rapport - european parliament · 2017. 5. 3. · mejju 2015 bit-titolu "gender equality in...

20
RR\1091139MT.doc PE569.733v02-00 MT Magħquda fid-diversità MT Parlament Ewropew 2014-2019 Dokument ta' sessjoni A8-0076/2016 5.4.2016 RAPPORT dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id- Direttiva 96/34/KE (2015/2097(INI)) Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali Rapporteur: Maria Arena

Upload: others

Post on 30-Jan-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • RR\1091139MT.doc PE569.733v02-00

    MT Magħquda fid-diversità MT

    Parlament Ewropew 2014-2019

    Dokument ta' sessjoni

    A8-0076/2016

    5.4.2016

    RAPPORT

    dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010

    li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn

    BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-

    Direttiva 96/34/KE

    (2015/2097(INI))

    Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

    Rapporteur: Maria Arena

  • PE569.733v02-00 2/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    PR_INI

    WERREJ

    Paġna

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW ............................... 3

    NOTA SPJEGATTIVA ............................................................................................................ 13

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN

    IS-SESSI ................................................................................................................................... 15

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI .................... 19

    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI ....... 20

  • RR\1091139MT.doc 3/20 PE569.733v02-00

    MT

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li

    timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn

    BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE

    (2015/2097(INI))

    Il-Parlament Ewropew,

    – wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(3) u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    – wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 10, 153(1)(i) u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-

    UE,

    – wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 9, 23, 24 u 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-

    Unjoni Ewropea,

    – wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010, li

    timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn

    BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE,

    – wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 li

    temenda d-Direttiva 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave

    tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-

    emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea,

    – wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi

    Brussell fit-23 u fl-24 ta' Marzu 2006 (777751/1/06 REV 1),

    – wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Bilanċ aħjar bejn

    xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u

    tal-familja" (COM(2008)0635),

    – wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu

    "L-Investiment fit-Tfal: Niksru ċ-Ċiklu tal-Iżvantaġġ" (C(2013)778),

    – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar is-Semestru

    Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-

    Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 20151,

    – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE

    għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-20152,

    – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-leave tal-

    maternità3,

    1 Testi adottati, P8_TA(2015)0068. 2 Testi adottati, P8_TA(2015)0218. 3 Testi adottati, P8_TA(2015)0207.

  • PE569.733v02-00 4/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-

    Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-

    implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel

    u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol1,

    – wara li kkunsidra l-istudju mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta'

    Mejju 2015 bit-titolu "Gender equality in employment and occupation –

    Directive 2006/54/EC, European Implementation Assessment" (L-ugwaljanza bejn is-

    sessi fl-impjieg u fix-xogħol - id-Direttiva 2006/54/KE, Valutazzjoni tal-

    Implimentazzjoni Ewropea),

    – wara li kkunsidra l-istudju tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni tal-

    Parlament Ewropew bit-titolu "Maternity, Paternity and Parental Leave: Data Related to

    Duration and Compensation Rates in the European Union" (Il-leave tal-Maternità, tal-

    Paternità u tal-Ġenituri: Data Relatata mat-Tul ta' Żmien u r-Rati ta' Kumpens fl-Unjoni

    Ewropea),

    – wara li kkunsidra l-istudju tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-

    Ħajja u tax-Xogħol bit-titolu "Promoting parental and paternity leave among fathers"

    (Il-promozzjoni tal-leave tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet),

    – wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound bit-titolu "Maternity leave provisions in the

    EU Member States: Duration and allowances" (Dispożizzjonijiet tal-leave tal-maternità

    fl-Istati Membri tal-UE: Tul ta' żmien u allowances) (Eurofound, 2015),

    – wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2015 bit-titolu "Promoting uptake of

    parental and paternity leave among fathers in the European Union" (Il-promozzjoni tat-

    teħid tal-leave tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet fl-Unjoni Ewropea),

    – wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni ta' Frar 2015 bit-titolu "The Implementation

    of Parental Leave Directive 2010/18 in 33 European Countries" (L-implimentazzjoni

    tad-Direttiva 2010/18 dwar il-leave tal-ġenituri fi 33 pajjiż Ewropew),

    – wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    – wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni

    tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0076/2016),

    A. billi ftit hemm ċans li sal-2020 tintlaħaq il-mira tar-rata ta' impjiegi ta' 75 % għan-nisa

    stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020 (bħalissa r-rata hija ta' 63,5 %); billi, barra minn

    hekk, hemm bżonn ta' politiki proattivi maħsuba biex jgħinu lin-nisa jidħlu u jibqgħu

    fis-suq tax-xogħol, u biex jissalvagwardjaw u jappoġġaw ir-ritorn tagħhom bħala

    ommijiet fis-suq tax-xogħol bl-objettiv li jiksbu xogħol stabbli u deċenti, bl-istess

    kundizzjonijiet bħall-irġiel, speċjalment politiki li jippromwovu bilanċ aħjar bejn ix-

    xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri kollha;

    B. billi x-xogħol imwettaq mill-ġenituri fil-familja u fit-trobbija tat-tfal jirrappreżenta

    kontribut għall-ekonomija li jista' jitkejjel, li huwa wkoll ta' importanza kbira fid-dawl

    1 Testi adottati, P8_TA(2015)0351.

  • RR\1091139MT.doc 5/20 PE569.733v02-00

    MT

    tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

    C. billi d-Direttiva 96/34/KE tirrikonoxxi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u l-ħajja

    privata bħala suġġett separat, filwaqt li d-Direttiva 2010/18/UE tistipula li l-impjegati

    kollha għandhom dritt għal erba' xhur leave tal-ġenituri mhux imħallas, u li xahar

    minnhom irid jingħata fuq bażi mhux trasferibbli; billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn

    is-sessi fl-impjieg issa huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-ugwaljanza fil-

    karrieri għall-irġiel u għan-nisa, anke permezz tal-istrument tal-leave tal-ġenituri, tgħin

    biex tintlaħaq il-mira tar-rata ta' impjiegi ta' 75 % stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020,

    u biex tissolva l-problema li n-nisa li qed jiffaċċjaw il-faqar huma ħafna aktar

    vulnerabbli, imma tirrappreżenta wkoll kontribut għall-ekonomija li jista' jitkejjel, li

    huwa wkoll ta' importanza kbira fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Ewropa;

    D. billi d-data disponibbli tikkonferma li l-leave tal-familja mhux imħallas jew imħallas

    b'mod mhux adegwat jirriżulta f'rati baxxi ta' parteċipazzjoni, u li l-missirijiet ftit jużaw

    id-drittijiet tagħhom għal-leave tal-ġenituri; billi leave tal-ġenituri totalment jew

    parzjalment mhux trasferibbli u mħallas sew jintuża b'mod aktar bilanċjat bejn iż-żewġ

