il- kelma | il- bibja kif tinqara

105
DUN ÌORÌ DALLI Il-Bibbja Kif Tinqara IL-KELMA Sensiela II

Upload: joseph-zerafa

Post on 12-Mar-2016

272 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara | Ktieb ta' Dun Ġorġ Dalli

TRANSCRIPT

Page 1: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

D U N Ì O R Ì D A L L I

Il-BibbjaKif Tinqara

IL-KELMASensiela

II

Page 2: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

iD U N Ì O R Ì D A L L I

Il-BibbjaKif Tinqara

IL-KELMASensiela

II

Page 3: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

Editur: Dun Ġorġ Dalli‘Dalli’ Triq il-Qasba,Ta’ l-Ibraġ. Swieqi SWQ 2422. MaltaTel: 21378771Email: [email protected]

Amministratur: Dr. Joseph Tabone‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun,Ta’ l-Ibraġ. Swieqi. SWQ 2080. MaltaTel: 21377844.Email: [email protected].

Copyright: © Dun Ġorġ Dalli – il-jeddijiet kollha miżmuma.

ISBN: 978-99957-0-063-8

Ippublikat fis-sena 2011

Printing: Progress Press

Page 4: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

Lil dawk kollha,l-aktar fosthom Fr. Raymond Brown,li għallmuni niftaħ il-paġni, il-linji u l-vrus tal-Bibbjau naqra fihom Kliem Allaminkejja l-limitazzjoni tal-bniedem.

Lil dawk kollha,l-aktar fosthom Carlo Carretto,li għallmuni nara l-Bibbjabl-għajnejn tal-fidi fl-Ispirtubiex naqra fiha l-Kelma li Alla l-Missieririd iwassalli bħala ibnu permezz ta’ Ibnu.

Dedika

Page 5: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

Nirringrazzjaw minn qalbna:

Lill-Mulej Alla li minnu kollox ġej.

Lill-familja, li riedet tibqa’ anonima, li offrew l-ispejjeż kollha ta’ dan il-ktieb. Jalla l-Mulej jagħtihom għal mitt darba minn din id-dinja stess u l-ħajja ta’ dejjem għal li ġej.

Lil Denis Dalli li b’imħabba u dedikazzjoni kbira għamel il-prova tal-kitba ta’ dan il-ktieb.

Lil Tony Aquilina tal-Miranda Publishers tal-għajnuna fil-pubblikazzjoni.

Ringrazzjament

Page 6: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

Introduzzjoni tas-sensiela vii

Daħla ix

1. It-Trasmissjoni tal-Bibbja permezz tat-Traduzzjonijiet 12. L-Istorja tal-Interpretazzjoni fl-istudju tal-Bibbja 233. L-Istudju Xjentifiku tal-Bibbja 414. L-Iskrittura u t-Tradizzjoni 595. Konklużjoni 87

Werrej

Page 7: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

vii

Page 8: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

vii

Dan il-ktejjeb jipprova jgħinna nużaw in-nuċċali tagħna ħalli nifhmu aħjar il-Bibbja. Mhux in-nuccali tal-awtur, li għalkemm għandu numru ta’ snin esperjenza bħala saċerdot, imma din il-pubblikazzjoni għandha twassal sabiex ikollna il-ħarsa tagħna, ta’ kull wieħed u waħda minna fuq il-Bibbja. Għodda f’idejna sabiex ikollna tifsira tat-testi bibliċi li nisimgħu waqt il-quddies jew naqraw fil-laqgħat ta’ talb.

Dan il-ktejjeb jiġbor fih bosta tagħlim fuq il-Bibbja matul is-sekli. Il-vantaġġ ta’ dan il-ktejjeb hu li għalkemm jidħol fil-fond dwar x’qalu l-qaddisin, l-għorrief, u diversi konċilji, xorta waħda hu ktejjeb li jista’ jifhmu kulħadd. Jagħtina diversi modi ta’ studju, li saru sabiex issir l-interpretazzjoni u kritika ħalli jinftiehem aħjar il-messaġġ tal-kelma ta’ Alla. Mhux tqil. Jgħodd għalina lkoll.

Dan il-ktejjeb jisħaq dwar l-importanza tal-Knisja fit-tixrid tal-Kelma ta’ Alla. Kienu l-ewwel

Introduzzjoni

Page 9: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

viii ix

komunitajiet Insara li għarfu t-testment l-antik. Kienu l-istess l-ewwel knejjes li nisġu l-vanġeli, l-Atti tal-Appostli, l-ittri ta’ San Pawl. Dan ifisser li l-Bibbja ssib l-għeruq tagħha fil-Knisja u mhux fil-privat. Hija l-Knisja li tippreżerva l-Kelma ta’ Alla u tapplikaha għal ħajjitna llum.

Dan il-ktejjeb hu lenti ta’ gwida, li għandha fuq kollox twassalna sabiex naqraw aħjar il-Bibbja. Irridu nagħmlu dan bil-fidi, biex nagħrfu min hu Alla u b’hekk ikollna relazzjoni personali miegħu. Huwa l-messaġġ li Alla ried jagħtina permezz tal-Kelma tiegħu, fiż-żmien ta’ meta inkitbet u llum. Dan il-ktejjeb jista’ jkun ieħor minn dawk li għandna fuq l-ixkafef tal-libreriji tagħna; imma żgur dan il-ktejjeb jurina li l-Bibbja tmur oltre l-kotba l-oħra.

Joseph Tabone

Page 10: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

viii ix

Is-sena l-oħra ppublikajna l-ktejjeb ‘Il-Bibbja kif Issawret.’ Fid-daħla ta’ dan il-ktejjeb kont għidt li biex dak il-ktejjeb, minkejja l-qosor tiegħu jkun xogħol komplut, kien jonqsu ktejjeb ieħor bl-isem, ‘Il-Bibbja kif Tinqara.’ Bl-għajnuna ta’ Alla llum qed nippreżentaw dan il-ktejjeb li jit-kellem dwar l-Interpretazzjoni fil-qari tal-Bibbja. Interpretazzjoni tfisser kif il-qarrej se jinterpreta dak li qed jaqra biex jifhem aħjar, l-ewwel nett dak li ried jgħidilna l-awtur sagru meta mmexxi mill-Ispirtu s-Santu kiteb dak li kiteb. Imbagħad fuq kollox kif il-qarrej jifhem dak li jrid jgħidlu Alla llum permezz tal-kelma tiegħu fl-esperjenzi ta’ ħajtu.

Infakkar ftit li fl-ewwel ktejjeb konna ddiskutejna l-proċess twil ta’ kif dik il-librerija ta’ kotba li aħna nsejħulha ‘Bibbja’ nkitbet u nġabret fi ktieb wieħed. F’dan il-ktejjeb se niddiskutu l-mod kif aħna rridu naqraw din il-librerija kotba li kull

Daħla

Page 11: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

x xi

ktieb minnhom inkiteb minn ħafna awturi umani differenti, fi żminijiet, f’kulturi, bi stili ta’ kitba u forom letterarji differenti. Librerija kotba li hija ktieb wieħed għax hija l-Kelma ta’ Alla. Il-Bibbja mhix ktieb li titkellem dwar Alla. Il-Bibbja hija l-Kelma ta’ Alla.

Għax hija l-kelma ta’ Alla, il-Bibbja għandha jkollha l-post li jixirqilha fil-Ħajja tal-Fidi ta’ kull Kristjan, ta’ kull familja Nisranija u ta’ kull komunità mlaqqgħa f’Ismu.

Għax hija l-Kelma ta’ Alla, il-Bibbja ma tgħidilniex biss li Hemm Alla imma tgħidilna wkoll Min Hu dan Alla.

Għax kien Alla nnifsu li mill-imħabba u l-ħniena tiegħu wriena lilu nnifsu l-ewwel permezz tal-patrijarki u l-profeti, imbagħad fl-aħħar taż-żmien permezz ta’ dak li Qal u Għamel Ibnu l-Waħdieni li ħa l-laħam u għammar fostna.

Għax hija l-kelma ta’ Alla miktuba minn bnedmin, allura hija r-responsabbiltà tagħna li naraw u nifhmu kemm jista’ jkun eżatt dak li ħafna awturi umani, matul diversi żminijiet, riedu jgħidulna meta ispirati mill-Ispirtu s-Santu, wasslulna dak li Alla jrid jgħidilna. Għalhekk il-Bibbja rridu naqrawha l-ewwel nett bil-Fidi li hija l-Kelma ta’ Alla. Imma rridu naqrawha wkoll bit-Tagħlim dwar iż-żminijiet, il-kultura, l-istili

Page 12: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

x xi

differenti u l-forom letterarji li fihom inkitbet. Importanti li nifhmu dawn l-istili u l-forom letterarji differenti għax inkella ma nistgħux nifhmu sewwa l-messaġġ għas-salvazzjoni tagħna li Alla jrid jagħtina permezz tal-awturi umani.

Għax il-Bibbja hija Unità fid-Diversità. Mhux hekk hija l-knisja li mill-ħajja u t-tradizzjoni tagħha ħarġet il-Bibbja? Il-Ġisem ta’ Kristu huwa Wieħed imma fih ħafna membri b’diversità ta’ doni u kariżmi.

Naħseb li huwa importanti li nfakkar ukoll li fl-ewwel ktejjeb tkellimna li l-Bibbja ħadet madwar elfejn sena biex issawret u nkitbet. Permezz tal-kummentarju tagħna fuq l-introduzzjoni tal-vanġelu ta’ San Luqa, konna ddiskutejna l-erba’ tappi differenti tal-proċess li ħa biex inkiteb kull vanġelu u ħafna mill-kotba l-oħra tal-Bibbja.

Konna tkellimna wkoll li l-Bibbja ssawret minn ħafna awturi li riedu jiktbu l-messaġġ ta’ Alla lil nies li minkejja li kienu jgħixu fi żmienhom, imma kienu ta’ kultura u mentalità kompletament differenti minnhom. Għalhekk tkellimna minn Traduzzjoni u Inkulturazzjoni. Minkejja li Ġesù qatt ma tkellem Grieg imma dejjem tkellem bl-Aramajk, biex l-evanġelisti jwasslu l-messaġġ tagħhom lill-ġentili li kienu jgħixu barra l-Palestina, kellhom jiktbu bil-Grieg. Inkella ħadd ma seta’

Page 13: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

xii xii

jifhem il-messaġġ tal-Bxara t-Tajba tal-Mulej. Anki fil-predikazzjoni tagħhom, u dan narawh l-aktar f’San Pawl, kellhom jagħmlu dak li llum insejħulu inkulturazzjoni. Diġà dak iż-żmien kellu ħafna persekuzzjoni mill-Insara ta’ Ġerusalem dwar dan. Pawlu kellu mhux biss jittraduċi minn lingwa għal oħra, imma kellu jaddatta dak li qal Ġesù għal ħsieb, il-kultura u l-mentalità ta’ dawk li lilhom qed iwassal il-Bxara t-Tajba. Mentalità li kienet ħafna differenti minn dik li kellu Ġesù li għix fil-ħajja rurali u agrikola tal-Palestina. Mur ġib lil San Pawl fl-ibliet metropoliti ta’ dak iż-żmien, bħal Ateni, Korintu, Efesu, Antjokja jitkellem mir-Ragħaj u n-Nagħġa.

Fakkart f’dak li konna għidna fil-ktejjeb ‘Il-Bibbja kif Issawret.’ Issa nistiednek li tibda taqra dan it-tieni ktejjeb ‘Il-Bibbja kif Tinqara’ li hu l-kontinwazzjoni tal-ewwel wieħed. Nitlob ’l Alla biex din il-ħidma tagħna tkun kollha għall-glorja tiegħu u sservi biex inkunu mxabba’ għax aħna dawk il-hienja bil-ġuħ u bil-għatx għas-sewwa li jinsab fil-Kelma ta’ Alla.

Dun Ġorġ Dalli1 ta’ Mejju 2011Festa tal-Ħaddiem

Page 14: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

1

Aħna l-Insara li llum għandna f’idejna l-ktieb tal-Bibbja, irridu napprezzaw u nkunu rikonoxxenti ħafna lejn għadd kbir ta’ persuni, Lhud u Insara, li minn ġenerazzjoni għal oħra, wasslulna dawn it-testi bibliċi b’tant sagrifiċċju, dedikazzjoni u mħabba. Irridu niftakkru, li ħafna mill-istorja tal-Bibbja kienet imwassla minn ġenerazzjoni għal oħra, għal żminijiet twal, b’mod orali u mhux bil-kitba. Il-kitba kienet skarża ħafna. La kien hemm komdità biex wieħed jikteb u lanqas ħafna nies li kapaċi jiktbu jew jaqraw. Stejjer, tagħlim ta’ mexxejja u mgħallma kbar, innijiet, poeżiji, mitoloġija, u kull tradizzjoni oħra, kienet memorizzata b’għożża kbira u mgħoddija mill-ġenituri għall-ulied, mill-għalliem lid-dixxiplu, mill-mexxej spiritwali lill-komunità li kienet tiltaqa’ għat-talb anke qabel kien hemm il-Kelma miktuba kif nafuha llum. Mit-tagħlim li kien jingħata f’dawn il-laqgħat ta’ talb,

1. It-Trasmissjoni tal-Bibbja permezz tat-Traduzzjonijiet

Page 15: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

2

kull komunità ħolqot it-tradizzjoni tagħha. Huwa għalhekk li pereżempju nitkellmu mir-Redattur li għaqqad flimkien it-tradizzjonijiet tal-Jaħwista, tal-Elohista, tad-Dewtronomista u tal-Qassis (JEDP-R). Mill-ġabra tagħhom flimkien ingħaqad il-ktieb tal-Pentatewku, il-ktieb tal-Liġi. Mill-għaqda ta’ ħafna tradizzjonijiet flimkien, anki fl-iskejjel tal-profeti, issawru l-kitbiet kollha tal-Bibbja.

Irridu niftakru wkoll, li fiż-żmien l-imgħoddi ma kellhomx il-kultura tal-kitba kif għandna aħna llum. Aħna llum irridu nagħmlu nota ta’ kollox, għax inkella ma niftakrux u qisu qatt ma kien xejn. Irridu niktbu kollox, għax għalina llum, li niktbu hija xi ħaġa faċli ħafna. Imma ħafna drabi aħna ninsew li mhux dejjem kien hekk. Id-diffikultà tal-kitba kienet kbira. Meta bdiet tinkiteb il-Bibbja, il-kitba kienet tfisser tinqix fuq it-twavel tat-tafal, bil-kapaċità ta’ kittieb tajjeb kienet tleħħaq kitba ta’ biss ftit għexerien ta’ kliem fis-siegħa. Dawk aktar fortunati aktar tard fl-istorja, li kienu jiktbu fuq il-papirus, kellhom il-possibilità ta’ ftit aktar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kultura tal-poplu ma kinetx waħda ta’ kitba imma dik ta’ memorja. Kienu jiftakru ħafna. Bħalma dawk li huma tampari niftakru, li qabel ma kellna t-telefonija ċellurali, konna niftakru bl-amment in-numri tat-telefown kollha.

Page 16: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

3

Imma mhux hekk illum, meta spiċċajna niktbu n-numri fuq il-mowbajl bil-konsegwenza li ma għadna niftakru xejn. Tlifna l-kapaċità li ngħoddu bil-ħeffa għax għandna l-kalkulatur. Il-memorja kienet il-mod kif l-informazzjoni kienet imfassla, mgħallma u mwassla minn persuna għall-oħra u minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-memorja kienet l-għodda li aħna stess konna nużaw b’tant kapaċità u frekwenza.

Imma madwar elf sena qabel Kristu, meta Iżrael ġie organizzat bħala monarkija, il-kitba bdiet tiġi dejjem aktar żviluppata. Beda jkollna, anke fost il-poplu Lhudi, skribi u kittieba. Mad-diversità ta’ dawn il-kittieba bdew jiġu żviluppati stili u modi differenti ta’ kitbiet, kulħadd bil-mod tiegħu. Ħafna minnhom influwenzati mil-letteraturi tal-popli ġirien li kienu jgħixu madwar Iżrael li kienu żviluppati bħala popli u nazzjonijiet ħafna qabel il-poplu Lhudi. Għalhekk għandna dik l-influwenza kollha tal-mitoloġiji pagani pereżempju fl-ewwel ħdax-il kapitlu tal-ktieb tal-Ġenesi bl-istejjer tal-krejazzjoni, tad-dulluvju, tal-arka ta’ Noe u tat-torri ta’ Babel. Mat-twaqqif tal-monarkija, il-poplu ma baqax biss poplu imma sar nazzjon. Beda jkollu l-edukazzjoni tal-iskribi biex jiktbu l-kronaki tar-rejiet, il-liġijiet li jipproklama s-sultan u l-qorti

Page 17: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

4

tiegħu, u affarijiet oħra ta’ interess fost il-ġrajjiet tal-poplu. Kienu bdew ukoll jibnu l-arkivji ta’ dak li jiġi miktub.

Aktar mal-ġeneru tal-kitba beda jsir popolari, aktar beda jkun hemm skribi u kittieba anki fost id-dixxipli tal-profeti. Dawn bdew jidħlu għall-ħidma li jiktbu l-kliem li l-profeta kien jgħidilhom meta jkun qed jgħallimhom u jkellimhom dwar l-interpretazzjoni tal-liġi. Bdew jinkitbu wkoll partijiet mil-Liġi li tant kienet għażiża għall-poplu biex jinqraw u jiġu mgħallma fil-laqgħat tas-sinagogi tagħhom. Kienu ħafna l-kitbiet u t-tradizzjonijiet tal-Liġi bl-interpretazzjoni tar-rabbini u tal-profeti li kienu mferrxa mal-poplu Lhudi kollu f’kull post li kien jgħix.

Meta l-poplu Lhudi rritorna mill-eżilju ta’ Babilonja, ħass il-bżonn li dawn il-kitbiet u tradizzjoni li kull tribu u grupp ta’ Lhud ġab miegħu mill-Eżilju, jiġu miġbura kollha fi ktieb wieħed. Meta saret din il-ġabra, dan il-ktieb wieħed ġie msejjaħ TaNaK, il-kelma Lhudija għall-Bibbja.. TaNak hija l-ġabra tat-tliet taqsimiet li minnhom hija magħmula l-Bibbja. Fl-ewwel parti tiegħu kienet miġbura l-Liġi, ‘it-Torah,’ imbagħad fit-tieni parti konna nsibu l-Profeti ‘Neviim.’ U l-aħħar parti kienet magħmula mill-ġabra tal-Kitbiet,

Page 18: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

5

‘Kethuvim’ Ovvjament qed nirreferu għall-Antik Testment.

Fil-Ġdid Testment għandna proċess simili, minkejja li kif diġà għidna, ma damx daqshekk fit-tul taż-żmien. Ħafna mill-materjal tal-vanġeli, kliem ta’ Ġesù, parabboli, l-istejjer tal-mirakli, il-kunflitti mal-oppożituri, u n-narrazzjoni tal-passjoni u l-qawmien, l-ewwel kienu mgħoddija b’mod orali mill-appostli u minn dawk kollha li kienu ma’ Ġesù waqt iż-żmien tal-ministeru tiegħu. Dan il-materjal, mgħammed mill-fidi fil-qawmien tal-Mulej Ġesù, kienu jgħadduh b’mod orali lill-komunitajiet tal-Insara li kienu jinġabru għax emmnu l-Kelma li ġiet imxandra lilhom. Dawn kienu saru l-esperjenzi li fil-komunitajiet tal-aħwa, kienu jgħadduhom u jitkellmu dwarhom kull meta jiltaqgħu fl-ewwel jum tal-ġimgħa, għal-liturġija u għall-qsim tal-ħobż.

Għaddew kważi ħamsa u għoxrin sena mill-qawmien tal-Mulej sakemm beda jinkiteb l-ewwel materjal tal-Ġdid Testment. U kważi ħamsin sena meta kien ġie miktub l-ewwel vanġelu bil-Grieg li għandna f’idejna. Għal dan iż-żmien kollu, il-Kerygma, il-proklamazzjoni, kienet issir kollha b’mod orali. Kienet tiġi tradotta u addattata skont il-postijiet li fihom kienu jmorru l-predikaturi.

