ottubru 2014 - signumfideimalta · 2014. 9. 26. · ottubru 2014 il-madonna ... mietet fit-30 ta’...

66
OTTUBRU 2014 Il-Madonna ġewwa Fatima qalet lit-tfal: “GĦIDU R-RUŻARJU KULJUM U OFFRUH GĦALL-PAĊI.”

Upload: others

Post on 31-Jan-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • OTTUBRU 2014

    Il-Madonna ġewwa Fatima qalet lit-tfal:

    “GĦIDU R-RUŻARJU KULJUM U OFFRUH

    GĦALL-PAĊI.”

  • 2 SIGNUM FIDEI

    S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

    Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna għax-xahar t’Ottubru: 1. Biex il-Mulej jagħti l-paċi lil dawk in-naħat tad-dinja mifluġin bil-gwerra u bil-

    vjolenza. 2. Ħalli l-Ġurnata Missjunarja terġa’ tqajjem il-ħeġġa f’kull nisrani biex iwassal il-Vanġelu fid-dinja kollha.

    3. Biex l-operaturi pastorali fil-parroċċi jagħtu xhieda ta’ tama u qawmien spiritwali ġdid.

    Dati importanti għax-xahar t’Ottubru: 2 t’Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa 9 t’Ottubru: Martri ta’ Turon 11 t’Ottubru: San Ġwanni XXIII – Papa 18 t’Ottubru: San Luqa – Evanġelista 19 t’Ottubru: ĠURNATA MISSJUNARJA 22 t’Ottubru: San Ġwanni Pawlu II – Papa 23 t’Ottubru: Beatu Brother Arnold Reche

    Talba għall-għalliema fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida: O kbir Alla,

    aħna niġu għandek llum u nirringrazzjawk għall-għalliema kollha. Grazzi għall-mod li bih huma jagħtu lilhom infushom, kuljum, fil-klassi,

    waqt li jaqdu u jidderieġu l-ġenerazzjonijiet futuri. Missier, jekk jogħġbok bl-għajnuna tal-ispirtu tiegħek,

    imlihom bil-kuraġġ. Imlihom bil-qawwa tiegħek, biex ma’ jċedu għal ebda sfida.

    Imlihom bil-għerf tiegħek, sabiex ikunu kapaċi jagħmlu ġudizzju tajjeb fit-tmexxija u l-għajnuna li jagħtu lil kull student.

    Imlihom bil-paċi tiegħek, biex ikunu jistgħu jegħelbu kull tensjoni u anzjetà. Imlihom bil-ferħ tiegħek, biex kull min jiltaqa’ magħhom jittieħed mill-passjoni li huma juru għas-

    suġġetti tagħhom. Dan nitolbuh f’isem Ġesù Kristu Ibnek. Ammen.

    Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

    u ta’ Fidi

    Fidi

    - OTTUBRU 2014 -

    NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

    EJJEW NADURAWH

  • SIGNUM FIDEI 3

    L-Erbgħa, 1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġob 9: 1-12,14-16 Kif jista’ l-bniedem jieħu raġun ma’ Alla? 2. Salm 136:1-6 Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik

    Ġerusalemm. 3. Luqa 9: 57-62 Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk. SANTA TEREŻA TAL-BAMBIN ĠESÙ (1873-1897) – verġni Marie-Francoise-Therese Martin, twieldet fit-2 ta’ Jannar, 1873, f’Alencon,

    Franza. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.

    Missierha kellu daqsxejn ta’ negozju tal-ġojjelli u ommha kienet taħdem il-bizzilla. Meta kellha erba’ snin u nofs, tilfet ’l ommha u t-telfa tagħha ħassitha ħafna u baqgħet tħossha sew għal tmien snin, avolja waħda miz-zijiet tagħha u ż-żewġ ħutha l-kbar kienu jieħdu ħsiebha ħafna.

    Wara l-mewt ta’ ommha, missierha ħa l-familja f’Lisieux. Ta’ tlettax-il sena, Tereża bdiet tħoss ħerqa kbira li tmur għall-missjoni. Hija

    żiedet fil-ħin tat-talb u bdiet titħajjar tidħol mas-sorijiet Karmelitani f’Lisieux, fejn ħutha l-kbar, Marija u Pawlina, kienu ġa daħlu.

    B’permess speċjali, Tereża daħlet mal-Karmelitani fid-9 ta’ April 1888, u pprofessat fit-8 ta’ Settembru, 1890, ta’ 17-il sena.

    Fit-tmien snin li ġew wara, jiġifieri sakemm mietet, hija għexet ħajja ta’ talb u tagħmel id-doveri tagħha bl-ikbar fedeltà u mħabba.

    Qatt ma gemgmet, qatt ma lmentat, qatt ma kkritikat, qatt ma użat kliem iebes. Kienet taf iżżomm is-skiet , kienet kapaċi ssofri, kienet taf iżżomm kalma, iżda din l-attitudni tagħha kienet tfawrilha qalbha bil-paċi u bil-ferħ. Hija saret il-Majjistra tan-Novizzi fl-aħħar erba’ snin ta’ ħajjitha.

    Mietet fit-30 ta’ Settembru 1897, bil-marda tat-tuberkolożi, meta kellha 24 sena u 9 xhur.

    L-awtobijografija tagħha, “L-Istorja ta’ Ruħ”, li hi kitbet b’ubbidjenza tal-konfessur, irrivelat lid-dinja s-sbuħija meraviljuża tal-ħajja interjuri li fil-każ tagħha, lanqas is-sorijiet sħabha ma kienu ndunaw biha.

    Kienet ikkanonizzata mill-Papa Piju XI, fis-17 ta’ Mejju 1925. Flimkien ma’ San Franġisk Saverju, hija l-Patruna tal-Missjonijiet.

  • 4 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Darba, irċevejt dawl hekk qawwi minn din l-esperjenza tat-Tliet Persuni li dejjem inġorr f’ruħi … u għedt bejni u bejn ruħi: “Mulej, agħtini xi mezz li bih inkun nista’ niflaħ għal din il-ħajja.” Hu qalli: “Aħseb ftit, binti, li wara li tintemm din il-ħajja ma tkunx tista’ taqdini bħalma tista’ issa. Kul għalija u orqod għalija, u qis li dak kollu li tagħmel tagħmlu għalija, bħallikieku mhux int tkun qiegħda tgħix, imma jien”.

    Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.5, silta mit-3 punt If anyone wishes to follow me, says our Lord, let him renounce himself—that is, let him renounce his own spirit and his own will—let him carry his cross daily and follow me. Who, indeed, does not contradict this divine saying of Jesus Christ, our Master, if not in word at least in heart? How many would agree with this thought of Saint Bernard, that light and frivolous words in the mouth of a secular person may be only playful chatter, but in the mouth of a person consecrated to God, they are blasphemies? How many take to heart the words of Saint Dorotheus: “Let us be faithful in the slightest matters, lest they lead to regrettable consequences and unfortunate results”? To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh?

    TALBA Tiegħek jien, għalik jiena twelidt:

    Mulej, xi trid minni? Maestà l-aktar għoli,

    Għerf bla qies u minn dejjem, tjieba hekk ħelwa għal dir-ruħ, Alla, l-Għoli, wieħed fit-tjieba,

    ħares lejn din il-bniedma baxxa, li mħabbitha trid tgħannilek:

    Mulej, xi trid minni? Tiegħek jien, għax inti ħlaqtni,

    għax inti fdejtni, għax inti stabart bija,

    għax inti ssejjaħli għax inti stennejtni; għax inti ma ntliftx: Mulej xi trid minni?

    Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

    Missierna ...

    Il-Mulej jagħti l-qawwa lill-poplu tiegħu; ibierek il-Mulej bis-sliem il-poplu tiegħu!

    Salm 29: 11

  • SIGNUM FIDEI 5

    Il-Ħamis, 2 t’Ottubru L-Anġli Kustodji Mqaddsa

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 23: 20-23 L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek. 2. Salm 90: 1-6,10,11 L-anġli tiegħi jibgħatlek, biex iħarsuk. 3. Mattew 18: 1-5,10 L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il-Missier.

    L- ANĠLI KUSTODJI MQADDSA L-anġli Kustodji għandhom id-dmir li jqimu ’l Alla, li jkunu l-messaġġiera tiegħu

    u li jħarsu ’l-bnedmin mid-deni. Huma persuni, bħall-bnedmin, iżda spirtu safi, bla ġisem.

    L-awtur tas-Salmi jiżgurana li huma jħarsuna mill-ħażen (90: 11) u mill-għedewwa tagħna (34: 5-6). Ġesù jwissina biex ma niskandalizzawx liż-żgħar, għax l-Anġli tagħhom jitolbu ħaqq minn Alla kontra dawk li bl-għemil ħażin tagħhom ġarrfu dawk l-erwieħ li kienu taħt il-protezzjoni tagħhom (Mt. 18: 10).

    Meta Pietru ġie meħlus mill-ħabs u deher quddiem id-dixxipli, dawn, mistagħġba, ħasbuh li kien l-Anġlu tiegħu (Atti 12: 15). Il-Liġi l-Qadima għandha tagħlim mitmum dwar l-Anġlu Kustodju (Eżodu 23: 19-23).

    San Bernard iwissina li għandna nqimu l-Anġlu Kustodju tagħna, inkunu devoti tiegħu u nafdaw fih u fl-għajnuna tiegħu: “Kullimkien, f’kull kamra, f’kull rokna, qim lill-anġlu tiegħek. Kif jista’ jkollok l-ardir li tagħmel quddiem l-anġlu tiegħek dak li tistħi tagħmel quddiemi?” “Kull meta tħoss ruħek imġarrab, itlob lill-kustodju tiegħek, lill-mexxej tiegħek, lil dak li qiegħed biex jgħinek fil-periklu u fil-ħin tal-bżonn.”

    L-arti nisranija, pittura u skultura, tagħti lill-Anġli: o sura ta’ bniedem, biex turina li huma jieħdu ħsieb il-magħżulin

    (Hebr. 1: 4); o ġwienaħ, biex bihom iħarsuna mill-perikli (Salm 90: 11); o inċensier, skont il-kliem tal-Apokalissi (8: 3-4); o iż-żgħożija, biex tfissrilna ż-żgħożija eterna tal-ġenna; u o libsa bajda, simbolu tas-safa.

    Il-kult tal-Anġli hu antik ferm: fl-Umbrija nsibu skrizzjoni fit-tempju ta’ Klitunna – opra tas-seklu ħamsa – li tgħid Il-Wisq Qaddis Alla tal-Anġli, li għamel il-qawmien mill-mewt), u Peruġja nsibu l-knisja qadima ta’ Sant’Anġlu, tas-seklu ħamsa, imwaqqfa fuq kolonni.

    Alkwinu, li miet fit-804, isemmi darbtejn fl-ittri tiegħu quddiesa votiva biex nitolbu l-għajnuna tal-anġli. Spanja bdiet tqim l-Anġli Kustodji mhux biss tal-persuni, iżda wkoll tal-ibliet u tal-provinċji u uffizzju għal dan l-iskop deher fil-belt ta’ Valenzja fl-1411.

  • 6 SIGNUM FIDEI

    L-ewwel approvazzjoni tal-festa tal-Anġli Kustodji, għal Spanja biss, saret mill-Papa Pawlu V, mitlub minn Ferdinandu tal-Awstrija, għamel festa obbligatorja għall-Imperu kollu u libera għal barra mill-Imperu (1608).

    Fl-aħħar, il-Papa Klement X estenda l-festa bħala obbligu għad-dinja kollha u iffissaha għall-ewwel jum liberu wara l-festa ta’ San Mikiel, li jaħbat illum. Ljun XIII għolla l-festa billi għamilha “doppju maġġuri”.

    It-talba magħrufa tal-“Angele Dei qui custos es mei”, x’aktarx ġejja minn Reginald of Canterbury, li għex fis-seklu tnax.