    ġenituri, u jgħin biex titnaqqas id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol;

    E. billi mudell imħallat magħmul kemm mil-leave tal-maternità u l-leave tal-paternità kif

    ukoll mil-leave komuni, jiġifieri leave tal-ġenituri, jippermetti liż-żewġ ġenituri

    jiddeċiedu flimkien kif jistgħu jimmaniġġjaw l-intitolamenti tal-leave tagħhom, fl-aħjar

    interess tat-tfal tagħhom u b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifitajiet tax-xogħol tagħhom;

    F. billi l-leave tal-ġenituri għandu benefiċċji fit-tul għall-iżvilupp tat-tfal; billi, fi ħdan il-

    qafas tal-politiki pubbliċi fis-seħħ dwar din il-kwistjoni, ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-

    missirijiet fil-leave tal-ġenituri fl-Istati Membri tal-UE qed tiżdied iżda għadha baxxa,

    b'10 % biss tal-missirijiet li jieħdu mill-inqas jum wieħed ta' leave; billi, b'kuntrast ma'

    dan, 97 % tan-nisa jużaw il-leave tal-ġenituri li huwa disponibbli għaż-żewġ ġenituri;

    G. billi studji tal-Eurofound urew aspetti li jinfluwenzaw ir-rata ta' użu mill-missirijiet tal-

    leave tal-ġenituri, fosthom il-livell ta' kumpens, il-flessibilità tas-sistema tal-leave, id-

    disponibilità tal-informazzjoni, id-disponibilità u l-flessibilità tal-faċilitajiet għall-

    indukrar tat-tfal u sa liema punt il-ħaddiema jibżgħu li jiġu iżolati mis-suq tax-xogħol

    meta jieħdu l-leave; billi bosta riċerkaturi1 jissuġġerixxu, madankollu, li l-missirijiet li

    jieħdu l-leave tal-ġenituri jibnu relazzjoni aħjar ma' wliedhom u huma aktar probabbli li

    jkollhom rwol attiv f'kompiti futuri tal-indukrar tat-tfal; billi, għalhekk jeħtieġ li dawn

    il-kwistjonijiet jiġu indirizzati;

    H. billi l-UE kollha kemm hi qed tiffaċċja sfida demografika serja, peress li r-rati tat-twelid

    qegħdin jonqsu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u billi l-politiki tal-familja li huma

    ġusti għall-irġiel u n-nisa għandhom itejbu l-prospetti tan-nisa fis-suq tax-xogħol, itejbu

    l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jnaqqsu d-disparitajiet bejn is-sessi fir-rigward

    tal-paga, il-pensjonijiet u l-qligħ tul il-ħajja u jkollhom impatt pożittiv fuq il-proċessi

    demografiċi;

    I. billi, skont il-Eurostat2, in-numru ta' persuni li ħadu leave tal-ġenituri fl-2010 kien

    1 http://www.oecd.org/gender/parental-leave-where-are-the-fathers.pdf 2 http://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do

  • PE569.733v02-00 6/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    3 518 600, u minn dawn 94 800 biss kienu rġiel (2,7 %); billi, skont riċerka li saret mill-

    Eurofound 1, id-disparità bejn is-sessi fil-parteċipazzjoni fl-impjieg twassal għal telf

    serju fl-ekonomiji Ewropej, li fl-2013 ammonta għal madwar EUR 370 biljun;

    J. billi l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tniedi miżuri speċifiċi biex

    trawwem tip ġdid ta' organizzazzjoni tax-xogħol, permezz ta' mudelli aktar flessibbli li

    permezz ta' strumenti ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja jippermettu lill-ġenituri

    jeżerċitaw effettivament id-dritt tagħhom li jkunu ġenituri; billi dawn il-miżuri jistgħu

    jgħinu biex tonqos id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u jgħinuhom jidħlu, jibqgħu u

    jirritornaw fis-suq tax-xogħol mingħajr l-ebda pressjoni ekonomika u soċjali;

    K. billi, minbarra li jiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-aċċess tan-nisa għall-impjieg, il-

    leave tal-ġenituri għandu jippermetti lill-ġenituri jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom

    lejn uliedhom;

    L. billi huwa essenzjali li n-nisa jkollhom id-dritt li jirrikkonċiljaw ix-xogħol mad-drittijiet

    u d-dritt li jsiru ommijiet mingħajr ma jiġu ppenalizzati minħabba dan, peress li n-nisa

    għadhom dawk li jintlaqtu u jbatu l-aktar mid-diskriminazzjoni; billi eżempji ta' din id-

    diskriminazzjoni jinkludu pressjoni min-naħa tal-impjegaturi fuq nisa li jmorru għal

    intervisti għal impjieg li matulhom jintalbu jgħidu għandhomx tfal u l-etajiet ta' dawn it-

    tfal, bl-għan li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tan-nisa u jagħżlu ħaddiema mingħajr tfal

    li huma "aktar disponibbli", flimkien ma' pressjonijiet ekonomiċi u pressjonijiet marbuta

    max-xogħol dejjem jikbru fuq impjegati nisa biex ma jiħdux leave tal-maternità;

    M. billi waħda mill-kwistjonijiet li jirrestrinġu lin-nisa milli jidħlu fis-suq tax-xogħol u

    jibqgħu hemm, hija r-responsabilità tagħhom li jieħdu ħsieb tfal b'diżabilità li mhumiex

    awtosuffiċjenti u li għaldaqstant huma dipendenti u/jew jappartjenu għal kategoriji u

    gruppi żvantaġġati;

    N. billi fejn ma hemmx dispożizzjonijiet għal leave, jew fejn dawk eżistenti huma

    kkunsidrati bħala insuffiċjenti, is-sħab soċjali, permezz ta' ftehimiet kollettivi, jista'

    jkollhom rwol importanti fl-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet ġodda jew fl-aġġornament

    ta' dawk preżenti għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri;

    O. billi l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa dritt fundamentali li għandu jkun

    inkorporat bis-sħiħ f'kull test tal-UE li jista' jkollu impatt fuq din il-kwistjoni; billi,

    b'mod aktar ġenerali, għandha tiġi enfasizzata l-importanza ta' ambjenti tax-xogħol li

    jiffavorixxu l-familja;

    P. billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE diġà jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi

    tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri (2010/18/UE) u f'ħafna Stati Membri d-

    dispożizzjonijiet nazzjonali jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti;

    Q. billi l-Istati Membri għandhom jippromwovu, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak

    privat, mudelli ta' assistenza soċjali fil-livell tal-intrapriżi li jirrikjedu r-rispett għad-dritt

    għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

    1 https://www.eurofound.europa.eu/news/news-articles/social-policies/international-womens-day-2016-the-

    campaign-for-equality-continues

  • RR\1091139MT.doc 7/20 PE569.733v02-00

    MT

    R. billi d-differenzi fit-teħid ta' leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri mill-irġiel u n-

    nisa juru diskriminazzjoni bejn is-sessi f'dak li jikkonċerna l-indukrar tat-tfal u l-

    parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi, f'bosta Stati Membri, il-miżuri li ttieħdu

    biex iħeġġu lill-irġiel jieħdu sehem ugwali ta' responsabilitajiet familjari ma wasslux għal

    riżultati sodisfaċenti;