Page 19: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

6

Din hija r-raġuni ta’ l-insistenza tiegħi fil-ktejjeb li jiena ktieb qabel dan, bit-titlu ‘Relazzjoni personali ma Ġesù fi Ġwanni, li aħna ma nitkellmux minn vanġelu imma nitkellmu minn vanġeli. Għalhekk għandna erba’ vanġeli b’diversità kbira fil-preżentazzjoni tal-fidi fl-istess Mulej Ġesù. Diversità kbira speċjalment bejn is-sinottiċi u Ġwanni. Kien għadda ż-żmien meta dan il-materjal orali nġabar flimkien, kif qalilna li għamel Luqa, u ġie miktub fil-forma tal-vanġelu mill-evanġelista li hu nnifsu kien parti mill-komunità li għaliha kiteb u ġabar il-materjal. L-Ittri ta’ San Pawl u l-Ittri tal-Appostli l-oħra flimkien mal-Ktieb tar-Revelazzjoni, huma storja oħra. Dan il-materjal ġie miktub jew iddettat b’mod dirett kif wasal għandna sal-lum.

S’issa għadu ma nstab l-ebda dokument oriġinali tal-ebda ktieb tal-Bibbja. Għalhekk ma għandna f’idejna l-ebda dokument oriġinali tal-Bibbja. Fin-nuqqas tal-istamperiji, ħafna skribi kienu jiddedikaw ħajjithom kollha jikkuppjaw il-materjal u t-testi bibliċi biex ikunu jistgħu jinqraw minn ġenerazzjonijiet ta’ warajhom. L-eqdem dokumenti tat-testi bibliċi ta’ l-Antik Testment li għandna, iġibu d-data tal-ewwel seklu qabel Kristu. Dawn huma parti mil-librerija li nstabet fl-1948 ħdejn il-Baħar il-Mejjet fejn kienet tgħix il-komunità tal-

Page 20: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

7

Qumran. Fil-fatt insejħulhom id-‘Dead Sea Scrolls.’ Jeżistu wkoll ħafna frammenti (bċejjeċ) ta’ papiri bil-kitbiet sagri fuqhom li jġibu d-data tat-tieni seklu wara Kristu. Dawn fihom diversi siltiet mill-Bibbja, kemm mill-A.T. u kemm mill-Ġ.T. Jeżistu wkoll manuskritti kompluti tal-Bibbja tat-tielet u raba’ seklu li jinsabu fl-arkivju tal-Vatikan.

Dawn it-testi bibliċi antiki li semmejna, m’għandhomx il-format nadif u ċar kif nafu aħna fil-Bibbji moderni li għandna f’idejna llum. Irridu niftakru li l-qasma f’kapitli, versi, sentenzi bit-tikka, (full stops) u virgoli (commas), saret fil-Medju Evu. Qabel il-Medju Evu, demarkazzjoni bejn sentenza u oħra, kapitlu u ieħor, sezzjoni u oħra ta’ ktieb bibliku partikulari, kienet xi ħaġa każwali u mhux regola.

L-idejn ta’ ħafna kopisti, b’interessi u kapaċitajiet differenti, f’ħafna edizzjonijiet tat-testi bibliċi, introduċietna b’mod inevitabbli għal varjazzjonijiet u żbalji. Traduzzjonijiet jew verżjonijiet antiki ta’ manuskritti oriġinali f’lingwi oħra bħal-Latin, Sirjak u Kopt, jistgħu jintroduċu żbalji u interpretazzjonijiet varji li ma ssibhomx fil-maniskritti bil-lingwa oriġinali. Pereżempju, fil-wegħda tas-salvazzjoni ta’ Alla lill-bniedem fil-ġnien tal-Eden, Ġen. 3, il-Vulgata,

Page 21: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

8

it-tradizzjoni tal-Bibbja ta’ San Ġlormu għal-Latin, il-lingwa mitkellma ta’ dik iż-żmien, ma taqrax, ‘Hu jisħaqqlek rasek,’ kif hemm miktub fil-Bibbja oriġinali bl-Ebrajk, imma taqra, ‘Hi tisħaqqlek rasek.’ Konsegwenza ta’ din l-interpretazzjoni u traduzzjoni xejn korretta, għandna l-istatwi u s-santi kollha ta’ Marija tisħaq ras is-serp. Nafu li l-fidi tagħna hija li Ġesù, u mhux Marija, huwa dak li rebaħ il-qawwa tax-xitan għax huwa biss il-Messija, l-Iben ta’ Alla li ġie fid-dinja. Ma’ din it-traduzzjoni żbaljata, matul iż-żmien, ingħataw ħafna titli lil Marija li l-Konċilju jgħidilna nistgħu ngħiduhom għal Ġesù biss.

Kemm hi biċċa xogħol rikka dik li qegħdin jagħmlu llum ħafna studjużi tal-Bibbja, meta qed jistudjaw l-aktar manuskritti antiki li għandna u jqabbluhom bejniethom biex imorru kemm jista’ jkun għall-kitba oriġinali tal-awtur sagru. Għal dan il-għan is-sejba tal-manuskritti tad-Dead Sea Scrolls reġgħet laqqgħetna ma’ manuskritti bibliċi aktar antiki minn dawk li kellna. B’sorpriża kbira, għall-grazzja ta’ Alla, hemm qbil kbir ħafna bejn dawn it-testi tal-ewwel sekli tal-Qumran u t-testi tat-tielet jew ir-raba’ seklu li kellna diġà f’idejna. Dan juri l-kura u d-dedikazzjoni li l-iskribi, fil-maġġoranza kbira tagħhom, kienu jimxu biha fix-

Page 22: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

9

xogħol tagħhom biex jikkuppjaw it-testi sagri tat-tradizzjonijiet bibliċi.

Ma ninsewx li skriba ta’ veru kien jemmen li ma għandu l-ebda dritt li jnaqqas kelma waħda minn dak li hemm miktub. Dak li hemm miktub huwa sagru u l-iskriba kien jemmen li ma għandu l-ebda dritt inaqqas, lanqas kelma waħda. Imma ma kienx jiskrupla jekk iżid xi kliem jew sentenza biex jispjega, jaddatta għal xi nies li qed jgħixu f’kultura differenti, jew jagħti xi kumment personali. Per- eżempju; San Mark qagħad jispjega t-tradizzjoni tal-ħasil tal-platti u l-baqar li kienet kompletament estranja għall-komunità Nisranija pagana li lilha kien qed jikteb il-vanġelu tiegħu. Xi ħaġa li ma ħassx li kellu jirrepeti San Mattew fil-vanġelu tiegħu meta kien qiegħed jikteb għall-komunità Nisranija Lhudija.

Hekk ukoll għamel ir-redattur li għaqqad flimkien it-tradizzjonijiet tal-Pentetewku (JEDP – R) f’rakkont wieħed. Biex m jħalli xejn barra mit-tradizzjonijiet li kien qed jiġbor flimkien, ir-redattur kellu ħafna drabi jirrepeti l-istess affarijiet darbtejn. Hekk ikun żgur li ma jnaqqas xejn minn dak li kien hemm miktub fit-tradizzjonijiet varji li hu kien qiegħed jgħaqqad flimkien bħala ktieb wieħed. Huwa għalhekk li fil-ktieb tal-Ġenesi, pereżempju,

Page 23: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

10

insibu żewġ rakkonti tal-ħolqien, wieħed tas-seba’ t’ijiem u l-ieħor ta’ l-istorja tal-ġnien u l-waqgħa; lil Noè niltaqgħu miegħu dieħel u ħiereġ mill-arka darbtejn; lil Abram narawh jiġi msejjaħ darbtejn biex jemmen li se jkollu tifel minn Sara, darba skont it-tradizzjoni Jahwista u darba oħra skont it-tradizzjoni Elohista, u ħafna ċirkustanzi oħra simili. Biex jgħaqqad flimkien dawn it-tradizzjoni, il-kittieb sagru kien jagħmel użu minn xi frażijiet jew sentenzi li maż-żmien kienu jispiċċaw parti mit-test bibliku.

Mal-mogħdija taż-żmien, din ‘l-ispjegazzjoni’ jew ‘kumment’ jew ‘frażijiet u sentenzi’ tal-kopista, kienu jiġu magħquda mat-test u jsiru parti mill-istess Bibbja, meta t-tieni kopista kien qed jerġa’ jikkopja x-xogħol ta’ l-ewwel wieħed. Pereżempju l-kumment li jikwota Ġesù meta mistoqsi dwar iż-żwieġ; ‘għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed,’ huwa kumment tal-Jahwista u mhux kliem dirett ta’ Alla. Tajjeb ninnutaw li minkejja dan, Ġesù jirreferi għalih bħala ‘Alla qal,’ anki jekk oriġinarjament kien kumment tal-awtur sagru. Tajjeb nimmaġinaw ftit kemm żieda jista’ jkun mit-test oriġinali matul dawk is-snin kollha. Għalhekk hija ħidma vera qaddisa li l-istudjużi jippruvaw

Page 24: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

11

jistudjaw biex imorru kemm jista’ jkun għall-oriġinal.

Imma min-naħa l-oħra, jiena nemmen li fit-test li għandna f’idejna bħalissa, l-Ispirtu s-Santu fl-ispirazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, seta’ kien qed jgħin lil dawn l-iskribi u kopisti kollha fil-kummenti u spjegazzjonijiet tagħhom ukoll. Nemmen li l-proċess tal-ispirazzjoni ma kienx wieħed statiku imma kien wieħed dinamiku li għadu sejjer sal-lum, biex l-Ispirtu qaddis jgħinna nifhmu dak li hu ried ikun hemm miktub. Minkejja li ngħid dan, xorta waħda nerġa’ nirrepeti, li jiena napprezza x-xogħol siewi tal-istudjużi li jippruvaw iwasslulna t-testi bibliċi kemm jista’ jkun qrib lejn l-oriġinal.

Imma dan qiegħed ngħidu biex fil-qari u l-istudju tagħna tal-Bibbja ma ninsew qatt li dak li qed naqraw hija fuq kollox il-Kelma ta’ Alla. Bil-Bibbja, huwa Alla nnifsu li fl-imħabba tiegħu, jrid ikellem lili u lill-poplu tiegħu llum. Irid ikellimna għax għandi x’jgħidilna. Jaqbel lilna jekk nisimgħu dak li jrid jgħidilna. Hija minħabba din il-fidi fil-Bibbja bħala l-Kelma ta’ Alla li mill-bidu tal-eżistenza tagħha kienet dejjem l-oġġett ta’ studju intensiv; ktieb ta’ qari għat-talb privat u komunitarju; u fuq kollox oġġett ta’ dibattitu jaħraq. Il-Bibbja qatt ma kienet meqjusa bħala ktieb għall-bed time reading,

Page 25: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

12

jew xi qari ħafif jikkumpanja xi kikkra kafè, jew qari tal-istejjer biex inraqqdu lit-tfal, minkejja li lit-tfal għandna nirrakkontawlhom l-istejjer tal-Bibbja, biex meta jikbru jkunu kapaċi jgħarfu l-messaġġ wara dawk l-istejjer.

Minkejja li ħafna mill-ġrajjiet tal-Bibbja jibdew minn esperjenzi ta’ stejjer normali, imma nistgħu ngħidu li l-Bibbja ġiet iffurmata f’kuntest ta’ talb u riflessjoni. L-awturi varji tal-Bibbja, speċjalment fl-Antik Testment, irriflettew fuq is-sinifikat tal-ġrajjiet li l-poplu Lhudi kien qed jagħmel esperjenza tagħhom. Kienu jemmnu li Alla ried u qiegħed ikellimhom permezz ta’ dawn l-esperjenzi. Il-kittieba tal-Ġdid Testment irriflettew fuq il-persuna u l-ministeru ta’ Kristu Ġesù bil-fidi fil-qawmien tiegħu mill-mewt; u fuq il-ġrajjiet li kienu qed iseħħu fl-ewwel komunitajiet Insara u fil-Knisja inġenerali għax huma wkoll kienu jemmnu l-kliem ta’ Ġesù, ‘Jien nibqa’ magħkom sal-aħħar taż-żmien.’ L-iskoperta li Alla huwa preżenti u jaħdem fl-istorja tal-bniedem, hija l-forza u l-qawwa tal-Bibbja.

Għalina l-Insara, il-Bibbja għandha awtorità unika għax hija meqjusa kitba ispirata mill-Ispirtu ta’ Alla, li jaħdem kollox f’kulħadd fil-ħajja tal-komunitajiet ta’ Iżrael u tal-Knisja. Nemmnu li

Page 26: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

13

huwa dan l-Ispirtu Qaddis li mexxa lill-awturi umani biex jesprimu fi kliem il-bniedem dak li Alla ried jgħidilna. Huma dawn l-awturi sagri li taw perspettiva ta’ fidi għal dak kollu li kien qed jiġri fl-istorja tal-bniedem. Matul is-sekli, fostna l-Insara kien hemm kontroversji fuq kollox. Kontroversji dwar il-persuna ta’ Ġesù, dwar Marija, dwar il-Knisja, dwar l-Ewkaristija eċċ. Imma dwar l-ispirazzjoni tal-Bibbja għall-grazzja ta’ Alla qatt ma kien hemm polemika, ċaħda jew ereżija. Qatt ma nħass bżonn li xi Konċilju kellu jagħmel xi dikjarazzjoni għax kien hemm min qed jiċħad dan l-aspett tal-fidi tagħna. L-ispirazzjoni tal-Kelma ta’ Alla dejjem ġiet aċċettata minn kulħadd. L-Insara kollha nemmnu li l-Bibbja hija l-kelma ta’ Alla u mhux ktieb li jkellimna dwar Alla.

Il-Ġudaiżmu dejjem żamm tradizzjoni rikka ta’ riflessjoni fuq l-Iskrittura. Ir-rabbini dejjem studjaw u rriflettew b’imħabba kbira fuq it-testi bibliċi speċjalment il-Liġi, it-Torah. Dejjem raw possibiltajiet infiniti ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni tat-testi sagri għall-ħajja ta’ kuljum f’kull żmien u ċirkustanza. Dejjem emmnu li l-Iskrittura hija l-Kelma ta’ Alla u għalhekk dejjem kellha post ċentrali fil-ħajja personali tagħhom u fil-laqgħat ta’ talb tagħhom fis-sinagoga.

Page 27: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

14

F’dan ir-rigward, it-tradizzjoni Kristjana kellha l-istess esperjenza u karattru li kellu l-Ġudaiżmu. Sal-Medju Evu, ir-riflessjoni u l-ispjegazzjoni teoloġika kollha, il-predikazzjoni u tagħlim uffiċjali tal-Knisja, ma kien xejn aktar minn spjegazzjoni, elaborazzjoni u interpretazzjoni tat-testi bibliċi. Il-Bibbja kienet il-pedament li fuqu kien jinbena kollox. Il-Bibbja kienet id-dawl li minnha riedet tittieħed kull viżjoni. Il-Kelma ta’ Alla kienet id-dawl li fih kien jiġi studjat u interpretat kollox. In-nies kienet titkellem ta’ kuljum fuq il-Kelma ta’ Alla. Il-Bibbja kienet il-ħajja tal-poplu għax kienet parti minnu. Minħabba d-diffikultà tal-kitba, allura l-poplu kien jaf bl-amment ħafna mill-passaġġi tal-Bibbja.

Wara l-Medju Evu, fil-Knisja Kattolika universali, mhux Malta biss, din l-importanza u ffukar fuq il-Bibbja ġie mitluf u mogħti l-ġenb. L-analiżi filosofika, li hija dejjem importanti, ħadet id-dominanza saħansitra anke fuq il-Kelma ta’ Alla. Hekk it-teoloġija, fl-iffukar u fir-riflessjoni tagħha, ħafna drabi spiċċat diskussjoni filosofika u mbegħda ħafna mill-Kelma ta’ Alla. It-teoloġija kienet aktar diskussjoni tat-trattati filosofiċi ta’ dak il-filosofu jew ieħor, anke jekk hu qaddis. It-teoloġija ma kenitx dak li suppost kienet; riflessjoni

Page 28: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

15

fuq il-kliem ta’ Alla kif imwassal lilna fl-Iskrittura mqaddsa u applikat għall-ħajja ta’ kuljum. Il-Bibbja ma baqgħetx il-fundament ta’ kull riflessjoni teoloġika. Ironikament it-teoloġija, li tfisser ‘studju dwar Alla’ spiċċat maqtugħa mill-Kelma tal-istess Alla.

Waħda mill-konsegwenzi ta’ dan kienet, li t-teoloġija nqatgħet mill-ħajja tal-poplu, mid-diskussjonijiet tal-poplu, mill-bażi tal-qima tal-poplu u saret biss diskussjoni fl-universitajiet. Diskussjonijiet li flok ħsieb teoloġiku bbażata fuq il-Bibbja, ikollna biss diskussjoni filosofika dwar Alla; natura, persuna, transubstanzazzjoni, trasfinalizzazzjoni, transinifikazzjoni, esse, essens u ħafna kliem ieħor li huwa għal kollox maqtugħ mil-lingwaġġ kemm bibliku u kemm dak li nuża’ aħna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Termini li mhux se noqgħod niktibhom aktar f’dan il-ktieb. Kemm hu aħjar u eħfef jekk nitkellmu dwar Alla bħala Missier li ħabbna tant li tana lil Ibnu l-waħdieni Ġesù u mliena bil-ħajja tiegħu fl-Ispirtu s-Santu għax la ġie mingħand il-Missier, allura għamilna wliedu.

Filwaqt li s-simboli bibliċi baqgħu eżistenti fil-ħajja liturġika tal-poplu u fl-arkitettura, fil-predikazzjoni u fil-ħajja popolari pjetuża u

Page 29: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

16

spiritwali tal-poplu, il-Bibbja kienet ’il bogħod ħafna. It-teoloġija maqtugħa mill-poplu, irrendiet poplu mhux evanġelizzat. Poplu mhux edukat fil-fidi tiegħu. Poplu vojt f’dik li hija espressjoni tal-fidi tiegħu. U l-poplu ta’ Alla, li baqa’ jħobb lil Alla, ried jibqa’ jikkomunika ma’ Alla. Għalhekk mela dan il-vojt fil-fidi tiegħu bir-reliġjożità tiegħu b’ħafna devozzjonijiet popolari, xi drabi ma jagħmlux unur lit-tagħlim tal-istess vanġelu.

Dan ġab ukoll l-konsegwenzi tiegħu fil-mod kif aħna, bħala Nsara Kattoliċi maqtugħin mill-Bibbja, niċċelebraw il-festi tagħna. Nafu li mingħajr evanġelizzazzjoni mibnija fuq il-Kelma ta’ Alla, il-festi ta’ Alla xi drabi lanqas jixirqu lill-bnedmin aħseb u ara kemm jixirqu lill-Insara. Hekk ukoll ħafna affarijiet oħra fil-Knisja li xejn ma jagħmlulna unur u ġieħ. Dawn il-piki esaġerati għall-postijiet ta’ prestiġju fil-Knisja b’ħafna titli u lbies sabiħ. Ħafna privileġġi li jingħataw lil dik il-bażilika u allura l-oħra tiġġieled għalihom ukoll. M’għandix raġun meta għidt li ħafna minn dan il-ħmieġ u imbarazz li kiber fin-nuqqas ta’ evanġelizzazzjoni bil-Kelma ta’ Alla, imur kontra l-istess Kelma ta’ Alla mogħtija lilna fi Kristu Ġesù?

Nistgħu ngħidu li għamilna ħames sekli bil-Bibbja tinqara biss, meta kienet tinqara, fost

Page 30: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

17

l-istudenti tal-università li jkunu qed jistudjaw it-teoloġija. Imma l-Bibbja damet ħames mitt sena sħaħ magħluqa għal kollox għall-poplu hekk imsejjaħ ta’ Alla. Anzi kien ipprojbit li wieħed jaqra l-Bibbja li ma jmurx jifhimha ħażin.

Imma għall-grazzja ta’ Alla, nistgħu ngħidu li f’dawn l-aħħar ħamsin sena l-affarijiet inqalbu ta’ taħt fuq. F’dan il-kamp, għamilna esperjenza ta’ bidla radikali. Il-Konċilju Vatikan II, (1963-1965) ta imbuttatura kbira u qawwija għal tiġdid bibliku fid-dimensjoni kollha tal-ħajja tal-Knisja. Biex inkunu ġusti mal-istorja, wieħed irid jgħid li moviment kbir f’din id-direzzjoni kien diġà jaf il-bidu tiegħu fi żmien il-Papa Piju XII.

