il-kulleġġ de la salle

38
Il-Kulleġġ De La Salle L-isem u l-kunjom __________________________ Il-klassi __________________________

Upload: others

Post on 05-Nov-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Kulleġġ De La Salle

L-isem u l-kunjom __________________________

Il-klassi __________________________

Page 2: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 2

Għeżież studenti,

Matul din is-sena se nużaw dan il-ktejjeb, flimkien mal-kotba l-oħrajn, waqt

il-lezzjonijiet tal-grammatika. F’dan il-ktejjeb għandkom issibu t-topiks kollha

li se nitgħallmu dwarhom waqt il-lezzjonijiet tal-grammatika. Għal kull topik

se ssibu nota grammatikali flimkien ma’ numru ta’ eżerċizzji. Se ssibu

eżerċizzji li se jinħadmu fuq dan il-ktejjeb stess, kif ukoll eżerċizzji li se

tiktbuhom fuq il-pitazz tal-grammatika.

Importanti nifhmu li dak li nitgħallmu fil-grammatika, tajjeb li nużawh meta

niġu biex noħolqu l-kitbiet tagħna, fil-kitba kreattiva. B’dan il-mod niktbu

sentenzi u stejjer aħjar.

Nota lill-ġenituri

Dan il-ktejjeb se jintuża waqt il-lezzjonijiet tal-

grammatika. Permezz ta’ dan il-ktejjeb l-istudenti

se jkunu jistgħu jitgħallmu iktar dwar il-

grammatika fil-lingwa Maltija. Kull topik se jsir fil-

klassi, għaldaqstant huwa importanti li l-ebda

parti ma tinħadem minn qabel mill-istudenti.

Grazzi.

Page 3: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 3

L-alfabett Malti fih 30 ittra. Fl-alfabett insibu 6 vokali (li huma: a, e , i, ie, o, u) u 24

konsonanti.

Importanti: Għalkemm il-vokali ie fiha żewġ ittri, hi vokali waħda. Dan jgħodd ukoll

għall-ittra għ.

Dan huwa l-alfabett Malti:

A.Ikteb il-vokali u l-konsonanti ta’ dan il-kliem.

Il-kelma Il-vokali Il-konsonanti

twieqi

dar

siġġijiet

għasafar

frott

B.Ikteb dan il-kliem f’ordni alfabetiku.

1. bir, mejda, ġebel, arloġġ, klassi

___________________________________________________________________

2. ħawħ, larinġ, lanġas, ċirasa, għeneb

___________________________________________________________________

a b ċ d e f ġ g għ h ħ i ie

j k l m n o p q r s t u v

w x ż z

Page 4: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 4

3. sellum, bieb, siġra, bibien, siġġu

__________________________________________________________________

4. ikel, dahar, fjuri, arzell, baħar

___________________________________________________________________

5. ieħor, interessanti, ilma, insett, importanti

___________________________________________________________________

6. gaġġa, ġurdien, għalqa, għadira, gallinar

__________________________________________________________________

7. bejt, ballun, borża, borma, bajja

___________________________________________________________

8. zalza, żarbun, żrinġ, ziju, żrar

___________________________________________________________

D.Ikteb kemm fihom ittri dan il-kliem.

Kelma Numru Kelma Numru

għalqa kanzunetta

ktieb tieqa

E.Aqsam dan il-kliem f’sillabi.

Il-kelma Il-kelma maqsuma f’sillabi

bibien

kotba

lapsijiet

tazza

Page 5: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 5

A.Agħżel il-kelma t-tajba.

1. Huma (ukoll, wkoll) sejrin il-baħar.

2. Ommi (sajret, sajjret) kejk għal għeluq snin in-nanna.

3. Huwa (jkun, ikun) qed jaqra ktieb fil-librerija.

4. Kemm hi (tajjba, tajba) din il-frotta!

B.Ikteb j jew w f’dan il-kliem.

ta_ _eb ġne_na je_ se_ra

_iżna d_ar se_ _er _aħda

Ċ. Fuq il-pitazz tal-grammatika, ikteb is-sentenzi mill-ġdid u rranġa l-kliem

b’sing taħtu.

1. Ommi u oħti sajjru ikla tajba għall-familja kollha.

2. Iz-zija żejjnet id-dar għal żmien il-Milied.

3. Aħna morna ġurnata ħdejjn il-baħar u ħdejjna kien hemm familja simpatika ħafna.

4. Oħti qaltli li jiena ukoll kelli mmur għand in-nanna u tgħidx kemm fraħt.

5. Waqt li ħija ikun qiegħed jaqra, in-nannu imur isaqqi l-pjanti fil-ġnien.

6. Il-ħaddiema kejjlu t-tul tal-bibien.

7. Oħti l-kbira dawwret l-arloġġ siegħa lura.

8. Il-kuġini ħawwdu l-ingredjenti kollha li kien hemm fuq il-mejjda.

Il-konsonanti j u w huma żewġ konsonanti dgħajfin.

Dawn il-konsonanti għandhom bżonn vokali ħdejhom fil-

kelma. Eżempju: ħajt mhux ħajjt.

Jista’ jkun li l-ittra i ssir j u l-ittra u ssir w, meta din tkun

fil-bidu ta’ kelma u qabilha jkollha kelma li tispiċċa bil-

vokali. Eżempji: huma jkunu, aħna wkoll

Page 6: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 6

Xi konsonanti fl-alfabett Malti jixxiebhu ħafna fil-ħoss tagħhom. Il-konsonanti li

jixxiebhu huma dawn:

ġ d v ż g b

ċ t f s k p

Eżempju: kattif jew kattiv?

Meta jkollok dan id-dubju, dawwar dik il-kelma fil-femminil, jew fil-plural jew fis-

singular. L-importanti li wara dik il-konsonanti li tixxiebah tpoġġi vokali.

kattiv għax tgħid kattiva

Eżempji oħrajn:

taraġ għax tgħid tarġa

silġ għax tgħid silġa

ħobż għax tgħid ħobża

ħabib għax tgħid ħabiba

A. Ikteb is-sentenza mill-ġdid fuq il-pitazz tal-grammatika u rranġa l-kelma mmarkata. 1. Żidt ftit żebbuċ mal-insalata li ppreparajt għall-ikla ta’ filgħaxija.

2. Dan huwa biep tal-ħadit u dak huwa biep tal-ħċieċ.

3. Kien hemm ħafna silċ u rajna xi ċrief ukoll.

4. Kienet ix-xita u kien ir-riħ, għalhekk qabel ħriġna lbisna l-ġgieget.

5. Morna nimxu fuq il-blad ħdejn il-baħar, u rajna kelp ċkejken.

Page 7: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 7

1. Fil-Malti nsibu l-konsonanti qamrin (b, f, ġ, g, għ, h, ħ, j,

k, l ,m, p, q, v, w) u l-konsonanti xemxin (ċ, d, n, r, s, t,

x, z, ż).

