il-kelma | l-ewkaristija

105
1 III Sensiela Il-Kelma L-Ewkaristija l-ewwel parti DUN ĠORĠ DALLI

Upload: joseph-zerafa

Post on 23-Mar-2016

261 views

Category:

Documents


2 download

DESCRIPTION

Dun Gorg Dalli

TRANSCRIPT

Page 1: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

1

III

Sensiela

Il-Kelma L-Ewkaristija l-ewwel parti

DUN ĠORĠ DALLI

Page 2: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

2

Editur: Dun Ġorġ Dalli ‘Dalli’ Triq il-Qasba, Tal-Ibraġ. Swieqi SWQ 2422. Malta Tel: 21378771. Mob: 79470384 Email: [email protected]

Amministratur: Dr. Joseph Tabone ‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun, Tal-Ibrag. Swieqi. SWQ 2080. Malta Tel: 21377844. Email: [email protected]. Copyright: ○c Dun Ġorġ Dalli – il-jeddijiet kollha miżmuma. ISBN: 978-99957-0163-5 Ippubblikat fis-sena 2011

Page 3: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

3

Werrej: L-ewwel Parti:

Introduzzjoni tal-Amministratur v

Daħla vii

1. Kapitlu 1: It-Tradizzjoni Pawlina tal-Ewkaristija 1

2. Kapitlu 2: Is-Sinottiċi fil-kuntest tal-Ikla tal-Għid Lhudija 17

3. Kapitlu 3: Id-Didakè 27

4. Kapitlu 4: l-ikla Ewkaristika f’San Ġwann 53 A. Is-Sinjal tat-Tkattir tal-ħobż 53 B. Kapitlu sitta 60 C. Ir-Raba’ Sinjal 63 D. In-Nies tfittex lil Ġesù 74 E. L-Omelija dwar il-Ħobż tas-Sema 89

It-Tieni parti:

F. L-Ewkaristija bħala Ikel Tassew

5. L-Iżvilupp fit-Tradizzjonijiet Insara

6. L-Ikona ta’ Sieder Koder

7. Konklużjoni Applikazzjoni għas-sensiela u CV tal-Awtur

Page 4: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

4

Introduzzjoni:

L-Ewkaristija hija l-ikla li tgħaqqadna. Huma ħafna li jorbtu l-Ewkaristija

mal-aħħar ċena li Kristu ghamel mal-appostli tiegħu. Dan jiġri l-izjed,

minħabba l-fatt, li ahna nirċievu l-Ewkaristija, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-

quddiesa, kważi wara l-elevazzjoni fejn il-qassis jgħid “agħmlu dan

b’tifkira tiegħi”. Dan jista’ joħloq l-impressjoni li fil-Kotba Mqaddsa, l-

Ewkaristija tibda u tintemm fl-aħħar cena. Dawn iż-żewġ kotba fis-

sensiela ‘Il-Kelma,’ jitfgħu dawl dwar l-Ewkaristija b’mod kronoloġiku,

dwar kif il-Kotba Mqaddsa jwasslulna l-Ewkaristija, u kemm hemm

ħafna iżjed materjal fuq l-Ewkaristija fil-Kotba Mqaddsa.

Irridu jkollna viżjoni sħiħa tal-Ewkaristija fit-Testment il-Ġdid li timplika

t-tliet elementi tal-Ewkaristija: l-element tal-Imghoddi, iġifieri li

nagħmlu tifkira ta’ dak li ġara fl-aħħar ċena u nxandru l-mewt u l-

qawmien; dak tal-Preżent, cioè li l-Ewkaristija hija ikel li tmantnina; u

dak tal-Ġejjieni, cioè li nistennewh jerġa’ jiġi. L-ikla tas-Seder kienet

ukoll ikla li kellha żewġ għanijiet: li tfakkar dak li għamel il-Mulej fil-

ħarġa mill-Eġittu (imgħoddi) u t-tama tad-dħul fl-Art Imqaddsa

(ġejjieni). Illum m’ghandniex l-istess aspettativa li kellhom l-ewwel

Insara, imma xorta wahda nħabbru “l-Mulej sa ma jiġi”.

Page 5: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

5

F’dan il-ktieb, wieħed jifhem aħjar kif l-ambjent tal-ikla tal-Għid Lhudija

saret l-aħħar ikla fil-vanġeli Sinottiċi. Għalhekk, ma nistgħux naqraw ir-

rakkont tal-aħħar ċena f’vanġelu wieħed. Irridu nifhmu li aħna għandna

erba’ vanġeli u r-rakkont tal-aħħar ċena jinsab fihom l-erbgħa. Hu

għalhekk li f’dan il-ktieb insibu kapitolu fuq kif l-Ewkaristija hi ttrattata

fil-vanġeli Sinottiċi u kapitolu ieħor differenti kif inhi minsuġa mill-

vanġelu ta’ San Ġwann.

Id-dettalji li nsibu dwar l-Ikla tas-Seder (Passover) kif ukoll fid-

Didakè/Didache żgur illi jagħtuna ċ-ċans biex nitgħallmu iżjed fuq is-

sagrament tal-Ewkaristija. Dak li kienu jagħmlu ta’ qabilna, jgħinna

nifhmu aħjar x’aħna nagħmlu llum, li ħafna drabi neħduh bħala

drawwa, tajba kemm hi tajba; sikwit, dan nagħmluh, bla ma nidħlu fil-

fond biex naraw it-tifsira vera ta’ dak li nkunu qed nagħmlu.

Sew dan il-ktieb, kif ukoll dak li jmiss, jissoktaw isaħħulna t-twemmim

tagħna li l-Ewkaristija hija l-ħobż ħaj li tagħti l-veru ħajja eterna. Bl-

għajnuna fost l-ohrajn, ta’ Tony Aquilina tal-Miranda Publishers u tal-

qarrej tal-provi Denis Dalli, nittama li jkollna iżjed pubblikazzjonijiet

bhal dawn.

Joseph Tabone

Page 6: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

6

Daħla:

F’dan il-ktieb se nitkellmu dwar l-Ewkaristija fil-ħajja tagħna u fil-ħajja

tal-komunità Nisranija tagħna. Bħas-soltu l-għejjun tal-ħsieb tagħna se

tkun il-kelma ta’ Alla. Il-Kelma ta’ Alla se ddawwalna dwar x’kienu

jemmnu l-ewwel Insara dwar l-Ewkaristija; kif kienu jiċċelebraw din l-

ikla bil-qsim tal-ħobż u tat-tberik tal-kalċi fil-laqgħa liturġika; u

x’kienet tfisser din l-ikla Ewkaristika għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

Il-ħajja tal-fidi fl-ewwel komunità Nisranija għaddiet mill-iżvilupp

tagħha. Dak li kienu jemmnu wara l-qawmien tal-Mulej, bl-għajnuna

tal-Ispirtu s-Santu, ġie żviluppat anki bil-mod kif kienu jesprimuh.

Pereżempju t-tweġiba ta’ Pietru għad-domanda, ‘Imma intom min

tgħidu li jien?’ għandha risposta differenti f’kull vanġelu. Stqarrija

tiddependi minn kif kienet tagħmel l-istqarrija tagħha fil-magħmudija

kull komunità li minnha ħiereġ kull vanġelu. Mark jagħtina r-risposta, 8:29Inti l-Messija. Luqa, miktub ftit wara Mark, jiżviluppa fuq din l-

istqarrija u bħala risposta jagħtina,9:20Inti l-Messija ta' Alla. Mattew

jiżviluppa aktar din l-istqarrija, 16:16Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.

Ġwanni, miktub ġenerazzjoni wara l-vanġeli Sinottiċi jippreżenta lil

Marta tagħmel l-istess stqarrija imma żviluppata fil-fidi tant qawwija

tal-komunità tiegħu li Ġesù huwa dak li ġie mingħand il-Missier,

Page 7: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

7

11:27"Iva, Mulej?" weġbitu,"Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta'

Alla, dak li ġie fid-dinja."

Dan l-iżvilupp ma waqafx mal-kotba tal-Ġdid Testment, imma baqa’ u

għadu sejjer fil-ħajja tal-Knisja li għadha mmexxija mit-tieni Difensur, Ġw:14:16bbiex jibqa' magħkom għal dejjem, Ġw:16:13l-Ispirtu tal-verità,

iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu,

imma jgħid dak li jisma', u jħabbrilkom il-ġejjieni.

Il-fidi u l-ħajja Ewkaristika għaddiet ukoll minn dan l-iżvilupp, kemm

fl-ewwel komunità Nisranija kif ukoll mal-mixja tas-sekli. Dak li kien

jemmen Pawlu ġie żviluppat mis-Sinottiċi u kompla jiġi żviluppat mir-

raba’ vanġelu. Baqa’ jiġi żviluppat matul is-sekli u għadu jiġi żviluppat

sal-lum. Din hija t-tradizzjoni ħajja tal-Knisja.

Din ir-rikkezza Ewkaristika li żviluppat fil-ħajja tal-ewwel komunità

fil-Ġdid Testment, ħallejnieha moħbija għal ħafna sekli u snin.

Probabbilment ir-raġuni għal dan huwa l-fatt li aħna domna ħafna ma

għarafna l-partikularità ta’ kull vanġelu. Domna ma fhimna li l-Knisja

tatna erba’ vanġeli u mhux wieħed. Domna ma fhimna li kull awtur

uman tal-iskrittura dejjem tkellem dwar kulinkwa suġġett mill-fidi u t-

tradizzjoni tal-komunità li fiha kien jgħix, li minnha kien jagħmel parti,

u li għaliha kien qiegħed jikteb. Dwar dan il-punt tkellimt ħafna fit-tul

Page 8: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

8

fi ktieb ieħor f’din is-sensiela bl-isem, ‘Ir-Relazzjoni Personali ma’

Ġesù fil-vanġelu ta’ Ġwanni.’

Tajjeb nifhmu li aħna ma nistgħu qatt nitkellmu minn ‘Teoloġija tal-

Ġdid Testment,’ la dwar l-Ewkaristija u lanqas dwar l-ebda suġġett

ieħor. Din l-espressjoni ma tistax tkun espressjoni tajba. Kif se naraw

f’dan il-ktejjeb, fil-Ġdid Testment, se niltaqgħu ma’ diversi teoloġiji

tal-Ewkaristija. Se niltaqgħu ma’ esperjenzi u tradizzjonijiet differenti.

Awturi differenti kitbu minn perspettiva differenti u dwar aspetti u

elementi differenti tal-Ewkaristija. Biex ikollna idea dejjem aktar ċara

rridu nagħqdu dawn il-perspettivi diversi ta’ kull ktieb tal-Ġdid

Testment flimkien. Kif il-knisja hija Unità ta’ Ġisem wieħed magħmul

minn diversi membri, hekk ukoll l-iskrittura mqaddsa hija ġabra ta’

ħafna kotba miġbura minn tradizzjonijiet differenti u magħquda

flimkien f’Unità waħda.

F’dan il-ktieb se niddiskutu dawn id-diversi tradizzjonijiet dwar l-

Ewkaristija li nsibu fil-Ġdid Testment biex ikollna viżjoni sħiħa tal-

Ewkaristija fil-Ġdid Testment. Kif se nispjegaw f’dan il-ktieb, din il-

viżjoni sħiħa timplika t-tliet elementi tal-Ewkaristija: l-element tal-

Passat, dak tal-Preżent u dak tal-Futur.

Page 9: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

9

Fid-diskussjoni tagħna se nimxu b’mod kronoloġiku. Fl-ewwel kapitlu

niddiskutu l-esperjenza tal-qsim tal-ħobż li jagħtina San Pawl fil-

problema li kien qed jiddiskuti mal-komunità ta’ Korintu dwar il-firdiet

fil-laqgħa Ewkaristika. Fit-tieni kapitlu nitkellmu dwar il-fidi u l-

esperjenza wara r-rakkont tal-aħħar ikla fil-vanġeli Sinottiċi. F’dan ik-

kapitlu nagħtu wkoll ħarsa lejn l-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid Lhudija,

li fl-ambjent tagħha saret l-aħħar ikla. Fit-tielet kapitlu nitkellmu dwar

id-Didakè u d-direttivi li jagħtina d-Didakè dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-

Ewkaristija fil-komunitajiet Insara. Aktar fit-tul, f’kapitlu erba,

nistudjaw l-esperjenza sagramentali li jagħtina b’mod uniku r-raba’

vanġelu. Nittama li dan jgħinna napprezzaw aktar ir-rikkezza kbira tal-

Ewkaristija fil-ħajja tal-fidi tagħna Nisranija. F’kapitlu ħamsa

niddiskutu ż-żewġ tradizzjonijiet diversi li żviluppaw wara r-riforma

fiż-żewġ komunitajiet Insara involuti, dik Kattolika u dik Protestanta.

Nispiċċaw billi f’kapitlu sitta niddiskutu u nikkontemplaw Ikona

moderna tal-Ewkaristija.

Peress li l-materjal li se niddiskutu huwa wieħed vast, se naqsmuh

f’żewġ kotba bit-titli, Ewkaristija (l-ewwel parti) u Ewkaristija (it-tieni

parti). Fl-ewwel parti se niddiskutu l-ewwel żewġ kapitli u parti mit-

tielet kapitlu. Filwaqt li t-tieni ktieb ikompli t-tielet kapitlu sal-aħħar

kapitlu. Nispera li dawn il-kotba jgħinuna nifhmu, napprezzaw u ngħixu

aħjar il-Ħobż ħaj li l-Missier jagħtina ta’ kuljum mis-sema.

Page 10: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

10

It-Tradizzjoni Pawlina tal-Ewkaristija:

L-ewwel riferenza għall-Ewkaristija fil-kitba tal-Ġdid Testment

insibuha fl-ewwel ittra tal-Appostlu Missierna San Pawl lill-Korintin.

Din hija l-unika riferenza ta’ San Pawl għall-Ewkaristija fil-kitbiet

tiegħu. Imnalla għamel din ir-riferenza għax kieku minn jaf kemm-il

librerija ta’ kotba nkitbu biex jippruvaw li fil-komunitajiet Pawlini ma

kinux jiċċelebraw l-Ewkaristija. Għalhekk prinċipju fundamentali fl-

interpretazzjoni tal-Bibbja huwa li xi ħaġa li ma tissemmiex ma jfissirx

li ma kenitx teżisti.

Din l-ewwel ittra lill-Korintin inkitbet fil-bidu tas-snin ħamsin, iġifieri

madwar għoxrin sena qabel l-ewwel vanġelu bil-Grieg. Permezz tagħha

l-Appostlu San Pawl wieġeb dwar għaxar problemi, xi wħud minnhom

mhux żgħar, li kienu qed ikiddu ħafna lil din il-komunità. Tnejn minn

dawn il-problemi kienu ewlenin u huma wkoll marbuta mas-suġġett

tagħna. Għalhekk se nitkellmu dwarhom aktar fit-tul. L-ewwel

problema kienet dwar il-Firdiet u l-Partiti li kien hemm jaqsmu l-

komunità f’partiti u slogans, (1:10 – 4:21). It-tieni problema hija dwar

il-Qima tal-idoli li tinkorpora l-problema tax-Xiri mis-Suq tal-Ikel

Offrut lill-Idoli, (8:4-7; 10:23-11:1) u l-Partiċipazzjoni tal-Ikel fuq il-

mejda fit-tempji tal-idoli, (8:8-12; 10:16-22).

Page 11: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

11

L-Appostlu jitkellem dwar problemi oħra bħall-indifferenza tal-

komunità dwar każ ta’ inċest (5:1-13); l-użu tal-qrati pagani (6:1-11);

Rabtiet sesswali laxki (6:12-20); iż-żwieġ u ċ-ċelebat (7:1-40); in-nisa li

ma jgħattux rashom waqt il-qima (11:2-6); in-nuqqas ta’ apprezzament

tal-ikla mqaddsa (11: 17-34); id-doni tal-Ispirtu s-Santu (12:1-14:40);

inkorretezzi dwar il-fidi fil-qawmien mill-imwiet (15:1:58). Kif se

naraw, huwa f’dan l-ambjent ta’ korrezzjoni minħabba l-firdiet li kien

hemm bejniethom anki waqt il-laqgħa Ewkaristika, li San Pawl

jitkellem dwar il-Kalċi mbierek u l-Ħobż li naqsmu. Mal-komunità ta’

Korintu, San Pawl kien iħoss li jista’ jitkellem bl-aktar mod miftuħ u

ċar. Dan għaliex kien hu personalment li kkonverta lil din il-komunità

għall-Kristjaneżmu.

1. Il-Firdiet u l-Partiti: Dwar l-ewwel problema tal-partiti u l-firdiet,

ir-rapport ta’ dan it-tilwim wasal għand Pawlu minn komunità ta’ Nsara

li kienu jiltaqgħu għand waħda mara jisimha Kloji. 1Kor:1:11 Ħuti, in-nies

ta' Kloji qaluli fuqkom li fostkom hemm it-tilwim. 12irrid ngħid jien, li

kull wieħed minnkom qiegħed jgħid, "Jiena ta' Pawlu," "U jiena ta'

Apollo," "U jiena ta' Kefa," "U jiena ta' Kristu." Pawlu għaraf li l-

komunità ta’ Korintu wara li telaq hu, imtliet bis-slogans. Għall-

Appostlu, dawn is-slogans kienu turija ċara ta’ kemm l-Insara ta’

Korintu ma kenux fehmu il-mod profond kif il-Mulej Ġesù jirrilata ma’

kull Nisrani b’mod personali u mal-komunità inġenerali. Tant hu hekk

Page 12: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

12

li dawn il-firdiet kienu preżenti anki waqt il-laqgħa tal-ikla mqaddsa.

Kienu għadhom ma fehmux li Kristu Ġesù waħdu huwa ċ-ċentru tal-

komunità għax hu l-uniku salvatur. L-ebda bniedem ma jista’ jieħu ċ-

ċentru jew isemmi l-komunità għalih innifsu.

San Pawl iwassal dan it-tagħlim dwar il-bżonn tal-għaqda b’erba’

affirmazzjonijiet. L-ewwel affirmazzjoni hija dwar iċ-ċentralità ta’

Kristu msallab; 1:13aJaqaw Kristu mifrud? Forsi Pawlu kien li ssallab

għalikom. Fit-tieni affirmazzjoni, l-Appostlu jfakkar lil kull Nisrani li l-

magħmudija li rċevew kienet f’isem Ġesù u f’isem ħadd aktar; 1:13b jew

f'isem Pawlu tgħammidtu? Fit-tielet affirmazzjoni Pawlu jappella lill-

Korintin jagħrfu li Kristu msallab huwa l-unika Għerf u Qawwa ta’ Alla. 1:17Kristu ma bagħatnix biex ngħammed iżda biex inxandar l-Evanġelju,

mhux bi kliem l-għerf sabiex ma jiġix fix-xejn is-salib ta' Kristu. 18Il-

predikazzjoni tas-salib hija bluha għal dawk li jintilfu; imma għal dawk

li jsalvaw, għalina, hi l-qawwa ta' Alla. Fir-raba’ affirmazzjoni, San

Pawl jiddikjara l-vera relazzjoni li suppost teżisti bejn Kristu Ġesù u

kull għalliem u mexxej.

Huwa hawnhekk li San Pawl jitkellem b’ton sentimentali, qisu omm li

qiegħda tkellem lil uliedha, biex juri r-rabta li hemm bejniethom. 3:1Jien

ukoll, ħuti, ma stajtx inkellimkom bħala nies spiritwali, iżda bħala nies

tad-demm u l-laħam, bħal trabi fi Kristu. 2Ħalib sqejtkom, mhux ikel,

Page 13: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

13

għax ma kontux tifilħu għalih, u lanqas issa ma tistgħu għalih, 3għaliex

għadkom tgħixu skont il-ġisem, ladarba fostkom għad hemm l-għira u l-

ġlied. Ma għadkomx forsi tgħixu skont il-ġisem, u ma għadkomx timxu

ta' bnedmin 4meta hemm fostkom min jgħid: 'Jien ta' Pawlu,' u ieħor:

'Jien ta' Apollo'? M'intomx taħsbuha ta' bnedmin? 5U min hu Apollo?

Min hu Pawlu? Huma l-ministri li permezz tagħhom intom emmintu u

kull wieħed minnkom skont ma tah il-Mulej. 6Jiena ħawwilt, Apollo

saqqa, imma Alla hu li kabbar. 7Għalhekk, la min ħawwel ma hu xejn, u

la min saqqa; imma Alla, li kabbar. 8Xorta waħda huwa dak li ħawwel

u dak li saqqa; kull wieħed jieħu l-ħlas li ħaqqu skont ma ħadem. 9Aħna

ħaddiema ma' Alla; u intom l-għalqa ta' Alla, intom il-bini ta' Alla.

2. Il-Qima lill-idoli: Dwar it-tieni problema, il-Korintin kienu jsostnu,

li ma fiha xejn ħażin li wieħed jixtri u jiekol ikel offrut lill-idoli. L-idoli

ma kienu jkunu kielu xejn. Dan l-ikel li jew kien diġà offrut lill-idoli,

jew se jkun offrut lill-idoli, kien jinbiegħ b’irħis fis-suq. Għalhekk kien

l-uniku laħam li l-fqar, li l-komunità Nisranija kienet mimlija bihom,

setgħu jaffordjaw li jixtruh. Pawlu qalilhom li kienu jistgħu jixtru dan

il-laħam mis-suq, 10:25Kollox tistgħu tixtru u tieklu mis-suq tal-laħam,

bla ma tqisu xejn fil-kuxjenza tagħkom. Imma jridu joqogħdu attenti li

x-xiri tal-ikel ma jservix ta’ tfixkil għal xi wieħed mill-aħwa.

Probabbilment kien qed jirriferi għal xi wieħed mill-aħwa ġentili li jkun

għadu kif ingħaqad mal-komunità.

Page 14: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

14

Din il-linja ta’ ħsieb ta’ San Pawl ma tidhirx li kienet l-opinjoni

universali tal-komunitajiet Insara inġenerali u lanqas l-aktar waħda

popolari. Fil-ktieb tar-Rivelazzjoni, l-awtur jikteb lill-anġlu tal-knisja

ta’ Pergamu li għandu kontra tiegħu li: 2:14'Madankollu għandi xi ftit

ħwejjeġ kontra tiegħek, jiġifieri li hemmhekk inti għandek xi wħud li

qegħdin iżommu mat-tagħlim ta' Balgħam, dak li kien għallem lil Balak

kif jiskandalizza lill-ulied Iżrael billi jieklu ikel issagrifikat lill-idoli u

jaqgħu fiż-żína. Il-kittieb jirrepeti dan l-istess ħsieb u tagħlim lill-knisja

ta’ Tjatira. Jgħidilha hekk, 2:20Iżda kontra tiegħek għandi li int lil

Ġeżabel, il-mara li tridha ta' profetissa, qiegħed tħalliha tgħallem u

tqarraq bil-qaddejja tiegħi billi tħajjarhom jaqgħu fiż-żína u jieklu ikel

issagrifikat lill-idoli. Anki d-Didakè 6:3, tikkundanna bil-qawwa kollha

lil dawk li kienu jieklu l-ikel offrut lill-idoli.

Probabbilment id-differenza fl-opinjonijiet kienet tirrifletti d-differenza

fil-mentalità li kien hemm bejn il-komunitajiet tal-Insara Lhud u dawk

Ġentili. Il-komunitajiet b’mentalità Lhudija ħafna drabi kienu jaraw l-

affarijiet differenti minn dawk b’mentalità aktar miftuħa tal-ġentili.

Niftakru kemm il-knisja Lhudija f’Ġerusalemm u dik tal-ġentili

mmexxija minn Pawlu u Barnaba kienu jaraw b’mod kompletament

oppost il-problema taċ-ċirkonċiżjoni tal-pagani. Kwistjoni li minħabba

Page 15: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

15

fiha tlaqqa’ l-ewwel Konċilju f’Ġerusalemm għax Pietru għaraf li kienet

se ġġib qasma fil-komunità Nisranija, Att 15.

Dwar il-parti l-oħra tal-problema, il-partiċipazzjoni tal-ikel fuq il-mejda

fit-tempji tal-idoli, il-Korintin kienu jsostnu li huma jistgħu joqogħdu

jieklu fuq l-imwejjed fit-tempji tal-idoli għax huma protetti minn kull

ħsara spiritwali peress li jieħdu sehem regulari fl-ikla tal-Mulej. Kienu

jemmnu li l-Mulej Ġesù huwa ħafna aqwa mill-idoli li ma kienu xejn. U

allura jistgħu anki jiċċelebraw għad unur tagħhom fit-tempji tagħhom.

Pawlu ma qabilx ma’ din it-teorija u qalilhom li wieħed jippartiċipa

b’mod attiv f’dawn l-imwejjed u l-ikliet għad unur xi idoli, huwa att ta’

idolatrija. Jidher li din id-darba, dan il-ħsieb kien maqsum b’mod

universali mill-komunitajiet Insara kollha.

Huwa f’dan il-kuntest li Pawlu jikteb lill-Korintin u jgħidilhom li ma

jistgħux jaqsmu l-imwejjed tal-idoli meta fl-Ewkaristija huma jidħlu

f’għaqda mal-Mulej Ġesù. 10:14Għeżież tiegħi, aħarbu l-allat foloz. 15Lil

nies għaqlin qiegħed inkellem; għarblu intom kull ma ngħid. 16Il-kalċi

mbierek li fuqu ngħidu l-barka mhuwiex għaqda mad-demm ta' Kristu?

