kuncert strumentali - http: · 2018. 10. 7. · star wars – the phantom menace – john williams...

22
Kuncert Strumentali mill-Każin tal-Banda San Gabriel Ħal Balzan A.D. 1920 għall-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja taħt il-Patroċinju Distint tal- Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca President ta’ Malta Teatru Manoel, Valletta Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015 . Ħal Balzan A.D. 1920 Vo/0127

Upload: others

Post on 26-Jan-2021

3 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Kuncert Strumentalimill-Każin tal-Banda San Gabriel

    Ħal Balzan A.D. 1920

    għall-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja

    taħt il-Patroċinju Distint tal-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca

    President ta’ Malta

    Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    .

    Ħal Balzan A.D. 1920Vo/0127

  • L-Għaqda Każini tal-Bandatippreżenta

    Kuncert Strumentalimill-Każin tal-Banda San Gabriel

    Ħal Balzan A.D. 1920

    għall-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja

    taħt il-Patroċinju Distint tal-Eċċellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca

    President ta’ Malta

    Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    .

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    Is-soċjetajiet mużikali u b’mod partikolari l-Banda ta’ kull waħda minnhom, huma parti importanti mis-soċjetà Maltija u dejjem servew bħala punt ta’ referenza għall-ħajja fil-bliet u fl-irħula Maltin. Dawn l-għaqdiet għandhom wirt ta’ storja li għandna ngħożżuha.

    Għall-Għaqda Każini tal-Banda, dan il-Kunċert, ġewwa wieħed mill-isbaħ u l-eqdem teatri fl-Ewropa, huwa okkażjoni ferm importanti, għax trid tara li l-baned Maltin ikomplu jgħollu l-livell tagħhom kemm f’dik li hija eżekuzzjoni, kemm f’dak li hu repertorju, anke b’enfasi fuq kompożituri Maltin kif ukoll f’dak li huwa tagħlim. Dan irid isir biex il-baned jibqgħu kulturalment relevanti fl-iżvilupp mużikali ġewwa pajjiżna bħala għajn importanti għal dan l-iżvilupp. Huwa ferm sinifikattiv li dan il-kunċert qed isir taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta għax ikompli, jekk qatt kien hemm dubju, kemm il-Presidenza ta’ Malta tagħraf l-importanza tal-Baned u l-mużiċisti Maltin. Dan għax hija rikonoxxenti għat-tixrid tal-kultura mużikali Maltija u għall-impenn volontarju ta’ dawn l-għaqdiet favur il-komunità tagħhom.

    Aħna rridu nkunu kapaċi li l-baned tagħna mhux biss nipproteġuhom imma nirrikonoxxu t-talent li jeżisti fihom. Is-Surmast Direttur Riccardo Muti magħruf internazzjonalment bħala wieħed mill-akbar diretturi tal-orkestri li hawn fid-dinja qal, “Il termine Banda non e sinonimo di una cosa inferiore ad un orchestra.” (Il-banda mhijiex relatata ma’ xi ħaġa inferjuri għall-orkestra). Is-Surmast Muti għaraf li l-Banda għandha l-istess kapaċitajiet mużikali bħall-aqwa orkestri u huwa għalhekk li rridu nkunu aħna li nagħrfu nsaħħuhom billi nkomplu ntejbu l-livell tat-tagħlim u l-istrutturi interni tagħhom. L-identità ta’ kull banda hija fundamentali għal dan l-għan aħħari u għalhekk hu importanti li dik l-identità,

    li simbolikament hija rappreżentata mill-istandard ta’ dik is-soċjetà mużikali partikolari, għandha tibqa’ mħaddna u mħaddma minn dawk li verament jistgħu jissejħu membri u partitarji ta’ dik is-Soċjetà Mużikali.

    L-Għaqda Każini tal-Banda sa mit-twaqqif tagħha, imma b’mod partikolari f’dawn l-aħħar snin, qiegħda aktar minn qabel, isservi bħala punt

    ta’ referenza għall-membri tagħha f’Malta u f’Għawdex b’ħidma volontarja kontinwa fl-interess taċ-ċittadini u tal-komunità. L-Għaqda Każini tal-Banda dejjem saħqet ukoll fuq it-tkabbir tat-tagħlim mużikali biex dik li hija konsiderata bħala l-lingwa internazzjonali tkompli tinfirex u tiffjorixxi mal-poplu kollu li għad għandu għal qalbu u jrid jara t-tkattir tal-attività tas-Soċjetajiet Mużikali. B’kollaborazzjoni akbar u aktar konkreta bejn il-membri tagħha, l-Għaqda Każini tal-Banda qiegħda tkompli taħdem biex din il-ħidma volontarja favur il-komunitajiet inkomplu nsaħħuha għax b’hekk mhux biss ikun hemm it-tisħiħ tal-identità ta’ dik il-komunità imma anke t-tkattir ta’ ħidma soċjali ta’ pajjiżna.

    F’isem l-Għaqda Każini tal-Banda rrid nifraħ lill-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan, li bħala rappreżentanta tal-baned Maltin, illejla ser turi li b’ħidma bilgħaqal u bil-qalb u mingħajr konsulenzi esterni imma b’impenn sħiħ mill-kumitat ħabrieki tagħha, b’dedikazzjoni ma taqta’ xejn tas-Surmast u l-Assistent Surmast u l-bandisti kollha u bl-appoġġ sħiħ tal-membri u l-benefatturi tagħha, ser ittella’ programm, kif jixraq. Programm imżewwaq b’għażla ta’ mużika oriġinali, biex tkompli żżomm għoli l-isem tal-baned kollha Maltin u Għawdxin li jgħożżu l-festa ta’ Santa Ċeċilja, tant għażiża għall-mużiċisti kollha u filwaqt li nirringrazzja lilek li qed taqra dan il-messaġġ, nawguralek serata mill-isbaħ.

    Messaġġ mill-President Għaqda Każini tal-BandaAv. Noel Camilleri

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    Ir-raħal storiku ta’ Ħal Balzan hu mimli djar li jixhdu n-nies tal-imgħoddi li għexet fih, iżda fl-istess waqt iċ-ċokon tiegħu kompla kiber bil-ħiliet ta’ niesu. Dawn għamlu ġieħ lil raħal twelidhom.

    Dawn il-Balzanin, għax kienu nies bieżla, ħaddmu t-talenti tagħhom u mxew ’il quddiem. Dawn l-istess nies, fis-sena 1920 waqqfu ċ-Circolo San Gabriel biex ikomplu jkabbru l-festa tal-Lunzjata billi jieħdu ħsieb l-armar tal-festa, jagħmlu opri ġodda u jtejbu l-festi esterni. Dawn l-ewwel membri daħlu sistemi ġodda ta’ kif iċ-Circolo San Gabriel jopera fl-aħjar mod. Niftakru li anke pajjiżna kien għadu kif kiseb is-Self Government fl-1921. Fl-ewwel 10 snin mit-twaqqif, dawn l-ewwel membri rnexxielhom jagħmlu sett ta’ 10 trofej, il-pedestall ta’ Ġuditta u l-bandalora artistika li b’xorti tajba għadna ngawduhom sal-lum, apparti li baqgħu jiċċelebraw kif xieraq il-festa tal-Lunzjata. Dan sar b’imħabba, b’impenn u b’kontinwità hekk li fis-sena 1952 il-Każin waqqaf il-Banda San Gabriel. L-istorja ta’ dan il-każin turina li minn dejjem ħaddan fih membri ħabrieka. F’kull mument u quddiem kull sfida li titlob impenn kbir dejjem insibu għadd sabiħ ta’ voluntiera ddedikati, li f’oqsma differenti jpoġġu t-talenti tagħhom f’ċelebrazzjoni ħajja li b’xorti tajba għadna ngħixuha ta’ kull sena.

    L-anzjani tagħna li jġorru l-istorja, l-aktar il-fidi u l-għaqda, waqqfu l-Banda San Gabriel, xtraw sede ġdid għal din is-Soċjetà taħt id-dell tal-Knisja Parrokkjali fl-1957 u komplew iseddquh matul is-snin. Dan l-aħħar is-Soċjetà daħlet għall-proġett ta’ sala ġdida biex l-allievi, il-mużiċisti u s-surmastrijiet ikunu jistgħu jwettqu l-impenn tagħhom f’post xieraq kif jitlob iż-żmien tal-lum.