F’Malta, aħna kellna x-xorti kbira li dan kollu nerġgħu niskopruh qabel skoprietu l-Knisja universali permezz tal-Konċilju Vatikan II. F’Malta, kellna l-profeta ta’ Alla, San Ġorġ Preca, li ħafna qabel il-Konċilju Vatikan II, ispirat mill-Ispirtu ta’ Alla, għaraf li ma jistax ikollok poplu ta’ fidi jekk ma jkunx evanġelizzat. U kif se jiġi evanġelizzat jekk mhux bil-Kelma ta’ Alla. Kien għalhekk li Dun Ġorġ kien jitlob lis-soċji tiegħu, u anke lil dawk li jattendu fl-oqsma tal-Mużew sa minn tfal imsejħa preparatorja, jiġifieri ta’ għaxar snin, biex iqallbu l-vanġelu u jitgħallmu bl-amment is-

Page 31: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

18

siltiet tal-vanġelu. Imbagħad wieħed wara l-ieħor fil-klassi, konna ngħidu sentenzi sħaħ mil-‘Leħen il-Maħbub,’ jiġifieri nitgħallmu u nesprimu mill-kliem tal-Maħbub Kristu Ġesù fil-vanġelu. L-istess konna nagħmlu bit-tagħlim tas-sentenzi mill-kitbiet ta’ San Pawl u l-appostli l-oħra, li konna nsejħulhom ‘Epistolarju.’ Hekk San Ġorġ Preca fehem li mgħallma l-Kelma ta’ Alla, is-soċji tal-Mużew setgħu jikbru fil-fidi. Għax il-fidi mis-smigħ u mis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla. Bil-Kelma ta’ Alla setgħu jibdlu ħajjithom fuq il-ħajja tal-Maħbub tagħhom Ġesù.

Nistgħu ngħidu mingħajr tlaqliq, li l-qawmien tal-interess tal-Kelma ta’ Alla fina l-Insara Kattoliċi kien wieħed mill-akbar kontribuzzjoni tal-Konċilju Vatikan II. Il-Konċilju rnexxielu jerġa’ jagħti lill-Kelma ta’ Alla l-post tal-ġieħ u tal-importanza li jixirqilha. Meta niftakar x’kienet tfisser il-Kelma ta’ Alla fi tfuliti, jiġifieri fil-ħamsinijiet u sittinijiet, u nara l-post li għandha llum, bilfors nirringrazzja lil Alla għat-tiġdid drammatiku li wieħed jara u jgħix.

Fi tfuliti l-Kelma ta’ Alla fil-quddiesa kienet tinqara bil-Latin. Kien hemm biss ftit siltiet mill-Antik Testment u ftit aktar mill-Ġdid Testment li kienu jiddominaw iċ-ċiklu tal-liturġija imqassam fuq sena waħda. Illum wara r-riforma tal-Konċilju

Page 32: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

19

Vatikan II għandna ċiklu fuq tliet snin għall-qari tal-Ħdud u ċiklu ta’ sentejn għall-qari ta’ fost il-ġimgħa.

L-Antik Testment reġa’ ngħata l-importanza li jistħoqqlu. Ma ninsewx li meta Ġesù kien jitkellem dwar dak, ‘Li hemm miktub,’ u jikkwota dak, ‘Li qal Alla,’ kien jirreferi għall-Antik Testment. Il-Ġdid Testment ma kienx jeżisti. Il-Ġdid Testment huwa miktub fid-dawl tal-Antik Testment. Pereżempju meta San Luqa jitkellem minn Żakkarija u minn martu Eliżabetta fil-bidu tal-vanġelu tiegħu, bħala l-koppja xiħa, persuni li ma setgħux ikollhom tfal imma li ġew mogħtija iben, il-ħsieb tal-qarrejja ta’ San Luqa kien mill-ewwel iduru fuq Abraham u Sara. Abraham u Sara huma wkoll x-xjuħ u minkejja li ma setgħax ikollhom tfal, welldu l-iben tal-wegħda, lil Iżakk. Mhux ta’ b’xejn li l-isem Żakkarija jfisser ‘Alla jiftakar’ u isem Eliżabetta jfisser ‘Alla jġib fit-tmiem.’ Permezz tal-ismijiet tagħhom, San Luqa jrid jgħidilna li Alla kien qiegħed jiftakar fil-wegħdiet kollha li għamel fl-Antik Testment, ibda minn Abraham, u kien ukoll qed iġibhom fit-tmien. Huwa għalhekk li San Luqa jippreżentalna lil l-istess Żakkarija jirringrazzja lil Alla li ftakar u temm il-wegħdiet kollha li kien ‘wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisien

Page 33: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

20

tiegħu.’ Żakkarija rringrazzja lil Alla wkoll li ftakar ‘fil-patt qaddis tiegħu, fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna.’ Dak Abraham li hu nnifsu kien qiegħed jippreżenta jissemma b’ismu. Dawn il-wegħdiet Alla kien se jġibhom fit-tmien bl-għotja ta’ l-Iben il-Waħdieni tiegħu li kien qed jipprepara għalih permezz ta’ Ġwanni, il-profeta ‘li se jmur qabel il-Mulej biex iħejjilu triqatu.’

Fiċ-ċiklu l-ġdid tal-liturġija tal-quddiesa, il-Ġdid Testment jinqara kważi kollu, kemm il-vanġeli u kemm l-Ittri tal-Appostli bil-ktieb tar-Rivelazzjoni. Mhux hekk biss. Imma biex fil-predikazzjoni nkunu nistgħu noħorġu l-partikularità tal-messaġġ ta’ kull vanġelu, għax aħna m’għandiex vanġelu imma għandna vanġeli, kull sena għandha l-vanġelu tagħha. Is-sena A hija s-sena ta’ San Mattew, is-sena B hija s-sena ta’ San Mark u s-sena Ċ hija s-sena ta’ San Luqa. Dan ma jfissirx li San Ġwann hu traskurat. Ir-rakkont tal-passjoni ta’ San Ġwann jinqara fil-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira kull sena u l-kumplament jinqara waqt żmien ir-Randan u żmien l-Għid peress li dan il-vanġelu għandu temi batteżimali qawwija ħafna; bħall-passaġġ tas-Samaritana li jsemmi l-Ilma ħaj, ir-rakkont tal-Għama li jsemmi d-Dawl tad-Dinja u r-rakkont ta’ Lażżru li jitkellem mill-qawmien u l-ħajja ġdida.

Page 34: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

21

Minbarra dan, minflok bil-Latin li ma jifhem ħadd, illum il-Kelma ta’ Alla waqt il-liturġija qiegħda tinqara bil-vernikular, jiġifieri bil-lingwa tal-post, biex kulħadd ikun jista’ jifhem u japplikaha għall-ħajja tiegħu. Mhux hekk għamlu l-ewwel insara meta traduċew il-kelma tal-Mulej Ġesù mil-Aramajk għal Grieg. Il-vanġeli huwa miktuba bil-grieg. Ġesù qatt ma tkellem grieg. Imma biex iwasslu l-kelma tal-Mulej fost il-ġentili, l-ewwel insara kitbu l-kelma tal-Mulej bil-grieg, għax b’dak il-mod biss setgħet tasal fid-dinja kollha kif xtaq l-Imgħallem. Mhux hekk għamel San Ġlormu meta ttraduċa l-Bibbja mill-Grieg għal-lingwa tal-poplu li kienet il-Latin. L-istess kelma ‘Vulgata’ tfisser vernikular, il-lingwa tal-poplu. Dawn kienu l-qaddisin li fehmu li l-Bibbja mhix qiegħda għall-universitajiet biss imma qiegħda għal idejn il-poplu ta’ Alla biex jibni l-ħajja tal-fidi fuqha.

Illum anke fl-iskejjel tagħna u fil-klassijiet tal-katekiżmu, fuq kull livell, it-testi tal-Bibbja saru parti integrali mit-tagħlim tar-reliġjon u l-edukazzjoni reliġjuża. L-istess ħaġa nistgħu ngħidu għall-istudju tat-teoloġija fl-universitajiet. Illum fhimna li l-bażi ta’ kull studju dommatiku u morali għandu jkun l-Iskrittura.

F’kull pajjiż insibu wkoll l-Għaqda Biblika, li

Page 35: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

22

bħal dik li għandna f’pajjiżna, torganizza ħafna korsijiet bibliċi. Għaqda Biblika li hija mgħammra b’librerija tajba ħafna għal dawk kollha li jixtiequ jipprofondixxu fit-tagħlim tal-Iskrittura. Nitlob lil Alla biex iż-żmien diffiċli li għaddejja minna bħalissa l-Għaqda Biblika Maltija ifittex jgħaddi speċjalment meta nafu li din il-problema hija waħda finanzjarja. Id-djoċesi turi l-prejoritajiet tagħha anki mill-mod kif tolfoq il-finanzi tagħha. Allaħares wieħed jaħseb li Għaqda Biblika soda u organizzata mhix prijorità għad-djoċesi. Kieku hekk, inkunu verament spiċċajna fil-qiegħ.

Ma nistgħux inħallu barra l-ħafna gruppi ta’ talb u gruppi ta’ evanġelizzazzjoni li l-bażi tal-laqgħat tagħhom huma t-tifħir lil Alla u l-Kelma ta’ Alla. L-Iskrittura hija wkoll il-bażi ta’ kull diskussjoni ekumenika għax aħna l-Insara kollha nemmnu li l-Bibbja hija l-Kelma ta’ Alla biex twasslilna, anke llum, il-verità sħiħa tas-salvazzjoni tagħna.

Page 36: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

23

Kif diġà għidna, l-Iskrittura li biha Ġesù u d-dixxipli tiegħu kienu jaħsbu u għaliha kienu jirreferu, kienet l-Antik Testment. Fil-vanġelu niltaqgħu ħafna drabi ma’ Ġesù jikkwota l-Antik Testment u jirreferi għalih bħala l-iskrittura, biex jenfasizza xi punt ta’ tagħlim li kien qiegħed jagħmel. Ġesù nnifsu kien jagħti u jattribwixxi awtorità kbira lill-iskrittura tant li kien jikkwota minnha bħala ‘Alla qal,’ Pereżempju l-kumment tal-kittieb sagru fil-ktieb tal-Ġenesi 2:24, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed,’ Mt 19:5, Ġesù jirreferi għalih bħala ‘Alla qal,’ bħala l-kelma tal-Ħallieq u mhux sempliċi kumment tal-kittieb sagru.

Imma minkejja din l-awtorità li Ġesù kien jagħti lill-Iskrittura bħala l-Kelma ta’ Alla, il-vanġeli jagħtuna viżjoni u immaġini ta’ Ġesù li kellu ċertu flessibilità lejn l-Antik Testment. Jurina wkoll li

2. L-Istorja tal-Interpretazzjoni fl-studju tal-Bibbja

Page 37: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

24

Ġesù kien jemmen li kellu saħansitra anki awtorità fuq l-Antik Testment. Ġesù kien jiddistingwi bejn dak li ġej minn Alla u dak li ġej minn Mosè. Bħal pereżempju nerġa’ nirreferi għall-polemika dwar iż-żwieġ mal-Fariżej: fir-risposta tiegħu, Ġesù jiddistingwi bejn dak li kiteb Mosè fejn tahom permess jagħmlu l-kitba tad-divorzju minħabba l-ebusija ta’ rashom f’Mattew u minħabba l-ebusija ta’ qalbhom f’Marku 10:5, minn dak li ried Alla sa mill-bidu. Ġesù kien jemmen li għandu l-awtorità li jikkritika u l-awtorità li jipperfezzjona dak li kien hemm miktub.

Pereżempju fid-diskors tal-muntanja, fejn Ġesù huwa proġettat lill-qarrejja minn Mattew bħala Mosè l-ġdid fuq is-Sinaj, Ġesù kkonferma għal diversi drabi, ‘Qalulkom fl-imgħoddi ... imma jien ngħidilkom.’ ‘Qalulkom fl-imgħoddi għajn għal għajn u sinna għal sinna, imma jien ngħidilkom, agħmlu l-ġid lil min jagħmlilkom id-deni,’ għax intom ulied Missierkom li huwa fis-smewwiet, Mt 5:21-48. Irridu napprezzaw ir-rivoluzzjoni kbira li Ġesù għamel fil-liġi ta’ Mosè meta għaqqad l-imħabba ta’ Alla tax-‘Xema Iżrael,’ it-talba li kull Lhudi kien jirreċita kull filgħodu, Dt 6, mal-imħabba tal-proxxmu li jitkellem minnha l-ktieb tal-Levitiku kapitlu 16. Ma tistax tħobb lil Alla u

Page 38: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

25

tobgħod lil ħuk. Ġesù poġġa l-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu bħala kmandament wieħed u li fl-importanza tiegħu huwa ħafna aqwa mill-osservanza tal-Liġi; għax is-Sibt għall-bniedem u mhux il-bniedem għas-Sibt, Mt 12:28-31. Tant fehmuh tajjeb dan it-tagħlim ġdid rivoluzzjonarju, li r-risposta tal-kittieb li għamillu l-mistoqsija kienet; Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u ma hemmx ieħor ħliefu. Tant huwa kmandament wieħed li Ġesù jiddentifika miegħu nnifsu lil kull bniedem fil-bżonn; kull ħaġa li tagħmlu mal-iżgħar fost ħuti tkunu qed tagħmluha miegħi. Mt 25.

Insemmu wkoll il-vanġelu ta’ San Ġwann li diġà fil-prologu jitkellem minn Mosè li jagħti l-liġi imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu. Ir-raba’ vanġelu jpoġġi lil Ġesù ’l fuq minn kulħadd; Mosè tela’ fuq il-muntanja biex fil-liġi jniżlilna l-għerf ta’ Alla. Ġesù ma telax fuq il-muntanja imma niżel mingħand il-Missier għax huwa l-Għerf ta’ Alla. Għalhekk fl-esperjenza ta’ Ġesu, mhux Mosè imma Ġesù; Mhux Mosè takom ħobż mis-sema imma Missieri jagħtikom il-ħobż mis-sema għax Jien Hu l-Ħobż Ħaj li niżel mis-sema. Mhux il-liġi hija t-triq li turina l-verità dwar il-ħajja ta’ Alla, imma Jien it-Triq, il-Verità u

Page 39: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

26

l-Ħajja. Lil Alla ma Taruhx fit-Torah, imma min ra lili ra lill-Missier ukoll għax Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda. ‘Alla ta l-liġi permezz ta’ Mosè, imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu. Lil Alla għadu ħadd ma rah; imma għarrafhulna l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla, li hu fi ħdan il-Missier. Ġw 1:17-18.

Fil-fidi tar-raba’ vanġelu, Ġesù jagħtina dak li ħadd ħliefu ma jista’ jagħtina għax Hu biss ġie mingħand il-Missier; Hu biss ra lil Missier: Hu biss ‘fil-bidu’ kien mal-Missier, qabel il-ħolqien tad-dinja. Jekk Mosè tela’ fuq il-muntanja biex iġib il-liġi u hekk il-poplu jkun jaf Alla x’irid, Ġesù niżel mis-sema mhux biss biex jurina min hu l-Missier imma biex jagħmilna wlied Alla. Ġesù kien l-Iben il-Waħdieni tal-Missier li għammar fostna. Allura hu biss seta’ jkun dak li l-Battista jirreferi għalih bħala dak li jgħammidna bl-Ispirtu s-Santu biex iwellidna mill-ġdid fil-ħajja tal-Ispirtu u jagħmilna wliedu l-Missier. L-ebda Mosè u l-ebda ħadd ieħor ma seta’ jagħmel għalina dak li għamel il-Mulej Ġesù, dikjarat minn Marta f’isem il-komunità tad-dixxiplu l-Maħbub bħala, ’Il-Messija, l-Iben ta’ Alla l-Ħaj, dak li ġie fid-dinja,’ Ġw 11.

San Pawl, min-naħa tiegħu, bħal Mattew, jippreżenta lil Ġesù bħala l-perfezzjoni tal-Antik

Page 40: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

27

Testment. Imma mhux biss. Għal San Pawl u l-komunitajiet tiegħu, il-kelma ‘Skrittura’ kienet għadha tfisser l-Antik Testment biss. Għalihom dak kollu li ġara qabel il-miġja ta’ Ġesù, inklużi l-wegħdiet kollha, seħħew biex jippreparaw għal Ġesù l-Messija. Kienu jemmnu bil-qawwa kollha li dak li kien miktub u jaqraw fl-iskrittura fl-ewwel jum tal-ġimgħa waqt il-laqgħat tal-komunitajiet Insara, seħħ u sab il-milja tiegħu fil-Mulej Ġesù. Kollox kien preparazzjoni għalih. Kienu jaqraw u jinterpretaw l-Antik Testment fid-dawl tal-ħajja, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej Ġesù.

Il-Lhud, minn dejjem kienu jemmnu, li l-interpretazzjoni tal-iskrittura hija xi ħaġa tqila ħafna. Ir-rabbini kienu jagħmlu ħinijiet twal jiddiskutu bejniethom u mad-dixxipli tagħhom dwar interpretazzjonijiet ġodda tal-iskrittura. Kulħadd kien ikollu l-mod tiegħu ta’ interpretazzjoni. Pereżempju, il-komunità tal-Qumran sabu l-miftuħ tal-interpretazzjoni tal-iskrittura fil-ħajja regolata tagħhom maqtugħa mill-istess istituzzjoni Ġudajka speċjalment dik tat-tempju li kienu jqisu bħala korrotta ħafna. Is-Samaritani kienu jaċċettaw dak kollu li kiteb Mosè imma mhux l-iżvilupp li seħħ wara speċjalment minn David u s-slaten f’Ġerusalemm. Is-

Page 41: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

28

Samaritani kienu jqisu l-għażla ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali reliġjuża, bħala disprezz tal-liġi għax għalihom dan kollu kien sar biex il-monarkija tikkomoda lilha nnifisha. Għalhekk niltaqgħu mas-samaritana tistaqsi lil Ġesù jekk wieħed għandux jadura lil Alla fuq il-muntanja Gariżim, ħdejn il-belt ta’ Sikem f’nofs il-Palestina, jew f’Ġerusalemm. L-ewwel komunitajiet Insara sabu lil Ġesù bħala l-miftuħ li jiftaħ il-misteru tal-interpretazzjoni tal-Bibbja Lhudija. Kollox Bih, Fih u Għalih. L-interpretazzjoni tal-Antik Testment irid isir fid-dawl ta’ Kristu l-Mulej. Huwa biss bih li jagħmel sens.

Fiż-żmien Missirijiet il-Knisja, il-perjodu Patristiku, il-Bibbja ma kenitx għadha l-Antik Testment biss. Imma issa kienet saret l-Antik u l-Ġdid Testment. Dan minkejja li mhux il-kotba kollha tal-Ġdid Testment kienu aċċettati mill-ewwel mill-komunitajiet Insara b’mod universali. L-aktar vanġelu li dam biex ikun aċċettat b’mod universali kien dak ta’ Ġwanni. Ħafna mill-Missirijiet il-Knisja, jew l-ewwel teologi, kienu jaddattaw wieħed miż-żewġ metodi ta’ interpretazzjoni l-aktar popolari fi żmienhom: l-hekk imsejħa l-metodu Allegoriku jew il-metodu msejjaħ Letterali.

Il-metodu Allegoriku, favorit għall-Missirijiet

Page 42: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

29

tal-Knisja ta’ Alessandra fl-Eġittu, kien ifisser li mill-istejjer bibliċi wieħed għandu joħroġ fil-wiċċ il-veritajiet spiritwali. Dan il-metodu ma jagħtix ħafna importanza lill-avvenimenti storiċi li naqraw fil-Bibbja, minkejja li ma jeskludix li xi verità storika jista’ jkun hemm. Dan huwa metodu meħud mill-ħassieba Griegi li kienu jinterpretaw l-istejjer miktuba minn Homeru, bħal Illade u Odisse, bħala simboliżmu għall-ġlied emozzjonali u spiritwali li jeżisti fil-qalb ta’ kull individwu. Dan il-metodu kien addattat ukoll minn ħassieba Lhud, bħal Filo ta’ Alessandra, li kien uża dan il-metodu fl-interpretazzjoni tal-iskrittura Lhudija biex jagħmilha attraenti għall-Griegi u għal-Lhud li kienu nxterdu mad-dinja ta’ dak iż-żmien u għalhekk kellhom kultura Griega. Fost l-aqwa ħassieba Nsara li użaw dan il-metodu nsibu lil Oriġene u lil Klement ta’ Alessandra.

F’kuntrast mal-metodu tal-allegorija fl-interpretazzjoni tal-Bibbja, insibu l-metodu tal-interpretazzjoni Letterali. Dan il-metodu kien dak favorit minn missirijiet il-knisja ta’ Antjokja, il-kapitali tas-Sirja fi żmien l-imperu Ruman. Niftakru li kien f’Antjokja li l-Insara ġew l-ewwel darba msejħa ‘Kristjani,’ Att 11. Dan il-metodu jiffoka aktar fuq ir-realtà storika kif diskritta mill-awtur

Page 43: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

30

uman. Skont dan il-metodu ta’ interpretazzjoni, l-ewwel attenzjoni li għandha tingħata lil kull passaġġ tal-iskrittura hija dik li tfittex x’ried jgħid l-awtur; iġifieri, il-messaġġ li l-awtur ried iwassal permezz ta’ dak li kiteb. Dawk li kienu jemmnu f’din it-tip ta’ interpretazzjoni kienu jsostnu, li kull tifsira aktar usa’ u aktar profonda, trid dejjem tittieħed mit-tifsira letterali tal-avvenimenti li ġraw u kif jirrakkontahom l-awtur uman. San Ġwann Krisostmu u San Teodoru ta’ Mepswestja kienu esponenti kbar ta’ dan il-metodu.

