kelma tal-Ħajja

21
Kelma tal-Ħajja Jannar 2012

Upload: monty

Post on 11-Jan-2016

62 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Kelma tal-Ħajja. Jannar 2012. P R E M E S S A. Bħal kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna partijiet tad-dinja tiġi ċelebrata l- Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-insara, filwaqt li f’partijiet oħra din tiġi ċelebrata f’Għid il-Ħamsin. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja

Jannar 2012Jannar 2012

Page 2: Kelma tal-Ħajja

Bħal kull sena, mit-18 sal-25 ta’ Jannar, f’ħafna partijiet tad-dinja tiġi ċelebrata l-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda tal-insara, filwaqt li f’partijiet oħra din tiġi ċelebrata f’Għid il-Ħamsin.Il-motto ta’ din il-Ġimgħa ta’ talb għas-sena 2012, meħuda mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (cf 1 Kor

15:51-58) hija: “Ilkoll nitbiddlu permezz tar-rebħa ta’ Sidna Ġesù Kristu”.Nissuġġerixxu għalhekk bħala Kelma tal-Ħajja għal Jannar 2012, dan li Chiara kitbet, li jidhrilna li joqgħod tajjeb għal din il-Ġimgħa tal-talb għall-għaqda.

P R E M E S S A

Page 3: Kelma tal-Ħajja

«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-

lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

Page 4: Kelma tal-Ħajja

Dan il-kliem miktub minn San Pawl lill-

komunità ta’ Kolossi, jgħidilna li teżisti

dinja li fiha ssaltan imħabba vera, ftehim sħiħ,

ġustizzja, sliem, qdusija u ferħ. F’din id-dinja d-dnub u t-taħsir ma jistgħux

jidħlu aktar; hi dinja li fiha r-rieda tal-

Missier isseħħ dejjem b’mod sħiħ.

Page 5: Kelma tal-Ħajja

Din hija d-dinja ta’ Ġesù. Hu, bil-Qawmien tiegħu mill-mewt, fetħilna beraħ din id-dinja wara li għadda mill-prova iebsa tal-passjoni.

Page 6: Kelma tal-Ħajja

«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-

lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

Page 7: Kelma tal-Ħajja

Aħna, jgħid San Pawl, mhux biss imsejħin biex inkunu ta’ din id-dinja ta’ Kristu, imma

diġà nagħmlu parti minnha.

Page 8: Kelma tal-Ħajja

Il-fidi tgħidilna li permezz tal-

magħmudija aħna ninsabu fi Kristu u għalhekk nieħdu sehem mill-ħajja tiegħu, mid-doni,

mill-wirt, mir-rebħa tiegħu fuq id-dnub u fuq is-setgħa tal-ħażen. Infatti aħna rxuxtajna miegħu.

Page 9: Kelma tal-Ħajja

Imma aħna m’aħniex ta’ din id-dinja ta’ Kristu

b’mod sħiħ kif inhuma l-erwieħ qaddisa li diġà

temmew il-vjaġġ tagħhom. Fuq

kollox m’aħniex ta’ din id-dinja ta’ Kristu l-ħin kollu u għal dejjem.

Page 10: Kelma tal-Ħajja

Diment li sa ma nibqgħu fuq din l-art aħna nibqgħu esposti għal ħafna perikli, diffikultajiet u

tentazzjonijiet li jistgħu jġegħluna naħsbuha darbtejn, li jistgħu jwaqqfu l-mixja tagħna, jekk mhux

ukoll idawruna lejn toroq oħra qarrieqa.

Page 11: Kelma tal-Ħajja

«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-

lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

Page 12: Kelma tal-Ħajja

Għalhekk nistgħu nifhmu t-talba li San Pawl qiegħed jagħmlilhom: “Fittxu l-ħwejjeġ tas-

sema”.

Page 13: Kelma tal-Ħajja

Fittxu mhux li toħorġu

materjalment minn din id-dinja,

imma spiritwalment. Il-

liġijiet u l-passjonijiet tad-dinja ħalluhom warajkom biex

tħallu l-ħsibijiet u s-sentimenti ta’

Ġesù jmexxukom.

Page 14: Kelma tal-Ħajja

Infatti “Il-ħwejjeġ tas-sema” jfissru l-liġijiet tas-sema, il-liġi tas-Saltna tas-smewwiet, li Ġesù ġab fuq din l-art u hu jrid li aħna nwettquhom

sa minn issa stess.

Page 15: Kelma tal-Ħajja

«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-

lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).

Page 16: Kelma tal-Ħajja

Mela kif se ngħixu din il-Kelma tal-ħajja?

Page 17: Kelma tal-Ħajja

Hi tħeġġiġna biex ma nikkuntentawx ruħna b’ħajja medjokri, ħajja mimlija kompromessi u affarijiet magħmula b’nofs qalb, imma biex bil-grazzja t’Alla, ngħixu ħajjitna skont il-liġi ta’

Kristu.

Page 18: Kelma tal-Ħajja

Din il-Kelma tħeġġiġna biex

ngħixu u nimpenjaw ruħna

billi nagħtu xhieda fl-ambjent

tagħna għall-valuri li Ġesù

ġabilna fuq din l-art: bħalma huma

l-ispirtu ta’ ftehim u ta’ paċi, ta’ qadi lil ħutna, ta’ mogħdrija u

maħfra, ta’ onestà, ġustizzja, xogħol magħmul

sew, fedeltà, safa, rispett

għall-ħajja, eċċ.

Page 19: Kelma tal-Ħajja

Kif nistgħu naraw, il-programm hu mimli daqskemm hi mimlija l-ħajja imma biex ma

nibqgħux fis-sħab ejjew f’dan ix-xahar nobdu dik il-liġi ta’ Ġesù li tiġbor fiha l-liġijiet kollha: f’kull wieħed minn ħutna għandna naraw lil

Kristu u naqduh.

Page 20: Kelma tal-Ħajja

Mhux fuq dan ħa jkun l-aħħar eżami tagħna?

Page 21: Kelma tal-Ħajja

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, f’ġunju 1988

Grafika ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljun ta’ persuni fid-dinja

permezz tal-ġurnali, radju, TV u internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

jew ċempel f’wieħed miċ-Ċentri tal-Movment f’Malta:

21 38 58 01 jew 21 48 61 12

““Kelma tal-ĦajjaKelma tal-Ħajja”,”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari.

Kitba ta’ Chiara Lubich, f’ġunju 1988

Grafika ta’ Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljun ta’ persuni fid-dinja

permezz tal-ġurnali, radju, TV u internet.

Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.org

jew ċempel f’wieħed miċ-Ċentri tal-Movment f’Malta:

21 38 58 01 jew 21 48 61 12

«Jekk intom irxoxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-

ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-

lemin ta’ Alla.» (Kol 3,1).