    S. billi leave tal-ġenituri adegwat, individwali u kkompensat huwa kruċjali biex il-koppji tal-

    istess sess li jrabbu t-tfal ikunu jistgħu jiksbu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

    T. billi n-nisa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata billi

    jieħdu l-leave tal-ġenituri jħabbtu wiċċhom ma' stigma meta jirritornaw fis-suq tax-

    xogħol, liema stigma twassal għal kundizzjonijiet ta' xogħol anqas favorevoli u kuntratti

    prekarji;

    It-traspożizzjoni tad-Direttiva

    1. Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2013/62/UE

    jieħdu forom differenti fl-Istati Membri varji; jemmen, għalhekk, li t-traspożizzjoni

    għandha tikkonforma bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tan-negozjar

    kollettiv bejn is-sħab soċjali;

    2. Jemmen li, peress mhux l-Istati Membri kollha segwew l-approċċ separat jew

    sekwenzjali tal-UE għal-leave tal-maternità u tal-ġenituri, il-klassifikazzjoni tat-tipi

    differenti ta' leave fil-livell tal-UE hija diffiċli;

    3. Ifakkar li r-regolamentazzjoni żejda min-naħa tal-Istati Membri tista' żżid il-kumplessità

    tar-regolamentazzjoni u fir-realtà tnaqqas il-konformità; jistieden lill-Istati Membri

    jevitaw li jżidu l-piż amministrattiv meta jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE;

    4. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jipprovdu lill-

    Kummissjoni fi żmien raġonevoli b'tabelli ta' korrispondenza bejn id-dispożizzjonijiet

    tad-direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni; iqis li huwa kruċjali għall-Istati Membri li

    jiżguraw li r-riżorsi ta' spezzjoni neċessarji jkunu fis-seħħ biex jiġi vverifikat li hemm

    konformità mal-leġiżlazzjoni li tipproteġi d-drittijiet tal-ġenituri; iħeġġeġ lill-

    Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri,

    sabiex tiżgura li ma jsirx abbuż mill-adattabilità li toffri; iqis il-prinċipju ta'

    kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bħala mezz utli biex jinkisbu dawn l-objettivi;

    5. Jiddispjaċih li jeżistu disparitajiet bejn il-miżuri ta' traspożizzjoni tad-Direttiva fil-

    qasam tal-applikazzjoni, u b'hekk jinħolqu sistemi li jibbenefikaw xi ftit jew wisq lill-

    ħaddiema skont, pereżempju, is-settur ta' impjieg tagħhom (fl-UE kollha is-settur

    pubbliku joffri aktar protezzjoni mis-settur privat u għalhekk għandu rwol ta' pijunier

    fil-qasam) u t-tul tal-kuntratt tagħhom; jirrakkomanda, għal dan l-għan, li jittieħdu l-

    miżuri kollha possibbli sabiex id-Direttiva tkun tista' tiġi implimentata b'mod korrett u

    b'mod uniformi, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; jenfasizza li kulħadd,

    indipendentement mill-ġeneru, għandu jkun garantit id-dritt għal-leave tal-ġenituri

    mingħajr diskriminazzjoni, irrispettivament mis-settur tal-impjieg jew mit-tip ta'

    kuntratt li jkollhom il-missirijiet u l-ommijiet li jaħdmu;

    6. Jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri ttrasponew id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva lil hinn

  • PE569.733v02-00 8/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    mill-kamp ta' applikazzjoni minimu tagħha, u għalhekk ippermettew lill-ħaddiema

    indipendenti, l-apprendisti, il-koppji tal-istess sess u l-ġenituri ta' tfal adottati li

    jibbenefidaw minn dan kollu;

    7. Jemmen bis-sħiħ li l-għoti tas-servizzi soċjali huwa kompetenza tal-Istat Membru;

    8. Jitlob lill-Istati Membri jadottaw politiki soċjali orjentati lejn il-familja li jipprevedu l-

    applikazzjoni tal-benefiċċji kollha inklużi fid-Direttiva fil-każ ta' soġġorn imtawwal

    barra mill-pajjiż minn ġenituri li qed ifittxu li jtemmu proċedura ta' adozzjoni

    internazzjonali;

    9. Jinnota li, aktar minn deċennju wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri, l-

    iżbilanċ bejn is-sessi fit-teħid tal-leave tal-ġenituri għadu jippersisti; jinnota wkoll id-

    disparità kbira bejn l-Istati Membri rigward it-tul ta' żmien massimu, il-forma statutorja

    tal-leave tal-ġenituri u s-sistemi marbuta mal-ħlas matul il-perjodu tal-leave; jemmen li

    l-kwistjoni tal-ħlas matul il-leave hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-ġenituri bi dħul baxx

    u l-familji b'ġenitur wieħed jibbenefikaw fuq livell ugwali mal-ġenituri kollha l-oħra;

    jilqa' d-diversi miżuri meħuda biex iħeġġu lill-missirijiet jieħdu l-leave tal-ġenituri;

    jirrikonoxxi l-valur tal-UE bħala mezz biex l-Istati Membri jiffokaw l-attenzjoni

    tagħhom fuq il-bżonn għall-azzjoni, u għall-iffaċilitar tal-iskambji ta' konsulenza u

    assistenza għal dawk l-Istati Membri li jkollhom bżonnha, partikolarment fil-qasam tad-

    drittijiet tal-assistenza soċjali; jemmen li l-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri li

    jħeġġu lill-missirijiet jieħdu iktar leave tal-ġenituri u li l-Istati Membri għandhom

    jippromwovu kondiviżjoni aktar effettiva tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

    10. Jinnota l-għażla ta' xi Stati Membri li jagħtu biss aċċess għad-drittijiet tal-assistenza

    soċjali għal perjodu iqsar mit-tul ta' żmien massimu tal-leave tal-ġenituri, u b'hekk

    jitnaqqas in-numru ta' ġenituri li jużaw fil-realtà dan it-tul ta' żmien massimu;