Meta nifhmu tajjeb dawn iż-żewġ metodi, nindunaw li minkejja li huma żewġ modi differenti, imma fil-fatt, mhumiex opposti wieħed għall-ieħor. Anzi fl-opinjoni tiegħi huma komplimentari ħafna. Nistqarr li tant huma komplimentari li fl-interpretazzjoni tiegħi tal-Bibbja jiena nħaddimhom dejjem flimkien anki ma’ metodi oħrajn. Il-metodu Allegoriku jrid ikun użat fl-estrem tiegħu biex jiċħad għal kollox il-verità storika kollha kemm hi. Hija estremità, fl-opinjoni tiegħi, li tgħid li r-rakkonti tal-mirakli tal-Mulej Ġesù fil-vanġelu huma kollha vvintati u ma seħħ xejn minnhom imma huma biss espressjoni biex juru l-qawwa li kellu l-Mulej Ġesù. Dan il-metodu Allegoriku użat tajjeb, m’għandux jiċħad għal kollox il-verità

Page 44: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

31

storika tal-avvenimenti storiċi li naqraw fil-Bibbja. Naħseb li nagħmlu ħażin li naqraw il-Bibbja qisna qed naqraw xi rakkont storiku, imma fl-opinjoni tiegħi nagħmlu daqstant ieħor ħażin li niċħdu kull realtà storika mill-kotba mqaddsa speċjalment mill-vanġeli.

Min-naħa l-oħra l-interpretazzjoni Letterali ma tiċħadx is-sens spiritwali li għandu joħroġ mill-qari tal-avvenimenti storiċi li jissemmew fl-iskrittura. Tant huwa possibbli li dawn il-metodi jingħaqdu flimkien, li aktar lura fiż-żmien, it-teologi ppruvaw jgħaqqdu dawn iż-żewġ metodi ta’ interpretazzjoni ma’ xulxin minkejja li kull wieħed dejjem kellu tendenzi li jippreferi metodu ta’ interpretazzjoni mill-ieħor. Pereżempju minkejja li Santu Wistin u San Ġlormu kienu fost dawk li għaqdu ż-żewġ metodi ta’ interpretazzjoni flimkien, Santu Wistin kellu l-preferenza tiegħu għall-interpretazzjoni allegorika filwaqt li San Ġlormu kellu l-preferenza tiegħu għal dik letterali.

Fil-Medju Evu, it-teologi, jibnu fuq dawn il-metodi ta’ interpretazzjoni, kienu jiddistingwu bejn erba’ tifsiriet differenti f’kull test bibliku.

1. Dak Litterarju, it-tifsira li toħroġ minn dak li tassew ġara

2. Dak Allegoriku, it-tifsira teoloġika u

Page 45: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

32

spiritwali moħbija f’dak li qed naqra li qed jiġri

3. Dak Anagoriku, it-tifsira ċelesti li nistgħu niskopruha fiż-żmien

4. Dak Morali jew Tropoloġika, it-tifsira għall-ħajja morali tal-individwu.

L-eżempju li kienu jħobbu jġibu biex jispjegaw dawn l-erba’ tifsiriet kienet il-kelma Ġerusalemm (Gal 4:22-31) li tfisser l-belt fil-Palestina f’sens letterali, il-Knisja f’sens allegoriku, il-belt fis-sema li qed nittamaw għalih fis-sens anagoriku, u r-ruħ tagħna l-bnedmin fis-sens morali.

Mar-Rinaxximent u l-Umaneżmu qam interess ġdid fil-qari tal-iskrittura fil-lingwi oriġinali tagħhom u fiż-żminijiet u l-kulturi propji tagħhom li fihom seħħet l-esperjenza tagħha u nkitbu. Erasmus tana edizzjoni ġdida tal-Bibbja bil-Grieg biex tinqara flimkien ma’ riviżjoni li għamel hu stess tal-Vulgata ta’ San Ġlormu bil-Latin. B’dan iż-żmien li qed insemmu, l-entużjażmu tal-kattoliċi għall-Bibbja kien rieqed, speċjalment minħabba l-proklamazzjoni tas-‘Sola Scriptura’ ta’ Luteru u riformaturi oħra Protestanti. B’din il-proklamazzjoni, ir-riformaturi Protestanti kienu qed jiddikjaraw li l-Bibbja tispjega lilha nnifisha b’mod ċar ħafna. Għalhekk ma hemm l-ebda lok

Page 46: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

33

għall-interpretazzjoni min-naħa tal-ebda awtorità, lanqas dik tal-maġisterju tal-knisja. Aktar u aktar ma kien jagħmel ebda sens li l-knisja taħseb li għandha l-aħħar kelma fl-interpretazzjoni. Għalhekk ma hemm l-ebda lok għal tradizzjoni tal-knisja.

Ir-Razzjonaliżmu tal-Illuminiżmu kompla jikkomplika aktar l-affarijiet għall-interpretazzjoni Kattolika tal-Iskrittura. Baruch Spinoza, pereżempju sostna, li meta l-filosofija u l-iskrittura jiġu f’konflitt, bħal fil-każ tal-mirakli, għandha tirbaħ ix-xjenza u taqa’ l-iskrittura. Għal dawn il-ħassiba, ir-raġuni kienet fuq kollox. Għal ħafna minnhom dak li ma jistax jiġi pruvat bir-raġun jew bix-xjenza, ma kienx jagħmel sens. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Knisja Kattolika ħasset li akwalunkwe kost għandha tiddefendi b’mod goff il-verità tal-iskrittura. Deċiżjoni li l-konsegwenzi tagħha ma kienu xejn feliċi. Dejjem ġara li meta tibda tiddefendi tingħalaq fik innifsek u tibda tattakka u tikkundanna.

Il-Knisja Kattolika baqgħet dejjem iżżomm ċerti prinċipji basiċi fl-interpretazzjoni tal-iskrittura, fosthom: iċ-ċentralità tal-Persuna ta’ Kristu Ġesù; ix-xewqa u l-ħidma tal-kredenti għat-tifsira letterali, filwaqt li jfittxu t-tifsira spiritwali; il-

Page 47: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

34

konvinzjoni li l-Fidi u r-Raġuni mhumiex kontra xulxin; l-insistenza li l-knisja tibqa’ titqies bħala l-awtorità biex tinterpreta l-iskrittura; u l-enfasi tal-verità biblika kontra l-attakki tar-razzjonaliżmu.

L-Iżviluppi Moderni: Maż-żmien, speċjalment minn studjużi bibliċi Protestanti, beda jsir ħafna studju tal-Bibbja bil-metodi msejħa Xjentifiċi. Dan ifisser li l-istudju tal-Bibbja ġie miftuħ għall-użu ta’ ħafna xjenzi umani.

L-ewwel reazzjoni tal-Knisja Kattolika għal dawn l-istudji kienet waħda ta’ biża’ u għalhekk il-Knisja Kattolika ħadet attitudni difensiva ħafna. Il-nisja kienet saħansitra projbiet li dan il-metodu ta’ interpretazzjoni u studju jiġi eżerċitat mill-istudjużi bibliċi Kattoliċi. Din l-attitudni ta’ biża’ u difiża waslet biex eskludiet għal kollox l-istudju bibliku fil-Knisja Kattolika mill-istudjużi l-oħrajn kollha li mhumiex Kattoliċi.

Imma matul dan l-aħħar mitt sena il-Knisja Kattolika aċċettat dan il-metodu xjentifiku tal-interpretazzjoni tal-iskrittura b’kundizzjoni li ma ninqatgħux kompletament mill-wirt tat-tradizzjoni ta’ matul is-sekli. Dan il-bdil fil-mentalità u l-attitudni tal-knisja deher għall-ewwel darba, minkejja li b’ħafna kawtela, fl-enċiklika Providentissimus Deus tal-Papa Ljun XIII fis-sena

Page 48: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

35

1893. Dan l-ispirtu ġdid li kien qed jieħu l-ħajja fil-knisja ma tantx kellu ħajja twila. Reġa’ ġie mxellef u mwaqqaf mill-ġdid minħabba l-biża’ kbir tal-Moderniżmu taħt il-Papa Piju X u bl-enċiklika Spiritus Paraclitus tal-Papa Benedittu XV fis-sena 1920. Dawn iż-żewġ papiet reġgħu tefgħu l-istudjużi tal-Bibbja fl-isolament u fid-dlam.

Imma għall-grazzja ta’ Alla reġa’ sebaħ mal-enċiklika Divino Afflante Spiritu tal-Papa Piju XII fl-1943. F’din l-enċiklika l-istudju msejjaħ Storiku tal-iskrittura ngħata l-permess li jiġi eżerċitat anki mill-istudjużi Kattoliċi. Dan il-metodu ġdid kif spjegat minn Piju XII, rajnieh jiġi użat fil-prattika mill-Kummissjoni Biblika Pontifiċja tal-21 ta’ April 1964 bid-dokument ‘L-Istruzzjoni li tikkonċerna l-Verità storika tal-vanġeli.’ Dan id-dokument pontifiċju jgħidilna li storikament l-ebda wieħed mit-tnax ma huwa awtur ta’ xi wieħed mill-vanġeli. Insibu wkoll it-tappi li fihom il-vanġeli waslu għandna, mill-ministeru ta’ Ġesu, il-predikazzjoni tal-appostli, it-tradizzjoni tal-komunità, u fl-aħħar is-sejħa tal-awtur bħala membru tal-komunità biex jikteb għall-komunità. Proċess li spjegajna fit-tul fl-ewwel ktieb minn din is-sensiela ‘Il-Kelma’ bl-isem ‘Ir-relazzjoni personali ma’ Ġesù fi Ġwanni.’

Imma l-quċċata tat-tagħlim uffiċjali tal-knisja

Page 49: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

36

dwar l-istudji bibliċi kienet bla dubju ta’ xejn, il-Kostituzzjoni Dommatika dwar ir-Revelazzjoni Divina, bl-isem ta’ Dei Verbum tal-Konċilju Vatikan II. Dan id-dokument huwa wieħed akkumulattiv, iġifieri jirreferi għal dak kollu li nkiteb qabel f’dan il-qasam u jikkjarifika dak li f’dawn id-dokumenti ma kienx diskuss fid-dettall. Dokument ta’ Konċilju Ekumeniku fit-tagħlim uffiċjali tal-knisja għandu qawwa aktar minn enċiklika tal-Papa jew minn istruzzjoni tal-kummissjoni Pontifiċja, speċjalment meta dan id-dokument ikun Kostituzzjoni Dommatika.

Il-Konċilju Vatikan II kien konċilju pastorali. Ma sarx biex jiddefendi imma biex idaħħal l-arja friska tal-aġġornament. Ecclesia semper riformanda, (il-Knisja dejjem tiġġedded) konna nisimgħu ta’ sikwiet dak iż-żmien. Imma bħal ma jiġri dejjem, illum hawn min jiddispjaċih li sar il-konċilju. Hawn min daqsxejn arja friska jaħsibha riefnu. Forsi għax jibża’ għall-pozożizzjoni li rnexxielu jikseb jew jixtieq jikseb fil-knisja.

L-iskop tal-Konċilju Vatikan II kien li jiddiskuti u jindirizza l-bżonnijiet tal-knisja fis-seklu għoxrin. Il-bżonnijiet ta’ knisja fid-diversità tagħha għax imxerrda fid-dinja u għalhekk fil-bżonnijiet tagħha tal-lum. Għalhekk anki id-dokument Dei Verbum,

Page 50: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

37

ma kienx maħsub li jkun xi dokument għall-istudjużi imma kien proġettat li jkun dikjarazzjoni ta’ dak li temmen il-knisja dwar l-Iskrittura Mqaddsa. Dokument li anki fil-konċilju kellu t-triq tiegħu dejjem għat-telgħa u iebsa ħafna. L-ewwel abbozz ta’ dan id-dokument kien qajjem ħafna protesti mill-isqfijiet tal-konċilju li ħafna minnhom kienu akkumpanjati minn teologi ta’ stoffa kbira. Imma minkejja dawn il-protesti, ma kienx hemm żewġ terzi li riedu l-irtirar tagħha kif jitolbu r-regolamenti tal-konċilju. Kien l-għaqal kbir tal-Papa Ġwanni XXIII, il-papa li sejjaħ il-konċilju, li intervjena personalment u rtira l-abbozz. Waqqaf kummissjoni ġdida biex jerġa’ jinkiteb abbozz ieħor mill-ġdid.

Id-dokument Dei Verbum li ġie approvat mill-konċilju bil-barka tal-Papa Pawlu VI, il-papa li kompla l-konċilju wara l-mewt ta’ Ġwanni XXIII, fih introduzzjoni u sitt kapitli li jiddiskutu:

Introduzzjoni (Paragrafu 1)Kapitlu 1: ir-Rivelazzjoni Divina nnifisha; (par 2-6)Kapitlu 2: it-Trasmissjoni tar-Rivelazzjoni Divina; (par 7-10)Kapitlu 3: l-Iskrittura Mqaddsa; l-ispirazzjoni u l-interpretazzjoni; (par 11-13)

Page 51: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

38

Kapitlu 4: l-Antik Testment; (par 14-16)Kapitlu 5: il-Ġdid Testment; (17-20)Kapitlu 6: l-Iskrittura Mqaddsa fil-ħajja tal-knisja: (par 21-26).

Peress li t-tielet kapitlu huwa dak li jitkellmu b’mod speċifiku dwar is-suġġett li qed niddiskutu f’dan il-ktejjeb, allura ħsibt li nitkellem fil-qosor dwar il-kontenut tiegħu.

Paragrafu 11 jgħidilna li fil-Bibbja aħna m’għandniex infittxu veritajiet (storiċi, ġeografiċi, xjentifiċi eċċ) imma għandna nfittxu Verità waħda biss u din hija dik il-Verità għas-salvazzjoni tagħna. Paragrafu 12 jgħidilna li la fl-Iskrittura Mqaddsa Alla tkellem permezz ta’ bnedmin, u allura bil-mod tal-bnedmin. Dawk li jinterpretaw l-iskrittura jridu joqogħdu attenti ħafna għall-modi ta’ kif l-awturi umani ħasbu u espremew lilhom infushom fil-kitba. Din hija referenza ċara għall-interpretazzjoni Letterali li tkellimna dwarha aktar qabel. Il-konċilju jkompli jgħidilna li għalhekk għandha tingħata attenzjoni wkoll għall-istil letterarju u l-forma letterarja li bihom l-awtur sagru qiegħed jesprimi l-ħsieb tiegħu, jekk hux permezz ta’ poeżija, letteratura, apokalissi jew xi forma letterarja oħra. Għalhekk id-dokument iħeġġeġ lill-esiġeta u lil kull studjuz tal-Bibbja biex ifittex

Page 52: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

39

it-tifsira li l-awtur sagru, f’sitwazzjoni determinata u fiċ-ċirkustanzi tal-kultura tiegħu u żmienu, kellu f’moħħu li jesprimi u fil-fatt esprima permezz ta’ forma letterarja. Hekk biss jista’ wieħed jasal għal dak li l-kittieb sagru ried jesprimi u jwasslilna bħala l-Kelma ta’ Alla. Mela l-konċilju jinsisti li biex naslu nifhmu l-messaġġ li l-kittieb ried iwasslilna, irridu nagħtu attenzjoni kbira l-forma letterarja li jkun għażel biex biha jesprimi ruħu.

Nistgħu niġbru t-tagħlim tad-Dei Verbum dwar l-interpretazzjoni tal-iskrittura fi tliet punti li diġà nsibu riferenza għalihom fid-Divine Afflante Spiritu:

Titlobna nieħdu inkonsiderazzjoni d-diversità tal-forom letterali kollha li bihom il-Bibbja hija miktuba u twissina li ma nħalltux bejn testi storiċi, poetiċi u profetiċi.Tħeġġiġna biex noqogħdu attenti għall-ambjent storiku li fih l-awtur qiegħed jikteb. Din l-attenzjoni hija importanti ħafna biex nifhmu dak li l-awtur jixtieq jgħidilna bil-kitba tiegħu.Tirrakkmanda l-informazzjoni, l-istudju u t-tagħlim dwar id-drawwiet li n-nies kienu jaċċettaw bħala parti mill-kulturi tagħhom fi żmien li nkitbet il-Bibbja.

Page 53: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

40

Hekk l-konċilju jinkoraġixxi l-interpretazzjoni Letterali, Storika u Soċjoloġika tat-testi bibliċi.

Imma l-Konċilju Vatikan II jinsisti wkoll li aħna rridu naqraw l-iskrittura mhux biss bit-Tagħlim dwar dawn il-metodi ta’ interpretazzjoni biss. Fuq kollox irridu naqraw l-iskrittura bil-fidi li dik hija l-Kelma ta’ Alla. L-Iskrittura mhux tkellimna dwar Alla imma hija l-Kelma ta’ Alla. Anki jekk il-ktieb tal-Bibbja huwa kompost minn ħafna kittieba umani u stili differenti, imma fl-aħħar mill-aħħar huwa ktieb wieħed u sħiħ għax għandu lil Alla bħala l-Awtur Suprem tiegħu. Għalhekk biex nifhmu sewwa l-messaġġ tal-iskrittura, irridu naqrawha kemm bil-Fidi li dik hija l-kelma ta’ Alla u kemm bit-Tagħlim biex nifhmu l-għodda li biha l-awtur uman irid iwasslilna l-kelma ta’ Alla għas-salvazzjoni tagħna.

Page 54: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

41

Tkellimna li wieħed jista’ juża diversi modi ta’ studju biex jagħmel interpretazzjoni u kritika tajba ħalli jifhem aħjar il-messaġġ tal-Kelma ta’ Alla. Importanti li nagħtu daqqa ta’ għajn ħafifa lejn din id-diversità ta’ studji xjentifiċi tal-Bibbja, li xi wħud minnhom diġà rriferejna għalihom. Fl-opinjoni tiegħi kull wieħed minnhom jista’ jgħinna b’xi mod biex mill-Bibbja nieħdu l-Verità tar-rivelazzjoni għas-salvazzjoni tagħna li minnha tkellem il-konċilju. Din hija l-unika verità aħħarija li rridu nfittxu fl-istudju u l-interpretazzjoni kollha li nagħmlu tal-Kelma ta’ Alla. Il-Bibbja nkitbet biex turina min hu dan Alla li ried jaqsam imħabbtu magħna. Hekk il-Kelma tiegħu tkun tista’ twassalna għar-relazzjoni personali ta’ mħabba miegħu.

Għalhekk se nitkellmu ftit fuq l-istudji xjentiċi varji tal-iskrittura għax kollha bil-mod tagħhom jistgħu jwassluna biex nifhmu aħjar il-ħsieb li Alla

3. L-Istudju Xjentifiku tal-Bibbja

Page 55: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

42

ried iwasslilna u jgħidilna fi kliem il-bniedem. Dan li se ngħid issa huwa importanti għalina li nkunu nafu bl-eżiżtenza tiegħu. Ħadd minna mhu se jagħmel din it-tip ta’ kritika lit-test bibliku waqt it-talb jew waqt xi laqgħa ta’ talb. Imma għalina li nħobbu l-kelma ta’ Alla, tajjeb li nkunu nafu x’inhuma l-għodod li l-istudjużi tal-Bibbja qed jużaw illum biex lilna jwasslulna kemm jista’ jkun il-vera tifsira tat-testi bibliċi li aħna naqraw u nitolbu dwarhom. Importanti li f’dan l-istudju nippruvaw nifhmu l-ħsieb ta’ kull metodu ta’ interpretazzjoni u mhux il-ħafna ismijiet forsi tqal għal min mhux imdorri fl-istudji tal-Bibbja.