    Riflessjoni dwar l-Eżistenza tal-Anġli – Verità tal-Fidi: 328 L-eżistenza ta’ ħlejjaq spiritwali, mingħajr ġisem li l-Iskrittura Mqaddsa s-soltu ssejjaħ anġli, hi Verità tal-fidi. Ix-xhieda tal-Iskrittura hi ċara daqs kemm hi unanimi t-tradizzjoni. 329 Dwarhom Santu Wistin jgħid: “Anġlu hu isem ta’ uffiċċju u mhux ta’ xi natura. Jekk trid taf l-isem ta’ din in-natura, l-isem hu spirtu, jekk trid taf x’inhu l-uffiċċju u d-dmir ta’ dan l-ispirtu, l-uffiċċju hu ta’ anġlu: hu spirtu f’dak li hu, u anġlu f’dak li jagħmel.” Min-natura kollha tagħhom, l-anġli huma qaddejja u messaġġiera ta’ Alla. Għaliex “dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet” (Mt. 18:10) huma “jagħmlu l-ordni tiegħu, malli jisimgħju l-Kelma tiegħu.” (Salm 103:20)

    Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.172, l-1 punt Let us admire God’s goodness and thank him for the grace he has given us in assigning an angel to take care of us, protect us, and serve us. God was not satisfied to give us his only Son to rescue us from sin and to send us his Holy Spirit to fill us with his holy grace. To omit nothing of all his care that could advance our interests and keep us in piety and in his holy love, he also sends the holy angels to be with us on earth. He sends these blessed spirits, who rejoice before him in heaven, to be near us always, to help us, and to serve us in every kind of situation. He orders them to watch over us on his behalf, to guide us, and to enlighten us in all our ways, so that we may be able to go straight to heaven in safety without wandering astray. This is truly a marvelous effect of his goodness, says Saint Bernard, and one of the greatest proofs of his love. Let us, then, show our gratitude for this by carrying out exactly what the angels inspire us to do.

    TALBA Reġina tal-Anġli, b’umiltà nitolbok,

    ibgħat il-kori tal-Anġli biex ikeċċu ’l satana u lis-segwaċi tiegħu, biex jifgaw il-kburija u l-arroganza tagħhom,

    u jkeċċuhom ġewwa l-infern. O Anġli qaddisa, idħlu għalina u ħarsuna.

    Ammen. San Ġwanni Pawlu II, papa

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 7

    Il-Ġimgħa, 3 t’Ottubru San Franġisk Borgia – presbiteru Beatu Kolumba Marmion – abbati

    San Ġerardu – abbati

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 38: 1,12-21; 40: 3-5 Qatt ikkmandajt is-sebħ, qatt wasalt sa għejun il-

    baħar? 2. Salm 138 : 1-3,7-10,13-14ab Mexxini, Mulej, fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10: 13-16 Min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni. SAN FRANĠISK BORGIA (1510-1572) – presbiteru

    Kien it-tielet ġeneral tal-Ġiżwiti, pro-neputi tal-Papa Alessandro VI u tar-Re Ferdinandu l-Kattoliku u twieled Gandia, Spanja.

    Wara edukazzjoni nisranija tajba fil-familja, mar isib kenn għand zijuh, arċisqof, Saragossa, waqt rewwixta f’pajjiżu.

    Tħarreġ fl-istudji tal-mużika u l-armi. Bejn l-1523 u l-1525 mar Valladolid, bħala paġġ ta’ Ġovanna, omm Karlu V. Fl-1528 l-Imperatur sejjaħlu fil-qorti tiegħu u ħajjru biex jiżżewweġ. Iżżewweġ lil Leonora de Castro, id-dama preferita tal-Imperatriċi, sena wara.

    Sa minn dan iż-żmien il-qaddis kien magħruf għat-tjubija u għall-onestà tiegħu. Maħtur viċi-re tal-Katalonja (1539-1543) u duka ta’ Gandia rieġa b’għaqal kbir is-sudditi tiegħu sa mewt martu (1546).

    Meħlus mix-xkiel tad-dinja talab lil Sant’Injazju biex jilqgħu fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Il-Loyola laqgħu bil-ferħ; iżda qallu biex jistenna sakemm ikun ħaseb għal uliedu u għat-twaqqif ta’ kulleġġ universitarju Gandia, waqt li fl-istess ħin jibda l-kors tat-teoloġija f’pajjiżu. Għamel l-ewwel voti fl-1548 fil-kappella tal-kulleġġ, Gandia.

    Libes ta’ patri u ordna saċerdot fit-23 ta’ Mejju 1551. Beda jipprietka fil-Guipuzcoa minn belt għal oħra u jgħallem il-katekiżmu lit-tfal. L-ubbidjenza ġegħlitu jnaqqas il-mortifikazzjoni tiegħu. Ħafna bdew jieħdu l-parir tiegħu. Sant’Injazju, fl-1554, ħatru kummissarju ġenerali ta’ Spanja u tal-Portugall.

    Fil-1565, ġie maħtur it-tielet ġeneral tal-ordni. Matul il-ġeneralat tiegħu (1565-1572), hekk kabbar il-ħidma tal-kumpannija mad-dinja kollha, li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tal-ordni.

    Bena knisja għall-istudenti tal-Collegio Romano u rranġa l-programm tal-istudji tiegħu. Bena wkoll il-knisja ta’ Sant’Andrea al Quirinale, bid-dar tan-novizzjat u kabbar il-Ġermaniku li jħejji l-missjonarji għal pajjiżi protestanti.

    Taħtu l-ordni kiber fl-Ewropa u daħal il-Polonja. Kibru wkoll il-missjonijiet tal-Ġiżwiti u nfetħet il-missjoni ġdida fl-Indja tal-Punent. Kien meqjum ħafna mill-Papa Piju V.

  • 8 SIGNUM FIDEI

    Fl-1571 il-Papa, bagħtu mal-Kardinal Bonelli Franza, Spanja u l-Portugall, fejn ġie milqugħ minn folol kbar li “riedu jaraw il-qaddis” u jisimgħuh jipprietka: anki r-Re Filippu laqgħu bil-ferħ, bħall-poplu.

    Lura mill-vjaġġ, ħassu ħażin Ferrara u d-duka, kuġinuh, bagħtu Ruma ġo katalett. Miet Ruma jumejn wara li wasal, f’nofsillejl bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru tal-1572.

    Ġie kkanonizzat minn Klement X fl-1671. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tieni Ktieb, kap. 1: Fittex mela, o ruħ fidila, ħejjilu l-qalb tiegħek lil dan il-għarus, ħalli jitħajjar jiġi għandek u jgħammar fik. Isimgħu x’jgħid: “Min iħobbni jgħożż kliemi u jinħabb ma’ Missieri; u aħna niġu għandu, u noqogħdu miegħu.” Ħejji mela lil Kristu għamara ġewwa fik u tħallix min jidħol ħliefu. Meta għandek lil Kristu, għani int u xejn ma jonqsok. Hu jidħol għalik u jaħseb għalik f’kollox u ma jkollokx bżonn tittama fil-bnedmin. Il-bnedmin malajr ibiddlu l-fehma tagħhom u għalxejn b’xejn jonqsu minn kelmthom; imma Kristu jibqa’ fehma waħda għal dejjem u minn kelmtu qatt ma jonqsok sal-aħħar nifs tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, silta mill-1 punt … Jesus Christ assures us that his kingdom is not of this world but is to establish his reign within our souls, according to what he says in the holy Gospel, that his kingdom is within us. So that Jesus Christ may reign over your souls, you must pay him the tribute of your actions. All of them must be consecrated to him; in them there must be nothing that is not pleasing to him. They ought to have no other intention than to accomplish his holy will, which ought to direct all of them, so that there may be nothing human in them. Because the reign of Jesus Christ is divine, all that has any connection with it must be either divine or divinized by the relationship that it has with Jesus Christ. The main purpose he had in this world was to accomplish his Father’s will, as he declares in several passages in the Gospel.

    TALBA Sinjur Alla,

    inti ħlaqt il-bniedem fuq ix-xbieha tiegħek; mela min iħobb lilek ma jistax ikun li ma jħobbx ’il kull bniedem mingħajr eċċezzjoni ta’ ħadd,

    u min iħobb lilek, inti tħobbu ta’ Alla li inti, u tħobbu skont il-grazzja u skont l-ordni tan-natura,

    billi int xejn ma tobgħod mill-ħwejjeġ li ħlaqt. O kemm jintgħaraf min lilek iħobb bil-verità.

    San Ġorġ Preca

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 9

    Is-Sibt, 4 t’Ottubru San Franġisk ta’ Assisi - djaknu

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Ġob 42: 1-3,5,6,12-17 Issa b’għajnejja rajtek, għalhekk inċedi u nindem. 2. Salm 118: 66,71,75,91,125,130 Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, Mulej. 3. Luqa 10: 17-24 Ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-

    smewwiet. SAN FRANĠISK TA’ ASSISI (1182-1226) San Franġisk twieled f’Assisi fl-1182, meta missieru kien barra l-pajjiż. Ommu

    semmietu Ġwanni. Iżda meta missieru li kien kummerċjant għani tad-drappijiet ġie lura, sejjaħlu “Franġisk” għal Franza li hu tant kien iħobb.

    Franġisku tela’ jgawdi mis-suċċess ta’ missieru u għalhekk kellu ikel, ilbies, divertiment u ħajja soċjali mill-aħjar. Il-ġibda għall-avventura qanqlitu biex jieħu sehem fi gwerer li dak iż-żmien kienu jinqalgħu bejn l-ibliet u bejn ir-reġjuni tal-Italja.

    Darba waħda, fl-1205, kien sejjer biex jieħu sehem f’battalja, iżda hekk kif wasal fi Spoleto marad u ma setax ikompli fi triqtu. Meta kien marid sema’ xi jgħidlu: “Aqdi lill-imgħallem u mhux lill-qaddej”.

    Meta rritorna f’Assisi għamel bidla kbira fih, hekk li meta ltaqa’ ma’ lebbruż għannqu miegħu u tah karità. Beda jkun iktar miġbur u jitlob, iżur lill-morda u jgħin lill-fqar.

    Ġurnata waħda, fl-1206, kien qed jitlob quddiem kurċifiss fi knisja żgħira ta’ San Damjan, abbandunata fil-kampanja, u sema’ leħen jgħidlu: “ Franġisku, sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf.” Mar biegħ dak li kellu u beda jiġbor biex isewwi l-ħsarat li kien hemm fi tliet knejjes żgħar, ta’ San Damjan, ta’ San Pietru u dik tal-Porzjunkola ddedikata lil Santa Marija tal-Anġli.

    Meta missieru rah jgħix f’dik il-ħajja sejjaħlu quddiem l-isqof u insista miegħu biex jibdel ħajtu inkella ma jkollux x’jaqsam iktar miegħu. Franġisk neħħa ħwejġu minn fuqu, tahom lil missieru u qal: “Sa issa sejjaħtlek missier; mil-lum ’il quddiem nibda’ ngħid ‘Missierna li inti fis-smewwiet’.”

    Fl-1208, meta kien fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli sema’ l-qari tal-Vanġelu (Mt .10: 7-10) u ħass li dawk il-kelmiet kienu għalih. Mar libes ċoqqa griża fqira li rabat b’ħabel ma’ qaddu u beda jimxi ħafi.

    Xi żgħażagħ bdew jingħaqdu miegħu biex jgħixu l-istess ħajja li kien qed jgħix hu, u fl-1209, meta kienu tnax ħadhom Ruma, u l-Papa Innoċenzu II tahom l-approvazzjoni tiegħu. Hekk beda l-ordni tiegħu tal-“Frati Minori”.

    Fl-1212, bil-għajnuna ta’ Santa Klara waqqaf it-tieni ordni li kien dak tas-sorijiet li ġew imsejħa Klarissi.

  • 10 SIGNUM FIDEI

    Fl-1219 bagħat l-ewwel missjunarji f’Tuneż u l-Marokk. Hu mar fl-Art Imqaddsa u fl-Eġittu fejn ipprietka lis-Sultan tal-Eġittu Malek al-Kamil bla ma rnexxielu jikkonvertih.

    Fl-1220 reġa’ lura l-Italja, u meta kien Firenze waqqaf it-Tielet Ordni tal-Penitenti, it-Terzjarji Franġiskani.

    Fl-24 ta’ Diċembru 1223 laqqa’ xi nies u għamel presepju ħaj li għalkemm ma kienx l-ewwel presepju li sar, San Franġisk qanqal l-imħabba tan-nies lejn il-presepju.