    11. Jitlob lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, biex jiggarantixxu li d-drittijiet tal-

    familja mogħtija permezz ta' politiki pubbliċi, inkluż il-leave tal-ġenituri, huma ugwali

    f'termini tad-drittijiet individwali u aċċessibbli bl-istess mod għaż-żewġ ġenituri, sabiex

    jinkoraġġuhom jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u fl-aħjar interess ta'

    wliedhom; jenfasizza li dawn id-drittijiet għandhom jiġu individwalizzati kemm jista'

    jkun sabiex jgħinu jiksbu l-miri tar-rata ta' impjieg ta' 75 % għan-nisa u l-irġiel stabbiliti

    fl-Istrateġija Ewropa 2020 u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; jemmen li

    għandha tingħata ċerta flessibilità lill-ġenituri fl-użu tal-leave tal-ġenituri, u li fl-ebda

    każ m'għandu jikkostitwixxi ostakolu għall-kisba tal-miri tar-rata ta' impjieg ta' 75 %

    għan-nisa u l-irġiel stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020; iqis li s-sistema adottata mis-

    sħab soċjali għandha tippromwovi s-soluzzjoni fejn parti sinifikanti tal-leave tibqa'

    mhux trasferibbli; jenfasizza li ż-żewġ ġenituri għandhom jiġu trattati bl-istess mod

    rigward id-drittijiet għall-introjtu u t-tul ta' żmien tal-leave tal-ġenituri;

    12. Jenfasizza li l-familji bi tfal u ġenituri li jieħdu pawża mill-karriera sabiex irabbuhom

    ikollhom iġarrbu mhux biss telf ta' introjtu, iżda wkoll nefqa akbar u stima baxxa wisq

    tar-rwol tagħhom ta' ġenituri;

    13. Jinnota l-flessibilità li d-Direttiva tagħti lill-Istati Membri biex jiddefinixxu l-forom tal-

    leave tal-ġenituri – part-time jew full-time – u l-perjodi ta' xogħol u ta' notifika minn

    qabel stabbiliti bħala kundizzjonijiet għall-għoti tal-leave tal-ġenituri; jinnota li, f'xi

  • RR\1091139MT.doc 9/20 PE569.733v02-00

    MT

    Stati Membri, il-ħaddiema b'kuntratti mhux standard bħall-kuntratti b'terminu fiss1 u l-

    kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol2 mhux dejjem huma inklużi f'dawn il-

    miżuri u huwa mħasseb dwar l-abbuż ta' dawn it-tipi ta' kuntratti tax-xogħol; jinnota l-

    inizjattivi introdotti mill-Istati Membri biex jagħtu lill-ħaddiema kemm jista' jkun

    flessibilità f'dan il-qasam, filwaqt li jiżguraw li l-leave tal-ġenituri jkun marbut maċ-

    ċirkostanzi personali u professjonali tagħhom, iżda jemmen li l-arranġamenti kollha

    għandu jkollhom l-għan li jżidu l-użu tal-leave tal-ġenituri;

    14. Jinnota li r-ritorn għax-xogħol wara l-leave tal-ġenituri jista' jkun sitwazzjoni diffiċli u

    stressanti kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-ulied; jistieden lill-Istati Membri jadottaw

    politiki dwar il-familja li jiffaċilitaw ir-ritorn bla xkiel u gradwali għax-xogħol u bilanċ

    ġeneralment ottimali bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, filwaqt li jqisu wkoll il-

    promozzjoni tat-telexogħol, ix-xogħol mid-dar u x-xogħol intelliġenti, b'tali mod li

    dawn il-politiki ma jimponux piż addizzjonali fuq l-impjegati;

    15. Jitlob lill-Istati Membri, huma u jagħmlu l-arranġamenti tagħhom, biex jiżguraw li l-

    intrapriżi jkunu jistgħu jippjanaw b'ċertezza, u jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet

    tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju f'dan ir-rigward;

    16. Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/18/UE

    dwar il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità u r-regoli dettaljati għall-għoti ta' leave tal-ġenituri

    għal dawk li għandhom tfal b'diżabilità jew mard serju jew fit-tul li jikkawża inkapaċità,

    b'kont meħud ukoll tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri (estensjoni tal-limitu tal-età tat-tfal

    dwar l-eliġibilità għal leave tal-ġenituri jew leave għat-trobbija tat-tfal, aċċess eħfef għal

    arranġamenti ta' xogħol part-time mar-ritorn, estensjoni tat-tul ta' żmien tal-leave, eċċ.);

    17. Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti kundizzjonijiet favorevoli għar-ritorn għax-xogħol

    ta' dawk li bbenefikaw minn leave tal-ġenituri, speċjalment rigward id-dħul mill-ġdid fl-

    istess pożizzjoni jew f'pożizzjoni ekwivalenti jew simili, skont il-kuntratt jew it-termini

    ta' impjieg, il-bidliet fil-ħinijiet tax-xogħol u/jew il-proċeduri dwar ir-ritorn tagħhom

    għax-xogħol (inkluża l-ħtieġa għal min iħaddem biex jiġġustifika kull rifjut) u l-

    possibilità li jibbenefikaw minn perjodi ta' taħriġ, minn protezzjoni kontra t-tkeċċija jew

    trattament inqas favorevoli bħala riżultat tal-applikazzjoni jew it-teħid ta' leave għall-

    ġenituri, u perjodu ta' protezzjoni wara r-ritorn tagħhom ħalli jkunu jistgħu jerġgħu

    jidraw xogħolhom;

    Lejn direttiva effettiva li tindirizza l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

    18. Jinnota l-irtirar tal-Kummissjoni tal-abbozz ta' direttiva dwar il-leave tal-maternità, u l-

    fatt li, fil-kuntest tal-pjan direzzjonali "Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' bilanċ

    bejn ix-xogħol u l-ħajja privata ffaċċjati minn familji li jaħdmu", f'dan l-istadju l-

    Kummissjoni m'għandhiex l-intenzjoni li tippubblika rapport finali dwar l-

    implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-leave tal-ġenituri; jitlob lill-Kummissjoni,

    filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex tirritorna bi proposta ambizzjuża li

    effettivament se tippermetti bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

    19. Jemmen li d-diskussjonijiet politiċi għandhom jiffukaw ukoll fuq firxa ta' inizjattivi

    1 Peter MOSS f'the 10th International Review of Leave Policies and Related Research 2014, Ġunju 2014, p. 39. 2 https://www.cipd.co.uk/binaries/zero-hours-contracts_2013-myth-reality.pdf

  • PE569.733v02-00 10/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    mhux leġiżlattivi bil-ħsieb li ssir azzjoni konġunta mal-Istati Membri u s-soċjetà ċivili

    biex jiġi enfasizzat ir-rwol tal-ġenituri u jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja

    privata;

    20. Jemmen li għandha tiġi kkunsidrata inizjattiva mhux leġiżlattiva wiesgħa biex

    tippromwovi r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja fl-Istati Membri;

    21. Jemmen, fid-dawl tan-natura sovrastanti tat-tipi differenti tal-leave tal-familja, li l-

    koerenza bejn id-diversi testi hija meħtieġa fil-livell tal-UE bl-involviment tas-sħab

    soċjali sabiex tipprovdi perspettivi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-leave lill-familji biex jiġi

    promoss sehem iktar ugwali ta' responsabilitajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel;

    iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-attivazzjoni tal-klawsola ta' rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-