U l-ħobż li naqsmu mhuwiex għaqda mal-ġisem ta' Kristu? 17Għax la l-

ħobża hi waħda, aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed; ilkoll kemm

aħna nieħdu sehem minn ħobża waħda. Il-kalċi mbierek li minnu

jitkellem San Pawl, huwa referenza għat-tielet barka li kienet tingħata

Page 16: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

16

fuq il-kalċi waqt l-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid Lhudija. ‘Il-ħobż li

naqsmu’ huwa riferenza għall-mod kif l-ewwel Insara kienu jsejħu ċ-

ċelebrazzjoni Ewkaristika, Att 2 :42, Mk 14 :22. F’dan il-passaġġ, San

Pawl jitkellem l-aktar mill-element passat ta’ tifkira u memorja tal-

Ewkaristija.

Bl-espressjoni ‘Hija għaqda mal-ġisem ta’ Kristu,’ San Pawl jirreferi

għall-effett li din iċ-ċelebrazzjoni tħalli fil-komunità li qed tiċċelebra.

Fl-Ewkaristija sseħħ il-vera għaqda tal-membri kollha tal-knisja

flimkien f’ġisem wieħed mal-Mulej. Xi dnub li aħna l-Insara, li lkoll

nemmnu fil-Mulej Ġesù, ma nistgħux niċċelebraw l-Ewkaristija

flimkien għax maqsumin anki dwar il-vera tifsira tagħha fil-ħajja tagħna

u tal-knisja.

Fil-passaġġ 11:17-34, insibu l-ewwel rakkont taċ-ċelebrazzjoni tal-

Ewkaristija fil-Ġdid Testment. Nibda mill-ewwel biex ngħid, li San

Pawl jurina li fil-komunità ta’ Korintu ma kien hemm l-ebda problema

ta’ fidi fl-Ewkaristija. L-Insara ta’ Korintu kienu kollha jaqblu fit-

twemmin dwar x’inhi l-Ewkaristija u x’inhu l-post tagħha fil-ħajja tal-

fidi personali ta’ kull membru u fil-ħajja tal-komunità. Dwar dan ma

jidhirx li kien hemm problemi.

Page 17: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

17

Il-problemi li jitkellem dwarhom San Pawl kienu marbuta

prinċipalment mal-abbużi fil-laqgħat tal-komunità frott il-firdiet li kienu

jifnu lil din l-istess knisja. 18Qabel xejn, kull meta tiltaqgħu fil-knisja

smajt li hemm firda bejnietkom, u xi ħaġa nemmen. Kif jista’ jkun,

ikompli jafferma l-appostlu, li niltaqgħu f’post wieħed għall-ikla tal-

Mulej u 21kull wieħed minnkom iġib, jaqbad u jiekol l-ikel tiegħu;

wieħed bil-ġuħ u l-ieħor fis-sakra. 22Ma għandkomx djar fejn tieklu u

tixorbu? Jew tridu twaqqgħu fl-għajb il-Knisja ta' Alla u ġġiegħlu jistħu

lil dawk li ma għandhomx? X'ngħidilkom? Nfaħħarkom? F'dan ma

nfaħħarkomx.

Il-Kliem tal-Barka: Biex jagħmel enfasi fuq l-għaqda li għandhom fil-

knisja fil-laqgħa tal-Ewkaristija, San Pawl jagħtina anki l-kliem tal-

barka. Dan il-kliem jixbah ħafna lil dak li jagħtina San Luqa fil-vanġelu

tiegħu waqt l-aħħar ikla tal-Mulej. Probabbilment dan kien il-kliem li

jintuża fil-liturġija Ewkaristika fil-knisja ta’ Antijokja. Diskors li fih

San Pawl jitkellem mill-Ewkaristija kemm mill-element tal-Passat ta’

tifkira, kif ukoll mill-element tal-istennija tal-Futur. Kull darba li aħna

niċċelebraw il-qsim tal-ħobż, nagħmlu dan b’tifkira tal-Mulej (l-

element tat-tifkira tal-passat) u nxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi

(l-element tal-istennija tal-futur). Sa ma jiġi l-Mulej, permezz tal-

Ewkaristija, il-knisja qiegħda tħabbar il-mewt u l-qawmien tal-Mulej.

Page 18: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

18

Se nagħti ħarsa storika qasira lejn dak li kien jiġri biex nifhmu aħjar u

ndaħħlu dak li qed jgħidilna l-appostlu fil-kuntest tiegħu. Bħall-

komunitajiet kollha tal-Palestina, il-Korintin kienu jiċċelebraw l-

Ewkaristija fl-ambjent ta’ ikla bejn l-aħwa. Il-qasmiet li kien hemm fil-

komunità, li tkellimna dwarhom, kienu jidhru u jinħassu saħansitra anki

fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika. Probabbilment in-nies ta’ Apollo, li

kienu l-aktar nies stabene, kienu jġibu magħhom għall-ikla ħafna ikel.

Imma ma kenux jaqsmuh mal-gruppi l-oħra. Kien hemm min hu fis-

sakra u min mejjet għal qatra. Imlaqqa’ fl-istess post, kull grupp kien

jiċċelebra l-ikla apparti. Imbagħad meta jlestu mill-ikla, kienu

jingħaqdu għal mument tal-barka fuq il-kalċi u l-qsim tal-ħobż. San

Pawl ifakkarhom li din hija l-ikla b’tifkira tal-Mulej u mhux l-ikla ta’

xi ħadd partikulari fosthom. Allura trid issir kif jixraq u kif irid il-Mulej.

Kif fakkarhom fl-ewwel kapitlu li kien f’isem Kristu Ġesù li huma

tgħammdu u mhux f’isem Pawlu, Kefa jew Apollo.

San Pawl jurihom il-kruha ta’ dawn l-attitudnijiet ta’ pika u firdiet, billi

jfakkarhom fit-tagħlim li hu ħa mill-appostli dwar l-Ewkaristija. Fl-

ewwel rakkont tal-Ewkaristija fil-Ġdid Testment naqraw, ‘23Jien

irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-

Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż 24u wara li radd il-ħajr

qasmu u qal: "Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b'tifkira

tiegħi." 25Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal: "Dan il-kalċi

Page 19: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

19

hu l-patt il-ġdid b'demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu, b'tifkira

tiegħi." 26Mela kull meta tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi, intom

ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi. 27Mela kull min jiekol il-ħobż jew

jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm

tal-Mulej. 28Ħa jgħarbel il-bniedem lilu nnifsu, imbagħad jiekol il-ħobż

u jixrob il-kalċi. 29Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-

ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess. 30Għalhekk ħafna fostkom huma bla saħħa u morda u oħrajn mejta. 31Jekk aħna ngħarblu lilna nfusna sewwa, ma nkunux ikkundannati. 32Meta jagħmel ħaqq minna l-Mulej, jagħmlu biex iwiddibna ħalli ma

nkunux ikkundannati mad-dinja. 33Għalhekk mela, ħuti, meta tiltaqgħu

biex tieklu, stennew lil xulxin. 34Jekk xi ħadd ikun bil-ġuħ ħa jiekol id-

dar; biex ma tkunux iltqajtu għall-kundanna tagħkom. Mill-bqija, meta

niġi ngħidilkom x'għandkom tagħmlu.’

It-Tieni miġja tal-Mulej: Biex jgħaqqad l-Ikla Mqaddsa mal-passjoni

u s-Sagrifiċċju tas-salib tal-Mulej, San Pawl, għal darbtejn jgħidilna,

‘Agħmlu dan tifkira tiegħi’. Din hija riferenza għall-element tal-

PASSAT. Imma mhux biss. Jitkellem ukoll mill-element tal-FUTUR.

Meta nagħmlu din l-ikla; inkunu qed inħabbru ‘l-mewt tal-Mulej sa

ma jiġi.’ L-Ewkaristija hija t-Tifkira ta’ dak li għamel il-Mulej fil-

misteru paskali. Imma hija wkoll ċelebrazzjoni bil-fidi li se jerġa’ jiġi.

Page 20: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

20

Irridu niftakru li l-aspett tal-futur, tal-ispettattiva tat-tieni miġja tal-

Mulej, kien element qawwi ħafna fil-ħajja tal-ewwel Insara fi żmien

San Pawl. Kienu jemmnu li l-Mulej ġej dalwaqt. Ir-risposti ta’ San Pawl

għad-diffikultajiet li kienu jistaqsuh dwarhom il-komunitajiet Insara,

kienu kollha karatterizzati minn din il-perspettiva ta’ stennija. Huwa

pereżempju f’dan il-kuntest, li ma għadux il-kuntest tagħna, li wieħed

irid jifhem lil San Pawl meta qal min mhux miżżewweġ aħjar ma

jiżżewweġ xejn. Speċi ried jgħid, x’tiżżewweġ tagħmel biex taħseb

għall-futur jekk futur ma hemmx, għax il-Mulej ġej ma jdumx. F’din l-

istennija li l-Mulej ġej dalwaqt, l-importanti ma kienx li wieħed

jiżżewweġ. Anzi li wieħed jaħseb biex jiżżewweġ, seta’ deher bħala

aljenazzjoni mill-aktar ħaġa importanti li wieħed għandu jagħmel, dak li

jipprepara għat-tieni miġja tal-Mulej. Għalih dan biss kien importanti.

Pawlu, bħall-Insara kollha ta’ żmienu, kien jemmen li l-Mulej reġa’ ġej

dalwaqt, ma jdumx. Bnew saħansitra t-talb kollu tagħhom madwar din

il-perspettiva tal-Parusia (it-tieni miġja). L-istess talba ‘Maranatha’

(‘Ejja Mulej Ġesù’) li tagħlaq il-Ġdid Testment, tant kienet popolari, li

hija waħda minn dawk il-ftit talbiet li baqgħat bl-Aramajk, il-lingwa

oriġinali ta’ Ġesù.

F’din il-perspettiva li Ġesù ġej ma jdumx kienet tintalab ukoll l-istess

talba tal-Missierna. Talba li fiha nnifisha hija talba eskatoloġika ħafna.

Page 21: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

21

Iġifieri talba li tħares lejn it-tieni miġja tal-Mulej u turi l-istennija tal-

ewwel Insara għall-futur tat-tieni miġja tiegħu. Jekk ikollna naqsmu t-

talba tal-Missierna u jkollna nistudjaw is-seba’ talbiet tagħha, nindunaw

li din kienet it-talba ‘biex tiġi is-saltna;’ biex jagħtini ‘l-ħobża ta’

kuljum’, li għalihom kienet tfisser il-manna li Alla se jerġa’ jibgħat

meta jqajjem mill-mewt lill-profeta bħal Mosè fl-aħħar taż-żmien.

Kienu jitolbu, ‘Ħobża ta’ kuljum agħtina llum,’ għax ma għandniex

bżonn furnata sħiħa. L-istil u l-viżjoni tal-ħajja tal-ewwel Insara, kienet

li ma jintrabtu ma’ xejn ta’ din id-dinja, u ma kien jinteressahom li

jiksbu xejn. Tant li fit-tieni ittra lit-Tessalonkin 3:6-15, San Pawl ħadha

kontra dawk li kienu jinħlew fix-xejn u ma jaħdmux. Min ma jaħdimx

ma għandux dritt jiekol, 6:10, qalilhom l-appostlu.

It-talba tal-Missierna kif insibuha fid-Didakè tagħtina dan l-aspett

eskatoloġiku tat-talba tal-Missierna ħafna aktar ċar. F’kapitlu 8 vers 2

Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu biex ma jitolbux bħal dawk ta’ wiċċ

b’ieħor, imma għandhom jitolbu hekk: Missierna, li qiegħed fis-sema,

Jitqaddes ismek, Tiġi saltnatek, Ir-rieda tiegħek titwieled fl-art bħalma

hi fis-sema. Agħtina llum il-ħobża tagħna li għandha tiġi, U aħfrilna d-

dejn tagħna fl-aħħar ġudizzju, Bħalma aħna hawn naħfru lil min hu

mdejjen magħna, U ddaħħalniex fit-tiġrib tal-aħħar żmien, Imma

eħlisna minn dak il-ħażen, Għax tiegħek hija s-saltna u l-glorja għal

dejjem.

Page 22: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

22

Anki ċ-ċelebrazzjoni liturġika u t-teoloġija tal-Ewkaristija, daħlet f’din

il-perspettiva ta’ stennija tat-tieni miġja. Iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika

nnifisha saret parti minn din l-aspettazzjoni. Dan kien il-kuntest li fih, l-

Insara tal-bidu kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija. Kristu mqajjem mill-

mewt kien dehrilhom waqt ikla. Waqt l-qsim tal-ħobż kienu jistennewh

li jista’ jerġa’ jiġi. Hekk kienu jistennew il-Lhud lil Elija waqt l-ikla tas-

Seder. Tant li kienu jiftħu l-bieb waqt ir-raba’ barka fuq l-inbid u anki

jħallu l-post u t-tazza għalih fuq il-mejda. Hekk kienu jistennew lill-

Messija l-komunità tal-Esseni waqt l-ikla qaddisa tagħhom li fiha kienu

jaqsmu l-ħobż u jbierku l-kalċi. Huma wkoll kienu jħallu post vojt fuq

in-naħa tal-lemin ta’ dak li qed jippresiedi l-ikla, biex jekk jiġi l-Messija

jkollu fejn joqghod madwar il-mejda.

L-ewwel Insara kienu jiċċelebraw l-ikla tal-Mulej bħala antiċipazzjoni

taż-żmien meta huma se jieklu u jixorbu mal-Mulej fis-saltna tas-sema. Mt26:29Ngħidilkom li ma nerġax nixrob aktar mill-frott tad-dielja sa

dakinhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-saltna ta’ Missieri, spiċċa

Ġesù d-diskors ewkaristiku tiegħu fil-vanġelu ta’ San Mattew. Kull

darba li huma kienu jaqsmu dan il-ħobż, kienu jemmnu li Ġesù qiegħed

magħhom spiritwalment sa ma jiġi fiżikament. Din il-perspettiva hija

diġà preżenti fl-Antik Testment. L-ikla tissimbolizza r-rebħa

Page 23: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

23

universali tas-saltna ta’ Alla. Isaija wara l-ħruġ mill-Eżilju,

jitkellem minn ikla b’ikel fin, 25:6-10.

Il-Konċilju Vatikan II: Fil-Kanone, it-talba Ewkaristika tal-quddiesa,

tar-riforma liturġika tal-Konċilju Vatikan II, daħal b’mod qawwi l-

element Passat tat-tifkira u tal-memorja, ‘Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.’

Kliem li fil-Ġdid Testment jinstab biss f’din l-ittra ta’ San Pawl u fil-

vanġelu ta’ San Luqa. Imma mhux biss. Fir-riforma tal-Konċilju daħal

ukoll l-element Futur biex niftakru, li l-preżenza tal-Mulej fl-

Ewkaristija hija garanzija tal-preżenza tiegħu magħna sakemm immorru

ngħammru miegħu fil-post li hu wegħedna li lesta għal kull wieħed u

waħda minna. Il-Konċilju ried jinsisti li dak li aħna niċċelebraw

b’forma sagramentali huwa antiċipazzjoni, tħabbir, tbassir, tal-ikla li se

niċċelebraw fil-mejda tas-saltna tal-Missier. Din hija antiċipazzjoni tal-

ikla li aħna se niċċelebraw miegħu meta narawh wiċċ imb wiċċ. L-

ewwel Insara ma kellhomx bżonn min ifakkarhom dwar dan. Kif

tkellimna, il-viżjoni kollha tal-fidi tagħhom kienet mibnija fuq l-

istennija tal-miġja futura tal-Mulej. Kollha kemm huma kellhom fidi

qawwija ħafna f’dan l-element futur tal-Ewkaristija.

Din is-sens ta’ stennija fil-futur kien tant qawwi, li probabbilment

kienet ir-raġuni li fl-ewwel komunitajiet Insara, dawk li kienu jaqdu fil-

komunità bħala profeti, setgħu anki huma jipprisjedu ċ-ċelebrazzjoni

Page 24: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

24

tal-Ewkaristija. Id-Didakè tgħallem li ħadd ma jista’ u m’għandu

jwaqqaf lill-profeti milli jiċċelebraw u jippresjedu l-Ewkaristija fil-

komunità. Probabbilment, ir-raġuni li għaliha l-profeti mhux biss setgħu

jiċċelebraw l-Ewkaristija, imma skont id-Didakè, ma setgħux jiġu

mwaqqfa milli jagħmlu dan, hija minħabba l-fidi tal-ewwel Insara f’dan

l-element futur ta’ stennija tal-Ewkaristija. Il-profeti, nisa u rġiel, kienu

n-nies li jagħmlu l-qalb u jħeġġu lill-fidili billi kienu jittrattaw l-futur.

Kienu jitkellmu dejjem dwar l-aħħar wegħdiet tal-Mulej għall-futur.

Sens ta’ stennija għall-futur li kien qawwi wkoll fl-ikla tal-Għid li l-

Lhud li fiha, skont is-Sinottiċi, Ġesù waqqaf l-Ewkaristija. Dan huwa

dak li se niddiskutu fil-kapitlu li jmiss.

Page 25: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

25

Kapitlu 2.

Is-Sinottiċi fil-Kuntest tal-Ikla tal-Għid Lhudija:

Skont San Pawl u s-Sinottiċi, l-ikla fejn Ġesù waqqaf l-Ewkaristija

kienet tagħmel parti mill-ikla tal-Għid, magħrufa fost l-oħrajn bħala l-

ikla tas-Seder. Din l-ikla kienet tiċċelebra b’mod qawwi l-ewwelnett l-

element Passat ta’ Tifkira ta’ dak li għamel magħhom il-Mulej fil-ħruġ

mill-Eġittu. Kienet tiċċelebra wkoll l-element tal-Futur tad-dħul fl-Art

Imwegħda. Kienet din l-ikla tas-Seder li bdiet tagħti t-togħma kemm

tal-element passat ta’ tifkira, kif ukoll l-element futur ta’ tama u stennija,

liċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.

San Pawl jirreferi għal, ‘lejl li fih kien ittradut.’ Iġifieri, meta l-Mulej

Ġesù għamel l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Kien żmien il-Għid u

kien qed jagħmel l-ikla tas-Seder mad-dixxipli. San Mattew jgħidilna li

‘kien l-ewwel jum tal-Ażżmi’ meta d-dixxipli resqu fuq Ġesù u

staqsewh fejn irid li jippreparawlu l-ikla tal-Għid, 26:17. San Mark

14:12 u San Luqa 22:7 jirreferu wkoll għall-ewwel jum tal-Ażżmi.

Imma jżidu l-kumment li kien, ‘il-jum li fih kien ikollhom jissagrifikaw

il-ħaruf tal-Għid.’ Fl-isfond tal-ħaruf tal-Għid, San Luqa jgħidilna li

Ġesù xtaq jagħmel din l-ikla f’post mhux magħruf. Ġesù jħalli mistur sa

l-aħħar il-post fejn se jagħmel din l-aħħar ikla mad-dixxipli. Kien

għalhekk li bagħat lil Pietru u ’l Ġwanni biex isibu l-post billi jimxu

Page 26: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

26

wara dak ir-raġel li kien qed iġorr l-ilma. Kienu n-nisa li dak iż-żmien

fil-Palestina kienu jġorru l-ilma filgħodu kmieni. Għalhekk kienet ħaġa

stramba li raġel iġorr l-ilma u hekk dan ir-raġel iġorr l-ilma seta’ jkun

sinjal tajjeb. Lid-dixxipli Pietru u Ġwanni, urihom li kellu kollox

miftiehem ma’ sid dik id-dar li fiha kien se jidħol dak ir-raġel li kien

qiegħed iġorr l-ilma. Meta waslu fil-kamra sabu li kollox kien diġà

ppreparat għall ikla tal-Għid, Lk 22:8-12.

Is-sens ta’ Tifkira huwa qawwi ħafna fl-ikla tas-Seder, l-ikla tal-Għid

Lhudi. Dan is-sens ta’ tifkira ma kienx ifisser biss memorja ta’ xi ħaġa

li ġrat fil-passat u għaddiet. Imma l-Lhud għandhom sens qawwi li meta

jkunu qed jiċċelebraw l-ikla tal-Għid, huma jkunu qed jerġgħu jgħixu

mill-ġdid il-mument ta’ dak kollu li seħħ mal-antinati tagħhom huma u

ħerġin mill-jasar tal-Eġittu għall-Ħelsien. Waqt l-ikla, il-Lhud għadhom

jemmnu li huma mhumiex biss jagħmlu memorja jew tifkira ta’ dak li

ġara fil-passat. Imma qegħdin iġeddu (renewal) dak li ġara biex

jerġgħu jibbenifikaw mill-grazzji u l-barkiet tiegħu; biex jagħmlu

preżenti għalihom nfushom il-barkiet kollha li ħadu missirijiethom fl-

ewwel ikla.

Dawk minnkom, li qed taqraw dan il-ktieb, li kellkom ix-xorti sabiħa li

xi darba tkunu preżenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-ikla tas-Seder, li għall-

grazzja t’Alla qed tkun iċċelebrata f’ħafna gruppi u parroċċi, jafu tajjeb

li din iċ-ċelebrazzjoni tas-Seder, ma titkellimx biss dwar dak li ġara fil-

Page 27: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

27

passat. L-għadma tal-Ħaruf fil-platt prinċipali tal-ikla hija Tifkira tal-

ewwel ikel li missirijiethom għamlu dak il-lejl li kienu meħlusa mill-

Eġittu. Imma l-Lhud, sallum għadhom jemmnu, li f’dak l-istess

mument taċ-ċelebrazzjoni, bl-ikel tal-ħaxix tar-rebbiegħa, li jbillu fil-

morr tal-ilma bil-melħ u fil-ħlewwa tal-Ħoroxet, waqt iċ-ċelebrazzjoni

nnifisha, huma qegħdin jiġu meħlusa mill-jasar simili għal dak tal-

Eġittu; mill-jasar tal-qalb. Jemmnu li waqt iċ-ċelebrazjoni tal-istess ikla

tas-Seder, Alla qiegħed jerġa’ jġedded il-patt tiegħu li Hu Alla tal-poplu

li qed jiċċelebraw din l-ikla tas-Seder. Min-naħa tagħhom, huma wkoll

jemmnu li qed iġeddu t-tweġiba tagħhom li jridu jkunu l-poplu ta’ Alla

u jgħixu l-għerf tiegħu muri fil-Liġi li tahom permezz ta’ Mosè.

Dan il-kuntest ta’ fidi tal-ikla tas-Seder mexa għand l-ewwel komunità

Nisranija. Komunità li fil-maġġoranza tagħha kienet magħmula minn

Lhud ikkonvertiti. L-istess Ġesù, it-Tnax u Pawlu kienu Lhud.

Għalhekk, fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, il-komunità Nisranija

kienet tifhem li qed jiċċelebraw, mhux l-ikla ta’ Mosè fl-Eġittu, imma

dak l-istess att li Ġesù għamel fl-aħħar ċena. Kienet qed tagħmel tifkira

b’mod ħaj u jerġgħu jġeddu u jagħmlu preżenti għalihom, mhux

jagħmlu mill-ġdid, f’dak li qed jiċċelebraw, il-grazzja kollha, tal-Patt il-

Ġdid li Ġesù waqqaf b’demmu bħala l-Ħaruf il-Ġdid. Il-Patt għal

dejjem, għax dak tas-Sinaj ma kienx għal dejjem. L-Insara kienu

jemmnu, li qed jagħmlu tifkira tal-Preżenza tiegħu magħhom mill-ġdid.

Page 28: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

28

Kienu qed jagħmlu dan b’tifkira tiegħu għax Hu preżenti magħhom.

Għax huma kienu tiegħu u miegħu.

Fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, l-ewlenin Insara, kienu jemmnu li qed

iġeddu u jagħmlu l-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu preżenti mill-

ġdid. Eżattament kif il-Lhud jemmnu li fiċ-ċelebrazzjoni tas-Seder,

huma jerġgħu jagħmlu l-ħelsien tal-ikla tal-Għid fl-Eġittu realtà ħajja

għal uliedhom. Din hija l-ikla tal-Pass Over; tgħaddi minn naħa għall-

oħra. Għal-Lhud, mill-Eġittu għall-Ħelsien. Għal Ġesù, minn din id-

dinja għal għand il-Missier. Għalina, minn din id-dinja għal ikla fis-

saltna tal-Missier ppreparata għalina mill-Iben il-Waħdieni tiegħu.

Fiċ-ċelebrazzjoni tas-Seder, il-Missier iġib reali u preżenti għall-familja

tiegħu madwar il-mejda tal-ikla, dak li kienu għamlu missirijiethom

dakinhar li ħarġu mill-jasar tal-Eġittu biex kisbu l-ħelsien. Biex iseħħ

dan, it-tfal, ibda mill-iżgħar wieħed, jagħmlu ħafna mistoqsijiet lill-

Missier. Fir-risposta tiegħu l-Missier ifakkar il-wegħdiet kollha li Alla

fl-imħabba tiegħu għamel ma’ missirijiethom u li għadu jixtieq iġedded

magħhom illum waqt l-ikla tal-Għid.

Waħda mill-mistoqsijiet l-aktar importanti waqt l-ikla hija, ‘Għalfejn

inbillu darbtejn’ il-ħaxix ħelu tar-rebbiegħa; darba fl-ilma morr bil-melħ

u darba oħra fil-Ħoroxet. Dan huwa taħlita ta’ lewż fl-għażel u t-tuffieħ

Page 29: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

29

biex ikun forma ta’ tajn. Hekk ifakkarhom fil-madum li kienu mġagħla

jaħdmu waqt il-jasar. Imma t-togħma tiegħu hija ħelwa u tajba ħafna.