Il-Metodu ‘Kritika Storika’: Il-Kritika storika li jitkellem minnha anki id-Dei Verbum f’paragrafu 12, huwa il-metodu li jissejjaħ storiku, għax jiffoka fuq is-sitwazzjoni storikament ta’ meta kien qiegħed jiġi miktub kull test bibliku partikulari. Jipprova jasal biex ikun jaf x’ried jgħid kemm jista’ jkun eżatt il-kittieb tat-test partikulari. Jissejjaħ kritiku għax jagħmel kritika għal dak li hemm miktub. Dan il-metodu jfittex x’kien ifisser kull passaġġ partikulari għall-udjenza li għaliha nkiteb u wara dan joħroġ is-sinifikat li ried ifisser kemm dak iż-żmien u anki issa għalina llum. Il-verità hi li jekk jien nagħraf dak li l-kittieb ried jgħid lill-

Page 56: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

43

udjenza tiegħu, nasal biex nifhem aħjar dak li Alla jrid jgħid lili llum. U Alla fl-imħabba tiegħu dejjem għandu xi ħaġa sabiħa x’jgħidli.

L-ewwel pass biex naslu għal din il-kritika storika hija dik li nsejħulha l-Kritika Testwali: l-ewwel ħaġa li trid tagħmel biex tasal kemm jista’ jkun għal dak li ried jgħid il-kittieb, hija li tkun taf x’kiteb eżattament il-kittieb. Il-kritika testwali tipprova tfittex li nersqu kemm jista’ jkun għall-kliem li uża l-awtur oriġinali meta kien qed jikteb il-kelma ta’ Alla. Aħna llum ma għandniex il-manuskritti oriġinali, pereżempju, tal-vanġeli miktuba mill-evanġelisti nfushom. Tkellimna diġà kemm kien hemm idejn differenti ta’ kopisti, xi wħud iżidu anki l-kummenti tagħhom, sakemm waslu għandna l-manuskritti li għandna. Għalhekk l-istudjużi jeżaminaw kull manuskritt antik li jinsab għad-dispożizzjoni tagħhom biex minnhom jipprova jqarrbu kemm jista’ jkun lejn l-kitba tal-kittieb oriġinali. Aktar ma noqorbu lejn dak li oriġinarjament kiteb il-kittieb, aktar inkunu qed noqorbu lejn l-messaġġ li l-kittieb ried jagħti storikament lill-komunità tiegħu, bħala l-ħsieb ta’ Alla rivelat lilna għas-salvazzjoni tagħna.

Diġà rrimarkajna, li s-sejba tal-manuskritti tal-komunità tal-Qumran, imsejħa tad-Dead Sea Scrolls,

Page 57: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

44

kienet ta’ għajnuna kbira f’dan il-qasam. Interessanti li meta l-biblisti jkunu qed jagħmlu użu minn dan il-metodu ta’ studju, iġifieri tal-Kritika Testwali, huma mhux biss jaraw liema kienu ż-żjidiet li saru għat-testi oriġinali, imma jippruvaw jistabilixxu wkoll ir-raġuni wara dawk iż-żjidiet. Xi żjidiet jew tibdil kienu sempliċiment żbalji tal-kopista li jkun tfixkel u ma qarax tajjeb l-ittri tal-alfabet. Żbalji ġenwini oħra komuni jistgħu jkunu li jaqbżu xi frażi meta jkunu qed jikkupjaw. Oħrajn jippruvaw anki jikkoreġu l-grammatika tal-kittieb oriġinali u dan jista’ jbiddel xi ftit is-sens tal-kittieb oriġinali. Oħrajn li jħallu barra passaġġi li huma jidhrilhom li huma offensivi. Ovvjament dan huwa ġudizzju li l-kopisti ma kellhom l-ebda dritt li jagħmlu lill-kittieb sagru.

Biex tqarreb kemm jista’ jkun għall-messaġġ storiku tal-kittieb, wieħed irid jagħmel ukoll użu minn dik li sejjaħnielha l-Kritika Letterarja. Dan ifisser li l-istudjuż jgħarbel tajjeb il-kliem, l-imaġini, il-karattri u r-relazzjoni tagħhom mal-istruttura u l-progress tal-ħsieb, il-forma letterarja u t-tifsira. Niftakru li l-kittieba bibliċi użaw forom letterarji differenti biex iwasslu l-messaġġ tagħhom. L-Antik Testment jikkonsisti f’kodiċi, f’narrativa, f’salmi, fi profeziji, proverbji, f’viżjoni u anki rakkonti ta’

Page 58: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

45

mħabba. Il-Ġdid Testment jikkonsisti fl-istejjer ta’ Ġesù, ta’ dak kollu li qal u għamel fil-vanġeli; il-ħidma tal-appostli fl-Atti, l-ittri mill-appostli fl-Epistoli u viżjonijiet fil-ktieb tar-Rivelazzjoni. Flok jiddikjaraw domma ta’ fidi kif saret il-prassi tal-knisja fil-konċilji aktar tard, il-kittieba kienu jwasslu l-messaġġ tal-fidi kemm b’mod artistiku kif ukoll b’mod memorabbli biex in-nies jifhmuh u jiftakruh.

Din il-kritika letterarja tgħinna niskopru l-oriġini u l-iżvilupp fid-dokument, li l-istudjuż ikun qiegħed jistudja. Tkellimna dwar il-proċess twil u komplikat li seħħ sakemm il-kotba tal-Bibbja waslu għandna fil-forma tagħhom. Pereżempju xi frażijiet jew sentenzi tal-Mulej Ġesù kienu jiġu repetuti u repetuti għal ħafna drabi b’mod orali waqt il-laqgħat tat-talb. X’uħud kienu wkoll jinġabru flimkien u bihom jifformaw xi innu biex isir użu minnhom waqt il-liturġija u laqgħat tat-talb. F’qasir żmien tkun anki saret ġabra ta’ dawn l-innijiet. Aktar tard xi kittieb jespandi xi storja aktar fit-tul u li fiha jiġbor flimkien ħafna minn dawn ‘il-kliem tal-Mulej Ġesù.’ Pereżempju probabbilment l-innijiet Kristoloġiċi li jagħtina San Pawl fl-ittri tiegħu kienu meħudin minn din il-ġabra ta’ innijiet li kienu jużaw il-komunitajiet Insara fil-laqgħat ta’

Page 59: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

46

talb tagħhom.Proċess simili sar meta Luqa għaqqad l-istejjer

tal-infanzja u tana l-Manifikat fuq fomm Ommna Marija, il-Benedictus fuq fomm Żakkarija, il-Glorja fuq fomm l-anġli, id-Dunc Dimittis fuq fomm Xmun. Nafu li dawn l-innijiet huma ġabra ta’ ħafna vrus separati mill-Iskrittura magħqudin flimkien, biex b’forma ta’ innu, l-evanġelista jwasslilna dak il-messaġġ li ried iwasslilna. Mhux bilfors li pereżempju l-innu tal-Manifikat jkun oriġinat minn San Luqa. Ilkoll kemm aħna napprezzaw il-qbil li hemm bejn l-innu tal-Manifikat impoġġi fuq fomm Marija u l-innu ta’ tifħir li għamlet Anna omm Samwel fit-twelid ta’ binha, 1Sam 2:1-10. Imma probabbilment, dan l-innu ta’ Anna omm Samwel, qabel ma kitbu San Luqa fil-vanġelu tiegħu, jkun ġa ġie modifikat mill-komunità Nisranija biex jintuża bħala innu fil-laqgħat liturġiċi. Luqa ħa dak l-innu u poġġih fuq fomm Marija biex jurina l-qima kbira li biha l-komunità Nisranija kienet iżżomm fiha lil Marija.

Xi drabi wkoll, il-kittieb sagru kien jikkwota xi innu biex japprova xi punt li jkun qed jagħmel. Pereżempju hekk għamel San Pawl meta kien qed jgħidilna biex naħsbu bħalma kien jaħseb Ġesù u jsaħħaħ l-argument tiegħu bl-innu, ‘Hu li kien Alla

Page 60: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

47

ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla.’ F’kull stadju ta’ dan il-proċess, dik il-frażi

jew sentenza li kienet il-Kelma Vera ta’ Ġesù, insejħulha ‘Ippsissima Verba,’ fir-repetizzjoni tiġi xi ftit addattata u mibdula biex tilħaq aktar l-iskop li għalih tkun qed tiġi wżata. L-istudjużi għandhom ismijiet diversi biex juru f’liema stadju ta’ din l-investigazzjoni tat-test bibliku jkunu waslu. Se nsemmihom biex wieħed ikun jaf bihom bħala interess ġenerali u mhux biex noqogħdu nitħabtu niftakruhom. Imma hekk ikollna stampa kompleta għal min jinteressa ruħu jidħol aktar fl-istudju tal-interpretazzjoni tal-iskrittura:

L-Istudji tas-Sorsi (Source critcism): li tistabilixxi fejn dak il-passaġġ kien użat oriġinarjament. Pereżempju jekk qed nitkellmu dwar innu, fejn dik il-frażi kienet tintuża qabel ġiet imdaħħla fl-innu.

L-istudji tal-Forom (Form criticism): tistabilixxi li fl-istess passaġġ partikulari jkun hemm forom differenti ta’ espressjoni, pereżempju prietka tkun espressa b’mod differenti minn kitba ta’ ittra.

L-istudju riduzzjonali (Reduction criticism): il-mod kif ir-redattur (editur) meta qiegħed jgħaqqad tradizzjonijiet flimkien

Page 61: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

48

f’test wieħed ikun biddel xi testi biex jagħti messaġġ lill-kontemporanji tiegħu.

L-Arkijoloġija hija wkoll mezz ta’ għajnuna kbira biex niskopru l-kitba oriġinali tal-kittieb u għalhekk dak li oriġinarjament ried iwasslilna fil-kitba tiegħu. Is-sejba ta’ tant twavel u manuskritti, li permezz tagħhom skoprejna ħafna mitoloġiji pagani li nafu li kienu kontemporanji mal-kittieba tal-Bibbja u seta’ kellhom influwenza kbira fuq il-kittieba tal-Bibbja, għax kienu popolari magħhom u man-nies kontemporanji tagħhom, li lilhom kienu qed iwasslu l-messaġġ tagħhom.

Pereżempju, epiċi u mitoloġiji pagani bħal Enuma Elix u Gilgamish, nafu li kienu l-bażi li fuqhom inbnew ir-rakkonti tal-ħolqien kemm dak tal-Qassis, li fil-bidu tal-ktieb tal-Ġenesi jagħtina l-ewwel rakkont tal-ħolqien f’sebat ijiem, u kemm dak tal-Jahwista li jagħtina t-tieni rakkont tal-ħolqien bil-parabboli ta’ Adam u Eva u tal-ġnien. Dawn kienu mitoloġiji u epiċi li kontemporanju tal-kittieb kienu jafu, speċjalment meta l-poplu kien nieqes minn din it-tip ta’ letteratura. L-Enuma Elix kienet il-mitoloġija li b’mod popolari anki l-Lhud kienu jħobbu jirrakkontaw fil-festa tal-ewwel tas-sena. Kien għalhekk li l-awtur użahom biex f’dak li biddel fihom jgħallem lill-poplu l-Għerf u t-tagħlim

Page 62: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

49

li Alla ta fil-Liġi. Pereżempju l-awtur ried isaħħaħ il-fidi monoteista tal-poplu Lhudi. Fidi f’Alla wieħed li l-liġi kienet tgħid li ma għandux ikollok Alla ieħor għajru. Allura minflok dawk il-ħafna allat pagani, kapriċċużi u vjolenti, li kienu deskritti fl-Enuma Elix, l-awtur sagru jagħtina l-fidi tal-poplu Lhudi f’Alla wieħed li ħalaq kollox mill-imħabba tiegħu.

Jekk immur għall-komunità Nisranija, is-sejba tad-Dead Sea Scrolls jilluminawna ħafna fuq il-ħsieb, il-ħajja u l-organizzazzjoni tal-ewwel knisja speċjalment dik tad-dixxiplu l-maħbub li nsibu miġbura fir-raba’ vanġelu. Niftakru li l-vanġelu ta’ Ġwanni huwa l-uniku wieħed fost il-vanġeli li jgħidilna li l-ewwel appostli l-kbar, bħal Indri u Pietru, kienu dixxipli tal-Battista. Kienet bix-xhieda tal-Battista li l-ewwel dixxipli, li kienu dixxipli tal-Battista, marru wara Ġesù u qagħdu miegħu. Kważi hija ħaġa ċerta li l-Battista kellu rabta mal-Esseni tal-komunità tal-Qumran. Probabbilment anki Ġesù nnifsu kien dixxiplu tal-Battista u għalhekk jirreferi għalih, ‘dak li ġie warajja.’ It-terminoloġija tar-raba’ vanġelu, bħad-duwaliżmu ta’ ‘Dawl u Dlam,’ ‘Verità u Gidba,’ ‘Ħajja u Mewt,’ u vokabularju ieħor, huwa kollu meħud minn din il-komunità.

Minn dak kollu li għidna, nistgħu nifhmu li

Page 63: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

50

l-metodu tal-Kritika Storika mhux qiegħed biss biex nistabilixxu l-verità storika tal-passaġġ jew tal-avveniment li qiegħed jiġi rakkontat fil-Bibbja. Pereżempju biex nistabilixxu x’ġara eżattament fl-ewwel Passover tal-Lhud jew fl-Ewwel Għid il-Kbir tal-Insara. X’ġara tabilħaqq huwa diffiċli ħafna li wieħed jgħid u jistabilixxi għax il-kittieba sagri kienu aktar interessati fuq it-tifsira tal-avvenimenti milli fid-dettalji tal-avvenimenti nfushom. Għad hawn minn jagħmel użu ħażin minn dan il-metodu meta biex jipprova jikseb dak li storikament ġara jinnega l-intervent divin f’dak kollu li ġara u anki jikkritika l-komunitajiet bil-mod kif għaddewlna dan it-tagħlim u informazzjoni. Dawn it-talin jinterpretaw kollox fuq bażi naturali, xjentifika u filosofika. Jinnegaw dak li ma jistax jiġri b’mod naturali jew spjegat b’mod xjentifiku jew bir-raġuni. Imma l-istudjużi tal-Bibbja li jagħmlu użu minn dan il-metodu ta’ kritika bis-serjetà mhux talli ma jinnegawx l-intervent ta’ Alla f’dak kollu li ġara, talli jwassluna biex nifhmu aħjar il-messaġġ li Alla ried jagħtina permezz tal-Kelma tiegħu, fiż-żmien ta’ meta nkitbet u lilna llum.

Fl-opinjoni tiegħi wieħed ma jistax jaqra l-Bibbja bl-iskop uniku li jgħarrex dawn il-kotba mqaddsa biex jikseb informazzjoni ħalli jkun jaf x’ġara

Page 64: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

51

eżattament f’ċertu perjodu tal-istorja u kultura. Dan huwa dak li ridt infisser meta għidt, li wieħed jista’ jaqra il-Bibbja għat-Tagħlim biss imma bla fidi. Filwaqt li wieħed ma jagħmel xejn ħażin jekk jaqra l-Bibbja għal dan il-għan, imma jrid jifhem li din ma kenitx ir-raġuni li għaliha Alla rrevela ruħu fil-kelma tal-Bibbja. Taqra l-Bibbja b’dan l-iskop biss tkun qed titlef kompletament il-karattru reliġjuż u spiritwali tal-Bibbja. Il-Bibbja għandha valur storiku. Imma dan il-valur storiku mhuwiex l-iskop prinċipali tal-Bibbja. Il-Bibbja ma nkitbitx prinċipalment biex tinforma lill-qarrej tagħha dwar l-istorja ta’ xi poplu u nazzjon partikulari. Diġà tkellimna fit-tul dwar dan. Dak li hemm storiku fil-Bibbja mhuwiex ‘x’ġara’ imma ‘x’jemmnu.’ Li hemm storiku fil-Bibbja mhux il-ġrajjiet kif ġraw imma l-fidi ta’ Poplu li kien jgħix relazzjoni ma’ Alla tiegħu fl-Antik Testment permezz tal-Liġi u fil-Ġdid Testment fil-fidi fil-persuna tal-Mulej Kristu Ġesù.

Il-Metodu Teoloġiku: skop ieħor li għalih wieħed jista’ jibda jaqra l-Bibbja huwa dak li jfittex x’tgħid il-Bibbja, jew xi ktieb partikulari fiha, rigward xi materja dottrinali jew morali. Pereżempju, infittex biex inkun naf x’tgħid il-Bibbja dwar il-vjolenza jew dwar il-ġustizzja.

Page 65: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

52

Peress li l-Bibbja hija kollezzjoni letterarja rikka u diversa, peress li l-Bibbja hija Unità fid-diversità, peress li l-Bibbja hija ktieb wieħed minn librerija ta’ kotba, malajr nindunaw li l-Bibbja tagħtina ħafna perspettivi varji dwar suġġetti ta’ duttrina u morali. Ma naħsibx li teżisti perspettiva waħdanija fuq xi aspett teoloġiku u morali. Importanti li qabel ma persuna tiġbed xi konklużjoni, l-ewwel trid tifhem sewwa t-tifsira sħiħa ta’ kull kuntest u żmien li fih inkiteb dak il-passaġġ jew ktieb partikulari tal-Bibbja. Nista’ nikber fil-fidi, fil-morali u fil-ħsieb teoloġiku wara li nkun rajt u studjajt il-perspettivi diversi kollha li joħorġu mill-Bibbja. Kull parti tal-Bibbja hija importanti għall-Bibbja kollha imma hija l-Bibbja sħiħa li tagħti t-tifsira vera lil kull parti tagħha.

Il-Bibbja mhix qegħda hemm biex tapprovali dak li jiena naħseb. Nifhem il-Bibbja jekk b’moħħ u qalb kompletament miftuħin u mingħajr l-ebda kundizzjoni, jiena nfittex dak li Alla jrid jgħidli fil-Kelma tiegħu. Il-Bibbja ma tista’ qatt tintuża biex tikkomoda lili. Il-Bibbja ma tistax tintuża biex tapprova dak li naħseb jien. Imma l-Kelma ta’ Alla hija xabla li taqta’ minn żewġ naħat biex tkun kapaċi tinżel sal-għeruq u l-mudullun u hekk tgħarbilli ħsiebi u qalbi, mhux tapprovali dak li nemmen

Page 66: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

53

jien. ‘Mulej għarbilni u għarrafni biex nimxi dejjem fit-triq tal-verità tiegħek,’ hija l-attitudni tal-qalb li biha rrid naqra kull passaġġ tal-Bibbja. Jiena t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, wieġeb il-Mulej lil min staqsieh biex jurih it-triq għal għand il-Missier. Ġesù huwa t-Triq, il-Verità u l-Ħajja għax huwa l-istess Kelma ta’ Alla magħmula laħam.

Il-Metodu Ispiratorju: Ħafna huma dawk l-Insara li jaqraw il-Bibbja bi skop aktar modest u għal skop aktar importanti. Ħafna huma dawk li jmorru għall-qari tal-Bibbja biex jieħdu ispirazzjoni ta’ kif għandhom jgħixu aħjar il-ħajja tal-fidi tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Iva fil-qari tal-iskrittura nistgħu niksbu din l-ispirazzjoni ta’ kif ngħixu aħjar il-ħajja tal-fidi tagħna fil-ħajja ta’ kuljum b’modi diversi u differenti.

Huma ħafna dawk li jsibu l-Bibbja bħala stimulant qawwi għat-talb. Il-kliem tas-Salterju, il-kliem ta’ sfida tal-profeta, il-kliem u l-missjoni mimlija kompassjoni ta’ Ġesù, il-kliem qawwi u kultant iebes u qares ta’ Pawlu, il-kliem mimli ħeġġa ta’ Pietru, il-kliem dwar l-imħabba ta’ Alla ta’ Ġwanni u l-kliem prattiku ta’ Ġakbu, huma kollha forom u espressjonijiet differenti għax-xewqat ta’ qalbna, aħna u nfittxu l-wiċċ ta’ Alla. Huma ħafna d-drabi li l-kliem bibliku jesprimi il-ħsus, il-biżgħat

Page 67: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

54

u t-tamiet li aħna stess ma nkunux kapaċi nesprimu fi kliem. U meta waqt it-talb tagħna naqbdu l-Bibbja biex minnha nieħdu l-ispirazzjoni tagħna, inkunu qed ningħaqdu ma’ tant ġenerazzjonijiet ta’ Nsara qabilna u fi żmienna, li sabu u għadhom isibu, l-istess qawwa u sulliev li nkunu qed insibu aħna. Kemm hi ħaġa sabiħa kieku anki l-familja jkollha l-Bibbja dejjem pronta u lesta biex tkun il-ktieb tat-talb ta’ dik il-familja fl-esperjenzi kollha tagħha, sbieħ u koroh. Dan ikun il-mod prattiku kif il-familja tagħna mhux biss jitkellmu dwar Ġesù imma jwasslu lil Ġesù u jlaqqgħu ma’ Ġesù lill-membri kollha tal-familja.

