it-tielet Ħadd tal-avvent

55
It-Tielet Ħadd tal-Avvent A

Upload: frances-medina

Post on 02-Jan-2016

78 views

Category:

Documents


1 download

DESCRIPTION

It-Tielet Ħadd tal-Avvent. A. Qari I Alla ġej biex isalvakom.. Qari mill- Ktieb tal-Profeta Iżaija. 35 , 1-6a. 10. A avvent 3. Ħ a jifirħu d- deżert u l-art maħruqa ; ħa jifraħ ix- xagħri u jwarrad , ħa jwarrad bħar-ranġis. A avvent 3. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

It-Tielet Ħaddtal-Avvent

A

Page 2: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Qari IAlla ġej biex isalvakom..

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija.35, 1-6a. 10

Aavvent3

Page 3: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Ħa jifirħu d-deżert u l-art maħruqa;ħa jifraħ ix-xagħri u jwarrad,ħa jwarrad bħar-ranġis.

Aavvent3

Page 4: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Ħa tifraħ fuq li tifraħ, taqbeż u tgħanni.

Aavvent3

Page 5: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Sebħ il-Libanu jingħata lilha,il-ġmiel tal-Karmel u ta’ Saron.

Aavvent3

Page 6: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Għad jaraw is-sebħ tal-Mulej,il-ġmiel ta’ Alla tagħna.

Aavvent3

Page 7: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Qawwu l-idejn mitruħa;saħħu l-irkupptejn imriegħda.

Aavvent3

Page 8: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Għidu lil dawk b’qalbhom imbeżżgħa:«Agħmlu l-ħila, la tibżgħux!

Aavvent3

Page 9: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Araw, Alla tagħkom ġej jitħallas;il-ħlas ta’ Alla wasal;Hu stess ġej biex isalvakom.»

Aavvent3

Page 10: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Imbagħad jinfetħu għajnejn l-għomja,jinfetħu widnejn it-torox.

Aavvent3

Page 11: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Imbagħad iz-zopp jaqbeż bħal għażżielau lsien l-imbikkma jinħall bil-ferħ.

Aavvent3

Page 12: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Jerġgħu lura l-mifdijin tal-Mulej,u jidħlu f’Sijon jgħajtu bil-ferħ,

Aavvent3

Page 13: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

b’ferħ ta’ dejjem fuq rashom.

Aavvent3

Page 14: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-ferħ u l-hena jiksbu,u jgħibu swied il-qalb u l-krib.

Aavvent3

Page 15: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Aavvent3

Page 16: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Salm146 (147), 7.8-9a.9bċ-10

℟.Ejja Mulej, ħa ssalvana.

Aavvent3

Page 17: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-Mulej iżomm kelmtu għal dejjem,jagħmel ħaqq lill-maħqurin,

Aavvent3

Page 18: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

u jagħti l-ħobż lill-imġewħin.Il-Mulej jeħles lill-imjassrin.

Aavvent3

Page 19: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

℟.Ejja Mulej, ħa ssalvana.

Aavvent3

Page 20: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-Mulej jiftaħ għajnejn l-għomja;il-Mulej jerfa’ lill-milwijin;

Aavvent3

Page 21: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

il-Mulej iħobb lill-ġusti;il-Mulej iħares lill-barranin.

Aavvent3

Page 22: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

℟.Ejja Mulej, ħa ssalvana.

Aavvent3

Page 23: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

u jżomm lill-iltim u lill-armla,imma lill-ħżiena jħarbtilhom triqathom.

Aavvent3

Page 24: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-Mulej isaltan għal dejjem;Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.

Aavvent3

Page 25: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

℟.Ejja Mulej, ħa ssalvana.

Aavvent3

Page 26: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Qari IIQawwu qalbkom, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib

Qari mill-Ittra ta’ San Ġakbu Appostlu.5, 7-10

Aavvent3

Page 27: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Ħuti, stabru, sa ma jasal il-Mulej.

Aavvent3

Page 28: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Ara, il-bidwi joqgħod b’sabar kbirjistenna l-frott għażiż tal-art,

Aavvent3

Page 29: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

sa ma jieħu x-xita bikrija u mwaħħra.

Aavvent3

Page 30: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Stabru intom ukoll; qawwu qalbkom, għax il-miġja tal-Mulej hi fil-qrib.

Aavvent3

Page 31: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Tgergrux kontra xulxin, ħuti, biex ma tkunux iġġudikati:

Aavvent3

Page 32: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

araw,l-Imħallef qiegħed hawn, quddiem il-bieb!

Aavvent3

Page 33: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Bħala eżempju tat-tbatija u s-sabar, ħuti, ħudu l-profeti li tkellmu f’isem il-Mulej.

Aavvent3

Page 34: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Aavvent3

Page 35: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Hallelujah.℟.Hallelujah.

Aavvent3

Page 36: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Is 61, 1

L-ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi, għax il-Mulej ikkonsagrani,

Aavvent3

Page 37: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin.

Aavvent3

Page 38: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

℟.Hallelujah.

Aavvent3

Page 39: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

EvanġeljuInti huwa dak li għandu jiġi, jew se nistennew lil ħaddieħor?.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.11, 2-11

Aavvent3

Page 40: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

F’dak iż-żmien, Ġwanni, li kien fil-ħabs, sama’ bl-għemejjel tal-Messija,

Aavvent3

Page 41: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

u bagħat għandu tnejn mid-dixxipli tiegħu u qallu:

Aavvent3

Page 42: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?»

Aavvent3

Page 43: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Ġesù wieġeb u qalilhom:

Aavvent3

Page 44: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw:

Aavvent3

Page 45: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu,il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu,

Aavvent3

Page 46: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«l-Evanġeljujixxandar lill-foqra. Hieni hu min ma jitfixkilx minħabba fija.»

Aavvent3

Page 47: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Meta dawk telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni:

Aavvent3

Page 48: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Xi ħriġtutaraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ?

Aavvent3

Page 49: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Xi ħriġtu taraw? Raġel liebes fin? Dawk li jilbsu fin fil-palazzi tas-slaten issibhom.

Aavvent3

Page 50: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Mela xi ħriġtu taraw? Profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta.

Aavvent3

Page 51: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Dan hu li fuqu hemm miktub:

Aavvent3

Page 52: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

“Ara, jiena nibgħat qablekil-ħabbâr tiegħi biex iħejji triqtek quddiemek.”

Aavvent3

Page 53: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista.

Aavvent3

Page 54: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

«U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiethu akbar minnu.»

Aavvent3

Page 55: It-Tielet Ħadd tal-Avvent

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.It-tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Aavvent3