    Għal dawn l-aħħar 63 sena l-Banda San Gabriel organizzat diversi Kunċerti Mużikali kemm fil-festa tal-Lunzjata, kif ukoll f’Jum il-Vitorja fid-9 ta’ Settembru 1958 meta fi Pjazza Reġina fil-Belt Valletta tellgħet programm mużikali sitt snin biss wara t-twaqqif. Matul is-sajf iddoqq, tferraħ u tieħu sehem f’diversi festi f’lokalitajiet differenti b’daqq ta’ marċi brijużi.

    Il-Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel hu xhieda oħra ta’ kemm hi stmata l-Banda tagħna u fl-istess ħin huwa unur kbir għall-Banda San Gabriel, għal Ħal Balzan u għall-membri kollha li tħaddan din is-Soċjetà. Mur ġib lill-antenati tagħna li tant stinkaw sabiex jaraw din is-Soċjetà tikber, ikunu jafu li l-Banda San Gabriel ser tkun qed tagħmel Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta. X’ma jkunux kuntenti!

    Minn hawn nistedinkom biex tibqgħu żżommu f’qalbkom il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan. Nirringrazzja lill-Kumitat Ċentrali u l-membri involuti, lis-sottokumitat programm mużikali Teatru Manoel, lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan u lil dawk kollha li għoġobhom jisponsorjawna sabiex bl-għajnuna tagħhom seta’ jsir dan il-kunċert. Nirringrazzja wkoll lill-Għaqda tal-Każini tal-Banda li tatna l-opportunità li nuru ħilitna ġewwa t-Teatru Manoel. Grazzi lit-tmexxija tat-Teatru Manoel għall-għajnuna u pariri li tawna. Fl-aħħar nett nawgura lis-Surmast Mro Joseph Vella u l-Assistent tiegħu Tony Carbonaro li flimkien mal-mużiċisti ser ingawdu serata ta’ mużika li ser tpaxxina fil-kunċert tal-lejla u nsellem lill-udjenza li għoġobha tilqa’ l-istedina tagħna u ġiet bi ħġara f’dan it-teatru storiku fil-kapitali tagħna.

    Messaġġ mill-President tal-Każin tal-Banda San Gabriel - Ħal Balzan

    Sur Lino Borg

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    Għas-Surmast Direttur Mro Joseph Vella, din hija sena speċjali. Din is-sena jaħbat il-25 anniversarju tiegħu bħala Surmast tal-Banda San Gabriel. Aktar minn hekk, ser ikun qed jidderieġi l-Banda San Gabriel għall-ewwel darba f’Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel.

    Mro Joseph Vella twieled f’Birkirkara fil-15 ta’ Frar 1955. Missieru Ċensu Vella kien idoqq mal-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara. Ħareġ idoqq il-klarinett għall-festa ta’ Sant’Elena fl-1969 u beda wkoll ikun involut fit-tagħlim mużikali mal-istess banda. Fl-1972 laħaq Assistent Surmast mal-istess banda.

    Kompla jistudja t-teorija u kienu diversi baned li għarfu l-kapaċitajiet tiegħu tant li l-Kumitat Ċentrali tal-Każin tal-Banda San Gabriel, fis-6 ta’ Diċembru 1990, unanimament kien qabel li Mro Joseph Vella jinħatar Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel wara li Mro Clemente Sciberras kien waqaf minħabba l-età. Fis-14 ta’ Jannar 1991, Mro Joseph Vella ħa l-bakketta tat-tmexxija tal-banda u beda t-tagħlim lill-allievi sezzjoni injam. Mro Joseph Vella hu wkoll Surmast Direttur tal-Banda La Vittoria tal-Mellieħa, tal-Banda Aniċi ta’ Ħal Qormi kif ukoll tal-Banda Sant’Elena ta’ Birkirkara.

    Mro Joseph Vella ikkompona diversi marċi brijużi, marċi karnivaleski u funebri però l-marċ Jurgen li kiteb proprju għall-Banda San Gabriel kien rebaħ il-konkors għall-aħjar marċ li kien ġie organizzat mill-Banda Vilhena tal-Furjana fl-1998. Għall-Banda San Gabriel kiteb Overture bl-isem ta’ Gabriel Angelus u kkompona l-Innu lil Ħal Balzan, Innu lid-Dilettanti tan-Nar Balzanin u s-silta mużikali ġdida li proprju l-Banda San Gabriel ser iżżanżan illejla fil-kunċert strumentali fit-Teatru Manoel bl-isem ta’ Fortitudo Dei.

    Matul is-snin, Mro Joseph Vella dderieġa diversi Programmi Mużikali mal-Banda San Gabriel, b’għażliet mużikali mexxejja u li joħolqu atmosfera brijuża.

    Profil Mro JoSEPh VELLA

    L. Mus. L.C.M; F.V.C.MSurmast Direttur – Banda San Gabriel

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    L-Ewwel PartiMarcia – Aida – Giuseppe Verdi

    Selezzjoni – Il Trovatore – Giuseppe Verdi

    Fortitudo Dei – Kompożizzjoni ġdida tas-Surmast Mro Joseph Vella

    Tlaqna – Mro Reuben Zahra – In-Nafra Akkumpanjament ta’ strumenti tradizzjonali Maltin.

    Star Wars – The Phantom Menace – John Williams – Arr. Michael Story

    Aida – Allegro Maestoso Atto III – Giuseppe Verdi

    It-Tieni PartiL-Assedji – Kaptan Anthony Chircop

    Jidderieġi l-Ass. Surmast Mro Tony Carbonaro

    Cavalier di Malta – Antonio Nani

    Malta Suite – Mro Charles Camilleri – Arr. Mro Victor Zammit

    Caribbean Cameo – Trevor L. Sharpe

    March With Me – Vangelis – Arr. Mro Alfred Farrugia Tkanta s-Soprano Marita Bezzina

    Preżentazzjonijiet

    Innu Marċ San Gabriel – Mro Willie Attard

    Innu tal-Għaqda Każini tal-Banda – Mro Carmelo Caruana

    Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Ċeċilja,il-Banda San Gabriel ta’ Ħal Balzan

    ser tippreżenta

    Kunċert StrumentaliTaħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro Joseph Vella L.Mus. L.C.M., F.V.C.M.

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    Aida Marcia – Giuseppe Verdi

    Meħuda mill-opra f’erba’ atti ta’ Giuseppe Verdi b’librett ta’ Antonio Ghislanzoni, ambjentata fl-Eġittu. Hemm minn isostni li kienet ikkummissjonata għall-inawgurazzjoni tal-Kanal ta’ Suez u oħrajn jgħidu li kienet ġiet ikkummissjonata biex tiċċelebra l-ftuħ ta’ Cairo Khedivial Opera House, il-post fejn ittellgħet għall-ewwel darba f’lejlet il-Milied tal-1871. Din l-opra tant tokkupa post ċentrali fix-xena operistika li kull sena tkun rappreżentata. Fil-Metropolitan Opera House, l-Aida tkantat aktar minn 1,100 darba mill-1886 ’l hawn.

    Solisti: Is-Sezzjoni tal-Kurunetti.

    Il Trovatore Selezzjoni – Giuseppe Verdi

    L-ewwel rappreżentazzjoni saret fid-19 ta’ Jannar 1853 fit-Teatru Apollo ta’ Ruma u flimkien mar-Rigoletto u La Traviata tagħmel parti minn triloġija popolari. Il-librettista Salvadore Cammarano li kien Naplitan u miet fl-1852, eżatt wara li spiċċa l-librett u minħabba li Verdi ried jagħmillu xi tibdiliet kellu jirrikorri għand ħabib u kollaboratur ta’ Cammarano. Il Trovatore hija maqsuma f’erba’ atti. Ambjentata fi Spanja – parti f’Biscaglia u parti f’Aragona fil-bidu tas-seklu 20. It-trama hija rrakkontata b’kant espressiv u passjonali. Solisti: Ryan Mallia u Alan Frendo - Klarinett; Josef Camilleri - Korno.