Tajn u Ħelu, il-morr u l-ħelu. Elementi dejjem preżenti fl-ikla tas-Seder

biex juri li l-Mulej fil-providenza kbira tiegħu jaf joħroġ it-tajjeb mill-

ħażin. Hawnhekk il-missier ifakkar li huma kienu skjavi fl-Eġittu.

Imbagħad jispjega li huwa mill-morr li Alla joħroġ il-ħelu. Huwa mit-

tbatija li joħroġ il-ħelsien. Huwa mis-sagrifiċċju li toħroġ il-glorja. Fi

kliem Ġesù huwa mill-qamħa li tmut li jkollna l-ħajja, Ġw 12. Huwa

mill-ħaruf maqtul li se niksbu l-ħajja. Huwa mis-salib li kellna l-ħajja.

Huwa mill-faqar tal-Mulej li aħna sirna għonja.

Mistoqsija ewlenija oħra hija dwar il-Mażżot – il-ħobż bla ħmira. It-

tifel jistaqsi għaliex waqt din l-ikla jittiekel biss ħobż bla ħmira. Il-

Missier jispjega li l-ħmira hija magħmula minn biċċa għaġina ta’ lejliet

li titħalla teħmer biex imbagħad tgħolli l-għaġna kollha. Imma f’din l-

ikla missirijiethom ma kienu ħadu xejn mill-ħmira tal-Eġittu. Riedu

jkunu bnedmin ġodda. Kif ifakkarna Ġesù li nbid ġdid jitqiegħed

f’damaġġani ġodda. Kif javżana Ġesù biex noqogħdu attenti mill-ħmira

ta’ Erodi u tal-Fariżej. Il-ħobż ażżmu li l-Insara ppreservaw fiċ-

ċelebrazzjoni tagħhom biex juri li huma qatlu l-bniedem il-qadim biex

jilbsu lil Kristu. Li fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika huma jridu jitbattlu

minnhom infushom biex jimtlew bil-Mulej Ġesù fiċ-ċelebrazzjoni tar-

rebħa tiegħu.

Page 30: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

30

Relevanti ħafna wkoll għal dak li qed ngħidu huwa l-fatt, li fil-platt

prinċipali tal-ikla tas-Seder, li jkun hemm fuq il-mejda prinċipali

quddiem il-Missier, kienu jżommu biċċa sħiħa mill-għadma tal-ħaruf li

kienu se jieklu. Din l-għadma kienet tinżamm biex tfakkar lil dawk li

jkunu qed jiċċelebraw is-Seder, f’dak il-ħaruf li kienu qatlu

missirijiethom fl-ewwel lejl meta għamlu l-ewwel ikla tal-passover, il-

mixja mill-Eġittu mill-iskjavitù għall-ħelsien. L-għadma tal-ħaruf li

torbot kull ikla tas-Seder mal-ewwel ikla ta’ missirijiethom fl-Eġittu.

Tfakkarhom li kienu lsiera. Tfakkarhom f’dak il-Ħaruf li kienu kielu

missirijiethom fl-Eġittu. Missirijiethom kienu kielu laħam il-Ħaruf biex

jagħtihom il-qawwa fiżika għall-vjaġġ twil tal-ħelsien li kienu se jibdew

wara l-ikla. Dak il-ħaruf li kienu raxxew demmu mal-koxxa tal-bieb

biex permezz ta’ demmu, il-familja tinħeles u ssalva mill-mewt tal-iben

il-kbir, għax l-anġlu tal-qerda passed over il-bieb tagħhom.

Fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet tal-ulied waqt l-ikla, li skont San

Pawl u s-Sinottiċi, fil-kuntest tagħha Ġesù waqqaf l-Ewkaristija, il-

Missier kien jieħu l-opportunità biex jirrakkonta l-istorja tas-salvazzjoni

mill-ħolqien sal-lum. Jirrakkonta dak kollu li Alla għamel fil-Passat

ma’ missirijiethom biex ħelishom mill-jasar tal-Eġittu permezz tal-qtil

tal-ħaruf. Imma mhux biss. Jieħu l-opportunità jurihom ukoll dak li l-

Page 31: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

31

Mulej għadu jagħmel magħhom fil-Preżent permezz tal-Patt u t-Torah

biex jeħlishom mill-jasar interjuri tal-qalb.

Probabbilment dan kien il-kuntest li mexxa lill-ewlenin Insara jifhmu l-

Ewkaristija mhux biss bħala ikla imma wkoll bħala sagrifiċċju. Jifhmu

l-Ewkaristija mhux biss bħala Memorja tal-Passat flimkien mat-Tama

tal-wegħda tal-Futur imma wkoll bħala Tifkira ħajja fil-Preżent tal-

mewt u l-qawmien tal-Mulej. Jgħaqqdu l-Ewkaristija mas-sagrifiċċju

tal-Ħaruf ta’ Alla li bil-mewt tiegħu neħħa d-dnub tad-dinja. Li bid-

demm tiegħu mraxxax mas-salib ħelisna mill-mewt u tana l-ħajja ta’

dejjem.

Niftakru li fiż-żmien li Ġesù ċċelebra l-ikla tal-Għid mad-dixxipli

tiegħu, il-Lhud kienu jħarsu lejn din l-ikla bħala saġrifiċċju ukoll. Ma

kienx hekk minn dejjem fil-ħajja tal-poplu Lhudi. Oriġinarjament ma

kenux iħarsu lejn din l-ikla bħala sagrifiċċju. Imma hekk kif maż-żmien,

il-ħajja reliġjuża tal-poplu bdiet tiġi ċċentrata aktar fit-tempju, bil-

qassisin joqtlu l-ħaruf għall-poplu f’jum l-Ażżmi, allura din l-ikla ġiet

mogħtija aktar dan l-aspett ta’ sagrifiċċju. Anki fi żmien Ġesù, il-ħaruf

tal-Għid kien għadu jiġi maqtul fit-tempju mill-qassis.

Żvilupp simili seħħ fil-komunità Nisranija. Fl-iżvilupp Kristoloġiku,

iġifieri bil-mod kif bdew jaħsbu u jemmnu dwar Ġesù, l-Insara bdew

Page 32: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

32

iħarsu lejn Ġesù dejjem aktar bħala l-Qassis il-Kbir, kif tkellimna tant

tajjeb fost oħrajn l-Ittra lil-Lhud. Huwa probabbilment dan l-iżvilupp

Kristoloġiku li vara l-komunità Nisranija fuq it-triq li tifhem l-ikla li

huma jiċċelebraw, mhux biss bħala tifkira u memorja tiegħu, imma

bħala sagrifiċċju wkoll.

Iż-żewġ elementi tal-Passat u tal-Futur li tkellimna dwarhom, minbarra

li nsibuhom f’San Pawl u fis-Sinottiċi, insibuhom ukoll fid-Didakè.

Tajjeb ninnutaw, li bejn ix-xandira tal-mewt tal-Mulej tal-passat u l-

istennija sa ma jiġi fil-futur, hemm il-lakuna tal-Preżent. Din iċ-

ċelebrazzjoni tal-ikla tal-Mulej, x’tagħmel aktar għall-komunità

Nisranija minbarra li tagħmel preżenti l-mewt tal-Mulej u tantiċipa l-

preżenza tat-tieni miġja tiegħu? X’se tagħmel aktar milli ‘inħabbru l-

mewt tiegħek Mulej, inxandru fil-ferħ il-qawmien tiegħek u nistennewk

sa ma tiġi fil-glorja?’ Kif tidħol fil-ħajja tagħna ta’ kuljum? Għalfejn

anki l-ewwel Insara kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija daqshekk ta’ sikwit?

L-istess ktieb tal-Atti tal-Appostli jgħidilna li kienu jiċċelebraw il-qsim

tal-ħobż regolari fl-ewwel jum tal-ġimgħa. Il-ktieb tal-Atti 2:45ff,

jgħidilna li l-Insara kienu jmorru fit-tempju u fl-ewwel jum tal-ġimgħa

jaqsmu il-ħobż fid-djar tagħhom. Għalihom dan ma kien l-ebda

kontradizzjoni mal-liturġija u l-qima li kienu jagħtu bħala Lhud. Għall-

bidu l-ewlenin Insara ma kienu jaraw l-ebda qsim u firda bejnhom u

Page 33: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

33

bejn it-tempju. Anzi hija probabbiltà kbira, li fil-bidu nett kienu

jiltaqgħu biex jaqsmu l-ħobż fl-ewwel jum tal-ġimgħa biex is-Sibt

kienu jistgħu jibqgħu jattendu s-sinagoga. Kien wara l-qasma u l-firda

taż-żewġ komunitajiet, dik Lhudija u dik Nisranija, li l-Insara żammew

il-ġurnata tal-Ħadd bħala l-ġurnata tal-laqgħa tagħhom. Imma tawha

sinifikat ġdid, dik tal-ġurnata tal-qawmien tal-Mulej. Id-Didakè 8:1,

kienet tgħid lill-Insara tal-komunità biex isumu kull nhar ta’ Sibt bi

preparazzjoni, ovvjament għaċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika tal-Ħadd.

Irridu nistaqsu: kieku kienu jifhmu biss tifkira tal-passat u stennija tal-

futur, allura għalfejn kienu jiċċelebraw il-qsim tal-ħobż bħala azzjoni

Kristjana daqshekk spiss u regolari? Għalfejn ma kenux jiċċelebrawha

darba fis-sena biss kif il-Lhud kienu jiċċelebraw l-ikla tas-Seder?

Għalfejn anki llum, għall-grazzja ta’ Alla, niċċelebraw din l-ikla kuljum

u ninsistu li almenu niltaqgħu flimkien darba fil-ġimgħa, fl-ewwel jum

tal-ġimgħa?

Ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet se jagħtihomlna r-raba’ vanġelu, kif

se naraw fil-kapitlu erbgħa wara li fil-kapitlu li jmiss nitkellmu dwar id-

Didakè.

Page 34: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

34

Kapitlu 3. Id-Didakè Anki fil-kitba tal-Kelma ta’ Alla, il-kelma mitkellma dejjem antiċipat il-

kelma miktuba. It-Tradizzjoni orali u mgħixa f’komunità, hija dejjem l-

għajn li minnha ħareġ kull ktieb tal-iskrittura. Anki dawk il-kotba li

huma fil-forma ta’ ittra. Il-kittieb innifsu ħa u kiber fil-fidi fil-ħajja tal-

komunità. Fil-kitba tiegħu, dejjem qiegħed jipprosopponi l-ħajja ta’

komunitá Nisranija li lilha tkun qed tiġi indirizzata l-ittra. Fl-

introduzzjoni tiegħu San Luqa jgħidilna li kienu, 1:1‘Bosta kienu dawk li

ħadu f'idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f'rakkont wieħed il-ġrajja li

seħħew fostna, 2kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom

b'għajnejhom stess u saru ministri tal-kelma.’ San Luqa ma kien ikollu

xejn x’jikteb lill-komunità Nisranija, kieku ma kinux hemm l-appostli li

l-ewwel nett raw b’għajnejhom u saru ministri tal-kelma. Wara, Insara

li laqgħu din il-kelma, bnew ħajjithom fuqha flimkien u għaddewha bil-

fomm minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-kitba tal-vanġeli u ħafna kotba

oħra, taf l-għajn tagħha lil tradizzjoni orali.

Id-Didakè hija l-isem ta’ ġabra oħra ta’ Tradizzjonijiet Orali, li l-Insara

Lhud tal-bidu kienu jgħaddu lil xulxin. L-istil innifsu li bih miktub dan

il-ktieb tad-Didakè, jurina li dan il-ktieb huwa ġabra ta’ tradizzjonijiet

orali li ġew miġbura fil-kitba probabbilment għal żewġ raġunijiet. L-

ewwel, biex il-komunitajiet tal-ġentili jkollhom linja ta’ gwida fuqiex

Page 35: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

35

jimxu. It-tieni biex il-ġentili konvertiti jikbru fil-maturità tagħhom tal-

fidi personalment u bħala membri fil-komunità Nisranija.

Id-Didakè huwa ktieb li ma tantx jingħata importanza, minkejja li fl-

opinjoni tiegħi, għandu importanza kbira. Aktar minn kull ktieb ieħor

tal-Ġdid Testment, id-Didakè huwa ktieb ta’ informazzjoni siewja ħafna

għax l-ewwel nett, jurina kif kienu jħarsu lejhom infushom l-ewlenin

Insara. Jgħidilna wkoll kif l-ewwel Insara, kienu jgħixu l-fidi tagħhom

fil-ħajja ta’ kuljum. Jgħidilna wkoll kif kienu jiċċelebraw il-Liturġija u

s-Sagramenti u x’kienet il-preparazzjoni għalihom li l-ewlenin Insara

kienu jagħmlu.

L-istudjużi tal-Bibbja kollha jaqblu li dan il-ktieb għandu importanza

kbira. Xi Studjużi, li huma fil-minoranza kbira, isostnu li dan il-ktieb

huwa xogħol tal-bidu tat-tieni seklu. Isostnu dan, għax jgħidu li l-ħajja

sagramentali li dan il-ktieb jiddiskrivi fil-komunità Nisranija, riedet ftit

taż-żmien mhux ħażin biex tgħaddi mill-iżvilupp li jiddiskrivi dan il-

ktieb. Biss anki l-ktieb tal-Atti, li hu miktub fl-istess żmien tas-Sinottiċi,

jitkellem fuq il-ħajja sagramentali tal-komunità Nisranija.

Imma l-maġġoranza kbira tal-istudjużi jsostnu li dawn it-tradizzjonijiet

orali, sabu l-forma miktuba fil-ktieb tad-Didakè fi żmien bikri ħafna,

saħansitra qabel l-istess vanġeli kanoniċi bil-Grieg. Isostnu hekk

Page 36: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

36

minħabba l-insistenza tad-Didakè fuq it-tieni miġja tal-Mulej. Realtà fl-

iżvilupp tal-fidi ta’ żmien San Pawl u s-Sinottiċi u mhux tat-tieni seklu.

Fit-tieni seklu, din l-insistenza dwar it-tieni miġja ta’ Ġesù b’mod

immanenti, kienet ineżistenti.

Fil-faqar tiegħi, jiena aktar jikkonvinċini l-aħħar argument. Għal din ir-

raġuni, qiegħed nippreżenta dan il-kapitlu dwar id-Didakè qabel

niddiskutu l-vanġelu ta’ San Ġwann. Hekk inkun qed nimxi ma’ dak li

naħseb li seħħ fl-iżvilupp tal-ħsieb u viżjoni tal-ewwel komunitajiet

Insara, anki dwar il-ħajja u ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika li qegħdin

niddiskutu f’dan il-ktieb.

Id-Didakè ma nkitibx għall-istess skop li għalih inkitbu l-vanġeli. Il-

vanġeli nkitbu biex iservu ta’ Katekeżi għal dawk li jixtiequ jemmnu

f’Ġesù jew qed jippreparaw lilhom infushom bħala Katekumeni. San

Ġwann innifsu jgħidilna l-iskop li għalih kiteb il-vanġelu tiegħu: 20:31Dawn inkitbu sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija l-Iben ta'

Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f'ismu. Mhuwiex l-

iskop tad-Didakè li jkellimna dwar kif il-ministeru ta’ Ġesù jwassalna

għall-fidi fih.

Imma dan il-ktieb inkiteb bħala struzzjoni ta’ kif dawk li diġà jemmnu

fih u jagħmlu parti mill-komunità Nisranija, għandhom jgħixu l-fidi

Page 37: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

37

tagħhom fil-prattika tal-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk lanqas ma nistgħu

nqabblu d-Didakè mal-ittri ta’ San Pawl jew tal-appostli l-oħra. L-iskop

ta’ dawn tal-aħħar kien istruzzjoni fil-fidi u risposta għad-diffikultajiet

li kellhom il-komunitajiet Insara.

Minkejja li d-Didakè nkiteb fi żmien Sawlu, imma fil-fatt ma nsibu l-

ebda riferenza għalih jew għat-tagħlim tiegħu. Niftakru li Pawlu ma

tantx kien popolari ħafna mal-komunitajiet Insara Lhud kif jixhdu l-

istess ittri tiegħu u l-Ktieb tal-Atti tal-Appostli. Id-Didakè jaf l-oriġini

tiegħu mit-tradizzjoni ta’ dawn il-komunitajiet Lhud Insara.

L-awtur tad-Didakè huwa anonimu. Probabbilment, din il-ġabra ta’

tagħlim u struzzjoni dixxiplinari mhijiex il-ħidma ta’ bniedem waħdu.

Imma tappartjeni għal grupp ta’ knejjes Insara domestiċi, li kienu

rċevew Mod ta’ Ħajja mingħand il-Missier permezz ta’ Ġesù. Sakemm

kienet għadha fil-forma orali, din il-ġabra ta’ tagħlim u struzzjoni

liturġika, speċjalment fiċ-ċelebrazzjoni tas-Sagramenti, kienet għadha

bla isem. Imma meta nkitbet ġiet mogħtija l-isem, ‘It-Taħriġ tal-Mulej

lill-Ġentili permezz tat-Tnax-il Appostlu.’ Kienu l-istudjużi li qassru

dan l-isem twil f’‘DID - AH – KAY’, kelma Griega li tfisser it-taħriġ li

mgħallem jagħti lill-apprentista tiegħu. Speċi ta’ mentor.

Page 38: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

38

Hija ħasra, li l-maġġoranza kbira tal-Insara, anki dawk li suppost jafu

aħjar, jaħsbu li l-kitbiet awtententiċi kollha li kienu marbuta mal-

moviment tal-Kristjani fl-ewwel seklu, jinsabu kollha fis-sebgħa u

għoxrin ktieb tal-Ġdid Testment. Il-verità hija ħafna ’l bogħod minn

hekk. Kotba Apokrifi bħal vanġeli ta’ San Ġakbu, San Pietru u San

Tumas, tal-Madalena u oħrajn; il-ġabra tal-Vanġelu Q; il-kotba tal-

Esseni msejħa d-Dead Sea Scrolls, li nstabu fl-1943 fejn kienu jgħixu l-

komunità tal-Qumran; l-ittri ta’ San Klement, San Injazju, San

Polikarpu u oħrajn, huma fost il-ftit li għall-grazzja ta’ Alla, l-interess

fihom qiegħed dejjem jikber u qed jiġu mfittxija u studjati dejjem aktar.

Din il-letteratura bikrija, li l-ktieb tad-Didakè huwa parti importanti

minnha, hija għajn tajba ħafna ta’ informazzjoni u ta’ tagħlim tal-ħajja

tal-ewlenin Insara. Dan minkejja li ma sabux posthom fl-aħħar lista tal-

Kanone tar-raba’ seklu, u għalhekk ma nistgħux insejħulhom kotba

spirati.

Pereżempju rigward il-Magħmudija u l-Ewkaristija, fil-kotba tal-Ġdid

Testment, nistgħu ngħidu li ma nsibu l-ebda evidenza li turina kif dawn

is-sagramenti kienu jiġi ċċelebrati. L-Atti tal-Appostli, dwar l-

Magħmudija jgħidilna ftit ħafna Dwar l-Ewkaristija, f’kapitlu tnejn

jgħidilna li kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija fl-ewwel jum tal-ġimgħa.

F’kapitlu tlettax tal-istess ktieb tal-Atti niltaqgħu mal-profeti

jiċċelebraw il-liturġija. Imma ma jagħtina l-ebda informazzjoni dwar

Page 39: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

39

min kienu dawn il-profeti u x’kien il-post tagħhom fil-komunità.

Lanqas nistgħu nitkellmu fiċ-ċert, jekk l-awtur kienx qiegħed jirreferi

għall-liturġija tal-Ewkaristija jew le.

Id-Didakè hija l-unika kitba li għandna f’idejna li tfornina bl-

informazzjoni dwar kif kienet tiġi ċċelebrata l-liturġija tal-Magħmudija

u tal-Ewkaristija fl-ewwel żminijiet tal-knisja; min kien jippresiedi

dawn iċ-ċelebrazzjonijiet; min seta’ jkun preżenti għalihom u x’kienet l-

preparazzjoni li kienu jagħmlu għalihom.

Dan il-ktieb tad-Didakè dam mitluf għal ħmistax-il seklu sħaħ. Konna

nafu bl-eżistenza tiegħu minħabba r-riferenzi li jagħmlu għalih

missirijiet il-knisja fil-kitbiet tagħhom. Imma kopja tiegħu sħiħa ma

kienet tinstab imkien. B’mod providenzjalment, fis-sena elf, tmiem mija

u tlieta u ħamsin (1853), l-Arċisqof Ortodoss Filotheos Bryennios kien

qiegħed jagħmel riċerka fil-librerija antika tal-kunvent tas-Sepulkru

ġewwa Kostantinopli. Hemmhekk, qalb ir-rikkezza ta’ ħafna

manuskritti antiki, sab kopja kompleta tad-Didakè. L-ewwel reazzjoni li

ħadet din is-sejba, u forsi wieħed jifhimha għax ma kenitx sejba żgħira,

kienet waħda ta’ suspett ta’ ingann. L-Arċisqof, la kien emmnut u

lanqas ittieħed bis-serjetà. Imma meta saru l-istudji, ġie stabbilit li din

is-sejba kienet vera u awtentika. Dak il-manuskritt ta’ sittax-il kapitlu,

Page 40: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

40

daqs il-vanġelu ta’ San Mark, imma fid-daqs terz ta’ dan il-vanġelu,

kien il-ktieb tad-Didakè li kien ilu mitluf għal sekli sħaħ.

L-importanza ewlenija tad-Didakè, hija li toffri diskrezzjoni sħiħa tal-

aspetti prinċipali tal-ħajja Nisranija kemm fil-ħajja personali tal-membri

u kemm f’dik fil-komunità. Pereżempju dwar il-Magħmudija jgħidilna

dwar is-sawm ta’ preparazzjoni li kien isir. Jitkellem dwar il-preferenza

li l-magħmudija ssir bl-immersjoni. Ovvjament il-magħmudija kienet

biss għall-adulti u mhux għat-trabi. Dwar it-Talb, tgħidilna dwar it-tliet

darbiet li n-Nisrani għandu jitlob kuljum bit-talba tal-Missierna kif

għallimna l-Mulej. Il-versjoni tagħha tinsab fl-ewwel kapitlu ta’ dan il-

ktieb. Ninnutaw id-Diversità, anki kif komunitajiet diversi waslet

għandhom b’mod orali l-istess talba tal-Missierna. Minkejja li l-ħsieb

bażiku tat-tliet versjonijiet tal-Missierna huwa wieħed, imma kull

tradizzjoni għandha il-partikularità tagħha. It-tliet tradizzjonijiet

għandhom il-perspettiva tal-parusia, tat-tieni miġja, imma l-aktar li

tispikka hija fit-tradizzjoni tad-Didakè.

It-tradizzjoni ta’ San Luqa, kapitlu 11, insibuha bħala tweġiba tal-Mulej

għat-talba tad-dixxipli biex jgħallimhom jitolbu. Hija t-talba fejn l-iben

qed jitkellem ma’ Alla Missieru b’mod l-aktar personali. Fil-fatt

tindirizza lil Alla fis-singular bħala ‘Missier.’ Mhux qiegħed fis-

smewwiet, imma hawn ħdejja jiena u nitkellem miegħu.

Page 41: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

41

Fil-vanġelu ta’ San Mattew insibuha bħala talba komunitarja u

għalhekk ‘Missierna’ u mhux ‘Missier.’ San Mattew iwasslilna din it-

talba meta kien qiegħed jitkellem dwar it-talb bħala wieħed mill-pilastri

tal-ħajja spiritwali, flimkien mas-sawm u l-għatja tal-Karità.

Id-Didakè jitkellem ukoll dwar ċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ta’ darba

fil-ġimgħa. Tagħtina informazzjoni dwar il-Profeti iterinarji li jiġu

deskritti bħala barka u periklu fl-istess ħin. Jidher li bħal ħafna affarijiet

oħra, dwar dawn il-profeti, fl-ewwel komunitajiet, kien hemm

kontroversja sħiħa. Pereżempju l-letterattura tad-dixxiplu l-maħbub,

vanġelu u ittri, ma jirreferu qatt għal dan il-ministeru tal-profeti. Anzi

jirreferu u jitkellmu biss minn profeti foloz. Dwar l-Ewkaristija se

nitkellmu aktar fit-tul ’il quddiem.

Id-Didakè jitkellem dwar il-ftehim li għandu jkun hemm fil-Ħidma

Manwali, u kif għandu jsir il-Qsim tal-Ġid fil-komunità. Tispjega kif

għandha ssir l-Istqarrija tad-Difetti fil-komunità u l-Korrezzjoni ta’

min naqas. Tispjega dwar kif il-komunità għandha tara li l-opri tajba

jsiru dejjem b’Intenzjoni Retta. Turi ċar kif il-komunità tas-Saltna

tgħix il-ħajja tagħha fuq din l-art fit-Tama sħiħa fit-Tieni Miġja li Ġesù

kien tkellem dwarha mal-appostli sajjieda tal-Galileja.

Page 42: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

42

Ħsibt li nagħti ftit informazzjoni ġenerali dwar id-Didakè, għax forsi

mhumiex ftit dawk li qed taqraw dan il-ktieb li m’intomx informati

dwar il-kontenut ta’ dan il-ktieb importanti. Hija ħaġa tajba ħafna li

mill-interess u l-imħabba tagħkom għall-fidi, taqraw dan id-dokument li

biex taqrah ma joħodlokx aktar minn sagħtejn. Imma peress li s-suġġett

li qegħdin niddiskutu f’dan il-ktieb huwa l-Ewkaristija, ħsibt li

nikkummenta bi ftit aktar dettall, il-kapitli tad-Didakè li jitkellmu dwar

l-Ewkaristija. Dawn huma kapitli disgħa sa tnax.

