliċi dwar suġġetti ta’ kuljum.3. Kapaċi nuża frażijiet u sentenzi sempliċi biex niddeskrivi fejn noqgħod u n-nies li naf.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM12

    LIVELL 6L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba1. Kapaċi nikteb deskrizzjonijiet bażiċi u qosra ta’ avvenimenti u attivitajiet.

    IL-KOMUNIKAZZJONI 2. Kapaċi nikteb ittri sempliċi u personali li jesprimu ringrazzjament u apoloġija.

    PERSONALI3. Kapaċi nikteb noti u messaġġi qosra u sempliċi relatati mal-ħajja ta’ kuljum.

    IL-KITBA4. Kapaċi niddeskrivi bil-kitba pjanijiet u appuntamenti.

    IL-KITBA5. Kapaċi nikteb dwar x’jogħġobni u x’ma jogħġobnix meta niddeskrivi oġġett partikolari.

    NITGĦALLEM KIF6. Kapaċi niddeskrivi bil-kitba l-familja tiegħi, l-ambjent ta’ madwari, l-edukazzjoni u s-sitwazzjoni attwali tiegħi,

    kemm dik personali kif ukoll dik akkademika.

    PERSONALI7. Kapaċi nikteb dwar attivitajiet u esperjenzi personali li kelli fil-passat.

    PERSONALI

    L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari1. Kapaċi nifhem testi qosra u sempliċi li fihom kliem komuni, uħud minnhom internazzjonali.

    IL-KOMUNIKAZZJONI2. Kapaċi nifhem testi qosra u sempliċi miktubin b’Malti standard.

    PRATTIKA3. Kapaċi nifhem testi qosra u sempliċi relatati mal-ambjent ta’ madwari.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR4. Kapaċi nsib informazzjoni speċifika f’kitbiet bħal reklami, fuljetti u skedi ta’ ħinijiet.5. Kapaċi nidentifika formazzjoni speċifika f’kitbiet sempliċi bħal ittri, fuljetti u artikli qosra fil-gazzetti li jiddeskrivu

    avvenimenti.6. Kapaċi nifhem ittri personali li huma qosra u sempliċi.7. Kapaċi nifhem ittri u komunikazzjonijiet oħra ta’ rutina fuq suġġetti ta’ kuljum.8. Kapaċi nifhem struzzjonijiet sempliċi fuq l-użu ta’ tagħmir jew apparat fil-ħajja ta’ kuljum.9. Kapaċi nifhem sinjali u avviżi f’postijiet pubbliċi bħal fit-toroq, ristoranti, fl-iskejjel u l-bqija.

    PRATTIKA

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 13

    L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ1. Kapaċi nifhem dak li qed nisma’ biżżejjed biex nesprimi ruħi fuq is-suġġett mingħajr diffikultà kbira.

    IL-KOMUNIKAZZJONI2. Kapaċi nidentifika s-suġġett ta’ diskussjoni sempliċi li qed tiżvolġi b’mod ċar u bil-mod.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI3. Kapaċi nifhem diskors ċar u b’Malti standard fuq suġġetti ta’ kuljum, għalkemm f’kuntest prattiku jaf ikolli bżonn

    nistaqsi għal aktar għajnuna jew kjarifika.

    IT-TAGĦLIM SOĊJALI 4. Kapaċi nifhem biżżejjed sabiex ninqeda fil-ħajja ta’ kuljum sakemm id-diskors ikun ċar u bil-mod.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR5. Kapaċi nifhem frażijiet u espressjonijiet marbuta mal-bżonnijiet ta’ kuljum.

    IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT6. Kapaċi ninqeda f’ħanut, għand tal-posta u l-bank.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA7. Kapaċi nifhem direzzjonijiet sempliċi li jgħinuni nasal minn post għal ieħor bil-mixi jew bit-trasport pubbliku.8. Kapaċi nifhem informazzjoni essenzjali minn siltiet qosra u rrekordjati li jittrattaw temi kurrenti li huma mwassla

    bil-mod u b’mod ċar.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI9. Kapaċi nidentifika l-punti ewlenin tal-aħbarijiet tat-televixin fuq avvenimenti, inċidenti u oħrajn fejn il-materjal

    viżiv jgħin id-diskors.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI10. Kapaċi nidentifika l-punti ewlenin f’messaġġi u avviżi qosra, ċari u sempliċi.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

    L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit1. Kapaċi nikkomunika f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum li jeħtieġu bdil ta’ informazzjoni fuq suġġetti u attivitajiet ta’

    kuljum.

    IL-KOMUNIKAZZJONI2. Kapaċi nieħu sehem b’mod attiv f’kuntesti soċjali qosra, anke jekk ma nifhimx kollox, imma nifhem biżżejjed biex

    inkompli l-konverżazzjoni.3. Kapaċi nuża frażijiet u sentenzi bil-għan li niddeskrivi l-familja tiegħi u persuni oħra, stil ta’ ħajja, l-edukazzjoni

    tiegħi u s-sitwazzjoni attwali tiegħi, kemm dik personali kif ukoll dik akkademika.

    L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM14

    LIVELL 7L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba1. Jiena kapaċi nikteb rapporti qosra li jwasslu informazzjoni fattwali ta’ rutina u jispjegaw ir-raġunijiet li jwasslu

    għal azzjonijiet meħuda.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI2. Jiena kapaċi nikteb ittri personali qosra li jiddeskrivu esperjenzi u avvenimenti.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA3. Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba dettalji bażiċi ta’ avvenimenti partikolari.

    IL-KITBA4. Jiena kapaċi nikteb u niddeskrivi temi astratti.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA5. Jiena kapaċi nikteb punti bil-għan li nħalli risposta lil xi ħadd, eż. b’referenza għal telefonata.

    IL-KITBA6. Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba l-istorja ta’ ktieb, drama jew film.

    IL-KITBA7. Jiena kapaċi nikteb fil-qosor fuq raġunijiet li jwasslu għal fehmiet partikolari.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

    L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari1. Jiena kapaċi naqra u nifhem testi qosra u sempliċi fuq suġġetti marbuta ma’ oqsma li jinteressawni.

    NITGĦALLEM INKUN JIEN2. Jiena kapaċi naqra u nifhem informazzjoni ġenerika meħtieġa minn materjal użat fil-ħajja ta’ kuljum, pereżempju

    minn avviżi, gazzetti u fuljetti qosra.

    PRATTIKA3. Jiena kapaċi nfittex l-informazzjoni speċifika meħtieġa minn testi qosra biex inkun kapaċi naħdem fuq biċċa

    xogħol.4. Jiena kapaċi nifhem uħud mill-punti ewlenin f’artiklu qasir f’gazzetta dwar suġġett li jien midħla tiegħu.5. Jiena kapaċi nidentifika numru żgħir ta’ konklużjonijiet f’test argumentattiv qasir li huwa miktub b’mod ċar u

    sempliċi, marbut ma’ suġġett li jien midħla tiegħu.

    IL-QARI U L-FEHIM6. Jiena kapaċi nsegwi l-argument bażiku ta’ test.7. Jiena kapaċi nifhem biżżejjed deskrizzjonijiet ta’ avvenimenti f’korrispondenza personali bil-għan li nirrispondi

    b’mod informali.8. Jiena kapaċi nifhem istruzzjonijiet qosra u diretti miktuba b’mod ċar bil-għan li nuża xi tagħmir partikolari.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 15

    L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ1. Jiena kapaċi nasal għal tifsira ta’ kliem mhux familjari mis-sens tal-kuntest.

    IT-TAGĦLIM KONJITTIV2. Jiena kapaċi nsegwi l-punti prinċipali/ewlenin ta’ diskussjoni bażika li qed isseħħ madwari, ladarba d-diskors

    huwa artikolat b’mod ċar, bil-mod u b’Malti standard.3. Jiena kapaċi nsegwi diskors sempliċi u ċar f’konverżazzjoni ta’ kuljum, għalkemm f’sitwazzjonijiet prattiċi u

    realistiċi jkolli nistaqsi għal aktar dettall, kjarifikazzjoni u ripetizzjoni ta’ kliem u frażijiet partikolari.4. Jiena kapaċi nifhem informazzjoni sempliċi, fattwali u diretta dwar suġġetti relatati mal-ħajja ta’ kuljum, billi

    nidentifika messaġġi ġeneriċi, ladarba d-diskors huwa artikolat b’mod ċar u b’Malti standard.

    IT-TAGĦLIM SOĊJALI5. Jiena kapaċi nifhem il-punti ewlenin ta’ diskors sempliċi artikolat b’mod ċar, bil-mod u b’Malti standard fuq temi

    li jien midħla tagħhom.

    IT-TAGĦLIM SOĊJALI6. Jiena kapaċi nsegwi lezzjoni jew taħdita marbuta mal-interessi tiegħi, ladarba jiena midħla tas-suġġett li qed jiġi

    ppreżentat bil-mod, b’mod ċar u dirett.7. Jiena kapaċi nifhem numru ta’ kliem marbut ma’ reġistri tekniċi.

    PRATTIKA8. Jiena kapaċi nifhem il-kontenut relattivament qasir ta’ materjal awdjoviżiv, irrekordjat u mxandar fuq suġġetti

    sempliċi u li jiena midħla tagħhom, b’diskors artikolat bil-mod u ċar.

    9. Jiena kapaċi nsegwi siltiet qosra minn drama u films bil-Malti fejn l-istorja hija megħjuna b’ħafna viżwal u azzjoni, u fejn il-lingwaġġ huwa bil-mod u ċar.

    10. Jiena kapaċi nidentifika l-punti ewlenin f’siltiet minn xandiriet qosra fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom fejn il-lingwaġġ huwa bil-mod u ċar.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

    L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit1. Jien kapaċi nitħaddet fuq suġġetti partikolari b’mod sempliċi u fil-qosor meta qiegħed fil-pajjiż tal-lingwa

    mitkellma.

    IL-KOMUNIKAZZJONI2. Jien kapaċi nkompli nitħaddet f’konverżazzjoni spontanja sempliċi u fil-qosor fuq temi li jien midħla tagħhom, eż.

    dawk ta’ interess personali jew dawk marbutin mal-ħajja ta’ kuljum, bħall-familja, il-ħin liberu, l-iskola, l-ivvjaġġar u ġrajjiet kurrenti.

    3. Jien kapaċi nitħaddet billi ngħaqqad frażijiet b’mod sempliċi bil-għan li niddeskrivi esperjenzi u avvenimenti kemm fuq livell ġeneriku kif ukoll fuq livell personali.

    4. Jien kapaċi nagħti raġunijiet fil-qosor u spjegazzjonijiet għall-fehmiet personali permezz tat-taħdit.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA5. Jien kapaċi nirrakkonta storja jew il-plott ta’ ktieb/film.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM16

    LIVELL 8L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba1. Jiena kapaċi nikteb rapporti li jwasslu informazzjoni fattwali u jispjegaw ir-raġunijiet li jwasslu għal azzjonijiet.