L-artiklu ma’ kliem li jibda bil-konsonanti qamrin, jibqa’ l-

istess u ma jinbidilx. Eżempji: il-ballun, il-mejda, il-fjuri,

il-ħawħ.

Imma meta niktbu l-artiklu ma’ kliem li

jibda b’konsonanti xemxin, l-artiklu jinbidel skont b’liema

konsonanti tibda l-kelma. Eżempji: iċ-ċirasa, in-nanna, it-

tuffieħ, ix-xemx.

2. L-artiklu l- jinkiteb ma’ kliem li jibda:

bil-vokali eżempji: l-arloġġ, l-ittra

bl-għ eżempji: l-għasafar, l-għalqa

bl-h eżempju: l-hena

b’żewġ konsonanti jew bi tliet konsonanti u

jieħu l-vokali tal-leħen eżempju: l-iskola

3. Fil-Malti nsibu numru ta’ ismijiet ta’ postijiet li jieħdu l-artiklu eżempji: il-Mosta,

in-Naxxar, il-Birgu. Insibu wkoll numru ta’ ismijiet ta’ postijiet li jieħdu l-vokali

tal-leħen eżempji l-Imdina, l-Imtarfa.

4.Meta niktbu kliem f’lista, importanti li jekk il-kliem ikunu

mifrudin b’virgola, il-vokali i tal-artiklu il- trid tibqa’. Eżempju:

Jien mort nixtri l-pitazzi, il-lapes, il-gomma, u r-riga.

Page 8: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 8

A.Agħżel l-artiklu t-tajjeb.

1. Ilbieraħ oħti marret (l-, il-) baħar ma’ sħabha.

2. Il-Ħadd li għadda kellna piknik u magħna ħadna diversi

affarijiet fosthom (il-, l-) ikel, (l-, il-) ilma, (il-, l-) ħelu u (il-, l-)

frott.

3. (Iz-, Il-)zija u (in-, n-) nanna marru jixtru rigal għal ommi.

4. Meta kont sejjer (il-, l-) iskola għamlet ħafna xita.

5. (Il-, L-)mamà sajret (l-, il-)għaġin għall-ikla ta’ nofsinhar.

B. Imla l-vojt bl-artiklu.

1. ___ Sibt li għadda morna għand ____ nanna u kien hemm ____ kuġini kollha.

2. Lara toqgħod ___ Żurrieq u Katya toqgħod ____mtarfa.

3. Kien hemm ___hena fil-ġnien tan-nanna daqskemm kien hemm kwiet.

4. Morna ___għalqa tan-nannu biex ngħinuh ftit u wara morna ____ razzett ħdejn

___nanna.

5. ____mwejjed u ___ siġġijiet kienu kollha ġodda.

6. Oħti xtrat ___ħobż, ___irkotta, ____ġobon u ___tadam.

7. Xtrajna ħafna frott fosthom ___larinġ, ___bettieħ, ___dulliegħ u ___frawli.

8. ___zija xtratli ktieb bil-Malti u ____stejjer li fih, huma kollha stejjer sbieħ.

9. Ommi xtrat ___purtieri ġodda għat-tieqa tal-kċina.

10. ___papà xtara ___ħobż, __tadam, __ħass, __żebbuġ u ___bigilla.

Ċ. Fuq il-pitazz tal-grammatika, ikteb l-artiklu quddiem dan il-kliem.

tieqa ikel siġar stejjer annimali

għasafar ġobon subien għeneb gaġġa

ieħor zalza bniet dar nanniet

Page 9: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 9

In-nomi komuni u n-nomi proprji

Il-kliem li juru oġġetti, nies, annimali, postijiet u anki ismijiet

insejħulhom nomi u dawn in-nomi jinqasmu f’żewġ gruppi:

1. In-nomi komuni – juru oġġetti u affarijiet, nomi li mhumiex

ismijiet. Eżempji mejda, siġġu, farfett, ballun.

2. In-nomi proprji – l-ismijiet ta’ persuni, ta’ postijiet, fost oħrajn. Eżempji Marija,

il-Mosta.

A. Fuq il-pitrazz tal-grammatika ikteb ħames nomi komuni u ħames nomi

proprji.

Nomi minn verbi

Nistgħu noħorġu nomi minn numru ta’ verbi. Eżempju mill-verb

kiteb nistgħu noħorġu diversi nomi bħalma huma n-nomi kitba,

kotba, kitbiet u ktejjeb.

B. Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi billi tikteb nomi mill-verbi mmarkati b’sing

taħthom.

1. Ilbieraħ oħti żifnet ___________ ma’ sħabha.

2. Ħija kiel _________ tajba għand in-nanna.

3. Il-kuġini daru __________ mal-funtana li hemm fil-ġnien

taz-zija.

4. Jien u sħabi mxejna ___________ twila fil-kampanja.

5. Oħti żelqet __________ għax l-art kienet għadha mxarrba.

Page 10: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 10

Nomi minn nomi

Nistgħu noħorġu wkoll nomi minn nomi. Eżempju min-nom ikel nistgħu noħorġu

nomi oħrajn bħal ikla u ikliet.

Ċ. Imla l-vojt f’dawn is-sentenzi billi tikteb nomi minn nomi mmarkati b’sing

taħthom.

1. Iz-zijiet huma dilettanti tas-sajd għalhekk flimkien mas-

____________ l-oħra ħarġu jistadu bil-luzzu.

2. Fost l-ilbiesi kollha li xtrat Lara libset il-_________ l-

kannella.

3. Il-kuġin xtara żewġ logħbiet differenti u ___________

minnhom hija tal-karozzi.

4. Il-mixi huwa importanti ħafna għalhekk jien u ommi mmorru __________ kull

filgħodu.

5. Matul is-sena jkollna diversi ikliet differenti imma l-_________ tal-Milied li kellna

din is-sena għand in-nanna hija l-iktar waħda li bqajt niftakar, daqskemm ħadna gost.

Page 11: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 11

In-nomi fis-singular juru xi ħaġa waħda biss filwaqt li n-nomi fil-plural juru iktar minn xi ħaġa

waħda.

Eżempji: karozza – nom fis-singular –karozza waħda biss

karozzi – nom fil-plural – iktar minn karozza waħda

Il-plural jista’ jsir jew billi nżidu xi ittri mal-kelma, jew il-kelma tista’ tinbidel kollha.