9:1Tħeġġeġ lill-Insara biex fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika joffru r-

ringrazzjament (eukariston) tagħhom lil Alla f’dan il-mod. L-ewwel nett

tingħata t-talba fil-barka tal-Kalċi b’dan il-kliem: 9:2’Missier tagħna,

aħna nirringrazzjawk għall-inbid qaddis tal-qaddej tiegħek David, li inti

rrivelajtilna permezz tal-qaddej tiegħek Ġesù. Lilek il-glorja għal

dejjem.’ Wara tagħtina t-talba li għandha tingħad, 9:3rigward il-biċċa

(tal-Ħobż) maqsum: ‘Missier tagħna, aħna nirringrazzjawk għall-Ħajja

u l-Għerf li Int irrivelajtilna permezz tal-qaddej tiegħek Ġesù. Lilek

glorja għal dejjem. 9:4Kif il-biċċiet tal-ħobż maqsum kienu mxerrda fuq

il-għoljiet (bħala qamħ) u reġgħu ġew miġbura flimkien biex saru

waħda (Ħobża), bl-istess mod, jalla l-knisja tiegħek tkun miġbura

flimkien minn truf l-art kollha fis-saltna tiegħek, għax tiegħek hi l-

glorja u l-qawwa f’Ġesù Kristu għal dejjem.’

Page 43: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

43

Infakkar li dan huwa s-sinifikat ta’ dik il-biċċa ostja ċkejkna li s-

saċerdot jitfa’ fil-kalċi meta jaqsam l-ostja. Sinifikat li dak li qed

niċċelebraw aħna, jingħaqad ma’ ħutna kollha li jagħmlu ċ-

ċelebrazzjoni Ewkaristika fid-dinja kollha. Dejjem bit-tama li għad

irridu ninġabru flimkien fl-ikla tas-saltna ta’ Alla. Tajjeb li f’dawn it-

talbiet tal-barkiet tad-Didakè, ninnutaw li:

i. Fl-ewwel Insara kien qawwi ħafna l-element ta’ ringrazzjament

lil Alla l-Missier, kif wara kollox tfisser il-kelma Ewkaristija. Fil-

quddiesa, aħna żammejna ħajja din it-talba ta’ ringrazzjament fit-talba

tal-Prefazju li tingħad qabel il-konsagrazzjoni. It-talba li tispiċċa bil-

kongregazzjoni kollha flimkien fi Spirtu wieħed tfaħħar lil Alla l-

Missier bl-innu profetiku, ‘Qaddis, Qaddis, Qaddis.’

ii. L-ewwel barka kienet tingħad fuq il-Kalċi u mhux fuq il-ħobż.

Din tidher li hija prattika differenti mit-tradizzjonijiet ta’ San Pawl u

tal-komunitajiet tal-erba’ evanġelisti. Probabbilment, peress li kienet

tradizzjoni tal-Lhud Insara, kienet aktar influwenzata mill-ikla tas-Seder,

l-ikla tal-Għid Lhudija. F’din l-ikla, l-ewwel barka kienet tintalab fuq it-

tazza tal-inbid imbagħad kienet issir il-barka fuq il-mażżot, il-ħobż

ażżmu.

iii. Il-barka tal-inbid tinvoka d-dielja ta’ David li tfisser l-għażla ta’

dik il-familja mill-poplu Lhudi li minnha kien imwiegħed li se joħroġ

il-Messija. Dik id-dielja ta’ David li Ġesù jirreferi għalih innifsu meta

jgħid li hu d-dielja l-vera, Ġw 15. Ix-xarba tal-inbid mill-kalċi mbierek

Page 44: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

44

kienet tagħti l-possibiltà lill-pagani konvertiti u l-imgħammda kollha, li

jiddikjaraw b’mod l-aktar solenni s-sejħa divina tagħhom li biha daħlu

jaqsmu l-wegħdiet kollha li Alla għamel lill-poplu ta’ Israel fil-mixja

tiegħu li twasslu f’Ġerusalemm tas-sema. Israel kien muri t-triq tal-

Ħajja u tal-Għerf ta’ Alla bil-Liġi u kienu mitmugħa l-manna minn

Mosè. Il-ġentili li sabu t-triq tal-fidi, bħal kull Nisrani ieħor, raw l-

Għerf ta’ Alla, mhux fil-Liġi imma fil-Mulej Ġesù li sar il-ħobż li niżel

mis-sema għax hu l-Għerf tal-Missier li tana l-ħajja tal-Missier.

Għalhekk dan il-Patt huwa l-Patt il-Ġdid li jissupera kull wieħed ieħor li

kien sar qabel.

iv. Id-Didakè jitkellem dwar il-biċċiet tal-ħobż (pieces), bħat-

tradizzjoni tas-Sinottiċi u mhux minn loqom (fragments), kif jitkellem

Ġwanni. Dwar it-tifsira ta’ din id-diversità nitkellmu fil-kapitlu li

jsegwi.

v. L-element Ewkaristiku l-aktar qawwi fid-Didakè, mhuwiex dak

tal-Passat jew Preżent imma dak tal-Futur. Diġà fl-Antik Testment, l-

ikla tal-Mulej kienet dejjem marbuta mar-rebħa eskatoloġika, iġifieri r-

rebħa aħħarija tas-saltna ta’ Alla. Isaija 25:6-10a, jitkellem minn ikla

fuq il-muntanja f’ikel fin għall-popli kollha. L-iskop ewlieni tal-

Ewkaristija hu li niċċelebraw dak li se niksbu fiż-żgur. Il-knisja li

madwar id-dinja kollha tiċċelebra l-Ewkaristija qed tantiċipa l-mument

fejn il-knisja se tinġabar minn kull rokna tad-dinja fis-saltna tal-Missier.

Kif diġà kkummentajna, l-istennija tat-tieni miġja tal-Mulej b’mod

Page 45: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

45

immanenti kien element preżenti b’mod qawwi ħafna. Iċ-ċelebrazzjoni

Ewkaristika tad-Didakè tħares ħafna ’l quddiem. Dawk li ħajjithom hija

mantnuta mill-bċejjeċ tal-ħobż imbierka, fl-aħħar ġabra mill-anġli, se

jingħaqdu flimkien bħala familja waħda fis-saltna tal-Mulej. Dan se

jseħħ bl-istess mod li l-qamħ, li kien imxerred fl-għelieqi, jiġi miġbur,

magħġun, format u msajjar f’ħobża waħda. Il-partiċipazzjoni fl-ikel ta’

dan il-ħobż tagħti garanzija li l-Missier, f’jum li jaf hu biss, se jiġbor lil

kulħadd mill-erba’ trufijiet tal-art fis-saltna tiegħu. Dan il-ħsieb insibuh

b’mod qawwi wkoll fil-vanġelu ta’ Ġwanni li jitkellem mill-ħobż tal-

ħajja ta’ dejjem u tal-ħajja eterna. Dwar dan se nitkellmu fit-tul fil-

kapitlu ta’ wara. Għalhekk dawk li jieklu l-ikla Ewkaristika, minn issa,

ikunu flimkien qegħdin itegħmu l-futur tal-wegħda kollettiva li tfisser l-

espressjoni ‘ħobża waħda’. F’dan id-dawl, nistgħu nifhmu aħjar dak li

kien qiegħed jifhem San Pawl bl-espressjonijiet ‘Ħobża waħda,’ u ‘jekk

il-ħobża hija waħda,’ meta kien qiegħed jitkellem mill-ikla Ewkaristika

fil-komunità tal-Korintin.

Wara l-barkiet, fl-istess kapitlu tkompli l-istruzzjoni lill-komunità dwar

iċ-ċelebrazzjoni nnifsiha tal-Ewkaristija. Id-Didakè jinsisti li 9:5ħadd

ħlief min hu mgħammed f’isem il-Mulej Ġesù ma jista’ jieħu sehem fl-

ikla tal-Ewkaristija. Hawnhekk id-Didakè jsostni dan it-tagħlim meta

tikkwota dak li jidher ipsissima verba ta’ Ġesù, iġifieri kliem l-

Imgħallem Ġesù stess: ‘tagħtux lil klieb dak li hu qaddis.’ L-Ewkaristija

Page 46: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

46

kellha tiġi ċċelebrata u maqsuma minn dawk imgħammdin biss. Dawk

li libsu l-libsa tat-tieġ. Dawk li għax kienu jemmnu ġew abbandunati

mill-familja tagħhom. Dawk li jkunu ħallew lil missierhom u ’l

ommhom biex jingħaqdu mal-komunità. Huma dawn li kienu msejħa

biex jieklu flimkien mal-familja ġdida tagħhom. Din il-familja ġdida li

magħha jistgħu jaqsmu kollox mingħajr pika u għira imma fl-imħabba.

L-azzjoni ta’ din l-ikla flimkien kienet influwenza u tagħti direzzjoni

lill-ħajja tagħhom kollha li qed jgħixu fit-Triq li se twassal fis-saltna

tal-Missier fis-sema.

Il-vanġelu ta’ San Mark jista’ jgħinna nifhmu dan il-kliem ta’ Ġesù

kkwotat mid-Didakè. Niltaqgħu ma’ dan il-kliem fil-konfront ta’ Ġesù

mal-mara Kangħanija, 7:26mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu

lill-ġriewi. L-istess kliem insibuh ikkuppjat eżatt f’San Mattew 15:26.

Ilkoll nafu r-risposta tal-mara għal dan id-diskors, Mt:15:28"Hekk hu,

Mulej, iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa' minn fuq il-mejda ta'

sidienhom. Ninnutaw li l-mara titkellem mill-frak, bċejjeċ, loqom.

Konnatazzjoni Ewkaristika. L-espressjoni li kienu jużaw il-pagani li

kienu qed jemmnu f’Ġesù. Fil-fatt l-istorja tal-mara Kangħanija tkompli

li Ġesù mhux biss temagħha l-ħobż tal-ulied u għamilha parteċipi mill-

mejda tal-ulied, imma faħħarha għall-fidi kbira tagħha li kienet tisboq

dik tal-ulied kollha. 28Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: "Mara, il-fidi

Page 47: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

47

tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq." U minn dak il-ħin stess bintha

fieqet.

Il-prattika tad-Didakè probabbilment kienet li l-ikla ssir immedjatament

wara l-barka fuq l-inbid u bċejjeċ tal-ħobża bla ħmira. Jidher li din

kienet prassi differenti mill-komunitajiet ta’ San Pawl, almenu

f’Korintu. Jidher ċar li dawn il-komunitajiet l-ewwel kienu jagħmlu l-

ikla, kulħadd fil-grupp tiegħu, imbagħad wara jinġabru flimkien għall-

Barka fuq il-Kalċi u l-Ħobż. Wara li jiġu żbarazzati d-dixxijiet u l-

imwejjed tal-ikla, f’kapitlu 10 id-Didakè tkompli tagħti struzzjonijiet

anki dwar it-talb ta’ ringrazzjament (ewkariston) wara li kienu jimtlew

bl-ikla tal-Mulej. Dan huwa t-talb li aħna llum insejħulu ‘it-Talba

Ewkaristika. Talba, li kif tagħtihielna d-Didakè, għandha

konnotazzjonijiet kbar eskatoloġiċi. 10:2Fl-Ewkaristija nipproklamaw ‘l-

Isem Qaddis’ tal-‘Missier Qaddis’ li jsir ‘Tabernaklu’ fil-qalb tagħna.

Il-kelma ‘Tabernaklu’ tfisser il-post fejn kienu jemmnu li Alla huwa

fiżikament u rejalment preżenti fost il-poplu. Permezz tal-Ewkaristija,

din il-preżenza ma ssirx biss fost il-poplu imma fil-qalb ta’ kull wieħed.

Nagħmlu t-tifħir lill-Missier ‘għall-Għerf tal-Fidi u tal-Immortalità’ li

kienu rrevelati lilna fi Kristu Ġesù. Għal dan ilkoll nipproklamaw,

‘Missier lilek tifħir u glorja.’ Wara jiġu mxandra t-temi tal-Kreazzjoni u

tar-Redenzjoni. 10:3Ringrazzjament lill-Missier li ħalaq kollox għall-

Page 48: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

48

glorja ta’ ismu. Hu ta l-ikel u x-xorb lill-bnedmin inġenerali biex ikunu

jistgħu jgawduhom u jfaħħru lil Alla. Imma lilna tajtna xorb u ikel tal-

Ispirtu permezz ta’ Kristu Ġesù għall-ħajja ta’ dejjem. Għalhekk 10:4il-

Mulej jiġi mbierek għal dak li hu fih innifsu. Imbagħad il-Mulej jiġi

mitlub biex iħares lill-Knisja tiegħu billi 10:5jeħlisha minn kull deni,

jipperfezzjonaha fl-imħabba tiegħu, jiġborha flimkien mill-erba’ rjiħat,

iqaddisha u jwassalha fis-saltna tiegħu li pprepara għaliha, ‘għax

tiegħek il-qawwa u l-glorja għal dejjem.’

Kemm hi sabiħa din it-talba għall-Knisja li l-Mulej sejħilna biex inkunu

parti minnha. Kemm hu importanti li nitolbu għal din il-familja tagħna

biex il-Mulej iżommha magħquda flimkien, jipproteġiha u jsalvaha. L-

aħħar vers ta’ din it-talba Ewkaristika (ta’ Tifħir) tad-Didakè huwa innu

li jesprimi x-xewqa li 10:6ail-grazzja tas-saltna tfittex tiġi ħalli din id-

dinja tgħaddi u tispiċċa. 6bTitkanta Hosanna lil Alla ta’ David. 6cIsejjaħ

lil dawk kollha li huma qaddisa biex jersqu u jiġu jingħaqdu magħna

filwaqt li dawk li mhumiex magħna nitolbu għall-konversjoni tagħhom

biex ikunu jistgħu jaqsmu dan l-ikel magħna. Dan l-innu jispiċċa bl-

istess sejħa tal-ktieb tal-Apokalissi, 6dEjja Mulej. Maran atha, Amen.

Id-Didakè irid jgħidilna, li kif il-messaġġ tiegħu jkompli l-messaġġ ta’

Ġesù ta’ Nażaret, hekk ukoll il-partiċipazzjoni tal-mejda Ewkaristika

tipperpetwa, tagħmel dejjiema, l-antiċipazzjoni tas-saltna tal-Mulej

Page 49: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

49

Ġesù. Fl-Ewkaristija ntiegħmu issa dak li se niksbu fil-futur. Mantnuti

bl-Ewkaristija, dawk li jaqsmu flimkien it-Triq tal-Ħajja tal-Missier,

ikunu msaħħa biex jgħixu fil-ħajja soċjali tad-dinja li qed jgħixu fiha

imma mhumiex tagħha. Kuljum huma jaħsbu u jgħixu f’antiċipazzjoni

tad-dinja li għad trid tiġi. Kif il-Ħobża hija waħda u l-Kalċi huwa

wieħed, taħt id-direzzjoni ta’ Missier wieħed ta’ kulħadd, l-aħwa lkoll

flimkien jaqsmu bejniethom, Ġidhom, il-Triq ta’ Ħajjithom u l-

Ispirazzjonijiet tagħhom.

Ma ninsewx li ħafna minn dawn l-aħwa kienu qed jgħixu persekuzzjoni

minn ħbiebhom, mill-familjari jew saħansitra mill-awtoritajiet.

Għalhekk diżappuntati mill-preżent, kienu jħarsu ’l quddiem u jittamaw

li fil-ġejjieni l-Mulej Alla jonora l-wegħdiet tiegħu. Hekk ikunu kisbu l-

ispirazzjonijiet kollha tagħhom u jseħħ il-ħolm kollu tagħhom, dak li

jkun hemm dinja fejn ma jkunx hemm aktar baħar, Apok 21:1.

Dan il-kapitlu jispiċċa billi jinsisti li ħadd ma jista’ jwaqqaf lill-profeti

milli jiċċelebraw l-Ewkaristija. 10:7Il-profeti għandhom jitħallew

jiċċelebraw l-Ewkaristija kemm jixtiequ. Il-ktieb tad-Didakè kien

iffurmat minn tradizzjonijiet ta’ komunitajiet Insara li fihom l-ministeru

tal-profeti ma kienx xi memorja tal-imgħoddi, bħalma fil-każ tal-

vanġelu ta’ Ġwanni. Imma jidher ċar li l-profeti kienu għadhom igawdu

stima minkejja li kien hemm ukoll ċertu arja ta’ suspett fuqhom. Il-

Page 50: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

50

profeti ma kinux il-mexxejja tal-komunità u għalhekk ma kellhom l-

ebda parti fil-preparazzjoni tal-kandidati għall-magħmudija u l-

Ewkaristija jew fil-korrezzjoni li kienet tingħata lill-membri tal-

komunità.

Imma saż-żmien id-Didakè, kienu jeżistu dawn il-Profeti itineranti li

kienu jżuru l-komunitajiet biex iħeġġuhom fil-fidi tagħhom u

jippresiedu l-Ewkaristija. Hawnhekk qed nitkellmu minn żmien, meta l-

komunità Nisranija kellha ħafna anqas organizzazzjoni u struttura. Għax

minkejja li l-knisja mhix istituzzjoni, imma bl-ebda mod ma tista’

teżisti mingħajr struttura.

Fid-Didakè, l-ewwel darba li jissemmew dawn il-profeti huwa

b’konnessjoni maċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, fejn jingħad li

għandhom jitħallew jiċċelebraw dan is-sagrament kemm iridu.

Probabbilment kienet possibbli li profeta jkun preżenti għaċ-

ċelebrazzjoni imma ma jippresidix hu jew hi, għax iħossuhom nieqsa

mill-ispirazzjoni tal-Ispirtu. Meta l-Ispirtu jkun attiv fil-profeti, dawn

għandhom jitħallew jippresiedu kemm iridu. ‘Kemm iridu’ ma tfissirx

biss ‘kemm -il darba jridu’, imma tirreferi wkoll għat-tul taż-żmien.

Pereżempju fid-dokument Martyrium Polycarpi tat-tieni seklu, naqraw

li San Polikarpu ta’ Smirna, dixxiplu ta’ San Pietru, qam u beda jitlob.

Page 51: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

51

Tant kien mimli bil-grazzja ta’ Alla, li ma setax jieqaf għal sagħtejn

sħaħ.

Dan it-talb mimli Spirtu kien jinżel tajjeb ħafna mal-komunità Nisranija

anki jekk fit-tul. It-talb tal-profeti kien iqajjem ħafna entużjażmu

f’dawk preżenti flimkien ma’ ħafna sensazzjonijiet ta’ biki, għajjat u

ferħ li San Pawl jirreferi għalihom kemm-il darba fl-ittri tiegħu.

Esperjenza li l-Knisja Kattolika qiegħda terġa’ tesperjenzaha fil-

movimenti Pentakostali fi ħdanha. Dawn il-movimenti kienu ta’

importanza massima u strumentali ħafna fil-laqgħa li l-Papa Benedittu

XVI kellu ftit ilu maż-żgħażagħ fi Spanja. Kienu dawn iż-żgħażagħ, l-

aktar Franċiżi, li mlew bl-Ispirtu t-talb li ż-żgħażagħ kienu jiltaqgħu

biex jagħmlu flimkien. Kienu dawn l-istess żgħażagħ li evanġelizzaw il-

postijiet fejn kienu jkunu preżenti. Ma’ gruppi u żgħażagħ mimlijin

b’dan l-Ispirtu, jiena għandi esperjenza ta’ ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi

li ħadu sigħat.

Il-profeti kienu jitħallew jippresiedu, għax taħt it-tmexxija tagħhom iċ-

ċelebrazzjoni Ewkaristika kienet tieħu dimensjoni oħra. Iċ-ċelebrazzjoni

ma kenitx tispiċċa xi rit mejjet u boring. Imma kienet tkun

ċelebrazzjoni ħajja u sabiħa kif l-istess isem ‘ċelebrazzjoni’ jixher li

għandha tkun. Immaġina f’dan l-Ispirtu, x’ambjent sabiħ kien jinħoloq

meta l-komunità kienet tikkonferma t-talb tal-profeti bl-

Page 52: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

52

akklamazzjonijiet personali tal-membri preżenti. Jew b’liema ħajja

kienu jitkantaw dawk l-innijiet li tkellimna dwarhom f’dan il-kapitlu.

Kapitlu ħdax jitkellem dwar dawn il-profeti b’mod aktar kawt. Il-

kittieb tad-Didakè ma kienx komdu b’dawn il-profeti itineranti. Fil-fatt

jgħid li l-komunitajiet ħafna drabi aktar isofru mill-abbużi tagħhom

milli jiggwadanjaw mill-ġenwinità tagħhom. Dawn il-profeti jridu

jintgħarfu mill-frott tagħhom. Jintgħarfu mill-istil tal-ħajja tagħhom. Il-

ħajja li jgħixu l-profeti trid tħalli impatt fuq il-membri tal-komunità

qabel ma jħalli impatt it-talb tagħhom. Id-Didakè jiddikjara li dawn il-

profeti, kemm irġiel u kemm nisa, għandhom ikunu ta’ eżempju tajjeb.

Il-membri tal-komunità, li jkunu ħallew lil missierhom u lil ommhom

biex jingħaqdu mal-familja Nisranija, għandhom jaraw f’dawn il-profeti

‘missirijiet’ u ‘ommijiet’ li huma verament qaddejja magħżula tal-Mulej.

Il-profeti huma msejħa mill-Mulej biex jimlew lill-membri tal-komunità

bil-kuraġġ billi jifakkru fil-wegħdiet li hemm lesti għalihom. Fl-ikla

Ewkaristika, il-Mulej jestendi u jwassal permezz tagħhom, il-Kalċi tal-

Għażla u l-Ħobż tal-Ħajja.

Id-Didakè tissuġerixxi punti ċari ta’ kif jingħaraf profeta vera minn

wieħed falz. Il-veru jitfaċċa quddiem il-komunità idu f’idu, mingħajr

ħorġa, flus jew ħwejjeġ, Mk 6:8. Dawk il-profeti li jiġu kif xtaqhom il-

Mulej, 11:4għandhom jiġi milqugħa bħal Mulej. 11:5Jekk il-profeta idum

Page 53: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

53

aktar minn tlitt ijiem fil-komunità, 11:6jew jitolbu xi flus għas-servizz

tagħhom, allura dawn huma profeti foloz. Imma meta l-profeti jkunu

qed jitkellmu jew jitolbu fl-Ispirtu, 11:7il-kariżma tagħhom m’għandha

qatt tiġi ddubitata. 11:8Il-profeti, nisa u rġiel, għandhom jintgħarfu jekk

hux vera jew le, jekk joqogħdux għall-abitudni li tkun ġiet definita mill-

komunità bħala l-mod ta’ ħajja tagħha. Ġew biex jagħtu servizz jew

biex jimponu? Jekk biex jagħtu servizz joqogħdu għal dak li jsibu fil-

komunità, għax huma la huma mexxejja u lanqas appostli. Jekk jibdew

jikkritikaw jew jikkundannaw, allura jkunu qarrieqa.

Id-Didakè tkompli tinsisti għal diversi drabi, li l-profeti ma 11:9jistgħux

jiġu mċaħħda milli jippresiedu fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Imma

l-profeta 11:10għandu jgħix dak li jipprietka inkella huwa profeta falz. 11:11Il-profeta għandu s-setgħa jitkellem dwar dak li l-Mulej lesta

għalina fil-futur, imma ma jistax jgħallem jew iħeġġeġ membri mill-

komunità biex ikunu profeti. Probabbilment l-insistenza li l-profeti

għandhom jitħallew jippresiedu l-Ewkaristija, turina kemm iċ-

Ċelebrazzjoni Ewkaristika hija marbuta mal-element tal-futur.

Fil-kapitli tnax u tlettax, id-Didakè turi x-xewqa li kull komunità

jkollha l-Kleru stabbli tagħha. Hija għal din ir-raġuni li hemm min

isostni li din il-ġabra tad-Didakè saret fi żmien ir-raba’ vanġelu (95-100)

u mhux fi żmien is-Sinottiċi. Jidher li dan kien iż-żmien meta l-

Page 54: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

54

ministeru tal-presbiterat kien qiegħed jiġi stabbilit f’kull komunità. Dan

biex ikunu jafu min huma dawk li qed jiċċelebraw is-sagramenti u

jkollhom ċertu stabbiltà.

Dan jagħtina indikazzjoni li fl-ewwel żminijiet tal-Kristjaneżmu, il-

ministeru ma kienx strutturat u organizzat bħalma kien fl-aħħar tal-

ewwel seklu u fil-bidu tat-tieni seklu. Pereżempju San Injazju ta’

Antijokja, fil-bidu tat-tieni seklu, jisħaq li fil-komunitajiet tiegħu, ħadd

ma jista’ jiċċelebra l-Ewkaristija jekk mhux l-isqof jew il-presbiteri

approvati u mibgħuta minnu. Din id-dikjarazzjoni turina li l-knisja

kienet diġà mxiet u żviluppat minn żmien fejn ma kien hemm l-ebda

struttura għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, għal waħda fejn bdiet

dieħla l-istruttura u r-regola. Moviment ta’ żvilupp li narawh fl-ittri

pastorali li jġibu l-isem ta’ San Pawl. Ma niltaqgħu mal-ebda kunċett ta’

episkopio u presbiterio fis-sitt ittri miktuba personalment minn San

Pawl. Ovvjament għax dan l-iżvilupp kien għadu ma seħħx.