    Solisti: Kurunetti – Ryan Mallia u Alan Frendo; Korno – Josef Camilleri; Althorn – Tony Borg; Ewfonju – Lawrence Bonnici; Inkwina – Joe Attard.

    Fortitudo Dei Mro Joseph Vella

    Din hija kompożizzjoni ġdida rregalata lill-Banda San Gabriel għall-okkażjoni tal-Kunċert Strumentali li l-Banda qed ittella’ fit-Teatru Manoel. ‘Fortitudo Dei’ hu l-motto tal-Każin tal-Banda San Gabriel u tfisser ‘Il-Qawwa t’Alla’. Fis-6 ta’ Novembru 1928, il-Kumitat Direttiv kien għażel l-arma u l-motto li kellu jintuża fuq il-bandalora artistika li l-membri bdew jaħsbu li jkollhom. L-arma tinkludi torri bil-kliem ‘Fortitudo Dei’. Kien il-Kan. Dun Karm Cortis (1878-1962) li ħareġ b’din l-idea oriġinali u ntgħoġbot ferm mill-membri tal-istess Circolo. Mons. Karm Cortis kien bniedem intellettwali ferm u serva bħala Kappillan fil-Mellieħa sakemm laħaq Arċipriet tal-Katidral tal-Imdina. Fil-vaganzi kien joqgħod f’numru 61, Triq il-Kbira, Ħal Balzan.

    Kunċert Strumentali fit-Teatru Manoel– illum 13 ta’ Diċembru 2015

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    F’din is-silta oriġinali u ġdida mill-pinna tas-Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel Mro Joseph Vella jislet il-ħajja ħabrieka, kontinwa u attiva ta’ din is-Soċjetà Balzanija. L-ewwel moviment jibda pjuttost kajman però b’ritmu mexxej li jindika l-ewwel snin tat-twaqqif taċ-Circolo San Gabriel. L-ewwel membri ħadmu fil-kwiet imma bil-għaqal u ma jaħrabilhom xejn. Imbagħad jidħol moviment ieħor, moviment allegro li jindika s-snin 50, meqjusa ‘Is-Snin tad-Deheb’ bit-twaqqif tal-Banda San Gabriel, ix-xiri mhux kiri tas-sede minn fejn jopera llum il-Każin tal-Banda San Gabriel u l-ewwel premju fil-Karnival ta’ Malta bl-isem ta’ ‘The Latest Invention – Catching Fish with Ties instead with Rods and Lines’ fost diversi affarijiet oħra. Jasal l-għeluq bil-kbir u dan jindika l-ġejjieni sabiħ tal-Banda San Gabriel għar-rieda li trid tkompli ġġedded it-tagħlim mużikali, dak kulturali u soċjali.

    Solisti: Klarinett – Marthese Tonna; Kurunetta – Ryan Mallia.

    Tlaqna Mro Reuben Zahra

    Nafra hu esponent kbir tal-patrimonju mużikali Malti. Il-kompożizzjonijiet ta’ Reuben Zahra jipproġettaw il-mużika folkloristika fuq pjattaforma kontemporanja u jwasslu l-ħsejjes awtentiċi ta’ strumenti tradizzjonali Maltin. Il-mużika ta’ Nafra tesplora l-ħsejjes tal-kultura, estremament unika u interessanti meta nqisu lil Malta bħala salib it-toroq kulturali tal-Mediterran. Jakkumpanja Reuben Zahra bis-sehem tan-nafra u strumenti mużikali Maltin.

    Solisti: Żaqq – Francesco Sultana; Vjolin – Klara Nazaj; Pjanu – Trichia Dawn Williams; Drum-Kit – Luke Baldacchino u Sax Alto – George Camilleri.

    Star Wars The Phantom Menace– John Williams b’arranġament ta’ Michael Story

    John Williams ikkompona bosta mill-aktar film scores popolari fl-istorja taċ-ċinema. Kien responsabbli minn sitt feature films ta’ Star Wars bejn l-1977 u l-2005. Din is-silta nsibuha fl-ewwel episodju ta’ Star Wars. Epic Space Opera hu film b’kitba u direzzjoni ta’ George Lucas. L-ewwel produzzjoni ta’ Lucas bħala direttur tal-films wara li qatta’ 22 sena jsegwi s-serje oriġinali. Din il-verżjoni ta’ Star Wars bdiet tintwera fit-teatri fl-1999. L-arranġatur Michael Story hu band leader minn Melbourne l-Awstralja.

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    Aida Allegro Maestoso Atto III - Giuseppe Verdi

    F’dan l-att Radames jagħmel ta’ bejn ruħu li aċċetta li jiżżewweġ lil Amneris. Dak l-istess lejl, filwaqt li Aida tistenna lill-maħbub tagħha fuq l-isponda tan-Nil, Amonasro jikkonvinċi lil bintu tittradieh. Aida tikseb l-informazzjoni mitluba. Il-missier waqt li jissemma d-diskursata bejn il-maħbubin, jiskopri l-post minn fejn l-eżerċitu Eġizzjan ikun ser jattakka lill-Etijopiċi.

    Ġaladarba Amonasro joħroġ fid-deher, jintroduċi ruħu bħala r-Re tal-Etijopji, Radames jirrealizza li involontarjament kien ittradixxa lil pajjiżu.

    L-Assedju Il-Kaptan Anthony Chircop

    Din is-sena Malta qed tfakkar l-450 sena mill-Assedju l-Kbir b’bosta attivitajiet mifruxa f’diversi lokalitajiet. Għalhekk bix-xieraq li l-Banda San Gabriel f’dan it-teatru storiku ssellem ukoll lill-Assedju l-Kbir tal-1565. L-introduzzjoni turina l-preparamenti għat-taqbida kontra t-Torok bit-tlugħ u nżul li għaddiet Malta f’dik l-epoka. Il-moviment tan-nofs juri t-taqbida nnifisha filwaqt li l-final jindika r-rebħa tal-Maltin fuq l-għadu. Il-kompożitur ta’ din is-silta dderieġa l-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta mill-1970 sakemm irtira fl-1984 fir-rank ta’ Kaptan.

    Solisti: Flawt – Maria Bonnici; Kwartin – Helen Borg; Trumbun – Michael Bugelli.

    Cavallieri di Malta Dott. Antonio Nani

    Minkejja d-daqs tagħha, Malta għandha patrimonju mużikali dokumentat li jmur lura sas-seklu għoxrin. L-opra minn dejjem kienet taffaxxina lil ċertu strata tas-soċjetà Maltija. Ir-rappreżentazzjonijiet kienu jsiru fit-Teatru Manoel li nfetaħ fl-1732 u wara mill-1806 fir-Royal Opera House (it-Teatru Rjal) li nbena fuq disinn ta’ Edward Berry, l-arkitett responsabbli mill-Covent Garden Theatre ta’ Londra.

    L-ewwel fost it-tmien opri Maltin li ntwerew fir-Royal Opera House lejn it-tmiem tal-1877 kienet l-opra ta’ Antonio Nani ‘I Cavallieri di Malta’. Skont il-‘Portafoglio Maltese’ tad-19 ta’ Jannar 1880, l-opra tant intgħoġbot, li ntalab encore għal ħames arias. Wara li l-Opera House nqerdet fl-1942, ir-rappreżentazzjonijiet reġgħu lura għat-Teatru Manoel.

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    Antonio Nani twieled il-Belt Valletta nhar is-7 ta’ Settembru 1842. Kien meqjus bħala l-aqwa surmast tal-perjodu romantiku. Kiteb tliet opri: Zorilla, Agnese Visconti u I Cavallieri di Malta. Jibqa’ magħruf għall-kompożizzjonijiet reliġjuzi tiegħu. Il-mużika ta’ Antonio Nani hija arkivjata fil-Mużew tal-Katidral tal-Mdina.