Eżempji: siġġu-siġġijiet, bieb-bibien, sajjied-sajjieda, riga-rigi, kompjuter-kompjuters

mejda-mwejjed, tieqa-twieqi, ktieb-kotba, ċavetta-ċwievet

tifla-bniet, tifel-subien, mara-nisa

Nistgħu niktbu din jew dan quddiem in-nomi biex nagħrfu jekk in-nom huwiex fil-femminil jew

fil-maskil.

Jekk in-nom ikun fil-femminil niktbu din. Eżempju din mejda.

Imma jekk in-nom ikun fil-maskil niktbu dan. Eżempju dan siġġu.

Eżempji ta’ nomi li għandhom il-maskil u l-femminil:

muntun-nagħġa, bodbod-mogħża, kelb-kelba, qattus-qattusa, fost nomi oħrajn.

Importanti li meta nkunu se niktbu aġġettiv man-nom, dan l-aġġettiv irid ikun jaqbel man-nom.

Mela jekk in-nom huwa fil-maskil, l-aġġettiv irid ikun fil-maskil u jekk in-nom ikun fil-femminil, l-

aġġettiv irid ikun fil-femminil.

Eżempji: tieqa kbira – in-nom u l-aġġettiv huma fil-femminil

siġġu żgħir – in-nom u l-aġġettiv huma fil-maskil

Page 12: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 12

Ikteb dawn l-eżerċizzji li ġejjin fuq il-pitazz tal-grammatika.

A. Agħti s-singular ta’ dan il-kliem.

1. mwejjed 6. djar

2. bagalji 7. siġġijiet

3. kompjuters 8. ġirien

4. kotba 9. btieħi

5. annimali 10. fjuri

B. Agħti l-plural ta’ dan il-kliem.

1. qattus 6. ċurkett

2. kelb 7. mara

3. għasfur 8. tifel

4. għalqa 9. tifla

5. tieqa 10. qoffa

Ċ. Ikteb dawn is-sentenzi fis-singular.

1. Kien hemm lapsijiet, rigi u pitazzi fuq l-imwejjed.

2. L-istudenti qraw stejjer sbieħ mil-librerija tal-iskola.

3. Kien hemm il-karozzi pparkjati fit-toroq.

4. Dawk id-djar għandhom il-bjar ukoll.

5. Ħsilt il-platti u t-tazzi li kien hemm fuq il-mejda.

D.Ikteb dawn is-sentenzi fil-plural.

1. Il-bieb tal-bitħa kien miftuħ.

2. Iz-ziju tella’ l-bandiera fuq il-bejt.

3. Il-kuġina għandha ktieb dwar il-fekruna u d-denfil.

4. In-nanna għandha siġra kbira fl-għalqa tagħha.

5. Ilbieraħ morna ġurnata bid-dgħajsa mal-kuġina.

Page 13: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 13

A. Ikteb in-nomi fil-maskil jew fil-femminil.

Ikteb dawn l-eżerċizzji fuq il-pitazz tal-grammatika.

B. Ikteb dawn is-sentenzi fil-maskil.

1. Oħti qalet lil ommi li kienet sejra l-baħar ma’ sħabha.

2. Ilbieraħ in-nanna xtrat ftit frott.

3. Il-mogħża u l-baqra kienu fir-razzett.

4. Il-ħabiba t’oħti xtrat karozza ġdida.

C. Ikteb dawn is-sentenzi fil-femminil.

1. It-tifel tal-kuġin kien qiegħed jilgħab bir-rota.

2. Il-ġar stedinna għall-festin li se jagħmel għall-mara tiegħu.

3. Iz-ziju għandu kelb ħelu ħafna.

4. Il-kantant li rebaħ il-festival għamel ħafna suċċess.

D. Ikteb dan jew din quddiem dawn in-nomi.

ċavetta, mejda, bitħa, bieb, dar, farfett, fjura, frotta, platt,

ilma, televixin, kompjuter, ktieb, fekruna, rota, ċoff

Il-Maskil Il-Femminil

barri

qattus

kelba

mogħża

muntun

ziju

reġina

prinċipessa

serduk

mara

Page 14: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 14

Is-sinonimi huma kliem li għandhom l-istess tifsira imma jinkitbu differenti. Dawn

jistgħu jkunu nomi, aġġettivi u verbi.

Eżempji: nomi: btala – vaganza, aġġettivi: qadim – antik, verbi: issokta - kompla.

A. Qabbel is-sinonimi billi tikteb in-numru fejn il-kelma t-tajba.

B. Imla l-vojt billi tikteb il-kelma sinonima għall-kelma li hemm fil-parentesi.

1. Ilbieraħ konna mistednin għall-_______ (esibizzjoni) tal-arti.

2. Oħti ___________ (ntebħet) li kien hemm iz-zija għand in-nanna, għaliex hekk

kif wasalna quddiem il-bieb tan-nanna ________ (lemħet) il-karozza taz-zija

pparkjata.

3. Fil-___________ (misraħ) kien hemm il-bejjiegħ tal-ħaxix, għalhekk ommi

marret tixtri ftit frott u xi ħass u tadam għall-insalata għax taf kemm huma

______________ (neċessarji) għal saħħitna.

4. Iz-ziju tiegħu huwa __________ (kittieb) u din il-ġimgħa kien hemm artiklu fuq

il-___________ (ġurnal) dwar il-ktieb il-ġdid li ppubblika.

Ċ. Fuq il-pitazz tal-grammatika, ikteb sentenzi b’dawn is-sinonimi.

kebbes qadim arkata bastiment aħbar

1 għani

2 hena

3 xtajta

4 ħalel

5 ġurnata

6 stedina

7 spjega

8 issokta

fiehem

jum

invit

kompla

plajja

mewġ

sinjur

ferħ

Page 15: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 15

Kliem bħal xagħar u xahar, kollha u kollha huma kliem li għandhom l-istess ħoss

imma għandhom tifsira differenti u jinkitbu differenti wkoll. Dawn jissejħu omonimi.

Eżempji oħra ta’ omonimi huma: dar, dahar u dar, kera u kerha, sħaba u sħabha,

Ħadd, ħadd, ħatt u ħadt, nhar u nar fost oħrajn.

A. Ikteb sentenza b’kull kelma.

1. a. Ħadd

_____________________________________________________________

b. ħadd

_____________________________________________________________

c. ħadt

_____________________________________________________________

d. ħatt

____________________________________________________

B. Fuq il-pitazz tal-grammatika ikteb sentenzi b’dawn l-omonimi.

1.a. nar b. nhar 5. a. għar b. agħar

2. a. daq b. daqq 6. a. kolla b. kollha

3. a. dar b. dahar ċ. dar 7. a. xahar b. xagħar

4. a. sħaba b. sħabha

Ċ. Ikteb setenza waħda għal kull grupp ta’ omonimi.