    Fil-festa tas-Salib, ta’ Settembru 1224, daħal f’estasi waqt li kien qed jimmedita fuq il-passjoni u t-tbatija ta’ Kristu u rċieva l-pjaġi ta’ Ġesù magħrufa bħala l-istigmati.

    San Franġisk, li minħabba l-mard kien kważi tilef id-dawl ta’ għajnejh, miet meta kellu biss qrib il-45 sena, fit-3 ta’ Ottubru 1226, filgħaxija, waqt li kienet qed tinqara l-ġrajja tal-Passjoni ta’ Ġesù mill-Vanġelu ta’ San Ġwann. San Franġisk imqanqal mill-umiltà tiegħu qatt ma aċċetta li jsir saċerdot.

    Il-Papa Benedittu XV ipproklamah: “L-iktar xbieha perfetta ta’ Ġesù li qatt għexet”.

    Riflessjoni: Mnejn titlaq il-mixja ta’ Franġisku lejn Kristu? Titlaq mill-ħarsa ta’ Ġesù fuq is-salib. Inħalluh iħares lejna fil-mument li fih jagħtina ħajtu u jiġbidna lejh. Franġisku din l-esperjenza daqha b’mod partikulari fil-knisja ċkejkna ta’ San Damjan, hu u jitlob quddiem il-Kurċifiss, li jiena wkoll il-lum sa nkun nista’ nqim. F’dak il-Kurċifiss Ġesù ma jidhirx mejjet, imma ħaj! Id-demm jidher nieżel mill-ġrieħi ta’ jdejh, ta’ riġlejh u tal-kustat, imma dak id-demm jesprimi l-ħajja. Ġesù m’għandux għajnejh magħluqin, imma miftuħa beraħ: ħarsa li tkellem lill-qalb. U l-Kurċifiss ma jkellimniex dwar telfa, dwar falliment; paradossalment, ikellimna dwar mewt li hi ħajja, li tagħti l-ħajja, għax ikellimna dwar l-imħabba, għax hi l-Imħabba ta’ Alla inkarnata, u l-Imħabba ma tmutx, anzi, tirbaħ fuq il-ħażen u l-mewt. Min iħalli lil Ġesù mislub iħares lejh jiġi maħluq mill-ġdid, isir “ħolqien ġdid”.

    Silta mill-Omelija tal-Papa Franġisku waqt żjara pastorali f’Assisi fl-2013

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, silta mill-1 punt So great was the love of Saint Francis for the poor that he gladly gave them alms on every occasion and was unable to turn down anyone who asked him for anything, because he saw Jesus Christ in them and was convinced that whatever good he did for them, he did for Jesus Christ. This same love for the poor led this great saint to devote himself to instruct them, rather than the rich, because he knew that this was what Jesus Christ did when he was on earth with his holy Apostles. This led Jesus to reply to the disciples of Saint John, when they asked him what they ought to report about him to their master, Tell him that I am preaching the Gospel to the poor.

  • SIGNUM FIDEI 11

    TALBA ta’ San Franġisk

    (Noffru din it-talba għall-paċi fid-dinja) Mulej agħmilni strument tal-paci tiegħek.

    Fejn hemm il-mibgħeda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba; fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra; fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi;

    fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama; fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl;

    fejn hemm in-niket; ħallini nxerred il-ferħ. La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ milli nfarraġ jien;

    la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor milli nifhem lil ħaddieħor jien; la tħallix li iżjed inkun maħbub, milli nħobb jien.

    Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu. Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura.

    Għax meta mmutu, inqumu għall-Ħajja ta’ dejjem. Missierna ...

    Il-Ħadd, 5 t’Ottubru Is-27 Ħadd ta’ matul is-sena

    Illum jiftaħ is-Sinodu tal-Isqfijiet

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 5: 1-7 L-għalqa tal-Mulej tal-eżerċti hija d-dar ta’ Iżrael. 2. Salm 79 : 9,12-16,19,20 L-għalqa tal-Mulej hija d-dar ta’ Iżrael. 3. Filippin 4: 6-9 Alla tas-sliem ikun magħkom. 4. Mattew 21: 33-43 L-għalqa jqabbilha lil bdiewa oħra.

    Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Meta fl-ewwel qari l-profeta Isaija, iqabbel lil Iżrael mal-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, huwa jfakkar lill-poplu fl-imħabba li Alla kien wera miegħu. Imma bħal kull bidwi tajjeb, Alla jistenna riżultat tajjeb. Permezz tal-profeta, Alla juri d-dispjaċir tiegħu: l-għalqa mhix tagħti l-frott mixtieq. Iżrael qiegħed iroddlu biss l-għeneb qares tal-inġustizzja u l-idolatrija.

    Ġesù juża x-xena tal-għalqa tad-dwieli fil-parabbola tal-lum u jqabbilha mal-istorja tas-salvazzjoni. Ipinġilna lil Alla bħala sid l-għalqa li kien għaqli biżżejjed biex bena ħajt madwarha. L-għalqa hija l-poplu tiegħu. Wara li jaħdem l-art u jħawwel id-dwieli, is-sid jafdaha f’idejn il-bdiewa li kellhom jieħdu ħsiebha u

  • 12 SIGNUM FIDEI

    jagħtuh sehmu mill-frott. Għalhekk meta wasal il-waqt bagħtilhom qaddejja biex jiġbru l-frott u lil dawn sawtuhom, oħrajn ħaġġruhom u oħrajn qatluhom. Anke meta bagħat oħrajn spiċċaw l-istess. Is-sid baqa’ ma qatax qalbu u fl-aħħar bagħtilhom lill-ibnu għax hu ħaseb li: “minn ibni jistħu!” Iżda ta’ bdiewa ħżiena li kienu qalu: “Ara ġej il-werriet! Ejjew noqtluh, biex il-wirt tiegħu neħduh aħna.” Dawn qabduh, ħarġuh ’il barra mill-għalqa u qatluh. Hekk tassew kellu jiġri lil Ġesù, li kien mislub barra l-belt bħall-kriminal u mkeċċi mis-soċjetà.

    Din il-parabbola tkellimna fuq it-tjubija u s-sabar t’Alla waqt li l-bnedmin ipattu lura bil-ħażen tagħhom. Alla jagħti l-libertà lill-bnedmin iżda jistenna li jġibu ruħhom b’mod aktar responsabbli. Hekk kif sid l-għalqa jikkastiga lill-bdiewa ħżiena u jqabbel l-għalqa lill-bdiewa oħra, hekk Alla jagħmel meta jara l-ebusija tal-qlub f’Iżrael u jgħaddi s-saltna tiegħu lill-poplu ġdid. Hawnhekk Ġesù jirreferi għall-poplu ġdid ta’ Alla li jwieġeb għall-ħniena u l-imħabba tiegħu, għalqa li tagħti l-frott bnin tal-ġustizzja u l-ħniena.

    Fl-aħħar tal-parabbola Ġesù jikkwota s-Salm 118, v. 22: “Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka.” Il-ġebla tax-xewka hi dik il-ġebla li d-dar kollha tistrieħ fuqha. Ġesù huwa dik il-ġebla li warrbu l-bennejja. Fuqu jżomm il-poplu ġdid ta’ Alla, li sar l-ewwel kommunità nisranija.

    Hekk Mattew iqabbel lil dan il-poplu mal-ewwel kommunitajiet insara li bil-qawwa tal-imħabba ta’ bejniethom kienu jwasslu lil ħafna oħrajn sabiex jikkonvertu. F’din il-knisja bikrija, ħadd ma kien jista’ jibqa’ passiv quddiem il-mod kif l-insara kienu jieħdu ħsieb tar-romol, l-orfni, il-barranin, in-nies foqra u oħrajn fil-bżonn.

    Fiż-żminijiet tal-lum qegħdin nagħtu widen lill-profeti ta’ żmienna? Kif qed naġixxu quddiem il-forzi tal-ħażen? Lesti li nitkellmu u ngħidu li aħna nsara speċjalment fiż-żminijiet tal-lum fejn hawn persekuzzjoni sħiħa kontra l-insara? Mill-ġid u r-riżorsi umani u materjali qegħdin nagħtu kas ta’ dawk il-persuni li jinsabu mweġġgħin, maqtugħin jew imwarrbin mill-Knisja tagħna f’Malta? Alla qiegħed bis-sabar kollu jistenna l-frott minn din is-soċjetà, frott tal-ġustizzja u tas-sewwa!

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.205, silta mill-1 punt You cooperate with God in his work, says Saint Paul, and the souls of the children whom you teach are the field that God cultivates through you. Because he is the One who has given you the ministry you exercise, when all of you appear before the judgment seat of Jesus Christ, each will give his own account to God of what he has done as a minister of God and as a dispenser of his mysteries for children. Jesus Christ, having been appointed by God to be your judge, will say to you, as the owner said to his manager, Give me an account of your administration. He will then look into the very depths of your heart to examine whether you have been faithful managers of the wealth he has entrusted to you and the talents he has given you to work in his service. The good or the bad use you have made of these gifts will then become clear, for the Lord, who judges you, will unveil what is most hidden and most secret in the depths of your heart.

  • SIGNUM FIDEI 13

    TALBA

    Mulej, inti għajn ta’ mħabba. Inti wrejtna dan meta bgħatt ’l ibnek Ġesù

    ixerred demmu għalina. Nitolbuk, iftħilna qalbna,

    għamilhom ġenerużi bħal tiegħek. Tina qalb ħerqana biex naqduk.

    Agħmel li nkunu xempju tal-ferħ tiegħek, fid-dinja kollha.

    Ammen. Missierna ...

    It-Tnejn, 6 t’Ottubru San Bruno - presbiteru

    Beatu Diegu Lwiġi di San Vitores - presbiteru martri Santa Marija Franġiska tal-ħames pjagi - verġni

    Beatu Bartilmew Longo - lajk

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 1: 6-12 L-Evanġelju mhux mingħand bniedem irċevejtu jew

    tgħallimtu, imma kien irrivelat lili minn Ġesù Kristu. 2. Salm 110:1,2,7-10ċ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 10: 25-37 Il-proxxmu tiegħi min hu? SAN BRUNO (ċ1030-1101) - fundatur tal-Kartużjani Twieled f’Kolonja, fil-Ġermanja. Meta kien għadu żgħir mar jistudja fl-iskola tal-

    Katidral ta’ Reims, waħda mill-aħjar fl-Ewropa. Għamel passi kbar fl-istudji klassiċi u sagri.

    Lura Kolonja tawh kanonikat u sar saċerdot. Fl-1056, mar lura Reims bħala professur u s-sena ta’ wara, meta l-magħruf Herimanus, rettur tal-iskola, irtira u sar reliġjuż, Ġervasju, isqof ta’ Reims, ħatru rettur.

    Għal kważi għoxrin sena (1057-1075) żamm għoli l-isem tal-iskola, li kienet saret hekk magħrufa taħt Gerbert u Heriman, predeċessuri tiegħu.

    Imbagħad Bruno, flimkien ma’ sitta oħra, ħalla warajh kulma kellu u nġabar fis-solitudni. Għall-ewwel marru taħt it-treġija ta’ San Robertu, abbati ta’ Molesmes; iżda fl-aħħar qatgħuha li jmorru jitolbu l-parir ta’ Sant’Ugo, isqof ta’

  • 14 SIGNUM FIDEI

    Grenoble. L-isqof ħadhom f’post deżert, imsejjaħ Chartreuse, fuq l-Alpi tad-Delfinat, xi erba’ mili ’l-bogħod minn Grenoble, f’nofs preċipizzji u muntanji.

    San Bruno, ma’ sitta minn sħabu, bnew monasteru (1084), fejn għexu fis-solitudni u l-faqar, jitolbu, jistudjaw, jaħdmu jikkupjaw opri prezzjużi, u josservaw fejn jistgħu r-regula ta’ San Benedittu. Infatti San Bruno ma kellu l-ebda ħsieb jistitwixxi ordni ġdid.

    Dan twettaq meta l-Providenza sejħitlu barra mid-Delfinat sitt snin wara. Il-Papa Urbanu II, dixxiplu tiegħu, sejjaħlu Ruma (1098) biex jgħinu bil-pariri tiegħu fit-tmexxijja tal-Knisja.

    Il-qaddis talab li jerġa’ lura biex jgħix fis-solitudni. Sa fl-aħħar il-Papa semgħu, iżda bil-patt li ma jirritornax Chartreuse.