Dan l-iżvilupp niltaqgħu miegħu wkoll fil-letteratura ta’ San Ġwann.

Fit-tieni ittra, l-awtur jiddikjara li fil-komunità ma għandux ikun hemm

mexxejja umani għax il-mexxej tal-komunità huwa l-Paraklitos. Imma

fit-tielet ittra jitkellem mill-mexxejja umani tal-komunità. L-istess

żvilupp iseħħ fil-vanġelu. Il-vanġelu għandu konklużjoni f’kapitlu

għoxrin, fejn probabbilment kien jispiċċa l-vanġelu oriġinali. Imma

Page 55: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

55

wara din il-konklużjoni, għandha ż-żjieda ta’ kapitlu wieħed u għoxrin,

minn editur, probabbilment fil-ġenerazzjoni ta’ wara l-evanġelista. Fl-

ewwel għoxrin kapitlu ma għandha qatt imsemmija l-kelma ‘appostlu’

jew il-kelma ‘tmexxija.’ Jissemmew darba biss ‘it-Tnax’ f’kapitlu sitta

li se nikkummentaw fit-tul dwaru fil-kapitlu li jsegwi. L-importanti għal

Ġwanni kien li tkun dixxiplu. Li tiltaqa’ personalment ma’ Ġesù,

temmen fih, u tieħu l-ħajja minnu bħal fergħa mid-dielja.

Imma fiż-żjieda tal-aħħar kapitlu, l-editur jippreżentalna lil Pietru, l-

ewwel flimkien ma’ sitt dixxipli oħra, bħala sajjied jitfa’ x-xibka n-

naħa tal-lemin. Imma mbagħad, jippreżenta lil Pietru bħala ragħaj li

jiġi mogħti l-missjoni li jirgħa n-nagħaġ u l-ħrief ta’ Ġesù. Imma l-

evanġelista jinsisti li r-ragħaj uman jrid jiftakar, li n-nagħaġ u l-ħrief li

jirgħa mhumiex tiegħu imma tal-Mulej. Ifakkar lil Pietru, u lil kull

mexxej fil-komunità, li hu nnifsu huwa nagħġa li jrid jimxi wara r-

Ragħaj il-Veru u Waħdieni li hu Ġesù. Biex tkun ragħaj tajjeb l-ewwel

trid tkun nagħġa tajba, tisma’ u timxi wara r-Ragħaj. Għalhekk l-aħħar

kliem ta’ Ġesù lil Pietru huwa, ‘Ejja warajja.’

Naħseb li dan li għidna dwar id-Didakè, jgħinna nagħrfu, li s-

sagramenti tant huma importanti fil-ħajja tagħna, li ma nistgħux

naffordjaw li ma niċċelebrawhomx sewwa. Għalhekk kien l-istint tal-

knisja sa mill-bidu, li jkollha mexxejja regolari f’kull komunità biex

Page 56: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

56

jippresiedu ċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti. Dan jagħti stabbilità lill-

komunità Nisranija. Stabbilità li jkollha il-ministri tagħhom u l-mod kif

għandhom jiġu ċċelebrati s-sagramenti.

Din kienet waħda mid-diffikultajiet li kienu joħolqu l-profeti itineranti.

Jekk mhux parti stabbli mill-komunità, il-membri qatt ma jistgħu jkunu

fiż-żgur jekk dawn iċ-ċelebranti humiex veri jew foloz. Huwa perikoluż

wisq li tħalli ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija f’din l-inċertezza. Jidher li

għar-raġunijiet li d-Didakè tkellimna dwarhom bl-aktar mod ċar, il-

ministeru ta’ dawn il-profeti, għeb matul it-tieni seklu. Imma ċ-

Ċelebrazzjoni Ewkaristika baqgħet iċ-ċentru ta’ kull komunità Nisranija.

Għax din iċ-Ċelebrazzjoni baqgħet ħajja, baqgħet tiżviluppa kif se

naraw fil-kapitlu li ġej meta se niltaqgħu mal-komunità tad-Dixxiplu l-

Maħbub.

Page 57: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

57

Kapitlu 4.

L-Ikla Ewkaristika fi Ġwanni

A: Is-Sinjal tat-tkattir tal-ħobż: Kapitlu sitta tal-vanġelu ta’ San Ġwann huwa wieħed mill-ftit passaġġi

li nistgħu nipparagunaw mas-Sinottiċi. Dan għaliex il-miraklu tal-

multiplikazzjoni tal-ħobż huwa rakkont li nsibuh preżenti fl-erba’

vanġeli (Mt 14:13-21, Mk 6:30-44, Lq 9:10-17). Hemm differenza

fundamentali bejn is-Sinottiċi u Ġwanni. Filwaqt li s-Sinottiċi jagħtuna

r-rakkont tal-miraklu u jibqgħu għaddejjin għal rakkont ieħor, Ġwanni

jgħidilna x’ġara wara. Hekk jagħti ċans lil Ġesù jagħmel il-katekeżi

tiegħu dwar is-sinjal li jkun għamel. L-evanġelista jagħti l-okkażjoni lil

Ġesù jurina dak li aħna ma nistgħux naraw bl-għajnejn tal-laħam.

Ġwanni jagħtina dan it-tagħlim ta’ Ġesù bħal spjegazzjoni għal kull

sinjal. F’din l-ispjegazzjoni, iwasslilna minn fomm Ġesù nnifsu, it-tema

sagramentali li kienet tgħix il-komunità tiegħu. Għall-komunità tad-

dixxiplu l-maħbub, dak li għamel Ġesù meta kien jgħix magħna waqt il-

ministeru, għadu jagħmlu b’mod sagramentali fil-Knisja tiegħu llum.

Fi Ġwanni nsibu miktuba dik it-tradizzjoni tat-tkattir tal-ħobż bil-mitejn

dinar, ħamest elef raġel u tnax-il qoffa. Ġwanni jagħtina differenzi

żgħar mir-rakkonti tas-Sinottiċi. Imma minkejja li huma żgħar huma

sinifikattivi u importanti ħafna. Tajjeb infakkru li fis-Sinottiċi nsibu

Page 58: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

58

żewġ rakkonti tal-multiplikazzjoni tal-ħobż li jvarjaw anki fin-numri,

kemm tal-folla u kemm tal-qfief li nġabru mill-fdal. Tradizzjoni bi tnax-

il qoffa u oħra b’sebat iqfief. Hemm xi studjużi li jaħsbu li dawn jistgħu

jkunu żewġ tradizzjonijiet tal-istess ġrajja li fit-tradizzjoni orali

żviluppaw f’żewġ rakkonti differenti.

Niftakru li meta l-appostli fehmu lil Ġesù ħażin biex joqogħdu attenti

mill-ħmira tal-Fariżej, Ġesù nnifsu jitkellem minn dawn iż-żewġ

mirakli; Mt:16:5Huma u jaqsmu għax-xatt l-ieħor id-dixxipli raw li ma

kinux ħadu ħobż magħhom. 6Ġesù qalilhom: "Iftħu għajnejkom u ilqgħu

ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej." 7Huma bdew jaħsbu u

jgħidu bejniethom: "Dan għax ma ġibniex ħobż." 8Iżda Ġesù induna u

qalilhom: "Ja nies ta' fidi żgħira, x'intom tgħidu bejnietkom fuq li ma

għandkomx ħobż? 9Għadkom ma ntbaħtux? Ma tiftakrux fil-ħames

ħobżiet għal ħamest elef ruħ u kemm qfief ġbartu? 10Anqas fis-seba'

ħobżiet għal erbat elef ruħ u kemm qfief ġbartu? 11Imma kif ma

ntbaħtux li jien mhux għall-ħobż għedtilkom? Mill-ħmira tal-Fariżej u

s-Sadduċej ilqgħu ruħkom?" 12Imbagħad fehmu li hu qalilhom biex

jilqgħu ruħhom mhux mill-ħmira tal-ħobż, imma mit-tagħlim tal-Fariżej

u s-Sadduċej. Anki fil-vanġeli Sinottiċi, Ġesù jgħaqqad il-kunċett tal-

ħobż mat-tagħlim tiegħu tal-Kelma ta’ Alla. Imma dwar dan nitkellem

aktar tard. L-importanti għalina għalissa li fil-vanġelu ta’ Ġwanni nsibu

rakkont wieħed biss.

Page 59: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

59

Ir-rakkont ta’ Ġwanni f’kapitlu sitta jibda billi joħodna għall-kapitlu ta’

qabel bil-kliem, 6:1Wara dan. Dan biex jorbot ir-raba’ sinjal tat-tkattir

tal-ħobż mas-sinjal tal-fejqan tal-magħtub f’Betesda. Sinjal li seħħ meta

Ġesù niżel Ġerusalemm għax 5:1il-Lhud kellhom festa. Festa li fil-

kapitlu ta’ wara jgħidilna, 6:4kien qrib il-Għid il-festa tal-Lhud. Ġesù

bħala r-Ragħaj it-Tajjeb li jfejjaq, jgħallem, u jitma, mar 5:2maġenb il-

menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm kien hemm bini b’ħames loġoġ, li

bil-Lhudi jgħidulu Betzata. Betzata, jew Betesda, kif insibuha f’xi

dokumenti, tfisser ‘Dar il-Ħniena.’

Wieħed marid kien ma’ ħafna morda oħra, taħt il-bini tal-Ħames Loġoġ,

bħalma ħamsa kienu l-ħobżiet tat-tkattir tal-ħobż. In-numru ħamsa fi

Ġwanni huwa dejjem riferenza għall-ħames kotba tal-Liġi. Anki l-

kelma ‘Pentatewku,’ kif kienu jirreferu għat-Torah il-Lhud Griegi barra

l-Palestina, tfisser ħames kotba. Għalhekk bħas-sinjal ta’ Betesda, l-

evenġelista wrina li mhux Mosè bil-liġi huwa dak li jsalva imma Ġesù.

Is-sinjal tal-ħobż se jurina li mhux Mosè ta lil-Lhud il-Ħobż mis-sema.

Imma Huwa l-Missier li ta l-ħobż mis-sema meta tana lil Ibnu Ġesù

għax Ġesù huwa dak li ġie mingħand il-Missier.

Il-Liġi ma tfejjaqx. Fil-ħames loġoġ tal-liġi kien hemm ħafna morda,

għomja, zopop, u mifluġin. Kollha, skont il-profeti, jistennew lill-

Messija biex jagħmel is-sinjali messjaniċi tiegħu. Meta d-dixxipli tal-

Page 60: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

60

Battista marru jistaqsu lil Ġesù biex jgħidilhom jekk kienx hu l-Messija,

jew kellhomx jistennew lil xi ħaddieħor, Ġesù weġibhom biex imorru

jgħidu lil Ġwanni dak li raw u semgħu; l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu,

il-morda jfiqu, Mt 11. Dak li għamel Ġesù kien is-sinjal li hu l-Messija,

kif iddikjarah Indri sa mill-ewwel kapitlu meta lil ħuh qallu, 1:41Sibna l-

Messija. U kif kien iddikjara Ġesù nnifsu lill-mara Samaritana, 4:25-26.

Habib jekk inti marid m’għandekx bżonn min jitfgħek fil-menqa. Din

hija tema sagramentali għax il-menqa hija riferenza ċara għall-banju tal-

battisteru fejn l-ilma jiċċaqlaq mhux minn xi anġlu imma mill-qawwa

tal-Ispirtu s-Santu. Dan huwa l-lingwaġġ u t-tifsira sagramentali li

jiddistingwi lir-raba’ evanġelista mis-Sinottiċi. Il-ħajja sagramentali li

fiha Ġesù għadu preżenti magħna u għadu jkompli l-ministeru ta’

salvazzjoni tiegħu. ‘Hawn Jien, Jien Hu l-ilma Ħaj,’ kien għadu kif

iddikjara lis-Samaritana f’kapitlu erbgħa. Jien l-ilma li mhux jaqta’ l-

għatx materjali imma li jagħti l-ħajja ta’ dejjem li dwarha kellem lin-

Nikodemu f’kapitlu tlieta. Min jiġi għandi noħroġ minnu għajn ta’ ilma

ħaj. Hawn jien, dak li kapaċi nagħtik ħajja ġdida mill-Ispirtu. Hawn jien

il-Messija, li l-qawwa tiegħi se tidher fil-fejqan tal-mard. Hekk inkun

irbaħt id-dnub. Importanti ħaġa waħda. Li int tkun trid tfiq. 5:8Qum,

aqbad friexek u imxi, qallu Ġesù. Dak qam u mexa. Din hi l-qawwa li

Ġesù għad għandu fil-komunità permezz tal-ħajja sagramentali tagħha.

Page 61: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

61

Għalhekk, bħal dejjem fi Ġwanni, il-fejqan materjali huwa biss sinjal

biex bil-qawwa tal-Ispirtu d-dixxiplu jkun jista’ jagħraf l-Għerf ta’ Alla.

Il-fejqan tal-ġisem kien sinjal għall-fejqan tal-Ispirtu. Ġesù ried jagħtih

fejqan aqwa. Ried jagħtih il-fejqan tal-Ispirtu li l-magħtub imfejjaq

irrifjuta li jikseb.

Ġesù reġa’ ħa l-inizjattiva. Sabu fit-tempju u wrieh lilu nnifsu min kien

biex hekk ikun jista’ jemmen fiH. Flok emmen li Ġesù huwa l-Mulej,

kif għamel l-imwieled għama, Ġw 9, il-magħtub mar għand il-Lhud

jirraporta li kien Ġesù dak ir-raġel li fejqu fil-jum tas-Sibt. Baqa’ raġel

u ma għamilx il-pass biex jagħrfu bħala l-Mulej. Immexxi mill-biża’ ma

setax jagħmel il-pass tal-fidi. Anzi mar jiġġakbinah. U dan il-

ġakbiniżmu, frott il-biża’, jagħtina l-akbar skontru bejn Ġesù u l-

istituzzjoni Ġudajka. Liema skontru kien fir-realtà l-esperjenza konkreta

tal-komunità Nisranija ta’ żmien l-awtur mal-Ġudaiżmu ta’ żmienu.

Konfront li fih Ġesù jiddikjara li ma kienx se jaqa’ għall-biża’ u jispiċċa

jagħmel li jgħidulu huma. Ġesù għarrafna li jipprova jbeżżgħek min

jibża’ minnek. Imma ddikjara li kien se jagħmel biss dak li jridu

jagħmel il-Missier. U dan għax Hu kien il-mibgħut tal-Missier li ġie

f’daru imma niesu ma laqgħuhx. Għax Hu kien il-preżenza tal-Imħabba

tal-Missier fid-dinja, 3:16għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lill-Ibnu l-

Waħdieni, 3:17biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.

Page 62: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

62

Kien għalhekk li f’dan il-konfront Ġesù skandalizzahom; meta għallem

li s-Sibt huwa għall-bniedem u mhux il-bniedem għas-Sibt; meta

qalilhom li Hu jagħmel biss dak li jara lill-Missier jagħmel; li Hu jkun

biss dak li jridu jkun il-Missier. Li għalhekk ġie fid-dinja biex jurina

min hu l-Missier billi jagħmel l-opri tal-Missier biex hekk ikun jista’

jiddikjara, 15:9kif ħabbni l-Missier, hekk ħabbejtkom jien. Jekk il-Missier

kull nhar ta’ Sibt jaħdem għall-ġid tal-umanità; trabi jibqgħu jitwieldu,

ħaxix u frott jikber, xemx titla’ u xita tinżel, u kull ħaġa oħra, mela

Ġesù jrid jibqa’ jaħdem kull nhar ta’ Sibt. Għax Ġesù jrid jagħmel dak

li jara lill-Missier jagħmel u mhux dak li jara lill-Fariżej jagħmlu. L-

Iben ma jista’ jagħmel xejn minn rajh imma jagħmel biss dak li jara lill-

Missier jagħmel.

Il-Fariżej ma jarawx u ma jifhmux dak li jagħmel l-Iben, għax ma jafux

lill-Missier. Ma jafux la min hu l-Missier u lanqas l-Għerf tal-Missier.

Ma għarfux il-Missier kif jaħseb. Kieku għarfu lill-Missier kienu

jagħrfu lill-Iben ukoll, għax huwa l-Għerf tal-Missier. Huwa l-Missier li

qed jagħti xhieda fuq Ibnu permezz tas-sinjali li qed jagħmel. Sinjali li

flok qed iservukom biex taraw, qalilhom Ġesù, qed iservukom biex

tikkonfermaw id-dlam u l-ħażen tagħkom. Qed tkabbru l-mibegħda u l-

għira li joqtlu qalb il-bniedem. Għalhekk dak li se jikkundanna lil dan

Page 63: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

63

il-poplu mhux se jkun Ġesù imma Mosè li kiteb dwaru u pprepara

għalih.

B. Kapitlu Sitta:

Ġwanni jibda r-rakkont billi jgħidilna li, 1Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra

tal-baħar tal-Galilija, jew ta' Tiberija. Tajjeb infakkar fit-tielet dehra

ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu wara l-qawmien kienet max-xatt tal-baħar

ta’ Tiberija wkoll. Hemmhekk wara lejl sħiħ fejn ma qabdu xejn,

kellhom ix-xbieki għoddhom se jinqassmu meta wadbuhom in-naħa tal-

lemin tad-dgħajsa. Hemmhekk, Ġesù rxoxt għamel l-ikla Ewkaristika

mad-dixxipli tiegħu bil-ħobż u l-ħut u wara ta l-primat ta’ servizz lil

Xmun Pietru.

L-evanġelista jkompli jdaħħalna fix-xena meta jgħidilna li, 2Ħafna nies

marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda.

Kumment li bih irid jgħidilna li ma kinux jiġru warajh għax jemmnu fih.

Ma kinux jiġru warajh għal dak li kien, l-Iben il-waħdieni ta’ Alla li ġie

mingħand il-Missier. Imma kienu jiġru warajh biex jaraw l-għeġubijiet

li kien jagħmel. Is-sinjali li kien jagħmel ma kinux qed iwassluhom fejn

suppost kellhom iwassluhom; li jemmnu fih.

Kien għalhekk li Ġesù jagħmel dak li għamel meta fil-vanġelu ta’

Mattew jibda d-diskors tal-Muntanja. Mt:5:1Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq

Page 64: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

64

il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. L-istess

ħaġa jerġa’ jagħmel il-Mulej. Kif ra l-follol, mehdija u aljenati bl-

affarijiet tad-dinja, 3Ġesù tela' lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda

mad-dixxipli tiegħu. Bilqiegħda mad-dixxipli fuq il-għolja għamel dak

li għamel fil-vanġelu ta’ Mattew. Qagħad jgħallimhom il-Kelma ta’

Alla. Min mar xi darba pellegrinaġġ l-Art Imqaddsa jaf li dawn it-tliet

postijiet li semmejna, Il-Knisja tal-Primat, tal-Multiplikazzjoni tal-ħobż

u tal-Beatitudni, jinsabu ħafna viċin ta’ xulxin.

Qabel ma jibda jitkellem mill-Ħobż mis-Sema, Ġesù, l-Iben ta’ Alla li

ħa l-laħam u ġie jgħix fostna, jitlaq minn sitwazzjoni tal-art. Jitlaq minn

realtà umana. In-nies kienu bil-ġuħ. Forsi għalhekk ħafna drabi aħna

ma nikkonvinċux u ninstemgħu nitkellmu fil-baħħ? Nitkellmu dwar alla

falz, għax nitkellmu dwar Alla mingħajr l-ebda riferenza għall-

bżonnijiet u t-tbatija tal-popli. Mt12:7Morru tgħallmu x’iġifieri ħniena

rrid u mhux sagrifiċċju. Imma ħafna drabi, bħall-Fariżej, aħna għadna

ma tgħallimniex. Lill-imħabbat u l-imtaqqal ngħidulu li nifhmuh u

jiddispjaċina. Imma nkomplu ngħidulu li ma nistgħu nagħmlu xejn

minħabba l-jasar ta’, Mt15:9duttrina li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin.

Fil-preċetti tal-bnedmin ma nistgħu nipprovdulu l-ebda soluzzjoni ta’

serħan. Huwa Ġesù, l-imħabba tal-Missier, li jserraħ. Ġesù huwa dak li

qal lill-imħabbtin u l-imtaqqlin kollha, hu x’inhu t-toqol tagħhom, Mt11:27u jiena inserraħkom.

Page 65: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

65

San Ġakbu jgħidlna ċar u tond, li fidi tal-paroli bla ħidma konkreta ma

tiswa xejn. Jgħidilna li ma nistgħux lil wieħed bil-ġuh ngħidulu li Alla

se jipprovdilek u li se nitolbu għalih, imma ma nista’ nagħmillek xejn.

Irridu naqtgħu kisra ħobż u nnewluhielu. L-ewwel inħobbuh, nitimgħuh

u nserrħuh, imbagħad inkellmuh dwar l-imħabba ta’ Alla. Għax l-

imħabba ta’ Alla rridul-ewwel insiru xhieda tagħha b’għemilna.

Imbagħad nista’ nitkellem dwarha.

Is-Solidarjetà umana hija importantissma. Huwa fil-kuntest ta’ din is-

solidarjetà umana li Ġesù tkellem mill-Ħobż tas-Sema. Fil-ministeru

tiegħu, Ġesù kien l-ewwel jifdi, isalva, jeħles, ifejjaq, jitma, iħobb u

kull ħaġa li kellu bżonn il-bniedem, imbagħad jgħid dnubietek maħfura,

mur fis-sliem. Kif tista’ tibgħat persuna fis-sliem mingħajr ma tkun

urejtha li inti tħobbha, li inti jimpurtak minnha., mingħajr ma turiha li

dik il-persuna tfisser xi ħaġa għalik. Ejjew l-ewwel inkunu umani

mbagħad spiritwali. Alla tagħna huwa Alla li niżel hawn fl-Art u libes

laħamna biex jurina min hu u jkun jista’ jagħtina dan l-istess laħmu fl-

Ewkaristija. Qabel nemmnu fl-Ewkaristija, irridu l-ewwel nemmnu fl-

inkarnazzjoni. Lil Mother Theresa smajtha tgħid li huwa ħafna aktar

faċli li temmen li Ġesù huwa realment preżenti fl-ostja Ewkaristika,

Page 66: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

66

milli temmen li Ġesù huwa realment preżenti fil-bniedem fil-bżonn.

Kemm hu veru!

Ċ. Ir-Raba’ Sinjal:

Ġesù jagħmel ir-raba’ sinjal għal folla nies li hu stess jiddikjara li ma

kenux warajh għax kienu jemmnu fih. Imma kienu warajh għax kienu

raw is-sinjali li kien għamel u immaġinaw li jistgħu jiggwadanjaw xi

ħaġa materjali minn dawn l-għeġubijiet. Jiġru warajh biex jiksbu dak li

jgħaddi mhux dak li jibqa’ għal dejjem. Kienu miegħu imma ma kenux

tiegħu. Ma kenux miegħu għar-raġuni li għaliha suppost kienu miegħu.

4Kien qrib il-Għid, jinsisti Ġwanni. Fis-Sinottiċi, iż-żmien tal-miraklu

tal-multiplikazzjoni tal-ħobż mhux espliċitu. Is-Sinottiċi jimplikaw

żmien il-Għid għax Ġesù kien qieghed jagħmel l-Ikla tal-Għid meta

waqqaf l-Ewkaristija. Kien qed jagħmel l-ikla tal-pesach, ġejja mill-

kelma Pasch, Pasqua.

Il-kelma pesch tfisser ‘il-qabża’. Kelma marbuta mas-seba’ kastig meta

l-anġlu tal-qerda qabeż dawk il-bibien li l-koxox tagħhom kienu

mċappsa bid-demm tal-Ħaruf. Mill-kelma Pesch ġejja l-kelma Pasqua.

Il-qabża, il-Passover, li fil-komunità Nisranija ħadet dimensjoni ġdida.

Saret tfisser il-qabża mill-mewt tad-dinja għall-Ħajja ta’ Ġesù; mid-

dnub tagħna għall-grazzja tiegħu, minn din id-dinja għal għand il-

Page 67: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

67

Missier ta’ Kristu Ġesù; minn din il-ħajja fiż-żmien għall-ħajja ta’

dejjem. L-ikla tal-Għid Lhudija hija magħrufa wkoll bħala l-ikla tal-

Mazzoth, l-ikla tal-ħobż ażżmu għax bla ħmira. Illum din l-ikla hija l-

aktar magħrufa bħala l-ikla tas-Seder jew Haggadah.

Ġwanni ma jagħtiniex it-twaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar ikla mad-

dixxipli għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, għal Ġwanni l-ġurnata ta’

meta seħħet l-aħħar ikla hija l-Ħamis u mhux il-Ġimgħa. Dan ifisser li

l-aħħar ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli, ma setgħetx kienet iċ-ċelebrazzjoni

tas-Seder. Dik kienet issir il-Ġimgħa filgħaxija wara li jkunu qatlu l-

ħaruf fit-tempju waranofsinhar, minn nofsinhar sat-tlieta.

Raġuni oħra li Ġwanni ma jagħtiniex it-twaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar

ikla hija, li Ġesù kien diġà ċċelebra u għallem dwar l-Ewkaristija

f’kapitlu sitta. Fil-fatt f’dan il-kapitlu, insibu l-istess ġesti, espressjoni u

kliem, li s-Sinottiċi jagħtuna fit-twaqqif tal-Ewkaristija fl-aħħar ċena.

Kliem bħal, Ġesù refa’ għajnejh, ħa l-ħobżiet, radd il-ħajr, (kelma

tfisser Ewkaristija) qassamhom, tahom.

