il-malti u l-ingliż fil-klassijiet tagħna

26
Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna David Agius Muscat EO (Malti) Antoinette Debattista EO Primary Curriculum (English)

Upload: slone

Post on 02-Feb-2016

341 views

Category:

Documents


1 download

DESCRIPTION

Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna. David Agius Muscat EO (Malti) Antoinette Debattista EO Primary Curriculum (English ). L-osservazzjoni Id-dijanjosi Il-metod i. Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi?. Na għżl u testi li jimmotivawhom ; - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna

David Agius Muscat EO (Malti)Antoinette Debattista EO Primary Curriculum

(English)

Page 2: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

2

1. L-osservazzjoni

2. Id-dijanjosi

3. Il-metodi

Page 3: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

3

Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi?• Nagħżlu testi li jimmotivawhom;• Ninkoraġġuhom jaqraw billi jaraw lilna naqraw

ukoll u jarawna nieħdu pjaċir;• Ninkoraġġuhom biex jiktbu billi jaraw lilna

niktbu wkoll u nesprimu l-ħsibijiet tagħna bil-kitba;

• Nuruhom kif il-lingwa li nitgħallmu tgħinna nikkomunikaw bejnietna u nifhmu lil xulxin;

• Nagħtuhom attivitajiet li juru l-kitba u l-qari f’kuntest u mhux xi ħaġa maqtugħa għaliha;

• Ninvolvu l-komunità bħal, ngħidu aħna, ġenituri u nanniet.

Page 4: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

INTI MA TAF

XEJN

Enfasi fuq l-iżball jista’ jiċċertifika t-tifel għal għomru

Page 5: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

5

It-tfal huma kreattivi u għalhekk għandhom bżonn ta’ tagħlim kreattiv.

It-tfal iridu jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir.

Page 6: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

6

Immira sew

Page 7: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

7

Mexxi t-tfal fit-triq li ppjanajt int

1. Qis li t-tfal huma ffokati fuq ix-xogħol li jridu jwettqu.

2. Ippjana l-ħin għal kull biċċa xogħol li trid titwettaq u

żomm mal-ħin kemm tista’.

3. Agħlaq il-lezzjoni billi tanalizza mal-klassi dak li kienu qed jagħmlu.

Page 8: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

8

Kif se nqassam il-klassi tiegħi?

1. It-taqsima tal-logħob

2. It-taqsima tas-smigħ u t-taħdit

3. It-taqsima tal-qari (il-librerija tal-klassi)

4. It-taqsima tal-kitba

5. It-taqsima tat-teknoloġija

Page 9: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

9

Kif se ngħallem?

1. Naqraw u niktbu flimkien (shared reading and writing).

2. Naqraw u niktbu fi gruppi żgħar (guided reading and writing sessions and independent literacy work).

3. Naqraw u niktbu fis-skiet.

4. Noħolqu ċrieki letterarji.

5. Naqraw u niktbu f’pari.

Page 10: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

10

Il-qari

Page 11: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

11

Naqraw flimkien

(shared reading)

1. Aqra storja minn ktieb kbir u t-tfal isegwu.

2. Introduċi l-idea tal-istampar.

3. Għallem kliem ġdid.

4. Saqsihom x’jista’ jiġri wara ...

Page 12: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

12

Naqraw fi gruppi żgħar(guided reading)

1. Aqsam il-klassi fi gruppi żgħar.

2. Introduċi t-test.

3. Qabbad lit-tfal jaqraw waħedhom.

4. Osserva u għin lit-tfal individwalment.

5. Ikkonsolida l-qari fl-aħħar tal-attività.

Sadanittant l-istudenti l-oħrajn ikunu qegħdin jaħdmu attivitajiet oħrajn tal-qari jew tal-kitba.

Page 13: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

13

Naqraw f’pari(paired reading)

1. It-tfal jistgħu jagħżlu s-sieħeb tagħhom.

2. Jaqraw lil xulxin.

3. Jekk ma jafux jaqraw jistgħu jirrakkuntaw l-istorja fi kliemhom.

Page 14: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

14

Naqraw waħedna(independent reading)

Ngħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex finalment jaslu għall-qari indipendenti.

Page 15: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

15

Il-kitba

Page 16: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

16

Niktbu flimkien(shared writing)

1. It-tfal kollha jaraw il-bord.

2. Issir diskussjoni fuq it-topik li jkunu se jiktbu fuqu. Jista’ jkun rakkont familjari, żjara, kitba ta’ ittra, poeżija, tabella għall-klassi ...