    Il-Konti Ruġġieru tah il-wied għalliel ta’ La Torre, fid-djoċesi ta’ Skwillace, fejn mar jgħammar ma’ xi dixxipli li kien ġabar miegħu Ruma.

    Bit-twaqqif tat-tieni Certosa (S. Stiefnu) fil-Kalabrija (1095), u bil-ġenerożità tal-Konti Ruġġieru, il-ħajja Kartużjana ħarġet mill-muntanji tad-Delfinat.

    F’Settembru tal-1101 ħass li s-siegħa tiegħu kienet waslet. Qabel ma miet ġabar ’l uliedu madwaru u għamel quddiemhom professjoni tal-Fidi Kattolika fuq il-misteri tat-Trinità u tal-Ewkaristija li kienu attakkati dik il-ħabta minn Roxxellinu (tri-tejiżmu) u minn Berengarju.

    Miet fil-5-6 ta’ Ottubru, 1101. Il-mewt tiegħu ġiet imħabbra fil-knejjes u l-monasteri prinċipali tal-Ewropa tal-Punent.

    Riflessjoni: Inħossni miġbud lejn l-imħabba tal-proxxmu, imħabba li żżommni nħares il-liġi tal-Vanġelu u nirrispetta l-jeddijiet tiegħi u ta’ ħaddieħor, imħabba li tbegħdni milli nagħmel id-deni lil xi ħadd u li tqawwini biex nagħmel il-ġid lil kulħadd. Jien ġej minn familja baxxa, kbirt fil-faqar hieni u mbierek, faqar bla ħafna ħtiġijiet, faqar li jnissel il-virtujiet l-aktar nobbli u għolja u li jħejji lill-bniedem għall-ħajja l-aktar għolja.

    San Gwanni XXIII, Papa

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 174; Silta mit-2 punt In the peace of solitude, unknown to the world and thinking only of their sins and of the means to live a holy life, people find God and strive to please him. On the one hand, there is nothing to distract them from God, and, on the other hand, there is nothing that does not encourage them to do all they can to please him. They are indifferent toward everything that concerns this life; they are no longer preoccupied about their bodies or seeking after all the comforts of life, for they have quit the world to get rid of all that. Such was the practice of Saint Bruno and his associates, who were able to say, with Saint Jerome, that cities are as disagreeable to them as a prison and that solitude is for them a paradise.

  • SIGNUM FIDEI 15

    TALBA Biegħed, sinjur,

    minn qlubna l-ħsibijiet ħżiena fuq il-proxxmu, l-għadab, il-ġlied u dak kollu li jista’ jagħmel ħsara fl-imħabba

    u jnaqqas fl-imġiba t-tajba ta’ bejn l-aħwa. Ħenn, sinjur, ħenn għalina li nitolbuk il-ħniena tiegħek;

    agħti l-grazzja tiegħek lil min għandu bżonn; u agħmel li aħna ngħixu ħajja,

    li għaliha tisħoqqilna l-grazzja tiegħek u li nirbħu l-ħajja ta’ dejjem.

    Ammen. L-Imitazzjoni ta’ Kristu

    Missierna ...

    It-Tlieta, 7 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 1: 13-24 Alla għoġbu jirrivelali lil ibnu biex inħabbru fost il-ġnus. 2. Salm 138 :1-3,13-15 Mexxini Mulej fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10: 38-42 Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem.

    IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAR-RUŻARJU. Il-festa tal-lum inbdiet fl-1571 mill-Papa Piju V b’radd il-ħajr lill-Madonna

    tal-għajnuna li tat għar-rebħa kbira tax-xwieni nsara fuq it-Torok f’Lepanto, sitt snin wara l-Assedju kbir ta’ Malta, u preċiżament fis-7 ta’ Ottubru tas-sena 1571. Din il-festa ġiet estiża għall-Knisja Universali fl-1716 meta l-Prinċep Ewġenju rebaħ rebħa oħra importanti fuq l-istess għadu fl-Ungerija.

    Ir-Rużarju Mqaddes ħa spinta kbira bid-dehriet tal-Madonna f’Lourdes u f’Fatima u bl-appelli ta’ ħafna qaddisin u Papiet.

    Ir-Rużarju hu wieħed mill-aktar devozzjonijiet lejn ommna Marija approvata mill-Knisja. Anzi hu d-devozzjoni prinċipali Marjana fil-Knisja tal-Punent matul l-aħħar 500 sena. Jikkonsisti fir-reċita tal-isbaħ talbiet li għandna, jiġifieri l-Missierna, is-Sliema u l-Glorja, kif ukoll meditazzjoni dwar il-misteri ewlenin tal-ħajja ta’ Ġesù u ommu Marija.

    Il-papiet għanew din id-devozzjoni tar-Rużarju b’bosta indulġenzi, u ħabirku biex jingħad regolarment mill-insara, possibilment kuljum, għax iġib grazzji kbar fuq min jirreċitah bid-devozzjoni. Kien il-Papa San Ġwanni Pawlu II li kompla żejjen ir-rużarju meta mal-misteri tal-ferħ,

  • 16 SIGNUM FIDEI

    tbatija u l-glorja żied il-misteri tad-dawl. Fl-okkażjoni tas-sinodu tal-isqfijiet dwar “Il-Familja u l-Evanġelizazzjoni” li

    qed issir bħalissa, qed jiġu proposti ħames misteri tar-rużarju dwar il-Familja Mqaddsa. Dawn huma:

    1. Meta l-Familja Imqaddsa vjaġġat lejn Betlem u twieled Ġesù. 2. Meta l-Familja Mqaddsa ppreżentat lil Ġesù fit-tempju. 3. Meta l-Familja Mqaddsa laqgħet għandha lir-rgħajja u lill-Maġi. 4. Meta l-Familja Mqaddsa għexet bħala refuġjata fl-Eġittu u wara marret

    tgħix Nazzaret. 5. Meta l-Familja Mqaddsa fittxet u sabet lil Ġesù

    Riflessjoni: Il-Rużarju huwa talba tradizzjonali nisranija li fiha nikkontemplaw il-wiċċ ta’ Kristu. Il-Papa Pawlu VI ddeskriviha hekk: «Ir-Rużarju huwa talba evanġelika li tiċċentra fuq il-misteru tal-inkarnazzjoni u tal-fidwa, u għalhekk żgur li hu talba li twassalna lejn Kristu. Fil-fatt, anki meta ntennu, l-Ave Marija, aħna nkunu qed nagħmlu att kontinwu ta’ tifħir lil Kristu, li huwa l-għan aħħari kemm tat-Tħabbira tal-Anġlu, kif ukoll tat-tislima li għamlet omm il-Battista: “Imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek” (Lk. 1, 42). U hemm xi ħaġa aktar minn hekk: fir-ripetizzjoni tal-Ave Marija hemm mistura dik ix-xi ħaġa li fuqha tintiseġ il-kontemplazzjoni tal-misteri: Ġesù li jissemma f’kull Ave Marija huwa l-istess Ġesù li l-misteri jpoġġu quddiemna, xi drabi bħala iben Alla u drabi oħra bħala iben il-Verġni Marija».

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.150, silta mit-3 punt How fortunate you are to have for your purpose to teach children their religion and to do so by teaching them catechism every day! One of the best means you can use to succeed in your work is to have a very special devotion to the Most Blessed Virgin and to communicate this devotion to the hearts of those entrusted to you. Do you recite the rosary every day? Do you lead your students to do the same? With what piety do you recite it and have them recite it? Do you offer this prayer as a tribute that we in our Institute pay to the Most Blessed Virgin and as a powerful way to draw down her help and protection on our Institute and on your work?

    TALBA O Alla,

    int li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-iben tiegħek isir bniedem

    fil-ġuf tal-verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk,

    lilna li nistqarruha omm Alla, li nkunu mgħejjuna mit-talb tagħha.

    Bl-istess Kristu sidna, Ammen.

    Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 17

    L-Erbgħa, 8 t’Ottubru L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina

    San Ugo - konfessur Santa Pelaġja – verġni u martri

    Santa Tajde - penitenti

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Slaten 8: 22,23,27-30 Ħarstek taqlagħhiex minn fuq din id-dar. 2. Salm 83: 3-5, 10,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! 3. Luqa 19: 1-10 Illum ’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni. L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina Skont it-tradizzjoni, meta n-Normanni ħadu lil Malta mill-Għarab, ħasbu għall-bini tal-katidral l-antik tal-Imdina u għanuh b’ħafna renti. Il-katidral qadim ġarrab ħsarat kbar fit-terrimoti tal-1693 u minfloku nbena ieħor ikbar u isbaħ, ikkonsagrat fit-8 ta’ Ottubru 1702. SANTA TAJDE (Seklu 4) - penitenti Jingħad li Tajde għexet fis-seklu 4. Skont il-leġġenda tagħha, hija kienet

    imrobbija bħala nisranija imma saret magħrufa f’Lixandra, l-Eġittu, minħabba li bi ġmielha kienet tipprova tiġbed u twaqqa’ fid-dnub lil diversi rġiel.

    Il-fama tal-ħażen tagħha wasal ukoll f’widnejn Pafnuzju, li kien jgħix fid-deżert qrib, li ħalla l-ħajja rtirata tiegħu biex jgħinha tbiddel ħajjitha.

    Meta wasal fid-dar tagħha talabha li jkellimha fejn żgur ma kien jarahom u josservahom ħadd. “Jekk inti qed tibża’ li jarawk in-nies”, qaltlu Tajde, “hawn ma jarana ħadd; imma jekk qed tgħid għal Alla, inti taf tajjeb li hu jinsab kullimkien.”

    Pafnuzju ħa spunt minn dak li kienet qalet u kellimha fuq it-tmiem tagħha meta jkollha tagħti kont ta’ għemilha kollu. L-eremit irnexxielu bil-grazzja t’Alla, ibiddlilha ħajjitha.

    Hi għamlet ħuġġieġa u ħarqet fiha l-ilbies u l-ġawhar li bihom kienet tiżżejjen u tiġbed in-nies lejha u Pafnuzju ħadha f’kunvent ta’ reliġjużi nisa fid-deżert.

    Wara li għalaqha f’ċella qalilha biex tgħid spiss it-talba: “Inti li ħlaqtni, ikollok ħniena minni.” Għaddiet tliet snin f’din iċ-ċella titlob u tpatti għal ħtijietha, u hemm fl-aħħar sabet tassew il-paċi tal-qalb.

    Wara dan Pafnuzju, bil-parir ukoll ta’ eremit famuż ieħor, San Anton Abbati u rħieb oħra sħabu, fosthom Pietru s-Sempliċi, ħariġha miċ-ċella u reġa’ taha l-libertà.

    Imma Tajde l-penitenti talbet li tingħaqad mas-sorijiet ta’ dak il-kunvent fejn mietet ġimagħtejn wara.

  • 18 SIGNUM FIDEI

    Riflessjoni: Żakkew salvatu l-kurżità. Kien jiġbor it-taxxi. Kien tat-tajjeb minn fuq il-commission li kien jiġbor u anke minn dak li kien jeħel ma’ jdejh. Ried jara lil Ġesù, kurżità biss? Jista’ jkun, iżda kienet kurżità fatali għalih għax Ġesù ried jiekol għandu! Żakkew inħakem mill-qawwa tal-imħabba divina tal-leħen il-maħbub, obda, niżel u mar iħejjilu l-ikla. In-nies, li jridu jtaqtqu fuq kollox, li jippretendu li jiġġudikaw huma u mhux Alla, li mhumiex jaċċettaw li Alla jħobb il-midneb, li huma bħall-iben il-kbir fil-parabbola tal-iben il-ħali, bdew igergru kontra Ġesù għax kien sejjer jiekol għand midneb. Żakkew inbidel u wiegħed pubblikament li ser ipatti s-serq kollu tiegħu. Ġesù ma qallu xejn biex jagħmel dan, iżda l-preżenza tal-Mulej f’daru bidlitu u għaraf li kien fid-dlam meta d-dawl daħal f’daru. Kemm lest inti li tagħmel bħal Żakkew?

    Fr. Charles Fenech, O.P., “Mitt Minuta mal-Mulej”

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-2 punt It is said of Saint John that he preached penance for the remission of sins, because it is penance that procures the remission of sins for those who have offended God. Saint Peter said to the Jews in the Acts of the Apostles, “Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven”. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, Do penance to obtain the remission of your sins.