Is-sinjal jibda b’Ġesù jkellem lil Filippu ta’ Betsajda, l-uniku dixxiplu li fl-

ewwel kapitlu Ġesù sabu u sejjaħlu personalment. 1:43L-għada Ġesù ddeċieda

li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: "Ejja warajja." 44Filippu kien

minn Betsajda, il-belt ta' Indrì u Pietru. Jgħidilna l-evanġelista li Ġesù ried

Page 68: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

68

6iġarrbu dwar il-ħobż bħalma fl-ewwel tentazzjonijiet Ġesù nnifsu kien

imġarrab mix-xitan biex il-ġebel jagħmlu ħobż. Hekk ukoll kien imġarrab il-

Poplu Lhudi fid-deżert meta Mosè talab lil Alla biex lill-poplu jipprovdilu l-

ħobż li ma kellux. U Alla pprovdielu l-manna. B’dan il-kumment tat-tiġrib,

Ġwanni qiegħed idaħħalna mill-ewwel fl-ambjent tal-manna.

Filippu spiċċa jagħmel biss eżerċizzju fil-matematika li ovvjament qatagħlu

qalbu. Jekk ma’ Ġesù, ir-risposta kellha tkun waħda ta’ fidi u mhux ta’

matematika. Tgħid anki d-dixxipli kienu ma’ Ġesù għall-istess raġuni li kienet

il-folla u mhux għar-raġuni vera? Tgħid anki huma kienu miegħu imma mhux

tiegħu? Tgħid anki huma kienu għal dak li jgħaddi u mhux għal dak li jibqa’

għal dejjem? Fil-fatt Ġesù jinqeda b’dan it-tiġrib biex juri lil Filippu u lid-

dixxipli li l-għażla ta’ ħajtu riedet tkun il-‘Jien Hu’. Ir-risposta kellha tkun,

‘għandna lilek kif nista’ nagħtihom jiena x’jieklu.’

Imma r-risposta matematika ta’ Filippu kienet li 7mitejn dinar ħobż ma jkunux

biżżejjed biex kull wieħed minnhom jieħu ftit. Fid-dawl tar-rakkont tas-

Sinottiċi, din ir-risposta tad-dixxipli kienet tfisser, ‘jekk m’għandniex

nispiċċaw nagħtu minn tagħna għax l-oħrajn m’għandhomx.’ Eżattament il-

kuntrarju ta’ dak li hi l-Ewkaristija, ‘ġismu mogħti għalikom u demmi

mxerred għalikom.’

8Indri kien wieħed mill-ewwel żewġ dixxipli li marru wara Ġesù biex jaraw

fejn joqgħod wara x-xhieda ta’ Ġwanni, 1:40Wieħed mit-tnejn li semgħu x'kien

Page 69: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

69

qal Ġwanni u marru wara Ġesù kien Indrì, ħu Xmun Pietru. Hu ġibed l-

attenzjoni li kien hemm preżenti fosthom wieħed minn dawk iċ-ċkejknin li

Ġesù qal li tagħhom u ta’ min bħalhom hija s-saltna tas-smewwiet. Dan

għandu 8ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar. Ir-referenza tal-Ħobż

tax-Xgħir toħodna għal Elija. Elija li fil-mentalità tal-Lhud kien relatat ma’

Mosè. Mosè pproklama lil Alla ta’ Iżrael lill-poplu Lhudi filwaqt li Elija kien

dak li salva lil Alla ta’ Iżrael fost il-poplu Lhudi permezz tal-ġlieda li kellhom

mal-profeti ta’ Bagħal fuq il-muntanja tal-Karmelu f’Haifa tal-lum, cf 1Slat 18,

meta r-reġina Ġeżabel kienet qed tagħmel kull tentattiv biex iġġib l-allat ta’

pajjiżha f’Iżrael u tneħħi kull fidi u memorja ta’ Alla. Mosè mar is-Sinai u

Elija mar il-Ħoreb, isem ieħor għall-istess muntanja. Mosè u Elija huma

dejjem flimkien, kif insibuhom ukoll fuq il-muntanja qaddisa tat-

Trasfigurazzjoni.

Ġwanni jsemmi l-ħobż tax-xgħir mogħti lil Ġesù mit-tifel ċkejken biex

jirrilata dan is-sinjal anki ma’ Eliżew li wkoll kattar il-ħobż tax-xgħir

tal-fqar u ċ-ċkejknin: 2Slat:4:42U ġie għand Eliżew raġel minn Bagħal-

salisa, u ġieb lir-raġel ta' Alla ħobż tal-bikri: għoxrin ħobża tax-xgħir,

u sbul mimli qamħ ġdid. Eliżew qallu: ̋Agħtihom lin -nies ħa jieklu .̏ 43Imma l-qaddej tiegħu wieġeb: ̋Kif nista' nqassam dawn lil mitt ruħ?̏

Raga' qallu Eliżew : ̋Agħti lin-nies ħa jieklu; għax dan jgħid il-Mulej:

'Mhux biss jieklu, imma jifdal ukoll.' ̏ 44Dak qassmilhom; u huma kielu,

u kien għad fadal minnhom, bħalma qal il-Mulej.

Page 70: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

70

Elija u Eliżew setgħu jkattru l-ħobż, Mosè seta’ jagħtihom ħobż mis-sema,

mela allura l-ikel li se jieklu seta’ jkun provdut biss minn Ġesù. Għalhekk dan

huwa sinjal ta’ żmien ġdid. Il-manna flimkien mal-mixi ta’ Ġesù fuq l-ilma

fakkarhom fl-esperjenza tal-Eżodu. Huma setgħu jifhmu li Ġesù ma kienx biss

profeta bħal Elija u Eliżew li setgħu jkattru l-ħobż imma seta’ jagħmel ukoll

dak li Mosè għamel għall-poplu.

Aħna llum nipprovaw nifhmu lil Ġesù u nitkellmu dwaru b’ħafna teoloġija

astratta bħal żewġ naturi f’persuna waħda. Imma l-mod li bih l-ewwel Insara,

speċjalment dawk Lhud, setgħu jifhmu min kien Ġesù, kien biss billi

jirralatawh, iqabbluh u jagħmlu paralleliżmu mal-personaġġi u l-esperjenzi tal-

Antik Testment. Għalhekk bħal Mosè, Ġesù rrivelalna min hu Alla; u bħal

Elija, Alla ta l-qawwa lil Ġesù biex isalva l-fidi vera fih fost il-poplu.

Għalhekk magħquda mal-esperjenza tal-Eżodu, is-sinjal tal-multiplikazzjoni

tal-ħobż isir l-istorja tal-Għid tal-Lhud, il-passover.

Fit-teoloġija ta’ Ġwanni, minbarra d-dettall li l-ħobż kien tax-xgħir, jgħidilna

wkoll li kienu ħamsa l-ħobżiet. B’dan id-dettall, Ġwanni qed jorbot mal-

ħames kotba tal-liġi bħal ma għamel bir-referenza tal-ħames loġoġ fil-fejqan

tal-magħtub ta’ Betesda fis-sinjal ta’ qabel. Il-Liġi li sabet il-perfezzjoni

tagħha fin-numru sebgħa, li hija dejjem riferenza għall-perfezzjoni f’Ġesù. Il-

ħames ħobżiet li saru sebgħa biż-żewġ ħutiet, li anki dawn kienu żgħar. Din

kienet ukoll preparazzjoni għat-tema tal-Manna ta’ Mosè u l-Ħobż ħaj li niżel

Page 71: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

71

mis-sema, li Ġesù kien se jitkellem dwarha aktar tard meta se jiddefenixxi li 48Jien hu l-ħobż tal-ħajja.

Dak it-tifel iċ-ċkejken probabbilment kien mibgħut minn ommu b’dawn il-

ħobżiet u l-ħut biex imur jagħtihom lil Missieru li kien jaħdem fl-għelieqi jew

jirgħa l-merħliet. Possibiltà oħra li kien mibgħut bihom minn ommu biex

ibigħhom u jġib xi ħaġa d-dar. It-tifel issogra meta tahom kollha lill-Ġesù. Iċ-

ċkejken issogra meta ta kollox lil Ġesù. Min-naħa tiegħu, Indri kien jaf li

dawn il-ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar, ma kenux biżżejjed għal

dawk in-nies kollha. Kien għalhekk li kkummenta, 9bimma dawn x’inhuma

għal daqshekk nies?

Ir-risposta ta’ Ġesù ma kenitx waħda ta’ qtugħ il-qalb bħall-kumment

ta’ Indri. Imma kienet risposta b’forma ta’ ordni. 10aQiegħdu n-nies

bilqiegħda. Ġesù ried lil kulħadd biex joqgħod bilqiegħda kif ikunu

d-dixxipli fuq il-għoljiet madwar l-imgħallem (v4) u kif għandu jkun id-

dixxiplu f’riġlejn l-imgħallem jisma’ l-kelma ta’ Alla qabel jista’

jaqsam l-Ewkaristija. Ried lil kulħadd jintefa’ fuq il-ħaxix, għax 10bdik

in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Hekk ir-Ragħaj il-Veru li għadda mill-

Bieb tan-Nagħaġ biex ifejjaq il-magħtub, seta’ jitma’ lin-nagħaġ li qed

jistennew l-ikel mingħand ir-Ragħaj. Kienu madwar 10ċxi ħamest elef

raġel, li qagħdu bilqiegħda. Min ma kienx lest li joqgħod bilqiegħda

fuq il-ħaxix ma kienx jista’ jkollu sehem mill-Ewkaristija. Il-ħobżiet

Page 72: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

72

taċ-ċkejken, Ġesù 11aqassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda.

Bilqiegħda għax kienu jemmnu li huwa r-Ragħaj il-Veru u riedu

jisimgħu leħnu u jimxu warajh.

Il-Kumment li 10bdik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix, jirrivela wkoll li

r-Rebbiegħa huwa ż-żmien li fih qiegħed isir dan is-sinjal. Għalhekk

ikompli jagħmel enfasi li kien żmien il-festa tal-Għid. Ovvjament ilkoll

nassumu li dawn id-dettalji ma jingħatawx biex l-evanġelista jagħtina

informazzjoni storika ta’ meta, fejn u kif ġraw l-affarijiet. Imma huma

dettalji li fihom ħafna sinifikat teoloġiku. Tkellimna fuq is-sinifikat li

kien żmien il-Għid.

Tajjeb li hawnhekk ninnutaw varjazzjoni importanti oħra mis-Sinottiċi.

Fi Ġwanni, l-evanġelista li jkellimna b’mod sagramentali, huwa Ġesù

nnifsu li mar iqassam lin-nies. Ma jagħmilx bħas-Sinottiċi, iġifieri

jagħti l-ħobż lid-dixxipli biex huma jqassmu lin-nies. Ġesù mhux figura

tal-passat imma tal-preżent. Ġesù mhuwiex ‘Jien Kont’ Imma ‘Jien

HU.’ Ġesù għadu llum jaħdem personalment HU fis-sagramenti. Fis-

sagrament, aħna l-knisja li nemmnu fih, qed inkomplu dak li kien beda

hu meta kien jgħix fostna. Hu kien li ta l-ilma ħaj, il-ħobż ħaj, id-dawl,

il-ħajja mill-mewt. Dan kollu għadu jagħmlu llum b’mod sagramentali

fil-komunità li temmen fih.

Page 73: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

73

11bKulħadd ħa kemm ried, għax jiddependi minnek kemm tidħol ’il

ġewwa fil-misteru. Tista’ ssir il-maħbub tiegħu daqskemm tiftaħ qalbek

għall-imħabba tiegħu kif fetaħ qalbu kompletament għalih id-dixxiplu l-

maħbub li kien l-ispirazzjoni wara dan il-vanġelu. Id-dixxiplu mudell

ta’ kull dixxiplu li poġġa rasu fuq sider Ġesù għax l-iskop ta’ ħajtu kien

li jara l-Mulej kif iħobb biex iħobb kif ħabbna Hu.

Mela mhux biss kulħadd ħa ftit kif qal Indri, imma 12meta xebgħu, Ġesù

qal lid-dixxipli tiegħu: "Iġbru l-loqom li baqa', biex xejn ma jinħela." 13aMarru jiġbruhom. Kienu d-dixxipli li ġabru l-loqom li baqa’ biex

xejn ma jinħela. Id-dixxipli huma l-kontinwazzjoni tal-Mulej Ġesù. Id-

dixxipli 13bimlew tnax-il qoffa. It-tifsira tat-tnax-il qoffa fi Ġwanni hija

ċara ħafna. Il-Knisja hija s-sagrament (sinjal) ta’ Kristu kif Kristu huwa

sinjal tal-Missier. Il-knisja trid turi u twassal lill-Mulej Ġesù kif Ġesù

wassal lill-Missier. Il-komunità Nisranija hija l-kontinwazzjoni tal-

poplu ta’ Alla l-ġdid mibni fuq il-ħobż ħaj li niżel mis-sema li huwa l-

Kelma li saret laħam u l-Ikel ta’ laħmu u x-xorb ta’ demmu li sar il-

manteniment ta’ dawk li jemmnu fih. Il-komunità li trid hija nnifisha

tgħix mill-ħobż ħaj li niżel mis-sema. Il-komunità li teżisti biex titma’

dan l-istess ħobż lil kull min jemmen fil-Mulej Ġesù u għalhekk għandu

l-ħajja ta’ Alla fih. Il-poplu ta’ Alla l-ġdid irid ikun mibni fuq din l-

esperjenza ta’ mħabba fl-għotja u s-servizz. Il-Kelma u l-Ewkaristija

jridu jkunu l-ħajja li biha tgħix u l-qalb li biha l-komunità tħabbat. Il-

Page 74: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

74

Kelma u l-Ewkaristija li ma jistgħu qatt jinfirdu minn ma’ xulxin.

Għamilna ħafna ħażin, meta ż-żewġ tradizzjonijiet Insara, kemm aħna l-

Kattoliċi u kemm ħutna l-Protestanti, fridniehom minn xulxin meta

tajna importanza lil waħda għas-skapitu tal-oħra, mingħajr ma ċħadna l-

ebda waħda minnhom. Imma dwar dan nitkellmu aktar fit-tul.

13ċBil-loqom li kien fadlilhom in-nies mill-ħames ħobżiet tax-xgħir wara

li kienu kielu. Din hija varjazzjoni importanti oħra ta’ Ġwanni mis-

Sinottiċi. Kif Ġwanni ma jużax il-kelma ‘ġisem’ imma ‘laħam,’ hekk

ukoll Ġwanni ma jużax il-kelma Bċejjeċ ‘pieces’ imma Loqom

‘fragments’. Kif se niddiskutu aktar ’il quddiem, probabbilment dan

kien il-lingwaġġ Ewkaristiku ta’ din il-komunità. Fil-kliem tal-barka ma

kinux jgħidu ġismi u demmi imma laħmi u demmi.

Dan is-sinjal tat-tkattir tal-ħobż, flok wassal lin-nies jagħrfuh bħala l-mibgħut

tal-Missier mis-sema, wassalhom biex imorru fuqhom ħalli jagħmluh sultan.

Din hija t-tieni tentazzjoni fid-deżert li kellu Ġesù mix-xitan skont San Luqa.

Kienu aktar interessati fis-saltna tad-dinja milli fis-saltna ta’ Alla. Ħasbu li

dak li kellhom bżonn kien sultan politiku ta’ din id-dinja. Għal darb’oħra l-

folla rraġunat li hu kellu jkun għalihom u mhux huma għalih. Hu tagħhom u

mhux huma tiegħu. Irraġunat bl-għerf tad-dinja u mhux bl-għerf tal-Missier.

Anki wara dan il-miraklu ħasbu li l-aħjar għalihom, dak li seta’ jeħlishom,

kien messija politiku potenti u mhux messija li jagħti lilu nnifsu bħal ma kien

Page 75: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

75

għadhom kif tahom il-ħobż. Messija li jsallab u mhux messija li jissallab.

Ħasbu li b’Ġesù fit-tmun tal-gvern seta’ jkollha ħafna aktar prosperità

materjali. Setgħu jkunu poplu li jaħkem fuq l-oħrajn. 14Dan hu tassew il-

profeta li kellu jiġi fid-dinja. Il-profeta li huma kienu qed jistennew fl-għerf

tagħhom.

Imma Ġesù ma kienx qed ifittex dak li kienu qed ifittxu l-poplu u d-dixxipli.

Għalhekk kellu 15jwarrab waħdu lejn l-għoljiet, mingħajr il-kumpanija ta’

ħadd. Waħdu. Kif inkunu waħedna meta naraw li ħadd ma jista’ jifhimna.

Waħdu fil-kumpanija biss ta’ Alla Missieru li kien isib dejjem fit-talb. Jidher li

anki d-dixxipli kienu qed jirraġunaw bħall-folla. Kienu għadhom ma fehmux li

l-messija jrid isalva permezz tad-dgħjufija u l-iskandlu tas-salib. Li s-

salvazzjoni tista’ sseħħ biss jekk isallabna miegħu biex hekk inkunu nistgħu

nqumu miegħu għal ħajja ġdida. Hekk biss nistgħu ngħixu l-misteru tal-Għid

li fi żmienu qed isir dan is-sinjal.

Tajjeb ninnutaw ukoll li l-erba’ vanġeli, wara l-miraklu tat-tkattir tal-

ħobż, jagħtuna il-ġrajja tat-tempesta. Din hija r-rabta mal-ġrajja tal-

poplu mmexxi minn Mosè. Dak li minbarra li tahom jieklu l-ħobż fid-

deżert, qasam magħhom il-Baħar tal-Qasab. Imma tajjeb ninnutaw li

kemm Mosè, kemm Ġoswè u kemm Elija, kollha qasmu l-baħar biex il-

poplu jkun jista’ jaqsam. Imma ħadd minnhom ma mexa fuq l-ilma kif

mexa Ġesù. Dak li qabel Ġesù mexa fuq l-ilma, kien biss l-Ispirtu ta’

Page 76: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

76

Alla fil-bidu tar-rakkont tal-ħolqien biex iġib l-ordni mit-taħwid u l-

baħħ. Ġen:1:2u kienet l-art taħwid u baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-

abbissi u fuq wiċċ l-ibħra kien jittajjar l-ispirtu ta' Alla. Alla biss huwa

suprem fuq id-dlam, it-Taħwid u l-Baħħ u l-ħażen u l-qawwa tiegħu.

Alla li ma ħalaqx id-dlam għandu s-setgħa li jsemmi d-dlam bħala lejl

għax huwa superjuri għalih.

D: In-Nies ifittxu lil Ġesù.

Wara l-ħames sinjal tat-tempesta, Ġwanni jerġa’ jirritorna għar-raba’

sinjal tat-tkattir tal-Ħobż, biex kif inhi katteristika tal-vanġelu tiegħu,

jgħidilna x’ġara wara l-miraklu u jispjegah. Din hija xi ħaġa partikulari

għal Ġwanni li ma nsibuha qatt fis-Sinottiċi. Nirrepeti li għas-Sinottiċi

kien biżżejjed li juru l-qawwa ta’ Ġesù fil-miraklu. Wara li jirrakkontaw

il-miraklu, is-Sinottiċi kienu jgħaddu għal xi ħaġa oħra mill-ewwel.

Imma Ġwanni mhux hekk. Ġwanni jrid jgħidilna x’ġara wara s-sinjal.

Ħafna drabi f’ambjent ta’ konfrontazzjoni. Din id-darba l-

konfrontazzjoni hija mal-Lhud u anki mad-dixxipli li kienu emmnu fih.

B’dan l-istil, Ġwanni se jagħti ċans lil Ġesù jispjega u jfisser is-sinjal li

jkun għamel biex jurina dak li l-għajnejn tal-laħam ma jistgħux jaraw.

Jurina dak li Hu biss jista’ jurina għax Hu kien dak li ra lil Missier għax

kien hu li ġie mingħand il-Missier.

Page 77: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

77

Ġwanni jrid jgħidilna wkoll x’kienet ir-reazzjoni tan-nies għall-kliem

ta’ Ġesù. Niftakru li r-reazzjoni tan-nies li nsibu fil-vanġelu, hija l-

esperjenza tal-membri tal-komunità ta’ żmien l-evanġelista, li mill-

esperjenza u t-tradizzjoni tagħha, ħareġ dan il-vanġelu. L-oġġezzjonijiet

u l-firdiet li se naqraw f’dan ir-rakkont, huma dawk li kienu jeżistu fil-

komunità fi żmien l-awtur.

Jgħidilna l-Evanġelista li l-folla li kienet rat il-miraklu u kielet il-ħobż, 24meta raw li fuqhom (id-dgħajjes) la kien hemm Ġesù u lanqas id-

dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu

lil Ġesù. Kafarnahum huwa l-pajjiż fejn Ġesù kien mar jgħix wara li

kien imkeċċi minn pajjiżu. Lq:4:30Iżda hu għadda minn ġo nofshom u

baqa' sejjer. 31Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija. Anki wara s-sinjal

ta’ Kana, Ġwanni jgħidilna li Ġesù 2:12niżel Kafarnahum. In-nies marru

Kafarnahum ifittxuh meta qraw is-sinjal ta’ dgħajsa waħda, u ndunaw li

Ġesù ma kienx hemm. Mela dan il-konfront bejn Ġesù u n-nies se jibda

fis-sinagoga, il-post tal-Ġudaiżmu. Konfront li kien għadu sejjer mhux

biss mal-komunità Lhudija imma probabbilment wkoll ma’ xi Lhud

Insara.

Meta sabuh Kafarnahum, nibdew il-konfront meta l-folla bdiet tross lil

Ġesù b’ħafna domandi. Domandi li kienet għadha qed titħabat

Page 78: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

78

magħhom il-komunità tar-raba’ evanġelista mal-membri tagħha stess u

ma’ Nsara oħrajn li kienu nfirdu mill-komunità minħabba l-fidi fis-

sagrament tal-Ewkaristija. L-ewwel domanda kienet, 25kif ġejt hawn?

La ma kontx fid-dgħajsa mad-dixxipli, kif ġejt hawn; bil-għawn, bil-

mixi jew bid-dgħajsa? Mistoqsija li ddiżappuntat lil Ġesù. Il-vera

risposta hija – li jiena ġejt mingħand il-Missier. Il-ħajja ta’ dejjem hija

li temmnu f’dak li l-Missier bagħat. Dan huwa l-aktar importanti li

wieħed jara biex ikun jista’ jara il-valur veru tas-sinjal tat-tkattir tal-

Ħobż. Ma nistgħux naraw dak li jrid jurina Ġesù jekk l-ewwel ma

nemmnux fih.

Huwa dejjem permezz tal-mistoqsija u l-kontraversja li l-vanġelu ta’

Ġwanni jdaħħalna aktar ’il ġewwa fil-misteru biex naraw bl-għajnejn

tal-fidi. Il-mistoqsija tagħti l-okkażjoni lil Ġesù li jurina dak li aħna ma

nistgħux naraw jekk mhux bil-fidi fih. Nikodemu jikkonfrontah u

jistaqsi: Ġw:3:4Kif jista' wieħed jitwieled wara li jkun xjieħ? Jista' forsi

jerġa' jidħol f'ġuf ommu u jitwieled? Is-Samaritana tikkonfrontah u

tistaqsi: Ġw:4:11Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma

għandek u l-bir huwa fond? 12Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb

li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?

Permezz tal-mistoqsija bla fidi fih, imma magħmula bil-ħsieb u l-

għajnejn tal-ġisem, l-evanġelista jdaħħal lilna wkoll biex ninfetħu għal

dak li se jgħidilna Ġesù dwar il-fidi tagħna. Għalhekk iwieġeb,

Page 79: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

79

‘26Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu

sinjali imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu,’

Ġesù jgħid lin-nies biex ifittxu dak li hu veru u jibqa’ u mhux dak li

jgħaddi. Lil Nikodemu qallu biex ifittex li jitwieled mill-Ispirtu u lis-

Samaritana qalilha biex tfittex l-ilma ħaj li bih ma jaqbdek qatt aktar il-

għatx. Fi Ġwanni, il-Kelma ‘Tfittxu’ hija importanti ħafna. Huwa

importanti li fil-ħajja tagħna, infittxu dejjem il-vera valur tal-affarijiet.

Anki fis-sinjal li Ġesù kien għadu kif għamel, ‘qed tfittxuni għax xbajtu

mill-ħobż?’ Staqsiehom. Mhux qed tfittxuni biex tifhmu l-vera valur

tas-sinjal tat-tkattir tal-ħobż li għadni kif għamilt. Mhux qed tfittxuni

għall-ħobż li jibqa’ imma għal dak li jgħaddi.

Għandha l-istess tifsira tal-kliem, ‘Ishru’ u ‘Tħabtu’ fis-Sinottiċi. L-

ewwel kelmiet li Ġesù qal fil-vanġelu ta’ Ġwanni lill-ewwel dixxipli li

marru warajh wara x-xhieda tal-Battista kienu, 1:38Xi Tridu? X’qed

tfittxu? Fil-Ġetsemani lis-suldati li ġew jarrestawh staqsiehom: 18:7Lil

min qegħdin tfittxu? Lil Marija Madalena meta kienet qed tfittxu

katavru qalb il-mejtin, lilu li kien ħaj, staqsieha: 20:15Lil min qiegħda

tfittex? Hija Fundamentali għad-dixxiplu li fil-ħajja tiegħu jkun jaf

x’qed ifittex. Tista’ tkun taf x’għandek tfittex u x’għandek tagħmel,

meta tkun taf xi trid. Meta tkun taf xi trid, tkun taf x’għandek tagħżel

Page 80: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

80

fil-ħajja tiegħek. It-Teżor tiegħek huwa dejjem f’dak li Trid. U Tfittex

dak li fil-ħajja tiegħek hu prijorità għalik.