3. Qabel ma tikteb, l-għalliema tgħid is-sentenza sew

lit-tfal, u flimkien jiddiskutuha.

4. Turi li l-kitba għandha bżonn ir-riflessjoni.

5. L-għalliema tikteb is-sentenza u turi karatteristiċi fiha, bħal, ngħidu aħna, il-punteġġjatura.

6. Diskussjoni u reviżjoni.

Page 17: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

17

Niktbu fi gruppi żgħar(guided writing)

1. L-għalliema taqsam il-klassi fi gruppi żgħar.

2. L-għalliema tagħti prompt (lista tax-xiri, messaġġ għal Jum l-Omm, reċta qasira, poeżija ...).

3. Ir-rwol tal-għalliema jkun li tgħin lit-tfal meta jkunu se jeħlu u li tinkoraġġihom jaħsbu fuq il-kitba tagħhom.

Page 18: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

18

Jikteb l-iskriba1. L-għalliema

tistieden persuni li jafu jiktbu sew ħalli jiktbu flok it-tfal waqt li t-tfal ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-ideat.

2. Sodisfazzjon u motivazzjoni.

Page 19: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

19

Il-konsulta mal-għalliema1. Kif sejjer bil-kitba?

2. X’taħseb li se tagħmel wara din il-parti?

3. Taħseb li tista’ żżid xi ħaġa oħra biex toħloq iktar interess?

4. Tista’ żżid iktar informazzjoni għall-qarrej?

5. X’taħseb b’din il-kitba wara li tlestiha?

6. Kuntent kif inhi ġejja?

Page 20: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

20

Il-konsulta ma’ tifel ieħor

1. Semmi żewġ affarijiet tajba li laqtuk.

2. Saqsi mistoqsijiet jekk ma tkunx fhimt xi ħaġa.

3. Issuġġerixxi żewġ modi ta’ kif taħseb din il-kitba tista’ tkun aħjar.

Page 21: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

21

Il-kitba trid timmotiva lit-tfal

Page 22: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

22

Il-ħin fil-klassi għall-qari u l-kitba

• Il-ħin li tiddedika għall-qari ta’ storja tista’ tużah għal qari flimkien (shared reading);

• Idealment uża kwarta kuljum mil-lezzjoni tal-lingwa għal qari fi gruppi (guided reading);

• Is-sessjonijiet tal-qari u s-sessjonijiet tal-librerija huma ddedikati għal qari għal gost;

Page 23: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

23

• Fit-3 Sena u fit-2 Sena (it-tieni term) nirrakkomandaw lezzjoni waħda fil-ġimgħa (45 min.) għat-tagħlim tal-istrateġiji tal-fehim mill-qari;

• Lezzjonijiet tal-kaligrafija fl-1 Sena u fit-2 Sena (30 min. X 2 kull ġimgħa) jistgħu jinkludu strateġiji

tal-ortografija;

• Il-lezzjonijiet tal-lingwa jinkludu t-tagħlim tal-proċess tal-kitba.

Page 24: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

24

Fil-prattika• Nużaw kotba kbar;

• Nippreżentaw il-lingwa f’kuntest;

• Nagħmlu inqas enfasi fuq taħriġ fuq il-karti;

• Nuru kif aspetti tal-qari u tal-kitba jgħinu biex nikkomunikaw aħjar;

• Nagħtu lezzjonijiet qosra imma regolari;

• Nużaw testi sħaħ bħala l-bażi tat-tagħlim biex ngħallmu vokabularju, kif jagħrfu

l-ittri, u karatteristiċi oħrajn ta’ test miktub.

Page 25: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

25

Attivitajiet għall-qari u għall-kitba

• tabelli, kepxins jew kummenti qosra għal tpinġijiet jew mudelli;

• kotba magħmulin mit-tfal stess biex jaqrahom ħaddieħor;

• kartolini jew ittri li jirrekjedu tweġibiet;

• stediniet lill-ġenituri għal xi ċerimonja fl-iskola;

• gazzetti tal-klassi bil-kitbiet tat-tfal.

Page 26: Il-Malti u l-Ingliż                 fil-klassijiet tagħna

26

Żomm f’moħħok dawn:

• Ippjana b’tali mod li tkun konkret u realistiku, u inkludi wkoll lill-assistenti tiegħek;

• Evalwa lill-istudenti tiegħek – kontinwament – u bil-kitba;

• Ara li l-ispazju tal-klassi huwa utilizzat tajjeb;

• Żomm atmosfera serena fil-klassi.