    TALBA: L-ATT TAL-INDIEMA Mulejja, Alla tiegħi,

    jisgħobbija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha.

    Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għall-infern li rbaħt;

    imma fuq kollox jisgħobbija għax rgħextek u offendejtek li inti kollok tjieba u ħniena.

    Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox. Mil-lum ’il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek,

    ma nidnibx qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb,

    iżda naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub. Missierna ...

    Mulej, int tagħtina s-sliem, għemilna kollu għamiltu int għalina.

    Salm 26:12

  • SIGNUM FIDEI 19

    Il-Ħamis, 9 t’Ottubru San Jaime Hilario u San Cirillo Bertran u sħabu - martri ta’ Turon u frères

    San Djonisju – isqof, u sħabu - martri San Ġwann Leonardi - presbiteru San Ludovik Beltran - presbiteru Beatu Antonju Patrizi - presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Galatin 3: 1-5 L-ispirtu rċevejtuh mill-opri tal-liġi jew mis-smigħ tal-fidi? 2. Salm Luqa 1: 69-75 Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu

    tiegħu. 3. Luqa 11: 5-13 Itolbu u jingħatalkom. IL-QADDISIN BROTHERS MARTRI Il-Brothers martri kienu:

    Bro. Cirillo Bertran, id-direttur

    Marciano Jose

    Victoriano Pio

    Julian Alfredo

    Benjamin Julian

    Augusto Andres

    Aniceto Adolfo

    Benito de Jesus, li kien mill-Arġentina

    Br. Hilario, minn Catalonia Magħhom kien hemm ukoll iċ-‘chaplain’ tal-kommunità, patri Inocencio de la Immaculada, passjonista. Wieħed minnhom, il-brother Hilario minn Catalonia, miet f’ċirkustanzi li werwru lil dawk li sparawlu. Il-Brother baqa’ bilwieqfa wara li sparawlu l-ewwel balal. Reġgħu sparawlu u l-brother baqa’ bilwieqfa. Is-suldati twerwru, xeħtu l-azzarini fl-art u ħarbu. Il-kaptan beda jitkellem ħażin, beda jisħtu u mar maġenbu u sparalu bil-pistola. Il-kaptan kien student tal-brother. Riflessjoni: Tridu bħal ma ngħidu ‘tisilħu lilkom infuskom’, jew kif jgħid San Pawl: “li għandkom twarrbu l-ħajja tagħkom ta’ qabel u tinżgħu l-bniedem il-qadim ... u tiġġeddu b’tibdila spiritwali tal-fehma tagħkom u tilbsu l-bniedem il-ġdid, maħluq skont Alla, fil-ġustizzja u l-qdusija tassew” (Efesin 4: 22-24). B’hekk dan għandu jkun l-istħarriġ tagħkom matul ħajjitkom kollha, biex issiru dixxipli sodi ta’ Kristu u ssiru tixbhu lil dan l-Appostlu (San Bartilmew) fil-martirju tiegħu.

    San Ġwann Battista De La Salle, Med. 159.3

  • 20 SIGNUM FIDEI

    L-ISPIRTU TA’ FIDI U L-EFFETTI TIEGĦU 1. Li ma tħares lejn xejn jekk mhux bl-għajnejn tal-fidi. 2. Li ma tagħmel xejn jekk mhux għal Alla. 3. Li tqis kollox bħala ġej minn Alla.

    l-Ispirtu ta’ Fidi huwa spirtu li f’kollox jirregola ruħu li jimxi fuq il-massimi u s-sentimenti meħudin mill-Iskrittura.

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, l-1 punt Ask, and you will receive. By these words…Jesus Christ wishes to make known to us that because we need to receive his graces, we must ask him for them; also, that because God wants to give us his graces, he has provided us with a sure means to obtain them, namely, prayer. This is all the easier for us, because God is always present to us, and whenever we wish to do so, we can turn to God. This led Saint Augustine, to make clear to us how easy it is for us to do good, to say: “If you are powerless to act, whether because of your weakness, the violence of temptation, or any other reason, you must turn to prayer, which will infallibly give you the power to accomplish what is beyond your natural strength”. When you find the practice of virtue difficult, strive to make it become easier by your application to prayer. Have recourse to prayer promptly, calling to mind the words of Jesus Christ, Ask, and you will receive.

    TALBA Mulej!

    Agħmel li l-għajnejn tiegħek ikunu minflok tiegħi biex nagħraf lil dawk “il-fqar” ta’ kull xorta

    li qegħdin itawlu dirgħajhom lejja! Agħtini l-widnejn tiegħek

    biex nisma’ t-tnehid u l-karba ta’ dawk li qegħdin ibatu. U agħtini dak l-ilsien tiegħek

    biex innissel il-kelma li tfarraġ. Agħtini dawk l-idejn tiegħek

    biex inkun nista’ nnewwilhom lejn dawk li jeħtieġu l-għajnuna tiegħi. Fuq kollox agħtini dik il-qalb tiegħek

    biex nara wiċċek f’dawk ħuti kbar u żgħar ta’ kull ġens. Bro. Louis

    Missierna ...

    Sliem bil-kotra għal min iħobb il-liġi tiegħek; ma hemm ebda tfixkil għalihom.

    Salm 119: 165

  • SIGNUM FIDEI 21

    Il-Ġimgħa, 10 t’Ottubru San Tumas ta’ Villanova - isqof Santa Ġustina - verġni u martri

    San Danjel u sħabu - martri

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 7-14 Dawk li jemmnu jitbierku ma’ Abraham. 2. Salm 9: 2,3,6; 16:8,9 Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja. 3. Luqa 11: 15-26 Jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Alla

    dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla.

    SAN TUMAS MINN VILLANOVA (1488-1555) San Tumas twieled Fuentellana, fil-Kastilja, Spanja u ħa ismu minn Villanueva,

    xi żewġ mili bogħod, fejn trabba fil-prattika tar-reliġjon u tal-karità. Kull nhar ta’ Ġimgħa missieru, Alonso Tumas Garcia, kien jagħti lill-fqar kull ma

    jaqla’ dak il-jum mill-mitħna, barra mill-ħobż li kien jagħti kuljum. Fil-festi l-kbar kien iżid ħatab, inbid u flus. Meta miet żewġha, Lucia Martinez Castellanos, ommu, baqgħet tagħti l-istess karità u bdiet tagħti lbies u għajnuna lix-xebbiet fqar tal-inħawi.

    Ta’ 16-il sena, Tumas mar l-università ta’ Alkalà, fejn, wara li kiseb il-grad ta’ M.A. u tat-Teoloġija, beda jgħallem il-loġika u l-filosofija (1514). Sew bħala student, kemm bħala professur, kien xempju ta’ regolarità fid-dmirijiet ta’ nisrani u kien iqassam il-ħin tiegħu bejn it-talb, l-istudju u l-prattika tal-opri tajba. Fost l-iskulari tiegħu kellu l-magħrufin Encina u Duminku Soto.

    Wara sentejn irrofta l-kattedra ta’ filosfija fl-Università ta’ Salamanca u daħal mal-Agostinjani (1516) ta’ hemm. Fin-novizzjat wera li kien ġa mrawwem fil-penitenzi, fil-meditazzjoni u fl-ubbidjenza.

    Sena wara ntrabat u wara sena oħra ordna saċerdot. Beda jgħallem it-teoloġija skolastika fil-kunvent ta’ Salamanka, żied ukoll il-predikazzjoni tal-kelma ta’ Alla fl-ibliet ewlenin ta’ Spanja, bħal Valencia u Valladolid, fejn l-Imperatur Karlu V ħatru predikatur tal-qorti imperjali u kunsillier tal-Istat.

    Tumas kellu bosta karigi importanti fl-ordni: pirjol Salamanka, Burgos u Valladolid; darbtejn provinċjal, ta’ Andalusija u ta’ Kastilja, minn fejn bagħat l-ewwel missjunarji Agostinjani fil-Messiku (1533).

    Waqt li kien pirjol Valladolid ġietu n-nomina ta’ arċisqof ta’ Valencia (5 ta’ Awwissu 1544). L-ewwel ħaġa li għamel, beda żjara tad-djoċesi u daħħal bosta digrieti kontra l-abbużi tal-qtil, tad-divorzju, tal-konkubinaġġ u ta’ bosta privileġġi u eżenzjonijiet eċċessivi.

    Żar ukoll il-ħabsijiet u għalaq dawk li kienu taħt l-art. Reġa’ waqqaf l-isptar, maħruq f’inċendju; bena żewġ kulleġġi wieħed għas-seminaristi u l-ieħor għat-tfal fqar; ħadem ħafna għall-konverżjoni sinċiera ta’ bosta “Moriscos” jew

  • 22 SIGNUM FIDEI

    “insara ġodda” li kienu saru nsara biex jaħarbu mill-Inkwiżizzjoni; fetaħ “creche” ħdejn il-palazz għall-iltiema u għat-tfal tal-fqar; u b’liġijiet u bl-eżempju ħadem bla mistrieħ għar-riforma tal-kleru u tal-poplu.

    L-ideja tiegħu ta’ isqof kienet li hu marbut mad-djoċesi bħalma għarusa tkun marbuta ma’ l-għarus u l-preokkupazzjoni tiegħu kienet li jaqdi dmirijietu kif jixraq.

    Tah kolp ta’ anġina f’Awwissu 1555 u miet fit-8 ta’ Settembru waqt li kien jisma’ l-quddiesa f’kamartu.

    Riflessjoni: “Sinjur Alla, mhux biżżejjed li aħna issa rridu nogħġbuk: xejn ma jiswielna għas-salvazzjoni eterna tagħna li issa aħna qegħdin – dejjem fil-grazzja tiegħek – nitgħakksu, nieħdu paċenzja, nagħmlu l-ġid; xejn ma jiswielna, jekk aħna ma nipperseverawx sal-aħħar fil-grazzja santifikanti tiegħek. U dan hu l-biża’ ta’ kull serv tiegħek: li huwa dejjem fil-periklu li jitlifha, u jitlef għal dejjem lilek. Iżda nafu tajjeb li m’hemmx konfużjoni għal min jittama fik, u dan il-ħsieb iqanqalna biex f’idejk nerħu l-ispirtu tagħna”. San Ġorġ Preca

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 85, it-3 punt Because we know that Jesus Christ is going to come into us today and we recognize him for what he is, let us prepare for him a dwelling place worthy of him. Let us dispose our hearts to receive him in such a way that he may be pleased to make his home there! With this in view, let us apply ourselves to detach our hearts from all that is profane and earthly in them. The earthly soul, says Saint Paul, speaks with affection of the things of the earth and does not know how to speak of anything else. But, the same Apostle says, the heavenly person speaks of the things of heaven and rises above everything else. For this purpose the Son of God has come to earth and wishes to come into our hearts: to make us share in his nature and to help us become altogether heavenly people.

    TALBA O Spirtu s-Santu

    kun int li tgħaqqad din ir-ruħ tiegħi m’Alla, kebbes fiha xewqat għalik ħerqana

    u ħeġġiġha sħiħ bin-nar ħelu ta’ mħabbtek. Kemm inti twajjeb u bnin, O Spirtu s-Santu divin.

    Ħa tkun dejjem imfaħħar u mbierek għall-imħabba kbira li ssawwab f’din ir-ruħ.

    O Spirtu s-Santu kun int li tgħaqqad din ir-ruħ tiegħi ma Alla,

    kebbes fiha xewqat għalik ħerqana u ħeġġiġha sħiħ bin-nar ħelu ta’ mħabbtek. Ammen.

    Santa Tereża t’ Avila Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 23

    Is-Sibt, 11 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

    Beatu Elija tas-Sukkors Nieves - presbiteru u martri San Ġwanni XXIII – Papa

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Galatin 3: 22-29 Intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi. 2. Salm 104: 2-7 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 11: 27-28 Hieni l-ġuf li ġiebek! Aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’

    Alla u jħarsuha. Nota: Dwar tagħrif fuq il-Ħajja ta’ San Ġwanni XXIII Papa ara edizzjoni Ott. 2013. Wieħed jista’ wkoll ikollu aċċess tal-edizzjoni mis-sit li l-indirizz elettroniku tiegħu issibu fl-aħħar paġna ta’ dan il-ktejjeb. PARIRI SPIRITWALI SAN ĠWANN XXIII PAPA: Biex ngħixu ħajja tassew nisranija: L-atti erojċi mhumiex dejjem meħtieġa. Meta l-ħajja tkun offerta dejjiema għas-

    servizz ta’ Kristu, tal-Knisja tiegħu u tal-erwieħ, dan hu biżżejjed għall-qdusija u l-glorja tagħna.