    Malta Suite Mro Charles Camilleri – Arranġament Mro Victor Zammit

    Mro Charles Camilleri twieled il-Ħamrun nhar is-7 ta’ Settembru 1931. Meqjus bħala wieħed mill-aħjar kompożituri ta’ żmienna. Matul il-karriera tiegħu wera mħabba kbira għall-mużika folkloristika tant li bosta mill-kompożizzjonijiet tiegħu huma bbażati fuq il-folk u leġġendi Maltin u wara żviluppa f’xogħlijiet tiegħu għall-orkestra, Chamber Ensemble u l-vuċi. ‘Il Malta Suite’ kitibha waqt vaganza f’Għawdex meta kellu biss ħmistax-il sena. Uħud mill-kompożizzjonijiet indaqqu minn orkestri rinomati fosthom min-New London Orchestra.

    Charles Camilleri, il-kompożitur prolifiku Malti b’reputazzjoni dinjija, miet fit-3 ta’ Jannar tal-2009.

    Solisti: Flawt – Maria Bonnici; Kwartin – Helen Borg; Klarinett – Marthese Tonna; Sax Alto – George Camilleri; Kurunetta – Ryan Mallia; Baxx – John Tonna.

    Caribbean Cameo Trevor L. Sharpe

    Trevor L. Sharpe twieled fl-1921. Huwa kien mużiċista militari sa mill-1935. Għaxar snin wara kompla l-istudji tiegħu fl-iskola militari tal-mużika Kneller Hall fejn iggradwa bħala band master militari. Ix-xogħlijiet tiegħu huma l-aktar immirati għall-Wind Bands (Strumenti tan-nifs). Kien direttur tal-Music Colstream Guards u tar-Royal Military School of Music. Miet fl-età ta’ 89 sena.

    Solisti: L-Istrumenti tal-Perkussjoni.

    March With Me Vangelis – Arranġament ta’ Alfred Farrugia

    Kompożizzjoni ta’ Vangelis li nstemgħet waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tas-sitt edizzjoni tal-IAAF World Championships fl-Atletika li saru f’Ateni fl-1997.

    Permezz ta’ ‘March With Me’ Vangelis ried jibgħat messaġġ dwar (a free society) soċjetà libera. Dan il-bżonn bażiku hu rifless fil-qawwa tal-mużika, fis-sempliċità tal-lirika u fil-ġudizzju ta’ dawk li ħadmu u għadhom jimmilitaw għal-libertà. Din is-silta għandha stil Latin Amerikan, allura l-istrumenti tal-Perkussjoni jieħdu l-prominenza.

    Jieħdu sehem: The Jacksons Pipers – Edmond Jackson u Anderson Jackson. Tkanta s-Sopran Marita Bezzina.

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    Flawt: Mario Bonnici

    Kwartin: Helen Borg

    Klarinetti: Marthese Tonna, Charles Pace, Neville Pace, Nathalie Cacchia Bonavia, Leslie Tabone, Eileen Buhagiar, Robert Dimech, Luke Vella, Antonella Briffa, Analise Vassallo, Mario Cucciardi, Jo Therese Deguara, Audrey Vassallo, Mariah Borg, Gilbert Farrugia u Joanne Spiteri

    Baxx Klarinett: Luke Vella

    Sax Alto: George Camilleri

    Sax Tenor: Pierre Cassar u Anthony Kitcher

    Kurunetti: Ryan Mallia, Mark saliba, Joe Buhagiar, Jonathan Caruana, Alan Frendo, Emle Zammit, Nathaniel Farrugia, Adrian Farrugia, Alex Bartolo, Jolene Saliba, Antoine Camenzuli u Peter Cilia

    Korni: Josef Camilleri, Aaron Borg, Chris Sciberras, Vince Bonello u Dylan Parnis

    Trumbuni: Anthony Carbonaro, Michael Bugelli, Joseph Buhagiar u Andrew Calleja

    Althorns: Tony Borg, Clayton Farrugia, Ray Magro u Ray Sant

    Ewfonji: Lawrence Bonnici, Stefan Grech, Alfred Farrugia, Etienne Vella, Lyden Briffa u Mark Vella

    Baxxi: John Tonna, Alan Saliba, Mario Testa u Karl Pullicino

    Perkussjoni: Joseph Grech, Mario Farrugia, Ivan Camilleri u George Zammit

    Inkwina: Joe Attard.

    Mużiċisti mistednin: Żaqq – Francesco Sultana Vjolin – Klara Nazaj Pjanu – Trichia Dawn Williams Drum-Kit – Luke Baldacchino

    The Jacksons Pipers: Edmond Jackson u Anderson Jackson

    Bandisti li ser jieħdu sehem mal-Banda San Gabriel

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    Wara l-festa tal-Lunzjata tas-sena 1920 li kienet nieqsa mill-baned, min-nar u mill-armar minħabba li l-Parroċċa kienet qed tiġbor għal sett qniepen ġodda, żgħażagħ li kellhom għal qalbhom il-festa tal-Lunzjata ħassew li l-festa m’għandhiex tintmiss kif kienet tiġi ċċelebrata matul is-snin ta’ qabel. Għalhekk missirijietna ħasbu biex iwaqqfu Soċjetà ġdida hawn f’Ħal Balzan. Kienu ħasbu biss dwar il-festa tal-Lunzjata u t-tkabbir tagħha.

    Fl-epoka tal-1920, il-popolazzjoni f’Casal Balzan (hekk jidher isem Ħal Balzan fil-minuti tal-ewwel snin) insibu li kienet tlaħħaq 1,228 li minnhom 512 kienu rġiel u 716 nisa. ’Il bogħod mill-iżvilupp, Ħal Balzan kien jgħodd sew il-motto tiegħu ‘Hortibus Undique Septa’ – ‘Imdawwar bil-ġonna minn kullimkien.’ Il-ġonna tal-larinġ u l-arja friska kienet tagħmel il-qasam agrikolu mfittex.

    Imma x’kien il-vera punt tat-tluq li ġiegħel li tinfetaħ Soċjetà ġdida? F’moħħna jrid ikollna s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna. Ma ninsewx li 10 xhur qabel kienet faqqgħet ir-rewwixta tal-Maltin mill-impożizzjoni tal-barrani f’dan il-każ fil-konfront tal-Gvern Kolonjali Ingliż, f’dik li hi magħrufa bħala s-Sette Giugno. Jingħad li bħal kull ħag’oħra, il-poplu kellu fehmiet differenti f’kull ħaġa, ibda fuq kwistjonijiet lokali kif ukoll fuq dawk nazzjonali. Jekk niġi għall-kwistjonijiet lokali, jingħad li hawn f’Casal Balzan inħolqot kwistjoni dwar il-qniepen. Fil-bidu tas-sena 1920, il-Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Amabile Sisner kien ħabbar li ser jibda jiġbor il-flus ħalli l-Parroċċa tkun tista’ tixtri sett qniepen ġodda. Jidher għalhekk, li l-unika Soċjetà li kienet teżisti f’dik l-epoka, iċ-‘Circolo Maria Annunziata’ ddeċieda li ma jorganizzax il-festi esterni tal-Lunzjata bħas-snin ta’ qabel ħalli jagħti ċans lill-Kappillan jiġbor il-fondi meħtieġa għal opra hekk kbira.

    Jingħad li żgħażagħ Balzanin ipprotestaw kontra dan u ddeċidew li huma stess jorganizzaw il-festi esterni f’ġieħ il-Lunzjata. Jissemmew ismijiet ta’ Balzanin, fosthom il-kuntrattur magħruf Balzani Mastru Piju Ebejer (1874-1931) ħeġġeġ lil dawn iż-żgħażagħ Balzanin sabiex jieħdu dan il-pass. Jingħad li hu kien ta £2 lil Mikiel Micallef Il-Boqboq u lil Manwel Mifsud Ir-Ruħħala u talabhom jiġbru £2 oħra sabiex imorru B’Kara għand Ġanni l-Imgħajjen biex jikru trofej u bnadar ħalli xorta jarmaw għall-festa tal-Lunzjata.