    IL-KITBA2. Jiena kapaċi nikteb ittri personali li jiddeskrivu esperjenzi, emozzjonijiet u avvenimenti fid-dettall.

    PERSONALI3. Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba dettalji bażiċi ta’ avvenimenti mhux mistennija, pereżempju inċident.

    L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI4. Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba xewqat u ambizzjonijiet.

    L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSI5. Jiena kapaċi nikteb messaġġi qosra bil-għan li nħalli risposta lil xi ħadd, pereżempju b’referenza għal telefonata.

    IL-KITBA6. Jiena kapaċi niddeskrivi bil-kitba l-istorja ta’ ktieb, drama jew film waqt li nesprimi r-reazzjonijiet tiegħi bil-kitba.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA7. Jiena kapaċi nikteb fil-qosor fuq raġunijiet u spjegazzjonijiet li jwasslu għal fehmiet, pjanijiet u azzjonijiet.

    IL-KITBA

    L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari1. Jiena kapaċi naqra u nifhem testi sempliċi fuq suġġetti marbuta ma’ oqsma ta’ interess.

    NITGĦALLEM INKUN JIEN2. Jiena kapaċi naqra, nifhem u nislet informazzjoni ġenerika meħtieġa f’materjal mill-ħajja ta’ kuljum, pereżempju

    minn ittri, fuljetti u dokumenti uffiċjali qosra.3. Jiena kapaċi nfittex l-informazzjoni speċifika meħtieġa f’test relattivament twil jew f’numru ta’ testi qosra biex

    inkun kapaċi ntemm biċċa xogħol. 4. Jiena kapaċi nifhem il-punti ewlenin f’artiklu f’gazzetta dwar suġġett li jien midħla tiegħu.5. Jiena kapaċi nidentifika l-konklużjonijiet f’testi argumentattivi li huma miktubin b’mod ċar.6. Jiena kapaċi nsegwi l-argument ta’ test.7. Jiena kapaċi nifhem biżżejjed deskrizzjonijiet ta’ avvenimenti, emozzjonijiet u xewqat f’korrispondenza personali

    bil-għan li nirrispondi b’mod informali.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR8. Jiena kapaċi nifhem istruzzjonijiet miktuba b’mod ċar u dirett bil-għan li nuża xi tagħmir partikolari.

    L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ1. Jiena kapaċi nasal għal tifsira ta’ kliem mhux familjari mis-sens tal-kuntest, u nifhem it-tifsira tas-sentenza

    ladarba s-suġġett diskuss huwa familjari.2. Jiena kapaċi nsegwi l-punti prinċipali/ewlenin ta’ diskussjoni twila li qed isseħħ madwari, ladarba d-diskors huwa

    artikolat b’mod ċar u b’Malti standard.

    PRATTIKA3. Jiena kapaċi nsegwi diskors ċar f’konverżazzjoni ta’ kuljum, għalkemm f’sitwazzjonijiet prattiċi u realistiċi jkolli

    nistaqsi għal ripetizzjoni ta’ kliem u frażijiet partikolari.4. Jiena kapaċi nifhem informazzjoni fattwali u diretta dwar suġġetti relatati mal-ħajja ta’ kuljum, billi nidentifika

    kemm messaġġi ġeneriċi u dettaljati, ladarba d-diskors huwa artikolat b’mod ċar u b’Malti standard.

    PRATTIKA5. Jiena kapaċi nifhem il-punti ewlenin ta’ diskors artikolat b’mod ċar u b’Malti standard fuq temi midħla tagħhom.6. Jiena kapaċi nsegwi lezzjoni jew taħdita marbuta mal-interessi u l-qasam edukattiv tiegħi, ladarba jiena midħla

    tas-suġġett li qed jiġi ppreżentat b’mod dirett u ċar.

    NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 17

    7. Jiena kapaċi nifhem kliem u frażijiet minn reġistri tekniċi.

    PRATTIKA8. Jiena kapaċi nifhem il-kontenut ta’ materjal awdjoviżiv irrekordjat u mxandar fuq suġġetti midħla tagħhom

    b’diskors artikolat bil-mod u ċar.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI9. Jiena kapaċi nsegwi drama u films bil-Malti fejn l-istorja hija megħjuna b’ħafna viżwal u azzjoni, u fejn il-lingwa

    hija relattivament bil-mod u ċara.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI10. Jiena kapaċi nidentifika l-punti ewlenin f’xandiriet fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom u oħrajn li huma ta’

    interess personali, ladarba l-lingwa hija relattivament bil-mod u ċara.

    NITGĦALLEM BIEX INSIR NAF

    L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit1. Jien kapaċi nitħaddet fuq suġġetti rikorrenti meta qiegħed fil-pajjiż tal-lingwa mitkellma.2. Jien kapaċi nkompli nitħaddet f’konverżazzjoni spontanja fuq temi li jien midħla tagħhom, eż. dawk ta’ interess

    personali jew dawk marbutin mal-ħajja ta’ kuljum, bħall-familja, il-ħin liberu, l-iskola, l-ivvjaġġar u ġrajjiet kurrenti.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA3. Jien kapaċi nitħaddet billi ngħaqqad frażijiet bil-għan li niddeskrivi esperjenzi u avvenimenti, l-għanijiet personali

    u l-ambizzjonijiet tiegħi.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI4. Jien kapaċi nagħti raġunijiet fil-qosor u spjegazzjonijiet għall-fehmiet u l-pjanijiet personali permezz tat-taħdit.5. Jien kapaċi nirrakkonta storja jew il-plott ta’ ktieb/film filwaqt li niddeskrivi r-reazzjonijiet tiegħi fuqhom.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM18

    LIVELL 9L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba1. Jien kapaċi nevalwa ideat differenti u soluzzjonijiet għall-problema li jwasslu għall-kitba.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR2. Jien kapaċi nikteb sinteżi ta’ informazzjoni u argumenti minn għadd ta’ testi varji.

    IL-QARI U L-FEHIM3. Jien kapaċi nikteb u noħloq sensiela ta’ argumenti raġunati u li jagħmlu sens.

    IL-KOMUNIKAZZJONI4. Jien kapaċi nikteb u nistaqsi fuq kawżi, konsegwenzi u sitwazzjonijiet ipotetiċi.

    IT-TAGĦLIM KONJITTIV

    L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari1. Jien kapaċi naqra korrispondenza marbuta mal-oqsma li jien midħla tagħhom u nifhem faċilment l-argument

    ewlieni.

    PRATTIKA2. Jien kapaċi naqra u nifhem artikli speċjalizzati li jmorru lil hinn minn dak li jien midħla tiegħu, ladarba kapaċi

    nuża d-dizzjunarju biex nikkjarifika xi terminoloġija.

    IL-KOMUNIKAZZJONI3. Jien kapaċi naqra u nifhem testi varji b’mod faċli, b’ritmi u metodi differenti skont l-għan u l-ġeneru tat-test

    miktub.4. Jien għandi firxa wiesgħa ta’ vokabularju iżda xi kultant insib diffikultà b’xi kliem u/jew frażijiet li ma tantx

    jintużaw.5. Jien kapaċi nidentifika malajr il-kontenut u r-relevanza ta’ punti t’aħbarijiet, artikli u rapporti fuq firxa wiesgħa ta’

    suġġetti professjonali u niddeċiedi jekk għandix nidħol aktar fid-dettall tas-suġġett.6. Jien kapaċi nifhem artikli u rapporti dwar problemi kontemporanji li fihom il-kittieb juża opinjonijiet partikolari.

    L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ1. Jien kapaċi nifhem fid-dettall diskors li huwa indirizzat direttament lejja b’Malti standard, anke meta jkun hemm

    interferenzi ta’ ħsejjes fl-isfond.2. Jien kapaċi nifhem diskors mitħaddet bil-Malti standard kemm f’kuntest immedjat (live) jew fuq il-mezzi

    tax-xandir, kemm fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom kif ukoll dawk li mhumiex relatati mal-ħajja personali, akkademika u/jew vokazzjonali. Ikolli diffikultajiet biex nifhem meta hemm ħsejjes qawwijin fl-isfond, l-istruttura tat-taħdit mhix kontinwa u b’ħafna espressjonijiet idjomatiċi.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA3. Jiena kapaċi nifhem l-ideat ewlenin ta’ diskors kumpless fuq temi konkreti u astratti b’Malti standard, inklużi

    diskussjonijiet tekniċi fuq il-qasam vokazzjonali u/jew akkademiku li jinteressani.

    PRATTIKA4. Jien kapaċi nsegwi diskors fit-tul u argumenti kumplessi, ladarba jien familjari mas-suġġett u l-għan tat-taħdita

    huwa ċar u dirett.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 19

    5. Jien kapaċi nsegwi l-punti ewlenin f’lezzjonijiet, taħditiet u rapporti kif ukoll forom oħra ta’ preżentazzjonijiet li jinkludu ideat u lingwaġġ kumpless.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA6. Jien kapaċi nifhem u nsegwi avviżi u messaġġi fuq suġġetti konkreti u astratti, b’Malti standard u b’ritmu kalm.7. Jien kapaċi nifhem u nsegwi dokumentarji fuq ir-radju u materjal ieħor irrekordjat u mxandar fuq ir-radju b’Malti

    standard, filwaqt li kapaċi nidentifika t-ton u l-burdata tal-kelliem.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI8. Jien kapaċi nifhem u nsegwi l-maġġoranza tal-aħbarijiet fuq it-televixin u programmi ta’ ġrajjiet kurrenti bħal:

    dokumentarji, intervisti live, programmi ta’ diskussjoni, reċti u drama b’Malti standard.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI9. Jien kapaċi nifhem lekċer jew taħdita fuq suġġetti li jiena midħla tagħhom, ladarba l-preżentazzjoni hija waħda

    ċara.

    L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit1. Jien kapaċi ninteraġixxi b’livell profiċjenti u spontanju ma’ kelliema nattivi.

    IL-KOMUNIKAZZJONI2. Jien kapaċi nieħu sehem b’mod attiv f’diskussjonijiet dwar kuntesti li jiena midħla tagħhom waqt li nsaħħaħ

    l-opinjonijiet u l-argumenti tiegħi.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA3. Jien kapaċi nagħti deskrizzjonijiet ċari u dettaljati fuq numru ta’ suġġetti varji li jien midħla tagħhom.4. Jien kapaċi nispjega l-fehma tiegħi fuq suġġett jaħraq billi nagħti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu.

    IS-SMIGĦ U T-TAĦDIT

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM20

    LIVELL 10L-Aspett tas-Suġġett: Il-Kitba1. Jien kapaċi nikteb aktar fit-tul filwaqt li nsaħħaħ opinjonijiet billi nżid punti sekondarji, raġunijiet u eżempji

    relevanti.