Issib ukoll min iqalleb l-iskrittura, kemm fil-privat u kemm ma’ ħuthom, waqt laqgħat ta’ talb, biex tgħinhom, tigwidahom u tilluminahom fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. L-istudju tat-testi bibliċi u d-diskussjoni fuq it-tifsira tagħhom bejn l-aħwa Insara, jservi żgur ta’ għajnuna fl-esperjenza tagħna tal-ħajja ta’ fidi u tkabbar il-perspettiva tagħna dwar xi tfisser tkun Nisrani fid-dinja moderna llum. Dan il-metodu ta’ qari tal-Bibbja jgħin l-aktar meta, il-persuna li qed titlob fil-privat jew il-partiċipant fi gruppi ta’ studju tal-Bibbja jew ta’ talb, jirnexxilha tirbaħ il-biża’ u bil-libertà tkun kapaċi tirrifletti fuq l-esperjenza personali ta’ ħajtu jew ħajjitha. Hekk

Page 68: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

55

din il-persuna tkun tista’ tirrelata r-riflessjoni tiegħu jew tagħha għall-ideat, imaġini u messaġġi li jagħti dak it-test bibliku. Ħuma ħafna d-drabi li l-Bibbja tiftaħ it-teżori tagħha fil-mumenti li aħna nistaqsu dwar dak li naqraw fiha bil-ħsieb li tista’ sservina għajn għal ħajja tagħna tal-fidi. Wara l-mistoqsija tagħna jkun imiss lill-istess Kelma ta’ Alla, miktuba għalina kuljum b’mod ġdid u frisk, li tagħtina ispirazzjonijiet ġodda li jservu ta’ ħobż ħaj niżel mis-sema li jmantni l-esperjenza tal-ħajja ta’ fidi tagħna.

Pereżempju esperjenza diffiċli ta’ wġieħ jew ta’ telfa kbira, bħala Nisrani, toħodni biex naqra u nifhem ħafna aħjar xi wieħed mis-salmi tal-lamentazzjoni li minnhom għandna ħafna, jew ir-rakkont tal-Ġetsemani u l-Passjoni tal-Mulej Ġesù. Il-qari ta’ dawn il-passaġġi bibliċi f’esperjenzi partikulari ta’ dulur jibdew ifissru kompletament differenti minn meta nkun qrajtu forsi għax sempliċiment huwa żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Dawn il-passaġġi min-naħa tagħhom jibdew jagħtuni qawwa ġdida kif għandi ngħix dawk il-mumenti ta’ niket u tbatija bħala bniedem ta’ fidi. Jgħinuni nitkellem bi kliem ta’ fidi. Jgħinuni nagħraf li mhux biss m’għandix naqta’ qalbi u nintelaq, imma għandi nemmen li f’dak il-mument

Page 69: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

56

ta’ mewt u dwejjaq, Alla fl-imħabba tiegħu qiegħed jikteb xi ħaġa sabiħa. Xi ħaġa sabiħa li lanqas jien innifsi ma jien kapaċi nikteb fl-istess storja tal-ħajja tiegħi. Fl-imħabba tiegħu, Alla kapaċi jikteb dritt anki fuq il-linja mgħawġa ta’ ħajjitna. Fl-imħabba tiegħu, Alla kapaċi jagħtina dak li aħna lanqas biss għandna ħila jew dehen nitolbuh. Dak li Alla jikteb f’ħajti huwa żgur ħafna aħjar minn dak li kapaċi nikteb jien stess. Nagħraf li hija l-qamħa li tmut dik li tagħmel il-frott, Ġw 12.

Meta niltaqa’ mal-Kelma ta’ Alla b’dan il-mod nibda nħoss li dak il-passaġġ tal-iskrittura qisu nkiteb għalija llum għaċ-ċirkustanzi tiegħi. Inħoss ferħ kbir għax nagħraf li Alla fl-imħabba kbira tiegħu jkun qiegħed ikellimni b’mod personali, issa u llum. Nagħraf li din hija l-Bxara t-Tajba mwassla lili llum għax nagħraf li Alla jħobbni, li Alla jimpurtah minni. Li ismi verament miktub fuq il-pala ta’ jdejh. Li jafni b’ismi. Nifhem x’iġifieri l-kliem ta’ San Ġwann meta qal li hawn tinsab l-imħabba: mhux li jien ħabbejt lil Alla imma li Alla jħobbni HU.

Indipendentament mil-liema mudell u metodu kull Nisrani Kattoliku jagħżel li jaqra l-Kelma ta’ Alla, għandu dejjem jiftakar li l-qari tal-Bibbja jista’ jsir fil-privat, imma qatt ma jista’ jsir fl-iżolament.

Page 70: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

57

Il-Bibbja huwa l-ktieb tal-Knisja mhux il-libreriija privata tiegħi. Kienet mill-fidi tal-ewwel knisja li ġie aċċettat l-Antik Testment bħala parti mill-Bibbja tagħna. Kienet mit-tradizzjoni ħajja li kienet qed tgħix l-ewwel knisja li ssawru l-vanġeli u l-ittri tal-appostli u l-Ġdid Testment kollu. Mingħajr poplu ta’ Alla ma kienx ikollna Bibbja. Mingħajr komunità Nisranija, Knisja, ma kienx ikollna Ġdid Testment. Il-kotba tal-Ġdid Testment ħarġu mill-ħajja tal-knisja. Allura l-knisja biss setgħet tgħidilna, u fil-fatt qaltilna, liema huma dawk il-kotba li huma ispirati u jagħmlu parti mill-Bibbja u liema huma dawk il-kotba, jissejħu apokrafa, li wieħed jista’ jaqra għall-interess u għana spiritwali.

Għalhekk huwa biss fil-kuntest tal-fidi u tradizzjoni tal-knisja li nistgħu niskopru l-vera tifsira ta’ kull test tal-Bibbja. Kif tista’ temmen fil-Kelma ta’ Alla u tiċħad lill-Knisja li mill-ħajja tagħha ħarġet u nkitbet il-kelma ta’ Alla? Kif tista’ temmen fil-Kelma ta’ Alla u tiċħad lill-Knisja li bl-awtorità tagħha ġejja mill-Ispirtu ta’ Kristu, iddeċidiet liema għandhom ikunu l-kotba li jiffurmaw il-Bibbja u liema huma dawk il-kotba li għandhom jibqgħu barra mill-kanonè?

Xi Nsara li jiżolaw lilhom infushom mis-sens komun u mill-għerf kbir li hemm fit-tradizzjoni

Page 71: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

58

u t-tagħlim tal-komunità, jistgħu jispiċċaw jinterpretaw it-testi tal-Bibbja b’mod imħawwad, imgerfex u xi drabi anki b’mod distruttiv. Din hija r-raġuni li fil-qari tal-Bibbja hemm dejjem bżonn il-Fidi u t-Tagħlim imdawwal mill-knisja. Ix-xewqa għat-tagħlim li fil-qari tal-Bibbja jgħinna nagħmlu l-isforz tagħna, biex nifhmu it-testi bibliċi fil-kuntest tagħhom, biex naqsmu it-tifsira tagħhom ma’ ħutna fil-komunitajiet, u biex inkunu dejjem miftuħa għall-gwida u t-tagħlim tal-knisja. Dan huwa dak li jifforma l-kuntest ħolistiku u ideali għall-integrazzjoni sħiħa tal-Bibbja fil-ħajja tagħna.

Għalhekk inħoss li ma nistax nagħlaq dan il-ktieb qabel ma nagħtu ħarsa aktar dettaljata u fid-dawl tal-kostituzzjoni Dei Verbum, lejn ‘l-Iskrittura u t-Tradizzjoni,’ u ‘l-Iskrittura fil-Ħajja tal-Knisja’.

Page 72: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

59

Il-Knisja Kattolika ma tirristrinġix ir-rivelazzjoni ta’ Alla lill-poplu tiegħu għat-testi bibliċi biss. Kontra l-għajta tar-riformisti Protestanti ‘Sola Scriptura,’ (Skrittura Biss) it-teologi Kattoliċi dejjem insistew fuq l-għajta ‘Skrittura u Tradizzjoni.’ Il-kelma ‘Tradizzjoni’ mhix xi ħaġa statika miġbura xi mkien fi ktieb. Imma Tradizzjoni tfisser l-istess mixja ħajja tal-knisja matul iż-żmien. Illum, kull Nisrani li jħalli l-Ispirtu Qaddis imexxi l-mixja tiegħu lejn Alla l-Missier permezz tal-Kelma, jagħraf li l-istess Bibbja ħarġet mit-tradizzjoni tal-ħajja tal-ewwel komunità Nisranija. Kienet l-ewwel komunità Nisranija, il-Knisja, li qaltilna liema huma l-kanonè li jifforma l-Iskrittura. Kienet il-knisja li dejjem ħadet ir-responsabbiltà u emmnet li hija responsabbli li tippreserva l-Kelma ta’ Alla u li tapplikaha għas-sitwazzjonijiet ġodda li jinqalgħu fil-ħajja tagħha. Il-Kristjaneżmu Kattoliku mhuwiex

4. L-Iskrittura u t-Tradizzjoni

Page 73: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

60

sempliċi ‘Reliġjon ta’ Ktieb’ bħall-Ġudaiżmu tat-Torah u l-Mislem tal-Koran. Imma huwa ħafna aktar minn hekk.

Filwaqt li jaċċettaw ir-realtà kemm tal-Iskrittura u kemm tat-Tradizzjoni, it-teologi Kattoliċi ma waqfu qatt jiddiskutu r-relazzjoni ta’ bejn dawn it-tnejn. Kien hemm min ippropona li l-Iskrittura u t-Tradizzjoni nistgħu nħarsu lejhom bħala żewġ għejjun differenti ta’ rivelazzjoni Divina. Speċi seta’ kienet teżisti waħda mingħajr l-oħra jew persuna tista’ taċċetta waħda mingħajr l-oħra. Il-Konċilju Vatikan II eskluda din it-teorija bl-aktar mod kategoriku. F’paragrafu għaxra tal-kostituzzjoni Dei Verbum, il-Konċilju jiddikjara:

‘It-Tradizzjoni Mqaddsa u l-Iskrittura Mqaddsa jagħmlu flimkien depositu wieħed tal-Kelma ta’ Alla li ġiet afdata lill-Knisja.’

Fi kliem ieħor, il-Kelma ta’ Alla, jew aħjar ir-Rivelazzjoni Divina, hija l-għajn kemm tat-Tradizzjoni u kemm tal-Bibbja. Dawn it-tnejn ma jistgħu qatt jiġu separati minn xulxin. Nistgħu niddistingwuhom imma qatt ma nistgħu nissaparawhom.

Il-Mod kif isseħħ din ir-relazzjoni, fi kliem ieħor il-mod kif it-Tradizzjoni u l-Iskrittura huma relatati ma’ xulxin għadha problema sal-lum. Jekk

Page 74: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

61

ma jkollniex problemi, t-teologi ma jkollhomx x’jagħmlu. Id-dokument konċiljari f’paragrafu disgħa, mhux biss jinsisti dwar l-unità tagħhom, imma filwaqt li jippreserva id-diversità tagħhom, juża l-analoġija tan-nixxiegħa u jgħid:

‘It-Tradizzjoni Mqaddsa u l-Iskrittura Mqaddsa huma magħqudin sewwa bejniethom u jikkomunikaw waħda mal-oħra. Għaliex it-tnejn li huma ħerġin mill-istess nixxiegħa divina u b’xi mod jagħmlu l-istess ħaġa u jimxu lejn l-istess għan. L-Iskrittura Mqaddsa hija l-kelma ta’ Alla inkwantu miktuba bl-ispirazzjoni tal-Ispirtu t’Alla. It-Tradizzjoni Mqaddsa twassal b’mod sħiħ il-Kelma ta’ Alla, li kienet fdata minn Kristu l-Mulej u mill-Ispirtu s-Santu lill-appostli u lis-suċċessuri tagħhom biex, imdawlin mill-Ispirtu tal-Verità, bil-predikazzjoni tagħhom iżommuha bil-fedeltà, ifissruha u jxerrduha. Hekk jiġri li l-knisja tikseb iċ-ċertezza fuq il-ħwejjeġ kollha rivelati mhux mill-iskrittura biss. Għalhekk il-waħda u l-oħra għandhom jintlaqgħu bl-istess sentiment ta’ tjieba u qima.’

Nixtieq ninnota li bid-dikjarazzjoni tal-aħħar sentenza ta’ dan il-paragrafu, ‘l-knisja tikseb iċ-

Page 75: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

62

ċertezza fuq il-ħwejjeġ kollha rivelati mhux mill-iskrittura biss,’ il-Konċilju speċifikament jiċħad il-prinċipju ta’ ‘Skrittura Biss’ u jippreserva t-tagħlim Kattoliku dwar it-Tradizzjoni u l-Iskrittura. Il-Konċilju jinsisti li kemm it-tradizzjoni u kemm l-iskrittura jridu jkunu aċċettati u onorati bl-istess devozzjoni u rispett. U dan għax it-tnejn huma ġejjin mill-istess ‘nixxiegħa divina.’

Il-Konċilju jirrifjuta kull teorija li tissapara t-Tradizzjoni mill-Iskrittura. Fil-fatt ikompli jgħid f’paragrafu għaxra:

‘It-Tradizzjoni Mqaddsa u l-Iskrittura Mqaddsa jagħmlu depositu sagru wieħed tal-Kelma ta’ Alla afdata lill-Knisja.’

Il-Konċilju jkompli jinsisti li huwa l-Maġisteru tal-knisja, bl-awtorità mogħtija lilu minn Kristu Ġesù nnifsu, li għandu:

‘il-missjoni li jagħti interpretazzjoni awtentikament lill-kelma ta’ Alla kemm jekk hija bil-forma miktuba u kemm jekk imwassla mit-tradizzjoni.’

Imma fl-istess paragrafu l-konċilju jinsisti wkoll li:‘Iżda dan il-Maġisteru mhuwiex aqwa mill-kelma ta’ Alla, imma huwa l-qaddej tagħha. Huwa jgħallem biss dak li ngħadda lilu. Bil-kmand ta’ Alla u bl-għajnuna tal-Ispirtu

Page 76: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

63

s-Santu, jisimgħu bit-tjieba, iħarsu bid-dedikazzjoni u jfissru bil-fedeltà. U minn dan id-depositu waħdieni tal-fidi, l-Maġisteru joħroġ dak kollu li jipproponi biex ikun emmnut bħala rivelat minn Alla.’

Din l-istqarrija, min-naħa l-waħda tagħraf l-awtorità tal-Maġisteru għall-interpretazzjoni awtentika. Min-naħa l-oħra tinsisti, kif il-Konċilju jagħmel ukoll fil-kostituzzjoni Dommatika dwar il-Knisja ‘Lumen Gentium’, li l-Maġisterju huwa qaddej tar-Rivelazzjoni Divina u jista’ jgħallem biss dak li jinstab fid-depositu waħdieni tal-fidi misjub fir-rivelazzjoni divina.

Permezz ta’ din l-insistenza tal-għaqda bejn it-Tradizzjoni u l-Iskrittura, il-Konċilju reġa’ ta lill-Iskrittura l-importanza li kien jistħoqqilha fil-ħajja tal-Knisja u li kienet imċaħħda minnhom għal ħames sekli sħaħ bil-konsegwenzi negattivi kollha li diġà semmejna aktar qabel. Ħaġa sabiħa ħafna li din il-bidla fil-viżjoni li tana l-Konċilju stajna naraw l-effetti posittivi tagħha. Liema effetti tkellimna dwarhom meta ddiskutejna kemm il-Kelma ta’ Alla llum għandha ħafna aktar post fil-ħajja pastorali tal-Knisja, fil-liturġija u fl-evanġelizzazzjoni.

F’paragrafu tlettax tal-istess kostituzzjoni, il-Konċilju jagħmel tiegħu l-formola teoloġika li

Page 77: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

64

kienet prominenti ħafna qabel il-Konċilju; ‘il-kliem ta’ Alla mogħti lilna bi kliem il-bnedmin.’ Kif in-natura divina ngħaqdet fi Kristu Ġesù man-natura umana biex ikollna l-persuna divina tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla, hekk l-Kelma ta’ Alla ngħaqdet mal-kliem il-bniedem biex fil-Bibbja jkollna l-Kelma ta’ Alla. Meta l-Konċilju tkellem fuq l-Iskrittura b’dan is-sens, żamm magħqudin flimkien, kemm in-natura traxxendentali tal-Iskrittur (li hija l-ħsieb li Alla ried jirrivela) kif ukoll il-forma umana (il-kelma umana li bih ġie trasmess dan il-ħsieb mill-bnedmin għall-bnedmin). Huwa vera li l-Bibbja tista’ tidher minn barra bħal kull ktieb ieħor u tista’ tiġi studjata bħal kull ktieb ieħor. Anki Ġesù kien bħalna f’kollox minbarra fid-dnub, jgħidilna San Pawl. Imma jibqa’ l-fatt li l-Bibbja hija differenti fl-oriġini u fin-natura tagħha, kif Ġesù huwa l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla li kien ma’ Alla u huwa Alla.

Dan il-karattru differenti tal-Bibbja, iġifieri l-għaqda ta’ ħsieb fi kliem il-bniedem, fil-lingwaġġ teoloġiku, nesprimuh bi kliem ftit tqil u komplikat bħal rivelazzjoni, ispirazzjoni, inerrenza jew bla żball, kanonè. Il-Konċilju, għax min-natura tiegħu kien konċilju pastorali, ma qagħadx jidħol f’diskussjonijiet teoloġiċi dwar it-tifsira eżatta ta’ dawn il-kelmiet. Imma ta’ konċilju pastorali li kien,

Page 78: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

65

esprima s-sinifikat ta’ dawn il-kelmiet għall-mod kif il-Bibbja hija moqrija fil-Knisja.

Pereżempju l-Konċilju spjegalna l-kelma ‘Rivelazzjoni’ bħala li fundamentalment tfisser Alla li jurina lilu nnifsu biex mhux biss inkun nafu ‘li Hu’ imma inkunu nafu ‘Min HU’. Tkellimna diġà li bir-raġuni biss, iġifieri mingħajr rivelazzjoni, il-filosofi kienu waslu għall-verità tal-eżistenza ta’ Alla. Kienu waslu għall-verità li Alla ‘HU,’ li Alla ‘jeżisti.’ Imma kif se nkunu nafu ‘min Hu’ dan Alla jekk ma jkunx Hu stess li jgħidilna? U din hija rivelazzjoni. Fil-fatt il-Konċilju fil-bidu ta’ paragrafu tnejn tad-Dei Verbum jiddikjara:

‘Fit-Tjieba u l-Għerf tiegħu Alla għoġbu jirrivela lilu nnifsu u jgħarraf il-misteru tar-rieda tiegħu.’

It-teoloġija Kattolika dejjem għarfet li din ir-rivelazzjoni ta’ Alla waslet lilna l-bnedmin permezz ta’ ħafna ħwejjeġ u b’ħafna modi. Alla kellimna b’diversi modi; pereżempju bil-ħolqien, bl-istess storja tal-bniedem, b’ħafna persuni li fetħu ħajjithom għal Alla, bil-valuri tas-soċjetà tagħna u fuq kollox bir-raġuni li biha żejjinna bħala bnedmin. Imma b’dawn kollha ma kienx ikollna l-għarfien ċar ta’ Min Hu Alla u x’inhi r-rieda tiegħu għalina. Huwa permezz tar-Rivelazzjoni

Page 79: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

66

Divina li aħna nistgħu niltaqgħu mhux biss mal-ordnijiet, kmandamenti u stejjer dwar Alla, imma nistgħu niltaqgħu mal-istess għerf u ħajja ta’ Alla u ngħixuhom. Kien għalhekk li d-Dei Verbum f’paragrafu sitta tgħidilna:

‘bir-rivelazzjoni divina Alla ried juri u jikkomunika kemm lilu nnifsu u kemm id-digrieti eterni tar-rieda tiegħu dwar is-salvazzjoni tal-bniedem.’