    Il-festa titulari tal-Lunzjata kienet saret nhar il-Ħadd 11 t’April 1920, Ħadd fuq l-Għid il-Kbir għax l-Għid il-Kbir kien ġie ċċelebrat fl-4 ta’ April 1920. Kien it-Tnejn ta’ wara, jiġifieri d-19 t’April 1920 li nsibu l-eqdem irċevuta fl-arkivju tal-Każin bl-ittri C.S.G. li juri l-ħlas tal-kiri tas-Sede l-ġdida għaċ-Circolo San Gabriel li kien għadu kif infetaħ. Dan juri li dawn iż-żgħażagħ ma kellhom bl-ebda kompromess fir-raħal ma’ ħadd, dan juri li dawn iż-żgħażagħ kellhom għal qalbhom il-festa titulari tal-Lunzjata u kienu lesti jagħmlu minn kollox basta ma jitnaqqsilhom xejn minn dak li kienu jħobbu… il-festa tal-Lunzjata. Nimmaġina li saru diversi laqgħat mal-Kappillan Sisner, kemm qabel il-festa li kienet saret il-Ħadd 11 t’April 1920 kif ukoll fil-ġimgħa ta’ wara. Permezz ta’ dik l-irċevuta, toħroġ il-konklużjoni li d-data uffiċjali tal-ftuħ ta’ din is-Soċjetà l-ġdida għandha tkun id-19 t’April 1920.

    Madanakollu, wieħed ma jistax jeskludi s-sitwazzjoni politika ta’ dak iż-żmien li setgħet b’mod jew ieħor inkoraġġiet liż-żgħażagħ biex jiftħu soċjetà ġdida. Wieħed ta’ min jgħid li ċ-Circolo Maria Annunziata kien aktar miġbud lejn il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Nerik Mizzi (1885-1950), mentri n-nies li kienu ġejjin min-naħa ta’ fuq ta’ Ħal Balzan kienu l-biċċa l-kbira miġbudin lejn il-Partit Kostituzzjonali mmexxi minn Sir Gerald Strickland (1861-

    It-Twaqqif taċ-Circolo San Gabriel

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    1940). Allura jista’ jkun li din il-qasma setgħet affetwat l-andament biex tinfetaħ Soċjetà ġdida hawn f’Ħal Balzan. Guido Borg fil-Ktieb tal-Festa 1988 fl-artiklu tiegħu ‘il-Bidu tas-Soċjetà jgħid hekk: ‘Għaż-żgħażagħ tas-seklu 20 l-idea li tiġġieled għal drittijietek forsi kienet xi ħaġa ġdida. Għalihom kienu żminijiet ta’ tama għal ġejjieni hieni.’ Però hawn ma rridux ninftiehmu li dawk li bdew jappoġġjaw liċ-Circolo San Gabriel kienu kollha jxaqilbu lejn il-Partit Nazzjonalista. Kienu ż-żgħażagħ li ħadmu u stinkaw biex iwelldu Soċjetà li maż-żminijiet daħlet fil-qalb tal-Balzanin kollha.

    Fl-ewwel irċevuta li għamel il-Kappillan Dun Amabile Sisner nhar it-Tnejn 19 t’April 1920 insibu li sejjaħ lil dawk it-tliet żgħażagħ ‘quali deputati, rappresentanti e soci del Circolo San Gabriele’, xhieda li Giuseppe Muscat (21 sena), Giuseppe Falzon (21 sena) u Salvatore Attard (17-il sena) mhux biss kienu soċi iżda kienu qed jirrappreżentaw lil sħabhom li kienu tawhom l-awtorità biex jieħdu dan il-pass. Dan kollu juri li l-Kappillan Sisner kien jaf x’inhu għaddej sew fir-raħal u dawn iż-żgħażagħ kienu jgħarrfuh b’kollox. Minn dan kollu nikkonfermaw li lejn din is-Soċjetà l-ġdida resqu fi ħdanha diversi żgħażagħ Balzanin.

    B’xorti ħażina ma nsibu l-ebda minuti tal-ewwel laqgħa. Però fil-Ktieb ‘l-Introito e Esito’ li kienu jżommu f’dawk iż-żminijiet, naraw li ċ-Circolo San Gabriele kien fetaħ b’20 soċju li ħarġu porzjon ta’ 2s 6d (12ċ5m) kull wieħed. Hawnhekk ta’ min jinnota li l-kera tad-dar fejn infetaħ il-Każin kien ta’ £2 kull sitt xhur bil-quddiem. Fil-minuti tat-28 ta’ Settembru 1920 jidhru r-regoli tal-kiri ta’ kamra għall-futbol.

    Imbagħad insibu wkoll fatt importanti ieħor fir-rendikont tat-13 ta’ Novembru 1920, jiġifieri seba’ xhur wara l-ftuħ tas-Soċjetà, li d-dħul ta’ 5s (25ċ) għall-Chera tal-Camra tal-Football, prova li l-futbol kien diġà jeżisti f’Ħal Balzan f’dik is-sena. Kera oħra simili għall-futbol reġgħet issemmiet f’Seduta tal-Kumitat li saret fit-22 ta’ Jannar 1922. Dan juri li dilettanti Balzanin tal-futbol kienu jagħmlu użu mill-istess post taċ-Circolo San Gabriele.

    Membri li welldu din is-SoċjetàDin hi l-lista li sibt ta’ wħud mill-ewwel membri li ħallsu u ħadmu sabiex isiru soċji maċ-Circolo San Gabriele:- (innotaw li sibtha bil-laqmijiet b’kollox)

    Giuseppe Micallef (Stellati) - Kien il-prokuratur tal-Festa tal-Lunzjata fis-snin 20 u kien jieħu ħsieb il-luminazzjoni tal-festa tal-Lunzjata, Giuseppe Muscat I (Ta’ Fechica), Giuseppe Muscat II (Ta’ Vokali), Emanuele Galea, Carmelo Buhagiar (Tal-Puxa), Salvatore Attard, Luigi Ebejer (Ta’ Piu

    L-ewwel soċi taċ-Circolo San Gabriel meħud fl-1922

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    jew Ta’ Piju), Vittorio Chetcuti, Paolo Chetcuti (Il-Patrak), Giuseppe Falzon, Giuseppe Micallef (Ta’ Ketrin), Gabriele Micallef (Stellati), Carmelo Sciberras (Tal-Fajjenza), Salvatore Sammut (Ta’ Emilia), Giuseppe Sammut (Ta’ Emilia), Giuseppe Brincat (Iddicu), Francesco Sammut (Sellidi), Valentino Falzon (Iċ-Ċe) , Giacchino Demicoli (Ta’ Ganni tal-Bambina), Giovanni Pace (Ta’ Zelemetta), Luqa u Poalo Agius (Ta’ Luka), Giovanni Muscat (Vocali), Giovanni Pullicino (Ta’ Mazza), Giuseppe Vella (Ta’ Metteu), Guiseppe Chetcuti (Ta’ Għeita), Michele Ebejer (Ta’ Piu jew Ta’ Piju), Paolo Muscat (Ta’ Funzu), Paolo Zarb (Ta’ Chelment), Carmelo Attard (Ta’ Bassas) u Vincenzo Brincat.

    Insibu żewġ Seduti Ġenerali sabiex jinħatar il-Cumitat Direttiv taċ-Circolo San Gabriele. Dan iċ-Circolo San Gabriele beda jara kif ser joħloq sistemi ġodda dwar il-festa tal-Lunzjata. Tant hu hekk li kienu pproponew Kumitat tal-Festa li jieħu ħsieb il-festa mal-Kappillan Amabile Sisner u dan beda jiffunzjona wara l-ewwel laqgħa fil-21 t’Awwissu 1921. Bħala rappreżentanti taċ-Circolo li kien għadu kif twaqqaf kienu Giuseppe Muscat, Emanuel Galea u Salvatore Attard li kienu President, Segretarju u Kaxxier rispettivament taċ-Circolo.

    Fil-kotba Introitu e Esito jidhru firem tal-President kull sena differenti mentri dik tal-Kaxxier tibqa’ ta’ Salvatore Attard. Jidher li kienu jaqilbu l-pożizzjonijiet tal-uffiċjali però dik ta’ Kaxxier baqgħet l-istess għal 7 snin sakemm Salvatore Attard sar President fit-30 t’April 1927 segwit bħala Segretarju Giuseppe Muscat filwaqt li l-Kaxxier sar Carmelo Sciberras. Tajjeb li ngħidu li s-soċi kienu jħallsu l-entratura darba fis-sena, imbagħad jitħallas l-abbonament kull xahar. Dan baqa’ jsir sas-snin 70, anke jekk tbiddlu l-proċeduri.