    L-UŻU TAL-MIDJA DIĠITALI2. Jien kapaċi niżviluppa bil-kitba argument b’mod sistematiku fejn nenfasizza punti importanti filwaqt li

    nippreżenta dettalji relevanti addizzjonali.

    IR-REQQA3. Jien kapaċi nikteb deskrizzjonijiet ta’ suġġetti kumplessi fid-dettall u b’mod ċar.

    IL-KITBA4. Jien kapaċi nikteb b’mod indipendenti u mingħajr il-bżonn kontinwu li nikkonsulta dizzjunarju.

    IL-KITBA

    L-Aspett tas-Suġġett: Il-Qari1. Jien kapaċi naqra u nifhem kull tip ta’ korrispondenza, xi kultant bl-użu ta’ dizzjunarju tajjeb u aġġornat.

    PRATTIKA2. Jien kapaċi nifhem fid-dettall istruzzjonijiet twal u kumplessi dwar tagħmir ġdid jew proċeduri li jmorru lil hinn

    mis-suġġetti li jien midħla tagħhom, ladarba kapaċi naqra mill-ġdid il-partijiet diffiċli.

    NTERPERSONALI

    L-Aspett tas-Suġġett: Is-Smigħ1. Jien kapaċi nsegwi konverżazzjoni mqanqla bejn kelliema nattivi, eż. dibattitu, membru f’udjenza.

    NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR2. Jien kapaċi nifhem biżżejjed biex insegwi taħdita fit-tul dwar suġġetti astratti u kumplessi lil hinn minn dak li jien

    midħla tiegħu, għalkemm xi kultant jaf ikolli bżonn nikkonferma xi dettalji, speċjalment jekk l-aċċent ma jkunx familjari.

    3. Jien kapaċi nagħraf firxa wiesgħa ta’ espressjonijiet informali u idjomatiċi u nagħraf bidliet fl-istil.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA4. Jien kapaċi nsegwi diskors fit-tul, anke meta mhux strutturat b’mod ċar u meta r-relazzjonijiet bejn l-ideat huma

    implikati u mhux espliċiti.5. Jien kapaċi nsegwi lezzjonijiet, diskussjonijiet u dibattiti b’mod relattivament faċli.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 21

    6. Jien kapaċi nislet informazzjoni speċifika minn xandiriet ta’ kwalità inferjuri kemm bħala informazzjoni/kontenut kif ukoll bħala xandira.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI7. Jiena kapaċi nifhem informazzjoni kumplessa u teknika, eż. struzzjonijiet dwar kif inħaddem tagħmir u dettalji

    dwar prodotti u servizzi li jiena midħla tagħhom.

    PRATTIKA8. Jien kapaċi nifhem materjal awdjo rrekordjat li jinkludi xi kliem ta’ Malti djalettali filwaqt li nidentifika dettalji

    fini, inklużi l-attitudnijiet u r-relazzjonijiet impliċiti bejn il-kelliema.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI9. Jien kapaċi nsegwi films li għandhom ammont konsiderevoli ta’ lingwaġġ djalettali u idjomatiku.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA

    L-Aspett tas-Suġġett: It-Taħdit1. Jien kapaċi nesprimi ruħi b’mod fluwenti u spontanju mingħajr il-ħtieġa li noqgħod naħseb x’espressjonijiet se

    nuża.2. Jien kapaċi nuża l-lingwa b’mod flessibbli u effettiv għal skopijiet soċjali u professjonali.

    IL-LINGWA ESPRESSIVA3. Jien kapaċi nistruttura ideat u opinjonijiet bi preċiżjoni u ngħaddihom lill-oħrajn b’mod ċar.

    L-IMMANIĠĠJAR TAL-INFORMAZZJONI4. Jien kapaċi nippreżenta deskrizzjonijiet dettaljati ta’ suġġetti kumplessi, billi nintegra temi sekondarji u niżviluppa

    punti partikolari filwaqt li nagħlaq b’konklużjonijiet xierqa.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM22

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 23

    Il-Pedagoġija

    A. IL-PEDAGOĠIJA U PRATTIKI GĦAT-TAGĦLIM

    L-edukaturi għandhom iżommu ruħhom aġġornati mal-istrateġiji pedagoġiċi u l-kunċetti l-aktar riċenti sabiex ikunu jistgħu jifhmu aħjar u jirrispondu għall-bżonnijiet tal-istudenti. L-istrateġija Ewropea Education and Training 2020 tpoġġi enfasi partikolari fuq ir-rwol tal-għalliema fil-ħajja tal-istudenti tagħhom. L-għalliema għandhom rwol kruċjali fil-gwida tal-istudenti sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom filwaqt li jifformulawlhom il-perċezzjonijiet tagħhom (European Commission, 2015).

    Kif imsemmi fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012), il-programmi tat-tagħlim u l-istandards tal-assessjar u l-eżamijiet għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati tat-tagħlim tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u għaldaqstant il-Learning Outcomes Framework.

    Bl-użu tar-riżultati tat-tagħlim li jiddeskrivu x’inhu mistenni, l-interessi tal-istudent u stakeholders oħra qed jiġu indirizzati permezz ta’ metodu li jiffoka fuq l-istudent (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012). Billi r-riżultati tat-tagħlim huma frażijiet li jindikaw x’għandu jkun kiseb l-istudent bħala riżultat tal-proċess tat-tagħlim fuq perjodu ta’ żmien, l-edukaturi li huma involuti fit-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija għandhom jistaqsu dawn il-mistoqsijiet:• L-istudenti qed juru li huma profiċjenti fil-Malti bħala lingwa barranija?• L-istudenti qed jużaw il-Malti bħala lingwa barranija f’varjetà ta’ sitwazzjonijiet mill-ħajja reali u f’xogħlijiet

    awtentiċi?

    Ħarsaġeneralilejnis-suġġettQabelxejn il-Malti bħala lingwa barranija huwa mezz ta’ komunikazzjoni u, għaldaqstant, l-istudenti jeħtieġu jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa meħtieġa biex jikkomunikaw ma’ ħaddieħor bil-Malti. Il-ħiliet lingwistiċi tal-Malti huma meħtieġa sabiex wieħed jikkomunika bil-Malti u għandhom jiġu żviluppati b’mod integrat, filwaqt li jirriflettu l-użu tagħhom f’sitwazzjonijiet mill-ħajja ta’ kuljum. Sabiex jgħinu f’dan il-proċess, fejn hu possibbli, l-għalliema u l-istudenti għandhom jużaw il-lingwa Maltija waqt l-interazzjoni fil-klassi. Il-klassi għandha ssir il-post fejn jiġi mitkellem il-Malti.

    L-istudenti għandhom jiżviluppaw il-ħiliet tat-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba sabiex ikunu jistgħu jifhmu u jikkomunikaw ma’ ħaddieħor f’sitwazzjonijiet u kuntesti reali. L-istudenti għandhom jiżviluppaw fehim tal-istruttura tal-lingwa Maltija u jkunu kapaċi jorbtuh mal-istruttura tal-lingwi li diġà jafu, u għaldaqstant joħolqu lingwa ġdida. L-edukaturi għandhom ifittxu li jużaw bl-aħjar mod riżorsi rilevanti, ta’ kwalità għolja u li joffru sfida, li jeżistu f’firxa wiesgħa ta’ temi, u fejn hu possibbli, jipprovaw jintroduċu s-CCTs permezz ta’ għażla bil-għaqal ta’ riżorsi. L-istrateġiji tat-tagħlim għandhom jinkludu proporzjon għoli ta’ opportunitajiet fejn l-istudenti jieħdu sehem attiv fit-tagħlim tagħhom kif ukoll f’episodji ta’ tagħlim dirett.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM24

    L-ippjanar tal-lezzjonijiet għandu jinkludi l-użu xieraq tal-ICT sabiex jissaħħaħ it-tagħlim. L-użu tal-ICT għandu jkun imsaħħaħ bit-tagħlim u r-riflessjoni ta’ xi tfisser li tiżviluppa l-kompetenzi marbuta mal-Litteriżmu Diġitali.

    It-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija jgħin ukoll biex titqajjem kuxjenza fuq il-kultura Maltija filwaqt li jgħin fl-introduzzjoni ta’ perċezzjonijiet kulturali differenti u twemmin fuq prattiċi differenti. Dan jippermetti lill-istudenti japprezzaw il-viżjonijiet tal-oħrajn filwaqt li jifhmu kif il-viżjonijiet tagħhom jaħdmu fi ħdan kuntest usa’. Is-CCTs ikunu katalisti fejn hemm xebh u differenzi fis-sistemi ta’ ideat u twemmin.

    Il-metodoloġiji ta’ tagħlim li jintużaw għandhom ikunu maħsuba, l-ewwel u qabel kollox, għad-diversità fit-tagħlim, l-interessi, il-ħiliet u l-limitazzjonijiet tal-istudent. Wieħed mill-fatturi ewlenin huwa li jinħoloq ambjent ta’ tagħlim li jwassal lill-istudenti, billi qabelxejn: • jidentifika l-interessi u l-istili ta’ tagħlim tal-istudenti • jipprovdi sapport meta u fejn hu meħtieġ.

    Ir-riċerka fil-psikoloġija konjittiva turi li fil-każ tat-tagħlim ta’ lingwi barranin, l-għarfien ta’ proċeduri (il-modi differenti ta’ kif titgħallem lingwa) huwa importanti daqs l-għarfien dikjarattiv (l-għarfien tal-prinċipji tal-lingwa fiha nnifisha). Huwa għalhekk li huwa rrakkomandat li l-edukaturi jiddedikaw ftit mill-ħin tagħhom għat-tagħlim tal-istrateġiji tat-tagħlim li jagħtu s-setgħa lill-istudenti jipprogressaw sabiex isiru awtonomi.

    Fil-Malti bħala Lingwa Barranija (MFL), l-erba’ ħiliet bażiċi (il-qari, il-kitba, is-smigħ u t-taħdit) qed jiġu integrati permezz ta’ numru ta’ Temi Krosskurrikulari li huma komuni għas-suġġetti kollha. Barra minn hekk, it-temi magħżula huma rilevanti għall-ħajja ta’ kuljum tal-istudenti u ġew addattati mill-Qafas Komuni Ewropew b’Referenza għal-Lingwi: it-Tagħlim u l-Assessjar (CEFR) (il-Kunsill tal-Ewropa, 2001). It-temi qed jiġu proposti bil-għan li jgħinu lill-edukaturi jippreżentaw il-kontenut tas-suġġett b’mod tematiku. Dawn it-temi għandhom jipprovdu lill-istudenti b’opportunitajiet varji sabiex isiru konxji tal-komponenti soċjokulturali, aspett li mhux ser jgħin biss lill-istudenti fit-tagħlim tal-lingwa iżda wkoll biex jifhmu aħjar is-soċjetà u l-pajjiż li qed jgħixu fih.