    Għal min iżomm ħarstu f’Alla u jittama fih ma jinħasad minn xejn, anqas il-mewt ma tasal taħsdu; il-mewt hi ġrajja sagra għax twassal għall-glorja u l-hena eterna.

    Parti kbira mid-dinja tgħix bit-tpaċpiċ; aħna nimxu wara l-Vanġelu, l-unika verità li ma tispiċċa qatt.

    L-imħabba hija l-essenza tal-qdusija. Dwar il-familja: Hu meħtieġ li l-familja tiġi mħarsa u li n-nisa jiddefenduha b’kuraġġ u jżommu

    posthom b’sens ta’ responsabbilità f’din l-opra; jaħdmu bla waqfien billi joqogħdu attenti, jikkoreġu, jgħallmu u jagħżlu bejn dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin. U, meta hu meħtieġ, għandhom ifittxu l-għajnuna tal-liġi ċivili.

    Hi tajba dik il-familja li fiha l-imħabba reċiproka tkun tixgħel bħal fjamma fl-eżerċizzju ta’ kull virtù.

    Dwar it-talb: It-talb hu n-nifs tar-ruħ. Hi ħasra li d-dinja tħares lejn il-ħwejjeġ spiritwali bħala

    oġġett ta’ dwejjaq. Huma ftit dawk li jitolbu u huma ftit ħafna dawk li jafu jitolbu tajjeb.

    Titlob ifisser tikkomunika ma’ Alla, tagħti qima lill-kobor bla qies tiegħu; tafda bħala iben fil-Missier tas-sema, tfaħħru, titolbu maħfra, tirringrazzjah, titolbu

  • 24 SIGNUM FIDEI

    b’ħerqa ... It-talb fil-ġewwieni tar-ruħ, wiċċ imb’wiċċ ma’ Alla, għandu valur li xejn ma jegħelbu jew li jasal joqgħod floku.

    Riflessjoni: Il-paċi tal-Mulej titlob firda sħiħa minna nfusna u telqien sħiħ mir-rieda tagħna li trid il-ġid u l-kumdità f’ħajjitna. Meta r-ruħ tilħaq l-indifferenza sħiħa fejn jidħlu persuni, inkarigi u tibdil ta’ postijiet, u karrieri ftit jew wisq ta’ xorti tajba, dik hi l-paċi vera. It-tagħlim tal-Imitazzjoni ta’ Kristu, ktieb III, kap. 23, “De quattour magnam importantibus pacem” , jitħaddet eżatt dwar dawn il-punti: 1. agħżel aktar ir-rieda ta’ ħaddieħor milli tiegħek; 2. agħżel aktar li jkollok anqas milli aktar; 3. agħżel l-iżgħar post; 4. agħżel dejjem u itlob li ssir ir-rieda ta’ Alla, sal-punt li jekk dan iġib miegħu uġigħ u

    mrar, dawn ukoll isiru għajn ta’ ferħ. Ftakar fit-talba: “Ħu, Mulej, il-libertà kollha tiegħi.”

    San Ġwann XXIII, Papa

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.180, silta mit-2 punt Oh, how powerful the word of God is to touch hearts! It is, says Saint Paul, living and effective; it pierces the heart better than a two edged sword; it enters and penetrates even to the secrets of the soul. How happy you would be if this divine word penetrated so deeply into your heart that you would no longer be attached to any creature! Yet you will not be worthy of your ministry except insofar as you have this disposition. This is the first thing God requires of those who wish to be his disciples. Nothing contributes more to this than solitude. Because you cannot seek anything but God there, your first thought is to empty your heart of all created things in order to be able to fill it entirely with God.

    TALBA Mulej għal-lum biss:

    ser inwettaq għall-inqas ħaġa waħda li ma tantx għandi aptit nagħmilha.

    Jekk offendewni nagħmel minn kollox biex ħadd ma jkun jaf. Mulej għal-lum biss:

    nemmen b’fidi ferma anke jekk iċ-ċirkustanzi jkunu kontra, u li l-providenza tal-ħanin Alla tieħu ħsiebi, bħallikieku xejn ma jeżisti aktar fid-dinja.

    Mulej għal-lum biss: ma nibża’ xejn u speċjalment ma nibża’ xejn nuri

    l-apprezzament tiegħi lejn dak li huwa sabiħ, u nemmen fit-tjubija..

    San Ġovanni XXIII Papa Missierna ...

  • SIGNUM FIDEI 25

    Il-Ħadd, 12 t’Ottubru It-28 Ħadd ta’ matul is-sena

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Isaija 25: 6-10a Jagħmel il-Mulej mejda b’ikel fin, u jixxotta d-dmugħ

    minn fuq kull wiċċ. 2. Salm 22 : 1-6 Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj! 3. Filippin 4:12-14.19-20 Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini. 4. Mattew 22: 1-10 jew 1-14 Sejħu għall-festa lil kull min issibu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

    Forsi ma naħsbux biżżejjed fuq kif l-inġustizzji li saru u li għadhom isiru fid-dinja jitnisslu minn inġustizzja fundamentali waħda, l-iktar waħda li ma titwemminx, li qatt ma konna nobsru li l-umanita setgħet twettaq. Hija dik li l-parabbola tal-Ħadd li għadda tiddeskrivilna, dik tal-ħaddiema tal-għalqa tad-dwieli, li mhux talli jieħdu dak li mhux tagħhom imma jaslu biex joqtlu lill-werriet, iben is-sid; u tikkonfermah il-parabbola ta’ llum bl-atteġġament arroganti u maledukat tal-mistednin li jinjoraw l-istedina tar-Re għall-festa tat-tieġ ta’ ibnu. Huwa minnu li dawn iż-żewġ parabboli ma jgħidulna xejn li ma nafuhx diġa, li d-dinja hi mimlija inġustizzja u vjolenza, imma jispjegawlna xi ħaġa li qatt ma ġrat qabel, dik li hu Alla li qiegħed iġarrab din l-inġustizzja u prepotenza.

    Ġesu jurina kif il-bniedem ma jistax jagħmel dakshekk ħsara lill-bnedmin oħra kieku qabel ma wettaqx l-istess affarijiet ma Alla. Lil min quddiem dawn il-ġrajjiet tal-biża’ tal-umanita – il-ħabsijiet ta’ konċentrament, it-terroriżmu, l-istraġijiet, il-gwerer – jistaqsi fejn kien Alla f’dawk il-mumenti, inweġbuh li propju l-fatt li offendejna lil Alla ġab dawn l-offiżi lid-dinjita tal-bniedem; il fatt li eliminajnih mill-eżistenza, witta t-triq għall-eliminazzjoni tal-proxxmu; li qtilnih jagħti l-liberta li noqtlu mingħajr ħafna skrupli, għaliex la qbiżna l-limitu li jirrappreżenta Alla, xi skuża tajba biex noqtlu lil xi ħadd ieħor insibuha żgur.

    Jekk il-kefrija umana kienet kapaċi twaqqa’ saħansitra lil Alla, min jista’ jsalva? Dawn iż-żewġ parabboli stess jagħtuna r-risposta: Alla, s-sid li qatlulu lill ibnu, s-sid li qatlulu ‘l-ħaddiema, r-Re injorat mill-mistednin tiegħu, il-ġebla li warrbu l-bennejja; ma jaqtax qalbu mill-proġett tiegħu. Jinżel fostna, jimxi fit-triqat tad-dinja, u jgħix il-ġrajjiet storiċi biex ifittex ħaddiema oħra biex jaħdmu l-għalqa tad-dwieli, mistednin oħra għall-festa, bennejja oħra biex jafdalhom il-proġett tiegħu, deċiż li jsibhom akkost ta’ kollox. Ftit jimporta jekk humiex tajbin jew ħżiena, libsin pulit jew ikrah ġusti jew midinbin, għax jagħmel biss kundizzjoni waħda – li tintlaqa’ l-istedina.

    Alla jġib ruhu b’dan il-mod mhux tas-soltu għax jaf li l-inġustizzja umana tant iġġib ħerba lil min jagħmilha li m’hemmx għalfejn jeqridhom Hu lill-qattiela jew

  • 26 SIGNUM FIDEI

    jaħarqilhom il-belt. Għalhekk Alla jagħti l-grazzja u l-ħniena tiegħu bla tarf biex jeħles lill-umanita mill-abbissi tal-miżerja li waqgħet fiha, u meta jara li għorrief u setgħana ta’ din id-dinja jirrifjutawh, ma jaqtax qalbu u jdur fuq iż-żgħar, l-umli, l-midinbin; u permezz ta’ dawn islava lil kulħadd mingħajr kundizzjoni. Jew aħjar, kundizzjoni waħda, il-libsa tal-festa li mingħajra titkeċċa ‘l barra.

    Min irċieva d-don ta’ din is-sejħa tal-għaġeb, din id-dinjita kbira, grazzja li ma jistħoqlux, jaf tajjeb li hemm mod wieħed biss biex ma jitradix lil Allau lill-oħrajn: iwieġeb bil-fedelta, jgħix b’mod xieraq din il-kundizzjoni ġdida, ikun den tal-grazzja. Għaliex m’hemmx kundanna aktar tal-mistħija milli tkun tixtieq tmur lura l-infern wara li tkun doqt il-ġenna.

    Minn ”La Realta` e` Cristo” Don Davide Rota

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.72, silta mill-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ tells us that many are called but few are chosen. He says this in reference to heaven, but this truth is no less applicable to communities. Although a great number of people enter them, only a few remain faithful to the grace of their vocation, take on the spirit of their state, and remain faithful after being committed to it. The first thing we have to do when we enter a religious community, if we wish to be chosen by God, is to learn well how to pray and to devote ourselves well to this exercise. For there is no other profession in which we are more tempted by the devil, because in community we have a sort of guarantee of salvation if we faithfully practice the Rule prescribed for us. Thus we have a great need for strength to withstand the attacks that the tempter will inflict on us there. The second thing is to make serious efforts to become faithful to the Rule in community, for this fidelity is the principal means God gives us to be saved in community. The more exact we are in this, the more, as Saint Peter says, we make sure of our vocation and election through the good works proper to our state.

    TALBA Irrid ninxteħet fi ħdanek, Mulej,

    u ma rridx nibża’ minnek għaliex jekk nersaq lura żgur li niksaħ

    mis-sħana tal-imħabba tiegħek. Irrid, għalhekk,

    ninxteħet fi ħdanek mingħajr ħsibijiet

    u naf li int lest tilqagħni biex tfejjaqni. Santu Wistin

    Missierna ...

    It-Tnejn, 13 t’Ottubru

  • SIGNUM FIDEI 27

    Beatu Gerardu Sasso Beatu Onorat Kozminski - presbiteru

    Beata Alessandra M. da Costa - verġni San Edwardu Re tal-Ingilterra

    L-aħħar dehra ta’ Fatima

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 4: 22-24,26,27,31; 5: 1 Aħna m’aħniex ulied l-ilsira, imma wlied il-ħielsa. 2. Salm 112: 1-7 Ikun isem il-Mulej imbierek, minn issa u għal

    dejjem! 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-

    sinjal ta’ Ġona. Il-Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Illum issir ukoll tifkira tal-aħħar fost is-sitt dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima,

    fil-Portugall, li seħħew waħda kull xahar bejn it-13 ta’ Mejju u t-13 ta’ Ottubru 1917, lill-aħwa Beati Francesco u Giacinta Marto u lil kuġinithom Luċija dos Santos. Fihom il-Madonna reġgħet saħqet għal ħajja aħjar u għar-reċita tar-Rużarju Mqaddes.