    Fatt kurjuż u li osservajt dwar l-ewwel membri ta’ dan iċ-Circolo San Gabriele kien il-fatt li kienu jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jiġġeneraw il-flus u jkunu jistgħu jmexxu l-operat tagħhom ’il quddiem. Però fl-istess ħin kienu

    attenti minn kull ħaġa madwarhom l-aktar mid-dejn li seta’ jikber f’limitu li ma jkunux jistgħu jirkupraw. Però dan qatt ma seħħ għax kienu membri biżlin, kawti f’kull deċiżjoni u sodi f’dak li kienu qed jagħmlu. Rigward id-dejn, il-Cumitat Direttiv kien għamilha ċara li l-ebda membru ma jista’ jħalli l-Kumitat qabel jagħlaq iż-żmien dment li ċ-Circolo jkollu d-dejn. Dan sibtu fil-minuti tas-seduta tal-Cumitat Direttiv tat-8 ta’ Jannar 1922. Fatt ieħor interessanti hu li dejjem ħasbu u warrbu l-flus minn qabel għall-kera tal-post fejn kienu jiltaqgħu.

    Il-Presidenti tas-SoċjetàSkont il-kotba tal-minuti jidher li l-ewwel President taċ-Circolo San Gabriele kien is-Sur Albert Pearson. Fil-Kotba tal-Minuti hemm li Pearson kien l-ewwel persuna li ħallas it-tessera tiegħu.

    F’dokument Introito e Esito li jġib id-data ta’ 14 ta’ Novembru 1920, insibu li Emanuel Galea jiffirma bħala President u għalhekk sar it-tieni President taċ-Circolo f’dik il-ħabta. Għas-sena 1922 naraw lil Carmelo Buhagiar bħala President, Emanuel Galea jerġa’ fis-sena 1923 u Carmelo Buhagiar jerġa’ jkun President fis-sena 1924 sal-1925. Fis-sena 1926 jilħaq Luqa Agius segwit minn Salvu Attard fis-sena 1927 li niftakru li kien wieħed mit-tliet rappreżentanti li marru quddiem il-Kappillan Sisner sabiex tinfetaħ Soċjetà ġdida. Għal sentejn, jiġifieri fis-snin 1928 u 1929, insibu lil Giuseppe Sammut sakemm fis-sena 1930 insibu lil Ġanni Borg. Għal ftit xhur fis-sena 1931 jilħaq Pawlu Agius u jerġa’ Ġanni Borg sakemm fis-sena 1932 jilħaq Giuseppe Muscat (wieħed mit-tliet rappreżentanti tal-bidu u President fis-sena 1921) segwit minn Valent Muscat għal ftit xhur fis-sena 1933.

    Mill-istess sena sat-tmiem tal-gwerra nsibu lil Ġanni Borg. Għal ftit żmien jilħaq Anton Stivala u jerġa’ Ġanni Borg fejn issa fl-1953 jilħaq Alfred Brincat. Fis-sena 1974 sas-sena 1990, il-Presidenza tkun f’idejn Gabriel Caruana, Patrun

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    tas-Soċjetà u Fundatur tal-Banda San Gabriel. Imbagħad għal 7 snin insibu lil Guido Borg sakemm fis-sena 1997 leħaq ħuh Lino Borg li hu l-President attwali.

    Ninnutaw li fis-snin 20, il-Presidenza kienet tkun għal terminu ta’ sena waħda biss. Kienet bħala proċedura ta’ dawk iż-żminijiet li l-Presidenza tkun għal sena waħda biss. Ma rridux ninsew li f’dawk iż-żminijiet kienu jsiru żewġ Seduti Ġenerali fis-sena. Waħda minnhom kienet tkun eżattament fl-Ewwel tas-Sena (l-1 ta’ Jannar) u l-oħra ġeneralment qrib l-aħħar ta’ Ġunju bidu ta’ Lulju. Però kif nersqu lejn it-tletinijiet, din is-sitwazzjoni dwar il-Presidenti ma tidhirx aktar. Ġanni Borg kien leħaq President fis-sena 1933 u dam sas-sena 1945. Tajjeb li nsemmu li pajjiżna bejn is-snin tal-1939 u l-1942 kien fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinija. Alfred Brincat kien l-aktar President li dam jokkupa din il-pożizzjoni. Hu dam għal 21 sena sħaħ bejn l-1953 u l-1974.

    Is-Sede tas-SoċjetàL-ewwel sede taċ-Circolo San Gabriele fl-1920 kienet f’numru 5, Triq Santa Marija. Din id-dar kienet propjetà tal-Knisja u nkriet lis-Soċjetà mill-Kappillan Dun Amabile Sisner. Illum din id-dar hija residenza privata.

    Imbagħad fit-12 ta’ Ġunju 1921, insibu li s-Soċjetà ttrasferiet ruħha f’lokal qrib il-Knisja Parrokkjali, illum Pjazza Annunzjata. Kundizzjoni waħda kienu għamlu l-membri, li s-Soċjetà tibqa’ taħt l-isem ta’ Circolo San Gabriele. Illum din id-dar hija wkoll residenza privata.

    Il-Kumitat u s-soċi dejjem kellhom il-ħsieb li jiksbu dar aħjar u aktar ċentrali u dan insibuh fil-15 t’Awwissu 1922. Din id-dar li ttieħdet kienet eżattament f’wesgħa żgħira taħt il-kampnar. Fit-8 ta’ Frar 1923 tħallset £1 għall-mejn tal-ilma ġdid f’applikazzjoni li saret mill-President Carmelo Buhagiar eżattament meta nkiseb. Fl-1 ta’ Ġunju 1924 insibu żvolt’oħra għaċ-Circolo San Gabriele minħabba l-fatt li issa nsibu li l-Cumitat Direttiv daħħal is-servizz tad-

    dawl. Din id-dar m’għadhiex teżisti għax twaqqgħet sabiex tinfetaħ il-pjazza.

    Fis-Seduta Ġenerali li saret fit-22 ta’ Marzu 1933, fejn kienu preżenti 23 membru, inqrat ittra mis-Segretarju li kien bagħatlu l-proprjetarju tal-bini taċ-Circolo San Gabriele No.205, Strada Reale Casal Balzan li kienet tgħid li s-Soċjetà taċċetta li l-kera minn £14 issir £17 fis-sena.

    Dan kollu s-soċi aċċettawh bil-kundizzjoni li sid il-kera jaċċetta wkoll li jinħarqu 3000 bomba tal-bjut minn fuq il-bejt taċ-Circolo, jinżeba’ l-bieb ta’ barra u titbajjad il-faċċata u li l-bottegin ikun pubbliku għall-ġranet tal-festa u jinfetaħ il-bieb tal-ġenb.

    Jidher li dan ma tantx ġie aċċettat għax fit-23 ta’ Awwissu 1934, il-Każin mar f’post ieħor; 92, Triq il-Kbira b’kera ta’ £16. Hawn iċ-Circolo San Gabriele kien taħt il-Presidenza ta’ Ġanni Borg filwaqt li s-Segretarju kien Luigi Ebejer. Fil-minuti naraw li l-bottegin ħadu Pietru Pawl Muscat bi ħlas ta’ £8.2 fis-sena u bil-kundizzjoni li jrid jiftaħ u jagħlaq il-Każin kuljum, jaqsam il-ħlas tal-kera £2 mill-ewwel u £6 qabel il-festa tal-Lunzjata u jżomm l-indafa.