Grupp A – nar u nhar Grupp E – għar u agħar

Grupp B – daq u daqq Grupp F – kolla u kollha

Grupp Ċ – dar, dahar u dar Grupp Ġ – xahar u xagħar

Grupp D – sħaba u sħabha

Page 16: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 16

Il-verb jurina li hemm xi ħadd li qiegħed jagħmel xi ħaġa. Il-verbi fil-Malti għandhom il-mamma. Biex noħorġu l-mamma tal-verb irridu nistaqsu l-mistoqsija x’għamel hu lbieraħ?

Il-verbi fil-Malti għandhom ukoll l-għerq. Meta toħroġ il-mamma tal-verb

tista’ toħroġ l-għerq li jkun magħmul mill-konsonanti biss. Għalhekk biex

noħorġu l-għerq mill-verb irridu l-ewwel inpoġġu l-verb fil-mamma. L-għerq

jista’ jkollu tliet konsonanti jew erba’ konsonanti.

Eżempju:

1. Justin kiteb ittra twila.

Il-verb kiteb huwa verb fil-mamma. L-għerq huwa k-t-b.

2. Christina ħaslet il-ħwejjeġ.

Biex noħroġ il-mamma tal-verb irrid nistaqsi x’għamel hu lbieraħ? Hu

ħasel mela ħasel huwa l-mamma. L-għerq huwa ħ-s-l.

3. Il-mara farfret l-għamara tad-dar.

Hawn il-verb farfret irridu npoġġuh fil-mamma biex noħorġu l-għerq. Mela nistaqsu x’għamel

hu lbieraħ? Hu farfar. Mela l-għerq huwa f-r-f-r. Eżempji oħra: gerger – g-r-g-r, ċaqlaq –

ċ-q-l-q, paċpaċ – p-ċ-p-ċ, ċempel – ċ-m-p-l

A. Ikteb il-verb fil-mamma u l-għerq tal-verb ħdejn is-sentenza.

Sentenza Mamma Għerq

1. It-tfal ħarġu passiġġata fil-kampanja. ħareġ ħ-r-ġ

3. It-tfal xorbu l-ilma.

4. Iz-zija ħaslet l-art tal-kċina.

5. In-nanna ċemplet biex tgħidilna li rċeviet ittra mingħand iz-zija tal-Awstralja.

6. Il-kuġini ċaqalqu l-imwejjed minn posthom.

7. Aħna fraħna bir-rigali li kellna taħt is-siġra tal-Milied.

8. It-tfal damu jaħsbu fuq dak li qaltilhom in-nanna.

9. Il-mara kaxkret il-bagalji tas-safar għax kienu tqal ħafna.

10. Aħna ktibna ittra lill-ħbieb tagħna.

Page 17: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 17

Meta nużaw l-imperattiv fil-Malti, dan ifisser li nkunu qegħdin nagħtu kmand.

Eżempji:

1. Ikteb ittra lill-kuġina.

2. Iktbu ittra lill-kuġini.

3. Agħmel kollox f’postu!

F’dawn is-sentenzi, il-verbi ikteb, iktbu u agħmel huma verbi fl-imperattiv

għax juru kmand.

Ikteb il-verb li hemm fil-parentesi, fl-imperattiv.

1. _________ ħafna ħalli tirbaħ it-tellieqa. (ġera)

2. _________ il-ħabel tad-dgħajsa mal-blata.

(rabat)

3. Maria, ______ ġib l-ikel minn fuq il-mejda.

(mar)

4. _________ l-bitħa għax kollha ħamrija bir-riħ li għamel dal-lejl. (ħasel)

5. ___________ liz-zija biex tara jekk hijiex ġejja magħna l-baħar. (ċempel)

6. ________ l-ikel kollu li għandkom. (kiel)

7. Hekk kif taslu ħdejn il-ħanut tal-kantuniera, _________ fuq il-lemin u hemm

taraw l-istatwa tal-qaddis tar-raħal. (dar)

8. Jekk jogħġobkom ________ pakkett ħalib kif tkunu fi

triqitkom lejn id-dar. (xtara)

9. ___________ storja minn dan il-ktieb. (qara)

10. _________ morru għand in-nanna ħalli tgħinuha ftit.

(reġa’)

Page 18: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 18

Meta verb ikun fil-preżent juri li azzjoni ssir b’mod regolari. Eżempju:

Ħija jaqra ktieb kull ġimgħa. Hawn il-verb jaqra huwa verb fil-

preżent. Fil-fatt il-verbi fil-preżent isiru billi nżidu n,t u j quddiem l-

imperattiv. Eżempji: Jiena nitlaq, Inti titlaq, Huma jitilqu.

B. Poġġi l-verbi li hemm fil-parentesi, fil-preżent.

1. Il-ġurdien ______________ (ħarab) mill-qattus.

2. Kull ġimgħa jiena ______________ (ċempel) liz-zija li toqgħod l-Awstralja.

3. Aħna ______________ (feraħ) meta oħti __________

(rebaħ) xi kompetizzjoni taż-żfin.

4. Huma ____________ (mexa) nofs siegħa kuljum.

5. Intom ____________ (qara) flimkien.

Kiteb

Jiena nikteb

Inti tikteb

Huwa jikteb

Hija tikteb

Aħna niktbu

Intom tiktbu

Huma jiktbu

A. Fuq il-pitazz tal-grammatika ikteb

dawn il-verbi għal kull persuna, fil-

preżent.

ħareġ, telaq, farfar, gerger

Page 19: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 19

Il-verbi fil-passat juru xi ħaġa li diġà saret.

Eżempju: It-tifel feraħ meta ra li għandu rota ġdida bħala rigal.

Il-verb feraħ f’din is-sentenza huwa verb fil-passat.

Il-verb feraħ fil-passat

B. Poġġi dawn il-verbi li hemm fil-parentesi, fil-passat.

1. Ilbieraħ it-tfal ______ (mar) l-iskola.

2. Aħna ________ (telaq) mid-dar fit-tmienja ta’ filgħodu u _________ (wasal)

kmieni ħdejn il-baħar.

3. Intom _________ (kisser) l-vażun li kien hemm fuq il-mejda.

4. Tgħidx kemm __________ (gerger).

5. It-tfal ________ (fetaħ) r-rigali tal-Milied.

6. Jiena ________ (ħasel) il-platti.

7. It-tifel ________ (feraħ) meta sab il-ballun.

8. Huma _________ (ħareġ) l-kotba mill-basket.

9. Iz-zija _________ (rebaħ) ktieb dwar in-natura.

10. Ħija ________ (sajjar) platt għaġin.