Jiena ġejt mingħand il-Missier, kienet ir-risposta ta’ Ġesù. Imma dan

intom ma tistgħux tarawh għax intom qegħdin tfittxuni mhux għax

ghandkom fidi fija, imma għax kiltu l-ħobż u xbajtu. L-aktar importanti

għalikom hija l-kisra tal-ħobż. Is-sinjal tal-ħobż bqajtu ma fhimtuhx.

Ħsibtu li jiena ġejt mingħand il-Missier biex nagħtikom il-ħobż li

jgħaddi, u mhux il-ħobż li jiswa għall-ħajja ta’ dejjem. Intom waqaftu

fis-sinjal fih innifsu. Sinjal li wassalkom biex tiġu biex tagħmluni sultan

politiku u mhux biex tiftħu ħajjitkom ħalli jien insaltan fi qlubkom.

Biex hekk tkunu tistgħu tinbidlu fija kif nixtieqkom li tagħmlu kull

darba li tiċċelebraw l-Ewkaristija.

27aGħalhekk tħabtu (Fittxu – Aħdmu – Ishru): Hawnhekk San Ġwann

qiegħed jidħol fid-dibattitu ta’ waħda mid-diskussjonijiet, u forsi

nistgħu ngħidu polemiċi, li kien hemm fl-ewwel komunitajiet. Dibattitu

dwar x’inhu l-aktar importanti bejn il-fidi u l-opri jew il-ħidma.

San Pawl kien jemmen li bniedem isalva bil-fidi u mhux mill-opri. L-

opri li mhumiex opri tal-Fidi, imma huma biss opri tal-Liġi ma jsalvawx.

Il-Fariżej li kellhom ħafna opri imma ma kellhomx fidi, ma setgħux

isalvaw. Kien il-Fariżej li mar fit-tempju jiftaħar b’kemm kien jagħmel

Page 81: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

81

opri tajba. Imma kien il-pubblikan li niżel id-dar iġġustifikat, Lq 18. Rum:4:1Xi ngħidu, mela, li sab Abraham, il-missier tagħna skont il-ġisem? 2Li kieku Abraham kien iġġustifikat bis-saħħa tal-opri, kien ikollu biex

jiftaħar; imma mhux quddiem Alla! 3Għax xi tgħid l-Iskrittura? Tgħid li

"Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b'ġustizzja." 4Il-ħlas lil

min jaħdem ma jingħaddlux bi pjaċir, imma b'dejn; 5iżda min bla ma

jagħmel opri, jemmen lil Alla li jiġġustifika lil min hu ħażin, din il-fidi

tiegħu tingħaddlu b'ġustizzja.

Dan jikkontrasta ma’ San Ġakbu li kien jifhem din il-pożizzjoni ta’

Pawlu bħal attakk fuq il-Liġi. Ġakbu jinsisti li wieħed irid ikollu l-fidi.

Imma jrid juri din il-fidi tiegħu mill-opri tiegħu. Fidi mingħajr opri ma

ssalvax. Ġak:2:14X'jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma

jurihiex fl-għemil tiegħu? Jaqaw tista' ssalvah din il-fidi? 15Jekk ħuk

jew oħtok ma jkollhomx x'jilbsu u jonqoshom l-ikel ta' kuljum, 16u

wieħed minnkom jgħidilhom: "Morru bis-sliem, isħnu u kulu sa

tixbgħu?", bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-ġisem, dan x'jiswa? 17Hekk ukoll il-fidi: jekk tkun weħidha u ma jkollhiex l-għemil, tkun

mejta fiha nfisha. 18Imma xi ħadd jista' jgħid: "Int għandek il-fidi, u

jiena l-għemil." Urini l-fidi tiegħek mingħajr l-għemil, u jien nurik il-

fidi tiegħi mill-għemil tiegħi. L-aktar importanti għal Ġakbu kien il-mod

ta’ kif wieħed jgħix ħajtu f’solidarjetà ma’ min hu fil-bżonn.

Page 82: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

82

Fil-kitba tiegħu, Ġakbu għandu messaġġ soċjali qawwi ta’ għajnuna

rigward il-bniedem fil-bżonn. Insistenza li Pawlu, minħabba l-fidi

tiegħu fit-tieni miġja tal-Mulej b’mod immanenti, ma tantx juri fil-

kitbiet tiegħu. Ġakbu jikkundanna li fil-komunitajiet Insara kien għad

hemm id-distinzjonijiet tal-fqir u s-sinjur, is-sinjur stmat u l-fqir

imwarrab fil-ġenb. Anki fil-laqgħat Ewkaristiċi, kien għad hemm il-

firda. Ġak:2:2Għax jekk fil-laqgħat tagħkom jidħol xi ħadd biċ-ċrieket

tad-deheb f'subgħajh u bi lbies ilellex, imbagħad jidħol xi ħaddieħor

fqir liebes imċerċer, 3u intom idduru ma' dak bl-ilbies ilellex u tgħidulu:

"Int oqgħod komdu bilqiegħda?" waqt li lill-fqir tgħidulu: "Int oqgħod

bilwieqfa?", jew"Oqgħod bilqiegħda fuq il-mirfes ta' riġlejja?", 4ma

jidhrilkomx li tkunu qegħdin tagħmlu għażla bejniethom, u hekk issiru

mħallfin qarrieqa? 5Isimgħu, ħuti għeżież: mhux Alla kien li għażel lill-

foqra għad-dinja biex jistagħnew fil-fidi u jsiru werrieta tas-Saltna li

hu wiegħed lil dawk li jħobbuh? 6Imma intom lill-fqir inqastuh mill-ġieħ.

Ġakbu kien jemmen li hija l-ħajja tajba tiegħek, frott il-fidi tiegħek, li

ssalvak.

Fil-kapitlu dwar San Pawl ta’ dan il-ktieb, tkellimna dwar San Pawl

jikkoreġi dwar din id-differenza ta’ min hu bil-ġuħ u min hu fis-sakra

waqt il-laqghat tal-Barka tal-Kalċi u l-Qsim tal-ħobż. Imma naħseb li l-

preokkupazzjoni prinċipali ta’ San Pawl kienet aktar il-firda u l-qasma

Page 83: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

83

li qed iġibu l-partiti (ta’ Apollu, ta’ Kefa, ta’ Pawlu) fil-komunità ta’

Korintu milli l-aspett soċjali.

Nafu li San Ġwann jibbaża kollox fuq il-fidi: 17:3Din hi l-ħajja ta'

dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti

bgħatt. Għalhekk Ġwanni b’mod konxju, hawnhekk jitkellem li dan it-

taħbit li qed jitkellem minnu, irid jkun it-taħbit u l-ħidma tal-fidi.

Kollox irid ikun il-frott tal-fidi fil-Mulej Ġesù l-mibgħut tal-Missier li

għammar fostna u qam mill-imwiet.

Fil-fatt, kif ġie ddikjarat ftit snin ilu fil-Vatikan stess bejn iż-żewġ

tradizzjonijiet Insara tal-Kattoliċi u tal-Protestanti, il-fidi timplika l-

ħidma tajba u l-opri tajba jimplikaw il-fidi. Huma ż-żewġ uċuħ tal-

istess munita. Għax jekk jien nemmen fil-Mulej, irrid inkun u nagħmel

dak li jridni nagħmel hu. Ma nistax nemmen fih mingħajr ma nagħmel

l-opri tiegħu. Kif Ġesù stess għamel l-opri tal-Missier. Imma l-ewwel

ma trid tkun hija l-fidi li trid tiġi espressa fil-ħidma. Fil-bidu tar-raba’

sinjal tkellimna dwar is-solidarjetà li wera Ġesù għan-nies bil-ġuħ, tant

li talab lid-dixxipli biex jagħtuhom x’jieklu.

Il-ħidma u t-taħbit tal-fidi ma tistax tkun 27bgħal ikel li jgħaddi, iżda

għal ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-Bniedem

jagħtikom għax lilu il-Missier immarka bis-siġill tiegħu. Aħna nemmnu

Page 84: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

84

f’dak li ġie mingħand il-Missier. Huwa l-iben biss li jista’ jagħtikom

dan il-ħobż għax huwa biss ġie mill-Missier. Min takom l-ħajja ġdida

mingħand il-Missier biss, jista’ jkun l-ikel tagħha. Huwa biss jista’ jkun

l-ikel li l-Missier jagħtikom mis-sema. L-ikel li se jagħtini l-Iben mhux

se jkun xi ħaġa barra minnu, bħalma Mosè ta l-liġi u l-manna. Imma l-

ikel li jmantni l-ħajja ġdida li Ġesù ġabilna mingħand il-Missier, hija r-

Rivelazzjoni tal-Missier flimkien ma’ Laħmu u Demmu. Ma ninsewx li

Ġesù tana dak li ħadd aktar ħliefu ma seta’ jagħtina. Tana l-ħajja tal-

Missier. Hu biss seta’ jagħtina din il-ħajja tal-Missier għax Hu kien

mal-Missier u ġie mill-Missier.

Is-Siġill li jitkellem minnu San Ġwann huwa s-sinjal ta’ awtentiċità fuq

id-dokumenti, li dak li qed jgħid jew jagħmel persuna, qed jagħmlu bl-

awtorità u missjoni ta’ dak li bagħtu u tah is-siġill tiegħu. Mela l-Iben

huwa dak li għandu l-awtorità tal-Missier għax huwa ssiġillat mill-

Missier.

Għalhekk il-mistoqsija kif ġejt hawn hija fundamentali għall-vanġelu ta’

Ġwanni. Ġesù hu dak li tana l-ħajja ġdida ta’ wlied għax hu kien mal-

Missier. Ġibilna din il-ħajja mingħand il-Missier għax Hu l-Iben il-

Waħdieni tal-Missier. Tistgħu tkabbru din il-ħajja fikom jekk

tmantnuha bl-ikel tal-Kelma flimkien ma’ laħmi u demmi biex tkomplu

tikbru u tinbidlu fija.

Page 85: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

85

Bħal Nikodemu meta qallu li jrid jitwieled mill-ġdid, Ġw 3, u bħas-

Samaritana dwar l-ilma ħaj, Ġw 4, ir-reazzjoni tan-nies kienet waħda

naturali. Mistoqsija oħra għax kienu għadhom ma fehmu xejn. Imma

din il-mistoqsija u konfrontazzjoni oħra sservi ta’ okkażjoni oħra għal

Ġesù biex jispjega aktar fil-fond. Il-mistoqsija kienet ovvja: 28X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opra ta’ Alla? X’għandna

nagħmlu biex nagħmlu dak li jrid Alla? Aħna diġà għandna l-liġi ta’

Mosè li permezz tagħha ġie rrivelat lilna l-għerf ta’ Alla. Nafu Alla

x’iridna nagħmlu għax qalulna fil-liġi. Nafu li jekk nobdu l-liġi nkunu

qed nagħmlu dak li jrid Alla. Bl-ubbidjenza tal-liġi nkunu qed niksbu l-

ħajja ta’ dejjem. Il-mistoqsija kienet: X’nistgħu nagħmlu aktar?

Ir-risposta ta’ Ġesù lill-komunità tar-raba’ vanġelu hija waħda faċli u

diretta ħafna. Insibuha diġà fil-prologu: 1:17Alla ta l-liġi permezz ta’

Mosè, imma l-grazzja u l-verità seħħu permezz ta’ Ġesù Kristu. Mhux

Mosè imma Ġesù. Mhux l-ubbidjenza tal-liġi imma l-ħajja tal-Ispirtu.

Mhux x’tagħmel imma x’int. Mhux l-opri u l-ħidma jekk mhux il-frott

tal-fidi f’dak li l-Missier bagħat. Mhux minn barra imma minn ġewwa.

Mhux il-kitba fil-ġebla imma l-ftuħ tal-qalb. Ġesù ma joqgħodx jilgħab

bid-diskors bħalma ħafna drabi nsibu f’Marku minħabba s-sigriet

messjaniku. Wieġeb Ġesù; 29L-opra ta’ Alla hija din, weġibhom Ġesù,

li temmnu f’dak li huwa bagħat. Mhux biżżejjed 17:3ali tagħrfu Alla

Page 86: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

86

wieħed u veru kif qalilkom Mosè. Imma importanti wkoll li tagħrfu 17:3blil Ġesù Kristu li inti bgħatt. Nistgħu naraw kemm kien importanti li

nikkummentaw dwar dak id-dibattitu dwar il-Fidi u l-opri li kien hemm

fl-ewwel komunitajiet Insara. Hekk nistgħu nifhmu aktar il-messaġġ

qawwi ta’ fidi li qed jagħtina San Ġwann.

Mela allura mhux temmnu fil-liġi li takom Mosè u tagħmlu l-opri

tagħha. Dik twellidkom biss skont il-ġisem, Gw1. Imma d-dixxiplu jrid

jemmen fil-Mulej Ġesù. Għax fil-fidi fih biss hemm il-ħajja, mhux tal-

ġisem imma tal-Ispirtu. Mingħajr il-ħajja tal-Ispirtu, l-opri tal-ġisem ma

jiswew għal xejn. Huwa bil-ħajja tal-Ispirtu li aħna sirna wlied Alla.

Bil-mod il-mod, Ġesù qed iwassalhom biex ifittxu f’ħajjithom dak li hu

l-aktar importanti. Il-ħajja tal-Ispirtu tal-imħabba ta’ Alla li Hu ġabilna

mingħand il-Missier.

Ir-reazzjoni tal-Lhud, li tippreżenta r-reazzjoni tal-Lhud mal-komunità

ta’ żmien l-awtur, kienet waħda mħallta. Minn naħa kien hemm dawk li

kienu jemmnu f’Ġesú bħala l-Mibgħut tal-Missier. Imma min-naħa l-

oħra kien hemm oħrajn li kienu qed jagħmlulu kundizzjoni għall-fidi

tagħhom. Riedu lil Ġesù ‘jagħmel’ sinjal ieħor ta’ konferma. Mhux

hekk riduh jagħmel il-Lhud wara t-tkattir tal-ħobż tat-tradizzjoni tal-

erbat elef raġel fil-vanġelu ta’ San Mattew: Mt:16:1Resqu lejh il-Fariżej u

s-Sadduċej u, biex iġarrbuh, talbuh jurihom sinjal mis-sema.

Page 87: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

87

Il-Lhud irraġunaw li kollox fuq kollox hu kien l-Messija. Mosè l-ġdid li

kellu jiġi fl-aħħar taż-żmien bħala l-Messija, bħala sinjal, kellu jerġa’

jibgħat il-manna bħall-ħobż mis-sema. Ovvjament huma kienu jifhmu li

mal-messija, kellha terġa’ tinżel il-manna kuljum mis-sema. Issa huwa

kien għamel il-multiplikazzjoni tal-ħobż darba. Kapaċi jagħmilha

kuljum? Huwa l-aħħar taż-żmien? Fejn qiegħda l-manna?

Bil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż setgħu jaraw f’Ġesù dak il-mexxej bħal Mosè li

tahom ‘ħobż mis-sema’. Setgħu jaraw profeta kbir bħal Elija li wkoll għamel

it-tkattir tal-ħobż. Imma x’se tagħmel żejjed biex aħna nemmnu fik li inti

aqwa minn dawn. 31aX’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnu fiK?

X’sejjer tagħmel?

Din il-mistoqsija ta’ konfront, bħas-soltu, fil-ġenjalità tar-raba’ evanġelista,

tagħti l-opportunità lil Ġesù li jibda d-diskors dwar il-ħobż ħaj li niżel mis-

sema. Diskors li huwa l-qofol ta’ din l-omelija li Ġesù qed jagħmel fis-

sinagoga ta’ Kafarnahum. Diskors li jibda bid-dikjarazzjoni tal-Lhud: 31bMissierijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, tahom jieklu

ħobż mis-sema. Dikjarazzjoni li fiha l-Lhud kienu qed jikkwotaw il-ktieb tal-

liġi; Eż16:15Malli wlied Iżrael raw dan, bdew jghidu wiehed lil iehor: ̋Man-hu?̏ -

Ghax ma gharfux x 'inhu. Mosè qalilhom: ̋Dan hu l-ikel li l-Mulej takom biex

tieklu. Num:11:9U meta billejl kienet taqa' n-nida fuq il-kamp, kienet taqa'

Page 88: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

88

magħha l-manna wkoll. Ovvjament, konvinti mill-interpretazzjoni li dejjem

tawhom ta’ dan il-passaġġ. Lanqas qatt kienu jobsru li fi ħsieb Alla dan il-

passaġġ kellu tifsira kompletament differenti minn dik li dejjem tawhom ir-

rabbini tagħhom. Kemm għandna bżonn anki aħna, inkunu aktar umli

quddiem l-Għerf tal-Kelma ta’ Alla.

Hawnhekk Ġesù, l-għerf tal-Missier, jibda jagħti l-interpretazzjoni vera ta’ dak

il-passaġġ tal-Liġi. Jibda mill-ewwel jirreferi, għall-manna li huma kienu

jemmnu li kellha tinżel mal-miġja tal-Messija. Diskors ta’ Ġesù, li permezz

tiegħu l-evanġelista se jwasslilna għas-salvazzjoni tagħna, dak li kienet

temmen l-komunità Nisranija dwar l-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema. Ir-

Rivelazzjoni tal-Missier u l-Ewkaristija mhux biss fl-elementi tal-Passat u l-

Futur, kif kienu jarawhom San Pawl u s-Sinottiċi, imma wkoll fl-element tal-

Preżent kif jagħtihulna r-raba’ vanġelu.

Ġesù jagħmel dik li fi żmienu kienet tipikament omelija Lhudija rabbinika fis-

sinagoga. Kienet ħaġa komuni li r-rabbini, kull nhar ta’ Sibt fis-sinagoga, l-

ewwel kienu jaqraw silta mil-Liġi, imbagħad matul l-omelija, kienu jaqraw

mill-profeti biex jipprovaw l-interpretazzjoni tagħhom tal-Liġi. Kienu jaqraw

mill-profeti bħala awtorità u konferma għal dak li jkunu qed jgħidu. Dan għax

lill-profeti kienu jħarsu lejhom bħala dawk li jagħtu l-interpretazzjoni vera u

tajba tal-Liġi. Imsaħħa mit-tagħlim tal-profeti, ir-rabbini kienu jikkonfermaw

li l-interpretazzjoni tagħhom tal-Liġi hija interpretazzjoni tajba.

Page 89: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

89

Fil-ħafna pellegrinaġġi li nagħmel fl-Art Imqaddsa, mhux l-ewwel darba li

kelli x-xorti nidħol f’sinagoga u nsib it-test rabbiniku tal-Bibbja bl-Ingliż

miftuħ għal-Lhud tad-diaspora (Lhud li jgħixu barra l-Art Imqaddsa u allura

ma jafux bl-Ebrajk) jew għal xi ħabib tar-rabbi bħali. L-ewwel darba li bdejt

naqra dan it-test, bdejt mill-ewwel ktieb tal-Bibbja li hu l-ktieb tal-Ġenesi.

Jiena u naqra ndunajt li bħala passaġġ wieħed, bdejt naqra daqqa mill-ktieb

tal-Ġenesi u daqqa minn xi wieħed mill-profeti. Staqsejt lir-rabbi ħabib tiegħi

dwar dan. It-tweġiba kienet li dawk il-passaġġi tal-profeti li jsibu ruħhom

bħala parti mill-ktieb tal-Liġi, huma l-interpretazzjoni ta’ dak il-passaġġ minn

xi profeta. Jitniżżlu bħala parti mit-test tal-Liġi nnifsu bħala għajnuna għall-

qarrej barrani jew Lhudi tad-diaspora. Peress li ma tantx ikunu midħla tal-Liġi,

jkollhom interpretazzjoni vera u tajba tal-profeta għal dak il-passaġġ tal-Liġi.

Din hija kważi l-istess ħaġa li nagħmlu aħna fil-liturġija tal-Kelma kull nhar

ta’ Ħadd. Il-qofol tal-qari huwa dejjem il-vanġelu. Imma aħna nibdew naqraw

l-ewwel lezzjoni mill-Antik Testment biex nifhmu l-kuntest u t-tema tal-

messaġġ tal-vanġelu li nkunu se naqraw. Minbarra dan, bħala it-tieni lezzjoni,

naqraw qari ieħor mill-Ġdid Testment biex permezz tiegħu nsaħħu u

napplikaw għall-ħajja ta’ kuljum, il-messaġġ li jkun qiegħed jagħtina l-

vanġelu. Dan huwa dak li suppost jagħmel is-saċerdot fl-omelija.

E: L-Omelija dwar il-Ħobż tas-Sema.

Page 90: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

90

Din l-Omelija ta’ Ġesù tibda billi jagħmel tiegħu l-kwotazzjoni mill-

Pentatewku li kienu għadhom kif ikkwotawlu n-nies, ‘tahom jieklu ħobż

mis-sema.’. Huma jistaqsu dwar il-manna li skont l-interpretazzjoni

tagħhom tal-Iskrittura, kien Mosè li tahom mis-sema. Inti x’tista’

tagħtina? Ġesù jwieġeb, 32Mhux MOSÈ takom il-ħobż mis-sema, iżda

MISSIERI jagħtikom il-ħobż mis-sema. Huwa interessanti li bi stil

sabiħ Lhudi, Ġesù jieħu dak it-test tal-Liġi u jibda jiftħu bil-mod il-mod,

kelma kelma, ħalli jagħti l-interpretazzjoni vera tiegħu. Interpretazzjoni

kompletament ġdida u differenti għal kollox tat-tliet kelmiet, ‘Mosè,’

‘takom’ u l-‘Ħobż mis-Sema.’

L-ewwel ħaġa li jagħmel Ġesù kienet dik li kkoreġa l-interpretazzjoni

żbaljata tagħhom ta’ dan il-passaġġ tal-Liġi. Min hu Dak li tahom il-

ħobż mis-sema? Huma kienu jaħsbu li kien Mosè li tahom il-ħobż mis-

sema. Ġesù qiegħed jgħidilhom ċar u tond li din kienet interpretazzjoni

żbaljata tal-Liġi. Il-Liġi riedet twassalhom jifhmu li Dak li tahom il-

ħobż mis-sema ma kienx Mosè kif dejjem fehmu huma. Il-Kelma ‘Dak’

ma kenitx referenza għal Mosè imma kienet riferenza għal Alla l-

Missier. Mela l-inizjattiva li jibgħat il-ħobż mis-sema qatt ma kienet ta’

Mosè. Imma hija dejjem tal-Missier. L-evanġelista qed jagħtina l-

interpretazzjoni u viżjoni tal-komunità Nisranija dwar dan il-passaġġ

tal-liġi. Interpretazzjoni kompletament ġdida li jidher li mhux kulħadd

ried jaċċetta. Fil-fatt kien hemm min telaq.

Page 91: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

91

Fit-tieni pass jitkellem dwar il-verb tahom. Ġesù jkompli jfehemhom

dan meta jurihom li fl-interpretazzjoni u l-qari ta’ dan il-passaġġ tal-

Liġi, huma kienu qegħdin jiżbaljaw anki l-verb. Fil-verb kienu qed

jaqraw il-vokali b’mod ħażin. F’kull lingwa semitika l-vokali mhumiex

importanti. F’kull lingwi semitiċi, inkluża tagħna, wieħed jista’ jilgħab

bil-vokali għax mhumiex importanti daqs il-konsonanti. Pereżempju

fid-djalett Qormi aħna ngħidu sptur u mhux sptar, Ħubża u mhux

ħobża. Fl-Ibrajk il-vokali ma kinux jinkitbu. Kienu jinkitbu biss il-

konsonanti għax kienu jissoponu li inti taf x’inhuma l-vokali li riedu

jiġu fil-kelma. Fil-fatt kien ħafna wara l-kitba tal-kotba mqaddsa, li r-

rabbini għarfu li l-poplu kien qiegħed jitfixkel fil-vokali. Għalhekk

kienu ħolqu sistema ta’ tikek biex lill-poplu jindikawlu l-vokali meta

jkun qiegħed jaqra.

Il-verb veru tal-passaġġ li huma kienu qed jikkwotaw lil Ġesù,

mhuwiex tahom (NaTaN) fil-passat, imma jagħtikom (NoTaN) fil-

preżent. Kienu qed jitfixklu l-vokali. Minn passat, minn xi ħaġa li ġrat,

kif dejjem qrawha u interpretawha l-Lhud, Ġesù jibdel l-ewwel vokali

minn ‘a’ għal ‘o’ u jagħmel l-interpretazzjoni ġdida tiegħu. Mill-passat

imur għall-preżent. Mhux xi ħaġa li ġrat, imma xi ħaġa li għadha tiġri

fil-preżent. Jagħtikom mhux takom.

Page 92: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

92

Fil-vers ta’ wara jkellimhom dwar il-Ħobż mis-Sema. Ġesù jkompli

jgħallimhom, li kienu qed jifhmu ħażin ukoll, is-sinjal anki rigward il-

manna. Il-ħobż mis-sema li qed jitkellem minnu l-passaġġ tal-Liġi li

huma qegħdin jikkwotaw, ma kienx qed jirriferi xejn għall-manna. Il-

manna kienet biss sinjal kif kien biss sinjal it-tkattir tal-ħobż. Il-Ħobż

mis-Sema li l-Liġi kienet qed tipprepara u tirreferi għalih, huwa dak li

kien mal-Missier sa mill-bidu u ġie jgħammar fostna.