Żewġ kelmiet oħra li juri d-differenza tal-Bibbja minn kotba oħra huma ‘Ispirazzjoni’ u ‘Inerrenza jew Bla Żball’. Anki hawn, il-Konċilju juri l-wiċċ pastorali tiegħu meta jiġi biex jitkellem dwar dawn iż-żewġ termini. Naħseb li jien ma nistax insib kliem aħjar u eħfef biex nispjega dawn il-kelmiet ‘Ispirazzjoni’ u ‘Bla Żball’ minn dak li tuża l-kostituzzjoni dommatika d-Dei Verbum f’paragrafu ħdax. Dan il-paragrafu jgħid hekk dwar l-ispirazzjoni:

‘il-veritajiet rivelati minn Alla, li huma miġbura u mfissra fil-kotba tal-Iskrittura Mqaddsa, inkitbu taħt l-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu. Ommna l-Knisja Mqaddsa, b’fidi ġejja mill-appostli, iżżomm bħala sagra u kanoniċi l-kotba sew tat-Testment il-Qadim kemm tat-Testment il-Ġdid, kollha u sħaħ,

Page 80: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

67

bil-partijiet kollha tagħhom, fuq il-bażi li miktuba bl-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, (cf Ġw 20:31, 2Tim 3:16, 2 Pt 1-19-21, 3:15-16,) għandhom ’il Alla bħala awtur tagħhom u kienu mogħtija lill-knisja bħala tali. Biex jinkitbu l-Kotba Mqaddsa, Alla għażel ċerti bnedmin li, filwaqt li sejħilhom għal din il-ħidma, ħalliehom jużaw il-fakultajiet u l-kapaċitajiet tagħhom; hekk, bil-ħidma tiegħu fihom u permezz tagħhom, huma kitbu, ta’ veru awturi, dawk il-ħwejjeġ kollha li huwa ried li jinkitbu, u xejn aktar.’

L-istess paragrafu jkompli jgħid hekk dwar it-tagħlim ‘mingħajr żball’:

Għalhekk, billi dak kollu li l-awturi ispirati, jew kittieba sagri, kitbu, għandna nżommuh bħala li ntqal mill-Ispirtu s-Santu, hekk ukoll bħala konsegwenza, għandna nemmnu li l-kotba tal-Iskrittura Mqaddsa jgħallmu b’ċertezza, b’fedeltà u mingħajr żball dik il-verità li Alla, għas-salvazzjoni tagħna, ried li tinġabar fil-Kotba Mqaddsa. Għalhekk ‘l-iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa, biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, imħejji għal kull ħidma

Page 81: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

68

tajba.’ (2 Tim 3:16-17)L-espressjoni l-aktar importanti ta’ dan il-

paragrafu, li diġà rreferejna għalih aktar qabel imma li issa nistgħu nifhmu aħjar, hija, ‘Dik il-Verità li Alla, għas-salvazzjoni tagħna, ried li tinġabar fil-Kotba Mqaddsa.’ Tajjeb nerġa’ nfakkar li l-Konċilju ma jitkellimx minn veritajiet imma jitkellem minn verità. Hekk id-dikjarazzjoni tal-Konċilju tagħmilha ċara daqs il-kristall li ‘Mingħajr Żball’ esklussivament tirreferi għal dik il-Verità waħdanija li ddawwalna fit-triq tas-salvazzjoni tagħna.

Hija l-Verità dwar ir-rivelazzjoni li Alla jrid jagħti dwar l-ħajja tiegħu nnifsu u dwar il-ħajja tal-Bniedem maħluq xbieha tiegħu. Hija bla sens li nitkellmu mill-Bibbja mingħajr żball fil-qasam tax-xjenza, jew tal-istorja. Il-Bibbja ma nkitbitx biex tirrivela dwar dawn il-veritajiet. Mill-Bibbja ma tistax tipprova kif inħalqet id-dinja. Li tingħata din l-informazzjoni la kien l-iskop t’Alla u lanqas tal-awtur uman. Meta fil-Bibbja fittixna dawn il-veritajiet u mhux il-verità tas-salvazzjoni għamilna ħafna żbalji li għadna nbatu l-konsegwenzi tagħhom sal-lum.

Meta rrefera għall-ispirazzjoni, il-Konċilju ddikjara l-kotba tal-Bibbja bħala ‘Sagri u

Page 82: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

69

Kanoniċi.’ Il-kelma ‘Kanon,’ li l-għerq tat-tifsira tagħha hija ‘qasba tal-kejl,’ oriġinarjament kienet tintuża biex tiddistingwi dawk il-kotba li kienu parti mill-Bibbja minn kotba oħrajn. Illum il-kelma ‘Kanoniċi’ nużawha l-aktar biex biha nirreferu għall-kollezzjoni tal-kotba li huma aċċettati u rikonoxxuti bħala parti mill-Bibbja. Nirreferu għal dawk il-kotba li għandhom l-awtorità li bihom il-fidi tal-knisja tista’ tiġi mkejla, għalhekk ‘qasba tal-kejl.’ Dwar liema huma l-kotba kanoniċi tkellimna aktar qabel fit-tul.

Pastoralment, it-tifsiriet basiċi tal-kliem rivelazzjoni, ispirazzjoni, inerranza u kanoni, hija din.

Rivelazzjoni, tfisser li fil-Bibbja Alla qiegħed juri lilu nnifsu lilna.

Ispirazzjoni, tfisser li fil-kotba mqaddsa, b’mod misterjuż, Alla daħal fil-kompożizzjoni tagħhom u għalhekk huwa Alla nnifsu li jkellimna permezz ta’ awturi umani u dan jagħmlu biex jurina min hu u biex jidħol f’relazzjoni ta’ mħabba magħna.

B’Inerrenza jew Mingħajr Żball, tfisser li l-Bibbja gwida affidabbli għal dawk li jridu jimxu fi triq tas-salvazzjoni ma’ Alla.

Kanoni tfisser li l-kotba tal-Bibbja jikkostitwixxu n-norma li tigwida l-ħajja tal-knisja.

Page 83: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

70

Meta l-kostituzzjoni dommatika Dei Verbum tkun qed titkellem mill-Awtorità tal-Bibbja, il-Konċilju jkun qed jirreferi kemm għall-Antik Testment u kemm għall-Ġdid Testment.

F’paragrafu ħmistax, il-kostituzzjoni tkellimna dwar l-importanza li għandu l-Antik Testment għalina l-Insara. Fil-fatt jgħidilna li l-Antik Testment kien fil-pjan divin biex iħejji għall-miġja ta’ Kristu u jħabbarha profetikament. L-Antik Testment, ikompli jgħidilna l-Konċilju, jgħinna nagħrfu lil Alla u lill-bniedem u naraw kif ‘Alla, ġust u ħanin, iġib ruħu mal-bniedem. Mingħajr ma jispeċifika għal liema kotba kien qed jirreferi, il-Konċilju jgħidilna li, ‘Dawn il-kotba, għad li għandhom ukoll ħwejjeġ imperfetti u li jgħoddu għal ftit żmien.’ La jitkellem li kienu għal ftit żmien, probabbilment kien qed jirreferi għal-liġijiet dwar is-sagrifiċċju u Salmi b’ton vendikattiv u materjal ieħor simili. Imma l-Insara għandhom iqimu l-kotba tal-Antik Testment għax:

‘fihom jinsab tagħlim għoli fuq Alla, għerf ta’ saħħa għal ħajja tal-bniedem u teżori tal-għaġeb ta’ talb; fihom, fl-aħħar nett hu moħbi l-misteru tas-salvazzjoni tagħna.’

Din ifisser li skont il-Konċilju, il-Kotba tal-Antik Testment, irridu naqrawhom bħala preparazzjoni

Page 84: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

71

għall-miġja ta’ Ġesù għax fihom hu moħbi l-misteru tas-salvazzjoni tagħna. Imma mhux biss. Ħafna mill-kotba tal-Antik Testment huma fihom infushom tagħlim għoli dwar Alla, għerf u saħħa għall-ħajja tal-bniedem u kotba ta’ talb.

L-Għaqda bejn l-Antik Testment u l-Ġdid Testment mhix xi ħaġa aċċidentali jew opra magħmula mill-bnedmin. Kollox kien parti mill-pjan ta’ Alla għas-salvazzjoni tal-bniedem. Paragrafu sittax tad-Dei Verbum jgħidilna li kien Alla:

‘li ispira l-kotba taż-żewġ Testmenti u li hu l-awtur tagħhom. Fl-għerf tiegħu Alla ried li t-Testment il-Ġdid ikun moħbi fil-Qadim u li l-Qadim isir magħruf fil-Ġdid.’

Kif ir-rabbini Lhud kienu jagħtu post speċjali lit-Torah fost il-kotba kollha tal-Antik Testment, hekk ukoll il-Konċilju jagħti post speċjali lill-erba’ vanġeli fost il-kotba kollha tal-Bibbja. F’paragrafu tmintax il-kostituzzjoni tgħidilna:

‘Kulħadd jagħraf li fost il-kotba mqaddsa kollha, ukoll dawk tat-Testment il-Ġdid, l-Evanġeli jisbqu bir-raġun il-kotba l-oħra billi huma x-xhieda prinċipali u ewlenija tal-ħajja u t-tagħlim tal-Verb magħmul bniedem, is-salvatur tagħna.’

Page 85: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

72

Permezz tad-dikjarazzjoni ‘huma x-xhieda prinċipali u ewlenija tal-ħajja u t-tagħlim tal-Verb magħmul bniedem’, il-Konċilju kien qed jinsisti dwar l-istoriċità tal-vanġeli. Dan ma jfissirx li aħna rridu naqraw kull ħaġa li nsibu fil-vanġelu bħala li seħħet eżattament kif hemm miktub. Fil-fatt anki l-istess vanġeli jvarjaw bejniethom. San Mark u San Mattew ifejjaq l-għama waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko fil-waqt li Luqa jgħidilna li l-fejqan sar meta Ġesù kien dieħel Ġeriko. Allura sar fejqan darbtejn? Id-differenza probabbilment jagħmilha Luqa biex jippreżentalna lil Ġesù dieħel Ġeriko u jgħaddi mit-toroq tagħha jfitttex lill-midneb Żakkew.

Għalhekk l-istoriċità tfisser li ħadd ma jista’ jeskludi kull verità storika mill-vanġeli qisu dak li hemm miktub huwa kollu vvintat minn xi ħadd. Tfisser ukoll li l-vanġeli jippreżentaw il-fidi tal-ewwel komunità Nisranija fil-Mulej Ġesù. Aħna l-Kattoliċi nemmnu li l-bażi tal-kontinwazzjoni bejn il-ministeru tal-Mulej Ġesù fil-Palestina u l-kitba tal-vanġeli seħħet bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li kienet taħdem fil-ħajja tal-knisja. Aħna nemmu li t-tradizzjonijiet li minnhom inkitbu l-vanġeli huma storikament ġejjin mill-appostli. Imma naċċettaw ukoll l-addattamenti li kellhom isiru

Page 86: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

73

biex il-messaġġ tal-Mulej Ġesù jinftiehem minn nies li kienu jgħixu f’kulturi u lingwi differenti. Semmejna diġà li l-vanġeli nkitbu bil-Grieg, imma Ġesù kien jitkellem bl-Aramajk. Dan l-addattament kien hemm bżonn li jsir jekk il-Bxara t-Tajba kellha tinxtered sa truf l-art kif xtaq Ġesù.

Għalhekk il-Konċilju fl-istess paragrafu jkompli jinsisti wkoll dwar l-Appostoliċità tal-vanġeli meta jiddikjara:

‘Il-Knisja dejjem u kullimkien żammet u żżomm li l-erba’ vanġeli ġejjin mill-appostli.’

Il-Konċilju jagħraf ukoll il-Proċess komplikat mill-ministeru u l-predikazzjoni ta’ Ġesù sakemm, bil-predikazzjoni tal-appostli, din it-tradizzjoni b’mod orali waslet biex tinkiteb fil-vanġeli li waslu sa għandna llum. Dwar dan il-proċess tkellimt ħafna fit-tul f’kitbiet oħra li ppubblikajt u m’hemmx raġuni għalfejn nirrepeti. Għalhekk l-appostoliċità ma tfissirx li l-vanġeli ġew miktuba mill-appostli nfushom, imma li l-vanġeli jittrasmettulna dik il-fidi storika li l-appostli għaddew lill-knisja meta huma stess inbidlu fi bnedmin ġodda bl-esperjenza tal-Qawmien tal-Mulej. Għalhekk ‘appostolika’ tfisser iż-żmien bejn il-ministeru ta’ Ġesù (sena 30) sakemm ġew komposti l-vanġeli (73-95). Il-vanġeli huma appostoliċi għax jgħaddulna b’mod

Page 87: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

74

onest u veru l-verità sagrosanta dwar Kristu Ġesù kif emmnu fih l-appostli wara li qam mill-mewt. Erbgħin sena ta’ tradizzjoni Nisranija mgħejxa fil-komunità Nisranija li ġiet miġbura minn membru ta’ din l-istess komunità fil-kitba tal-vanġelu. Għalhekk il-Konċilju jgħid tajjeb li l-iskrittura ħarġet mit-tradizzjoni u t-tradizzjoni hija msaħħa mill-iskrittura.

Minbarra mill-vanġeli, il-Ġdid Testment huwa kompost ukoll mill-ktieb tar-Rivelazzjoni u mill-ittri appostoliċi, speċjalment dawk ta’ San Pawl jew ispirati minnu. F’paragarafu għoxrin, il-Konċilju jiddikjara li dawn ukoll huma miktuba taħt l-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu u jiddiskrivi l-kontribuzzjoni li jagħmlu dawn il-kotba b’dan il-mod tant ċar, profond u sabiħ:

‘Skont il-pjan għaref ta’ Alla, f’dawn il-kitbiet jissaħħaħ dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ Kristu l-Mulej, jitfisser aħjar it-tagħlim awtentiku tiegħu, tixxandar il-qawwa ta’ salvazzjoni tal-opra divina ta’ Kristu, jingħadu l-ġrajjiet tal-bidu tal-knisja u t-tixrid tal-għaġeb tagħha fid-dinja, u jitħabbar minn qabel it-twettiq glorjuż tagħha.’

Ikun żball jekk minn din l-istqarrija tal-Konċilju nikkonkludi li l-ittri tal-appostli fosthom dawk

Page 88: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

75

ta’ San Pawl, huma ta’ statura sekondarja għall-vanġeli. Irridu niftakru pereżempju, li s-sitt ittri miktuba personalment minn San Pawl, dawk lit-Tessalonkin 1 u 2, lill-Galatin, lill-Korintin 1 u 2 u lir-Rumani, huma l-ewwel kitbiet tal-Ġdid Testment li għandna.

Dawn l-ittri inkitbu ’l fuq minn għoxrin sena qabel l-ewwel vanġelu bil-Grieg, iġifieri l-vanġelu ta’ San Mark. Dawn l-ittri jagħtuna informazzjoni importanti dwar kif Pawlu kien jorganizza l-ewwel komunitajiet Insara; dwar kif kienu jifhmu l-misteru tal-mewt u l-qawmien tal-Mulej; kif kienu jħarsu lejn il-ħajja ta’ fidi tagħhom fil-Mulej Ġesù, ħafna aktar mill-vanġeli. Dawn l-ittri juruna kif l-ewwel Insara kienu jitqabdu biex jispjegaw u jifformolaw il-fidi tagħhom f’ambjent li kien għal kollox ostili u estranju għalihom. Dawn l-ittri jitkellmu dwar il-problemi li l-ewwel komunitajiet Insara kienu jiffaċċjaw, mhux biss mid-dinja pagana minn barra, imma anki fil-ħajja tagħhom infushom fl-istess komunità Nisranija. Problemi interni li jekk nistudjawhom nindunaw li ma tantx huma differenti minn dak li għandna llum bejnietna l-Insara u anki bħala Knisja Kattolika.

Biżżejjed naraw il-mistoqsijiet u l-problemi li huma kienu jistaqsu dwarhom lill-appostlu San

Page 89: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

76

Pawl. Interessanti wkoll il-kummenti tiegħu fuq affarijiet li huma ma jkunux staqsewh dwarhom imma li hu kien ikun sema’ bihom minn appostli oħra li jkunu ġew iżuruh minn dawn il-komunitajiet. Niftakru li ma kienx rari li San Pawl kien ikollu jitlaq minn dawn il-komunitajiet ħabta u sabta minħabba xi persekuzzjoni li kienet tkun kontrih mil-Lhud. San Pawl kien iħoss li lil dawn il-komunitajiet li lilhom qiegħed jikteb, għandu jiftħilhom għajnejhom dwar dawn il-problemi jew anki xi kultant jagħtihom xi ċamata speċjalment minħabba l-firdiet li kien jkun hemm bejniethom. L-ittri li nafu li Pawlu huwa l-awtur oriġinali tagħhom, apparti l-ittra lir-Rumani li hija trattat teoloġiku, huma eżempju ħaj ta’ dan. Dawn l-ittri ta’ Pawlu huma informazzjoni ċara biżżejjed li ma jmorrux naħsbu li fl-ewwel komunitajiet Insara kollox kien ward u żgħar; li kienu lkoll ħaġa waħda bejniethom; li ma kellhomx inkwiet bejniethom u kienu jgħixu f’xi żmien utopiku.

Dan ma jfissirx li l-vanġeli ma jagħtuniex huma wkoll informazzjoni dwar il-komunità li minnha ssawru. Jiena naħseb li kull vanġelu jitkellem dwar il-komunità li minnha ħareġ daqs kemm jitkellem dwar il-Mulej Ġesù. Mhux din id-diversità tal-vanġeli?

Page 90: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

77

Mhux din hija l-enfasi ta’ San Mark dwar it-tbatija ta’ Bin il-Bniedem bħala l-qaddej sofferenti, peress li kien qed jikteb f’komunità mkissra minn persekuzzjoni ħarxa.

Mhux din id-diversità ta’ Mattew li qed jikteb minn komunità ta’ Lhud Insara u allura jibbaża l-vanġelu tiegħu fuq ħames diskorsi li jikkorrispondu għal ħames kotba tal-Liġi. Mattew li jippreżenta lil Ġesù bħala Mosè l-ġdid sa mir-rakkonti tal-infanzja. Ġesù jmur l-Eġittu u joħroġ minn hemm u jgħallem minn fuq il-muntanja.

Mhux din id-diversità ta’ Luqa li jitkellem ma’ komunità fqira anki materjalment magħmula speċjalment minn nisa u għalhekk jitkellem dwar il-barka tal-fqar u l-kobor tal-ħniena ta’ Alla speċjalment ma’ dawk li qed ibatu f’din id-dinja. Luqa li huwa l-aktar wieħed fost l-evanġelisti li jagħti ħafna importanza lill-grupp tan-nisa mmexxi minn Marija ta’ Magdala.

Mhux dik id-diversità kbira ta’ Ġwanni mis-sinottiċi. Il-komunitajiet tas-sinottiċi kienu komunitajiet li ħarġu mill-Galileja fil-waqt li l-komunità ta’ Ġwanni ħarġet mil-Lhudija u marret ’il bogħod, saħansitra anki fis-Samarija. Komunità li tferxet u nqatgħet kompletament mill-Ġudaiżmu għax min kien jistqarr li Ġesù huwa l-Messija kien

Page 91: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

78

jitkeċċa ’l barra mis-sinagoga kif tkeċċa l-imwieled agħma meta mar jixhed għal Ġesù quddiem il-Fariżej, Ġw 9. Komunità li titkellem aktar minn xhieda milli minn proklamazzjoni. Xhieda li tista’ tiġi biss mil-laqgħa personali mal-Mulej Ġesù kif tkellimt fit-tul fl-aħħar ktejjeb ‘Ir-Relazzjoni Personali tagħna ma’ Ġesù.’

Imma meta l-Konċilju jkellimna dwar l-Awtorità tal-Bibbja, x’tip ta’ awtorità qiegħed jitkellem dwarha? Żgur li din mhux xi awtorità polizjeska, statali jew parentali. Awtorità li għandha d-dritt anki tikkastiga lil min ma jikkoperax. L-awtorità tal-Bibbja hija dik l-awtorità morali li lill-qarrej tikkostrinġih jagħmel xi ħaġa għax jipperswadi ruħu minn dak li qiegħda tgħidlu. Il-Bibbja twassalni għall-ubbidjenza għax meta niftaħha biex naqraha, jiena nitlaq mill-fatt li din hija l-Kelma ta’ Alla u fiha qed naqra x-xhieda ta’ dawk li raw b’għajnejhom dak li Alla fl-imħabba u l-għerf tiegħu għamel għalina l-poplu tiegħu.

Għalija l-Bibbja hija kollezzjoni ta’ xhieda ta’ Alla. Dan huwa d-dawl li fih naqra r-rakkonti kollha tal-ħolqien, l-istejjer tal-Patrijarki, il-ħelsin mill-Eġittu fl-Eżodu, ir-rakkonti tal-monarkija, l-esperjenzi tal-eżilju u tar-ritorn mill-eżilju, u tal-ġrajja ta’ Ġesù u l-ħajja tal-ewwel Insara.