Jiena fraħt

Inti fraħt

Huwa feraħ

Hija ferħet

Aħna fraħna

Intom fraħtu

Huma ferħu

A. Fuq il-pitazz tal-grammatika

ikteb dawn il-verbi għal kull

persuna, fil-passat.

kiteb, kaxkar, ċafċaf, rikeb

Page 20: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 20

In-negattiv fil-Malti: niktbu ma quddiem il-verb u niktbu x fl-aħħar tal-verb. Eżempji:

ma telaqx, ma ċempilx, ma rebaħx

Inżidu x fl-aħħar tal-verb.

Eżempju: mar – ma marx kiel – ma kielx

Verbi li jkollhom l-aħħar vokali e, fin-negattiv din tinbidel u ssir i.

Eżempju: kiser – ma kisirx

Verbi b’żewġ sillabi li jkollhom ie, fin-negattiv ibiddlu l-ie f’ i.

Eżempju: kielu – ma kilux

Verbi li jispiċċaw bil-vokali a, fin-negattiv din il-vokali a ssir ie.

Eżempju: beka – ma bekiex

Verbi li jispiċċaw bl-apostrofu (’), fin-negattiv, iwaqqgħu l-apostrofu.

Eżempju: seta’ – ma setax

Verbi li jispiċċaw bil-konsonanti x, fin-negattiv xorta jieħdu x-x tan-negattiv.

Eżempju: jgħix – ma jgħixx

Importanti wkoll niftakru li fil-Malti nsibu n-negattiv tal-imperattiv.

Hawn inżidu t fuq quddiem tal-verb fl-imperattiv u x fl-aħħar tal-verb fl-imperattiv.

Eżempju: aħsel - taħsilx

Page 21: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 21

A. Fuq il-pitazz tal-grammatika ikteb dawn is-sentenzi fin-negattiv.

1. It-tifel tal-kuġina rikeb ir-rota u mar dawra biha.

2. Illum kilna ikla tajba għax in-nanna sajret il-lampuki.

3. Ħija siefer għal sena l-Ingilterra.

4. Imxi bil-mod u ieqaf fejn il-ġnien.

5. Oħroġ fil-ġnien fejn il-vaska tal-ħut.

6. Iz-ziju seta’ jmur Għawdex ma’ sħabu.

7. Oħti kielet platt għaġin u ħija kiel ġelat tal-frawli.

8. Iz-ziju mexa mixja twila fil-kampanja.

B. Ikteb dawn il-verbi fin-negattiv.

tgħix

ried

sema’

ċempel

werżaq

farfar

kienet

kienu

tela’

beka

tlaqna

Page 22: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 22

A. Imla l-vojt fil-paragrafu billi tikteb l-aġġettivi.

Jien u Pawlu morna mixja _________ fil-kampanja u magħna ħadna ħafna frott ______ u xi

flixkun ilma ________. Magħna ħadna wkoll il-kamera _______ li għadni kemm xtrajt. Aħna

u mixjin rajna ħafna fjuri ____________ u siġar _______. F’ħin minnhom rajna liz-ziju

tiegħi, raġel ___________ u dejjem __________. Miegħu kellu lill-kelb tiegħu, kelb

________ ta’ kulur _________. Iz-ziju qalilna li kien sejjer sa ħdejn għar ________ u qalilna

biex immorru aħna wkoll. Xħin wasalna hemm rajna li l-għar kien _______ ħafna. Poġġejna

bilqiegħda fuq blata ________ u l-kelb qagħad jiġri u jdur f’dik il-kampanja mill-isbaħ.

X’inhuma l-aġġettivi?

L-aġġettivi jiddeskrivu n-nomi. Importanti li meta niktbu l-aġġettivi, dawn ikunu jaqblu

man-nomi li jkun hemm qabilhom. Eżempji: beritta safra, siġġu żgħir, siġar twal

L-aġġettivi opposti

Insibu wkoll numru ta’ aġġettivi opposti bħal kbar – żgħar, twil – qasir, nej – misjur,

għażżien – bieżel, fqira – sinjura, tond – kwadru, ferħana – imdejqa

Aġġettivi min-nomi - Nistgħu noħorġu aġġettivi min- nomi,

eżempju: minn melħ (nom) noħorġu l-aġġettivi mielaħ, mielħa,

melħin.

Dan l-ikel mielaħ wisq.

Aġġettivi minn verbi - Nistgħu noħorġu aġġettivi minn verbi,

eżempju: minn feraħ (verb) noħorġu l-aġġettivi ferħan, ferħana,

ferħanin.

Dawk it-tfal ferħanin ħafna għax rebħu l-kompetizzjoni.

Page 23: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 23

Ċ. Oħroġ aġġettiv minn nom li hemm fil-parentesi.

1. It-tifla __________ (ċokon) sabet qattus __________ (bebbux) fil-ġnien.

2. L-ikel kien ________ (melħ) ħafna.

3. Ilbieraħ iltqajt ma’ żewġt iħbieb __________ (Mosta) u l-kuġina tagħhom li hi

__________________ (Għawdex).

4. It-tifel kien ___________ (biża’) meta ra li nqata’ d-dawl.

5. Il-kuġin kien ________ (hena) u ___________ (daħk).

B. Qabbel l-aġġettivi opposti billi tikteb in-numru ta’ kolonna A ħdejn l-aġġettiv

f’kolonna B.

Kolonna B

ħanin

għażżien

nadif

sinjur

twila

mitfi

ġdid

miftuħ

ikrah

misjur

Kolonna A

1 fqir

2 qalil

3 sabiħ

4 bieżel

5 nej

6 qasira

7 maħmuġ

8 mixgħul

9 magħluq

10 qadim

Page 24: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 24

D. Oħroġ aġġettiv mill-verb li hemm fil-parentesi.

1. It-twieqi tal-klassi kienu _____________ (għalaq) imma l-bieb kien __________

(fetaħ).