    It-temipropostigħat-tagħlim:• Jien min jien?• Il-ħajja ta’ kuljum• Id-divertiment u l-ħin liberu• L-interessi tiegħi u l-passatempi• It-televiżjoni u r-radju• Il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali, l-internet u l-gazzetti• L-isport• Iċ-ċinema, it-teatru, il-letteratura u l-bqija • L-esibizzjonijiet, il-mużewijiet u l-bqija • L-ivjaġġar• Ir-relazzjonijiet umani• Is-saħħa u l-iġjene personali • L-edukazzjoni • Ix-xiri• L-ikel u x-xorb• Ix-xogħlijiet u l-industrija li toffri servizz• Il-postijiet• It-temp

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 25

    X’għandujsirux’m’għanduxisirf’danis-suġġettX’għandujsir:• Għandu jkun hemm gwida ċara fuq min jista’ jagħżel biex jistudja dan is-suġġett. L-istudenti li jagħżlu dan

    is-suġġett ma jridux ikunu ġew esposti diġà għat-tagħlim tal-lingwa Maltija. • Il-Malti bħala Lingwa Barranija għandu jkun suġġett uffiċjali rikonoxxut fl-iskejjel kollha ta’ Malta u

    Għawdex. • L-għażla tal-għalliema li ser jgħallmu l-Malti bħala Lingwa Barranija għandha ssir b’mod metikoluż u

    għandhom jiġu magħżula fuq bażi tat-taħriġ u l-esperjenza tagħhom fit-tagħlim tal-lingwa Maltija. • Il-metodu ta’ tagħlim għandu jkun wieħed li jiffoka b’mod speċjali fuq l-Approċċ Komunikattiv fejn il-

    kuntesti ppreżentati jkunu mill-aktar realistiċi u soċjalment kuntestwalizzati.• Il-metodi ta’ assessjar summattiv li jintużaw għandhom jiġu rikonoxxuti kemm fuq livell lokalli kif ukoll

    internazzjonali (B1, B2) sabiex jekk l-istudenti jmorru f’pajjiżi barranin ir-riżultati tagħhom jiġu rikonoxxuti. • Għandhom jintużaw riżorsi addattati li huma kuntestwalizzati, moderni, interattivi, attraenti u dinamiċi

    sabiex il-Malti bħala Lingwa Barranija jiġi ppreżentat bħala lingwa ħajja u sabiħa li tħeġġeġ lill-istudenti jieħdu gost jitgħallmuha.

    • Għandu jiġi allokat numru adegwat ta’ sigħat fil-ġimgħa għat-tagħlim ta’ dan is-suġġett sabiex ikun jista’ jiġi mgħallem b’mod adegwat filwaqt li jintlaħqu l-ħiliet ippjanati.

    • Għandha ssir distinzjoni espliċita bejn il-Malti bħala lingwa nattiva/omm bħala suġġett għall-eżami (assessjar summattiv) u l-Malti bħala Lingwa Barranija.

    • Il-metodu ta’ assessjar għandu jkun magħmul kemm minn dak formattiv (mifrux matul is-sena skont kif stabbilit fil-kriterji) u dak summattiv permezz ta’ eżamijiet fit-tmiem ta’ kull term jew mat-tmiem tas-sena fl-erba’ ħiliet permezz ta’ numri ta’ metodi differenti ta’ assessjar. Huwa ssuġġerit li mat-tmiem taċ-ċiklu tal-iskola Sekondarja, l-istudenti jiġu assessjati fuq l-aspett soċjokulturali permezz ta’ proġett.

    • Peress li jista’ jagħti l-każ li l-istudenti li ser ikunu qed jistudjaw dan is-suġġett ikunu kelliema nattivi ta’ lingwi li jkollhom ittri tal-alfabett kompletament differenti minn dak Malti u jista’ jagħti l-każ li jkunu ġejjin minn kulturi u livelli ta’ litteriżmu differenti, huwa rrakkomandat li ma jkunx hemm aktar minn għaxar studenti fil-klassi tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Dan ser jippermetti lill-għalliema ħin biżżejjed sabiex jagħtu attenzjoni individwali lill-istudenti sabiex l-istudenti kollha fil-klassi jilħqu livell ta’ profiċjenza fl-erba’ ħiliet.

    • Ladarba jintlaħaq il-livell ta’ profiċjenza ta’ B1, l-istudenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu jekk jixtiqux li jkomplu jistudjaw il-Malti bħala Lingwa Barranija jew jaqilbu għall-kors tal-Malti bħala l-ilsien nattiv/il-lingwa omm.

    Jekk il-komponent grammatikali jitħalla barra mit-tagħlim ta’ lingwa, ikun impossibbli li wieħed jikseb livell ta’ profiċjenza fil-lingwa. Il-grammatika għandha tiġi mgħallma bl-aktar mod naturali u għaldaqstant għandha tkun integrata mat-temi ppreżentati matul is-sena. Appendiċi 1 toffri gwida fuq in-notazzjonijiet grammatikali li qed jiġu ssuġġeriti għal kull livell.

    Huwa ssuġġerit li n-numru ta’ studenti fil-klassi tal-Malti bħala Lingwa Barranija ma jkunx aktar minn għaxar studenti. Dan jippermetti lill-għalliema jagħtu aktar attenzjoni individwali lill-istudenti filwaqt li jallokaw ħin biex jgħallmu l-lingwa permezz ta’ metodi prattiċi li jippermettu lill-istudenti jipprattikaw il-lingwa.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM26

    X’m’għanduxisir:• Dan is-suġġett m’għandux jitqiegħed f’kunflitt mal-klassi tal-Malti bħala l-ilsien nattiv/il-lingwa omm u

    għalhekk għandhom ikunu distinti minn xulxin. • Dan is-suġġett m’għandux jiġi mgħallem minn għalliema li jgħallmu l-Malti iżda minn għalliema li jgħallmu

    l-Malti bħala Lingwa Barranija, li ġew imħarrġa fil-mod kif jgħallmu lingwa bħala lingwa barranija jew addizzjonali.

    • Is-sillabu m’għandux ikun wieħed eċċessiv li ma jippermettix lill-edukaturi u lill-istudenti jieħdu l-ħin meħtieġ biex japprezzaw il-lingwa l-ġdida iżda li jkollhom kunfidenza biżżejjed fihom infushom biex jużawha tajjeb. M’għandux ikun sillabu li jiffoka l-aktar fuq id-dettalji tar-regoli grammatikali iżda fuq it-tagħlim tal-lingwa bħala xi ħaġa ħajja fejn il-Malti li jipprattikaw huwa dak il-Malti li ser jużaw biex jikkomunikaw mal-kelliema nattivi Maltin. Għandu jkun sillabu li joħloq sens ta’ indipendenza fl-istudenti u jgħinhom b’mod sħiħ fl-integrazzjoni soċjali tagħhom.

    • Studenti li jistudjaw dan is-suġġett ma joqogħdux għall-eżami ta’ nofs is-sena jew dak annwali tal-Malti, iżda joqogħdu għall-eżamijiet tal-Malti bħala Lingwa Barranija.

    • Dan il-qafas m’għandux jillimita lill-edukaturi u jiggwidahom biss biex sempliċiment jippreparaw lill-istudenti ħalli jgħaddu mill-eżamijiet, iżda għandu jkun qafas li juri filwaqt li jippreżenta l-lingwa Maltija lill-barranin. B’dan il-mod, l-għarfien tal-lingwa Maltija jikber barra l-pajjiż. Studenti li jkunu ġejjin minn pajjiżi barranin mhux biss ser jingħataw l-opportunità jitħarrġu fl-għodod lingwistiċi li jkollhom bżonn għal skopijiet akkademiċi u soċjali iżda ser ikunu qed japprezzaw ukoll il-wirt ta’ lingwa żgħira bi storja kbira.

    Kifdanis-suġġettjista’jiġiinklużumarbutmas-sistemitat-tagħlim?Il-Malti mhux sempliċement suġġett, iżda huwa l-kolla li jgħaqqad il-fehim u t-tagħlim ta’ numru ta’ suġġetti oħra li jiġu mgħallma u spjegati bil-Malti. Huwa fatt magħruf li fl-iskejjel Maltin (u dan huwa kif għandu jkun) il-lingwa Maltija tintuża għall-esperjenza sħiħa ta’ tagħlim ta’ ħafna suġġetti, inkluż il-Matematika. Għaldaqstant, huwa maħsub li l-istudenti barranin mhux ser ikunu qed jitgħallmu biss il-lingwa Maltija waqt il-lezzjonijiet tal-Malti bħala Lingwa Barranija, iżda ser jingħataw ukoll l-opportunità li jitgħallmuha waqt it-tagħlim tal-Edukazzjoni Fiżika, l-Istorja, il-Ġeografija, il-PSCD, ix-Xjenzi, il-Matematika u suġġetti oħra permezz tal-qari, il-fehim, it-tweġibiet, is-smigħ, il-kitba u t-taħdit fuq suġġetti f’reġistri differenti.

    L-IstrateġijiNitgħallembiexNitgħallemDawn li ġejjin huma eżempji tal-istrateġiji li jagħmlu parti mill-‘proċess nitgħallem biex nitgħallem’, wieħed mit-tmien kompetenzi li jissemmew fid-dokument European Reference Framework Key Competencies for Lifelong Learning (European Commission, 2006):• Diskussjonijiet pedagoġiċi bejn l-istudenti fejn, fuq bażi volontarja, l-istudenti jispjegaw kif għamlu biċċa

    xogħol u kif irnexxielhom jegħlbu d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom, li jwasslu għal skambju ta’ strateġiji u teknikalitajiet f’ambjent ta’ kooperazzjoni.

    • L-istudenti jitgħallmu jużaw il-punteġġjatura, l-istampi, l-informazzjoni addizzjonali minbarra t-test, bħal spjegazzjoni tal-kliem diffiċli u l-identifikazzjoni ta’ kliem importanti waqt biċċa xogħol ta’ qari/taħriġ il-fehem.

    • It-tagħlim u l-gwida fi stadji differenti tal-kitba ta’ komponiment u l-għodod differenti u l-metodi li jistgħu jintużaw f’kull stadju.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 27

    L-edukaturi għandhom jiggwidaw lill-istudenti jabiex jieħdu sehem fil-proċess tat-tagħlim tal-lingwa, għaldaqstant il-pedagoġija għandha tkun waħda miftuħa għal forom ta’ tagħlim li fihom l-istudenti jikkollaboraw u jitgħallmu b’mod interattiv ma’ xulxin u mingħand xulxin. It-tagħlim għandu jinkludi attivitajiet li jagħtu gost u li huma ta’ interess għall-istudenti biex jgħinuhom jitgħallmu l-lingwa permezz tal-istil preferit tagħhom ta’ tagħlim filwaqt li jieħdu idea ta’ modi differenti ta’ tagħlim. L-użu tal-IT u l-proġett huma inkoraġġiti ħafna u jiġu infilsati fi ħdan l-approċċ tat-tagħlim. L-użu ta’ attivitajiet fuq bażi individwali, f’pari jew fi gruppi jgħinu lill-istudenti jiksbu għarfien tal-lingwa permezz ta’ attivitajiet individwali u interattivi. Dan it-tip ta’ tagħlim juża forom differenti ta’ xogħlijiet li jgħinu lill-istudenti jesploraw aspetti varji tal-lingwa permezz ta’ riżorsi u materjali differenti. Li jiġu espsosti għal lingwaġġ awtentiku fil-klassi permezz ta’ vidjows u t-teknoloġija tal-informatika jgħin ħafna fl-esperjenza tat-tagħlim.