    Il-ġrajja ta’ Fatima tibda fix-xahar ta’ Mejju, 1917. L-Ewwel Gwerra Dinjija kienet fl-aqwa tagħha. Żmien ta’ ħerba, mwiet u biża’. Il-Papa Benedittu XV

    talab lit-tfal kollha tad-dinja biex jitolbu għall-paċi. Fit-13 ta’ Mejju, fir-raħal ċkejken ta’ Fatima, qrib Lisbona l-Portugall, tlitt itfal

    kienu jirgħu n-ngħaġ fil-Cova da Iria. Dawn kienu Luċija ta’ ħdax-il sena, Franġisku, il-kuġin tagħha ta’ disa’ snin, u Ġaċinta, oħtu ta’ sebgħa. Luċija kienet imħassba dwar ħuha li kien suldat mibgħut għall-gwerra.

    F’nofsinhar, hekk kif it-tfal temmew ir-Rużarju li kienu jgħidu ta’ kuljum, raw il-leħħa tal-beraq fis-sema u semgħu r-ragħad ikarwat. Dan beżżagħhom ħafna għax l-ajru kien tassew bnazzi! Huma ħaffu jniżżlu n-ngħaġ minn fuq il-għolja u saquhom lejn post għall-kenn.

    Imbagħad, waqt li kienu jħarsu mistagħġba, lemħu sinjura sabiħa wieqfa fuq sħaba li kienet imwieżna fuq balluta tal-liċi. F’idha kellha kuruna tar-Rużarju u l-libsa bajda tagħha kienet tlellex b’dawl tas-sema. Luċija staqsiet lis-Sinjura mnejn kienet ġiet. “Mis-sema,’’ weġbitha s-Sinjura.

    Is-Sinjura talbet lit-tfal biex darba fix-xahar, għal sitt xhur wara xulxin, imorru f’dak l-istess post. Fuq mistoqsija ta’ Luċija, is-Sinjura qaltilha li hi u Ġaċinta kellhom imorru l-ġenna, u Franġisku wkoll, imma hu kien jeħtieġlu jgħid iżjed Rużarju.

    Luċija staqsietha jekk il-gwerra kinitx ser iddum ma tispiċċa. It-tfal iddawlu b’raġġi minn idejn il-Madonna. Qaltilhom li dak il-ħin ma setgħetx tkellimhom dwar il-gwerra, imma setgħet tgħidilhom li huma kellhom ibatu ħafna. "Għidu r-

  • 28 SIGNUM FIDEI

    Rużarju kuljum u offruh għall-paċi," temmet tgħidilhom. Imbagħad id-dehra għebet.

    Kull tlettax ta’ kull xahar, is-Sinjura dehret lit-tlett itfal u qalet lil Luċija li Ġaċinta u Franġisku kellhom imorru l-ġenna fi żmien qasir, iżda hi, Luċija, kien se jkollha tistenna, għaliex “Ġesù jrid ixerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Immakolata Tiegħi permezz tiegħek. Hija tkun ir-refuġju tiegħek.”

    Nhar it-13 t’Ottubru is-Sinjura reġgħet dehret lit-tfal għall-aħħar darba. Kulħadd kien jistenna fi skiet l-aktar profond. Is-Sinjura dehret fil-Cova għall-aħħar darba. Lil Luċija qaltilha: “Jiena l-Madonna tar-Rużarju Mqaddes. Irrid li hawnhekk tinbena kappella għall-gieħ tiegħi. Il-gwerra issa għoddha ntemmet. Għidu r-Rużarju.” Hija fetħet idejha u bdiet tielgħa ’l fuq bil-mod, lejn is–sema. Wara seħħ fenomenu fis-smewwiet biex dik il-folla ta’ nies li kienu preżenti, jemmnu.

    Riflessjoni: Ġona, int kont involut sew fil-ġrajjiet strambi tiegħek, f’dik l-atmosfera meraviljuża li fiha Alla wera l-umoriżmu kbir tiegħu. Inti tgħallimna kemm hu iebes li noħorġu mill-partikolariżmu tagħna, li niftħu l-orizzonti tal-ideat tagħna, li skont aħna huma ċari ħafna u bilanċjati. Int kont komdu taqsam id-dinja fi tnejn, bil-belt qaddisa ta’ Ġerusalemm fuq naħa u l-belt pagana ta’ Ninwé fuq oħra! Kif tagħmel biex temmen li Alla kapaċi jifrex il-ħniena tiegħu fuq kulħadd? Mill-banda l-oħra kif tista’ tgħid li t-tajbin qegħdin fuq naħa u l-ħżiena fuq oħra? Min jazzarda jikkapparra l-Vanġelu għall-kawża tal-partit tiegħu? Ġona, tassew, “Dan sewwa li tinkorla?” (Ġona 4:4). Alla huwa Alla ta’ kulħadd. Ittra lil Ġona, silta mill-ktieb “Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar ...”

    Kardinal Roger Etchegaray

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, silta mit-2 punt It was also by means of this same virtue that the Ninevites, who had outraged heaven by their disorderly conduct, induced God to revoke the sentence he had pronounced against them to destroy their city. This they could not do except by a conversion of their hearts, following the preaching of Jonas and the invitation of their king. To avert the calamity that threatened them, there was no other recourse for them, says Saint Ambrose, than to fast continually and cover themselves with sackcloth and ashes to appease the anger of God. By the same method, you too will obtain the remission of all the sins you committed in the world and all those you still commit every day in God’s house. For, as Saint Jerome observes, every day God still addresses to people the same threats he addressed to the Ninevites, so that just as these menaces frightened those sinful people, they may in the same way convince people who are living now to do penance. Let us, then, profit by such an admirable example.

  • SIGNUM FIDEI 29

    TALBA Omm il-bnedmin kollha

    nixtieq li nressaq quddiem il-qalb tiegħek bla tebgħa, il-ferħ u t-tamiet tiegħi

    flimkien mal-problemi u l-weġgħat tiegħi u ta’ dawk kollha li jirrikorru lejk fil-bżonnijiet kollha tagħhom.

    Ja omm l-aktar ġentili u ħanina. Inti taf lil kull wieħed minnha b’isimu

    u żgur li tagħrafna mill-fattizzi tagħna u mill-istorja personali tagħna. Iżda full kollox, inti tħobbna bi mħabba ta’ omm li taf il-bidu tagħha fil-Qalb tal-Ħniena Divina.

    Għalhekk nagħmel kuraġġ, u lejk nersaq, f’idejk nintelaq, lilek nafda, waqt li nikkonsagralek dak kollu li jien u li għandi,

    ja Omm Qaddisa u ħanina tiegħi. Ammen. Papa Benedittu XVI

    Missierna ...

    Nitolbu għal: Bro. Wilfred Albert Gros (1972) u Bro. William Raphael Tabone (1977) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

    It-Tlieta, 14 t’Ottubru San Kallistu - Papa u martri

    San Ġwann Ogilvie – presbiteru u martri Beatu Gonzalo ta’ Lagos – presbiteru

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

    tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

    Qari: 1. Galatin 5: 1-6 Biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma jkun jiswa

    ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba. 2. Salm 118:41,43-45,47,48 Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej. 3. Luqa 11: 37-41 Agħtu karità, u taraw kif kollox ikunilkom nadif. SAN ĠWANN OGILVIE (1578-1615) – presbiteru u martri Kien iben nobbli sinjur, minn Keith fl-Iskozja. Il-familja tiegħu kienet Kalvinista,

    u kienet rispettata ħafna. Huwa ntbagħat jieħu l-edukazzjoni tiegħu fl-Ewropa Ċentrali. Studja taħt il-

    Benedittini ta’ Regensburg fil-Ġermanja u l-Ġiżwiti f’Olomouc u Brno, illum fir-Repubblika Ċeka.

  • 30 SIGNUM FIDEI

    F’dik l-era l-Ewropa kienet għaddejja minn taqlib u kontroversja reliġjuża kbira. Kien sewwa sew f’dan iż-żmien li Ġovanni Ogilvie ddeċieda li jsir kattoliku. Fl-1596, ta’ 17-il sena ġie milqugħ ġewwa l-Knisja Kattolika, fl-Leuven, il-Belġju.

    Fl-1608 ngħaqad mal-Ġiżwiti u ġie ordnat saċerdot ġewwa Pariġi fis-sena 1610.

    Wara l-ordinazzjoni tiegħu pprova ħafna biex jintbagħat ġewwa l-Iskozja sabiex jagħti s-servizzi tiegħu qalb il-ftit kattoliċi li kien baqa’ fin-naħa ta’ Glasgow. Wara r-riforma tal-1560, kien ipprojbit li tipprietka jew tipprova tħeġġeġ lin-nies biex jikkonvertu għall-Kattoliċiżmu.

    Irnexxielu jirritorna lejn pajjiżu, l-Iskozja fl-1613, liebes taparsi suldat u beda jipprietka bil-moħbi u jiċċelebra l-quddiesa klandestinament fi djar privati. Biss irnexxielu jagħmel dan għal sena biss għax xi ħadd kixfu u ġie arrestat.

    Ġarrab torturi ħorox, saħansitra żammewh imqajjem għal tmint ijiem u disat iljieli sħaħ biex jikxef l-identità ta’ kattoliċi oħra. Oglivie ma ċediex u wara li għaddewh ġuri preġudizzjat inqatgħatlu għall-mewt. Hu ġie mixli bi tradiment.

    Fl-10 ta’ Marzu 1615, fl-età ta’ 36 sena, Ġwanni Ogilvie dawruh mat-toroq ta’ Glasgow u ġie mgħallaq fis-Salib ta’ Glasgow. Qabel tgħallaq tefa’ l-kuruna tar-rużarju lill-folla u l-aħħar kelmiet kienu “Jekk hawn xi kattoliċi nitlobkom titolbu għalija, però ma rridx talb mingħand l-eretiċi”. Jingħad li l-kuruna ġiet f’idejn wieħed mill-għedewwa ta’ Ogilvie u dan ikkonverta u sar wieħed mill-aktar kattoliċi devoti.

    Ġwanni Ogilvie ġie bbeatifikat fl-1929 u kkanonizzat fl-1976. Irrifletti fuq li jgħid San Pawl :

    Li kont nitkellem bl-ilsna tal-bnedmin u tal-anġli bla ma kelli l-imħabba, kont inkun qisni strument tar-ram iżarżar jew platti jċekċku. U kieku kelli d-don tal-profezija u kont naf il-misteri kollha u l-għerf kollu, kieku kelli l-fidi tiegħi sħiħa li nqanqal il-muntanji, imma ma kellix imħabba, jiena ma kont inkun xejn.

    U kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità u nagħti ġismi għall-ħruq bla ma jkolli mħabba, xejn ma jkun jiswieli ta’ ġid. 1Korintin, Kap. 13, versi 1-3

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 11, silta mill-1 punt Those who live under obedience must take care that it not be said of them what was stated of the scribes and Pharisees, whom the Oracle of Truth called whitened sepulchers, attractive enough externally and beautiful to behold, as long as viewed from the outside, but filled with dead men’s bones and corruption within. The same thing can be said about religious whose actions are not all performed under the control of obedience. These people seem to be virtuous in appearance, but in fact they are fundamentally bad and entirely displeasing to God, because they are not inspired by the virtue that alone must sustain them, the virtue of obedience. Without obedience their work, which seems good in the eyes of people, is only a body without a soul and cannot be considered as the work of a true religious.

  • SIGNUM FIDEI 31

    TALBA Mulej, Ġesù Kristu,

    agħmel li jkollna l-imħabba tiegħek u ta’ għajrna,

    agħmilna wlied id-dawl, ħarisna mid-dnub u mit-tiġrib tal-ħażen,

    biex ikun jistħoqqilna naraw id-dawl glorjuż ta’ wiċċek.

    Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek; int imbierek u msebbaħ għal dejjem.

    Ammen. Missierna ...

    L-Erbgħa, 15 t’Ottubru

    Santa Tereża ta’ Ġesù – verġni u duttur tal-Knisja

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 5: 18-25 Dawk li huma ta’ Kristu Ġesù, sallbu l-ġisem bil-ġibdiet u l- passjonijiet tiegħu. 2. Salm 1: 1-4, 6 Min jiġi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja. 3. Luqa 11: 42-46 Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Ħażin għalikom ukoll intom l-

    għorrief tal-Liġi!