2. Fil-ġnien tan-nanna kien hemm ħafna fjuri sbieħ, imma waħda mill-fjuri kienet

______________ (nixef).

3. Il-kuġin waqa’ u issa għandu idu ___________ (kiser).

4. It-tfal kienu ______________ (feraħ) għax għaddew mill-eżamijiet.

5. It-tifel kien _____________ (ħaseb) minħabba dak li ġara fil-brejk.

6. Il-mamà sabet il-vażun ___________ (kisser) fuq il-mejda ż-żgħira.

7. Tgħidx kemm huma __________ (raħas) dawk il-lapsijiet tal-kulur.

8. Kien hemm id-dawl _________ (xegħel) tal-kamra.

E. Fuq il-pitazz tal-grammatika ikteb aġġettiv li jaqbel ma’ dawn in-nomi.

frott beritta dar tfal

twieqi purtieri borma ballun

iljunfant għasfur libsa qomos

gazzetta vapur dgħajsa baħar

bandiera ċavetta ċrieket għamara

ġiżirana kompjuter sufan fjuri

friefet karozza rota ikel

ħobż dulliegħa ħawħa mera

Page 25: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 25

Fil-Malti nistgħu naqsmu l-aġġettivi fi tliet kategoriji: il-pożittiv, il-komparattiv u s-

superlattiv.

1. Il-pożittiv juri l-aġġettiv waħdu bħal meta ngħidu mejda kbira.

2. Il-komparattiv juri li qegħdin inqabblu bejn żewġ persuni/affarijiet/oġġetti

eżempju: Ħija ikbar minn oħti.

3. Is-superlattiv juri li qegħdin inqabblu bejn tliet affarijiet jew iktar. Eżempju:

Din hi l-ikbar mejda mill-imwejjed kollha.

Imma mhux l-aġġettivi kollha jieħdu l-istess forma ta’ komparattiv u superlattiv.

Quddiem ċerti aġġettivi npoġġu aktar jew iżjed għall-komparattiv, u l-aktar jew l-

iżjed għas-superlattiv. Eżempju: a. aktar interessanti, iżjed diffiċli – komparattiv,

b. l-aktar interessanti, l-iżjed diffiċli – superlattiv

Is-superlattiv assolut eżempju: aħmar nar, nadif tazza

A. Ikteb l-aġġettivi fil-komparattiv.

1. Tania _________ (twila) minn oħtha, għalkemm __________ (żgħira)

minnha.

2. Il-basket tiegħi ___________ (ħafif) mill-basket tiegħek.

3. Il-frawli ___________ (tajjeb) mit-tuffieħ.

4. Iz-ziju __________ (oħxon) min-nannu.

B. Ikteb l-aġġettivi fis-superlattiv.

1. Din hi ___________ (kbir) u ___________ (sabiħ) dar li qatt

rajt.

2. Iz-zija qaltli li dan hu ___________ (fin) drapp.

3. Dan hu ___________ (qadim) siġġu li għandna.

4. Il-basket ta’ Marija huwa ___________ (ċkejken) basket li hemm.

Page 26: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 26

C. Imla l-vojt b’dawn l-aġġettivi u quddiem kull aġġettiv żid: aktar jew iżjed,

l-aktar jew l-iżjed.

1. Il-lezzjoni tal-lum kienet _________ _____________ (interessanti) mil-lezzjoni

tal-bieraħ.

2. Il-ħabiba tiegħi qaltli li skont hi l-lingwa Ġermaniża hija ____________

____________ (diffiċli), mil-lingwi kollha.

3. Mill-kowtijiet kollha, dan il-kowt huwa ___________ ______________ (pulit)

fl-opinjoni tiegħi.

4. Iz-zija qaltli li d-diskussjoni tal-lum se tkun ___________ ______________

(importanti) minn tal-bieraħ, għalhekk tajjeb li nattendu.

D. Imla l-vojt f’dawn l-espressjonijiet biex turi s-superlattiv

assolut.

1. abjad ______________ 5. ħafif _______________

2. ikħal _______________ 6. aħdar _____________

3. iswed ______________ 7. kiesaħ _____________

4. tqil ________________ 8. isfar _______________

E. Imla l-vojt bl-aġġettivi fil-komparattiv, superlattiv jew superlattiv assolut.

1. Ħija staqsieni jekk nafx liema hu ___________ (fqir) pajjiż fid-dinja.

2. Il-kuġina tant ħadet qatgħa kbira li wiċċha sar __________ ___________

(superlattiv assolut).

3. Dan hu ___________ (għoli) bini li qatt rajt.

4. Jien ____________ (twil) minn ħija għalkemm hu _________ (kbir) minni

sentejn.

5. Dan il-ktieb huwa ___________ ________________ (importanti) mill-ktieb l-

ieħor biex tistudja għall-eżami.

6. Nhar il-Ħadd morna passiġġata fil-kampanja u għaddejna minn passaġġ ħafna

__________ (dejjaq) mill-passaġġ li għaddejna minnu l-ġimgħa ta’ qabel u

sibniha _________ ____________ (diffiċli) biex ngħaddu.

7. Kien hemm ___________ _____________ (superlattiv assolut) fid-dar hekk

kif inqata’ d-dawl.

8. Dan ____________ (irħis) basket li sibt nixtri.

Page 27: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 27

Il-punteġġatura hija importanti fil-kitba tagħna. Tajjeb li nkunu nafu x’jissejħu wħud

mill-punteġġatura fil-Malti.

. il-punt – jintuża biex nuru li spiċċat is-sentenza.

, il-virgola – nuru waqfa qasira fis-sentenza.

“ ” il-virgoletti – nużawhom meta jitkellem xi ħadd.

? il-punt interrogattiv – jintuża meta nistaqsu mistoqsija.

! il-punt esklamattiv/il-punt t’esklamazzjoni – jintuża biex juri

stagħġib.

Eżempji:

Marija qalet, “Ilbieraħ mort nixtri ktieb ġdid.”

“Meta se nsiefru?” staqsa ħija.

“Kemm ħadt gost il-festa lbieraħ!” qalet Tanja.

Agħmel il-punteġġatura fejn meħtieġ. (Ikteb dawn is-sentenzi fuq il-pitazz tal-

grammatika).

1. marija qalet lil oħtha ejja ħa mmorru għax sar il-ħin

2. kemm se ddum imsiefra staqsiet in-nanna

3. lanqas qatt ma rajt karozza bħal dik kemm hi sabiħa qalet marija

4. il-kuġina qaltli xtrajt libsa ġdida għat-tieġ t’oħti togħġbok

5. kemm-il darba mort l-italja staqsietni l-kuġina

6. ejja ħa mmorru għax se naslu tard għajtet louisa

7. ilbieraħ ħriġna ftit maz-zijiet li ġew mill-awstralja qaltli l-ħabiba tiegħi

8. ilbieraħ xtrajt libsa żarbun u sandli qaltli z-zija

Page 28: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 28

Fil-Malti nsibu pronomi li jingħaqdu ma’ nomi differenti. Dawn insejħulhom pronomi

mehmużin man-nomi. Il-pronomi jingħaqdu man-nomi bħal: qalbek, wiċċi,

għajnejkom fost oħrajn.