    L-esperjenzi tat-tagħlim formali u informali jikkontribwixxu għal xenarju tat-tagħlim filwaqt li jippromwovu t-tagħlim fil-klassi u barra l-klassi permezz tal-użu ta’ testi (is-smigħ u l-qari), filwaqt li jiġu esposti għal kelliema li jużaw il-lingwa li qed tiġi mgħallma u materjal mill-ħajja reali. It-tagħlim mhux qed jitqies biss bħala r-riżultat tal-attivitajiet fil-klassi. L-istudenti qed jiġu mħeġġa ta’ sikwit sabiex jikkontribwixxu fit-tagħlim tal-klassi permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħlim informali u xogħol li jsir barra mill-ħin tal-lezzjoni.

    Il-Kisbiet mit-Tagħlim tas-Suġġett (SLOs) inkitbu b’tali mod li l-edukaturi jużaw approċċi li jaddottaw it-tagħlim li jinvolvi, li juri ħila u jinvolvi lill-istudenti b’mod attiv f’numru ta’ kuntesti sabiex iħeġġu filwaqt li jippermettu tagħlim li jiffoka fuq l-istudenti u l-istrateġiji tat-tagħlim. F’kull stadju, dawk li jippjanaw il-kurrikulu għandhom jikkonsidraw fuq bażi regolari l-opportunitajiet li jiġu ppreżentati permezz tal-SLOs sabiex jiżviluppaw tagħlim attiv matul il-livelli fil-Qafas tal-Kisbiet tat-Tagħlim. L-ippjanar għandu jieħu ħsieb, filwaqt li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-istudenti, dan jista’ u għandu jkun ta’ influwenza filwaqt li jikkontribwixxi fil-proċess.

    Sabiex jissaħħaħ l-ippjanar tal-kurrikulu filwaqt li jkun assigurat li l-istudenti kollha jkollhom aċċess b’mod attiv, u jinvolvu ruħhom fl-ambjent tat-tagħlim, hemm bżonn ta’ approċċ koerenti fl-ippjanar tat-tagħlim, fit-tagħlim u l-assessjar u fil-qsim ta’ informazzjoni fuq il-progress u l-kisbiet milħuqa. Meta jiġi addottat dan it-tip ta’ ppjanar tal-kurrikulu, huwa importanti li ma narawx l-SLOs bħala fatturi li jillimitaw il-potenzjal tat-tagħlim tal-istudenti u li ma jippermettux li jkun hemm devjazzjoni tat-tagħlim lil hinn minn dak imsemmi fl-SLOs. Din l-idea tinjora l-iskop u l-flessibbiltà li jipprovdi l-approċċ tal-kisbiet mit-tagħlim. Kif, fejn u meta jiġu mgħallma dawn il-kisbiet huma fid-diskrezzjoni tal-edukatur. L-SLOs qegħdin hemm sabiex jiċċaraw il-proċess ta’ assessjar billi jelenkaw b’mod sempliċi l-aspettattivi tat-tagħlim. B’dan il-mod, l-assessjar huwa marbut li juri li dawn l-aspettattivi ntlaħqu.

    Ladarba jiġu ssettjati l-aspettattivi tat-tagħlim l-edukaturi jistgħu jibdew jintroduċu l-flessibbiltà fid-disinn tal-kurrikulu u fil-metodu ta’ tagħlim li s’issa kien diffiċli li jsir. L-approċċ tar-riżultati tat-tagħlim jippermetti lill-edukaturi jduru lejn tagħlim li jiffoka fuq l-istudenti u l-istrateġiji tat-tagħlim. Dan ifisser li jsiru jafu l-ħafna modi li bihom l-istudenti huma differenti minn xulxin, liema mill-ħafna metodi jagħmlu sens fit-tagħlim attwali u kif għandhom jaffrontaw din il-varjanza b’tali mod li joffru sapport lill-istudenti fuq bażi individwali filwaqt li jgħinuhom jipprogressaw. Taqsima Ċ: It-tagħlim ta’ studenti differenti f’kull livell toffri gwida fuq kif dan jista’ jsir.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM28

    Il-MetoduIbridu:Integrazzjonital-MetoduKomunikattivul-MetoduBbażatfuqProġettgħat-Tagħlimtal-MaltibħalaLingwaBarranijaMatulis-sninkienhemmdiversipedagoġijililkolltfasslusabiextiġimgħallmalingwabarranijafosthomil-Metodutal-Grammatikaut-TraduzzjoniudakAwdjoviżiv.Il-MetoduKomunikattivWieħed mill-metodi li qed jiġi propost għal dan is-suġġett huwa l-Metodu Komunikattiv. Dan iwaqqa’ l-ħitan tal-klassi u jippreżenta lill-istudenti b’kuntesti u sitwazzjonijiet realistiċi li jqanqlu l-bżonn naturali għall-komunikazzjoni. Permezz tal-Metodu Komunikattiv, is-sitwazzjonijiet ippreżentati fil-klassi mill-għalliema, huma sitwazzjonijiet li l-istudenti se jsibu ruħhom fihom fil- ħajja tagħhom ta’ kuljum bħal ngħidu aħna: ix-xiri, waqt il-logħob u l-bqija. It-temi u s-suġġetti ppreżentati fil-klassi mhumiex miftuma mir-realtajiet tal-istudenti, anzi jittrattaw suġġetti rilevanti u għalhekk għandhom tifsir, sinifikat u jġorru importanza għall-istudenti. Il-kuntest f’dan il-metodu ta’ tagħlim huwa importanti għax huwa l-ħamrija fertili li l-għalliema se jipprovdu għat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija. L-irwol tal-għalliema b’dan il-metodu huwa dak li jiffaċilitaw it-tagħlim lill-istudenti. Il-fus tal-lezzjoni apparti l-ippjanar min-naħa tal-għalliema, huwa l-parteċipazzjoni attiva tal-istudenti. F’lezzjoni ta’ dan il-metodu, l-istudenti se jkunu qed jipparteċipaw, jiddiskutu, jitkellmu, jaħsbu, iwieġbu lil xulxin, jirriflettu, janalizzaw u jikkritikaw b’mod kostruttiv fehmiet xulxin u jaġixxu għas-sitwazzjonijiet li jinbtu mill-kuntesti reali ppreżentati. Dan kollu se jrawwem fihom kunfidenza biex meta jkunu f’kuntesti soċjali fl-iskola u barra mill-iskola, ikunu jistgħu jinteraġixxu b’kunfidenza għax diġà kienu esposti għalihom u midħla tagħhom. Huwa propost ukoll sabiex flimkien mal-Metodu Komunikattiv, il-Malti bħala Lingwa Barranija juża wkoll il-Metodu Bbażat fuq Proġett.

    Il-MetoduBbażatfuqProġettDan il-metodu jqiegħed fiċ-ċentru tiegħu proġett. Għalhekk, ta’ kull sena, l-istudenti se jingħataw għażla ta’ suġġetti/temi differenti minn fejn jagħżlu huma stess u jridu jippreżentaw proġett dwaru (filmat / fuljett / gazzetta / reċta / ċarts / pupazzi / diska / wirja / bini ta’ mudelli eċċ). L-għan ta’ dan il-metodu huwa l-proċess li minnu jgħaddu l-istudenti sabiex jaslu għad-destinazzjoni finali.

    Il-MetoduIbriduIl-Metodu Ibridu jżewweġ kemm il-Metodu Komunikattiv kif ukoll dak Ibbażat fuq Proġett. Permezz ta’ din is-simbjożi, l-istudenti mhux biss se jkunu qed jitħarrġu fit-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija permezz ta’ kuntesti komunikattivi reali u li jeħtieġu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, iżda matul is-sena se jkunu wkoll (waqt waħda jew tnejn mil-lezzjonijiet tal-ġimgħa li jkunu stabbiliti), qed jaħdmu fuq proġett li jkunu għażlu huma stess u li permezz tiegħu se jkomplu jitħarrġu fil-ħiliet kollha waqt li qed jaħdmu fuqu. Hekk permezz tal-proġett annwali, l-istudenti se jkunu fost l-oħrajn qed: • Jaħdmu f’pari jew fi gruppi żgħar biex jidraw jaħdmu f’kollaborazzjoni ma’ xulxin; • Jużaw il-Malti biex jippjanaw, jiddiskutu u jevalwaw l-istrateġiji li se jimplimentaw biex jattwaw il-proġett; • Jieħdu deċiżjonijiet dwar il-proċess involut, fl-ippjanar, fil-ħolqien ta’ riżorsi varji relatati mal-proġett u fil-

    preżentazzjoni tax-xogħol imħejji; • Jagħmlu riċerka u jużaw il-mezzi teknoloġiċi disponibbli fl-iskola u/jew id-dar; • Jiddiskutu u jilħqu kompromess bejniethom dwar kif se jagħmlu u jippreżentaw il-proġett tagħhom; • Jużaw il-kreattività u l-kapaċitajiet tagħhom biex jippreżentaw il-proġett b’mod oriġinali; • Jaqraw minn sorsi u ġeneri ta’ kitba differenti (gazzetti, artikli onlajn, kotba, rivisti, bloggs u midja soċjali,

    direzzjonijiet, skedi, tabelli u l-bqija); • Jiksbu tagħrif permezz ta’ metodi ta’ riċerka varji (intervisti, kwestjonarji, mistednin, teħid ta’ ritratti, żjarat

    f’postijiet pubbliċi u ta’ interess u l-bqija); • Jiktbu punti, noti, paragrafi u jagħmlu sinteżi fi kliemhom mit-tagħrif u tat-tagħrif misjub; • Jisimgħu lil xulxin u jidraw kemm jiddefendu fehmiethom kif ukoll jaċċettaw kritika kostruttiva u jemendaw

    skonthom;

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 29

    • Jifhmu dak moqri u jagħrfu japplikawh f’kuntesti varji u b’modi differenti; • Jirrevedu u jeditjaw il-kontenut tagħhom stess, process ta’ evalwazzjoni u tinqija tant meħtieġ biex jidraw

    jorqmu kitbiethom; • Jitħarrġu wkoll fil-mod kif għandhom jippreżentaw xogħolhom permezz ta’ mezzi teknoloġiċi u riżorsi oħra

    maħluqa minnhom stess.