    SANTA TEREŻA TA’ ĠESÙ (1515-1582) - verġni u duttur tal-Knisja Tereża kienet bint familja ta’ 3 ibniet u 9 subien. Ta’ seba’ snin kienet ġa turi

    kwalitajiet li kellhom jagħmluha kontemplattiva u attiva bla mistrieħ. Hi u ħuha Rodrigo, kważi daqsha, kienu jaqraw ħajjiet ta’ qaddisin u ftehmu li jmorru flimkien f’art il-Mori biex jieħdu l-martirju iżda fit-triq iltaqgħu ma’ zijuhom li bagħathom lura d-dar. Kienu jgħaddu żmien twil jaħsbu fuq l-eternità tal-ġenna u tal-infern.

    Ta’ 16-il sena lil Tereża daħħluha boarder tistudja f’kunvent tal-Agostinjani, fejn damet 18-il xahar. Wara għaddiet xi jiem għand zijuha, raġel tar-ruħ, li mill-konverżazzjonijiet li kienet tagħmel miegħu ddeċediet li tidħol soru. Tereża daħlet Karmelitana fil-kunvent tal-Inkarnazzjoni f’Avila, pajjiżha, u ħadet il-voti ta’ 19-il sena (1534).

    Fil-kunvent ta’ Avila, is-sorijiet setgħu jirċievu viżitaturi fil-parlatorju u anki fiċ-ċelel tagħhom. Sakemm kellha għoxrin sena Tereża ppruvat tgawdi kemm il-gosti mill-ħajja ta’ talb u mill-pjaċiri tal-konverżazzjonijiet fuq ħwejjeġ tad-dinja. Imma ma sabitx l-hena ta’ qalbha u fl-aħħar fehmet li hi kellha tingħata kollha

  • 32 SIGNUM FIDEI

    kemm hi lil Alla. Ta’ 21 sena mardet serjament u kellha dik li hi ssejjaħ ‘konverżjoni’, li rebħet

    lilha nnifisha dwar xewqa li kellha, li tkun apprezzata u li n-nies jaħsbu tajjeb fuqha. Minn dak iż-żmien ħajjitha kienet tikkonsisti f’talb, apparizzjonijiet ta’ Kristu, tbatijiet u estasijiet.

    Hi sabet għajnuna u tfixkil minn diretturi spiritwali li mhux dejjem fehmuha. Fl-1562 Tereża bdiet ir-riforma tal-Ordni tal-Karmelu. Waqqfet bil-moħbi l-ewwel komunità tagħha ta’ sorijiet Karmelitani Skalzi. Fost ħafna persekuzzjonijiet u diffikultajiet waqqfet kunventi f’Avila, Toledo, Valladolid, Salamanca, Alba u bnadi oħra. F’Toledo hi kellha biss tliet dukati (muniti ta’ dak iż-żmien) biex tibda l-bini tagħha. “Tereża u tliet dukati” qalet, “mhuma xejn, imma Alla, Tereża u tliet dukati huma biżżejjed biex wieħed jagħmel suċċess f’kollox.”

    Permezz ta' S. Ġwann tas-Salib għamlet ukoll ir-Riforma Karmelitana fost il-Patrijiet. Tul ħajjitha kellha ħafna kuntatti ma’ qaddisin u teoloġi ta’ Spanja, bħalma kienu San Pietru t'Alkantara u San Ġwann tas-Salib, li għenuha fil-missjoni tagħha.

    Santa Tereża hi waħda mill-aktar nisa ammirati fid-dinja. Il-kwalitajiet tagħha spiritwali u umani, it-talenti tagħha bħala kittieba, u l-esperjenzi tagħha soprannaturali, kisbulha post speċjali fost il-qaddisin tal-Knisja.

    Mietet f’estasi, fil-kunvent ta’ Alba, b’ħarsitha ffissata fuq il-kruċifiss, fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ottubru 1582 meta kelhha 67 sena. It-tagħlim tagħha dwar it-talb jinsab fil-kitba tagħha: It-Triq tal-Perfezzjoni, Il-Kastell Intern u Il-Ħajja tagħha. Dawn il-kitbiet jinsabu maqlubin bil-Malti. S. Tereża ġiet iddikjarata l-ewwel duttur tal-Knisja mill-Papa Pawlu VI fl-1970.

    Riflessjoni: Dawk li jingħataw għat-talb għandu jkollhom devozzjoni speċjali lejn San Ġużepp; għax ma nafx kif wieħed jista’ jaħseb fir-Reġina tal-Anġli, li tant sofriet b’Ġesù tarbija, mingħajr ma jirringrazzja lil San Ġużepp li tant kien hemm għalihom dakinhar.

    Santa Teresa t’Avila

    Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 177, silta mit-3 punt Oh, how fortunate this saint was to enjoy the presence of God! This caused her to perform all her actions in view of God, and it led her to make a vow to do whatever she knew was most pleasing to God. This is the result of frequent and fervent prayer, to enjoy God by anticipation as far as living faith can procure this happiness in this world. If you love God, prayer will be the food of your soul, and God will enter within you and will have you eat at his table, as Saint John says in the Apocalypse. You will then have the advantage of having God present in your actions and of having no other purpose than to please him. You will even have a constant hunger for him, as the Wise Man says, for, according to the expression of the Royal Prophet, you will not be filled until you enjoy his glory in heaven. By living a holy life, be worthy of such grace and of possessing such happiness.

  • SIGNUM FIDEI 33

    TALBA

    Tħalli xejn jinkwetak. Tħalli xejn ibeżżgħek.

    Kollox jgħaddi. Alla biss ma jinbidilx.

    Bil-paċenzja, kollox tikseb. Għal min hemm Alla fih,

    ma jonqsu xejn, Alla waħdu biżżejjed.

    Ammen. Santa Tereża ta’ Avila – ta’ Ġesù

    Missierna ...

    Il-Ħamis, 16 t’Ottubru Santa Edwige - reliġjuża

    Santa Margerita Marija Alacoque - verġni

    “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

    tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 1: 1-10 Hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. 2. Salm 97 : 1-6 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu. 3. Luqa 11: 47-54 Dan in-nisel ikollu jagħti kont ta’ demm il-profeti kollha, ibda

    mid-demm ta’ Abel sad-demm ta’ Żakkarija. SANTA MARGARITA MARIJA ALACOQUE (1647-1690) - reliġjuża Din il-qaddisa hi magħrufa bħala l-Appostlu tal-Qalb ta' Ġesù. Twieldet fil-

    Borgonja, Franza. Ta’ tmien snin, wara l-mewt ta’ missierha, daħħluha fl-iskola tas-Sorijiet Klarissi ta’ Charolles. Hi għaddiet ħames snin f’sodditha marida bir-rewmatiżmu sakemm kellha ħmistax-il sena. Hi fieqet f’salt wara li, fuq suġġeriment ta’ ommha, għamlet wegħda lill-Madonna.

    Minn kmieni wriet devozzjoni speċjali lejn Ġesù Ewkaristija. Irrifjutat proposti għaż-żwieġ, u ta’ 24 sena (1671), daħlet soru tal-Viżitazzjoni f’Paray-le-Monial, u pprofessat is-sena ta’ wara.

    Hija talbet lill-majjistra tan-novizzi tgħidilha x’kellha tagħmel biex timmedita. Il-majjistra weġbitha biex tpoġġi lilha nnifisha quddiem Alla bħala tila vojta.

    Sa minn mindu kellha 20 sena Margerita esperjenzat dehriet ta’ Kristu, u fis-27 ta’ Diċembru 1673, kellha bidu għal serje ta’ rivelazzjonijiet li kellhom ikomplu għas-sena u nofs ta’ wara. F’dawn ir-rivelazzjonijiet Kristu għarrafha li hu kien

  • 34 SIGNUM FIDEI

    għażilha bħala strument biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu; għarrafha wkoll b’devozzjoni ġdida fil-Knisja li kellha tkun magħrufa bħala tad-Disa’ Ġimgħat u wkoll l-Ora Santa. Talabha wkoll li fil-Knisja titwaqqaf il-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi fuq l-Ottava ta’ Corpus Christi.

    Is-superjura tagħha, Madre de Saumaise, ħaditha kontra tagħha fl-isforzi tagħha biex timxi fuq l-istruzzjonijiet li hija kienet irċeviet fir-rivelazzjonijiet. Imma mbagħad aċċettat.

    Anki fost sħabha ħafna ma setgħux iniżżluha li kellha dehriet ta’ Kristu. Margerita sabet appoġġ kbir fil-persuna ta’ San Klawdju la Colombière, SJ li għal xi żmien kien il-konfessur tal-komunità.

    L-oppożizzjoni fil-komunità waqfet meta fl-1683 ġiet eletta superjura l-Madre Mélin li għażlet lil Margerita bħala l-assistenta tagħha. Hi mbagħad saret majjistra tan-novizzi.

    Hi rat ukoll, fl-1686 – erba’ snin qabel mietet – il-kunvent jibda josserva privatament il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù; u sentejn wara nbniet kappella f’Paray-le-Monial iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù. Malajr l-osservanza tal-festa bdiet tixtered fil-kunventi l-oħra tas-Sorijiet Viżitandini.

    Margerita Alacoque mietet ta’ 43 sena fis-17 ta’ Ottubru 1690. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù ġiet uffiċjalment rikonoxxuta 75 sena wara mewtha fl-1765 minn Klement XIII.

    Kienet iddikjarata qaddisa fl-1920. Riflessjoni: “Il-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù hija għajn bla qis li tfawwar f’dawk il-qlub umli biex teħlishom u tħejjihom biex jgħixu skont il-grazzja tiegħu. Din hi l-unika xewqa ineżawribbili ta’ din il-qalb.” Santa Margerita Marija Alacoque Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mill-1 punt When a doctor of the Law asked Jesus Christ what is the greatest commandment in the Law, Jesus answered him: You shall love the Lord your God with all your heart, with all your soul, with all your mind, and with all your strength. This is indeed a great commandment, for its scope is very great, and the manner in which Jesus Christ says we must love God requires great courage of us. This will form the subject of our reflections today. We must, then, first love God with all our heart, that is, with all our affection, without reserving even the smallest part of it for any creature. We must desire wholeheartedly to love only God, who alone is lovable, because God alone is essentially good. To love anything other than God is to wrong him and to prefer something that is infinitely beneath him. If a creature has some goodness or lovableness in it, this is only an overflow from and a participation in the goodness that comes from God, a goodness that belongs uniquely to God and that God imparts to his creature.

  • SIGNUM FIDEI 35

    TALBA

    Agħmel Mulej li nħoss bl-istess sentimenti ta’ qalbek. Għallimni kif kont iġġib ruħek mad-dixxipli tiegħek, l-aktar dawk viċin tiegħek, bħal Pietru u Ġuda ...

    kif ħsiltilhom saqajhom! Fakkarni kif ġibt ruħek mal-midinbin,

    mat-tfal, mal-Fariżej, ma’ Pilatu u ma’ Erodi. Għallimni nagħder lil min qed ibati,

    lill-foqra, lill-għomja, lill-magħtubin u lil-lebbrużi. Urini kif kont taqsam man-nies dak li kien l-aktar għal qalbek ..... meta ħariġlek id-dmugħ jew meta ħassejtek imnikket u mdejjaq.

    Int ma żammejtx lura milli twissi lil min ma kienx jimxi sew

    iżda t-tjubija tiegħek kienet tiġbed lill-folol. Tassew li kont iebes miegħek innifsek

    meta għext imċaħħad minn ħafna ħwejjeġ u ħdimt bla waqfien,

    iżda mal-oħrajn kont kollok tjubija u ħerqan biex taqdihom. Qalbek kienet tistrieħ fl-intimità ma’ missierek

    fit-talb ta’ spiss tul il-lejl kollu. Biddilt il-ħajja ta’ dawk li ltaqgħu miegħek.

    Kif jista’ xi ħadd jinsa’ l-impatt li kellek fuq Marija Maddalena jew fuq il-ħalliel it-tajjeb waqt li kont imdendel fuq is-salib, bla ma ħaqqek.

    Ġesù iġbidni lejn qalbek, minfuda bi mħabba għall-bnedmin ... għalija.

    Fil-pjagi tiegħek aħbini sabiex imġedded mill-Ispirtu tiegħek,

    inkun xhud tal-imħabba tiegħek f’dak kollu li jinqala’ f’ħajti.