Insibu wkoll numru ta’ nomi oħrajn li magħhom inpoġġu l-pronomi mehmużin.

kamra bint xagħar dahar xogħol

kamarti binti xagħri dahri xogħli

kamartek bintek xagħrek dahrek xogħlok

kamartu bintu xagħru dahru xogħlu

kamritha bintha xagħarha daharha xogħolha

kamritna bintna xagħarna daharna xogħolna

kamritkom bintkom xagħarkom daharkom xogħolkom

kamrithom binthom xagħarhom daharhom xogħolhom

Pronom Nom +

Pronom

Jien/a tiegħi -i wiċċi

Int/i tiegħek -ek wiċċek

Hu/Huwa tiegħu -u wiċċu

Hi/Hija tagħha -ha wiċċha

Aħna tagħna -na wiċċna

Intom tagħkom -kom wiċċkom

Huma tagħhom -hom wiċċhom

Pronom Nom +

Pronom

-i moħħi

-ok moħħok

-u moħħu

-ha moħħha

-na moħħna

-kom moħħkom

-hom moħħhom

Pronom Nom +

Pronom

-ja widnejja

-k widnejk

-h widnejh

-ha widnejha

-na widnejna

-kom widnejkom

-hom widnejhom

Page 29: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 29

Il-pronomi mehmużin man-nom juru li nistgħu niktbu kelma waħda minflok żewġ

kelmiet.

Eżempji: il-wiċċ tiegħi – wiċċi, il-wiċċ tagħhom – wiċċhom

il-widnejn tiegħu – widnejh, il-widnejn tiegħi – widnejja

il-moħħ tiegħek – moħħok, il-moħħ tagħkom – moħħkom

A. Qabbel kolonna A ma’ kolonna B.

B. Imla l-vojt fis-sentenzi billi tikteb kelma waħda.

1. _________________ (l-għajnejn tiegħi) huma ta’ kulur kannella u

_________________ (l-għajnejn tiegħek) huma ta’ kulur blu.

2. Il-kuġin tiegħi għandu ________ (l-isem tiegħu) sabiħ.

3. ____________(l-oħt tagħna) għandha ____________ (ix-

xagħar tagħha) qasir.

4. In-nanniet qalu lin-neputijiet li ___________ (id-dahar

tagħhom) beda juġagħhom.

5. Intom għandkom ____________ (il-qalb tagħkom) tajba

għax dejjem tgħinu lil min hu fil-bżonn.

Kolonna A

1. l-għajnejn tiegħi

2. il-ħaddejn tagħkom

3. l-id tiegħek

4. id-dar tagħna

5. id-dahar tagħhom

6. l-ispalla tiegħu

7. l-ispallejn tagħha

Kolonna B

daharhom

darna

spalltu

spallejha

għajnejja

idek

ħaddejkom

Page 30: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 30

Il-pronomi mehmużin jistgħu jingħaqdu wkoll mal-partiċelli. Fost il-partiċelli li

għandna fil-Malti nsibu: lil, fi, bi, fuq, taħt, ħdejn, bħal, għal, ma’, ta’.

Il-Pronomi Mehmużin Il-Partiċelli bil-pronom mehmuż

lil fi għal

i ja lili fija għalija

ek k lilek fik għalik

u h lilu fih għalih

ha lilha fiha għaliha

na lilna fina għalina

kom lilkom fikom għalikom

hom lilhom fihom għalihom

Il-partiċelli ma’ u ta’ wkoll jieħdu l-pronom mehmuż.

Il-Pronomi

Mehmużin ma’ ta’

i miegħi tiegħi

ek miegħek tiegħek

u miegħu tiegħu

ha magħha tagħha

na magħna tagħna

kom magħkom tagħkom

hom magħhom tagħhom

Page 31: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 31

A. Imla l-vojt billi tikteb kelma waħda minflok il-kliem li hemm fil-parentesi.

1. Il-kuġina xtrat ktieb ____________ (għal oħti) bħala rigal ta’

għeluq sninha.

2. Indunaw li ______________ (taħt l-imwejjed) kien hemm

ħafna karti.

3. Aħna għamilna ______________ (bħal Marija u Mark) u

morna mixja twila.

4. Inti ġejt ______________ (ma’ + il-kuġini u jien) l-baħar.

5. Dak il-basket ____________ (ta’+ jien) imma l-basket l-ieħor

_____________ (ta’ + int).

6. Kien hemm kaxxa ______________ (fuq il-mejda) u ____________ (fil-kaxxa)

kien hemm ħafna kotba.

7. Intom poġġejtu bilqiegħda ________________

(ħdejn + jien).

8. Huma xtraw rigal ______________ (lil + intom).

9. Il-papà xtara karozza ġdida u morna dawra

___________ (bil-karozza).

10. ______________ (Quddiem id-dar) kien hemm

siġra kbira.

11. Marija xtrat bukkett fjuri _____________ (għan-nannu).

12. Jien wasalt id-dar siegħa ___________ (wara + int).

Page 32: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 32

A. Il-Partiċelli sħaħ

Il-partiċelli sħaħ huma dawk il-partiċelli li joqogħdu weħidhom eżempji: ma’, ta’, sa,

ġo, fi, lil, bi, għal, bħal, minn.

Eżempju: Jien mort nixtri ma’ kuġinti.

B. Il-Partiċelli magħqudin ma’ partiċelli oħrajn

Fil-Malti nsibu partiċelli li jingħaqdu ma’ partiċelli oħrajn.

Eżempju: għal + fejn = għalfejn

Eżempji oħra: sabiex, għalkemm, bilkemm, għalxejn, daqskemm, mingħand

Ċ. Il-Partiċelli mal-artiklu

Il-partiċelli sħaħ (li joqogħdu weħidhom), fil-Malti jingħaqdu mal-artiklu.

ta’ + l- tal-

ma’ + l- mal-

fi +l- fil-

bi + l- bil-

ġo + l- ġol-

sa + l- sal-

lil + l- lill-

għal + l- għall-

bħal + l- bħall-

minn + l- mill-

Page 33: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 33

Kliem li jibda bil-konsonanti xemxin (ċ, d, n, r, s, t, x, ż, z) u jkollu l-partiċella mal-

artiklu, l-artiklu jsir bħall-ewwel konsonanti tal-kelma.

Eżempju: Dan il-ktieb tan-nanna.