    L-idea wara l-Pedagoġija Ibrida proposta għal dan is-suġġett hija dik ta’ bilanċ u tiżwiġ kontinwu bejn l-assessjar summattiv u dak formattiv; il-parteċipazzjoni attiva u kollaborattiva tal-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom li jiffaċilitaw it-tagħlim u l-idea tal-progressjoni. Il-Metodu Ibridu jibni fuq l-integrazzjoni bejn il-Metodu Komuni-kattiv u dak Ibbażat fuq Proġett tat-tagħlim, ipoġġi fiċ-ċentru tiegħu lill-istudenti filwaqt li jgħinhom jieħdu gost bit-tagħlim ta’ lingwa barranija b’mod attiv, kollaborattiv u prattiku.

    Il-Metodu Ibridu:Integrazzjoni tal-Metodu

    Komunikattiv u tal-MetoduBbażat fuq Proġett

    għattagħlimtal-Malti bħala

    Lingwa Barranija (MLB).

    Portfolio fejn għal kull livelljinġabru ħames kampjunimagħżula mill-istudentigħal kull ħila. Dawk ta’livelli 8 u 9 se jissarrfu

    f’10% mill-karta tal-MQFlivell 3.

    Il-MetoduKomunikattiv

    (TheCommunicative

    Approach)

    L-istudenti jkunuppreżentati b’kuntesti

    u sitwazzjonijietrealistiċi li jqanqlu

    lbżonnnaturali għall-

    komunikazzjoni.

    Suġġetti u temirilevanti u meħtieġa

    għall-istudenti li sejġorru tifsir, sinifikat u

    importanza għallistudenti.

    Parteċipazzjoniattiva min-naħa

    tal-istudenti.

    Bilanċ u tiżwiq ta’xogħol individwali,f’pari, fi gruppi li

    jgħinu lill-istudentijaħdmu fi grupp ujinteraġixxu ma’

    oħrajn.

    Metodi t’assessjarkontinwi u differenti

    li jgħinu kemm lill-istudenti jagħrfu fejn

    jeħtieġu jaħdmu aktarkif ukoll lill-għalliema

    kif u x’għandhomikomplu jippjanaw

    biex jgħinufil-progresstal-istudenti.

    Il-Metodu Bbażat fuqProġett

    (Project BasedMethod)

    Ħidma fuq proġettmifrux fuq sena sħiħab’lezzjoni fil-ġimgħa

    allokata għall-ippjanar u t-twettiq ta’ dan il-proġett.

    L-istudenti se jingħataw għażla ta’ temi u suġġetti skont il-livell li jkunu fih u

    l-interessi tagħhom u għal kull sena f’pari jew fi tlieta se jaħdmu

    fuq proġett.

    Il-preżentazzjonital-proġett tista’ tvarja

    minn filmat, fuljett, gazzetta, blogg, ċarts,

    pupazzi, logħba, diska, bini ta’

    mudelli…kull ħaġa li permezz tagħha

    l-istudenti juru li laħqu l-għanijiet mixtieqa.

    Matul il-lezzjoni li fihal-istudenti se jkunu

    qed jaħdmu fuq danil-proġett se jitkellmu,jagħmlu t-tiftix, jużaw

    id-dizzjunarji, iżurul-librerija tal-iskola,

    jistaqsu, jiksbu tagħrifminn sorsi differenti,jużaw il-kreattività

    tagħhom…

    Proġett li permezz tiegħu l-għalliema se

    jassessjaw lill-istudenti b’mod

    formattiv fuq il-ħila tat-taħdit u fuq il-ħila tal-qari li se jkopru 40% mill-assessjar

    summattiv.

    Sitwazzjonijiet reali lil-istudenti se jsibu

    ruħhom fihomfil-ħajja ta’ kuljumfl-iskola u barra

    mill-iskola.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM30

    B. L-EMBEDDING FIT-TAGĦLIM TAT-TEMI KROSSKURRIKULARI

    Fl-Ewropa kien hemm bidla minn approċċ li jittratta b’mod esklussiv is-suġġett għal approċċ li jiffoka fuq temi kross kurrikulari, tematiku, interdixxiplinarju u kollaborattiv, li jirrifletti s-sitwazzjonijiet reali tal-ħajja ta’ kuljum filwaqt li jħeġġeġ it-trasferiment tal-ħiliet minn settur tat-tagħlim għal ieħor. Permezz tal-approċċ krosskurrikulari, ħafna mis-setturi tal-kurrikulu ngħataw profil ogħla filwaqt li ssaħħu numru ta’ kompetenzi trasversali (European Commission, 2012). Is-CCTs jgħaqqdu flimkien is-suġġetti billi jidentifikaw l-għanijiet tat-tagħlim komuni li huma riflessi wkoll fit-twemmin tal-iskola (Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, 2012: 31, 39).

    It-Temi Kross kurrikulari (CCTs) ġew introdotti fl-LOF sabiex jassiguraw li l-istudenti kollha, huma u jipprogredixxu matul il-livelli, jiġu f’kuntatt kontinwu mat-tipi ta’ għarfien, ħiliet u fehim li huma meħtieġa sabiex huma jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv, filwaqt li jirnexxu u jikkontribwixxu fis-soċjetà Maltija.

    L-embedding tas-CCTs fil-Kisbiet mit-Tagħlim tas-Suġġett joffri aċċess għal identità ġdida tat-tagħlim li jmur lil hinn mis-suġġett, u l-istudenti ser jagħtu valur lit-tagħlim tas-CCT meta jaraw li dawn huma parti integrali mill-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim u li huma vitali sabiex jgħinuhom biex isiru studenti olistiċi.

    Kull CCT qed jiġi ppreżentat bħala sett ta’ riżultati addizzjonali tat-tagħlim liż-żgħażagħ sabiex huma jiffaċċjaw u jiżviluppaw għarfien u fehim tagħhom meta qed jipprogredixxu matul il-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim.

    It-TemiKrosskurrikularihuma:

    il-Litteriżmu

    il-LitteriżmuDiġitali

    l-Edukazzjonigħad-Diversità

    l-Edukazzjonigħall-IżviluppSostenibbli

    l-Edukazzjonigħall-Intraprenditorija,il-Kreattivitàul-Innovazzjoni

    it-TagħlimbiexNitgħallemut-TagħlimKooperattiv

    It-Temi Krosskurrikuluari jinsabu fl-Appendiċi onlajn fuqhttp://www.schoolslearningoutcomes.edu.mt/en/category/cross-curricular-themes

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 31

    Is-CCTs għandhom jiġu infilsati matul il-vjaġġ ta’ tagħlim u l-esperjenzi tal-istudenti, fejn il-punt ewlieni għandu jkun li l-għarfien u l-fehim tas-CCT jiġi mgħallem, ikkonsolidat u kkuntestwalizzat. Il-kuntest huwa importanti bil-għan li jżid it-tifsira u l-iskop biex jiġi msaħħaħ l-użu tas-CCT. Ma hemm l-ebda mod effettiv biex jiġi organizzat u nfilsat it-tagħlim tas-CCTs. Madankollu, meta CCT tingħaqad b’mod dirett ma’ biċċa xogħol partikolari fi ħdan l-SLO imbagħad ikun assigurat li jkun hemm opportunità għall-użu tas-CCT f’dik il-biċċa xogħol partikolari, huwa mod effettiv ħafna kif tiġi infilsata CCT.

    L-embedding ma jinkludix biss l-għaqda ta’ kurrikula differenti. L-ippjanar ta’ fejn ser jiddaħħal il-kontenut tas-CCT biex jagħmel parti mill-SLOs jew mill-Aspett tas-Suġġett huwa biss il-bidu. L-edukaturi għandhom jistabbilixxu kif il-kontenut tas-CCT jżid il-valur tal-SLOs li qed jiġu mgħallma u kif tista’ tinkiseb xi ħaġa akbar minn sempliċement għaqda flimkien tal-partijiet differenti. Fuq kollox, it-tagħlim tas-CCT ser iżid il-valur fit-trasferiment tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-fehim billi jippreżenta sitwazzjonijiet fattwali li jagħmlu sens għall-istudenti.

    L-Embedding bħala proċess Hemm tliet modi ewlenin sabiex jiġu mgħallma l-għarfien, il-ħiliet u l-fehim li hemm indirizzati fis- CCTs tul il-proċess tat-tagħlim. Dawn huma:• permezz ta’ metodi ta’ tagħlim u t-tagħlim innifsu marbut mal-SLOs;• billi jiġu magħżula metodi u strateġiji partikolari tat-tagħlim minn oħrajn biex jiġu mgħallma l-SLOs;• billi jsiru attivitajiet krosskurrikulari mibnija b’mod speċifiku jew attivitajiet li jinvolvu lill-iskola kollha.

    Dan il-proċess jimplika bidla importanti fil-mod kif l-għalliema jħarsu lejn it-tagħlim tal-kontenut tas-suġġett fil-klassi. L-integrazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim krosskurrikulari fit-tagħlim ta’ suġġetti differenti teħtieġ li l-għalliema jmorru lil hinn mill-iskemi tradizzjonali u jaħdmu f’kollaborazzjoni flimkien sabiex jiżviluppaw l-approċċ tagħhom għas-CCTs filwaqt li jkun hemm skambju ta’ informazzjoni fuq l-iżvilupp tat-tagħlim ta’ studenti speċifiċi b’rabta mas-CCTs (European Commission, 2012:25).

    It-tagħlim tas-CCTs permezz tal-SLOsL-ewwel approċċ għat-tagħlim tal-kontenut tas-CCT huwa permezz tal-integrazzjoni tat-tagħlim tas-CCT ma’ dak tal-SLOs partikolari. Il-qafas jipprovdi gwida fuq l-aħjar opportunitajiet biex isir dan. Fejn SLO partikolari tippreżenta opportunità tajba li tindirizza tagħlim marbut mat-Tema Krosskurrikulari tidher l-istampa tas-CCT wara l-SLO. Din turi li l-SLO:• qed toffri opportunità sabiex wieħed jibda jħares lejn l-iżvilupp tat-tagħlim u l-ħiliet marbuta ma’ aspett

    partikolari tas-CCT;• tista’ tiġi msaħħa billi jiġi introdott aspett partikolari ta’ wieħed mis-CCTs.

    Bħala gwida għall-edukaturi, fejn il-kisbiet speċifiċi mit-tagħlim tas-CCT li l-aktar huma relevanti, l-istampa tas-CCT li jkun hemm flimkien mal-SLO partikolari tinkludi wkoll titlu sabiex jiġi identifikat liema hu l-aspett partikolari tas-CCT li ‘joqgħod l-aktar’, i.e. il-parti tal-kontenut tas-CCT li hija l-aktar marbuta mal-għarfien, il-fehim u/jew il-ħiliet indirizzati fl-SLO partikolari.