    UE dwar il-leave tal-ġenituri għal dan il-għan; jemmen li hija neċessarja leġiżlazzjoni

    fformulata b'mod aktar ċar li tneħħi l-kumplessità, ittejjeb il-konformità u tipproteġi lill-

    ħaddiema;

    22. Jistieden lis-sħab soċjali, abbażi tal-abbozz ta' rapport ta' implimentazzjoni,

    jirrikonoxxu li d-Direttiva dwar il-Leave tal-Ġenituri ma kisbitx l-objettivi tagħha f'dak

    li jikkonċerna l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq

    tax-xogħol, l-isfidi demografiċi u s-sehem tal-irġiel fil-kompiti tal-familja, fosthom l-

    indukrar tat-tfal u ta' dipendenti oħra, nuqqas li jmur kontra l-prinċipji u l-valuri tal-UE

    fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi; iqis, b'riżultat ta' dan, li għandhom jittieħdu

    miżuri aktar effettivi biex titħeġġeġ kondiviżjoni aktar ugwali tar-responsabilitajiet tal-

    familja bejn l-irġiel u n-nisa;

    23. Jenfasizza li arranġamenti sodisfaċenti għal-leave tal-ġenituri huma marbuta mill-qrib

    ma' paga adegwata; jinnota li fejn m'hemmx dispożizzjonijiet għal-leave, jew fejn dawk

    eżistenti huma kkunsidrati bħala insuffiċjenti, is-sħab soċjali, permezz ta' ftehimiet

    kollettivi, jista' jkollhom rwol importanti fl-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet ġodda jew

    fl-aġġornament ta' dawk attwali għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri;

    jitlob lill-Istati Membri, bi ftehim mas-sħab soċjali, biex jikkunsidraw mill-ġdid is-

    sistema tagħhom ta' kumpens finanzjarju għal-leave tal-ġenituri bl-għan li jintlaħaq

    livell li jista' jaġixxi bħala inċentiv għal livell adegwat u diċenti ta' sostituzzjoni tal-

    introjtu, li jħeġġeġ ukoll l-irġiel jieħdu leave tal-ġenituri lil hinn mill-perjodu ta' żmien

    minimu garantit mid-Direttiva;

    24. Jemmen li l-promozzjoni tal-individwalizzazzjoni tad-dritt għal-leave u ta' azzjoni

    pożittiva maħsuba għall-promozzjoni tal-missirijiet hija essenzjali biex tgħin tikseb

    rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li tkun ibbilanċjata bejn is-sessi;

    25. Jitlob lill-Kummissjoni u lis-sħab soċjali jikkunsidraw li joffru estensjoni xierqa tat-tul

    ta' żmien minimu ta' leave tal-ġenituri minn erba' xhur għal mill-inqas sitt xhur biex

    jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

    26. Jenfasizza li koordinazzjoni, koerenza u aċċessibilità aħjar fis-sistemi tal-leave (tal-

    maternità, tal-paternità u tal-ġenituri) fl-Istati Membri jżidu r-rati ta' parteċipazzjoni u l-

    effiċjenza b'mod ġenerali; jenfasizza f'dan ir-rigward li direttiva tal-UE dwar leave tal-

    paternità ta' mhux anqas minn ġimagħtejn hija essenzjali u urġenti;

    27. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi estiż il-perjodu fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu jeżerċitaw

  • RR\1091139MT.doc 11/20 PE569.733v02-00

    MT

    id-dritt tagħhom għal-leave tal-ġenituri; jitlob lill-Kummissjoni u lis-sħab soċjali jżidu

    l-età tat-tfal li għalihom jista' jittieħed il-leave tal-ġenituri, kif ukoll jikkunsidraw li l-

    possibilità tal-leave tal-ġenituri għall-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew mard fit-tul

    għandha tiġi estiża lil hinn mill-età statutorja tat-tfal prevista fid-Direttiva;

    28. Jitlob lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jindirizzaw il-ħafna ostakoli għar-ritorn għax-

    xogħol wara perjodu twil ta' leave tal-ġenituri, biex b'hekk dan il-leave jitwaqqaf milli

    jsir nassa ta' esklużjoni mis-suq tax-xogħol; ifakkar f'dan il-kuntest li l-ugwaljanza bejn

    l-irġiel u n-nisa tista' tinkiseb biss permezz ta' ridistribuzzjoni ġusta kemm ta' xogħol

    imħallas u mhux imħallas kif ukoll ta' responsabilitajiet tax-xogħol, tal-familja u ta'

    indukrar;

    29. Jitlob lill-Istati Membri jkomplu l-isforzi tagħhom lejn konverġenza akbar fir-rigward

    tal-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata,

    b'attenzjoni partikolari lejn il-politiki li jgħinu lill-ommijiet biex jidħlu, joqogħdu u

    jirritornaw fis-suq tax-xogħol u lill-missirijiet biex jieħdu sehem fil-ħajja tal-familja u li

    jżidu l-parteċipazzjoni tal-missirijiet fil-leave tal-ġenituri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni,

    flimkien mal-Istati Membri, biex tissorvelja u tippromwovi dawn l-azzjonijiet;

    30. Jemmen li, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta' Barċellona, flimkien ma' miżuri leġiżlattivi

    biex jippromwovu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-Istati Membri, bl-appoġġ

    finanzjarju tad-diversi strumenti tal-UE, għandhom jiffokaw fuq l-introduzzjoni tal-

    indukrar tat-tfal pubbliku jew privat bi kwalità għolja, inklużiv, bi prezz raġonevoli u

    aċċessibbli, disponibbli mill-mument li l-ġenitur jirritorna fis-suq tax-xogħol,

    b'attenzjoni speċjali fir-rigward ta' familji foqra u f'riskju ta' esklużjoni soċjali;

    31. Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għarfien tal-ġenituri dwar il-benefiċċji tal-

    parteċipazzjoni fi programmi ta' edukazzjoni u indukrar bikri tat-tfal għal uliedhom u

    għalihom stess; jitlob lill-Istati Membri jaddattaw it-tfassil u l-kriterji tal-eliġibilità ta'

    servizzi ta' edukazzjoni u indukrar bikri tat-tfal ta' kwalità għolja u inklużivi, fosthom

    servizzi tal-indukrar u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal għal ritmi ta' xogħol li dejjem qed

    isiru diversi, biex b'hekk ikunu qed jgħinu lill-ġenituri jżommu l-impenji tax-xogħol jew

    isibu impjieg filwaqt li jkunu qed iżommu fil-mira l-aħjar interessi tat-tfal;