Hawnhekk Ġesù interpreta s-sinjal tal-manna għalih innifsu. Din kienet

il-fidi u l-interpretazzjoni tal-komunità Nisranija. Il-ħobż li kellu jiġi fl-

aħħar taż-żmien ma kenitx il-manna. Imma ‘Jien il-Ħobż Ħaj li niżel

mis-sema.’ Jiena hu l-ħobż u mhux il-manna. Ma kienx Mosè fil-

passat li tahom il-manna. Imma huwa l-Missier, illum u hawnhekk, li

qiegħed jagħtikom il-veru ħobż ħaj li niżel mis-sema. U dan il-ħobż

veru huwa Jien li ġejt mingħand il-Missier. 33Għaliex il-ħobż ta’ Alla

huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja. Jekk il-ħobż huwa

tas-sema, allura jrid jinżel mis-sema.

Ir-reazzjoni tal-Lhud għal dan id-diskors hija l-istess reazzjoni tas-

Samaritana meta Ġesù qalilha li Hu kien se jagħtiha l-ilma ħaj, li min

jixrob minnu ma jaqbdu qatt il-għatx. Is-Samaritana xtaqet dan l-ilma,

mhux għax fehmet dak l-ilma x’ifisser fil-ħajja tagħha, imma biex ma

toqgħodx tiġi timla l-ilma ta’ kuljum f’nofsinhar. Il-ħin tal-qilla tax-

Page 93: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

93

xemx biex taħrab il-qilla ta’ lsien in-nies. Bl-istess attitudni l-Lhud

wieġbu lil Ġesù. 34Agħtina dejjem minn dan il-ħobż. Ġesù jagħmel mal-

Lhud dak li għamel mas-Samaritani. Ikompli jimxi magħhom biex

iwassalhom għall-fidi. Hekk is-sinjal ikun serva l-vera skop tiegħu, dak

li jwassalna naraw bl-għajnejn tal-fidi.

35Weġibhom Ġesù: Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu

qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx. Huma kollha kielu

mill-ħobż li hu kien kattar. Imma reġgħu bil-ġuħ mill-ġdid. Kif

missirijiethom kielu l-manna u kien jerġa’ jaqbadhom il-ġuħ. Allura

kemm il-manna u kemm il-ħobż li kattar hu, ma kienx il-ħobż li l-

Missier ried jagħtihom. Dawn kienu biss sinjali. Il-Ħobż veru mis-sema

huwa l-Iben il-waħdieni tal-Missier, li kien mill-Bidu mal-Missier, li

niżel mis-sema u ħa l-laħam; ġie jgħammar fostna biex jagħtina l-ħajja

tal-Missier. Dak huwa il-Ħobż li l-Missier Tahom mis-Sema.

Bid-dikjarazzjoni, Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, Ġesù ma jibdiex mill-

ewwel jitkellem dwar il-ħobż tas-sema bħala l-ikla Ewkaristika. Imma

l-ewwel jibda jitkellem mill-ħobż tar-Rivelazzjoni Divina. Il-ħobż tal-

Kelma u t-tagħlim tiegħu.

Il-ktieb tad-Dewteronomju, li kien il-ktieb li jerġa’ jaħseb il-Liġi

b’aktar spiritwalità, kien diġà kkummenta li l-manna li temgħat lil

Page 94: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

94

missirijiethom fid-deżert kienet meravilja. Imma, jkompli d-

Dewteronomju, Alla qed jitmagħkom ISSA b’xi ħaġa ħafna aktar

importanti; Il-Kelma Tiegħu. Għal-Lhud, il-manna kienet meravilja

kbira. Imma l-awtur għaref tal-ktieb tad-Dewteronomju, kien diġà

rrealizza li n-nies, impressjonati mill-meravilja tal-manna, ma kinux

qed jaqraw dak li Alla ried jgħidilhom tassew permezz ta’ dak is-sinjal.

Kien għalhekk li d-Dewtronomista jiddikjara li. 8:3Mhux bil-ħobż biss

jgħix il-bniedem imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla. Id-

dewtronomista jgħallem lill-poplu li l-aktar ħaġa importanti mhux li

noqogħdu nistagħġbu bil-meravilja tal-manna imma l-aktar importanti

huwa li nistagħġbu bil-meravilja kif Alla jitma lill-poplu tiegħu bil-

Kelma tiegħu. Dik il-kelma li rridu nibnu ħajjitna fuqha biex inkunu

qed nibnuha fis-sod, cf Mt 7.

F’dan id-dawl, Ġesù jikkwota id-Dewteronomju biex jiddikjara li Hu

nnifsu huwa l-Kelma ta’ Alla. Ġesù jerġa’ jfakkar lin-nies fit-tagħlim

tad-Dewtronomista u jerġa’ jirrepeti l-istess tagħlim. Iġifieri, li l-ħobż li

hu mmultiplika u kattar għalihom, u li huma tant kienu għadhom

meraviljati bih, kien biss sinjal ta’ kif Hu jitmagħhom ta’ kuljum bil-

kelma ta’ Alla. Huma ġew lura jfittxuh għall-kisra tal-ħobż. Imma dak

li misshom ġew ifittxuh għalih u dak li messhom talbuh jagħtihom, ma

kellhiex tkun il-kisra tal-ħobż imma kellu jkun aktar tagħlim. Misshom

ġew ifittxu l-ħobż li jibqa’ mhux il-ħobż li jgħaddi. Misshom talbu għal

Page 95: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

95

aktar rivelazzjoni dwar il-Missier biex hekk ikunu jafu aħjar min hu l-

Missier. Dak il-Missier li huma jemmnu li kien tema’ lil missirijiethom

fid-deżert. U fil-fatt għadu jixtieq jitmagħhom dak il-jum stess.

Alla kien preżenti fosthom permezz tal-Kelma tiegħu, għax Ġesù nnifsu

huwa l-Kelma ta’ Alla. Ġesù nnifsu huwa r-rivelazzjoni tal-Missier.

Ġesù huwa l-Ħobż mis-sema li l-Missier kien qiegħed jagħtihom. Il-

Lhud, bħal xi wħud mill-komunità Nisranija, kienu qed ifallu li jaraw u

jagħrfu din il-verità. Ġesù jerġa’ jassigurahom li hu kien l-uniku wieħed

li Ra lill-Missier għax kien mal-Missier. Allura hu kien dak li seta’ juri

u jirrivela lill-Missier. Hu biss jista’ jgħidilhom li t-tagħlim tiegħu kien

l-għerf tal-Missier għax kien ġej mill-Missier. U kull min jemmen fih,

ma jkunx bħal missirijiethom li kielu l-manna fid-deżert u mietu għax

ma għarfux il-kelma ta’ Alla. Imma kull min jemmen fih, jiekol l-kelma

tal-Missier u jgħix għal dejjem u ma jara qatt il-mewt. Dan huwa l-mod

li bih Ġesù beda l-omelija tal-Ħobż tal-Ħajja.

Ġesù qiegħed jerġa’ jafferma li hu r-Rivelazzjoni tal-Missier. Mhux

Mosè u l-Liġi, imma Ġesù jinkorpora r-Rivelazzjoni tal-Missier, il-

Kelma tal-Missier, it-Tagħlim tal-Missier, l-Għerf tal-Missier, il-Verità

tal-Missier. Huwa għalhekk li Ġesù mhux biss jitma’ lill-bniedem imma

huwa l-ħobż tal-ħajja. Min jiekol minn dan il-ħobż ikun sodisfatt. Ġesù

huwa l-Għerf Divin li ġie mis-sema biex idawwal qalb il-bniedem bit-

Page 96: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

96

tagħlim tiegħu. Ġesu ġie biex jurina min hu l-Missier għax Hu dak li

kien mal-Missier u ra lill-Missier. Ġesù ġie mingħand il-Missier biex

bit-tagħlim tiegħu jsostni u jmantni l-moħħ u l-qalb tal-poplu biex

iwassalhom għall-fidi. Kien għalhekk li Ġesù stqarr li hu nnifsu hu l-

ħobż tal-ħajja. Ħadd minn dawk li jemmnu fih mhu se jkun aktar bil-

ġuħ. Hu jitkellem minn dawk li qegħdin jiġu għandu għax huma

mibgħuta mill-Missier. 36Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm

rajtuni, ma emmintux. 37Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u

min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; 38għax jiena nżilt mis-sema mhux

biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni. 39Issa r-

rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li

tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Xtaqt kieku nikkummenta

ftit dwar dan il-passaġġ. Imma biex nagħmel hekk nidħol fid-

diskussjoni tal-predistinazzjoni li mhux l-iskop ta’ dan il-ktieb.

Dan l-aspett futuristiku tal-Ewkaristija, huwa tant importanti għall-

komunità ta’ Ġwanni, li din l-istqarrija ta’ Ġesù hija repetuta darbtejn

bħala r-rieda tal-Missier: 40Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull

min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajmu

mill-imwiet fl-aħħar jum. B’kuntrast mas-Sinottiċi, il-vanġelu ta’

Ġwanni ma jagħtix dik l-importanza kbira lit-tieni miġja ta’ Ġesù. Dan

ma jfissirx li jiċħadha. Diġà fl-ewwel kapitlu mal-istqarrija ta’ Natanael

li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla u s-Sultan ta’ Iżrael, 1:50Ġesù wieġbu:

Page 97: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

97

"Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad

tara ħwejjeġ akbar minn dawn." 51U żied jgħidlu: "Tassew tassew

ngħidilkom, għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta' Alla telgħin u niżlin

fuq Bin il-bniedem. F’dan il-kuntest din l-importanza għall-aspett

futuristiku tal-Ewkaristija hija sinifikanti ħafna.

Meta Ġesù jinterpreta l-manna għalih innifsu, San Ġwann jagħtina r-

reazzjoni tal-Lhud, li kienet ukoll ta’ xi membri tal-komunità; 41Il-Lhud

bdew igergru fuqu għax qal, ‘Jiena l-Ħobż li niżel mis-sema 42u bdew

jgħidu dan mhuwiex Ġesù, bin Ġużeppi? Lil missieru u lil ommu ma

nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, ‘jien inżilt mis-sema’? Din hija

reazzjoni naturali li nsibu fil-vanġeli kollha, Lq 4. Imma Ġwanni

jispeċifika li l-Lhud bdew igergru biex jerġa’ jfakkarna fl-esperjenza

tad-deżert meta missirijiethom bdew igergru minħabba li ma kellhomx

ħobż. Saħansitra bdew jgħidu li kienu aħjar meta kienu agħar fl-Eġittu.

Mistoqsija u oġġezzjoni, li bħal dawk kollha ta’ qabilhom, se tagħti l-

okkażjoni lil Ġesù li jidħol aktar fil-fond bit-tagħlim tiegħu. Infakkar li

dan huwa parti mill-istil tal-evanġelista biex iwassalna għal dak li jrid

jgħallimna Ġesù.

Ikun propju hawnhekk, fit-tgergir tal-Lhud għall-istqarrija ta’ Ġesù li hu

l-ħobż ħaj li niżel mis-sema, li fl-istil tal-omelija rabbinika li tkellimna

Page 98: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

98

dwarha diġà, Ġesù se jirrikorri għall-kwotazzjoni u interpretazzjoni tal-

profeta biex jikkonferma s-sinifikat u t-tifsira propja tal-passaġġ li hu

ġie mingħand il-Missier. Ġesù qed jispjega u jinterpreta l-passaġġ fis-

sens li kienet ir-rieda tal-Għerf Divin li jitma’ lill-poplu tiegħu. U dan

huwa dak li kien qiegħed jiġri propju dak il-ħin li Ġesù qed jgħid dak il-

kliem.

Fil-ktieb tal-Għerf u ta’ Bin Sirak, dan il-kunċett li l-Għerf ta’ Alla

jinżel mis-sema u jitma’ lill-poplu, kien wieħed komuni ħafna. Għax

għall-kotba sapenzjali, l-Għerf ta’ Alla hija l-Liġi. L-Għerf ta’ Alla

jinsab fil-Liġi. Kull min jiekol mil-Liġi jissodisfa lilu nnifsu. Imma

Ġesù qiegħed jikkonferma lilu nnifsu bħala l-Għerf ta’ Alla minflok il-

Liġi. La Ġesù huwa l-Għerf ta’ Alla, allura Ġesù huwa dak li jitma’ lill-

poplu ta’ Alla.

Fl-omelija, Ġesù jinterpreta l-Liġi billi jikkwota mill-profeta Isaija biex

jikkonferma dak li qed jgħid. Ġesù jgħid lil-Lhud, u l-komunità

Nisranija li minnha ħareġ dan il-vanġelu, u qed tgħid lilna, li l-passaġġ

mill-Pentatewku li huma kkwotaw, fil-fatt jirriferi għalih. Il-ħobż tal-

ħajja huwa Hu nnifsu. Huwa għalhekk li l-profeta Isaija jgħid li, 54:13Kulħadd ikun mgħallem minn Alla. Din il-profezija li Alla nnifsu

jgħallem lill-poplu tiegħu, kienet qed isseħħ dak l-istess mument li

Ġesù qiegħed jitkellem magħhom. Kliem Ġesù dwar il-manna kien qed

Page 99: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

99

jidwi f’moħħ il-poplu li qed jisimgħu. Żgur li kien qiegħed ifakkarhom

dwar ħafna omeliji li kienu semgħu mir-rabbini dwar dan is-suġġett,

ovvjament b’interpretazzjoni differenti.

Nirrepeti, bħalma huwa l-istil tiegħi li nagħmel, għax San Ġorġ Preca

għallimni li musmar ma jidħolx b’daqqa waħda, li t-tifsira primarja li Ġesù

huwa l-ħobż mis-sema hija li Ġesù huwa r-Rivelazzjoni tal-Missier. Huwa

għalhekk li ma nistgħu qatt nifirdu l-Ewkaristija mqaddsa mill-Kelma ta’ Alla

u l-Kelma ta’ Alla mill-Ewkaristija. It-tnejn huma ż-żewġ uċuħ tal-istess

munita. Kemm hija ħaġa sabiħa li aħna l-Kattoliċi erġajna skoprejna l-Kelma

ta’ Alla u ħutna l-Protestanti qed jerġgħu jiskopru l-Ewkaristija. Ħadd minna

l-Kattoliċi ma ħassu li waqa’ b’xi mod għall-Protestanti meta ftaħna l-Kelma

ta’ Alla mill-ġdid. Kif ħadd minn ħutna l-Protestanti ma ħassu li qed jaqa’

għalina għax qed jiċċelebraw aktar ta’ spiss l-Ewkaristija. Dik li għalihom

kienet memorja ċċelebrata biss fil-Għid qed tispiċċa ċelebrazzjoni ħafna aktar

spissa. Kemm kienet ħaġa li mlietni bil-ferħ, meta fl-aħħar konferenza li

attendejt f’Lambeth Palace, ir-residenza tal-primat tal-Anglikani, rajt lill-istess

Ruwan Williams, il-primat tal-knisja Anglikana, wiċċu mal-art jitlob quddiem

it-tabernaklu tal-Ewkaristija. Imma dwar dan nitkellem fil-kapitlu ta’ wara

f’dan l-istess ktieb.

Importanti ninnutaw il-qabża fil-ħsieb li qed jagħmel l-evanġelista. Fil-bidu

tad-diskors, l-evanġelista jippreżentalna lil Ġesù jitkellem mill-folla. Issa qed

jippreżentalna lil Ġesù jitkellem mal-Lhud. L-udjenza ta’ issa m’għadhiex il-

Page 100: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

100

folla li qed tfittex ragħaj. Anki jekk għall-folla, dan ir-Ragħaj huwa wieħed

politiku li jġib il-prosperità materjali. Imma l-udjenza issa saret il-poplu ta’

Alla li jippreżentaw ukoll lill-komunità Nisranija tal-awtur. Niftakru li fi

żmien li qed jinkiteb il-vanġelu ta’ Ġwanni, l-Insara kienu diġà mkeċċija mis-

sinagoga. Għall-evanġelista, il-Lhud huma dawk tan-naħa l-oħra. Huma l-

Ġudej rappreżentati fil-vanġelu minn Ġuda, dak li ttradih. Ir-reazzjoni tal-

Lhud turi l-kummenti li kienu jingħadu b’mod dispreġjativ rigward l-

Ewkaristija fis-sinagogi tagħhom; ‘Kif jista’ dan ikun il-Ħobż li niżel mis-

sema? Lill-ġenituri tiegħu nafuhom. Kif jista’ dan jagħti ġismu bħala ikel u

demmu bħala xorb?’ Ġwanni jieħu l-okkażjoni ta’ din l-omelija tal-Mulej fis-

sinagoga biex iwieġeb dawn il-kummenti tal-Lhud u kummenti ta’ xi dixxipli

li nfirdu mill-komunità tiegħu minħabba dan it-tagħlim.

Għalhekk ‘is-Sinagoga’ tista’ tkun ukoll, referenza għal sinagoga tal-Lhud

Insara fejn il-predikazzjoni ta’ Ġesù kienet miġbura flimkien bħalma kien

miġbur flimkien it-tagħlim tar-rabbini l-oħra. Għal din il-komunità Lhudija

Nisranija. Ġesù kien rabbi ieħor imma speċjali. Probabbilment din hija r-

raġuni li ma jispiċċax jitkellem mal-Lhud imma jispiċċa d-diskors tal-ħobż

tas-sema jitkellem mad-dixxipli. Għalhekk l-evanġelista jibda billi jgħid, li

għal min ma jemminx li Ġesù ġie mill-Missier, dan id-diskors ma jistax

jagħmel sens. Ġesù seta’ jagħtina l-ħajja tal-Missier għax ġie mingħand il-

Missier. Jekk ma temminx fih bħala l-mibgħut tal-Missier, ma jistax ikollok

fik dik il-ħajja li hu ġablek mingħand il-Missier. Tibqa’ biss imwieled mill-

ġisem u ma titwelidx mill-Ispirtu.

Page 101: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

101

43Ġesù weġibhom: Toqogħdux tgergru bejnietkom. 44aĦadd ma jista’ jiġi

għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja, u jiena nqajmu mill-imwiet

fl-aħħar jum. Kull inizjattiva ta’ mħabba u salvazzjoni hija dejjem ġejja mill-

Missier. Imma aħna rridu nikkoperaw mas-salvazzjoni li l-Missier tana

permezz ta’ Ibnu. Ġesù qed jikkundanna lil-Lhud u lil dawk li ma jemmnux

fih, għax huma rrifjutaw il-grazzja tal-Missier. 1:11Ġie f’daru u niesu ma

laqgħuhx. Importanti aktar mis-sinjal tat-tkattir tal-ħobż, huwa li taslu taraw,

dak li jrid jurikom is-sinjal. Aktar importanti li temmnu fija li għamilt dak is-

sinjal. Il-ħobż li kiltu huwa l-ħobż li jgħaddi. Imma Jiena Hu l-ħobż li jibqa’

għal dejjem. Ikun hawnhekk li Ġesù jikkonferma dak li qed jgħid bi kliem il-

profeta: 45Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla. Mela

kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. 46Mhux għax xi

ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier.

Għalhekk Ġesù bil-mod solenni tiegħu jistqarr, 47fis-sewwa fis-sewwa

ngħidilkom min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem. Il-kunċett li Ġesù Ra lill-

Missier u li huwa l-Ħobż tal-Ħajja, huwa l-messaġġ bażiku ta’ dan il-passaġġ.

Dak li kattar il-ħobż qed jagħti rivelazzjoni li hija ħafna aktar importanti mit-

tkattir tal-ħobż fih innifsu. Dak li kattar il-ħobż huwa il-Kelma li ħareġ minn

fomm il-Missier.

Dak li qed jiddikjara li qed jagħmel Ġesù huwa dak li għamel matul il-

ministeru kollha tiegħu. Hu dejjem tema’ lill-poplu bil-Kelma ta’ Alla.

Għalhekk Ġesù huwa s-sagrament tal-Missier. Kif Ġesù rrelata mal-ħajja

Page 102: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

102

ġdida li għadu jagħti fil-magħmudija meta tkellem dwar l-ilma ħaj, meta fetaħ

għajnejn l-għama u meta qajjem lil Lażżru mill-mewt. Hawnhekk qiegħed

jirrelata mal-Ewkaristija bit-tkattir tal-ħobż li sar l-ikel, mhux ħobż fiżiku, li

bih mantna l-poplu kif Ġesù għadu jmantni lill-poplu ta’ Alla llum fl-

Ewkaristija. Kif diġà għidna, din hija r-raġuni primarja li Ġwanni jagħtina dan

it-tagħlim waqt il-ministeru u mhux fl-aħħar ikla meta kien se jitlaq mid-dinja.

B’hekk Ġwanni ma ħalaq l-ebda dekotomija bejn is-sagrament ta’ issa u l-

ministeru ta’ Ġesù meta kien fid-dinja. Dan huwa sinjal li bih Ġesù qed juri li

hu kien kapaċi u għadu kapaċi jagħti l-ħajja.

L-evanġelista qed jaqsam magħna u jagħti xhieda tal-fidi tal-komunità

Nisranija tiegħu fl-Ewkaristija. Kienet temmen li l-Ewkaristija hija l-

ħobż ħaj li niżel mis-sema. Hemm enfasi kbira anki fuq il-kelma ‘Ħaj.’

Mhux il-ħobż tal-passat bħall-manna li min kiel minnha miet. Imma

huwa l-ħobż tal-Għerf fil-preżent, li Missieri jagħti llum lilna, li ħadna

l-ħajja ġdida ta’ wlied mingħand Ibnu Ġesù. Aħna lkoll li ħadna din il-

ħajja ġdida minnu għandna bżonn li ngħixu bih. Kif fergħa trid tgħix u

tieħu l-ħajja tagħha mid-dielja l-vera li hu Ġesù. Hekk Ġesù hu l-Ħobż

Ħaj li jagħti l-veru ħajja li tibqa’ għal dejjem lil dawk li bil-fidi

tagħhom jgħixu bih, fih u għalih. L-Ewkaristija hija fis-sustanza tagħha

differenti minn kull ħobż ieħor li jagħti biss il-ħajja materjali.

Page 103: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

103

Dan il-ktejjeb qed jiġi f’idejk mingħajr l-ebda ħlas. Jekk tixtieq:

• li tibda tirċievi d-dar bil-posta l-kotba ta’ din is-sensiela, • li xi persuna oħra tibda tirċievi d-dar bil-posta d-dar il-kotba ta’

din is-sensiela, • li tirċievi xi wieħed mill-kotba li kiteb Dun Ġorġ Dalli, • li tgħin finanzjarjament billi tibgħat offerta;

ikteb lil:

Dr. Joseph Tabone ‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun,

Tal-Ibraġ. Swieqi. SWQ 2080. Malta Email: [email protected]

Kotba Oħrajn miktuba minn Dun Ġorġ Dalli:

1. “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għall-Avvent

2. “Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi.

3. ‘Il-Bibbja kif issawret,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela “Il-Bibbja,” pubblikazzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija

4. ‘Ir-Relazzjoni Persoanli ma’ Ġesù fi Ġwanni,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Kelma.’

5. ‘Il-Bibbja kif Tinqara,’ It-tieni ktieb mis-sensiela ‘Il-Kelma.’

Page 104: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

104

Insert Jekk jogħġbok ikteb Il-Faċċata b’mod ċar u ibgħat bil- tal-ktieb mingħajr posta lin-Nutar Joseph numru fuq Tabone.

Jiena _______________________________________ nixtieq nibda nirċievi bil-posta d-dar il-kotba tas-sensiela ‘Il-Kelma’ f’dan l-indirizz: __________________________________________________________

__________________________Postcode: ___________

Tel: ___________________. Mob:__________________

Email:________________________________________

Firma:________________________________________

Data Protection: Nifhem li l-informazzjoni li qed nagħti hawn se tinżamm u tintuża biss mid-direzzjoni tas-sensiela ‘Il-Kelma.’ Nifhem li jekk nixtieq li ma nirċevix aktar kotba, informazzjoni jew korrispondenza, għandi nagħmel dan bil-miktub lill-Amministrazzjoni biex id-dettalji tiegħi jitneħħew minn fuq id-database.

Page 105: IL-KELMA  |  L-Ewkaristija

105

Dun Ġorġ Dalli twieled fl-20 ta’ April 1952 f’Ħal Qormi. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April 1979. Wara esperjenza ta’ 7 snin ħidma manwali fi ċkunitu, ta’ 20 sena daħal is-seminarju u l-università minn fejn kiseb il-grad ta’ Masters fit-Teoloġija Pastorali bit-teżi ‘Ir-Relazzjoni bejn il-Kappillani u l-Lajċi.’ Dun Ġorġ serva f’diversi ministeri fil-knisja: Viċi Parroku fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan Ħal Qormi; Direttur tal-Istitut Kattoliku u Kappillan tal-Parroċċa Tal-Ibraġ. Bħalissa Dun Ġorġ jagħti korsijiet mal-Għaqda Biblika Maltija u f’ħafna ċentri u gruppi madwar Malta; Direttur Spiritwali fl-iskola San Anton; jaħdem bħala saċerdot fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard speċjalment fil-qasam tal-familja. Hu mfittex ħafna għall-pellegrinaġġi mibnija fuq ħafna tagħlim bibliku, interess spiritwali, kulturali u edukattiv li jmexxi speċjalment dawk lejn l-Art Imqaddsa. Kitbiet oħra tiegħu huma s-serje ‘Kelma u Xbieha’ li fiha diġà ppubblika żewġ kotba: “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għall-Avvent u “Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi. L-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Bibbja” bit-titlu, ‘Il-Bibbja kif issawret,’ pubblikazzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija. Żewġ kotba fis-sensiela ‘Il-Kelma’ bit-titli ‘Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni’ u ‘Il-Bibbja kif Tinqara.’