    F’dan il-lokal dam għal 27 sena fejn insibu wkoll li matul it-Tieni Gwerra Dinija, parti minn din id-dar kienet okkupata minn żewġ familji refuġjati biex jistkennu mill-qilla tal-għadu. Dan jidher għall-ewwel darba fl-14 ta’ Marzu 1939 f’laqgħa tal-Cumitat Direttiv. Però kien fit-12 ta’ Ġunju 1940 li saret seduta tal-Kumitat li fiha reġa’ ltaqa’ u ttieħdu deċiżjonijiet dwar il-kiri tal-kmamar ta’ fuq għall-Familja Grech u l-kmamar t’isfel għall-Familja Portelli bħala refuġju. Kien sar ftehim li dawn iż-żewġ familji jkunu responsabbli minn kull ħsara li tista’ ssir kif ukoll iħallsu £1 fix-xahar kull wieħed. Kienet ittieħdet deċiżjoni li l-bandalora jerfagħha l-President Ġanni Borg fid-dar tiegħu. Fatt interessanti kien li s-Seduta tal-Kumitat tas-6 ta’ Settembru 1941 kienet saret fuq iz-zuntier tal-Knisja wara kwistjoni bejn dak li kien imexxi l-bottegin Pietru

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    Pawl Muscat u s-Sur Portelli r-refuġjat, fejn dan spiċċa mkeċċi u daħlet il-familja Camilleri.

    Hekk kif għaddiet il-gwerra, u issa nbidel l-isem għal Għaqda San Gabriel fil-9 ta’ Jannar 1944, il-membri bdew jerġgħu jibnu u jqajmu l-interess fost il-Balzanin. Instabu diffikultajiet kbar, l-aktar minħabba l-mewt tas-Segretaju Luigi Ebejer BEM fis-sena 1948. L-antenati tagħna jgħidu li l-mewt ta’ Wiġi tant ħasdet lill-membri li għal xi żmien il-Każin kien għat-tè biss. Però għall-grazzja t’Alla, l-attività bdiet tikber minn sena għal sena mas-sena 1950. Hekk insibu li mal-proposta tat-twaqqif tal-Banda San Gabriel

    fis-sena 1951 u d-diversi karrijiet tal-Karnival li saru, attivitajiet kontinwi oħrajn, il-ħajja fil-Każin bdiet tikber u tiffjorixxi sew. Aktar minn hekk, fuq inizjattiva ta’ Gabriel Caruana li kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju u ssekondata mill-Kaxxier ta’ dak iż-żmien Piju Ebejer, f’seduta fl-10 t’Awwissu 1957 ġie deċiż li jinxtara l-post attwali. Issa l-Każin kien akkwista b’mod permanenti Palazz b’sular wieħed, b’faċċata klassika, post hekk ċentrali ħdejn u għad-dell tal-Knisja Parrokkjali.

    Issa li l-Każin ġie akkwistat, bdiet issir ħidma kbira kemm ħalli l-membri jkollhom post xieraq u diċenti kif ukoll ħalli l-Kumitat ikun jista’ jtejjeb l-operat tiegħu. U hekk kien għax bdew isiru diversi attivitajiet għax issa s-sede kienet akbar. Illum kompla jikber, tant li issa nsibu kantina li tilqa’ fiha l-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, sala kbira u aktar spazju biex jintrefgħu l-affarijiet diversi.

    L-Armar u l-Festa tal-LunzjataSa mit-twaqqif taċ-Circolo San Gabriel, il-membri fi ħdanu kellhom demmhom ibaqbaq sabiex jaħdmu u jorganizzaw festa li tixraq. Bejn is-sena 1925 u s-sena 1930 sar sett ta’ 10 trofej fuq xogħol ta’ Mikiel Micallef il-Boqboq, pedestal maestuż ta’ Ġuditta fuq disinn tal-imgħallem Balzani Valent Falzon iċ-Ċej filwaqt ix-xogħol tal-injam kien sar minn Mikiel Micallef il-Boqboq u tlesta għall-festa tal-1930. Il-Cumitat Direttiv kien ħass ukoll il-ħtieġa li ċ-Circolo San Gabriele ikollu bandalora rrakkmata. L-inizjattiva u d-disinn tal-bandalora kienu ta’ Mikiel Micallef li kien il-Kaxxier taċ-Circolo. Din il-bandalora artistika kienet swiet lis-Soċjetà total ta’ £32 14s 1d. Jidher li l-irrakkmar tad-deheb u xogħol ieħor li għamlu s-Sorijiet tal-Buon Pastur sewa £25. Din il-bandalora kienet iżżanżnet fis-sena 1930 fil-wasla tal-istatwa meta kienet ġiet żgraffikata u ndurata mill-ġdid.

    Il-Cumitat Direttiv kien ikkonferma fis-6 ta’ Novembru 1928 l-arma u l-motto li ċ-Circolo San Gabriele kellu Il-pedestall ta’ Ġuditta li żżanżan fl-1930

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    juża fuq il-bandalora artistika li l-membri bdew jaħsbu li jkollhom. Dan il-motto għadu jiddistingwina sal-ġurnata tal-lum. L-arma tinkludi torri bil-kliem Fortitudo Dei… ‘Il-Qawwa t’Alla’. Kien il-Kan. Dun Karm Cortis li ħareġ b’din l-idea oriġinali u ntgħoġbot ferm mill-membri tal-istess Circolo.

    Il-Banda San GabrielIl-Banda San Gabriel daqqet għall-ewwel darba fil-pubbliku nhar il-Ħadd 23 ta’ Marzu 1952. Dakinhar il-Banda San Gabriel tellgħet l-ewwel programm mużikali tagħha waqt fiera organizzata qrib il-festa liturġika tat-tħabbira tal-Mulej lil Marija. Din l-attività kienet saret ħdejn Villa Maċedonia, li fiha kien jgħix il-Konti Bernardo Manduca Zamitt, benefattur u ħabib tal-Balzanin waqt fiera li kienet ġiet organizzata apposta sabiex tiġbor il-fondi għall-istess banda.

    Tgħaddi l-gwerra, il-pajjiż jibda jirkupra u jaslu s-snin 50. Hawn l-istorja tgħidilna li nhar il-Ħadd 5 t’Awwissu 1951, iż-żagħżugħ Gabriel Caruana, dedikat u attiv, ressaq proposta formali lill-Kumitat biex titwaqqaf banda fil-Każin. Kif naqraw mill-minuti ta’ dik il-laqgħa storika, il-proposta kienet issekondata minn żagħżugħ ieħor Joseph Felice. U b’hekk il-Banda San Gabriel ġiet ikkonfermata b’akklamazzjoni. Però sabiex Gabriel Caruana wasal biex ikkonvinċa lis-soċji ma kinitx faċli.

    Mro. Carmelo Briffa,l-ewwel surmast direttur

    Biżżejjed ngħidu li Gabriel kien iħallas lis-Surmast minn butu stess. Fil-Laqgħa Ġenerali f’Settembru issejjaħ is-Surmast Carmelo Briffa biex ikun l-ewwel Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel, minn Birkirkara biex jgħallem l-allievi li kienu jlaħħqu madwar 40 u jagħmel kunċerti lil ħdax-il bandist ieħor Balzani. Fl-ewwel festa bis-sehem tal-Banda San Gabriel, li kienet saret nhar il-Ħadd 20 t’April 1952 fost l-entużjażmu kbir tal-Balzanin, kien ġie ppreżentat l-istandard bl-arma tas-Soċjetà, torri bir-raġġi fuqu bil-kliem ‘Fortitudo Dei’, maħduma fuq disinn ta’ Carmelo Said u nġabret minn fost il-poplu ta’ Ħal Balzan. Bierek dan l-istandard il-Kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Ġużepp Minuti.

    Xi ħaġa unika li kienet saret fit-twelid tal-Banda San Gabriel kienet li ħadet sehem b’marċ brijuż fiż-żewġ festi prinċipali tal-Belt Valletta... dik ta’ San Duminku f’Awwissu tal-1952 u f’dik ta’ San Pawl fi Frar ta’ 1953. Għall-festa tas-sena 1953 li kienet saret il-Ħadd 12 t’April, f’lejlet il-Festa, il-Banda San Gabriel żanżnet l-Innu l-Kbir Marija Annunzjata fuq kitba ta’ Dun Frans Camilleri u mużika ta’ Dun Karm Xerri. Kien ħa sehem it-tenur Joe Zammit Hammet u kor ta’ madwar 50 tifla.