    Għalkemm qed tiġi identifikata CCT waħda, dan ma jfissirx li CCTs oħra ma jkunux relevanti. L-identifikazzjoni ta’ tema partikolari sempliċement tissuġġerixxi li l-edukaturi jistgħu jsibu dik il-parti identifikata bħala l-aktar relevanti, l-aktar xierqa jew l-aktar faċli li tiġi integrata f’dak il-punt partikolari, filwaqt li tippermetti lill-edukaturi jgħallmu s-suġġett u s-CCT b’mod integrat.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM32

    Eżempji ta’ dan it-tip ta’ embedding fil-Malti bħala Lingwa Brranija, jinkludi:

    • Kapaċi nuża frażijiet u sentenzi bil-għan li niddeskrivi l-familja tiegħi u persuni oħra, stil ta’ ħajja, l-edukazzjoni tiegħi u s-sitwazzjoni attwali tiegħi, kemm dik personali kif ukoll dik akkademika.

    L-GĦARFIEN TIEGĦI NNIFSIMeħuda minn Livell 6, Aspett tas-Suġġett: it-Taħdit

    • Jien kapaċi nikteb u noħloq sensiela ta’ argumenti raġunati u li jagħmlu sens IL-KOMUNIKAZZJONI

    Meħuda minn Livell 9, Aspett tas-Suġġett: il-Kitba

    • Jien kapaċi nsegwi konverżazzjoni mqanqla bejn kelliema nattivi eż. dibattitu, membru f’udjenza. NITGĦALLEM NGĦIX MA’ ĦADDIEĦOR

    Meħuda minn Livell 10, Aspett tas-Suġġett: is-Smigħ

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 33

    Eżempju:Insibuopportunitajietbiexjiġuindirizzatis-CCTsfit-tagħlimtal-SLOsfil-MaltibħalaLingwaBarranija• Jienkapaċinsegwikonverżazzjonimqanqlabejnkelliemanattivież. dibattitu, membru f’udjenza. NITGĦALLEMNGĦIXMA’ĦADDIEĦOR

    MeħudaminnLivell10,Aspetttas-Suġġett:is-Smigħ

    Hemm numru ta’ dibattiti ambjentali (eż. fuq il-kaċċa, it-tħaffir għall-ilma) li jiġu diskussi ta’ kuljum f’Malta. Il-gazzetti stampati (u s-siti u l-bloggs tagħhom) ikollhom kummentarji regolari fuq suġġetti li jkunu qed jiġu diskussi. Dawn iservu ta’ opportunitajiet għall-qari u t-tagħlim ta’ vokabularju marbut mas-suġġetti ambjentali qabel ma jipprovaw isegwu dibattiti bid-diskors.

    Il-kisbiet mis-CCTs f’dan il-każ huma:• Kapaċi ngħix f’armonija miegħi nnifsi, mal-oħrajn u d-dinja naturali fuq numru ta’ livelli li jvarjaw minn

    dawk lokali għal dawk globali. • Nirrispetta u nagħti valur lid-diversità u kapaċi niġġieled l-inġustizzja soċjali. • Għandi perspettiva li tħares lejn il-futur fuq kif ngħix ħajti bħala ċittadin tad-dinja. • Ninvolvi ruħi b’mod attiv ma’ gruppi differenti minn ġenerazzjonijiet, kulturi, postijiet u dixxiplini differenti. • Kapaċi nipparteċipa b’mod attiv fi proċessi filwaqt li nħeġġeġ biex ikun hemm negozjati għal alternattivi

    sostenibbli fil-futur.

    L-indirizztas-CCTspermezztal-użuta’metodiustrateġijipartikolaritat-tagħlimIs-CCTs jistgħu jintużaw biex jinformaw il-ħolqien ta’ policies u strateġiji dipartimentali, pereżempju, billi jiġi strutturat it-tagħlim biex jimmassimizza l-użu tat-teknoloġiji diġitali. F’livell dipartimentali s-CCTs li ġejjin jistgħu jkunu addattati sabiex jgħinu fl-għażliet tal-pedagoġija u stili ta’ tagħlim magħżul biex jimmassimizza l-flessibbiltà bl-introduzzjoni tal-LOF:

    Nitgħallem biex Nitgħallem u t-Tagħlim Kooperattiv

    il-Litteriżmu Diġitali

    l-Edukazzjoni għad-Diversità

    L-edukaturi jistħgu jsibu li s-CCTs li ġejjin għandhom rwol importanti fl-għażla tas-suġġett biex jistimolaw l-interess u dibattitu:

    l-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli

    l-Edukazzjoni għall-Intraprenditorija, il-Kreattività u l-Innovazzjoni.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM34

    Huwa evidenti li xi wħud mis-CCTs jintegraw ruħhom b’mod naturali għal stili partikolari ta’ tagħlim. Taqsima Ċ It-tagħlim ta’ studenti differenti f’kull livell toffri gwida fuq kif CCTs partikolari jistgħu jgħinu lill-istudenti jirnexxu f’ambjenti ta’ tagħlim partikolari. L-għażla b’mod deliberat ta’ strateġiji partikolari tat-tagħlim li jinvolvu tagħlim attiv u/jew sperimentali u approċċi għat-tagħlim ta’ kif jistgħu jissolvew il-problemi, fejn jeħtieġ li jkun hemm livell ta’ awtonomija tal-istudenti kif ukoll xogħol fi gruppi, ser jgħinu sabiex it-tagħlim ikun wieħed li jwassal għall-introduzzjoni tas-CCTs tal-Litteriżmu Diġitali u Nitgħallem biex Nitgħallem u t-Tagħlim Kooperattiv.

    Pereżempju, is-CCT Nitgħallem biex Nitgħallem u t-Tagħlim Kooperattiv tinkludi kategorija ta’ kisbiet mit-tagħlim fuq it-Tagħlim Personali u, billi jiġi indirizzat it-tagħlim marbut ma’ din il-kategorija tas-CCT, l-istudenti ser jiżviluppaw il-ħiliet tat-tagħlim meħtieġa sabiex f’biċċa xogħol partikolari jkunu awtonomi filwaqt li jimmaniġġjaw lilhom infushom. Simili ta’ din, il-kategorija tat-Tagħlim Soċjali fi ħdan l-istess CCT tista’ tgħin lill-istudenti jiżviluppaw qafas ta’ ħiliet, attitudnijiet u mġiba li jgħinhom jieħdu kemm jistgħu mix-xogħol fi grupp jew f’tim u minn strateġiji oħra ta’ tagħlim soċjali.

    Is-CCT tat-Tagħlim Diġitali ser tgħin lill-istudenti jiżviluppaw il-kompetenzi marbuta mal-immaniġġjar tat-tagħlim, is-sors minn fejn tinġabar l-informazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni. Meta jkun hemm dawn it-tipi ta’ ħiliet tat-tagħlim infilsati fit-tagħlim qabel ma jibdew jintużaw ta’ spiss ser jgħinu lill-istudenti jaffrontaw il-biċċiet tax-xogħol b’aktar kunfidenza kemm fil-proċessi tat-tagħlim fuq l-SLOs kif ukoll fil-kisbiet infushom.

    L-indirizztas-CCTsf’attivitajietkrosskurrikularijewf’attivitajietlijinvolvulill-iskolakollhaIs-CCTs kollha jistgħu jintużaw bħala strateġiji għall-iskola kollha sabiex jinħoloq ambjent ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja li jagħti valur lill-istudenti kollha filwaqt li jissettja għanijiet għoljin għal kulħadd. L-iskejjel jistgħu jaraw il-benefiċċju meta jkollhom policies li jinkludu lill-iskola kollha fuq il-progress fil-:

    Litteriżmu

    Litteriżmu Diġitali

    Edukazzjoni għad-Diversità

    Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli

    Dawn it-tipi ta’ CCTs jistgħu jintużaw sabiex ikun hemm policies infurmati għall-iskola kollha kif ukoll iżidu l-valur tat-tagħlim fi ħdan il-klassi. Madankollu, CCTs oħra jistgħu jintużaw sabiex jiffurmaw il-bażi tal-attivitajiet għal sena sħiħa ta’ grupp partikolari jew, aktar minn hekk, inizjattivi li jinvolvu lill-istudenti kollha fl-iskola fuq suġġetti ambjentali. Pereżempju:

    • Is-CCT tal-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tista’ tintuża biex tifforma l-bażi għal attivitajiet ekstrakurrikulari għall-iskola kollha marbuta mat-tip ta’ inizjattivi bħal Eko-Skola jew inizjattivi fuq l-użu minimu tal-enerġija. Attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi jistgħu jgħinu attivitajiet tal-iskola ta’ sorsi ta’ enerġija li jistgħu jerġgħu jintużaw permezz tat-tagħlim f’din is-CCT flimkien ma’ dak tas-CCT marbuta mal-Edukazzjoni għall-Intraprenditorija, il-Kreattività u l-Innovazzjoni.

    • Is-CCT tal-Edukazzjoni għall-Intraprenditorija, il-Kreattività u l-Innovazzjoni tista’ tintuża biex issaħħaħ it-tagħlim u l-esperjenzi marbuta ma’ attivitajiet li jvarjaw minn tuck shop immexxi mill-istudenti għal avveniment skolastiku jew inizjattivi li jinvolvu lill-iskola kollha fuq id-dinja tax-xogħol.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 35

    Ċ. IT-TAGĦLIM TA’ STUDENTI DIFFERENTI F’KULL LIVELL

    Waħda mill-benefiċċji li taħdem b’Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim (u fl-istess ħin waħda mill-isfidi) hija l-abbiltà li tippermetti lill-istudenti jipprogredixxu bil-pass tagħhom u li tkun kapaċi taddatta l-metodoloġija tat-tagħlim u l-kurrikulu sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom. L-SLOs juru b’mod ċar fejn huwa t-‘tmiem’ tat-tagħlim f’kull livell għal kull student iżda l-edukaturi għandhom jirrikonoxxu filwaqt li jippjanaw għal dawk l-istudenti li ser jilħqu dan il-punt qabel l-oħrajn kif ukoll għal dawk li forsi jkollhom bżonn aktar żmien u aktar għajnuna sabiex jilħqu l-livell mixtieq.

    L-Aspetti tas-Suġġett mhumiex riġidi u lanqas restrittivi u ma hemmx bżonn li jiġu mgħallma f’xi sekwenza partikolari jew bħala kontenut meħud f’iżolament. L-aspetti tas-suġġett jistgħu jidħlu fuq xulxin u jitħalltu fi programmi tat-tagħlim akbar (jew iżgħar). L-edukaturi jistgħu jippreferu li jaffrontaw il-kuntesti tat-tagħlim f’ordni differenti skont is-sitwazzjoni, jew li jgħallmu aspetti tat-tagħlim permezz ta’ topiks tal-għażla tagħhom.

    Id-diversitàtal-istudentiL-NCF iħaddan id-diversità u jitlob li din tiġi mħeġġa f’ambjent inklussiv.