    32. Jemmen li approċċ integrat għall-ugwaljanza bejn is-sessi – inklużi l-politiki biex

    jegħlbu r-rwoli tas-sessi sterjotipati – u bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

    f'inizjattivi futuri kollha tal-UE, iġib koerenza u trasparenza fil-proċess u jgħin biex

    jiżgura l-promozzjoni ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bbilanċjat bejn is-sessi;

    jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni fost is-soċjetà

    dwar id-drittijiet u l-azzjoni legali b'rabta mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

    33. Jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora fejn xieraq l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi fuq

    il-post tax-xogħol fis-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika,

    sabiex jinkisbu l-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 u titkejjel l-influwenza pożittiva tal-

    inizjattivi tal-UE fuq it-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bl-għan li ssir

    distribuzzjoni mill-ġdid tar-responsabilitajiet tal-familja, tal-indukrar u dawk domestiċi,

    u biex jiġu estiżi r-responsabilitajiet partikolari ta' dawk li jieħdu ħsieb it-tfal

    b'diżabilità, fi stat dipendenti u/jew li jagħmlu parti minn kategoriji u gruppi

    żvantaġġati;

  • PE569.733v02-00 12/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    °

    ° °

    34. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u

    lill-Kummissjoni.

  • RR\1091139MT.doc 13/20 PE569.733v02-00

    MT

    NOTA SPJEGATTIVA

    Fl-aħħar deċenni l-Unjoni Ewropea adottat żewġ liġijiet dwar il-leave tal-familja: il-leave tal-

    maternità u l-leave tal-ġenituri.

    Għalkemm is-sitwazzjonijiet ġuridiċi fl-Istati Membri huma relattivament kumplessi, is-

    sitwazzjoni attwali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tista' tiġi sunta fi 3 tipi ta' leave tal-familja:

    leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri.

    Iż-żewġ leġiżlazzjonijiet Ewropej imsemmija hawn fuq huma relattivament qodma u ġew

    adottati fuq bażijiet ġuridiċi u b'għanijiet differenti:

    Id-Direttiva dwar il-leave tal-maternità tmur lura għall-1992 u ġiet adottata fuq il-bażi

    tal-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

    Id-Direttiva oriġinali dwar il-leave tal-ġenituri tmur lura għall-1996 u ġiet aġġustata

    fl-2010, wara ftehim ġdid tal-imsieħba soċjali Ewropej fuq is-suġġett, bażi ġuridika ta'

    din il-leġiżlazzjoni.

    Hawnhekk huwa interessanti li jiġi nnotat li dawn il-leġiżlazzjonijiet kkunsidrati moderni

    20 sena ilu, li iżda ovvjament ma jikkorrispondux mal-kuntest ekonomiku u soċjali tal-Unjoni

    tal-lum, ma ġewx aġġornati bl-istess mod.

    Fejn l-imsieħba soċjali rnexxielhom jilħqu ftehim li l-UE mbagħad itraduċiet f'leġiżlazzjoni

    dwar il-leave tal-ġenituri, dawk li fasslu l-politika fil-livell tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

    ppreferew jibqgħu taħt ir-reġim tal-leġiżlazzjoni tal-1992 għal-leave tal-maternità, u dan

    minkejja l-isforzi numerużi tal-Parlament Ewropew biex jiġi żblukkat il-proċess tal-adozzjoni

    tar-reviżjoni tagħha.

    Dan ir-rapport għandu l-għan li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-leave

    tal-ġenituri mill-Istati Membri individwali, u li jitfasslu l-konklużjonijiet politiċi neċessarji.

    Madankollu, minħabba li dan il-leave fl-Istati Membri jista' jkun qed ikopri t-tnejn l-oħra, ma

    huwiex possibbli li dawn tal-aħħar ma jiġux studjati; il-konklużjonijiet politiċi dwar il-leave

    tal-ġenituri huma bil-fors marbuta ma' dawk dwar il-leave tal-maternità u tal-paternità.

    Il-Kummissjoni Ewropea sorprendentement naqset mill-kapaċità tagħha li tfassal rapport

    dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, kompitu li fortunatament ġie sostnut minn grupp

    ta' 33 espert nazzjonali kif ukoll mill-Aġenzija Eżekuttiva Eurofound u minn diversi

    riċerkaturi Ewropej li l-ħidma tagħhom hija msemmija fil-kwotazzjonijiet.

    Dan fil-fatt huwa sorprendenti fid-dawl tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sajf tal-2015 tal-"Pjan

    Direzzjonali" tagħha għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata, tema

    marbuta sew ma' din il-leġiżlazzjoni.

  • PE569.733v02-00 14/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    Din il-konċiljazzjoni llum il-ġurnata għandha żewġ motivi ewlenin:

    1. L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġustizzja fit-tqassim tar-responsabbiltajiet tal-familja

    bejn in-nisa u l-irġiel.

    2. Il-kontribut ekonomiku sinjifikanti li jirriżulta għall-Unjoni minn parteċipazzjoni

    akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol kif ukoll appoġġ għal espansjoni demografika

    tagħhom, partikolarment minħabba l-fatt li l-mira tal-impjiegi tal-Istrateġija UE 2020

    intlaħqet għall-ewwel darba għall-irġiel fl-2014, iżda mhux għan-nisa.

    Madankollu, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tiegħu,

    ħatfu din l-opportunità, li sarrfet f'dan l-abbozz ta' rapport.

    Waqt ix-xogħol ta' studju ta' din l-implementazzjoni, ma kien hemm l-ebda sejba ta' nuqqas fl-

    implimentazzjoni tal-leave tal-ġenituri mill-Istati Membri, iżda xi disparità fil-metodi

    tagħhom, b'mod partikolari kif tikkombina maż-żewġ tipi l-oħra ta' leave tal-familja.

    Min-naħa l-oħra, instab li l-użu baxx ta' leave tal-ġenituri mill-missirijiet, huwa spjegat

    prinċipalment mir-rimunerazzjoni baxxa tiegħu kif ukoll, peress li fil-biċċa l-kbira tal-Istati

    Membri, huwa trasferibbli.

    Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, ekonomiċi u ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni,

    l-abbozz ta' rapport għalhekk jelenka dawn l-elementi u jasal għal għadd ta' konklużjonijiet

    politiċi, fosthom:

    Il-leġiżlazzjoni dwar il-leave tal-ġenituri għandha tiġi riveduta biex tiġi msaħħa fir-

    rigward tal-punti dwar it-tul, ir-remunerazzjoni tiegħu, il-karattru trasferibbli tiegħu u

    l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu (peress li t-tfulija ma tiqafx ta' 8 snin).

    Il-leġiżlazzjoni dwar il-leave tal-maternità għandha wkoll tkun adottata, b'referenza

    hawnhekk għall-pożizzjonijiet meħuda reċentement mill-Parlament Ewropew.

    Leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-leave tal-paternità għandha wkoll tiġi adottata.