Hemm regola importanti ħafna biex inkunu nafu jekk niktbux:

lil jew lill-

bħal jew bħall-

għal jew għall-

Hawn irridu nimxu fuq il-mudell ta’ jew tal-

Jekk quddiem il-kelma ngħidu ta’ niktbu lil, għal, bħal, imma jekk ngħidu tal- niktbu

lill-, għall-, bħall-

Eżempji: ta’ oħti mela niktbu lil oħti, bħal oħti, għal oħti

tal-kuġin mela niktbu lill-kuġin, bħall-kuġin, għall-kuġin

Meta jkollna kelma li tibda bil-konsonanti l , il-partiċella bl-artiklu se tinkiteb hekk:

mil-lanġas, bħal-libsa.

D.Il-partiċelli mqassra

Numru ta’ partiċelli fil-Malti jiġu mqassra: ma’ – m’, ta’ – t’, fi – f’, bi – b’, sa – s’, xi

– x’

b’ , f’ , x’ , niktbuhom quddiem kliem li jibda bil-vokali, bl-għ jew bl-h u quddiem

kliem li jibda b’konsonanti waħda. Eżempji: f’għalqa, f’idejk, b’widnejh, x’hena,

b’hekk

m’ , t’, s’, niktbuhom quddiem kliem li jibda bil-vokali, bl-għ, jew bl-h. (Dawn jistgħu

jinkitbu sħaħ ukoll).

Eżempji: m’ommi (ma’ ommi), t’hawn (ta’ hawn), s’għada (sa għada)

Page 34: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 34

A. Imla l-vojt fis-sentenzi bil-partiċella t-tajba.

1. Ilbieraħ morna l-Belt _____ ommi u xtrajna ħafna affarijiet.

2. Domna nistennew _____ xemx, ______________ damet ma’ ġiet il-karozza.

3. ____ daqqa waħda rajna _____ oħti u ______ kuġin.

4. Dan il-larinġ hu ______ larinġ li xtrat in-nanna għax għandu togħma tajba

ħafna.

5. Kellna triq twila minn Marsalforn ___Għajnsielem u mbagħad ridna niltaqgħu

_____ zijiet _______________ nirkbu l-vapur ____

Għawdex.

B. Immarka l-partiċella t-tajba.

1. Dik il-libsa (bħal, bħall-, bħal- ) libsa tiegħi.

2. Xtrajt rigal (għal, għall-) kuġini tiegħi u rigal (lil, lill-) oħti.

3. (Għal, Għall-) kejk għandna bżonn diversi ingredjenti.

4. (Lil, Lill-, Lil-) Louis xtrajnielu arloġġ (għal, għall-) għeluq sninu.

Page 35: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 35

In-numri minn 21 sa 99.

Għal dawn in-numri, it-tieni numru niktbuh u naqrawh qabel l-ewwel numru.

Eżempji: 25 – ħamsa u għoxrin 48 – tmienja u erbgħin

In-numri 4, 7 u 9, kif jinkitbu fil-Malti?

Meta ngħidu ħamsa niktbu

4 erbgħa

7 sebgħa

9 disgħa

Eżempji: Jiena ngħid: Fil-ħamsa ta’ wara nofsinhar kien hemm programm

interessanti.

Mela nikteb: Fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar kien hemm programm

interessanti.

Jiena ngħid: Xtrajt ħames basktijiet.

Mela nikteb: Xtrajt seba’ basktijiet.

In-numri minn 11 sa 19.

Dawn in-numri niktbu magħhom il-partiċella –il.

Eżempji: ħdax-il mejda, dsatax-il tuffieħa

1. Ilbieraħ xtrajna tmintax-il flixkun ilma.

Meta ngħidu ħames niktbu

4 erba’

7 seba’

9 disa’

Page 36: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 36

Meta niktbu tliet u meta niktbu tlett/tlitt?

Meta ngħid ħames nikteb tliet.

Eżempji:

1. Xtrajt ħames larinġiet.

2. Xtrajt tliet larinġiet.

Fil-Malti nsibu numri bit-t marbuta quddiem xi nomi li jibdew b’żewġ

konsonanti u jieħdu l-vokali tal-leħen. Eżempji: żewġt iklieb, sebat itfal,

tmint ikmamar.

Insibu wkoll in-numri li juru l-ordni. Eżempji: l-ewwel, it-

tieni, it-tielet, ir-raba’, il-ħames fost ħafna numri oħrajn.

Eżempju: Ġejt l-ewwel fit-tellieqa.

In-numri minn 100 sa 1000 – kif jinkitbu?

Eżempji oħrajn:

150 – mija u ħamsin 385 – tliet mija, ħamsa u tmenin

597 – ħames mija, sebgħa u disgħin 832 - tmien mija, tnejn u tletin

Meta ngħid ħamest nikteb tlett jew tlitt.

Eżempji:

1. Jien għandi ħamest iklieb.

2. Jien għandi tlett iklieb.

100 - mija 200 - mitejn 300 – tliet mija 400 – erba’ mija 500 – ħames mija

600 – sitt mija 700 – seba’ mija 800 – tmien mija 900 – disa’ mija 1000 - elf

Page 37: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 37

A. Ikteb kliem minflok numri.

1. Ilbieraħ il-kuġina tiegħi għalqet _________________________ (28) sena u z-

zija għalqet ___________________________ (41) sena.

2. _______________ (17) sena ilu morna ġimgħa Franza.

3. Illum ommi xtrat: ____________ (14) flixkun ilma, __________ (4) bottijiet

tonn taż-żejt u ___________ (3) bottijiet kunserva.

4. _________ (4) tfal marru passiġġata fil-kampanja u magħhom ħadu t-

__________ (3) klieb tagħhom.

5. Fit-________________ (8) ta’ filgħodu mort nixtri m’ommi, fl-_____________

(4) ġiet il-kuġina għandna u fis-___________ (7) ħriġna u ltqajna ma’

__________ (2) ħbieb tagħna.

6. Fit-tellieqa, Toni ġie ____________ (1), ħija ġie _____________ (2) u l-ħabib

tagħhom ġie ______________ (3).

7. Aħna xtrajna _____________ (9) kotba, __________ (7)

basktijiet u _____________ (11) lapes.

8. _____________ (4) dar fit-triq tagħna, hi d-dar tan-nanna.

B. Fuq il-pitazz tal-grammatika, ikteb dawn in-numri fi kliem.

1. 2 ħawħiet 8. 17 ħobża

2. 4 klieb 9. 1 wieħed fil-lista

3. 5 fjuriet 10. 40 sala

4. 5 djar 11. 3 qfief

5. 25 siġġu 12. 7 ta’ filgħodu

6. 3 żrinġijiet 13. 9 basktijiet

7. 530 mejda 14. 748 karozza

Page 38: Il-Kulleġġ De La Salle

Il-Grammatika (Il-ħames sena) Il-Kulleġġ De La Salle L-Iskola Primarja 38