    L-NCF jindirizza l-bżonnijiet ta’: • studenti tajbin ħafna u b’talent li għalihom il-proċess tat-tagħlim jeħtieġ li joffri sfida sabiex huma jieħdu

    sehem u jkunu motivati li jiżviluppaw it-talenti tagħhom;• studenti bi bżonnijiet edukattivi speċjali li għalihom il-kurrikulu għandu jkun miktub b’tali mod li jippermetti

    lill-għalliema japprezzaw kif l-istudenti kollha jistgħu jaċċessaw l-istess kurrikulu f’kull settur tat-tagħlim u jippermetti assessjar ta’ firxa ta’ ħiliet;

    • studenti b’diżabiltajiet severi li għalihom il-kurrikulu għandu joffri edukazzjoni mibnija fuq firxa ta’ ħiliet imfissra f’termini ta’ fażijiet ta’ żvilupp;

    • studenti minn ambjenti soċjali żvantaġġati li għalihom l-iskola, flimkien mal-imsieħba lokali u istituzzjonali l-aktar importanti fis-soċjetà, għandhom jgħallmu aktar ħiliet filwaqt li joffru sapport lill-familji tagħhom u l-komunità lokali sabiex jipprovdu ambjent edukattiv b’saħħtu u stabbli;

    • studenti minn ambjenti soċjali, kulturali u lingwistiċi differenti, inkluż it-tfal ta’ refuġjati u persuni li qed ifittxu l-ażil, li għalihom il-kurrikulu jinkludi aċċess għal programm edukattiv li hu infilsat f’ambjent li joffri sapport emozzjonali u psikoloġiku li jirrispetta ċ-ċirkostanzi tal-individwi.

    Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012:41)

    L-eżempji lingwistiċi li jinsabu fl-SLOs mhumiex restrittivi u l-għalliema jkunu jistgħu jżidu aktar vokabularju sabiex l-istudenti jkunu kapaċi jaffrontaw sfidi addizzjonali. L-għalliema jkunu jistgħu jżidu vokabularju ieħor jew għażla ta’ verbi mal-lista ta’ dawk imsemmija li joqogħdu għall-isfidi li jkunu jixtiequ jagħmlu fit-tagħlim, eż. lingwaġġ speċjalizzat li joqgħod għal kuntest jew suġġett partikolari. Fejn l-SLO jirreferi għat-testi, il-kelma ‘testi’ tirreferi kemm għal testi miktuba kif ukoll testi orali/awdjo. Dan japplika għal-livelli kollha u l-Aspetti kollha tas-Suġġett. L-eżempji mogħtija huma l-livelli lingwistiċi minimi ssuġġeriti meħtieġa biex ikunu kapaċi jaħdmu b’mod profiċjenti fil-livell partikolari, filwaqt li jaċċertawk ukoll li l-istudenti jistgħu jiksbu livelli aktar baxxi ta’ profiċjenza jistgħu jkunu kkonsidrati wkoll bħala kompetenzi komunikattivi milħuqa.

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM36

    Il-Progressud-diverġenzafit-tagħlimIl-prinċipju tad-diversità u l-inklużjoni li jiffurmaw il-bażi tal-NCF jimplikaw li f’kull stadju l-istudenti ta’ kull livell u kompetenza għandhom jesperjenzaw is-suċċess, l-isfidi, u s-sapport meħtieġ sabiex isaħħu l-impenn tagħhom. Jeħtieġu programmi flessibbli ta’ tagħlim li jipprovdu esperjenzi ta’ tagħlim differenti għal spettru wiesa’ ta’ studenti filwaqt li jippermettu li jkun hemm rati differenti ta’ progress hekk kif it-tfal u ż-żgħażagħ iqattgħu ż-żmien fl-iskola. Hemm bżonn approċċi differenti li jindirizzaw il-bżonnijiet differenti tat-tagħlim. Bil-punt fokali dejjem jikber fuq l-istudenti, u b’aktar klassijiet b’abbiltajiet differenti fl-iskejjel, l-approċċi li joffru diverġenza qed isiru aktar importanti u l-għalliema għandhom jaddottaw strateġiji li jibnu fuq it-tagħlim tal-passat tat-tfal u taż-żgħażagħ filwaqt li jgħinuhom jipprogredixxu.

    Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012:40)

    Il-klassijiet kollha, anke fejn qed jiġi mħaddem is-setting, ser ikunu magħmula minn firxa ta’ abbiltajiet. Dan għaliex l-istudenti jkollhom ħiliet u diffikultajiet differenti u jiżviluppaw b’rati differenti. Sabiex tiġi definita klassi ‘b’abbiltajiet differenti’ sempliċement bħala grupp ta’ studenti b’firxa ta’ abiltajiet hija superfiċjali wisq. Xi ngħidu għall-firxa ta’ stili u preferenzi tat-tagħlim, livelli ta’ interessi u l-ambjenti tad-dar, li kollha kemm huma jħallu impatt fuq l-esperjenza tat-tagħlim? L-istudenti kollha juru ħiliet differenti fi żminijiet differenti skont is-suġġett studjat u l-istil tat-tagħlim li jkun qed jintuża. Meta jkunu barra miż-żona ta’ tagħlim l-aktar komda għalihom ser imorru anqas tajjeb. Mhix reali li tistenna minn grupp ta’ studenti, hi x’inhi l-abiltà tagħhom, li jipprogredixxu matul il-biċċiet tax-xogħol bl-istess pass. Żewġ terzi tal-istudenti fil-klassi ser ikunu qed jaħdmu barra l-istil tat-tagħlim li jippreferu sakemm il-biċċa tax-xogħol ma tkunx varjata.

    Wieħed mill-aktar modi effettivi li jassigura li l-istudenti differenti jintlaħqu f’kull livell matul l-LOF huwa li tgħallem lill-istudenti jaħsbu għalihom infushom. Ftit mis-CCTs jipprovdu l-għodda tal-għarfien u l-ħiliet għall-istudenti sabiex ikunu kapaċi jsiru studenti aktar effettivi, li jaddattaw malajr, mimlija bir-riżorsi, u awtonomi.

    Strateġijigħat-tagħlimta’klassijietb’abbiltajietdifferentiL-għalliema fil-klassi għandhom jibdew billi joħolqu relazzjoni personali ma’ kull student/a fil-klassi tagħhom billi jitgħallmu u jużaw isimhom filwaqt li jsiru jafu x’jinteressahom. Li jiġu inklużi setturi ta’ interess fit-tagħlim huwa mod tajjeb ħafna biex l-istudenti jkunu involuti. Fl-istess ħin, li jintuża dan it-tip ta’ tagħlim meta jkun qed jiġi ssettjat ix-xogħol għad-dar jew xogħol individwali fil-klassi jista’ jservi ta’ motivazzjoni u jista’ jgħin sabiex l-istudenti jżommu ruħhom involuti fit-tagħlim.

    It-tagħlimPersonali:• Kapaċi nidentifika s-sapport u r-riżorsi li għandi bżonn biex nitgħallem. • Konxju/a tal-mod li nippreferi kif nitgħallem u kapaċi nużah biex nippjana t-tagħlim tiegħi. • Kapaċi nimmaniġġja l-għanijiet u l-ħin b’mod effiċjenti fit-tagħlim. • Inħossni kompetenti fl-immaniġġjar tat-tagħlim tiegħi. • Naċċetta r-rispsons tal-oħrajn u nikkonsidrah. • Nagħraf lili nnifsi billi nbiddel is-suppożizzjonijiet tiegħi maż-żmien. • Kapaċi nsegwi l-interessi tiegħi peress li dawn jgħinuni nirrifletti fuq ‘jien min jien’.• Nieħu gost meta nirnexxi f’xogħlijiet diffiċli.

    Meħuda mis-CCT Nitgħallem biex Nitgħallem u t-Tagħlim Kooperattiv

  • IL-QAFAS TAL-KISBIET MIT-TAGĦLIM 37

    Modikiftagħtis-setgħalill-istudentifilwaqtlitgħinhomjirnexxufiħdanl-LOF

    Il-ħolqien ta’ ambjent dinamiku tat-tagħlim permezz ta’:• L-immaniġġjar tal-klassi u l-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-istudenti biex jaħdmu b’mod individwali, f’pari jew fi

    gruppi. • Il-bidla fit-tqassim tal-klassi skont it-tagħlim li jkun qed isir. • Il-provvista ta’ attivitajiet differenti, li jippermettu lill-istudenti jagħżlu l-livell ta’ involviment u sfida. Din ser tgħin

    fis-sens ta’ ‘dritt ta’ pussess’ imsemmi ’l quddiem. • L-użu ta’ għażla ta’ riżorsi differenti bi ħsieb. • Il-preżentazzjoni ta’ modi differenti kif tista’ tiġi mgħallma l-istess ħaġa.

    L-involviment tal-istudenti permezz ta’:• Il-ħolqien ta’ sens ta’ ‘dritt ta’ pussess’ min-naħa tal-istudenti tal-proċess tat-tagħlim billi, pereżempju, l-istudenti

    jkollhom ċans jagħżlu l-proġett tagħhom. • L-għajnuna lill-istudenti sabiex juru l-fehim tagħhom b’modi differenti, pereżempju permezz ta’ mezzi li jagħżlu

    huma stess, sew jekk preżentazzjoni viżiva, orali jew preżentazzjoni fiżika. • Il-bini ta’ ħiliet għolja ta’ ħsibijiet bl-użu tat-tassonomija ta’ Bloom (f’kull livell) u l-ħidma permezz tal-SLOs sabiex

    it-tagħlim ikun wieħed interessanti, li jkun utli u joffri sfidi kif jindikaw l-SLOs, tant li l-SLOs jingħataw dimensjoni usa’ jew jintużaw b’modi differenti. Dan jista’ jsir billi l-istudenti jingħataw xogħol li jinvolvi s-soluzzjoni ta’ problemi filwaqt li jingħataw l-opportunità li jittrasferixxu u japplikaw l-għarfien għal kuntest ġdid.

    Il-bidla tal-istudenti fi studenti li kapaċi jinbidlu billi:• minn età bikrija l-istudenti jiġu introdotti għall-istrateġiji ewlenin tat-tgħlim li jagħmlu parti mis-CCT Nitgħallem

    biex Nitgħallem u t-Tagħlim Kooperattiv;• jiġu diksussi l-għanijiet tat-tagħlim f’kull lezzjoni mal-istudenti, u b’hekk isiru konxji ta’ x’inhu mistenni li

    jitgħallmu mat-tmiem tal-lezzjoni. L-SLOs (mitkuba fl-ewwel persuna) huma indirizzati lejn l-istudenti;• l-istudenti jkunu konxji tal-istili differenti tat-tagħlim; l-istudenti jiġu mgħallma t-teknikalitajiet biex jitgħallmu

    kontenut ġdid bl-użu ta’ metodi viżivi, ta’ smigħ u kinestetiċi għat-tagħlim bl-użu ta