    Dawn il-leġiżlazzjonijiet kollha dwar il-leave tal-familja għandhom ikunu magħmula

    b'mod koerenti bejniethom, possibbilment bl-istess bażijiet leġiżlattivi, primarjament

    dawk tal-ftehimiet bejn l-imsieħba soċjali Ewropej, li wriet l-akbar adattabilità għall-

    kuntesti ekonomiċi u soċjali li jevolvu maż-żmien.

  • RR\1091139MT.doc 15/20 PE569.733v02-00

    MT

    17.2.2016

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

    għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

    dwar ir-rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-

    8 ta' Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-liv tal-ġenituri konkluż minn

    BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE,

    (2015/2097(INI))

    Rapporteur għal opinjoni: Iratxe García Pérez

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-

    Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li

    ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

    – wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Ottubru 2010 bil-

    ħsieb li tiġi adottata d-Direttiva 2011/.../EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li

    temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex

    jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal

    u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu u dwar l-introduzzjoni ta' miżuri ta'

    appoġġ għall-ħaddiema sabiex jilħqu bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik familjari1, li

    biha jitlob, fost oħrajn, perjodu ta' ġimagħtejn ta' liv tal-paternità,

    A. billi l-objettiv ta' rata ta' impjiegi ta' 75 % stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020 diġà

    ntlaħaq għall-irġiel u mhuwiex probabbli li jintlaħaq għan-nisa (rata li attwalment hija ta'

    63.5 %) sal-2020 jekk ma jkunx hemm titjib fuq skala kbira fl-applikazzjoni ta' miżuri li

    jappoġġaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, prinċipalment permezz ta'

    pakketti ta' politika li jaqsmu b'mod ekwu x-xogħol relatat ma' attivitajiet domestiċi, u l-

    kura tat-tfal u ta' dipendenti oħra, bejn l-irġiel u n-nisa;

    B. billi l-politiki intiżi biex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandhom

    jikkontribwixxu għall-ksib ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u għandhom jitqiesu fid-dawl tat-

    tibdil demografiku, l-effetti tat-tixjiħ tal-popolazzjoni, it-tnaqqis tad-differenza bejn is-

    sessi, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol u l-qsim tar-

    1 ĠU C 70E, 8.3.2012, p. 163.

  • PE569.733v02-00 16/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    responsabilitajiet ta' kura bejn l-irġiel u n-nisa; billi l-għan huwa li jitnaqqsu d-differenzi

    persistenti bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-diskrepanzi fil-pensjoni, u għaldaqstant l-

    inugwaljanza fl-aċċess għal riżorsi finanzjarji għan-nisa tul ħajjithom, biex b'hekk

    jitnaqqas ir-riskju, attwalment għoli, ta' faqar li jħabbtu wiċċhom miegħu n-nisa ta' età

    avvanzata;

    C. billi d-differenzi bejn kemm l-irġiel u n-nisa jieħdu liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-

    ġenituri juru diskriminazzjoni bejn is-sessi f'dak li jikkonċerna l-indukrar tat-tfal u l-

    parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi, f'bosta Stati Membri, il-miżuri li ttieħdu

    biex iħeġġu lill-irġiel jaċċettaw sehem ugwali ta' responsabilitajiet familjari ma wasslux

    għal riżultati sodisfaċenti;

    D. billi l-evidenza disponibbli tikkonferma li perjodi ta' liv mhux imħallsa jew imħallsa ftit

    jirriżultaw f'rati tal-użu baxxi, u li l-missirijiet jirrappreżentaw minoranza żgħira biss ta'

    ġenituri li jieħdu l-liv tal-ġenituri jekk dawn il-perjodi huma jeddijiet trasferibbli u bbażati

    fuq il-familja; billi, fl-istess ħin, perjodi ta' liv mhux trasferibbli jintużaw ħafna bejn iż-

    żewġ ġenituri jekk dawn ikunu mħallsa jew bejn wieħed u ieħor jilħqu l-istess livell ta'

    sostituzzjoni tad-dħul;

    E. billi, skont id-data tal-Eurostat għall-2010 (UE 28), minn madwar 3 500 000 ġenitur li

    ħadu liv tal-ġenituri dik is-sena, 3 423 700 minnhom kienu nisa, filwaqt li biss 94 800 -

    perċentwal miżeru ta' 2.7 % - kienu rġiel;

    F. billi liv tal-ġenituri adegwat, individwali u kkompensat huwa kruċjali biex il-koppji tal-

    istess sess li jrabbu t-tfal ikunu jistgħu jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

    G. billi huwa essenzjali li n-nisa jkollhom id-dritt li jikkonċiljaw ix-xogħol mad-drittijiet u d-

    dritt li jsiru ommijiet mingħajr ma jiġu ppenalizzati minħabba dan, peress li n-nisa

    għadhom dawk li jintlaqtu u jbatu l-aktar mid-diskriminazzjoni; billi eżempji ta' din id-

    diskriminazzjoni jinkludu pressjoni min-naħa tal-impjegaturi fuq nisa li jmorru għal

    intervisti għal impjieg li matulhom jintalbu jgħidu għandhomx tfal u l-etajiet ta' dawn it-

    tfal, bil-għan li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tan-nisa u jagħżlu ħaddiema mingħajr tfal li

    huma "aktar disponibbli", flimkien ma' pressjonijiet ekonomiċi u pressjonijiet marbuta

    max-xogħol dejjem jikbru fuq impjegati nisa biex ma jiħdux liv tal-maternità;

    H. billi n-nisa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata billi

    jieħdu l-liv tal-ġenituri jħabbtu wiċċhom ma' stigma meta jerġgħu jidħlu fis-suq tax-

    xogħol, li twassal għal kundizzjonijiet ta' xogħol anqas favorevoli u kuntratti prekarji;

    1. Jitlob lis-sħab soċjali, abbażi tal-abbozz ta' rapport ta' implimentazzjoni, jirrikonoxxu li d-

    Direttiva tal-UE dwar il-Liv tal-Ġenituri naqset milli tilħaq l-objettivi tagħha f'dak li

    jikkonċerna l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq

    tax-xogħol, l-isfidi demografiċi u l-parteċipazzjoni tal-irġiel fil-kompiti tal-familja,

    inkluża l-kura tat-tfal u ta' dipendenti oħra, falliment li jikser il-prinċipji u l-valuri tal-UE

    fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi; iqis, b'riżultat ta' dan, li jeħtieġ li jittieħdu miżuri

    aktar effikaċi biex tiġi mħeġġa kondiviżjoni aktar ekwa tar-responsabilitajiet tal-familja

    bejn l-irġiel u n-nisa;

    2. Huwa tal-fehma li s-sħab soċjali għandhom jattivaw il-klawsola ta' rieżami; jappella għar-

    reviżjoni tad-Direttiva, inkluża l-adozzjoni ta' miżuri li jintroduċu kumpens finanzjarju