    It-tieni Surmast Direttur tal-Banda San Gabriel kien Mro. Clemente Sciberras li ħa t-tmexxija tal-banda fl-1 ta’ Mejju 1972 u dam sas-sena 1990. Fl-1977, mal-Banda San Gabriel ħarġet iddoqq l-ewwel mara li kienet Anita Bartolo née Gauci. Is-sena 1984 hi importanti wkoll fl-istorja tal-Banda San Gabriel, b’mod partikulari fil-qalba tal-marċi brijużi li ddoqq il-Banda San Gabriel.

    F’dik is-sena l-Banda għamlet l-ewwel recording uffiċjali tagħha, dak iż-żmien fuq cassette (tape). Jibqgħu jidwu l-marċi Peter ta’ Mro Gabriel Muscat (illum Surmast Onorarju mal-istess banda), u l-marċ Kumitat 1984 tas-Surmast Clemente Sciberras li dak żmien kien Surmast Direttur tal-Banda. Dan is-sett marċi sar taħt it-treġija tas-Surmast mibki u qatt minsi Mro Clemente Sciberras.

    Gabriel Caruana MQR, il-patrun u fundatur

    tal-Banda San Gabriel

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    Il-Banda San Gabriel mat-tieni surmast Mro. Clemente Sciberras

    Il-programm mużikali mill-banda San Gabriel fl-okkażjoni tal-75 sena mit-twaqqif

    Is-Surmast Direttur attwali hu Mro Joseph Vella. Il-Kumitat Ċentrali kien approva l-ħatra tiegħu f’seduta tal-kumitat nhar l-14 ta’ Diċembru 1990 imbagħad ingħata l-bakketta tal-Banda San Gabriel fis-16 ta’ Jannar 1991. Ta’ min isemmi li Mro Joseph Vella kien ikkompona l-marċ Jurgen għall-Banda San Gabriel u kklassifika fl-ewwel post f’kompetizzjoni organizzata mis-Soċjetà Filarmonika Vilhena.

    It-tagħlim tal-allievi baqa’ għaddej u tul dawn l-aħħar snin ta’ kull sena joħroġ alliev ġdid mal-Banda San Gabriel. It-tagħlim isir kull nhar ta’ Ħamis u Ġimgħa mis-Surmast Direttur Mro Joseph Vella u l-Assistent Surmast Mro Tony Carbonaro.

    Servizzi f’irħula u ibliet ma naqsux. Ittellgħu diversi Programmi Mużikali ta’ livell fosthom il-Programm Mużikali fil-Belt Valletta fl-1958, fil-Ġonna ta’ Sant’Anton, fl-okkażjoni tal-75 sena mit-twaqqif, tal-50 sena Banda San Gabriel fis-Sala Aurora, fl-Anniversarju tat-350 Sena Parroċċa, fid-90 sena sar il-Programm Mużikali Ċelebrattiv fl-Iskola Primarja Stella Maris, tieħu sehem fl-Open Day tal-Hospice Malta u ta’ kull sena l-Banda San Gabriel ittellgħa l-Programm Mużikali fil-jiem tal-festa titulari tal-Lunzjata l-Ħamis fit-tieni Jum tat-Tridu b’akkumpanjament mil-logħob tan-nar ma’ silta mużikali.

    Barra minn hekk, meta jaħbat avveniment importanti, il-Każin tal-Banda San Gabriel jiċċelebra bi Programm Mużikali Ċelebrattiv ħalli jfakkar u jagħti ġieħ lil missirijietna, li bl-għemil hekk kbir

  • Kunċert Strumentali - Festa ta’ Santa ĊeċiljaKażin tal-Banda San Gabriel – Ħal Balzan A.D. 1920

    waqqfu Soċjetà hekk impenjattiva u glorjuża. Ġewwa Villa Maċedonia, illum l-Ambaxxata Spanjola, f’dawn l-aħħar snin ukoll il-Banda San Gabriel tkun mistiedna ddoqq fis-serata ta’ Jum Spanja li ssir fit-12 t’Ottubru ta’ kull sena, il-post fejn il-Banda San Gabriel għamlet l-ewwel dehra tagħha f’Marzu 1952. Minn żmien għall-żmien, tieħu sehem f’attivitajiet tal-Kunsill Lokali Ħal Balzan. Ma ninsewx ukoll il-marċ brijuż u mistenni li l-Banda San Gabriel torganizza eżattament fl-aħħar tat-Tridu fil-festa tal-Lunzjata meta l-qofol ikun it-tlugħ tal-istatwa tal-Arkanġlu Gabriel fuq il-pedestall biswit il-Każin fost il-briju tal-partitarji. Dan ġie mżanżan fl-1993 fuq xogħol tal-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi.

    Minkejja li l-Każin tal-Banda San Gabriel ġej minn lokal żgħir, imma l-imħabba tal-membri, tal-Balzanin u ħbieb oħra hija kbira għax dejjem għarfet tpoġġi fuq quddiem l-interess mużikali, kulturali u soċjali qalb dawk li jiffrekwentaw din is-Soċjetà. Issa wkoll qed tħares b’entużjażmu fejn ħames snin oħra tkun qed tiċċelebra l-ewwel ċentinarju. Għal aktar dettalji u ritratti tistgħu tidħlu fuq www.stgabrielbandclub.com jew Facebook St. Gabriel Band Club u ssibu aktar tagħrif u xi jkun għaddej fl-istess Każin.

    Xogħol pirotekniku mal-banda San Gabriel fil-programm mużikali tal-festa tal-Lunzjata

    Mument mistenni mill-Balzani fl-aħħar Jum tat-Tridu, it-tlugħ tal-Arkanġlu San Gabriel li jkun akkumpanjat mill-Banda San Gabriel b’daqq ta’ mari brijużi.

  • Teatru Manoel, VallettaIl-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015

    Il-faċċata mixgħula ghall-okkażjoni tal-Festa tal-Lunzjata.

    Il-Każin tal-Banda San Gabriel armat għall-Festa tal-Lunzjata.

  • • Lis-Surmast Direttur Mro Joseph Vella, lill-Assistent Tony Carbonaro u lill-bandisti għall-impenn u s-serjetà li wrew fit-tħejjija ta’ dan il-Kunċert.

    • Lill-President, Segretarju u l-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda tal-fiduċja u l-għajnuna li taw lis-Soċjetà.

    • Lill-Management tat-Teatru Manoel għall-appoġġ kontinwu u professjonali tagħhom.

    • Lill-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Santa Venera V.M.

    • Lis-Sindku Dott. Ian Spiteri u lill-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali Ħal Balzan.

    • Lis-Sur Joseph Borg tal-qari tal-provi u pariri siewja oħra ta’ dan il-Ktieb ta’ Tifkira.

    • Lil Hugh Peralta Advocates

    • Lill-Għaqda Mużikali Sant’Elena – Birkirkara A.D. 1919

    • Lill-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun

    • Lill-Mro Alfred Farrugia

    • Lil Raymond Sant

    • Lill-Mro Reuben Zahra

    • Lill-Mro Victor Zammit

    • Lill-Maġġur John Ivan Borg

    • Lis-Sottokumitat li ħa ħsieb il-Programm Teatru Manoel: Saviour Deguara, Dominic Muscat, Marlene Abela, Joe G. Vella, Raymond Debono, Lydon Briffa, Alan Deguara, Silvio Cassar, Mro Joseph Vella, Mro Tony Carbonaro, Helen Bonett u Perit Fleur M. Ebejer

    • Lil Andrè Grech – Mirachem

    • Lill-HSBC

    • Lil Parisio Nursery

    • Lill-Qronfla – Lewis Micallef Co. Ltd

    • Lil Malcolm Monreal – Barman tal-Każin tal-Banda San Gabriel - Ħal Balzan.

    Il-Każin tal-Banda San Gabriel– Ħal Balzan A.D. 1920jirringrazzja:

    Stampat: Best Print Ltd, Qrendi

  • Bil-kollaborazzjoni ta’

    Kunsill LokaliĦal Balzan

    Parisio Nursery

    www.stgabrielbandclub.com