Page 92: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

79

F’dawn l-istejjer hemm ibaqbaq il-fidi f’dak kollu li l-imħabba ta’ Alla għamlet mal-poplu tiegħu. Minbarra l-azzjoni u s-sejħa ta’ Alla, fil-Bibbja hemm ukoll in-naħa l-oħra tal-munita. Niltaqgħu wkoll mar-risposta tal-Poplu li ħafna drabi kienet waħda ta’ Fidi, Tama u Mħabba murija f’Tifħir, Ringrazzjament, Stqarrijiet ta’ dnub, Talb għall-maħfra, Esperjenzi ta’ maħfra u impenn biex Alla jkun magħruf dejjem aktar għall-imħabba u ħniena tiegħu. Fil-Bibbja jiena naqra l-proklamazzjoni tal-fidi ta’ Poplu f’Alla tiegħu u l-mod kif Alla jieħu ħsieb il-ħolqien tiegħu. Fil-Bibbja għandek sejħa ta’ Alla li jħobb u tweġiba ta’ Poplu li qiegħed f’mixja.

Alla huwa l-bażi ta’ kull awtorità tal-Bibbja. Dan għax il-Bibbja hija xhieda ħajja ta’ dak li Hu jagħmel magħna u għalhekk tirrivelalna u turina aktar ċar kemm min hu Alla u dak li Alla jagħmel għalina.

Biex nikbru fl-imħabba u l-fiduċja f’Alla mill-kotba tal-Iskrittura, il-Bibbja għandna nsejħulha ‘il-Kelma ta’ Alla.’ Żgur li mhux kumbinazzjoni li dan huwa l-isem (Dei Verbum) li ngħata lill-kostituzzjoni dommatika tal-Konċilju Vatikan II li titkellem dwar ir-rivelazzjoni u li aħna tkellimna fit-tul dwarha.

Bdejna din is-sezzjoni billi tajna ħarsa ftit twila lejn il-post li kellha l-Bibbja fil-ħajja tal-knisja fi tfuliti. Imma jien m’għadniex la tifel u lanqas

Page 93: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

80

żagħżugħ. Illum kważi diġà qed joħduni fejn ma rridx kif Ġesù qal lil Pietru għal meta jixjieħ. Se jkolli l-karti anzjan f’inqas minn sena oħra. Għalhekk nemmen li huwa importanti li nħarsu lejn il-Bibbja fil-ħajja tal-knisja anki llum, ħamsa u erbgħin sena wara l-Konċilju.

Niddikjara mill-ewwel li naħseb li llum il-Bibbja hija preżenti u parti mill-ħajja tal-fidi tal-knisja ħafna aktar milli kienet fi tfuliti ħamsin sena ilu. Illum l-iskrittura hija preżenti fil-programmi ta’ edukazzjoni, fil-liturġija, fit-talb, fit-teoloġija u fuq il-medja. Jiena nnifsi nagħmel programm regolari fuq it-Televiżjoni biex nispjega l-kelma ta’ Alla li tkun se tinqara l-Ħadd. Programmi simili jsiru fuq stazzjonijiet oħra tat-televiżjoni u tar-radju. . Dan l-iżvilupp ipoġġi fil-prattika ħafna mill-istqarrijiet qawwija li għamlet l-istess kostituzzjoni dommatika fl-aħħar paragrafi tagħha.

Paragrafu wieħed u għoxrin jinsisti li ċ-ċentralità tal-iskrittura fil-liturġija trid tinvolvi kemm il-predikazzjoni u kemm iċ-ċelebrazzjoni tas-sagramenti:

‘Jenħtieġ mela li l-predikazzjoni kollha tal-knisja, bħar-reliġjon Nisranija nnifisha, tieħu l-ikel tagħha u tkun regolata mill-Iskrittura Mqaddsa.’

Page 94: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

81

L-istess paragrafu jikkonfronta b’mod dirett l-oppożizzjoni li kien hemm bejn il-Kelma u s-Sagramenti li kienet spiċċat fuq quddiem nett konsegwenza tar-riforma Protestanta. Il-Konċilju jagħmel din id-dikjarazzjoni b’riferenza għaċ-ċelebrazzjoni ewkaristika:

‘Il-Knisja dejjem tat qima lill-Iskrittura Mqaddsa kif tat lill-istess Ġisem tal-Mulej billi qatt ma naqset, b’mod partikulari fil-liturġija mqaddsa, li tipparteċipa mill-għajxien bil-ħobż tal-ħajja u toffrih lill-fidili mill-mejda waħda tal-kelma ta’ Alla u tal-Ġisem ta’ Kristu.’

Il-Konċilju jinsisti li l-kelma u s-sagrament jappartjenu flimkien lill-ħobż tal-ħajja sal-punt li tiddikjara li dawn jagħmlu Mejda Waħda. Niftakru li l-altar tal-ewkaristija huwa altar tas-sagrifiċċju, imma huwa wkoll mejda tal-ikla. Is-sagrifiċċju u l-ikla jmorru flimkien. Parti mill-ikla tas-sagrifiċċju hija l-istess Kelma ta’ Alla. Kemm hu sabiħ meta tidħol fi knejjes u tara l-ambone minn fejn tinqara l-kelma ta’ Alla maġenb l-altar biex tintwera u tinħass ir-rabta ta’ bejniethom. Kemm ma jagħmilx sens meta dawn ikunu mifrudin minn xulxin il-biċċa l-kbira l-ambone mitfuq kemm jista’ jkun ’il bogħod u fil-ġenb. Il-Ħobż Ħaj li jitkellem minnu

Page 95: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

82

Ġesù fil-vanġelu ta’ San Ġwann f’kapitlu sitta huwa riferenza għall-ikel tal-Kelma u għall-ikel ta’ Ġismu u x-xorb ta’ Demmu.

Il-post dejjem aktar jiżdied tal-iskrittura fl-edukazzjoni Kattolika u fil-laqgħat ta’ talb jirrispondi għas-sejħa qawwija li jagħmel id-dokument f’paragrafu tnejn u għoxrin meta jgħid:

‘Jenħtieġ li l-Insara jkunu jistgħu jersqu b’ħeffa lejn l-Iskrittura Mqaddsa.’

Għalhekk il-Konċilju jinsisti fuq Traduzzjoni mill-Orġinal tal-kotba tal-iskrittura f’lingwaġġ modern li jista’ jinftiehem malajr mill-poplu. Hawnhekk nixtieq minn qalbi nsellem lil tant studjużi Maltin, ewlenin fosthom il-Prof. Pietru Pawl Saydon, il-Prof. Karm Sant, lil Patri Donat Spiteri, lil Patri Gwido Schembri u ħafna oħrajn li ħadmu, kitbu u ppubblikaw b’sagrifiċċji kbar biex ikollna t-traduzzjonijiet mill-oriġinal għat-tagħlim u għal-liturġija. Ma’ dawn ma nistax ma nsemmix ukoll lil Prof. Ġużeppi Lupi li kien il-moħħ u s-sinsla wara r-riforma liturġika f’Malta.

F’paragrafu tlieta u għoxrin, iħeġġeġ ukoll lill-istudjużi biex jagħmlu Għajnuniet ta’ Spjegazzjonijiet ħalli l-predikaturi, l-għalliema u l-katekisti jkunu:

‘Jistgħu bi frott iressqu quddiem il-poplu

Page 96: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

83

ta’ Alla l-ikel tal-Iskrittura li jdawwal l-intelliġenza, isaħħaħ ir-rieda, jixgħel il-qalb tal-bnedmin bl-imħabba ta’ Alla.’

Ħarġu ħafna għajnuniet ta’ dan it-tip, ewlieni fosthom huwa l-ktejjeb ‘Kliem il-Ħajja’ b’inizjattiva ta’ Patri Donat Spiteri. Anki din is-sensiela ta’ kotba li qed tasal f’idejkom hija għajnuna oħra biex nifhmu aħjar l-Kelma ta’ Alla.

L-importanza tal-iskrittura fit-Teoloġija Kattolika hija ddikjarata b’termini xejn anqas ċari meta paragrafi erbgħa u għoxrin fost l-oħrajn jgħidilna:

‘l-istudju tal-Kotba Mqaddsa għandu jkun bħar-ruħ tat-teoloġija mqaddsa.’

Jiena bl-ebda mod ma rrid inneħħi l-importanza tax-xjenzi umani mit-tagħlim tat-teoloġija. Imma żgur li l-bażi ta’ kull tagħlim u ħsieb teoloġiku għandha tkun il-Kelma ta’ Alla.

F’paragrafu ħamsa u għoxrin, id-dokument jinsisti li dawk kollha mpenjati uffiċjalment fil-Ministeru tal-kelma:

‘għandhom iżommu rwieħhom dejjem magħqudin mal-Iskrittura permezz tal-qari qaddis ta’ spiss u ta’ studju tajjeb. Dawk li ma jisimgħux il-Kelma ta’ Alla minn ġewwa jsiru predikaturi fiergħa tal-kelma ta’ Alla

Page 97: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

84

minn barra.’L-istess paragrafu jirrikomanda li:

‘Għandhom jitlestew edizzjonijiet tal-Iskrittura Mqaddsa, mogħnija b’noti tajba.’

Ħafna huma l-predikaturi li għad għandhom bżonn jisimgħu dan il-kliem. Kemm nisimgħu omeliji tal-Ħdud, omeliji tal-funerali, tat-tiġijiet u ta’ okkażjonijiet oħra, li l-ħsieb tagħhom ma jkunx meħud mill-kelma ta’ Alla li tkun għadha kemm inqrat u fil-fatt ma jkollu assolutament x’jaqsam miegħu xejn. Xi drabi jiena stess inkun qiegħed nikkonċelebra f’xi funeral jew f’tieġ u niġi mitlub biex naqra l-vanġelu. Għalija hija loġika li nistaqsi liema wieħed mill-vanġeli ċ-ċelebrant li jkun se jagħmel l-omelija jixtieqni li naqra. B’sorpriża kbira u b’disappunt għalija, xi drabi r-risposta tkun, ‘Aqra liema trid.’ Imbagħad ovvjament nisimgħu omelija b’ħafna tidwir mal-lewża u nivvintaw xi żewġ stejjer tat-tfal biex nimpressjonaw, xi storja ta’ qsim il-qalb biex inbikku jew xi ċajta biex indaħħku u fuq kollox biex nimlew il-ħin.

Jekk l-omelija ma tkunx riflessjoni tal-kelma ta’ Alla ma tistax tkun esperjenza ta’ Alla jkellem lill-poplu tiegħu. F’omeliji mhux ibbażati fuq il-Kelma ta’ Alla, lill-poplu jkun qiegħed ikellmu l-predikatur u mhux Alla. Ikun qed jidher l-għerf,

Page 98: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

85

jew l-injuranza, tal-predikatur u mhux l-Għerf ta’ Alla. U allura x’risposta ta’ fidi jista’ jkun hemm għall-omelija jew prietka bħal dik? Id-dinja mhux bil-għatx għall-għerf ta’ xi bniedem imma għall-Għerf ta’ Alla rivelat fil-Persuna tal-Mulej Ġesù.

Imma għall-grazzja ta’ Alla huma ħafna dawk il-predikaturi li qed ifittxu dejjem aktar l-istudju tal-kelma ta’ Alla għax għarfu li dan huwa l-uniku mod li jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħha kemm jista’ jkun mill-aħjar. Żdiedu ħafna wkoll dawk il-predikaturi li tarahom quddiem is-sagrament bħala parti mill-preparazzjoni tagħhom għall-predikazzjoni li jkunu se jagħmlu. Dan huwa l-mod kif jistgħu jwasslu lill-poplu ta’ Alla dak li l-Mulej ikun wassal lilhom fil-qalb tagħhom permezz ta’ dik il-kelma li se jxandru. Ħadd ma jagħti milli m’għandux. Jekk il-predikatur ma għandux Fidi u Tagħlim kif se jħeġġeġ fil-fidi u jwassal it-tagħlim tal-kelma ta’ Alla lill-bniedem tal-lum?

Ħassejt li għandi nagħti ħarsa ftit twila lejn id-dokument Dei Verbum tal-Konċilju Vatikan II għax huwa l-aktar dokument awtorevoli li għandna f’idejna bħalissa. Imma dan id-dokument ta’ ħamsa u erbgħin sena ilu ma jistax ikun l-aħħar kelma dwar l-Iskrittura Mqaddsa. Dan huwa l-punt tat-tluq fil-proċess ta’ evanġelizzazzjoni li

Page 99: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

86

hija l-ministeru tal-knisja. Il-knisja teżisti biex tmur fid-dinja kollha xxandar il-Kelma tal-Bxara t-Tajba li twassal għall-fidi fil-Mulej Ġesù. Il-knisja teżisti biex tevanġelizza. Il-knisja tgħix biex twassal il-kelma ta’ Alla, biex il-bnedmin kollha jemmnu fil-Mulej Ġesù u biex bil-fidi tagħhom fih ikollhom il-ħajja f’ismu. Il-kelma ta’ Alla hija l-ħajja tal-knisja u l-knisja teżisti għall-Kelma ta’ Alla.

Knisja preparata u edukata aktar fuq il-kelma ta’ Alla hija knisja aktar preparata biex tilqa’ l-isfida li għandha f’dinja dejjem aktar pluralista u sekularizzata. Is-sitwazzjoni tagħna fid-dinja tal-lum kienet l-istess sitwazzjoni tal-ewwel knejjes Insara. L-ewwel knejjes li l-Ġdid Testment ħareġ mill-istess ħajja ta’ fidi tagħhom u li aħna rridu nimpenjaw ruħna biex inżommu ħaj dan il-patrimonju li tawna fil-ħajja tal-fidi tagħna. Bħall-ewwel knisja, illum għandna bżonn predikaturi. Imma fuq kollox għandna bżonn xhieda, martri, nies li jgħixu l-Kelma ta’ Alla kif tassew hi. Insara li jaqraw, jisimgħu u jitolbu bil-kelma ta’ Alla għax, ‘Meta nitolbu aħna nitkellmu miegħu; meta nisimgħu l-kelma ta’ Alla, aħna nisimgħu lilu.’ (Dei Verbum Par 25).

Page 100: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

87

5. Konklużjoni

Bħal kull ktieb ieħor tal-letteratura speċjalment antik, il-kotba tal-Bibbja huma suġġett għall-istudju u l-analiżi. M’għandniex niddejqu li dan l-istudju u l-analiżi llum jiċċalinġjawna kif il-profeti u Ġesù nnifsu kienu jiċċalinġjaw lin-nies ta’ żmienhom bit-tagħlim tagħhom. Il-Kelma ta’ Alla mhux studjata u analizzata ttendi li tikkonferma l-Insara u lill-Knejjes Insara fit-tagħlim u l-status quo tagħhom, għax dejjem jispiċċaw jaqraw dak li diġà jafu.Ir-relazzjoni tal-Knisja Kattolika mal-Bibbja tista’ tiġi maqsuma fi tliet fażijiet:1900-40: Il-Knisja tirrifjuta l-istudju Kritiku modern tal-Bibbja. Imma, għall-grazzja ta’ Alla, l-istudjużi komplew bil-ħidma tagħhom ġenerazzjoni wara l-oħra.1940-70: rajna l-introduzzjoni tal-istudju Kritiku speċjalment ma’ Papa Piju XII u l-Konċilju Vatikan II li kien influwenzat mill-metodi moderni tal-

Page 101: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

88

istudju tal-Bibbja. Dan il-ftuħ mar aktar lil hinn minn dak li l-Konċilju immaġina.1970-2011: l-applikazzjoni tar-riżultat ta’ dan l-istudju fil-Fidi, fit-Tagħlim, fit-Teoloġija u fil-Prattika ta’ kull Knisja Nisranija. Proċess ta’ Metanoia li prietka Ġesù fl-ewwel proklamazzjoni tiegħu. Proċess li jimplika li taħseb ta’ taħt fuq kif tfisser il-kelma ‘Metanoia.’ Proċess li jimplikana sagrifiċċju u t-tbatija kbira li ħafna ma kenux lesti li jagħmlu fi żmien Ġesù u lanqas lesti jagħmlu llum.Nifhem li ħafna minna tgħallmu u trabbew fi studju bibliku mingħajr dan l-istudju u analiżi moderna. Għalhekk għadna rridu nissaffew mill-mod kif naħsbu (forma mentis) u nsibu terminoloġija dejjem aktar adatta u rikka biex nesprimu l-ħsibijiet tagħna. Għalina l-Kattoliċi, dan l-impenn huwa akbar, wara l-affirmazzjonijiet tal-Konċilju Vatikan II li għandu implikazzjonijiet teoloġiċi u pastorali kbar.

Nitlob għall-Knisja universali, speċjalment f’Malta, biex ikollha ħafna aktar Imħabba, Kuraġġ u Ubbidjenza lejn l-Għerf ta’ Alla li jinsab fl-iskrittura.

Page 102: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

89

Dan il-ktejjeb qed jigi f’idejk mingħajr l-ebda ħlas.

Jekk tixtieq:

• li tibda’ tirċievi d-dar bil-posta l-kotba ta’ din is-sensiela,

• li xi persuna oħra tibda’ tirċievi d-dar bil-posta id-dar il-kotba ta’ din is-sensiela,

• li tirċievi xi wieħed mill-kotba li kiteb Dun Ġorġ Dalli,

• li tgħin finanzjarjament billi tibgħat offerta:

ikteb jew ibgħat e-mail lil:

Dr Joseph Tabone‘Toujours Eiffel’ Triq G Lebrun,Ta’ l-Ibraġ. Swieqi. SWQ 2080. MaltaEmail: [email protected]

Kotba Oħrajn miktuba minn Dun Ġorġ Dalli:

1. “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għal Avvent

2. “Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi.

3. ‘Il-Bibbja kif issawret,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela “Il-Bibbja,” pubblikazzjoni ta’ l-Għaqda Biblika Maltija

4. ‘Ir-Relazzjoni Persoanli ma’ Ġesù fi Ġwanni,’ l-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Kelma.’

Page 103: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

90

Jekk jgħoġbok ikteb b’mod ċar u ibgħat bil-posta lil Dr Joseph Tabone.

Jiena nixtieq nibda’ nirċievi bil-posta d-dar il-kotba tas-sensiela ‘Il-Kelma’ f’dan l-indirizz:

Postcode:

Tel: Mob:

Email:

Firma:

Data Protection: Nifhem li l-informazzjoni li qed nagħti hawn se tinżamm u tintuża’ biss mid-direzzjoni tas-sensiela ‘Il-Kelma.’ Nifhem li jekk nixtieq li ma nirċeviex aktar kotba, informazzjoni jew korrispondenza, għandi nagħmel dan bil-miktub lill-Amministrazzjoni biex id-dettalji tiegħi jitneħħew minn fuq id-database.

D U N Ì O R Ì D A L L I

Il-BibbjaKif Tinqara

IL-KELMASensiela

"

Page 104: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara
Page 105: Il- Kelma | Il- Bibja Kif Tinqara

92

Dun Ġorġ Dalli twieled fl-20 ta’ April 1952 f’Ħal Qormi. Ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ April 1979.

Wara esperjenza ta’ 7 snin ħidma manwali fi ċkunitu, ta’ 20 sena daħal is-seminarju u l-università minn fejn kiseb il-grad ta’ Masters fit-Teoloġija Pastorali bit-tezi ‘Ir-Relazzjoni bejn il-Kappillani u l-Lajċi.’

Dun Ġorġ serva f’diversi ministeri fil-knisja: Viċi Parroku fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan Ħal Qormi; Direttur ta’ l-Istitut Kattoliku u Kappillan tal-Parroċċa Ta’ l-Ibraġ.

Bħalissa Dun Ġorġ jagħti korsijiet mal-Għaqda Biblika Maltija u f’ħafna ċentri u gruppi madwar Malta; Direttur Spiritwali fl-iskola San Anton; jaħdem bħala saċerdot fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard speċjalment fil-qasam tal-familja. Hu mfittex ħafna għall-pellegrinaġġi mibnija fuq ħafna tagħlim bibliku, interess spiritwali, kulturali u edukattiv li jmexxi speċjalment dawk lejn l-Art Imqaddsa.

Kitbiet oħra tiegħu huma s-serje ‘Kelma u Xbiha’ li fiha diġa’ ppublika żewġ kotba: “Biex inħejjulu Triqatu,” ktieb ta’ preparazzjoni għal Avvent u “Il-Fidi: Esperjenza Personali,” ktieb ta’ awtobijografija tal-mixja tiegħu tal-fidi fid-dawl ta’ Abraham, Missierna fil-fidi. L-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Bibbja” bit-titlu, ‘Il-Bibbja kif issawret,’ pubblikazzjoni ta’ l-Għaqda Biblika Maltija. L-ewwel ktieb mis-sensiela ‘Il-Kelma’ bit-titlu ‘Ir-Relazzjoni Personali ma’ Ġesù fi Ġwanni.’