  • RR\1091139MT.doc 17/20 PE569.733v02-00

    MT

    adegwat u bbażat fuq l-inċentivi għat-telf tad-dħul għal ġenituri li jieħdu liv tal-ġenituri,

    bil-għan li jiġi żgurat il-benesseri ekonomiku u soċjali tal-familji u jiġi promoss l-użu tal-

    liv tal-ġenituri min-naħa tal-missirijiet; jissottolinja l-importanza li jiġi adottat approċċ

    olistiku li jinkludi l-liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri fi kwalunkwe rieżami li

    jsir tad-Direttiva;

    3. Jisħaq li l-istrumenti ta' politika dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, bħal-liv

    tal-ġenituri, għandhom jitfasslu bħala jeddijiet individwali u mhux trasferibbli b'livell

    raġonevoli ta' sostituzzjoni tad-dħul sew sabiex jikkonformaw mal-prinċipju kardinali tal-

    benefiċċji soċjali – jiġifieri li jingħataw fuq bażi individwali, bħalma hu l-każ tal-

    benefiċċji kollha l-oħra relatati max-xogħol, bħall-jedd għall-vaganzi, il-liv f'każ ta' mard

    jew il-liv għal raġunijiet oħrajn, u l-benefiċċji tal-qgħad – u sew biex itejbu l-effiċjenza u

    r-rata tal-użu, speċjalment fost l-irġiel, u li fl-aħħar iwasslu għal tnaqqis fid-differenza

    bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, pożizzjoni aktar ekwa tal-irġiel u tan-nisa fis-suq tax-

    xogħol u tnaqqis fl-effetti diskriminatorji li perjodi twal ta' nuqqas ta' attività fis-suq tax-

    xogħol ikollhom fuq nisa li jieħdu liv tal-maternità u tal-ġenituri jenfasizza l-ħtieġa għal

    distribuzzjoni bilanċjata ta' partijiet mhux trasferibbli tal-liv tal-ġenituri bejn iż-żewġ

    ġenituri; jappella, f'dan ir-rigward, biex il-jedd minimu ta' 4 xhur jiġi estiż għal 6 xhur;

    4. Jinnota li koeżjoni u aċċessibilità akbar fis-sistemi tal-liv tal-Istati Membri (li jkopru l-liv

    tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri) iżidu r-rata tal-użu u l-effiċjenza ġenerali tal-

    pakketti ta' politika għas-sosten tal-familji; jenfasizza li sabiex il-ħaddiema jeżerċitaw id-

    dritt tagħhom li jieħdu liv tal-ġenituri, l-Istati Membri u s-sħab soċjali jeħtieġ li jieħdu l-

    miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu lill-ħaddiema minn trattament anqas favorevoli

    jew minn tkeċċija marbuta mal-liv tal-ġenituri; jistieden lill-Istati Membri u lill-

    Kummissjoni jtejbu l-aċċess għall-ġustizzja f'każijiet ta' diskriminazzjoni u tkeċċija

    illegali f'dan il-qasam sensittiv;

    5. Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill ma kienx kapaċi jilħaq ftehim biex iħoll l-ibblukkar tal-

    emenda proposta tad-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità u li, ħames snin wara li ġiet

    approvata mill-Parlament, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-proposta; jieħu nota li l-

    Kummissjoni ppreżentat il-pjan direzzjonali tagħha ħalli jkun hemm "Bidu ġdid biex jiġu

    indirizzati l-isfidi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata ffaċċjati minn familji li

    jaħdmu", dokument li, skont l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni, għandu jissotitwixxi l-

    proposta msemmija hawn fuq li tirrevedi d-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità, u li se jkun

    jinkludi pakkett ta' miżuri leġiżlatitvi u mhux leġiżlattivi marbuta mal-bilanċ bejn ix-

    xogħol u l-ħajja privata; huwa tal-fehma li dan huwa qasam li fih il-Kummissjoni għandha

    tippreżenta proposti leġiżlattivi;

    6. Jissottolinja l-importanza tas-settur pubbliku bħala impjegatur li għandu rwol ta' pijunier,

    peress li numru akbar ta' rġiel jibbenefikaw mil-liv tal-ġenituri fis-settur pubbliku u li,

    bħala prinċipju, fl-UE kollha tingħata aktar protezzjoni fis-settur pubbliku milli fis-settur

    privat;

    7. Jisħaq li kulħadd għandu jkollu dritt garantit li jieħu liv tal-ġenituri mingħajr

    diskriminazzjoni, irrispettivament mit-tip ta' kuntratt li jkollhom il-missirijiet u l-

    ommijiet li jaħdmu.

  • PE569.733v02-00 18/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    Data tal-adozzjoni 18.2.2016

    Riżultat tal-votazzjoni finali +:

    –:

    0:

    17

    13

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali Daniela Aiuto, Maria Arena, Catherine Bearder, Beatriz Becerra

    Basterrechea, Malin Björk, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Mary

    Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger,

    Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Mlinar, Angelika Niebler,

    Maria Noichl, Marijana Petir, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Jordi

    Sebastià, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska,

    Anna Záborská, Jana Žitňanská

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Biljana Borzan, Rosa Estaràs Ferragut, Arne Gericke, Kostadinka

    Kuneva, Constance Le Grip, Dubravka Šuica, Marc Tarabella, Monika

    Vana

    Sostituti (skont l-Artikolu 200(2))

    preżenti għall-votazzjoni finali

    Mike Hookem

  • RR\1091139MT.doc 19/20 PE569.733v02-00

    MT

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Data tal-adozzjoni 16.3.2016

    Riżultat tal-votazzjoni finali +:

    –:

    0:

    46

    5

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija

    Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen,

    Jane Collins, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile,

    Thomas Händel, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka

    Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen

    Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Morten Løkkegaard,

    Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-

    Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek

    Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude

    Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck,

    Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Maria Arena, Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Karima

    Delli, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard

    Martin, Ivo Vajgl

  • PE569.733v02-00 20/20 RR\1091139MT.doc

    MT

    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    46 +

    ALDE

    EFDD

    GUE/NGL

    NI

    PPE

    S&D

    Verts/ALE

    Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Morten Løkkegaard, António Marinho e Pinto, Yana Toom,

    Ivo Vajgl,

    Laura Agea, Tiziana Beghin,

    Lynn Boylan, Thomas Händel, Rina Ronja Kari, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes,

    Lampros Fountoulis,

    Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme

    Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro,

    Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc,

    Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Jan

    Keller, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Siôn Simon, Jutta

    Steinruck,

    Karima Delli, Jean Lambert, Terry Reintke,

    5 -

    ECR

    ENF

    Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská,

    Dominique Martin, Joëlle Mélin,

    1 0

    EFDD Jane Collins

    Tifsira tas-simboli użati:

    + : favur

    - : kontra

    0 : astensjonijiet